ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.065.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 65

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
8 ta' Marzu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 195/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fejn jidħlu t-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrata l-ġdida għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu laħam frisk huma awtorizzati ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 197/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 80/2012 li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 198/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar l-għażla ta’ simbolu bil-għan li jiġu identifikati prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li huma suġġetti għal monitoraġġ addizzjonali ( 1 )

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 199/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/119/UE

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-6 ta’ Marzu 2013 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

21

 

 

2013/120/UE

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-6 ta’ Marzu 2013 li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

22

 

 

2013/121/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej dwar ċerti sits għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti ( 1 )

23

 

 

2013/122/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2013 li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fir-raba’ u l-ħames reġjun

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 195/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fejn jidħlu t-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(3), u l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (UE) Nru 171/2013 (3), il-Kummissjoni emendat id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (4) fejn jidħlu t-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali Dak ir-Regolament emenda l-mudelli tad-dokumenti rilevanti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. Konsegwentement, huwa neċessarju li l-Istati Membri jingħataw perjodu adegwat biex jadattaw il-forom korrispondenti. Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 171/2013 jiġi sostitwit.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli għall-konformità tal-użu, id-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 jistabbilixxi id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-kontroll tal-konformità tal-vetturi għall-emissjonijiet tas-CO2 u r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (6) li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri

(5)

Sabiex jiġi kkunsidrat l-iffrankar tas-CO2 bl-użu ta’ teknoloġiji innovattivi għall-kalkolu tal-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull manifattur f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u sabiex ikun żgurat monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku għal vetturi individwali, il-vetturi mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi għandhom jiġu ċċertifikati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u l-iffrankar totali għandu jiddaħħal fiċ-ċertifikat ta’ konformità.

(6)

Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jingħataw id-dejta adegwata biex jiċċertifikaw vetturi mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi u biex jintegraw l-iffrankar tas-CO2 tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi bħala parti mill-informazzjoni rappreżentattiva ta’ tip, varjant jew verżjoni speċifika ta’ vettura.

(7)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu emendati l-mudelli tad-dokumenti rilevanti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (7), introduċew rekwiżiti ġodda dwar l-informazzjoni fuq l-ittestjar tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu. Għaldaqstant, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi inkorporata fis-sistema stabbilita bid-Direttiva 2007/46/KE.

(9)

Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE jiġi sostitwit mit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 171/2013 huwa mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 55, 27.2.2013, p. 9.

(4)   ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(5)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(6)   ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

(7)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.


ANNESS I

L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu dawn l-entrati 3.5.6, 3.5.6.1, 3.5.6.2 u 3.5.6.3:

3.5.6.   Vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (*2): iva/le (1)

3.5.6.1.   Tip/Varjant/Verżjoni ta’ vettura ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (jekk applikabbli): …

3.5.6.2.   Eżistenza ta’ interazzjonijiet bejn innovazzjonijiet ekoloġiċi differenti: iva/le (1)

3.5.6.3.   Dejta dwar l-emissjonijiet relatata mal-użu tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi (irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat) (w1)

Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (w2)

Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (w3)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

2.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika (g/km)

3.

L-missjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-Tip 1 (w4)

4.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika fiċ-ċiklu tal-ittestjar tat-Tip 1 (= 3.5.1.3)

5.

Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

Formula

xxxx/201x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-iffrankar totali ta’ emissjonijiet tas-CO2 (g/km)(w5)

 

(*1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.’;"

(*2)   ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.”;"

(b)

Jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin:

“(w)

Innovazzjonijiet ekoloġiċi.

(w1)

Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġiċi

(w2)

In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika

(w3)

Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika

(w4)

Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu tal-ittestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(w5)

Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.”;

(2)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-entrati 3, 3.1 u 3.2 li ġejjin fl-entrata 49 tal-Parti I, in-Naħa 2 – il-Kategorija ta’ vetturi M1 (vetturi kompluti u kkompletati) tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE:

3.   Vettura mgħammra b’innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi): iva/le (1)

3.1.   Kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (p1): …

3.2.   L-iffrankar totali tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (p2) (irrepeti għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat): … ”;

(b)

Jiżdiedu n-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin fin-“Noti ta’ Spjegazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Anness IX”:

“(p)

Innovazzjonijiet ekoloġiċi.

(p1)

Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:

Il-kodiċi tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni, kif stabbilit fl-Anness VII;

Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: ‘e1 10 15 16’.)

(p2)

Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.”.

(*1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.’;

(*2)   ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.”;”


ANNESS II

“ANNESS VIII

RIŻULTATI TAT-TEST

(Għandhom jiġu kkompletati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u mehmużin maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura)

F’kull każ, l-informazzjoni għandha tagħmilha ċara għal liema varjant u verżjoni hija applikabbli. Verżjoni waħda ma jistax ikollha aktar minn riżultat wieħed. Madankollu, taħlita ta’ diversi riżultati għal kull verżjoni li jindikaw l-agħar każ hija permissibbli. Fil-każ tal-aħħar, għandu jkun iddikjarat b’nota li għall-punti mmarkati (*) jingħataw biss ir-riżultati tal-agħar każ.

1.   Ir-riżultati tat-testijiet tal-livell ta’ ħoss

In-numru tal-att regolatorju bażi u l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti, applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

Il-Varjant/Verżjoni:

Miexja (dB(A)/E):

Wieqfa (dB(A)/E):

fi (min– 1):

2.   Ir-riżultati tat-testijiet ta’ emissjoni tal-egżost

2.1.   Emissjonijiet minn vetturi bil-mutur ittestjati bi proċedura tal-ittestjar għal vetturi ħfief

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti, applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

Fjuwil(s) (1) … (diżil, petrol, LPG, NG, Bifjuwil: petrol/NG, LPG…, Fjuwil flessibbli: petrol/etanol, NG/H2NG…)

2.1.1.   Test tat-Tip 1 (2) (3) (emissjonijiet mill-vettura fiċ-ċiklu tal-ittestjar wara l-istartjar ta’ magna kiesħa)

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (mg/km)

It-THC (mg/km)

L-NMHC (mg/km)

L-NOx (mg/km)

It-THC + l-NOx (mg/km)

Il-massa ta’ materja partikulata (PM) (mg/km)

In-numru ta’ partikoli (P) (#/km) (1)

2.1.2.   Test tat-Tip 2 (2) (3) (dejta dwar l-emissjonijiet meħtieġa fl-approvazzjoni tat-tip biex ikun verifikat kemm il-vettura hi tajba għat-triq)

Tip 2, test tal-magna b’ingranaġġ baxx

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (% vol.)

Il-veloċità tal-magna (min– 1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)


Tip 2, test tal-magna b’ingranaġġ għoli:

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (% vol.)

Il-valur lambda

Il-veloċità tal-magna (min– 1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

2.1.3.   Test tat-tip 3 (emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase): …

2.1.4.   Test tat-tip 4 (emissjonijiet evaporattivi): …g/test

2.1.5.   Tip ta’ ttestjar 5 (id-durabbilità tal-mekkaniżmi ta’ kontroll kontra t-tniġġis):

Id-distanza tat-tqaddim koperta (km) (eż: 160 000 km): …

Il-fattur tad-deterjorament DF: ikkalkulat/fiss (1)

Valuri:

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO

It-THC

L-NMHC

L-NOx

It-THC + l-NOx

Il-massa ta’ materja partikolata (PM)

In-numru ta’ partikoli (P) (1)

2.1.6.   Test tat-tip 6 (medja tal-emissjonijiet f’temperaturi ambjentali baxxi):

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (g/km)

It-THC (g/km)

2.1.7.   OBD: iva/le (1)

2.2.   Emissjonijiet minn magni ttestjati bi proċedura tat-test għal vetturi tqal.

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti, applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:…

Fjuwil(s) (1) …(diżil, petrol, LPG, NG, Bifjuwil: petrol/NG, LPG…, Fjuwil flessibbli: petrol/etanol, NG/H2NG…)

2.2.1.   Riżultati tat-test ESC (2) (4) (5)

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (mg/kWh)

It-THC (mg/kWh)

L-NOx (mg/kWh)

L-NH3 (ppm) (1)

Il-massa tal-PM (mg/kWh)

In-numru tal-PM (#/kWh) (1)

2.2.2.   Riżultati tat-test ELR (2)

Il-Varjant/Verżjoni:

Il-valur tad-duħħan:… m– 1

2.2.3.   Riżultati tat-test ETC (4) (5)

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (mg/kWh)

It-THC (mg/kWh)

L-NMHC (mg/kWh) (1)

Is-CH4 (mg/kWh) (1)

L-NOx (mg/kWh)

L-NH3 (ppm) (1)

Il-massa tal-PM (mg/kWh)

In-numru tal-PM (#/kWh) (1)

2.2.4.   Ittestjar tal-magna mhux ingranata (2)

Il-Varjant/Verżjoni:

Is-CO (% vol.)

Il-Valur lambda (1)

Il-veloċità tal-magna (min– 1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

2.3.   Duħħan tad-diżil

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

2.3.1.   Ir-riżultati tat-test waqt aċċelerazzjoni libera

Il-Varjant/Verżjoni:

Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment (m– 1)

Il-veloċità normali tal-magna mhux ingranata:

Il-veloċità massima tal-magna

It-temperatura taż-żejt (min./mass.)

3.   Ir-riżultati tal-emissjoni tas-CO2, konsum tal-enerġija elettrika/tal-fjuwil, u testijiet tal-firxa elettrika.

In-numru tal-att regolatorju ta’ bażi u l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti applikabbli għall-approvazzjoni:

3.1.   Magni ta’ kombustjoni interna, inklużi vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC) (2) (6)

Il-Varjant/Verżjoni:

L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (kondizzjonijiet urbani) (g/km):

L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (kondizzjonijiet ekstraurbani) (g/km)

L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (ikkombinata) (g/km)

Il-konsum ta’ fjuwil (kondizzjonijiet urbani) (l/100 km) (7)

Il-konsum ta’ fjuwil (kondizzjonijiet ekstraurbani) (l/100 km) (7)

Il-konsum ta’ fjuwil (ikkombinat) (l/100 km) (7)

3.2.   Vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC) (2)

Il-Varjant/Verżjoni:

L-emissjoni ta’ massa tas-CO2 (Kundizzjoni A, ikkombinata) (g/km)

L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (Kundizzjoni B, ikkombinata) (g/km)

L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (peżata, ikkombinata) (g/km)

Il-konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni A, ikkombinat) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni B, ikkombinat) (l/100 km) (g)

Il-konsum ta’ fjuwil (peżat, ikkombinat) (l/100 km) (g)

Il-konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni A, ikkombinat) (Wh/km)

Il-konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni B, ikkombinat) (Wh/km)

Il-konsum ta’ enerġija elettrika (peżat u kkombinat) (Wh/km)

Il-firxa elettrika pura (km)

3.3.   Vetturi elettriċi puri (2)

Il-Varjant/Verżjoni:

Il-konsum ta’ enerġija elettrika (Wh/km)

Il-firxa (km)

3.4.   Vetturi biċ-ċellola tal-fjuwil tal-idroġenu (2)

Il-Varjant/Verżjoni:

Il-konsum ta’ fjuwil (kg/100 km)

4.   Ir-riżultati tat-testijiet għal vetturi mgħammra b’innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (1) (2) (3)

Il-Varjant/Verżjoni …

Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (4)

Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (5)

1.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

2.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika (g/km)

3.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-valur ta’ referenza skont iċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-Tip 1 (6)

4.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika skont iċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-Tip 1 (= 3.5.1.3)

5.

Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

Formula

xxxx/201x

L-iffrankar totali tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (7)

4.1.   Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (8)

Noti ta’ spjegazzjoni

(h)

Innovazzjonijiet ekoloġiċi.

(1)  Meta restrizzjonijiet għall-fjuwil ikunu applikabbli, indika dawn ir-restrizzjonijiet (eż: għall-gass naturali indika jekk hux il-firxa L jew il-firxa H).

(2)  Għall-vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella għandha tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils li huma.

(3)  Għal vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-test ikun se jsir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għall-vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, il-bifjuwil jew il-monofjuwil, it-tabella għandha tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali għandha turi l-agħar riżultati miksuba. Meta applikabbli, skont it-taqsimiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din trid tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.

(1)  Ħassar fejn ma japplikax.

(2)  Jekk applikabbli.

(4)  Għall-Euro VI, ESC irid jinftiehem bħala WHSC u ETC bħala WHTC.

(5)  Għall-Euro VI, jekk il-magni li joperaw bis-CNG u l-LPG jiġu ttestjati bi fjuwils ta’ referenza differenti, it-tabella għandha ssir mill-ġdid għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(6)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(7)  L-unità “l/100 km” tinbidel bi “m3/100 km” għal vetturi li joperaw bl-NG u l-H2NG, u bi “kg/100 km” għal vetturi li joperaw bl-idroġenu.

(1)  

(h1)

Irrepeti t-tabella għal kull varjant/verżjoni.

(2)  

(h2)

Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(3)  

(h3)

Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.

(4)  

(h4)

In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

(5)  

(h5)

Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

(6)  

(h6)

Jekk tiġi applikata metodoloġija tal-immudellar flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(7)  

(h7)

Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.

(8)  

(h8)

Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:

Il-kodiċi tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni, kif stipulat fl-Anness VII;

Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.


ANNESS III

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-punti li ġejjin 4.3.5, 4.3.5.1 u 4.3.5.2:

“4.3.5.   Vettura mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi

4.3.5.1.   Fil-każ ta’ tip ta’ vettura li hi mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika waħda jew aktar, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (*2), il-konformità tal-produzzjoni għandha tintwera skont l-innovazzjonijiet ekoloġiċi, billi jsiru t-testijiet stipulati fid-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni li japprovaw l-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) inkwistjoni.

4.3.5.2.   Il-punti 4.3.1, 4.3.2 u 4.3.4 għandhom japplikaw.

(*1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1."

(*2)   ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.”;"

(b)

Fl-Appendiċi 3, jiddaħħlu l-punti li ġejjin 3.5.6, 3.5.6.1, 3.5.6.2 u 3.5.6.3:

3.5.6.   Vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011: iva/le (*3)

3.5.6.1.   Tip/Varjant/Verżjoni tal-vettura ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (*4): …

3.5.6.2.   Interazzjonijiet li jeżistu bejn innovazzjonijiet ekoloġiċi differenti: iva/le (*3)

3.5.6.3.   Dejta dwar l-emissjonijiet relatati mal-użu ta’ innovazzjonijiet ekoloġiċi (*5)  (*6)

Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (1)

Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (2)

1.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

2.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika (g/km)

3.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (3)

4.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (= 3.5.1.3)

5.

Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

Formula

xxxx/201x (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-iffrankar totali ta’ emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (4)

 

(*3)  Ħassar fejn ma japplikax"

(*4)  Jekk applikabbli."

(*3)  Ħassar fejn ma japplikax"

(*5)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

(*6)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.” "

(c)

L-Addendum għall-Appendiċi 4 hu emendat kif ġej:

(i)

Fil-punt 2.1, it-tabella li tikkorrispondi għat-test tat-tip 6 hi mibdula b’dan li ġej:

“It-Tip 6

Is-CO (g/km)

It-THC (g/km)

Valur imkejjel”;

 

 

(ii)

Il-Punt 2.1.1 hu mibdul b’dan li ġej:

2.1.1.   Għall-vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella tat-test tat-tip 1 għandha tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils. Għall-vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-test tat-tip 1 irid isir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għal vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, il-monofjuwil jew il-bifjuwil, it-tabella għandha tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali trid turi l-agħar riżultati miksuba. Meta applikabbli, skont it-taqsimiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din għandha tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.”;

(iii)

Jiddaħħlu l-punti li ġejjin 2.6 u 2.6.1:

“2.6.   Ir-riżultati tat-test tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi (*7)  (*8)

Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (5)

Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (6)

1.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

2.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika (g/km)

3.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (7)

4.

L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (= 3.5.1.3)

5.

Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

Formula

xxxx/201x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-iffrankar totali tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (8)

 

2.6.1.   Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (*9): …

(*7)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

(*8)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika."

(*9)

  Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:

l-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: “e1 10 15 16”.)”;

"

(2)

Fl-Anness XII jiddaħħlu l-punti li ġejjin 4, 4.1, 4.2, 4.3 u 4.4:

“4.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURI MGĦAMMRA B’INNOVAZZJONIJIET EKOLOĠIĊI

4.1.   Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tas-CO2 tiegħu permezz ta’ ffrankar minn innovazzjoni ekoloġika waħda jew iżjed li biha tkun mgħammra vettura, għandu japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura mgħammra bl-innovazzjoni ekoloġika.

4.2.   L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika għandu, għal finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, ikun determinat bil-proċedura u l-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

4.3.   Il-prestazzjoni tat-testijiet meħtieġa biex ikun determinat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 miksub bl-innovazzjonijiet ekoloġiċi għandha tiġi kkunsidrata bla ħsara għad-dimostrazzjoni ta’ konformità tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi mal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, jekk applikabbli.

4.4.   L-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata jekk il-vettura mgħammra bl-innovazzjoni ekoloġika ma turix minimu ta’ 1 gCO2/km ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet fir-rigward tal-vettura ta’ referenza, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.”.


(*1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(*2)   ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.”;

(*3)  Ħassar fejn ma japplikax

(*4)  Jekk applikabbli.

(*5)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(*6)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.”

(*7)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(*8)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.

(*9)  Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:”

l-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: “e1 10 15 16”.)”;


(1)  In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

(2)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

(3)  Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jiġi applikat l-immudellar flok iċ-ċiklu tat-test tat-tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħtija fil-metodoloġija.

(4)  Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali;

(5)  In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

(6)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

(7)  Jekk jiġi applikat l-immudellar flok iċ-ċiklu tat-test tat-tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti fil-metodoloġija tal-immudellar.

(8)  Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 196/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrata l-ġdida għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu laħam frisk huma awtorizzati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u laħam frisk tagħhom. Skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 laħam frisk għall-konsum mill-bniedem jista’ jiġi importat biss jekk ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ma’ dak ir-Regolament u jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti.

(2)

Il-Ġappun talab li jiġi elenkat għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tal-bovini fl-Unjoni u l-verifika tal-Kummissjoni dwar il-laħam tal-bovini fil-Ġappun fl-2008 kkonfermat li r-rekwiżiti ġew sodisfatti. L-elenkar kien, madankollu, pospost meta seħħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġappun fl-2010.

(3)

Minn dakinhar il-Ġappun eradika l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tiegħu u ġie rikonoxxut bħala “ħieles mingħajr tilqim” għal din il-marda mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(4)

Il-Ġappun b’hekk jipprovdi garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u reġa’ talab biex ikun inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tal-bovini fl-Unjoni.

(5)

Il-Ġappun għalhekk għandu jitħalla jimporta laħam frisk tal-bovini lejn l-Unjoni.

(6)

Il-Parti 1 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ġappun tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Islanda:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data ta’ għeluq (*1)

Data tal-ftuħ (*2)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

“JP — il-Ġappun

JP

Il-pajjiż kollu

BOV

 

 

 

it-28 ta' Marzu 2013”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(*1)  Laħam li ġej minn annimali li nqatlu fid-data jew qabel id-data stipulata fil-kolonna 7 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni għal 90 ġurnata minn dik id-data. Konsenji li nġarru fuq vetturi f'ibħra fondi jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data stipulata fil-kolonna 7 fi żmien 40 ġurnata minn dik id-data. (Nota: jekk m'hemmx data fil-kolonna 7 dan ifisser li m'hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' żmien).

(*2)  Laħam minn annimali maqtula fid-data jew wara d-data stipulata fil-kolonna 8 biss jista' jiġi impurtat fl-Unjoni (jekk m'hemmx data fil-kolonna 8 dan ifisser li m'hemm l-ebda restrizzjonijiet ta' żmien).


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 80/2012 li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 80/2012 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bioloġiċi jew kimiċi stipulata fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 80/2012 għandu jiġi emendat biex jinkludi fil-lista żewġ sustanzi li għalihom fil-preżent ma hemm ebda produzzjoni ekwivalenti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni.

(3)

Barra minn hekk, ma hemmx aktar ħtieġa li tinżamm fil-lista sustanza li bħalissa hija elenkata fl-Anness 3 tal-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3) li tikkonċerna sustanzi farmaċewtiċi li huma ħielsa mid-dazju.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 80/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 80/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(2)   ĠU L 29, 1.2.2012, p. 33.

(3)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 80/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela li fiha il-kodiċi NM ex 2845 90 90 għall-Ilma (l-Ossiġnu-18):

 

“ex 2849 90 90

It-trab tal-karbur tas-siliċju tat-titanju ta’ purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar”.

(2)

Ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela li fiha il-kodiċi NM ex 2926 90 95 għat-2-Naftonitril:

 

“ex 2934 99 90

Oligomeri tal-fosforodijamidat tal-morfolin (oligonukleotidi tal-morfolin)”.

(3)

Ir-ringiela li ġejja titħassar:

“0014364-6

ex 2923 90 00

Bromid tad-dekametonju (INN)”.


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 198/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

dwar l-għażla ta’ simbolu bil-għan li jiġu identifikati prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li huma suġġetti għal monitoraġġ addizzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Xi prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem huma awtorizzati suġġett għal monitoraġġ addizzjonali minħabba l-profil speċifiku ta’ sikurezza tagħhom. Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, dan jinkludi prodotti mediċinali b’sustanza attiva ġdida, prodotti mediċinali bijoloġiċi u prodotti li fil-każ tagħhom tintalab id-dejta ta’ wara l-awtorizzazzjoni.

(2)

Għall-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa għandu jkun possibbli li jidentifikaw faċilment dawk il-prodotti mediċinali li huma suġġetti għal monitoraġġ addizzjonali sabiex ikunu jistgħu jaqsmu mal-awtoritajiet kompetenti u mad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni kull informazzjoni li tirriżulta mill-użu tal-prodott mediċinali u b’mod partikolari biex jirrappurtaw reazzjonijiet negattivi suspettużi.

(3)

Sabiex tkun assigurata t-trasparenza, il-prodotti mediċinali kollha li jiġu suġġetti għal monitoraġġ addizzjonali jiġu inklużi f’lista li tiġi stabbilita u aġġornata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u dan skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Barra minn hekk, dawn ikunu mmarkati b’simbolu iswed.

(4)

Fit-3 ta’ Ottubru 2012, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza adotta Rakkomandazzjoni li tiddikjara li s-simbolu iswed għandu jkun trijangolu iswed, ekwilaterali u bil-maqlub. Ir-Rakkomandazzjoni qieset l-opinjonijiet tal-pazjenti u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa kif espressi mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Pazjenti u tal-Konsumaturi u mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Professjonisti tas-Saħħa stabbiliti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(5)

Id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni li ngħataw qabel l-1 ta’ Settembru 2013 għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw l-informazzjoni dwar il-prodotti li tingħata mal-prodotti kkonċernati.

(6)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkonċedu aktar żmien għal dak l-adattament meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu dan.

(7)

L-introduzzjoni tas-simbolu iswed ma għandhiex tikkawża diffikultajiet fis-suq u fil-katina tal-provvista. Sabiex tiġi evitata kull interruzzjoni, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ma għandhomx ikunu obbligati jsejħu lura jew jergħu jippakkjaw prodotti li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-simbolu iswed imsemmi fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu jkun trijangolu iswed, ekwilaterali u bil-maqlub. Għandu jikkonforma mal-mudell u mal-qisien stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mogħtija qabel l-1 ta’ Settembru 2013, u li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li huma suġġetti għal monitoraġġ addizzjonali, għandhom jinkludu s-simbolu iswed fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett tal-pakkett ta’ dawn il-prodotti mediċinali sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mogħtija qabel l-1 ta’ Settembru 2013 li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li huma suġġetti għal monitoraġġ addizzjonali jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti aktar żmien, u dan meta jkunu jistgħu juru li biex jirrispettaw id-data msemmija fil-paragrafu 1 kapaċi tiġi affettwata ħażin il-provvista adegwata u kontinwa tal-prodott mediċinali.

Artikolu 3

L-istokks tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem immanifatturati, ippakkjati u ttikkettati qabel l-1 ta’ Jannar 2014, li ma jkunux jinkludu s-simbolu iswed fil-fuljett tal-pakkett jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq, jitqassmu, jingħataw, jinbiegħu u jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-ħażniet tagħhom.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

1.

Is-simbolu iswed imsemmi fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu jikkonforma mal-mudell li ġej:

Image 1

2.

Is-simbolu iswed irid ikun proporzjonali għad-daqs tat-tipa tat-test standardizzat li jiġi warajh, u kull naħa tat-trijangolu għandu jkollha tul minimu ta’ 5 mm.


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 199/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

82,8

MA

59,1

TN

68,1

TR

103,8

ZZ

78,5

0707 00 05

EG

191,6

MA

170,1

TR

151,3

ZZ

171,0

0709 91 00

EG

82,2

ZZ

82,2

0709 93 10

MA

47,9

TR

122,6

ZZ

85,3

0805 10 20

EG

49,9

IL

71,4

MA

50,1

TN

63,1

TR

62,2

ZZ

59,3

0805 50 10

TR

86,7

ZZ

86,7

0808 10 80

AR

116,3

BR

91,4

CL

115,2

CN

77,3

MK

28,7

US

168,2

ZZ

99,5

0808 30 90

AR

112,8

CL

115,4

TR

171,6

US

191,0

ZA

101,2

ZZ

138,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/21


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta’ Marzu 2013

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

(2013/119/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ tlettax-il Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2013. Jeħtieġ isir il-proċess ta’ ħatriet ġodda għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2019.

(2)

Ġie propost li l-mandat tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA u tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA kif ukoll tas-Sur Alfred DITTRICH u tas-Sur Nicholas James FORWOOD jiġu mġedda.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA u tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA kif ukoll tas-Sur Alfred DITTRICH u tas-Sur Nicholas James FORWOOD għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2019:

Is-Sur Alfred DITTRICH,

Is-Sur Nicholas James FORWOOD,

Is-Sinjura Mariyana KANCHEVA,

Is-Sinjura Ingrīda LABUCKA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2013.

Il-President

R. MONTGOMERY


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/22


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta’ Marzu 2013

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

(2013/120/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Nils WAHL, għandu jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Nils WAHL, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2013.

(2)

Ġie propost is-Sur Carl WETTER għall-post li sar vakanti.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tas-Sur Carl WETTER għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Carl WETTER għandu jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2013.

Il-President

R. MONTGOMERY


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Marzu 2013

dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej dwar ċerti sits għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/121/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Il-prodotti li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej imfassla skont id-Direttiva 2001/95/KE u riferiti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn preżunzjoni dwar is-sikurezza.

(2)

L-istandards Ewropej għandhom jitfasslu abbażi tar-rekwiżiti tas-sikurezza maħsuba biex jiżguraw li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/95/KE.

(3)

L-istandards Ewropej EN 14988-1:2006 (Parti 1: Rekwiżiti dwar is-sikurezza) u EN 14988-2:2006 (Parti 2: Metodi ta’ ttestjar) għas-siġġijiet għolja tat-tfal jeħtieġ jiġu riveduti. B’mod partikolari, hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti tas-sikurezza aktar stretti fir-rigward tal-perikli marbuta mal-waqgħat u mat-tħabbil perikoluż fl-irbit.

(4)

L-istandard Ewropew EN 1272: 1998 (Rekwiżiti ta’sikurezza u metodi ta’ ttestjar) għal siġġijiet li jeħlu mal-mejda mhux riferit f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, l-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandard Ewropew ma jagħtux lok għal preżunzjoni dwar is-sikurezza.

(5)

Ma jeżisti l-ebda standard Ewropew għal siġġijiet tat-tfal jew għal sits ta’ sostenn għat-tfal.

(6)

Għaldaqstant hu l-każ li jiġu determinati r-rekwiżiti maħsuba sabiex jiżguraw li tali sits għat-tfal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/95/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Sit ta’ sostenn għat-tfal” tfisser prodott intenzjonat biex jitwaħħal fuq siġġu tal-adulti biex jgħolli l-pożizzjoni bil-qiegħda ta’ tifel, sa meta jkollu 36 xahar, li jkun kapaċi joqgħod bilqiegħda waħdu;

(b)

“Siġġu tat-tfal” tfisser siġġu maħsub biex ipoġġi tifel wieħed, bid-daqs aġġustat skont l-età u maħsub biex jitqiegħed mal-art;

(c)

“Siġġu għoli tat-tfal” tfisser siġġu li jieqaf waħdu, li jgħolli t-tfal ta’ bejn 6 xhur u 36 xahar bejn wieħed u ieħor sal-għoli tal-mejda tal-ikel, maħsub għal meta wieħed jitma’ lil tifel li jkun kapaċi joqgħod bilqiegħda waħdu, kemm-il darba t-tifel ikun maqful sew fil-pożizzjoni bilqiegħda;

(d)

“Siġġu li jeħel mal-mejda” tfisser siġġu li normalment jintuża għal tfal li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom, u li huwa maħsub biex jitwaħħal ma’ mejda jew ma’ xi wiċċ orizzontali ieħor.

Artikolu 2

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza

Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar is-sikurezza fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, li għandhom ikunu sodisfatti mill-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.


ANNESS

REKWIŻITI DWAR IS- SIKUREZZA ĠENERALI

Meta jintużaw bl-iskop maħsuba għalih jew b’mod ippjanat u li fih wieħed iżomm f’moħħu l-imġiba normali tat-tfal, il-prodotti ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal jew ta’ min jieħu ħsiebhom.

Jekk tip wieħed ta’ siġġu jkun jista’ jinbidel f’tip ieħor ta’ siġġu (pereżempju, siġġu għoli li jinbidel f’siġġu tat-tfal), dan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza għaż-żewġ tipi ta’ siġġu.

It-tikketti fuq il-prodotti jew fuq l-ippakkjar tagħhom u l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għar-riskji u l-perikli inerenti ta’ korrimenti involuti fl-użu tal-prodotti u għall-modi kif jevitawhom. Madankollu, il-prodotti għandhom kemm jista’ jkun ikunu sikuri mill-konċepiment tagħhom, u għalhekk it-tikketti u t-twissijiet ma għandhomx jieħdu post is-sikurezza mill-konċepiment.

Rekwiżiti kimiċi

Il-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Proprjetajiet fjammabbli

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ma għandhomx jikkostitwixxu elementi fjammabbli istantanjament li jkun ta’ periklu fejn ikun hemm it-tfal. Għalhekk għandhom ikunu magħmula minn materjali li ma jipproduċux effett ta’ flash jekk ikunu esposti direttament għal fjamma jew għal spark. Għal din ir-raġuni, għandha titqies l-aħħar verżjoni ta’ EN 71-2.

L-użu ta’ sustanzi kimiċi biex irażżnu l-fjamma għandu jkun wieħed minimu. Jekk jintużaw sustanzi kimiċi li jrażżnu l-fjamma, it-tossiċità tagħhom waqt l-użu u waqt id-disponiment tagħhom meta jispiċċaw ma għandhiex tipperikola s-saħħa tal-utenti, ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal jew l-ambjent.

L-ippakkjar

Il-boroż magħmulin minn plastik flessibbli li jintużaw għall-ippakkjar, u li jkollhom perimetru għall-ftuħ li jkun akbar miċ-ċirkonferenza ta’ ras ta’ tifel, ma għandhomx joħolqu r-riskju li t-tifel jifga fihom. L-użu ta’ qfieli jew ħbula li jorbtu dan l-ippakkjar, jew li jorbtu l-ippakkjar li jeħel minnu nnifsu (pereżempju l-ippakkjar bil-cling-film) huwa pprojbit.

L-ippakkjar li jkollu l-prodotti fih ma għandux joħloq ir-riskju li jimblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq, hekk li t-tfal jifgaw fih. Għal dan il-għan, meta ma jostakolax l-esklużjoni tal-umdità, l-ippakkjar tal-plastik għandu jittaqqab.

Il-boroż għandu jkollhom immarkat b’mod li jidher sew it-twissija li ġejja inkella waħda ekwivalenti: “TWISSIJA! L-ippakkjar żommu ‘l bogħod mit-tfal għax jistgħu jifgaw fih”. Fuq il-boroż irid ikun hemm indikat ukoll simbolu kbir u ċar, jew dijagramma, li jindikaw li jeżisti periklu potenzjali.

L-identifikazzjoni tal-manifattur u tal-importatur

Il-manifatturi (1) għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur (2).

L-importaturi (3) għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott (4).

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ SIKUREZZA

1.   SITS TA’ SOSTENN GĦAT-TFAL

1.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza japplikaw għas-sits ta’ sostenn għat-tfal maħsuba għal tfal sal-età ta’ 36 xahar u li ma jiżnux iktar minn 15-il kg. Ma japplikawx għall-kuxxini, il-kuttunar u kwalunkwe prodott ieħor intiż biex iżomm lit-tifel fis-siġġu mingħajr ma jgħollilu l-pożizzjoni tiegħu bilqiegħda.

1.2.   Ir-rekwiżiti tas-sikurezza

Il-perikli li t-tifel jintrass fi spazji dojoq u f’fetħiet

Is-sits ta’ sostenn għat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati biex jipprevjenu li xi parti minn ġisem it-tfal tinqabad jew tintrass.

Il-perikli assoċjati mal-aġġustament tal-għoli tas-sit ta’ sostenn għat-tfal

Is-sits ta’ sostenn għat-tfal li jkollhom il-biċċa fejn ipoġġi t-tifel aġġustabbli skont l-għoli li jkun hemm bżonn, għandu jkollhom mekkaniżmi li jistabbilizzaw is-sit ta’ sostenn fil-pożizzjoni tiegħu ta’ użu normali. Ma għandux ikun possibbli li l-mekkaniżmi ta’ sikurezza jinħallu b’mod mhux intenzjonat.

Il-perikli assoċjati ma’ partijiet li jiċċaqilqu

Ladarba s-sit ta’ sostenn għat-tfal jintrama għall-użu normali, ma għandu jkun hemm ebda kompressjoni inkella punti li jagħfsu fuq xulxin aċċessibbli minħabba li s-sit ta’ sostenn jew xi parti minnu jitmexxew; minħabba li t-tifel jiċċaqlaq u allura l-piż ta’ ġismu jimxi f’lok ieħor fis-siġġu; jew minħabba l-applikazzjoni ta’ forza esterna (jew minn xi tifel ieħor jew, b’nuqqas ta’ ħsieb, minn min jindukrah, jew minn mekkaniżmu mħaddem).

Is-sits ta’ sostenn mfassla biex jingħalqu għandu jkollhom mekkaniżmu biex jingħalqu li ma jkunx jista’ jitħaddem mit-tfal u li min jindukrahom ma jkunx jista’ jħaddmu jekk mhux b’intenzjoni. Ma għandux ikun possibbli li sits ta’ sostenn għat-tfal jintramaw għall-użu normali mingħajr ma jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ sikurezza.

Il-periklu ta’ waqgħa

Meta s-sit ta’ sostenn jintrama għall-użu normali, irid ikun żgurat li t-tifel ma jkunx jista’ joħroġ minnu u li dan ma jkunx jista’ jinqaleb meta t-tifel jinklina f’xi naħa jew oħra. Biex ikunu evitati korrimenti kkawżati meta t-tfal iqumu bilwieqfa u jaqgħu, jew meta jiżżerżqu mis-siġġu u jaqgħu, dan għandu jitfassal b’tali mod li s-sistema ta’ rbit biex iżżomm lit-tifel maqful fih, lit-tifel ma tippermettilux jaqa’ jew jiżżerżaq minnu.

Sit ta’ sostenn għat-tfal irid ikun mgħammar b’sistema ta’ rbit li tkun tista’ tiġi aġġustata skont id-daqs tat-tfal u trid tkun tikkonsisti tal-inqas fi rbit mal-qadd u bejn il-koxox. Ma għandux ikun possibbli li tintuża s-sistema ta’ rbit mingħajr ma tinqafel il-qafla ta’ bejn il-koxox.

Is-sistema tal-irbit, iċ-ċineg, il-punti tal-irbit u s-sistema tal-irbit ma tista’ tiġrilhom ebda ħsara permanenti li tista’ tfixkel is-sigurtà tagħhom u l-funzjoni normali meta sottoposti għal stress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-sit ta’ sostenn.

Meta armati biex jintużaw, l-għoli tal-biċċa fejn jistrieħ id-dahar tas-sit ta’ sostenn għandu jkun għoli skont il-każ. Irid ikollu wkoll il-poġġamani fil-ġenb li jkunu għolja biżżejjed biex jiżguraw li t-tfal jibqgħu fis-sit meta jinklinaw f’xi naħa.

Il-periklu ta’ tħabbil fl-irbit

Il-ħbula, iż-żigarelli u partijiet simili, apparti s-sistema tat-trażżin għat-tfal u s-sistema tat-twaħħil tas-siġġu, li huma aċċessibbli min-naħa ta’ ġewwa tas-sit ta’ sostenn, irid ikollhom tul ħieles massimu li jimpedixxi l-formazzjoni ta’ qafla perikoluża li kapaċi tispiċċa madwar għonq it-tifel.

Ma għandux jintuża l-ħajt monofilament għall-ħbula, iż-żigarelli u partijiet simili, għall-qfieli u għall-ħajt tal-ħjata.

Il-periklu li t-tifel jifga

Biex jiġu evitati l-perikli ta’ soffokament, is-siġġijiet ta’ sostenn ma għandux ikun fihom partijiet żgħar, sew jekk huma maħsuba li jitneħħew bl-għodda u sew mingħajrhom, li jistgħu jinqalgħu minn forzi li t-tfal jistgħu japplikaw u li huma żgħar biżżejjed biex jidħlu kompletament f’ħalq it-tfal.

Materjali tal-mili li jikkostitwixxu riskju ta’ soffokament ma għandux ikun possibbli li jaċċessawhom it-tfal meta jagħfsu fihom. Dawn ma għandhomx ikunu ta’ periklu addizzjonali ta’ soffokament minħabba d-daqs tal-elementi li jkun fihom jew minħabba li dawn l-elementi isiru biżżejjed żgħar jew aċċessibbli meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom.

Il-periklu ta’ inġestjoni

Biex jiġi evitat il-periklu ta’ inġestjoni, is-siġġijiet ta’ sostenn ma għandux ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jkunu jinqalgħu meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom u li jkunu jistgħu jgħaddu mill-esofagu tat-tfal. F’kull każ, ma għandhomx jintużaw materjali tossiċi jew kisi tossiku.

Il-periklu ta’ soffokazzjoni

Is-siġġijiet ta’ sostenn ma għandux ikollhom xi decals tal-plastik li jistgħu jiġu f’idejn it-tfal u jinqalgħu minn posthom meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom. Ma għandu jkollu l-ebda kisi impermeabbli li jista’ jgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer tat-tfal u għalhekk jikkostitwixxu perikli ta’soffokazzjoni.

Trufijiet, kantunieri u partijiet li jisporġu’l barra li huma perikolużi

It-trufijiet, il-kantunieri u l-partijiet sporġuti kollha li huma aċċessibbli jridu jkunu għat-tond u ma jridx ikun fihom golji jew xfarijiet għall-ponta.

L-uċuħ

L-uċuħ kollha għandhom, sal-limitu kompatibbli mal-funzjonijiet tas-siġġu ta’ sostenn, ikunu lixxi biżżejjed biex jipprevjenu barxiet, qtugħ, grif, ħruq jew korrimenti oħra li jistgħu jkunu kkawżati inċidentalment meta s-siġġu ta’ sostenn jkun qed jintuża jew għax jagħmlu xi ħaġa t-tfal.

L-integrità strutturali

Is-sit ta’ sostenn ma għandux jikkollassa jew juri xi sinjal ta’ ħsara jew deformazzjoni permanenti li jistgħu jfixklu l-funzjoni normali u s-sikurezza tiegħu. Ebda mekkaniżmu biex jaġġusta l-għoli tas-sit ta’ sostenn ma għandu jippermetti li l-għoli tal-pożizzjoni magħżul jinbidel minħabba stress mekkaniku li jkun ġie suġġett għalih is-sit ta’ sostenn waqt l-użu intenzjonat tiegħu.

Sistema għat-tqabbid tas-siġġu

Is-sistema għat-tqabbid tas-siġġu għandha tkun imfassla biex torbot is-sit ta’ sostenn kemm mad-dahar u kemm mal-wiċċ tas-sit tas-siġġu.

Is-sistema għat-tqabbid tas-siġġu, iċ-ċineg, il-punti tal-irbit u s-sistema tal-irbit ma jridux jinkisru, jinħallu jew jinqatgħu mir-rabta tagħhom kawża ta’ stress mekkaniku li huma suġġetti għalih waqt l-użu intenzjonat.

Il-perikli assoċjati ma’ daqs inadegwat

L-informazzjoni dwar il-prodott għandha tispeċifika d-dimensjonijiet adegwati tas-sit u tad-dahar li l-prodott hu maħsub għalihom.

1.3.   L-informazzjoni dwar is-sikurezza, il-manwal għall-utenti u l-immarkar

L-informazzjoni dwar is-sikurezza trid tkun immarkata fuq il-prodott u tkun inkluża fl-istruzzjonijiet għall-utent.

L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tingħata bil-miktub fil-lingwa jew lingwi tal-pajjiż li fih jitqiegħed għall-bejgħ bl-imnut is-sit ta’ sostenn u fi stampi li jinftiehmu weħidhom. L-immarkar kollu jrid jibqa’ leġġibbli u t-tikketti użati fl-immarkar ma għandhomx ikunu jinqalgħu faċilment.

L-informazzjoni dwar is-sikurezza

Trid tiġi provduta informazzjoni essenzjali dwar is-sikurezza, spjegata b’mod ċar u fejn jidher sew. Għandha tkun murija sewwa u tibqa’ viżibbli wara li s-sit ta’ sostenn jitwaħħal mas-siġġu tal-adulti u qabel ma t-tifel jitpoġġa fis-sit ta’ sostenn. L-informazzjoni għandha tkun immarkata bil-kelma “TWISSIJA!” u tal-anqas għandu jkollha l-messaġġi li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom:

“Qatt tħalli t-tfal weħidhom.”

“Dejjem uża s-sistema ta’ rbit għat-tfal u dik tat-twaħħil tas-siġġu.”

“Dejjem iċċekkja s-sikurezza u l-istabbiltà tas-sit ta’ sostenn qabel tużah.”

“Dan il-prodott huwa maħsub għal tfal sa 36 xahar, li ma jiżnux iktar minn 15-il kg, li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom.”

L-informazzjoni dwar ix-xiri tal-prodott

Il-konsumatur għandu jkun jista’ jara b’mod ċar l-informazzjoni dwar ix-xiri tal-prodott fil-ħanut. L-informazzjoni tal-inqas trid tinkludi dan li ġej, kemm bil-miktub kif ukoll fi stampa li tinftiehem weħidha:

din id-dikjarazzjoni jew dikjarazzjoni ekwivalenti: “Dan il-prodott huwa maħsub għal tfal sa 36 xahar, li ma jiżnux iktar minn 15-il kg, li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom.”;

id-dimensjonijiet adegwati tas-siġġu tal-adulti, tas-sit u ta’ dahar is-siġġu.

Il-manwal għall-utent

Sit ta’ sostenn għat-tfal irid ikollu miegħu manwal għall-utenti. Il-manwal għall-utenti jrid jinkludi:

l-istqarrija li ġejja jew dikjarazzjoni ekwivalenti: “IMPORTANTI! DAN ŻOMMU GĦAL REFERENZA FIL-FUTUR.”;

istruzzjonijiet għal immuntar u użu korrett u sikur tas-sit ta’ sostenn;

informazzjoni dwar it-tipi ta’ siġġu tal-adulti li miegħu jista’ jitwaħħal sit ta’ sostenn u t-tipi li magħhom dan ma jistax isir.

It-twissijiet fil-manwal għall-utent għandhom ikunu mmarkati bil-kelma “TWISSIJA!” u għandhom mill-anqas iwasslu dawn il-messaġġi li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom:

“Qatt tħalli t-tfal weħidhom.”

“Dejjem uża s-sistema ta’ rbit għat-tfal u dik tat-twaħħil tas-siġġu.”

“Kun ċert li s-sistema tat-twaħħil tas-siġġu hija mwaħħla u aġġustata sew qabel ma tintuża.”

“Dejjem iċċekkja s-sikurezza u l-istabbiltà tas-sit ta’ sostenn għat-tfal qabel tużah.”

Il-manwal għall-utenti għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

l-istqarrija li ġejja jew dikjarazzjoni ekwivalenti: “Dan il-prodott huwa maħsub għal tfal sa 36 xahar, li ma jiżnux iktar minn 15-il kg, li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom.”;

id-dimensjonijiet adegwati tas-siġġu tal-adulti, tas-sit u ta’ dahar is-siġġu;

dikjarazzjoni li s-sit ta’ sostenn ma għandux jintuża jekk fih xi parti miksura, imqattgħa jew nieqsa;

dikjarazzjoni li ma għandhomx jintużaw aċċessorji jew parts ġodda għajr dawk approvati mill-manifattur;

rakkomandazzjonijiet għat-tindif u l-manutenzjoni.

2.   SIĠĠIJIET TAT-TFAL

2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-rekwiżiti dwar is-sikurezza japplikaw għal siġġijiet tat-tfal maħsuba għat-tfal li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom. Dawn jinkludu banketti, siġġijiet (il-parts tal-immuntar jinkludu: saqajn, il-qiegħ tas-sit, dahar tas-siġġu) u pultruni (il-parts tal-immuntar jinkudu: il-qiegħ tas-sit, dahar tas-siġġu u poġġamani) għall-użu fuq ġewwa u fuq barra. Siġġijiet li jitbandlu u siġġijiet li jingħalqu huma inklużi wkoll. Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal prodotti multifunzjonali li jistgħu jiġu konvertiti f’siġġijiet tat-tfal. Dawn japplikaw ukoll għal siġġijiet tat-tfal mgħammra bir-roti. Prodotti li jikkombinaw il-funzjoni ta’ siġġu tat-tfal ma’ funzjoni oħra (pereżempju, post għall-ħżin) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti wkoll.

2.2.   Ir-rekwiżiti tas-sikurezza

Il-perikli li t-tifel jintrass fi spazji dojoq u f’fetħiet

Is-siġġijiet tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’mod li jipprevjenu l-qbid tar-riġlejn, is-saqajn u l-idejn u kemm jista’ jkun anki l-qbid tas-swaba’ fi spazji u f’fetħiet.

Siġġijiet tat-tfal li jingħalqu għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’mod li jipprevjenu l-qbid tas-swaba’.

Is-siġġijiet tat-tfal ma għandhomx ikunu daqshekk tqal li r-ras tat-tifel jew tifla tkun tista’ tinqabad taħthom.

Il-perikli assoċjati ma’ partijiet li jiċċaqilqu

Ladarba s-siġġu tat-tfal jintrama għall-użu normali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma għandu jkun hemm ebda partijiet li jiċċaqilqu li jkunu ta’ periklu.

Roti u roti tas-saqajn

Is-siġġijiet tat-tfal li huma mgħammra b’roti jew b’roti tas-saqajn għandhom jitfasslu b’mod li ma jdgħajjifx l-istabbilità tagħhom.

Il-perikli ta’ waqgħa

Is-siġġijiet tat-tfal għandhom ikunu stabbli biżżejjed b’mod li jipprevjenu l-qlib f’xi direzzjoni waqt li t-tfal ikunu fihom.

Stabbiltà

Is-siġġijiet tat-tfal għandhom ikunu stabbli.

Il-perikli ta’ soffokament

Biex jiġi evitat il-periklu ta’ soffokament, is-siġġijiet ma jridx ikun fihom partijiet żgħar li jinqalgħu meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom u li jidħlu kompletament f’ħalq it-tfal. Materjali tal-mili li jikkostitwixxu riskju ta’ soffokament ma għandux ikun possibbli li jaċċessawhom it-tfal meta joqogħdu jagħfsu fihom. Dawn ma għandhomx ikunu ta’ periklu addizzjonali ta’ fgar minħabba d-daqs tal-elementi li jkun fihom jew minħabba li dawn l-elementi isiru biżżejjed żgħar jew aċċessibbli meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom.

Il-periklu ta’ soffokazzjoni

Is-siġġijiet tat-tfal ma għandux ikollhom decals tal-plastik li jinqalgħu meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom. Ma jistax ikollhom xi kisi impermeabbli li jgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer hekk li jikkostitwixxi periklu ta’ soffokazzjoni.

Il-perikli ta’ inġestjoni

Biex jiġi evitat il-periklu ta’ inġestjoni, is-siġġijiet ma għandux ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jkunu jinqalgħu meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom u li jkunu jistgħu jgħaddu mill-esofagu tat-tfal. F’kull każ, ma għandhomx jintużaw materjali tossiċi jew kisi tossiku.

L-uċuħ

L-uċuħ kollha, sal-limitu kompatibbli mal-funzjonijiet tas-siġġu, għandhom ikunu lixxi biżżejjed biex jipprevjenu barxiet, qtugħ, grif, ħruq jew korrimenti oħra li jistgħu jkunu kkawżati inċidentalment meta s-siġġu jkun qed jintuża jew għax jagħmlu xi ħaġa t-tfal.

It-truf perikolużi

Is-siġġijiet tat-tfal ma għandux ikollhom truf jew ponot li jaqtgħu. It-truf jew kantunieri aċċessibbli għandhom jinġiebu għat-tond jew ikunu ċċanfrinati. Ma għandu jkollhom ebda wiċċ sporġut bil-ponta jew li jikkostitwixxi periklu ta’ titqib.

L-integrità strutturali

Is-siġġijiet tat-tfal u l-komponenti tagħhom, bħall-qiegħ tas-sit, id-dahar, u s-saqajn, għandhom ikunu kapaċi jifilħu għall-pressjoni mekkanika li jkunu suġġetti għaliha waqt l-użu intenzjonat.

2.3.   L-informazzjoni dwar is-sikurezza

It-twissijiet u l-istruzzjonijiet tal-użu għandhom jindikaw lill-ġenituri jew lil min ikun qed jindokra t-tfal li s-siġġijiet tat-tfal li jkunu taħt tieqa, it-tifel kapaċi jużahom bħala tarġa bil-konsegwenza li t-tifel jista’ jaqa’ mit-tieqa.

L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tingħata bil-miktub fil-lingwa jew lingwi tal-pajjiż li fih jitqiegħed għall-bejgħ bl-imnut is-siġġu tat-tfal u fi stampi li jinftiehmu weħidhom. L-immarkar kollu jrid jibqa’ leġġibbli u t-tikketti użati fl-immarkar ma għandhomx ikunu wħud li jinqalgħu faċilment.

3.   SIĠĠIJIET GĦOLJA TAT-TFAL

3.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza japplikaw għas-siġġijiet għoljin intiżi għal tfal li jistgħu joqogħdu bilqiegħda weħidhom, li għandhom minn madwar sitt xhur sa 36 xahar, li jiżnu mhux iktar minn 15-il kg. Jekk is-siġġijiet għolja tat-tfal ikunu mfassla b’mod li jiġu konvertiti f’siġġijiet tat-tfal, dawn iridu jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti li japplikaw għas-siġġijiet tat-tfal.

Jekk ikun hemm xi partijiet mis-siġġu għoli li jkunu maħsuba biex jinqalgħu minn posthom (eż. gabarrè jew biċċa fejn tistrieħ is-sieq), dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza japplikaw għas-siġġu għoli kemm b’dawn il-partijiet u kemm mingħajrhom.

Il-prodotti b’valur ta’ logħob sinifikanti ukoll iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (pereżempju, siġġu għoli li jista’ jiġi kkonvertit f’żiemel li jitbandal).

3.2.   Ir-rekwiżiti tas-sikurezza

Ġenerali

Ma għandhomx jintużaw viti ta’ konnessjoni għall-qfil dirett (eż. viti “self-tapping”) għall-assemblaġġ ta’ xi komponent li jkun irid jitneħħa jew jinħall meta s-siġġu għoli jiżżarma biex jinġarr jew biex jinħażen.

It-trufijiet esposti u l-partijiet li jisporġu għandhom jinġiebu għat-tond jew jiġu ċċanfrinati u ma għandux ikollhom golji jew xfarijiet għall-ponta.

Il-perikli ta’ waqgħa

Biex ikunu evitati korrimenti kkawżati meta t-tfal iqumu bilwieqfa u jaqgħu, jew meta jiżżerżqu mis-siġġu għoli u jaqgħu, dan għandu jitfassal b’tali mod li s-sistema ta’ rbit biex iżżomm lit-tifel maqful fih, lit-tifel ma tippermettilux jaqa’ jew jiżżerżaq minnu.

Is-siġġu għoli għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ rbit li tkun tista’ tiġi aġġustata skont id-daqs tat-tfal u trid tkun tikkonsisti tal-inqas fi rbit mal-qadd u bejn il-koxox. Ma għandux ikun possibbli li tintuża s-sistema ta’ rbit mingħajr ma tinqafel il-qafla ta’ bejn il-koxox.

Is-sistema għat-tqabbid tas-siġġu, iċ-ċineg, il-punti tal-irbit u s-sistema tal-irbit ma jridux jinkisru, jinħallu jew jinqatgħu mill-irbit tagħhom minħabba forzi interni u esterni li t-tfal jistgħu japplikaw.

Id-disinn tas-sistema tat-trażżin irid iqis il-movimenti potenzjali kollha tat-tfal f’siġġu għoli.

L-għoli ta’ dahar is-siġġu għoli għandu jkun wieħed adegwat. Irid ikollu wkoll il-poġġamani fil-ġenb li jkunu għolja biżżejjed biex jiżguraw li t-tfal jibqgħu fis-siġġu meta jinklinaw f’xi naħa.

Biex ikunu evitati korrimenti minħabba l-imbuttar u/jew l-imbuttar bis-saqajn tat-tfal mal-mejda tal-ikel hekk li s-siġġu jinqeleb lura, is-siġġu għoli jrid jitfassal b’tali mod li jkun stabbli biżżejjed biex jipprekludi l-periklu ta’ waqgħa.

Tħabbil perikoluż

Fis-siġġu għoli ma għandu jkun hemm ebda ċintorini, żigarelli jew partijiet simili (bl-eċċezzjoni tas-sistema tal-irbit) li jikkostitwixxu tħabbil perikoluż.

Il-perikli li t-tifel jintrass fi spazji dojoq u f’fetħiet

Is-siġġijiet għolja tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’mod li jipprevjenu li xi parti minn ġisem it-tfal tinqabad jew tintrass.

Il-perikli assoċjati ma’ partijiet li jiċċaqilqu

Biex ikun evitat ir-riskju ta’ għafis u tgħaffiġ, għandhom jiġu evitati l-punti ta’ kompressjoni inkella li jagħfsu fuq xulxin. Jekk, għal raġunijiet funzjonali, ma jkunux jistgħu jiġu evitati l-punti ta’ kompressjoni inkella li jagħfsu fuq xulxin, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li dawn ikunu sikuri.

Kwalunkwe parti mis-siġġu għoli li tista’ tintewa jew tinqala’ trid tiġi llokkjata hekk li t-tfal li jkunu qed jużaw il-prodott, jew tfal oħra, ma jkunux jistgħu jħolluhom, u lanqas ma jkun jista’ jħollhom adult sakemm mhux b’mod intenzjonat.

Il-mekkaniżmi ta’ llokkjar għal siġġijiet għolja li jingħalqu

Il-mekkaniżmi tal-illokkjar huma meħtieġa sabiex jiġi evitat li s-siġġu għoli jingħalaq meta jkun fih it-tifel u anki waqt li t-tifel ikun qiegħed jitpoġġa fih jew jinħareġ minnu.

Biex jiġu evitati perikli li jirriżultaw mill-użu ħażin tas-siġġu għoli, jew irid jiġri li l-piż tat-tifel li jkun fis-siġġu għoli jżommu milli jingħalaq, inkella li jkun hemm tal-inqas mekkaniżmu wieħed ta’ llokkjar li jaħdem b’mod awtomatiku meta jkun qed jintuża s-siġġu għoli.

It-tfal ma jridux ikunu jistgħu, involontarjament, iħollu jew joperaw il-mekkaniżmi ta’ llokkjar.

Kull mekkaniżmi ta’ llokkjar irid ikompli jaħdem kif suppost meta jkun suġġett għal stress mekkaniku statiku u dinamiku matul l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli.

Il-perikli ta’ soffokament

L-ebda parti li tista’ tinqala’ meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fiha ma għandha tkun daqshekk żgħira li tidħol kompletament f’ħalq it-tifel jew tifla. Il-komponenti li jistgħu jinqalgħu mingħajr għodda ma jistgħux ikunu żgħar tant li jidħlu kompletament f’ħalq it-tifel jew tifla. Materjali tal-mili li jikkostitwixxu riskju ta’ soffokament ma għandux ikun possibbli li jaċċessawhom it-tfal meta jagħfsu fihom. Barra minn hekk, dawn ma għandhomx ikunu ta’ periklu addizzjonali ta’ soffokament minħabba d-daqs tal-elementi li jkun fihom jew minħabba li dawn l-elementi isiru biżżejjed żgħar jew aċċessibbli meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom.

Is-sistema ta’ rbit

Is-siġġu għoli għandu jitfassal b’mod hekk li t-tfal jinqaflu fil-pożizzjoni bilqiegħda u li ma jkunx possibbli li jaqgħu kemm-il darba dawn iqumu bilwieqfa u jitilfu l-bilanċ; u dan isir jew permezz ta’ sistema ta’ rbit li tkun tinkludi l-irbit minn bejn il-koxox flimkien ma’ komponent orizzontali jew permezz ta’ rbit integrali. Jekk is-siġġu għoli jkun mgħammar b’dahar li jinżel u jitla’, ikun irid ikollu rbit integrali.

L-istress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli ma għandux jikkawża xi dannu permanenti - li jista’ jtellef mis-sikurezza u mill-funzjoni normali tiegħu - fl-irbit ta’ bejn il-koxox, fiċ-ċintorini tal-qadd u fiċ-ċineg tal-irbit integrali.

Meta s-siġġu għoli jkun mgħammar b’punti li jingħaqdu mal-irbit ewlieni jew maċ-ċinturin, l-istress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli ma għandux jikkawżalhom xi dannu permanenti li jista’ jtellef mis-sikurezza u mill-funzjoni normali tagħhom.

Jekk hemm ukoll irbit integrali jew inkella ċinturin, dan irid ikun wieħed aġġustabbli u l-istress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli ma għandux jikkawżalu xi dannu permanenti li jista’ jtellef mis-sikurezza u mill-funzjoni normali tiegħu.

Protezzjoni laterali

Is-siġġu għoli jrid ikun mgħammar b’poġġamani jew b’mezzi oħra ta’ protezzjoni laterali.

Id-dahar tas-siġġu

Is-siġġu għoli għandu jkollu armat miegħu dahar li jkun għoli biżżejjed biex jiżgura li t-tifel jibqa’ fis-siġġu meta t-tifel jinklina ruħu lejn naħa jew oħra.

Dahar li jitla’ u jinżel

Il-mekkaniżmu li jippermetti li d-dahar jiġi aġġustat ma jridx ikun wieħed li jimxi waħdu minn pożizzjoni għal oħra meta jkun suġġett għal stress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli.

Roti u roti tas-saqajn

Is-siġġijiet għoljin li huma mgħammra b’roti jew b’roti tas-saqajn għandhom jitfasslu b’mod li dawn ma jdgħajfux l-istabbilità tagħhom.

L-integrità strutturali

Il-funzjonijiet tas-siġġu għoli ma għandhomx jiġu kompromessi meta jkunu suġġetti għal stress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli.

Is-siġġu għoli ma għandux jaqa’ u l-mekkaniżmu tal-illokkjar irid jibqa’ attiv meta jkun suġġett għal stress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli.

L-istabbiltà

Jekk ikun hemm xi partijiet mis-siġġu għoli li jkunu maħsuba biex jinqalgħu minn posthom (eż. gabarrè jew biċċa fejn tistrieħ is-sieq), ir-rekwiżiti tal-istabbiltà japplika għas-siġġu għoli kemm b’dawn il-partijiet u kemm mingħajrhom.

Meta s-siġġu għoli jkun suġġett għal stress mekkaniku statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu għoli, dan ma għandux jinqaleb fuq xi ġenb, fuq quddiem jew fuq wara.

3.3.   L-informazzjoni dwar is-sikurezza, il-manwal għall-utenti u l-immarkar

Ġenerali

L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tingħata bil-miktub fil-lingwa jew lingwi tal-pajjiż li fih jitqiegħed għall-bejgħ bl-imnut is-siġġu għoli u fi stampi li jinftiehmu weħidhom. L-immarkar kollu jrid jibqa’ leġġibbli u kull tikketta użata fl-immarkar ma tridx tkun waħda li tinqala’ faċilment matul l-użu intenzjonat tal-prodott.

L-informazzjoni dwar is-sikurezza

Trid tingħata informazzjoni dwar is-sikurezza, b’mod ċar u fejn jidher sew. L-informazzjoni għandha tkun immarkata bil-kelma “TWISSIJA!” u tal-anqas għandu jkollha l-messaġġi li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom:

“Qatt tħalli t-tfal weħidhom.”

“Dejjem uża s-sistema tal-irbit.”

“Dejjem iċċekkja s-sikurezza u l-istabbiltà tas-siġġu għoli qabel tużah.”

L-informazzjoni dwar ix-xiri tal-prodott

Il-konsumatur għandu jkun jista’ jara b’mod ċar l-informazzjoni dwar ix-xiri tal-prodott fil-ħanut. L-informazzjoni jrid ikun fiha mill-inqas id-dikjarazzjoni li ġejja jew waħda ekwivalenti, kemm bil-miktub u kemm fi stampa ta’ spjegazzjoni: “Dan il-prodott huwa maħsub għal tfal sa 36 xahar, li ma jiżnux iktar minn 15-il kg, li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom.” Jekk il-prodott ikunu jistgħu jsirulu xi modifiki, sew biex jintuża għal-logħob, sew biex jinbidel f’siġġu tat-tfal, kif ukoll biex jiġi aġġustat biex jakkomoda t-tifel fil-fażijiet differenti tal-iżvilupp (il-karatteristika “kabbar skont kemm kiber it-tifel”), trid tingħata informazzjoni addizzjonali.

L-immarkar

Is-siġġijiet għoljin għandhom ikunu mmarkati b’mod permanenti bit-twissija li ġejja jew l-ekwivalenti tagħha: “TWISSIJA! QATT TĦALLI T-TFAL WEĦIDHOM.” Mat-twissija għandu jkun hemm ukoll stampa li tmur magħha.

Il-manwal għall-utent

Fil-manwal għall-utent, iridu jingħataw istruzzjonijiet għall-użu u dawn għandhom ikunu mmarkati bil-kelma “IMPORTANTI! ŻOMM GĦAL REFERENZA FUTURA” jew dikjarazzjoni ekwivalenti.

L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu t-twissijiet li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom bit-tikketta “TWISSIJA!”:

“Qatt tħalli t-tfal weħidhom.”

“Tużax is-siġġu għoli jekk il-komponenti kollha ma jkunux armati u aġġustati sew.”

Il-manwal tal-utent irid jinkludi wkoll it-twissijiet li ġejjin:

kun ċert li l-irbit kollu jkun mwaħħal sew;

kun konxju mir-riskju ta’ xi fjamma esposta jew sorsi oħra ta’ sħana qawwija, ngħidu aħna s-sħana tal-ħiters elettriċi, nirien mill-gass, eċċ. qrib tas-siġġu għoli.

Fil-manwal għall-utenti trid tingħata l-informazzjoni dwar is-sikurezza li ġejja:

tpinġija li tispjega l-assemblaġġ, lista u/jew deskrizzjoni tal-partijiet kollha u l-għodod meħtieġa biex jintrama s-siġġu u dijagramma tal-boltijiet u mekkaniżmi oħra tal-illokkjar;

dikjarazzjoni li s-siġġu għoli ma għandux jintuża qabel ma t-tifel ikun kapaċi joqgħod bilqiegħda waħdu;

dikjarazzjoni li s-siġġu għoli ma għandux jintuża jekk fih xi parti miksura, imqattgħa jew nieqsa;

rakkomandazzjonijiet għat-tindif u l-manutenzjoni.

4.   SIĠĠIJIET LI JEĦLU MAL-MEJDA

4.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza japplikaw għal siġġijiet li jeħlu mal-mejda, maħsuba għal tfal li kapaċi joqogħdu bilqiegħda weħidhom (minn 6 xhur) u li ma jiżnux iktar minn 15-il kg.

4.2.   Ir-rekwiżiti tas-sikurezza

Ġenerali

Is-siġġu li jeħel mal-mejda, meta jintrama biex jintuża, irid jintrama b’tali mod li ma jkunx possibbli li t-tifel jew min jindukrah jispiċċa jinqaras, jaqta’ xi mkien jew jindarab.

Il-perikli li t-tifel jintrass fi spazji dojoq u f’fetħiet

Biex it-tifel ma jinqabadx jew jintrass, is-siġġijiet li jeħlu mal-mejda ma għandhomx jinkorporaw tubi miftuħa, inkella jkollhom spazji jew fetħiet li jafu jwasslu biex it-tifel iweġġa’.

Iridu jkunu mfassla hekk li ma jippermettux li tifel jaqa’ minn xi spazju jew fetħa li jkun hemm fihom.

Trufijiet, kantunieri u partijiet li jisporġu ‘l barra li huma perikolużi

It-trufijiet, il-kantunieri u l-partijiet sporġuti kollha tas-siġġu li jeħel mal-mejda li huma aċċessibbli jridu jkunu għat-tond jew iċċanfrinati u ma jridx ikun fihom golji jew xfarijiet għall-ponta.

Il-perikli ta’ soffokament

Biex jiġu evitati l-perikli ta’ soffokament, is-siġġijiet ma għandux ikun fihom partijiet żgħar, la jekk ikunu maħsuba li jitneħħew bl-għodda u lanqas jekk jitneħħew mingħajr għodda, li jistgħu jinqalgħu minn forzi li t-tfal jistgħu japplikaw u li huma żgħar biżżejjed biex jidħlu kompletament f’ħalq it-tfal.

Materjali tal-mili li jikkostitwixxu riskju ta’ soffokament ma għandux ikun possibbli li jaċċessawhom it-tfal meta jagħfsu fihom. Barra minn hekk, dawn ma għandhomx ikunu ta’ periklu addizzjonali ta’ soffokament minħabba d-daqs tal-elementi li jkun fihom jew minħabba li dawn l-elementi jsiru biżżejjed żgħar jew aċċessibbli meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom.

Il-perikli ta’ inġestjoni

Biex jiġi evitat il-periklu ta’ inġestjoni minn użu skorrett tas-siġġu li jeħel mal-mejda, dan ma għandux ikollu biċċiet separati jew żgħar li jkunu jinqalgħu meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom u li jistgħu jgħaddu mill-esofagu.

Il-periklu ta’ soffokazzjoni

Is-siġġijiet ma għandux ikollhom xi decals tal-plastik li jistgħu jiġu f’idejn it-tfal u jinqalgħu minn posthom meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom. Ma għandu jkollu l-ebda kisi impermeabbli li jista’ jgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer tat-tfal u għalhekk jikkostitwixxu perikli ta’ soffokazzjoni.

Viti bil-kamin

Ma għandhomx jintużaw viti tal-irbit (eż. bil-kamin) biex jintrabat xi komponent li jrid jitneħħa jew jinħall meta s-siġġu li jeħel mal-mejda jiżżarma biex jinġarr jew jinħażen.

Il-perikli assoċjati ma’ partijiet li jiċċaqilqu

Ladarba s-siġġu li jeħel mal-mejda jintrama għall-użu normali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma għandu jkun hemm ebda partijiet li jiċċaqilqu li jkunu ta’ periklu.

Il-perikli ta’ waqgħa

Biex ikunu evitati korrimenti kkawżati meta t-tfal iqumu bilwieqfa u jaqgħu, jew meta jiżżerżqu mis-siġġu li jeħel mal-mejda u jaqgħu, dan għandu jitfassal b’tali mod li s-sistema ta’ rbit biex iżżomm lit-tifel maqful fih, lit-tifel ma tippermettilux jaqa’ jew jiżżerżaq minnu.

Is-siġġu li jeħel mal-mejda għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ rbit li tkun tista’ tiġi aġġustata skont id-daqs tat-tfal u li trid tkun tikkonsisti tal-inqas fi rbit mal-qadd u bejn il-koxox. Ma għandux ikun possibbli li tintuża s-sistema ta’ rbit mingħajr ma tinqafel il-qafla ta’ bejn il-koxox.

Is-sistema għat-tqabbid tas-siġġu, iċ-ċineg, il-punti tal-irbit u s-sistema tal-irbit ma jridux jinkisru, jinħallu jew jinqatgħu mill-irbit tagħhom minħabba forzi interni u esterni li t-tfal jistgħu japplikaw.

Id-disinn tas-sistema tat-trażżin trid tqis il-movimenti potenzjali kollha tat-tfal f’siġġu li jeħel mal-mejda.

Meta jintrama biex jintuża, l-għoli tad-dahar tas-siġġu li jeħel mal-mejda għandu jkun għoli kif xieraq. Irid ikollu wkoll il-poġġamani fil-ġenb li jkunu għolja biżżejjed biex jiżguraw li t-tfal jibqgħu fis-siġġu meta jinklinaw ruħhom lejn naħa jew oħra.

Biċċiet biex jistrieħu s-saqajn fuqhom

Ma għandhomx jingħataw biċċiet biex jistrieħu s-saqajn fuqhom.

Sits li jistgħu jitneħħew

Jekk is-sit jista’ jitneħħa mill-qafas, il-mezzi ta’ rbit biex jorbtu s-sit mal-qafas iridu jitfasslu b’mod li jipprevjenu li s-sit jinqala’ b’mod mhux intenzjonat mill-qafas.

Is-sit irid jibqa’ mwaħħal mal-qafas meta jkun suġġett għal stress mekkaniku matul l-użu intenzjonat tas-siġġu li jeħel mal-mejda.

L-integrità strutturali

L-istress statiku u dinamiku waqt l-użu intenzjonat tas-siġġu li jeħel mal-mejda ma għandux jikkawża dannu permanenti lis-siġġu li jeħel mal-mejda, li jista’ jtellef mill-funzjoni normali u tas-sikurezza tiegħu.

Appoġġ għall-irbit fil-post

L-appoġġ għall-irbit fil-post għandu jiżgura li meta jitwaħħal mal-wiċċ ta’ appoġġ, is-siġġu li jeħel mal-mejda ma jiċċaqlaqx matul l-użu intenzjonat. L-irbit fil-post ma għandux jippermetti li b’xi mod is-siġġu jogħla mill-art u jerġa’ jinżel.

L-istabbiltà

Is-siġġijiet li jeħlu mal-mejda ma jridux jingħalqu jew iduru meta jkun applikat stress mekkaninku statiku jew dinamiku waqt l-użu intenzjonat.

4.3.   L-informazzjoni dwar is-sikurezza, il-manwal għall-utenti u l-immarkar

Ġenerali

L-informazzjoni dwar is-sikurezza trid tkun immarkata fuq il-prodott u tkun inkluża fl-istruzzjonijiet għall-utent.

L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tingħata bil-miktub fil-lingwa jew lingwi tal-pajjiż li fih jitqiegħed għall-bejgħ bl-imnut is-siġġu li jeħel mal-mejda u fi stampi li jinftiehmu weħidhom. L-immarkar kollu jrid jibqa’ leġġibbli u t-tikketti użati fl-immarkar ma għandhomx ikunu wħud li jinqalgħu faċilment.

L-informazzjoni dwar ix-xiri tal-prodott

Il-konsumatur għandu jkun jista’ jara b’mod ċar l-informazzjoni dwar ix-xiri tal-prodott fil-ħanut. L-informazzjoni tal-inqas trid tinkludi dan li ġej, kemm bil-miktub kif ukoll fi stampa li tinftiehem weħidha:

din id-dikjarazzjoni jew dikjarazzjoni ekwivalenti: “Dan il-prodott huwa maħsub għal tfal li ma jiżnux iktar minn 15-il kg u li jistgħu joqogħdu bilqiegħda weħidhom.”;

id-dimensjonijiet adegwati tal-wiċċ ta’ appoġġ li jrid jitwaħħal miegħu s-siġġu li jeħel mal-mejda.

Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja:

“Dan is-siġġu li jeħel mal-mejda mhux adatt biex jintuża mal-imwejjed kollha. “Tużax imwejjed bil-wiċċ tal-ħġieġ, imwejjed bi wċuħ mhux marbutin mal-mejda, imwejjed li joqogħdu fuq sieq waħda, imwejjed tal-logħob tal-karti jew imwejjed tal-ikkampjar.”

Immarkar

Is-siġġu li jeħel mal-mejda għandu jkun immarkat b’mod viżibbli u permanenti kif ġej:

it-twissija “TWISSIJA! Qatt tħalli t-tfal weħidhom” trid tkun viżibbli meta jkun qed jintuża s-siġġu li jeħel mal-mejda;

it-twissija “TWISSIJA! “Dejjem uża s-sistema ta’ rbit għat-tfal u dik tat-twaħħil mal-mejda.”;

it-twissija “TWISSIJA! “Dejjem iċċekkja s-sikurezza u l-istabbiltà tas-siġġu li jeħel mal-mejda qabel tużah.”;

id-dikjarazzjoni “Piż massimu: 15-il kg.”

Il-manwal għall-utenti

L-istruzzjonijiet dwar l-assemblaġġ korrett u sikur u l-użu tas-siġġu li jeħel mal-mejda jridu jingħataw fil-manwal għall-utent. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u mhux ambigwi u għandhom jinkludu mill-inqas dawn id-dikjarazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet ekwivalenti:

“Aqra l-istruzzjonijiet sewwa qabel ma tuża l-prodott u żommhom għal referenza fil-futur Uliedek jistgħu jweġġgħu jekk ma ssegwix dawn l-istruzzjonijiet.”

“Dan is-siġġu li jeħel mal-mejda mhux adattat għal tfal li ma jistgħux joqogħdu bilqiegħda weħidhom.”

“TWISSIJA! Qatt tħalli t-tfal weħidhom.”

“Dejjem uża s-sistema ta’ rbit għat-tfal u dik tat-twaħħil tas-siġġu.”

“Dejjem iċċekkja s-sikurezza u l-istabbiltà tas-siġġu li jeħel mal-mejda qabel tużah.”

“Dan is-siġġu li jeħel mal-mejda mhux adatt biex jintuża mal-imwejjed kollha. “Tużax imwejjed bil-wiċċ tal-ħġieġ, imwejjed bi wċuħ mhux marbutin mal-mejda, imwejjed li joqogħdu fuq sieq waħda, imwejjed tal-logħob tal-karti jew imwejjed tal-ikkampjar.”

“Iċċekkja li l-mejda mhix waħda li tinqaleb jekk ikun qed jintuża siġġu li jeħel mal-mejda li jkun twaħħal magħha.”

“Tużax tvalji jew oġġetti oħra fuq il-wiċċ li jistgħu jtellfu l-funzjonament xieraq tal-elementi tal-irbit. L-istruttura tal-mejda u l-wiċċ żommhom nodfa u nexfin.”

“Dan is-siġġu li jeħel mal-mejda ma jistax jintuża minn tfal li jiżnu aktar minn 15-il kg.”

“Iċċekkja spiss il-viti u ssikkahom skont il-bżonn.”

“TWISSIJA! Tużax siġġu li jeħel mal-mejda jekk hemm xi komponenti miksura jew neqsin.”

“Tużax partijiet li jkunu jridu jinbdilu jekk mhux dawk approvati mill-manifattur jew id-distributur.”

“Torbotx siġġu li jeħel mal-mejda fejn it-tfal jistgħu jużaw saqajhom biex jimbuttaw mejda, siġġu ieħor jew xi struttura oħra, minħabba li dan jista’ jwassal biex is-siġġu li jeħel mal-mejda jinqala’ minn mal-mejda.”

Id-dimensjonijiet adegwati tal-wiċċ ta’ appoġġ iridu jkunu speċifikati.


(1)  Kif definit fl-Artikolu R1 tal-Kapitolu R1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(2)  Kif speċifikat fl-Artikolu R2 tal-Kapitolu R2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(3)  Kif definit fl-Artikolu R1 tal-Kapitolu R1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(4)  Kif speċifikat fl-Artikolu R4 tal-Kapitolu R2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(5)   ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.


8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Marzu 2013

li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fir-raba’ u l-ħames reġjun

(2013/122/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni 2012/274/UE tal-24 ta’ April 2012 li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2), ir-raba’ reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha għandhom jibdew jinkludi l-Benin, Burkina Faso, il-Kap Verde, il-Côte d’Ivoire, il-Gambja, il-Gana, il-Ginea, il-Ginea Bissaw, il-Liberja, Mali, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sjerra Leone u t-Togo; u l-ħames reġjun jinkludi l-Burundi, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana, iċ-Ċad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Ginea Ekwatorjali, il-Gabon, ir-Rwanda u São Tomé u Príncipe.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jiġbru u jitrażmettu d-dejta li għaliha qed issir referenza fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament VIS lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f’dawk iż-żewġ reġjuni, inklużi arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-dejta f’isem Stat Membru ieħor.

(3)

Billi l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament VIS hija għalhekk sodisfatta, huwa għalhekk meħtieġ li tkun iddeterminata d-data meta l-VIS għanda tibda topera fir-raba’ u l-ħames reġjun.

(4)

Fid-dawl tal-ħtieġa sabiex tiġi stipulata d-data għall-bidu tal-VIS fil-futur qarib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Minħabba li r-Regolament VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex tieħu sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(9)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat ma’, l-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(12)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat ma’, l-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża għandha tibda topera fir-raba’ u l-ħames reġjun skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/274/UE fl-14 ta’ Marzu 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod konformi mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)   ĠU L 134, 24.5.2012, p. 20.

(3)   ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(4)   ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(5)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(7)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(9)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.