ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.069.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 69

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
13 ta' Marzu 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/125/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

4

Ftehim f'għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

5

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 217/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2013 tat-8 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cabrito Transmontano (DPO)]

21

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 219/2013 tat-12 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 216/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 297 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jitratta l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Ġurnal Uffiċjali”) u d-dħul fis-seħħ tal-atti legali tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1/1958 (1), inklużi emendi sussegwenti magħmulin fih, jistabbilixxi l-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-edizzjoni stampata tal-Ġurnal Uffiċjali, disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, hija attwalment l-unika pubblikazzjoni li torbot legalment, għalkemm hija disponibbli wkoll fuq l-Internet.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (2) tiżgura li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jippermetti li l-istituzzjonijiet jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jippubblikaw it-testi leġislattivi.

(5)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea iddeċidiet, fil-Kawża C-161/06 Skoma-Lux sro v Celní ředitelství Olomouc (3), li l-atti legali tal-Unjoni mhumiex infurzabbli kontra l-individwi jekk ma jkunux ġew ippubblikati b’mod korrett fil-Ġurnal Uffiċjali u li l-fatt li dawn l-atti jkunu disponibbli onlajn mhuwiex ugwali għal pubblikazzjoni valida fil-Ġurnal Uffiċjali fin-nuqqas ta’ kwalunkwe regola f’dak ir-rigward fil-liġi tal-Unjoni.

(6)

Jekk il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-forma elettronika kellha tikkostitwixxi pubblikazzjoni valida, ikun possibbli l-aċċess aktar malajr u aktar ekonomiku għal-liġi tal-Unjoni. Madankollu, iċ-ċittadini għandhom ikomplu jkollhom il-possibbiltà li jottjenu verżjoni stampata tal-Ġurnal Uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

(7)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” tenfasizza li l-aċċess għall-kontenut legali online jiffavorixxi l-iżvilupp tas-suq intern diġitali, li jwassal għal benefiċċji ekonomiċi u soċjali.

(8)

Ir-regoli li jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-inalterabbiltà tal-pubblikazzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandhom għalhekk jiġu stabbiliti.

(9)

Dan ir-Regolament għandu wkoll jistabbilixxi regoli applikabbli f’każijiet fejn, minħabba ċirkostanzi mhux previsti u eċċezzjonali, ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata u ssir disponibbli l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali.

(10)

Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi (4) tistabbilixxi l-effetti legali tal-firem elettroniċi bħala mezz ta’ awtentikazzjoni. Għall-finijiet tal-iżgurar tal-awtentiċità, l-integrità u l-inalterabbiltà tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat kwalifikat u maħluqa b’tagħmir li joħloq firem siguri skont dik id-Direttiva tipprovdi garanziji biżżejjed għall-pubbliku. Għandu jkun possibbli li il-Ġurnal Uffiċjali ffirmat b’mod elettroniku jiġi vverifikat b’mezzi faċilment disponibbli.

(11)

L-aċċess għas-sit elettroniku EUR-Lex għandu jiġi żgurat f’konformità mal-impenji għall-ħarsien ta’ persuni b’diżabbiltà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (5).

(12)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb l-għan li jippermetti liċ-ċittadini kollha Ewropej li joqogħdu fuq il-pubblikazzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, peress li l-ambitu tiegħu huwa limitat biex jagħmel din il-pubblikazzjoni awtentika, bl-istess mod bħalma hija llum il-pubblikazzjoni stampata.

(13)

Għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-TFUE ma jipprevedix poteri għajr dawk taħt l-Artikolu 352,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-Ġurnal Uffiċjali għandu jiġi ppubblikat fil-forma elettronika, skont dan ir-Regolament, bil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat fil-forma elettronika biss (minn hawn ‘il quddiem “l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali) għandu jkun awtentiku u għandu jipproduċi effetti legali.

Artikolu 2

1.   L-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandu jkollha firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat kwalifikat u maħluqa b’tagħmir li joħloq firem siguri, skont id-Direttiva 1999/93/KE. Iċ-ċertifikat kwalifikat u t-tiġdid tiegħu għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku EUR-Lex sabiex ikun possibbli għall-pubbliku li jivverifika l-firma elettronika avvanzata u l-karattru awtentiku tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali.

2.   L-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandha turi l-informazzjoni rigward id-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

3.   L-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku EUR-Lex f’format li jibqa’ jintuża u għal żmien illimitat. Il-konsultazzjoni tagħha għandha tkun bla ħlas.

Artikolu 3

1.   Fejn mhux possibbli li l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali tiġi ppubblikata minħabba interruzzjoni mhux prevista u eċċezzjonali fis-sistema tal-informazzjoni fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, is-sistema tal-informazzjoni għandha tiġi rrestawrata kemm jista’ jkun malajr.

Il-mument li fih isseħħ tali interruzzjoni għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

2.   Fejn ikun meħtieġ li jiġi ppubblikat il-Ġurnal Uffiċjali meta s-sistema ta’ informazzjoni fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma tkunx operattiva minħabba interruzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-edizzjoni stampata biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tipproduċi effetti legali.

Ladarba s-sistema ta’ informazzjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni tkun irrestawrata, il-verżjoni elettronika korrispondenti tal-edizzjoni stampata msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-EUR-Lex għall-finijiet ta’ informazzjoni biss u għandha tinkludi avviż dwar dan.

3.   Ladarba s-sistema tal-informazzjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tkun irrestawrata, is-sit elettroniku tal-EUR-Lex għandu jagħti informazzjoni dwar l-edizzjonijiet stampati kollha li jipproduċu effetti legali skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 4

1.   Fir-rigward tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jkun responsabbli sabiex:

(a)

jippubblikaha u jiggarantixxi l-awtentiċità tagħha;

(b)

jimplimenta, iħaddem u jmantni s-sistema tal-informazzjoni li tipproduċi l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, u jtejjeb dik is-sistema f’konformità mal-iżviluppi tekniċi tal-ġejjieni;

(c)

jimplimenta u jestendi l-faċilitajiet tekniċi biex jiżgura l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali;

(d)

jistabbilixxi s-sigurtà interna u r-regoli ta’ aċċess fir-rigward tas-sistema tal-informazzjoni li tipproduċi l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali;

(e)

jippreserva u jarkivja l-fajls elettroniċi u jużahom f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni.

2.   L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 skont id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tar-raba’ xahar kalendarju wara l-addozzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SHATTER


(1)  Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 017, 6.10.1958, p. 385/58).

(2)  ĠU L 168, 30.6.2009, p. 41.

(3)  Ġabra 2007, p. I-10841.

(4)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(5)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Frar 2013

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(2013/125/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjonijiet mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew fi tmiemhom u l-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea (il-Ftehim) ġie inizjalizzat minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea nhar il-21 ta' Diċembru 2011 u minn rappreżentant tal-Istati Uniti tal-Amerika nhar is-17 ta' Frar 2012.

(4)

Il-Ftehim kien iffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea fis-7 ta’ Diċembru 2012, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/644/UE (1).

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il- Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea (il-Ftehim) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li f’isem l-Unjoni jagħtu n-notifika stipulata fil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 287, 18.10.2012, p. 2.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM

f'għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

A   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Ġinevra, is-7 ta' Diċembru 2012

Sinjur,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nikkonferma l-ftehim li ġej:

1.

L-Unjoni Ewropea għandha, b'mod li jkun vinkolanti, tinkorpora fl-Iskeda tad-WTO tagħha għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda tagħha tat-territorju doganali tal-UE 25 bil-modifiki stipulati f'din l-ittra.

Jiżdiedu 4 680 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti), għal-“laħam u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat”, filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti. (numri tariffarji tal-prodott 0207 1110, 0207 1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290, 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1410, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1450, 0207 1460, 0207 1470, 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2710, 0207 2720, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770, 0207 2780);

Jiżdiedu 200 tunnellata fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) għal “prieżet u flettijiet bla għadam iffriżati”, filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti preżenti ta' 250 EUR/t (numri tariffarji tal-prodott ex ex 0203 1955 u ex ex 0203 2955);

Tinħoloq kwota tar-rata tariffarja allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) ta' 1 550 tunnellata għall-“preparazzjonijiet tal-ikel”, b'“Element Agrikolu” tar-rata tal-kwota kontinġenti (numru tariffarju tal-prodott 2106 9098);

Jiżdiedu 600 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal “qatgħat tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew mingħajr, eskluż il-flett, ippreżentati separatament” (numri tariffarji tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1915, ex ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, ex ex 0203 2955, 0203 2959);

Jiżdiedu 500 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal “qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati”, filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460);

Jiżdiedu 400 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal “qatgħat tal-pollam”, filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti ta' 795 EUR/t (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410);

Jiżdiedu 580 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal “laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat” filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770);

Jekk il-proċeduri interni kollha meħtieġa biex l-UE tinkorpora b'mod vinkolanti l-modifiki stipulati f'din l-ittra fl-iskeda tad-WTO tagħha ma jitlestewx sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex jeżerċitaw id-dritt tagħha li tirtira konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT, l-UE għandha titlob lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija, japprova estensjoni għall-perjodu qabel ma dan jiskadi. Estensjoni ta' dan it-tip għandha tkun twila biżżejjed biex tiżgura li dawk il-proċeduri interni kollha tal-UE jitlestew sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita drittijietha skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT.

2.

Fil-waqt tan-negozjati tal-modifiki stipulati hawn fuq, kif ukoll dawk relatati mat-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-Istati Uniti tal-Amerika, għandhom fi żmien 21 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, jibagħtu għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, avviż li jimmodifika l-kwoti ta' importazzjoni tar-rata tariffarja għall-ġobnijiet allokati għall-Unjoni Ewropea fin-noti addizzjonali tal-Istati Uniti 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 25 tal-Kapitolu 04 tal-Iskeda Tariffarja Armonizzata tal-Istati Uniti biex din tirrifletti t-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija.

3.

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-“Ftehim”).

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija ta' kwalunkwe proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Dejjem tiegħek,

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Genève, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Γενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje

Kelt Genfben,

Magħmul f’Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä

Utfärdat i Genève den

Image

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

B.   Ittra mill-Istati Uniti tal-Amerika

Ġinevra, is-7 ta' Diċembru 2012

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nikkonferma l-ftehim li ġej:

1.

L-Unjoni Ewropea għandha, b'mod li jkun vinkolanti, tinkorpora fl-Iskeda tad-WTO tagħha għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda tagħha tat-territorju doganali tal-UE 25 bil-modifiki stipulati f'din l-ittra.

Jiżdiedu 4 680 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti), għal-‘laħam u l-ġewwieni manġabbli tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat’, filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti. (numri tariffarji tal-prodott 0207 1110, 0207 1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290, 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1410, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1450, 0207 1460, 0207 1470, 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2710, 0207 2720, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770, 0207 2780);

Jiżdiedu 200 tunnellata fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) għal ‘prieżet u flettijiet bla għadam iffriżati’, filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti preżenti ta' 250 EUR/t (numri tariffarji tal-prodott ex ex 0203 1955 u ex ex 0203 2955);

Tinħoloq kwota tar-rata tariffarja allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) ta' 1 550 tunnellata għall-‘preparazzjonijiet tal-ikel’, b'‘Element Agrikolu’ tar-rata ta' kwota kontinġenti (numru tariffarju tal-prodott 2106 9098);

Jiżdiedu 600 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal ‘qatgħat tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew mingħajr, eskluż il-flett, ippreżentati separatament’ (numri tariffarji tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1915, ex ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, ex ex 0203 2955, 0203 2959);

Jiżdiedu 500 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal ‘qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati’, filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460);

Jiżdiedu 400 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal ‘qatgħat tal-pollam’, filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti ta' 795 EUR/t (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410);

Jiżdiedu 580 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal ‘laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat’ filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770);

Jekk il-proċeduri interni kollha meħtieġa biex l-UE tinkorpora b'mod vinkolanti l-modifiki stipulati f'din l-ittra fl-iskeda tad-WTO tagħha ma jitlestewx sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita d-dritt tagħha li tirtira konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT, l-UE għandha titlob lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija japprova estensjoni għall-perjodu qabel ma dan jiskadi. Estensjoni ta' dan it-tip għandha tkun twila biżżejjed biex tiżgura li dawk il-proċeduri interni kollha tal-UE jitlestew sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita drittijietha skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT.

2.

Fil-waqt tan-negozjati tal-modifiki stipulati hawn fuq, kif ukoll dawk relatati mat-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-Istati Uniti tal-Amerika, għandhom fi żmien 21 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, jibagħtu għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, avviż li jimmodifika l-kwoti ta' importazzjoni tar-rata tariffarja għall-ġobnijiet allokati għall-Unjoni Ewropea fin-noti addizzjonali tal-Istati Uniti 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 25 tal-Kapitolu 04 tal-Iskeda Tariffarja Armonizzata tal-Istati Uniti biex din tirrifletti t-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija.

3.

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-‘Ftehim’).

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija ta' kwalunkwe proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.”.

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra ta' hawn fuq.

Dejjem tiegħek,

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Genève, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Γενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje

Kelt Genfben,

Magħmul f’Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä

Utfärdat i Genève den

Image

От името на Съединените американски щати

En nombre de los Estados Unidos de América

Za Spojené státy americké

På vegne af Amerikas Forenede Stater

Im Namen der Vereinigten Staaten von Amerika

Ameerika Ühendriikide nimel

Εξ ονόματος των Ηνωμένων Πολιτειών της Αμερικής

On behalf of the United States of America

Au nom des États-Unis d'Amérique

Per degli Stati Uniti d’America

Amerikas Savienoto Valstu vārdā —

Jungtinių Amerikos Valstijų vardu

Az Amerikai Egyesült Államok nevében

F’isem l-Istati Uniti tal-Amerika

Voor de Verenigde Staten van Amerika

W imieniu Stanów Zjednoczonych Ameryki

Em nome dos Estados Unidos da América

În numele Statelor Unite ale Americii

V mene Spojených štátov amerických

V imenu Združenih držav Amerike

Amerikan yhdysvaltojen puolesta

På Amerikas förenta staters vägnar

Image


REGOLAMENTI

13.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 217/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 833/2012 (2) (“ir-Regolament provviżorju”), imponiet dazju provviżorju tal-antidumping (“il-miżuri provviżorji”) fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Il-proċediment inbeda wara li tressaq rikors fid-9 ta’ Novembru 2011 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurométaux) (“ir-rikorrent”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli. Ir-rikors fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott u ta’ ħsara materjali li rriżultat mid-dumping, li tqieset suffiċjenti biex tiġġustifika t-tnedija ta’ proċediment. Kif stipulat fil-premessa 17 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sat-tmiem tal-IP (“perjodu kkunsidrat”).

1.2.   Proċedura sussegwenti

(3)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji tal-antidumping (“divulgar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw l-opportunità jagħmlu dan. B’mod partikolari, produttur esportatur wieħed talab u ngħata smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġeneral għall-Kummerċ.

(4)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.

(5)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, tlieta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw iddikjaraw li l-ismijiet tagħhom kienu miktubin ħażin fl-Artikolu 1(2) ta’r-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, rettifika għar-Regolament provviżorju ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), li fiha ġew stabbiliti l-ismijiet korretti ta’ dawn il-kumpanniji.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(6)

Il-prodott konċernat huwa folji tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda inqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar għajr rrumblat, iżda sew jekk imbuzzat u sew jekk le, f’rombli b’piż żgħir li ma jaqbiżx l-10 kg (“prodott konċernat” jew “folji tal-aluminju f’rombli” jew “AHF”). Il-prodott konċernat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10.

(7)

Il-prodott ikkonċernat ġeneralment jintuża bħala prodott tal-konsumatur għall-imballaġġ u applikazzjonijiet oħrajn tad-dar/tal-catering. Id-definizzjoni tal-prodott ma kinitx ikkontestata.

(8)

L-investigazzjoni wriet li l-folji tal-aluminju f’rombli manifatturati fi u esportati mir-RPĊ u l-folji tal-aluminju f’rombli manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni u l-folji tal-aluminju f’rombli manifatturati u mibjugħa fit-Turkija (il-pajjiż analogu) mill-produttur Tork li kkoopera għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku u għaldaqstant jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(9)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi 18 sa 20 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   TEĦID TA’ KAMPJUNI

(10)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar it-teħid tal-kampjuni, il-premessi 21 sa 26 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.   DUMPING

4.1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)

(11)

Wara id-divulgazzjoni provviżorja, waslu kummenti minn CeDo (Shanghai) Ltd. (“CeDo”) dwar is-sejbiet rigward il-kriterju stipulat fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Il-kumpannija fil-kummenti tagħha u matul seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta kkontestat is-sejba li d-deċiżjonijiet tagħha dwar il-ksib ta’ finanzjament minn barra kienu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat u għalhekk ħolqu distorsjoni fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. CeDo sostniet li r-“Regoli għall-Implimentazzjoni ta’ Reġistrazzjoni ta’ Djun Esterni” Ċiniżi ma kellhomx effett distorsiv fuq il-qagħda finanzjarja tagħha minħabba li s-self tagħha kkonċernat self intragrupp minn kumpannija marbuta magħha barra ċ-Ċina u kien ibbażat biss fuq kunsiderazzjonijiet finanzjarji fi ħdan l-istess grupp. Il-kumpannija sostniet ukoll li l-approvazzjoni għat-trasferimenti ta’ mgħax u kapital kienet mogħtija awtomatikament.

(12)

Wara li eżaminat mill-ġdid l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-kumpannija u l-argumenti mressqa wara d-divulgazzjoni provviżorja, kien ikkunsidrat li, minkejja l-eżistenza ta’ reġistrazzjoni u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ ħlas lura tas-self, seta’ jiġi stabbilit f’dan il-każ partikolari ta’ self fi ħdan grupp li l-qagħda finanzjarja tal-kumpannija ma kinetx suġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti minħabba li l-kumpannija instabet li kellha tħallas lura l-imgħax u s-somma kapitali f’konformità mat-termini tal-ftehim tas-self. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-kumpannija nstabet li tissodisfa l-kriterju stipulat fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(13)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-MET, il-premessi minn 27 sa 53 tar-Regolament provviżorju, suġġetti għall-modifika ta’ hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati.

4.2.   Trattament individwali (“TI”)

(14)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar TI, il-premessi 54 sa 56 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.3.   Pajjiż analogu

(15)

L-ebda parti ma kkontestat l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu għad-determinazzjoni definittiva.

(16)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-għażla tal-pajjiż analogu, il-premessi minn 57 sa 64 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Valur normali

(17)

Il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produttur uniku li kkoopera fil-pajjiż analogu (jiġifieri t-Turkija). Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku u l-valur normali maħdum ta’ produttur Tork wieħed tal-prodott simili.

(18)

Il-kumpannija Ningbo Favored Commodity Co., Ltd (“Ningbo Favored”) staqsiet kif id-data ta’ produttur Tork wieħed tista’ tkun rappreżentattiva biżżejjed biex jiġi stabbilit marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha, u qieset li kien sorprendenti li l-prezzijiet domestiċi fit-Turkija kienu ogħla b’mod sinifikanti milli fl-Unjoni. Fir-rigward tas-suq Tork għall-fojl tal-aluminju, kif imsemmi fil-premessa 63 tar-Regolament provviżorju, it-Turkija kienet meqjusa pajjiż analogu adattat ibbażat fuq volumi u valuri ta’ produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni. Fir-rigward tal-fatt li l-prezzijiet fis-suq Tork huma ogħla milli fl-Unjoni, dan mhux fattur deċiżiv fl-għażla ta’ suq ta’ pajjiż analogu adattat. F’kwalunkwe każ, id-differenza fil-prezz tista’ tiġi parzjalment spjegata mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qrib li tilħaq bilanċ matul l-IP. Jekk l-industrija tal-Unjoni titqiegħed f’pożizzjoni fejn tista’ tikseb profitt raġonevoli (jiġifieri 5 % kif imsemmi fil-premessa 158 tar-Regolament provviżorju), id-diskrepanza fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet Torok u l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni se jonqos.

(19)

Ningbo Favored qalet ukoll li l-istituzzjonijiet ma provdewx biżżejjed informazzjoni dwar il-valur normali maħdum.

(20)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, kif spjegat fil-premessa 70, il-Kummissjoni pprovdiet lill-parti bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-data użata għall-kalkolu tal-valur normali li setgħet tiġi rilaxxata mingħajr ma jinkisru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, jiġifieri li fl-istess ħin jiġi żgurat li kull data kunfidenzjali mogħtija mill-produttur uniku tat-Turkija tiġi ttrattata bħala tali u ma tiġix ddivulgata lil partijiet oħra. L-informazzjoni mogħtija lill-produttur esportatur kienet sinifikanti u offrietlu l-possibbiltà li jifhem il-metodoloġija użata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, matul seduta li saret fuq talba ta’ Ningbo Favored, il-kumpannija kienet infurmata li għall-għan tal-kalkolu tad-dumping, intużaw in-numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCNs”) sħaħ u li f’sitwazzjonijiet fejn il-produttur Tork ma biegħx eżatt l-istess tip ta’ prodott, il-valur normali kien stabbilit bl-aġġustament tal-eqreb PCN mibjugħ mill-produttur Tork. Fl-aħħar nett, Ningbo Favored u l-esportaturi Ċiniżi l-oħra fil-kampjun kienu pprovduti b’informazzjoni addizzjonali rigward l-istabbiliment tal-valur normali maħdum fiż-żmien tad-divulgazzjoni tas-sejbiet finali. Għalhekk it-talbiet ta’ hawn fuq kellhom jiġu miċħuda.

(21)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-premessi 65 sa 72 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(22)

Ningbo Favored talbet li l-valuri tal-bejgħ tal-esportazzjoni fil-lista tranżazzjoni b’ tranżazzjoni għandhom jiġu konvertiti minn dollari Amerikani fil-munita Ċiniża bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ kull xahar mogħtija fil-kwestjonarju, minflok bir-rata tal-kambju attwali fil-mument tad-diversi tranżazzjonijiet. F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 2(10)(j) dwar Kambju tal-munita tar-Regolament bażiku, meta l-paragun tal-prezz jeħtieġ kambju tal-munita, kambju bħal dan għandu jsir bl-użu tar-rata tal-kambju fid-data tal-bejgħ. Ta’ min jinnota wkoll li, l-istruzzjonijiet għall-kwestjonarju jipprevedu espliċitament li l-ammonti li għandhom jintużaw huma dawk fil-munita tal-kontabilità kif irreġistrati fir-rekords tal-kontabilità tal-rispondent. B’hekk il-kumpannija kienet ġiet infurmata dwar ir-rata tal-kambju li għandha tkun użata. Din it-talba għaldaqstant ma tistax tintlaqa’.

(23)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, saret żjara addizzjonali ta’ verifika fil-bini ta’ wieħed mill-importaturi mhux relatati li għalihom l-profitt imsemmi fil-premessa 75 tar-Regolament provviżorju kien stabbilit. Bħala riżultat, il-marġni ta’ profitt użat fit-tfassil tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku naqas.

(24)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 73 sa 75 tar-Regolament provviżorju, suġġetti għall-modifika ta’ hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati.

4.6.   Paragun

(25)

L-ebda kumment rilevant ma ġie mressqa dwar il-paragun. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-premessi 76 sa 78 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.7.   Marġnijiet ta’ dumping

(26)

Ma ngħatawx kummenti pertinenti fir-rigward tal-marġni tad-dumping. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-premessi 79 sa 81 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(27)

Bħala riżultat tar-reviżjoni tal-profitt tal-importaturi mhux relatati kif imsemmi fil-premessa 23, kif ukoll wara l-korrezzjoni ta’ xi żbalji klerikali, il-marġnijiet definittivi ta’ dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Isem il-Kumpannija

Marġini tad-dumping

CeDo (Shanghai) Ltd.

37,4  %

Ningbo Favored Commodity Co., Ltd.

30,6  %

Ningbo Times Aluminium Foil Technology Co., Ltd.

32,9  %

Kumpanniji oħra li kkooperaw

34,9  %

Marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu

45,6  %

(28)

Fuq il-bażi tal-fatti mistqarra fil-premessa 81 tar-Regolament provviżorju, il-marġni tad-dumping definittiv għall-pajjiż kollu għar-RPĊ ġie stabbilit bl-użu tat-tranżazzjonijiet l-aktar soġġetti għad-dumping tal-esportaturi li kkooperaw. Fuq din il-bażi, il-marġni definittiv tad-dumping instab li kien 45,6 %.

5.   ĦSARA

5.1.   Produzzjoni tal-Unjoni u l-Industrija tal-Unjoni

(29)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni, il-premessa 83 tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(30)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi 84 sa 86 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ

5.3.1.   Volum u sehem fis-suq

(31)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-livell ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u s-sehem tas-suq, il-premessi 87 sa 89 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet dumped u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(32)

Kif spjegat b’mod xieraq fil-premessa 47, wara analiżi tal-kummenti li waslu wara d-divulgazzjoni provviżorja, instab xieraq li ma jiġix applikat livell ta’ aġġustament kummerċjali għat-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u fojls tal-aluminju mill-industrija tal-Unjoni. Din il-bidla ta’ metodu affettwat kemxejn l-marġnijiet ta’ tnaqqis.

(33)

Barra minn hekk, il-marġni ta’ tnaqqis tal-grupp CeDo kien imnaqqas bir-reviżjoni tal-marġni tal-profitt tal-importaturi mhux relatati (ara l-premessa 23). Madankollu, il-marġni ta’ twaqqigħ b’medja peżata tal-produtturi esportaturi fil-kampjun jibqa’ ’l fuq minn 7 %.

(34)

Ħlief il-bidliet ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet dumped u t-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-metodoloġija deskritta fil-premessa 90 sa 94 tar-Regolament provviżorju sabiex jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezzijiet hija b’dan ikkonfermata.

5.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni

5.4.1.   Rimarki preliminari u data relatata mal-industrija tal-Unjoni

(35)

Fin-nuqqas ta’ kummenti f’dan ir-rigward, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi 95 sa 107 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.4.2.   Il-kobor tal-marġini reali ta’ dumping

(36)

Fin-nuqqas ta’ kummenti f’dan ir-rigward, il-premessa 108 tar-Regolament provviżorju hija b’dan kkonfermata.

5.5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(37)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi 109 sa 112 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.   KAWŻALITÀ

(38)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar is-sejbiet provviżorji li jikkonċernaw ir-rabta kawżali bejn id-dumping u l-ħsara. Konsegwentament hija kkonfermat li l-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku u li ma hemmx fatturi oħra magħrufa li huma tali li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġu kkonfermati l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi 113 sa 136 tar-Regolament provviżorju.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   L-industrija tal-Unjoni

(39)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi 138 sa 142 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.2.   L-impurtaturi/bejjiegħa bl-ingrossa

(40)

Il-kooperazzjoni mis-settur tal-importazzjoni kienet baxxa ħafna u, kif diġà ssemma fil-premessa 146 tar-Regolament provviżorju, żewġ importaturi biss kienu ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Kif imsemmi fil-premessa 23 wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, l-akbar importatur (Robinson Young, UK) saritlu żjara biex tiġi verifikata t-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. Il-verifika rriżultat f’korrezzjoni tal-profittabilità rrappurtata ta’ din il-kumpannija dwar l-attivitajiet rilevanti tagħha. Bħala konsegwenza, il-marġini tal-profitt medju peżat taż-żewġ importaturi li kkooperaw li ttieħdu bħala kampjun niżel. Madankollu, it-tnaqqis fil-profitt tal-importaturi li kkooperaw ma kienx meqjus sinifikanti f’termini tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni għax iż-żewġ rati ta’ profitt (qabel u wara l-korrezzjoni) kien moderat.

(41)

Wieħed mill-importaturi fil-kampjun kkontesta l-konklużjoni preliminari miġbur fil-qosor fil-premessa 148 tar-Regolament provviżorju li l-impatt tal-miżuri fuq is-settur tal-importazzjoni fit-totalità tiegħu ma jkunx sproporzjonat peress li jista’ jkun mġiegħel joħroġ mis-suq jekk il-miżuri jkunu kkonfermati. Madankollu, fir-Regolament provviżorju kien fil-fatt konkluż li l-industrija tal-Unjoni tista’ tirbaħ lura xi kuntratti għad-detriment tas-settur tal-importazzjoni. Madankollu, ma hemm l-ebda dubju li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat se jkomplu jaqdu s-suq tal-Unjoni, għalkemm issa fuq il-bażi ta’ kompetizzjoni ġusta u, għalhekk, possibbilment fuq skala iżgħar. Fid-dawl ta’ dan, huwa kkonfermat li l-impatt kumplessiv fuq is-settur tal-importazzjoni mhuwiex sproporzjonat.

(42)

Ma waslux aktar kummenti jew informazzjoni dwar l-interessi tal-importaturi jew tal-bejjiegħa bl-ingrossa. Għalhekk, is-sejbiet provviżorji fil-premessi 143 sa 149 tar-Regolament provviżorju dwar l-interess ta’ dawk il-gruppi huma b’dan ikkonfermati.

7.3.   Bejjiegħa bl-imnut u l-Konsumaturi

(43)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-interess tal-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi, il-premessi 150 sa 153 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(44)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji dwar l-interess tal-Unjoni huma kkonfermati, jiġifieri ma hemmx raġunijiet b’saħħithom kontra l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw fir-RPĊ.

8.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

8.1.   Livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(45)

Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet provviżorji, Ningbo Favored għamlet sottomissjoni dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġnijiet ta’ ħsara. Il-kumpannija sostniet li l-aġġustamenti li saru lill-istruttura PCN kienu ħolqu żbilanċ. B’mod partikolari, kien allegat li l-ispejjeż tal-imballaġġ probabbilment kienu responsabbli għad-distorzjoni tad-data. It-tieni punt kkonċerna l-metodu użat sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust f’termini ta’ livell ta’ kummerċ. Fl-istadju provviżorju d-data tal-Unjoni ġiet maqsuma bejn kanali ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, madankollu, Ningbo Favored argumentat li dan ħoloq żewġ prezzijiet ta’ mira għal kull tip ta’ prodott u qalet li dan huwa kontra l-liġi.

(46)

B’referenza għat-talba dwar l-aġġustament li sar fl-istruttura tal-PCN, simulazzjonijiet wrew li jista’ jkun hemm distorsjonijiet ‘jekk ma sar l-ebda aġġustament. Dawk il-bidliet fl-istruttura tal-PCN (li kienu verament konsolidazzjoni ta’ data biex jitjiebu t-taqbil tar-rati u r-rappreżentattività) neħħew id-distorsjonijiet u tejbu l-affidabbiltà tal-kalkoli. Għaldaqstant, din it-talba jkolha tiġi rrifjutata.

(47)

It-tieni kwistjoni mqajma minn Ningbo Favored, rigward il-metodu provviżorjament applikat sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust f’termini ta’ livell ta’ kummerċ, kien analizzat kif dovut ukoll. F’dan ir-rigward instab li għalkemm il-prezzijiet normalment kienu differenti bejn iż-żewġ kanali tal-bejgħ, l-ebda xejra identifikabbli jew konsistenti ma kienet preżenti fil-każ attwali. Tabilħaqq, f’ċerti każijiet, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-produttur lill-bejjiegħa bl-imnut kienu jkunu aktar baxxi minn dawk lil bejjiegħa bl-ingrossa, filwaqt li f’każijiet oħra, l-oppost ikun il-każ. Għalhekk ġie deċiż li tiġi aċċettata din it-talba li ma għandux isir aġġustament fil-livell kummerċjali minħabba li l-kondizzjonijiet għal aġġustament bħal dawn ma ġewx issodisfati. Konsegwentement, il-kalkoli definittivi tal-livelli ta’ tneħħija ta’ ħsara ġew magħmula fuq il-bażi ta’ prezzijiet konsolidati kemm tal-produtturi esportaturi kif ukoll tal-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma sar aġġustament għal-livell ta’ kummerċ. Din il-bidla fil-metodoloġija affettwat ftit il-marġnijiet ta’ ħsara.

(48)

Bħala rispons għad-divulgazzjoni definittiva, Ningbo Favored argumentat li l-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-bejgħ bi prezz imwaqqa’ kien difettuż u mhux affidabbli minħabba li, fuq in-naħa tal-industrija tal-Unjoni, il-punt ta’ tluq kien il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għal kull PCN minflok il-kost tal-produzzjoni għal kull PCN. Ningbo Favored ikkonkludiet li s-COP għal kull PCN ma kienx użat minħabba li l-uffiċjali tal-Kummissjoni “ma saħqux” mal-kumpannija biex tipprovdi d-data rilevanti u b’hekk il-proċediment għandu jitwaqqaf minħabba “nuqqas ta’ evidenza”.

(49)

Madankollu r-Regolament bażiku ma jippreskrivix kif għandu jiġi stabbilit il-prezz mira tal-industrija tal-Unjoni. Hija prattika komuni dan isir jew fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni għal kull PCN flimien mal-profitt mira jew bl-użu tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-fabbrika għal kull PCN lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni u bl-aġġustament tagħhom bil-profitt/telf reali li jsir matul l-IP u biż-żieda tal-profitt mira stabbilit. Iż-żewġ metodi huma affidabbli u jistgħu jintużaw minflok xulxin (skont iċ-ċirkostanzi). Fl-investigazzjoni, it-tieni metodu (jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ reali tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati) intuża minħabba li mhux il-prodotturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun setgħu jikkalkulaw COP affidabbli għal kull PCN.

(50)

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-allegazzjoni li l-metodu adottat mhuwiex affidabbli u t-talba li l-proċediment b’hekk għandu jitwaqqaf mhumiex aċċettati.

(51)

Il-grupp CeDO talab li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġnijiet ta’ ħsara provviżorji tiegħu ma kinitx korretta għaliex ma kinitx tikkunsidra kompletament l-istruttura tal-Grupp CeDo. Tabilħaqq l-importatur CeDo UK, relatat ma’ produttur esportatur li kkoopera li ntuża fil-kampjun (“CeDo (Shangai)”), jipprovdi lis-suq tal-Unjoni bil-fojl prodott kemm fir-RPĊ kif ukoll fl-Unjoni, kollu inkanalat permezz ta’ importatur/negozjant relatat. Il-kumpannija qalet li SGA ta’ dan l-importatur relatat u l-marġni ta’ profitt ma kellhomx jitnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tas-CeDO għax il-kompetizzjoni sseħħ fil-livell ta’ konsumaturi fl-Unjoni. Qalet li l-prezzijiet tal-bejgħ tas-CeDO fil-livell tal-konsumaturi ma jkunux ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(52)

Id-dikjarazzjoni tas-CeDo fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha vis-à-vis dawk tal-industrija tal-Unjoni kienet ikkontestata minn bosta sottomissjonijiet minn produtturi tal-Unjoni li lmentaw. Madankollu, din il-kwistjoni ma setgħetx tiġi investigata aktar minħabba li l-informazzjoni mogħtija mill-partijiet ma setgħetx tiġi verifikata f’stadju daqstant avvanzat fl-investigazzjoni.

(53)

Dwar is-sustanza, ta’ min jinnota li l-iskop tal-kalkolu ta’ marġini ta’ ħsara huwa li jiddetermina jekk l-applikazzjoni lill-prezz CIF tal-importazzjonijiet dumped, ta’ rata ta’ dazju iktar baxxa minn dik ibbażata fuq il-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet dumped. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prezz CIF tal-importazzjoni inkwistjoni, li hu meqjus bħala livell komparabbli mal-prezz tal-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni. Fil-każ ta’ importazzjonijiet li jsiru permezz ta’ importaturi relatati, b’analoġija mal-approċċ segwit għal kalkuli tal-marġni tad-dumping, li l-kalkoli tal-marġni ta’ ħsara jistgħu jisostitwixxu għad-determinazzjoni tar-rata ta’ dazju skont ir-regola tad-dazju inferjuri, il-prezz CIF huwa ffissat fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel konsumatur indipendenti aġġustat kif xieraq skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. It-tieni u mingħajr preġudizzju għal dawn l-osservazzjonijiet tal-aħħar, ta’ min jinnota li l-metodoloġija rakkommandata minn CeDo twassal għall-użu inevitabbli ta’ prezzijiet relatati mal-produzzjoni fl-Unjoni mis-CeDo tal-fojl tal-aluminju minħabba li, kif issemma hawn fuq, l-importatur/negozjant relatat forna lis-suq tal-Unjoni b’fojl tal-aluminju prodott kemm fiċ-Ċina kif ukoll fl-Unjoni.

(54)

CeDo reġgħet lura għall-kwistjoni ta’ hawn fuq fl-istadju definittiv. Hija talbet ukoll biex tinstema mill-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġeneral għall-Kummerċ u ġie organizzata seduta biex tiġi diskussal-kwistjoni. CeDo saħqet l-argumenti preċedenti tagħha u kkontestat ukoll l-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq li tikkonċerna l-Artikolu 2(9), fejn stqarret li l-Artikolu 2(9) jidher taħt id-dsipożizzjonijiet tad-dumping tar-Regolament bażiku u ma jistax jintuza b’analoġija għall-kalkolu tal-ħsara. L-istituzzjonijiet ġibdu l-attenzjoni li għalkemm l-Artikolu 2 jitratta kwistjonijiet ta’ dumping, l-Artikolu 2(9) tiegħu jaqa’ taħt il-subkapitolu “il-prezz tal-esportazzjoni” u jagħti gwida għal kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni fil-każ ta’ bejgħ tal-Unjoni permezz ta’ importatur relatat. L-ebda dispożizzjoni ieħor fir-Regolament bażiku ma tagħti iktar gwida speċifika f’dan ir-rigward.

(55)

CeDo qajmet il-kwistjoni tas-sentenza Kazchrome (4) tal-Qorti Ġenerali li hija allegat li tipprovdi gwida f’dan ir-rigward billi tgħid li l-aktar mod preċiż tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ikun li jiġu mqabbla l-prezzijiet tal-importazzjoni mal-prezzijiet tal-prodotti tal-industrija tal-Komunità bl-inklużjoni tal-ispejjeż kollha mġarrba sal-postijiet tal-konsumaturi. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-Qorti rrikonoxxiet ukoll li dan l-approċċ mhuwiex prattiku u s-sentenza tagħmilha ċara li l-prezzijiet CIF huma metodoloġija aċċettabbli għall-kalkolu tal-marġnijiet ta’ ħsara. Barra minn hekk, il-każ Kazchrome kien marbut ma’ sitwazzjoni speċjali li tinvolvi prodotti li l-ewwel daħlu fis-suq tal-UE mill-Litwanja (fi tranżitu) u mbagħad marru Rotterdam fejn ġew ikklerjati mid-dwana. F’dak il-każ, il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bi prezz imwaqqa’ fuq il-bażi tal-prezz fil-punt ta’ tranżitu u mhux tal-prezz wara l-ikklerjar doganali. Dan mhuwiex il-każ fl-investigazzjoni attwali fejn mhux qed jiġi kkontestat li l-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u l-kalkoli tat-twaqqigħ huma bbażati fuq il-prezz CIF tas-CeDo wara l-ikklerjar doganali. Barra minn hekk, fis-sentenza Kazchrome il-Qorti limitat b’mod ċar il-konklużjonijiet tagħha għal dak il-każ speċifiku.

(56)

CeDo qajmet ukoll il-kwistjoni ta’ paragun ġust u kkwotat żewġ Rapporti tal-Panel tad-WTO (5). L-istituzzjonijiet huma ssodisfati li l-prezzijiet tas-CeDo kif stabbiliti mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-prezzijiet tal-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni (kemm għat-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bi prezz imwaqqa’) jipprovdu bażi ta’ paragun ġust u raġonevoli. Għandu jitfakkar li tqabbil perfett jkun ifisser li biss offerti għall-istess kuntratt għandhom jiġu kkunsidrati għax huwa biss wara dan li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ikunu identiċi. Hekk kif paragun perfett mhux possibbli, hawn l-istituzzjonijiet huma ssodisfati li metodoloġija li tuża l-prezzijiet medji mħallsa għal prodotti simili tul il-perijodu ta’ sena IP hija ġusta. Dik il-metodoloġija ġiet komunikata b’mod ċar permezz ta’ divulgazzjoni.

(57)

Barra minn hekk, huwa kkunsidrat li l-metodu rrakkomandat minn CeDo jwassal għal trattament mhux ugwali fil-kalkolu tal-marġnijiet tagħha u ta’ dawk ta’ esportatur produtturi oħrajn fil-kampjun li jbigħu lil importaturi indipendenti. Il-metodoloġija użata għall-produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun kienet ibbażata fuq il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell CIF li ovvjament teskludi l-SGA tal-Unjoni u l-profitt għal bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni wara l-ikklerjar doganali. Il-Kummissjoni tqis li l-istabbiliment tal-prezz tal-importazzjoni rilevanti għat-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ bi prezz imwaqqa’ ma għandux ikun influwenzat minn jekk l-esportazzjonijiet humiex magħmula lil operaturi relatati jew indipendenti fl-Unjoni. Il-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni tiżgura li ż-żewġ ċirkostanzi jirċievu trattament ugwali. Fl-aħħar nett, kif diġà msemmi fil-premessa 53, l-approċċ mitlub mis-CeDo jkun, b’mod partikolari fiċ-ċirkostanzi ta’ din il-kumpannija, iħawwad u jċajpar iż-żewġ kwalitajiet distinti li fihom is-CeDo topera bħala fornitur ta’ folji tal-aluminju għas-suq tal-Unjoni. Tabilħaqq, CeDo tipprovdi lis-suq tal-Unjoni, l-ewwel, bħala produttur li jinsab fl-Unjoni u, it-tieni, bħala rivenditur ta’ folji tal-aluminju importati miċ-Ċina. L-għan tal-kalkoli tal-marġini ta’ ħsara mhuwiex li jkejjel sa liema punt il-bejgħ tas-CeDo UK, bħala produttur importatur tal-Unjoni, qed jikkawża ħsara għall-produtturi tal-Unjoni iżda pjuttost dwar jekk l-esportazzjonijiet minn CeDo Shanghai għandhomx dan l-effett billi jwaqqgħu l-prezzjiet u jinbiegħu taħt il-prezz tal-produtturi tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-prezz rilevanti li għandu jitqies huwa l-prezz li bih il-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ lill-Unjoni, u mhux il-prezz li bih li l-materjali importati jerġgħu jinbiegħu mill-importaturi produtturi fl-Unjoni. Dan huwa konsistenti mal-approċċ meħud meta jiġi kkalkolat il-marġini ta’ ħsara attribwibbli għall-importazzjonijiet magħmula minn produtturi domestiċi fl-Unjoni.

(58)

Fl-aħħar nett, għandu jiġi ddikjarat li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni ġew aġġustati għal livell ta’ prezz tal-fabbrika bit-tnaqqas mhux biss ta’ noti ta’ kreditu, skontijiet u tnaqqis fil-prezzijiet iżda wkoll permezz ta’ kummissjonijiet (forma ta’ spiża tal-bejgħ) u l-ispejjeż relatati mat-trasport. Għalhekk it-tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur ma’ prezz tal-fabbrika tal-Unjoni ma jkunx paragun ġust.

(59)

Għar-raġunijiet mistqarra hawn fuq, instab li t-talba għar-reviżjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara tas-CeDo ma setgħex tiġi aċċettata.

(60)

Madankollu, il-marġni ta’ profitt rivedut tal-importaturi mhux relatati (modifikat għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 23) kellu impatt fuq il-marġni ta’ ħsara tas-CeDo, hekk kif dan huwa mnaqqas mill-prezz għall-bejgħ mill-ġdid. Fl-aħħar nett, kull marġini ta’ bejgħ bi prezz imwaqqa’ kien affettwat mill-korrezjoni ta’ żball klerikali żgħir fl-applikazzjoni tal-profitt mira fl-istadju provviżorju.

(61)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġnijiet ta’ ħsara definittivi huma kif ġejjin:

Isem il-Kumpannija

Il-bejgħ taħt il-prezz

CeDo (Shanghai) Ltd.

14,2  %

Ningbo Favored Commodity Co., Ltd.

14,6  %

Ningbo Times Aluminium Foil Technology Co., Ltd

15,6  %

Il-medja peżata għal ko-operaturi oħra

14,6  %

Residwu

35,6  %

8.2.   Miżuri definittivi

(62)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżazzjoni u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-inqas marġnijiet tad-dumping u ta’ ħsara misjuba, skont ir-regola tad-dazju l-aktar baxx. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita kif xieraq fil-livell tal-marġnijiet ta’ ħsara li nstabu.

(63)

Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:

Isem il-Kumpannija

Marġini tad-dumping

Marġni tal-eliminazzjoni tal-ħsara

Rata tad-Dazju Antidumping

CeDo (Shanghai) Ltd.

37,4  %

14,2  %

14,2  %

Ningbo Favored Commodity Co., Ltd.

30,6  %

14,6  %

14,6  %

Ningbo Times Aluminium Foil Technology Co., Ltd.

32,9  %

15,6  %

15,6  %

Kumpanniji oħra li kkooperaw

34,9  %

14,6  %

14,6  %

Marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu

45,6  %

35,6  %

35,6  %

(64)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpanniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpanniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħrajn kollha”.

(65)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping residwali applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(66)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(67)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew il-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (6) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni, assoċjata ma’ pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew il-bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpanniji li jgawdu minn rati ta’ dazju antidumping individwali.

(68)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju għall-pajjiż kollu għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma jkollhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-IP.

(69)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpanniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, elenkati fit-tabella fl-Artikolu 1(2) bir-rata medja tad-dazju tal-kampjun ta’ 14,6 %, għandha ssir dispożizzjoni għad-dazju medju peżat impost fuq dawn il-kumpanniji tal-aħħar biex jiġu applikati lil kwalunkwe esportatur ġdid li li kieku jkun intitolat għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku peress li dak l-Artikolu ma japplikax fejn ikun intuża t-teħid ta’ kampjun.

(70)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (divulgazzjoni finali). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar din id-divulgazzjoni finali.

(71)

Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

9.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU

(72)

Minħabba l-kobor tal-marġnijiet ta’ dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies li hu meħtieġ li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru definittivament.

(73)

Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti garantiti fil-livell tad-dazji provviżorji biss għandhom jinġabru b’mod definittiv, waqt li l-ammonti garantiti lil hinn mir-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet tal-folji tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda anqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħduma aktar milli rrumblat, iżda sew jekk imbuzzat u sew jekk le, b’rombli ta’ piż baxx ta’ mhux aktar minn 10 kg, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (kodiċijiet TARIC 7607111110 u 7607191010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpannija

Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

CeDo (Shanghai) Ltd., Shanghai

14,2  %

B299

Ningbo Favored Commodity Co., Ltd., Yuyao City

14,6  %

B301

Ningbo Times Aluminium Foil Technology Co., Ltd., Ningbo

15,6  %

B300

Able Packaging Co., Ltd., Shanghai

14,6  %

B302

Guangzhou Chuanlong Aluminium Foil Product Co., Ltd., Guangzhou

14,6  %

B303

Ningbo Ashburn Aluminium Foil Products Co., Ltd., Yuyao City

14,6  %

B304

Shanghai Blue Diamond Aluminium Foil Manufacturing Co., Ltd., Shanghai

14,6  %

B305

Weifang Quanxin Aluminum Foil Co., Ltd., Linqu

14,6  %

B306

Zhengzhou Zhuoshi Tech Co., Ltd., Zhengzhou City

14,6  %

B307

Zhuozhou Haoyuan Foil Industry Co., Ltd., Zhouzhou City

14,6  %

B308

Zibo Hengzhou Aluminium Plastic Packing Material Co., Ltd., Zibo

14,6  %

B309

Yuyao Caelurn Aluminium Foil Products Co., Ltd., Yuyao

14,6  %

B310

Il-kumpanniji l-oħra kollha

35,6  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddependi fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata japplika d-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti depożitati bħala titolu ekwivalenti għad-dazju ta’ antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2012 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti depożitati ogħla mill-ammont tad-dazji antidumping definittivi għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

huwa ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011),

huwa mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

huwa effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li huwa jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) billi jżid lill-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpanniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja ppeżata ta’ 14,6 %.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 251, 18.9.2012, p. 29.

(3)  ĠU L 331, 1.12.2012, p. 56.

(4)  Kawża T-107/08 Transnational Company ‘Kazchrome’ AO and ENRC Marketing AG v. il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea [2011] (għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra).

(5)  Rapport tal-Panel tad-WTO, iċ-Ċina — CVD and AD Duties on Grain Oriented Flat-Rolled Electrical Steel from USA — WT/DS414/R and AD Measure on Farmed Atlantic Salmon from Norway — WT/DS337/R.

(6)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office: NERV-105, 08/020, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali;

(2)

id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li (l-volum) ta’ folji tal-aluminju f’rombli mibjugħa gћall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea u li huwa kopert b’din il-fattura, ġie manifatturat minn (l-isem u s-sede reġistrata tal-kumpannija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”.


13.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 218/2013

tat-8 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cabrito Transmontano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cabrito Transmontano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/1996 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament(KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 122, 27.4.2012, p. 20.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk u l-ġewwieni

IL-PORTUGALL

Cabrito Transmontano (DPO)


13.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 219/2013

tat-12 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,2

MA

70,0

TN

101,4

TR

111,5

ZZ

97,5

0707 00 05

MA

170,1

TR

169,8

ZZ

170,0

0709 93 10

MA

55,6

TR

126,5

ZZ

91,1

0805 10 20

EG

57,0

IL

71,4

MA

52,6

TN

56,6

TR

65,0

ZZ

60,5

0805 50 10

TR

77,1

ZZ

77,1

0808 10 80

AR

116,3

BR

81,6

CL

122,3

CN

76,3

MK

31,3

US

170,8

ZZ

99,8

0808 30 90

AR

124,4

BR

113,7

CL

133,7

TR

171,6

US

191,0

ZA

107,5

ZZ

140,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.