ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.055.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
27 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta’ Frar 2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2013 tas-26 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Annessi I u IX, li jissostitwixxu l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), li jemenda l-Annessi I u XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura ( 1 )

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2013 tas-26 ta’ Frar 2013 dwar it-tneħħija ta’ ċerti ismijiet eżistenti tal-inbejjed mir-reġistru provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2013 tas-26 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( ĠU L 343, 14.12.2012 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 170/2013

tal-25 ta’ Frar 2013

li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikoli 41, 16 tiegħu flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima 3(a) tal-Anness IV tiegħu u l-Artikolu 18 tiegħu flimkien mal-Parti II tat-Taqsima 4 tal-Anness V tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-produzzjoni u l-kummerċ tas-suq taz-zokkor imdaħħla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1) permezz tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013, soġġetti għad-dħul fis-seħħ tal-Att tal-Adeżjoni f’dik id-data. Madanakollu, għas-sena tas-suq 2012/2013, il-produzzjoni kollha taz-zokkor tal-pitravi fil-Kroazja tkun ġiet prodotta skont l-arranġamenti nazzjonali. Għalhekk miżuri ta’ tranżizzjoni huma meħtieġa biex ibiddlu l-arranġamenti għall-produzzjoni u l-kummerċ li bħalissa huma fis-seħħ fil-Kroazja għal dawk provduti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Minħabba f’hekk, id-dispożizzjonijiet fuq il-prezzijiet minimi taz-zokkor tal-pitravi, il-ftehimiet inter-professjonali, l-imposta fuq il-produzzjoni, is-sistema tal-kwota u l-allokazzjoni tal-kwota provduti skont l-Artikoli 49, 50, 51, 55(1)(b) u 56 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx japplikaw għall-Kroazja fis-sena tas-suq 2012/2013.

(2)

F’konformità mal-Att tal-Adeżjoni, għall-Kroazja ġiet riżervata kwota annwali tal-importazzjoni ta’ 40 000 tunnellata zokkor tal-kannamieli mhux maħdum biex jiġi raffinat, b’dazju tal-importazzjoni ta’ EUR 98 għal kul tunnellata, għal perjodu taż-żmien mhux aktar minn tliet snin tas-suq.

(3)

Il-liċenzji tal-importazzjoni li nħarġu taħt il-kwoti tariffarji miftuħin permezz ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu riżervati għal raffinaturi full-time approvati fil-Kroazja.

(4)

Hemm riskju konsiderevoli ta’ tfixkil fis-swieq tas-settur taz-zokkor minn prodotti li qed jiġu introdotti fil-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni għal raġunijiet ta’ spekulazzjoni. Għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni sabiex jiġu evitati tali movimenti spekulattivi jew tfixkil ieħor tas-suq. Regoli speċifiċi huma meħtieġa sabiex jitqiesu l-partikolaritajiet tas-settur taz-zokkor.

(5)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex iżommu l-operaturi milli jevitaw l-applikazzjoni ta’ imposti fuq ċerti prodotti taz-zokkor li qegħdin f’ċirkulazzjoni libera billi jpoġġu prodotti li diġà ġew rilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni kif kostitwit fit-30 ta’ Ġunju 2013 jew fil-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha taħt reġim sospensiv, f’ħażna temporanja jew skont wieħed mit-trattamenti jew proċeduri msemmija fl-Artikoli 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2)

(6)

F’konformità mal-Att tal-Adeżjoni, għall-kwantitajiet ta’ stokkijiet taz-zokkor jew l-isoglukożju li jaqbżu r-riport normali tal-ħażna, il-Kroazja għandha tiġi mmultata bi ħlas għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(7)

Id-determinazzjoni tal-ħażniet żejda għandha ssir mill-Kummissjoni abbażi ta’ żviluppi kummerċjali u xejriet tal-produzzjoni u l-konsum fil-Kroazja matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2013. Għal dik id-determinazzjoni, minbarra z-zokkor u l-isoglukożju, għandhom jitqiesu wkoll prodotti oħrajn b’kontenut sinifikanti ekwivalenti għal zokkor miżjud billi dawn jaf ikunu wkoll miri possibbli ta’ spekulazzjoni. Meta l-kwantità żejda ddeterminata taz-zokkor u l-isoglukożju ma titneħħiex mis-suq tal-Unjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014, il-Kroazja għandha tkun responsabbli finanzjarjament għall-kwantità rilevanti.

(8)

Il-multa imposta fuq il-Kroazja għandha tirrifletti l-kost relatat mal-effetti tal-istokkijiet żejda fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni. Għalhekk, l-ammont li għandu jiġi impost fuq il-Kroazja u assenjat lill-baġit tal-Unjoni jekk l-istokkijiet żejda ma jitneħħewx, għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla differenza pożittiva bejn il-prezz medju tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni u l-prezz tas-suq dinji taz-zokkor abjad matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2014, b’żieda ta’ EUR 50 għal kull tunnellata. L-ammont ta’ EUR 50 għal kull tunnellata jikkorrispondi mad-devjazzjoni standard fil-prezzijiet fl-Istati Membri mill-prezz medju tal-Unjoni għaz-zokkor abjad matul l-aħħar 12-il xahar. Għalhekk, dik iż-żieda hija meħtieġa sabiex tqis li l-prezzijiet taz-zokkor abjad f’reġjuni differenti tal-Unjoni jistgħu jvarjaw mill-medja fix-xahar ippubblikata mill-Kummissjoni. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, il-medja fix-xahar tal-kwotazzjonijiet fis-suq tal-futuri taz-zokkor abjad Nru 5 ta’ Londra għall-eqreb xahar tal-kunsinna li matulu l-kummerċ taz-zokkor abjad huwa possibbli, għandha titqies bħala l-prezz tas-suq dinji.

(9)

Huwa fl-interess kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Kroazja li ma jħallux stokkijiet żejda jakkumulaw u li fi kwalunkwe każ ikunu jistgħu jidentifikaw dawk l-operaturi involuti f’movimenti kbar ta’ kummerċ spekulattiv. Għal dan il-għan il-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 għandu jkollha fis-seħħ sistema li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ dawn l-operaturi jew l-individwi responsabbli għal tali żviluppi. Din is-sistema għandha tippermetti lill-Kroazja tidentifika l-operaturi ekonomiċi li kkontribwixxew għal stokkijiet żejda privati bil-ħsieb li kemm jista’ jkun possibbli tirkupra kwalunkwe imposta mħallsa lill-baġit tal-Unjoni. Il-Kroazja għandha tuża din is-sistema biex iġġiegħel lill-operaturi identifikati jneħħu l-kwantitajiet individwali tal-ħażniet żejda tagħhom mis-suq tal-Unjoni. Meta l-operaturi responsabbli mill-istokk żejjed privat ma jkunux jistgħu jagħtu prova xierqa li jkunu neħħewhom, ikun hemm bżonn li l-Kroazja timponi ammont lil tali operaturi. Huwa xieraq li tiffissa tali ammont f’livell għoli biżżejjed sabiex tikkonvinċi lill-operaturi kkonċernati biex ma jippreservawx l-istokkijiet żejda privati tagħhom u b’hekk jevitaw ir-riskji kollha tal-akkumulazzjoni tal-ħażniet fil-Kroazja. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, l-ammont impost mill-Kroazja għal stokkijiet żejda identifikati għandu jkun EUR 500 għal kull tunnellata (f’ekwivalenti għaz-zokkor abjad jew ekwivalenti għall-materja xotta) għall-istokkijiet żejda li ma jitneħħewx. Dan huwa l-istess ammont stabbilit għall-imposta pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (3) Filwaqt li kemm l-operaturi ekonomiċi kif ukoll l-unitajiet domestiċi jistgħu jikkontribwixxu għall-istokkijiet żejda privati, wisq probabbli dawn ikunu l-operaturi, u mhuwiex fattibbli li l-unitajiet domestiċi jintalbu jikkontribwixxu għal dak l-ammont.

(10)

Għad-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda u għat-tneħħija tal-istokkijiet żejda identifikati, il-Kroazja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-iktar statistiċi reċenti dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti kkunsidrati, kif ukoll prova li l-ħażniet żejda identifikati tneħħew mis-suq sal-iskadenza li għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

MIŻURI TA’ TRANŻIZZJONI FID-DAWL TAL-ADEŻJONI TAL- ROAZJA

TAQSIMA 1

Applikabbiltà tal-OKS unika fis-settur taz-zokkor

Artikolu 1

Applikabbiltà ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

L-Artikoli 49, 50, 51, 55(1)(b) u 56 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx japplikaw għall-Kroazja għas-sena tas-suq 2012/2013.

Madanakollu, l-Artikolu 56 għandu japplika fir-rigward tal-allokazzjoni fl-2013 tal-kwota nazzjonali li se tapplika mis-sena tas-suq 2013/2014.

TAQSIMA 2

Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji għar-raffinar

Artikolu 2

Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinar

1.   Għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2013, kwota tariffarja ta’ 40 000 tunnellata għall-importazzjoni ta’ zokkor tal-kannamieli mhux maħdum minn kwalunkwe pajjiż terz biex jiġi raffinat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 14 10, għandha tinfetaħ b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

2.   Għal kull sena tas-suq 2013/2014 u 2014/2015, kwota tariffarja ta’ 40 000 tunnellata għall-importazzjoni ta’ zokkor tal-kannamieli mhux maħdum minn kwalunkwe pajjiż terz biex jiġi raffinat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 14 10, għandha tinfetaħ b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

3.   Il-kwantitajiet importanti skont dan ir-Regolament għandu jkollhom in-numru tal-ordni: 09.4367.

Artikolu 3

Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (4)

Ir-regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Unjoni fis-settur taz-zokkor stipulati fir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandhom japplikaw għall-importazzjoni taz-zokkor skont il-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament preżenti, sakemm l-Artikolu 4 ma jipprovdix mod ieħor.

Artikolu 4

Liċenzji tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jitressqu biss minn raffinaturi full-time, stabbiliti fit-territorju tal-Kroazja u li huma approvati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   B’deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni fir-rigward tal-kwantità msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibdew jitressqu biss mill-1 ta’ Lulju 2013.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxi 17 u 18: il-kwantitajiet ta’ zokkor mhux maħdum li ma jistgħux jaqbżu l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) u (2);

(b)

fil-kaxxa 20: għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness;

(c)

fil-kaxxa 24 (fil-każ tal-liċenzji): għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness.

5.   Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom ikunu validi għall-importazzjonijiet fil-Kroazja. Dawn għandhom ikunu validi:

(a)

sal-31 ta’ Jannar 2014 fir-rigward tal-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

sa tmiem is-sena tas-suq ikkonċernata fir-rigward tal-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 2(2).

KAPITOLU II

MIŻURI TA’ TRANŻIZZJONI BIEX JIĠU EVITATI L-ISPEKULAZZJONI U -TFIXKIL TAS-SUQ

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“zokkor” tfisser:

(i)

zokkor tal-pitravi u tal-kannamieli, f’forma solida, li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 1701;

(ii)

ġulepp taz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1702 60 95 u 1702 90 95;

(iii)

ġulepp taz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1702 60 80 u 1702 90 80;

(b)

“isoglukożju” tfisser il-prodott li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1702 30 10, 1702 40 10, 1702 60 10, 1702 90 30 u 2106 90 30;

(c)

“prodotti proċessati” tfisser prodotti li għandhom kontenut ekwivalenti ta’ zokkor/zokkor miżjud li jaqbeż l-10 %, li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

(d)

“fruttożju” tfisser fruttożju kimikament pur li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1702 50 00.

TAQSIMA 1

Prodotti li jaqgħu taħt trattamenti u proċeduri doganali partikolari fid-data tal-adeżjoni

Artikolu 6

Ir-reġim sospensiv

B’deroga mit-Taqsima 5 tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni, prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 2105 u 2202, li jinsabu f’ħażna temporanja msemmija fl-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jew taħt wieħed mit-trattamenti jew proċeduri doganali msemmija fl-Artikoli 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) ta’ dak ir-Regolament fil-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għandu jiġi impost fuqhom id-dazju tal-importazzjoni skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5) u kull dazju applikabbli fid-data li fiha jinħoloq id-dejn doganali.

TAQSIMA 2

Kwantitajiet żejda

Artikolu 7

Id-determinazzjoni ta’ kwantitajiet żejda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2014, għall-Kroazja, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

(a)

il-kwantità taz-zokkor innifsu jew fi prodotti pproċessati (l-ekwivalenti f’zokkor abjad);

(b)

il-kwantità tal-isoglukożju (materja xotta);

(c)

il-kwantità ta’ fruttożju;

li jaqbeż il-kwantità meqjusa bħala r-riport normali tal-ħażna fl-1 ta’ Lulju 2013 u li għandha titneħħa mis-suq a skapitu tal-Kroazja.

2.   Sabiex jiġu ddeterminati dawn il-kwantitajiet żejda msemmija fil-paragrafu 1, għandu jitqies, b’mod partikolari, l-iżvilupp li sar bejn l-1 ta’ Lulju 2012 u t-30 ta’ Ġunju 2013, meta mqabbla mat-tliet snin ta’ qabel mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2012, ta’:

(a)

il-kwantitajiet importati jew esportati taz-zokkor innifsu jew fi prodotti pproċessati, l-isoglukożju u l-fruttożju;

(b)

il-produzzjoni, il-konsum u l-ħażniet taz-zokkor u l-isoglukożju;

(c)

iċ-ċirkostanzi li fihom ġew akkumulati l-ħażniet.

Artikolu 8

L-identifikazzjoni tal-kwantitajiet żejda fil-livell ta’ operaturi

1.   Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kroazja, għandu jkollha fis-seħħ sistema għall-identifikazzjoni fil-livell ta’ operaturi, tal-kwantitajiet żejda negozjati jew prodotti taz-zokkor innifsu jew fi prodotti pproċessati, l-isoglukożju jew il-fruttożju. Din is-sistema għandha b’mod partikolari tistrieħ fuq it-traċċar tal-importazzjonijiet, il-monitoraġġ fiskali, l-istħarriġiet abbażi tal-kontijiet u l-inventarji fiżiċi tal-operaturi, u tinkludi miżuri bħall-garanziji ta’ riskju u l-liċenzji tal-importazzjoni.

Is-sistema tal-identifikazzjoni għandha tkun tissejjes fuq valutazzjoni tar-riskju li b’mod partikolari tqis sew il-kriterji li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ attività tal-operaturi kkonċernati;

(b)

il-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħażna;

(c)

id-daqs tal-attività ekonomika.

2.   Il-Kroazja tuża s-sistema tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex iġġiegħel l-operaturi kkonċernati jneħħu mis-suq, a skapitu tagħhom stess, kwantità ta’ zokkor jew isoglukożju li tkun ekwivalenti għall-kwantità żejda individwali tagħhom.

Artikolu 9

It-tneħħija ta’ kwantitajiet żejda

1.   Il-Kroazja għandha tiżgura, mingħajr l-intervent tal-Unjoni, it-tneħħija mis-suq ta’ kwantità ta’ zokkor jew isoglukożju li tkun l-istess bħall-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 7(1), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014.

2.   It-tneħħija ta’ kwantitajiet żejda ddeterminati skont l-Artikolu 7 għandha ssir mingħajr għajnuna tal-Unjoni, permezz tal-metodi li ġejjin:

(a)

l-esportazzjoni mill-Unjoni minn operaturi identifikati, mingħajr appoġġ nazzjonali;

(b)

l-użu fis-settur tal-kombustibbli;

(c)

denaturazzjoni mingħajr għajnuna għall-għalf tal-annimali skont it-Titoli III u IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 100/72 (6).

Artikolu 10

L-ammont li għandu jiġi impost f’każ ta’ kwantitajiet żejda

Meta l-kwantitajiet totali ddeterminati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jaqbżu l-kwantitajiet totali msemmija fl-Artikolu 8, il-Kroazja tiġi imposta ammont daqs id-differenza bejn dawk iċ-ċifri (f’ekwivalent ta’ zokkor abjad jew materja niexfa) immultiplikat bl-akbar differenza pożittiva bejn il-prezz medju tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni rrappurtat fix-xahar skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (7) u l-kwotazzjoni medja fix-xahar, ekwivalenti f’EUR, ta’ zokkor abjad osservat fis-suq tal-futuri taz-zokkor abjad Nru 5 ta’ Londra għall-eqreb terminu matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2014. Dan l-ammont għandu jiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata. L-ammont impost għandu jiġi assenjat lill-baġit tal-Unjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015.

Artikolu 11

Il-provi tat-tneħħija mill-operaturi

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2015, l-operaturi kkonċernati għandhom jipprovdu l-provi, li jissodisfaw lill-Kroazja, li skont l-Artikolu 9(2), u a skapitu tagħhom stess, neħħew il-kwantitajiet żejda individwali tagħhom taz-zokkor u tal-isoglukożju identifikati bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8.

2.   Meta z-zokkor jew l-isoglukożju jitneħħa skont l-Artikolu 9(2)(a), il-prova tat-tneħħija għandha tkun tikkonsisti minn:

(a)

il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (8) u (KE) Nru 376/2008 (9);

(b)

id-dokumenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li huma meħtieġa għar-rilaxx tal-garanzija.

L-applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-indikazzjoni li ġejja fit-Taqsima 20:

“għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 170/2013”

Il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tinkludi l-indikazzjoni li ġejja fit-Taqsima 22:

“għall-esportazzjoni mingħajr rifużjoni … (il-kwantità li għaliha nħarġet din il-liċenzja) kg”

Il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun valida mid-data tal-ħruġ tagħha sal-31 ta’ Ottubru 2014.

3.   Jekk ma tingħatax prova tat-tneħħija skont il-paragrafi 1 u 2, il-Kroazja, għandha timmulta lill-operatur ikkonċernat b’ammont daqs il-kwantità żejda individwali, identifikata permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8, immultiplikata b’EUR 500 għal kull tunnelata (f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad jew materja xotta). Dan l-ammont għandu jiġi assenjat lill-baġit nazzjonali tal-Kroazja.

Artikolu 12

Prova tat-tneħħija mill-Kroazja

1.   Sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2015, il-Kroazja għandha tagħti prova lill-Kummissjoni li l-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 7(1) tneħħiet mis-suq tal-Unjoni skont il-metodi msemmija fl-Artikolu 9(2) u għal kull metodu għandha tispeċifika l-kwantità mneħħija.

2.   Jekk il-prova tat-tneħħija mis-suq tal-Unjoni ma tingħatax skont il-paragrafu 1, għall-kwantità żejda kollha jew parti minnha, il-Kroazja tiġi mmultata ammont daqs il-kwantità li ma tneħħietx (f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad jew materja xotta) immultiplikata bl-akbar differenza pożittiva bejn il-prezz medju tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni rrappurtat fix-xahar skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 u l-kwotazzjoni medja fix-xahar, ekwivalenti f’EUR, taz-zokkor abjad osservat fis-suq tal-futuri taz-zokkor abjad Nru 5 ta’ Londra għall-eqreb terminu matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2014. Dan l-ammont għandu jiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata. Kull ammont immultat skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu jitnaqqas mill-ammont totali li jirriżulta.

Dan l-ammont għandu jiġi assenjat lill-baġit tal-Unjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015.

L-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu u fl-Artikolu 10 għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2015 abbażi tal-komunikazzjonijiet li jkunu saru mill-Kroazja skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Kontroll

1.   Il-Kroazja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u tistabbilixxi b’mod partikolari l-proċeduri ta’ kontroll meħtieġa biex titneħħa l-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 7(1).

2.   Il-Kroazja għanda tikkomunika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2013:

(a)

l-informazzjoni dwar is-sistema stabbilita għall-identifikazzjoni ta’ kwantitajiet żejda msemmija fl-Artikolu 8;

(b)

il-kwantitajiet ta’ zokkor, isoglukożju, fruttożju u prodotti pproċessati importati u esportati fix-xahar għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2013, ikkommunikati separatament għall-importazzjonijiet minn u għall-esportazzjonijiet lejn:

(i)

l-Unjoni kif kostitwit fit-30 ta’ Ġunju 2013;

(ii)

pajjiżi terzi;

(c)

għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-kwantitajiet ta’ zokkor u ta’ isoglukożju prodotti kull sena, imqassma, skont il-każ, skont il-produzzjoni taħt il-kwota u barra mill-kwota, raffinati minn zokkor mhux maħdum importat u kkunsmati kull sena;

(d)

għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-ħażniet ta’ zokkor u isoglukożju miżmuma fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(4)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(6)  ĠU L 12, 15.1.1972, p. 15.

(7)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

(8)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(9)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.


ANNESS

PARTI A

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(b)

:

bil-Bulgaru

:

Преференциална сурова тръстикова захар за рафиниране, внесена в съответствие с член 2 от Регламент за изпълнение (ЕС) № 170/2013. Пореден номер (поредният номер, който трябва да се впише в съответствие с член 2, параграф 3 от посочения регламент)

:

bl-Ispanjol

:

Azúcar de caña en bruto preferencial, que se destine al refinado, importado de conformidad con el artículo 2 del Reglamento de Ejecución (UE) no 170/2013. No de orden (el número de orden se insertará de conformidad con lo dispuesto en el artículo 2, apartado 3, de dicho Reglamento)

:

biċ-Ċek

:

Preferenční surový třtinový cukr určený k rafinaci, dovezený podle článku 2 prováděcího nařízení (EU) č. 170/2013. Pořadové číslo (pořadové číslo se vloží v souladu s čl. 2 odst. 3 uvedeného nařízení)

:

bid-Daniż

:

Præferencerårørsukker til raffinering, importeret i henhold til artikel 2 i gennemførelsesforordning (EU) nr. 170/2013. Løbenummer (der indsættes løbenummer i overensstemmelse med artikel 2, stk. 3, i nævnte forordning)

:

bil-Ġermaniż

:

Präferenzrohrohrzucker zur Raffination, eingeführt gemäß Artikel 2 der Durchführungsverordnung (EU) Nr. 170/2013. Laufende Nummer (gemäß Artikel 2 Absatz 3 der genannten Verordnung einzusetzen)

:

bl-Estonjan

:

Sooduskorra alusel rakendusmääruse (EL) nr 170/2013 artikli 2 kohaselt imporditav rafineerimiseks ettenähtud toor-roosuhkur. Seerianumber (märgitakse vastavalt kõnealuse määruse artikli 2 lõikele 3)

:

bil-Grieg

:

Προτιμησιακή ακατέργαστη ζάχαρη ζαχαροκάλαμου για ραφινάρισμα, που εισάγεται σύμφωνα με το άρθρο 2 του εκτελεστικού κανονισμού (ΕΕ) αριθ. 170/2013. Αύξων αριθμός (συμπληρώνεται ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το άρθρο 2 παράγραφος 3 του εν λόγω κανονισμού)

:

bl-Ingliż

:

Preferential raw cane sugar for refining, imported in accordance with Article 2 of Implementing Regulation (EU) No 170/2013. Order No (order number to be inserted in accordance with Article 2(3) of that Regulation)

:

bil-Franċiż

:

Sucre de canne brut préférentiel destiné au raffinage, importé conformément à l’article 2 du règlement d'exécution (UE) no 170/2013. Numéro d’ordre (numéro d’ordre à insérer conformément à l’article 2, paragraphe 3, dudit règlement)

:

bit-Taljan

:

Zucchero di canna greggio preferenziale destinato alla raffinazione, importato conformemente all’articolo 2 del regolamento di esecuzione (UE) n. 170/2013. Numero d’ordine (inserire in base all’articolo 2, paragrafo 3, del suddetto regolamento)

:

bil-Latvjan

:

rafinēšanai paredzēts preferenciāls niedru jēlcukurs, ko importē saskaņā ar Īstenošanas regulas (ES) Nr. 170/2013 2. pantu. Kārtas Nr. (kārtas numuru ieraksta saskaņā ar šīs regulas 2. panta 3. punktu)

:

bil-Litwan

:

Lengvatinėmis sąlygomis pagal Įgyvendinimo reglamento (ES) Nr. 170/2013 2 straipsnį importuotas rafinuoti skirtas žaliavinis cukranendrių cukrus. Eilės Nr. (eilės numeris įrašomas remiantis to reglamento 2 straipsnio 3 dalimi)

:

bl-Ungeriż

:

A 170/2013/EU végrehajtási rendelet 2. cikkével összhangban behozott, finomításra szánt kedvezményes nyers nádcukor. Tételszám (tételszám az említett rendelet 2. cikkének (3) bekezdése szerint)

:

bil-Malti

:

Zokkor tal-kannamieli preferenzjali mhux maħdum għar-raffinar, importat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013. Nru tal-Ordni (in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament)

:

bl-Olandiż

:

Preferentiële ruwe rietsuiker voor raffinage die wordt ingevoerd overeenkomstig artikel 2 van Uitvoeringsverordening (EU) nr. 170/2013. Volgnummer (volgnummer in te voegen overeenkomstig artikel 2, lid 3, van die verordening)

:

bil-Pollakk

:

Preferencyjny surowy cukier trzcinowy przeznaczony do rafinacji, przywieziony zgodnie z art. 2 rozporządzenia wykonawczego (UE) nr 170/2013. Numer porządkowy (numer porządkowy zgodnie z art. 2 ust. 3 wymienionego rozporządzenia)

:

bil-Portugiż

:

Açúcar bruto de cana preferencial para refinação, importado em conformidade com o artigo 2.o do Regulamento de Execução (UE) n.o 170/2013. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o artigo 2.o, n.o 3, desse regulamento)

:

bir-Rumen

:

Zahăr brut preferențial din trestie de zahăr destinat rafinării, importat în conformitate cu articolul 2 din Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 170/2013. Nr. de ordine [numărul de ordine se va introduce în conformitate cu articolul 2 alineatul (3) din respectivul regulament]

:

bis-Slovakk

:

Preferenčný surový trstinový cukor na rafináciu, dovážaný v súlade s článkom 2 vykonávacieho nariadenia (EÚ) č. 170/2013. Poradové č. (poradové číslo sa doplní v súlade s článkom 2 ods. 3 uvedeného nariadenia)

:

bis-Sloven

:

Preferencialni uvoz surovega trsnega sladkorja za rafiniranje v skladu s členom 2 Izvedbene uredbe (EU) št. 170/2013. Zaporedna številka (vstaviti v skladu s členom 2(3) navedene uredbe)

:

bil-Finlandiż

:

Puhdistettavaksi tarkoitettu etuuskohteluun oikeutettu raaka ruokosokeri, tuotu täytäntöönpanoasetuksen (EU) N:o 170/2013 2 artiklan mukaisesti. Järjestysnumero (järjestysnumero lisätään kyseisen asetuksen 2 artiklan 3 kohdan mukaisesti)

:

bl-Isvediż

:

Förmånsrårörsocker för raffinering, importerat i enlighet med artikel 2 i genomförandeförordning (EU) nr 170/2013. Löpnummer (löpnummer ska anges enligt artikel 2.3 i den förordningen)

:

bil-Kroat

:

Preferencijalni sirovi šećer od šećerne trske za rafiniranje, uvezen u skladu s člankom 2. Provedbena uredba (EU) br. 170/2013. Redni br. (redni broj treba umetnuti u skladu s člankom 2. stavkom 3. te Uredbe)

PARTI B

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(c)

:

bil-Bulgaru

:

Внос с мито 98 EUR на тон за сурова тръстикова захар за рафиниране със стандартно качество в съответствие с член 2 от Регламент за изпълнение (ЕС) № 170/2013. Пореден номер (поредният номер, който трябва да се впише в съответствие с член 2, параграф 3 от посочения регламент)

:

bl-Ispanjol

:

Importación con un derecho de 98 EUR por tonelada de azúcar de caña en bruto de calidad estándar que se destine al refinado, de conformidad con el artículo 2 del Reglamento de Ejecución (UE) no 170/2013. No de orden (el número de orden se insertará de conformidad con lo dispuesto en el artículo 2, apartado 3, de dicho Reglamento)

:

biċ-Ċek

:

Dovoz surového třtinového cukru standardní jakosti určeného k rafinaci s clem ve výši 98 EUR za tunu podle článku 2 prováděcího nařízení (EU) č. 170/2013. Pořadové číslo (pořadové číslo se vloží v souladu s čl. 2 odst. 3 uvedeného nařízení)

:

bid-Daniż

:

Import til en told på 98 EUR/ton rårørsukker af standard kvalitet til raffinering i henhold til artikel 2 i gennemførelsesforordning (EU) nr. 170/2013. Løbenummer (der indsættes løbenummer i overensstemmelse med artikel 2, stk. 3, i nævnte forordning)

:

bil-Ġermaniż

:

Einfuhr zum Zollsatz von 98 EUR je Tonne Rohzucker der Standardqualität gemäß Artikel 2 der Durchführungsverordnung (EU) Nr. 170/2013. Laufende Nummer (gemäß Artikel 2 Absatz 3 der genannten Verordnung einzusetzen)

:

bl-Estonjan

:

Vastavalt rakendusmääruse (EL) nr 170/2013 artiklile 2 tollimaksumääraga 98 eurot tonni kohta imporditud rafineerimiseks ette nähtud standardkvaliteediga toor-roosuhkur. Seerianumber (märgitakse vastavalt kõnealuse määruse artikli 2 lõikele 3)

:

bil-Grieg

:

Εισαγωγή με δασμό 98 ευρώ ανά τόνο ακατέργαστης ζάχαρης ζαχαροκάλαμου του ποιοτικού τύπου για ραφινάρισμα σύμφωνα με το άρθρο 2 του εκτελεστικού κανονισμού (ΕΕ) αριθ. 170/2013. Αύξων αριθμός (συμπληρώνεται ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το άρθρο 2 παράγραφος 3 του εν λόγω κανονισμού)

:

bl-Ingliż

:

Import at a duty of EUR 98 per tonne of standard-quality raw cane sugar for refining in accordance with Article 2 of Implementing Regulation (EU) No 170/2013. Order No (order number to be inserted in accordance with Article 2(3) of that Regulation)

:

bil-Franċiż

:

Importation à un droit de 98 EUR par tonne de sucre de canne brut destiné au raffinage de la qualité type conformément à l’article 2 du règlement d'exécution (UE) no 170/2013. Numéro d’ordre (numéro d’ordre à insérer conformément à l’article 2, paragraphe 3, dudit règlement)

:

bit-Taljan

:

Importazione con un dazio di 98 EUR/t di zucchero di canna greggio della qualità tipo destinato alla raffinazione a norma dell’articolo 2 del regolamento di esecuzione (UE) n. 170/2013. Numero d’ordine (inserire in base all’articolo 2, paragrafo 3, del suddetto regolamento)

:

bil-Latvjan

:

rafinēšanai paredzēta standarta kvalitātes niedru jēlcukurs, ko importē saskaņā ar Īstenošanas regulas (ES) Nr. 170/2013 2. pantu, piemērojot nodokļa likmi EUR 98 par tonnu. Kārtas Nr. (kārtas numuru ieraksta saskaņā ar šīs regulas 2. panta 3. punktu)

:

bil-Litwan

:

Importuojama taikant 98 EUR muito mokestį už toną standartinės kokybės rafinuoti skirto žaliavinio cukranendrių cukraus pagal Įgyvendinimo reglamento (ES) Nr. 170/2013 2 straipsnį. Eilės Nr. (eilės numeris įrašomas remiantis to reglamento 2 straipsnio 3 dalimi)

:

bl-Ungeriż

:

98 EUR/tonna vámtételű, finomításra szánt minőségi nyers nádcukor behozatala a 170/2013/EU végrehajtási rendelet 2. cikkével összhangban. Tételszám (az említett rendelet 2. cikkének (3) bekezdése szerint)

:

bil-Malti

:

L-importazzjoni b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata zokkor tal-kannamieli mhux maħdum ta’ kwalità standard għar-raffinar skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013. Nru tal-Ordni (in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament)

:

bl-Olandiż

:

Invoerrecht van 98 EUR per ton ruwe rietsuiker van standaardkwaliteit die is bestemd voor raffinage overeenkomstig artikel 2 van Uitvoeringsverordening (EU) nr. 170/2013. Volgnummer (volgnummer in te voegen overeenkomstig artikel 2, lid 3, van die verordening)

:

bil-Pollakk

:

Przywóz po stawce celnej 98 EUR za tonę surowego cukru trzcinowego standardowej jakości przeznaczonego do rafinacji zgodnie z art. 2 rozporządzenia wykonawczego (UE) nr 170/2013. Numer porządkowy (numer porządkowy zgodnie z art. 2 ust. 3 wymienionego rozporządzenia)

:

bil-Portugiż

:

Importação com direito de 98 EUR por tonelada de açúcar bruto de cana para refinação da qualidade-tipo, conformidade com o artigo 2.o do Regulamento de Execução (CE) n.o 170/2013. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o artigo 2.o, n.o 3, desse regulamento)

:

bir-Rumen

:

Importat la o taxă de 98 EUR per tonă de zahăr brut din trestie de zahăr de calitate standard destinat rafinării în conformitate cu articolul 2 din Regulamentul de punere în aplicare (UE) Nr. 170/2013. Nr. de ordine [numărul de ordine se va introduce în conformitate cu articolul 2 alineatul (3) din respectivul regulament]

:

bis-Slovakk

:

Dovoz s clom 98 EUR za tonu surového trstinového cukru štandardnej kvality na rafináciu v súlade s článkom 2 vykonávacieho nariadenia (EÚ) č. 170/2013. Poradové č. (poradové číslo sa doplní v súlade s článkom 2 ods. 3 uvedeného nariadenia)

:

bis-Sloven

:

Uvoz po dajatvi 98 EUR na tono surovega trsnega sladkorja standardne kakovosti za rafiniranje v skladu s členom 2 Izvedbene uredbe (EU) št. 170/2013. Zaporedna številka (vstaviti v skladu s členom 2(3) navedene uredbe)

:

bil-Finlandiż

:

Puhdistettavaksi tarkoitetun vakiolaatuisen raa’an ruokosokerin tuonti, josta kannetaan 98 euron tonnilta täytäntöönpanoasetuksen (EU) N:o 170/2013 2 artiklan mukaisesti. Järjestysnumero (järjestysnumero lisätään kyseisen asetuksen 2 artiklan 3 kohdan mukaisesti)

:

bl-Isvediż

:

Import till en tullsats av 98 euro per ton rårörsocker av standardkvalitet för raffinering i enlighet med artikel 2 i genomförandeförordning (EU) nr 170/2013. Löpnummer (löpnummer ska anges enligt artikel 2.3 i den förordningen)

:

bil-Kroat

:

Uvoz uz carinu od 98 EUR po toni sirovog šećera od šećerne trske za rafiniranje standardne kakvoće u skladu s člankom 2. Provedbena uredba (EU) br. 170/2013. Redni br. (redni broj treba umetnuti u skladu s člankom 2. stavkom 3. te Uredbe)


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 171/2013

tas-26 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Annessi I u IX, li jissostitwixxu l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), li jemenda l-Annessi I u XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3), 5(4), 6(2) u l-Artikolu12 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (3), jistipula li l-iffrankar tas-CO2 bl-użu ta’ teknoloġiji innovattivi għandu jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ kull manifattur. Regoli dettaljati dwar l-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jistipula li l-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2007/46/KE, sabiex kull tip/varjant/verżjoni tkun tikkorrispondi għal sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi.

(3)

Sabiex tiżgura monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku tas-CO2 għal vetturi individwali, vetturi mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet għandhom jiġu ċċertifikati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u l-iffrankar, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, irid jiġi speċifikat b’mod separat kemm fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip kif ukoll fiċ-ċertifikat ta’ konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE.

(4)

Minħabba f’hekk hemm bżonn li jinbidlu d-dokumenti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, sabiex dawn ikunu jirriflettu b’mod xieraq l-informazzjoni relatata mal-ekoinnovazzjonijiet.

(5)

L-emenda tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip għandha l-għan li min-naħa, tagħti d-dejta adegwata lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni biex ikunu jistgħu jiċċertifikaw vetturi mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet, u min-naħa l-oħra tintegra l-iffrankar tas-CO2 bl-ekoinnovazzjonijiet bħala parti mill-informazzjoni rappreżentattiva ta’ tip, varjant jew verżjoni speċifika ta’ vettura.

(6)

Hemm bżonn li jiġi adottat l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE, sabiex jinkludi informazzjoni rilevanti dwar ir-riżultati tat-testijiet, kif tipprovdi l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet fejn jidħlu s-sustanzi li jniġġsu minn vetturi ħfief u minn vetturi tqal.

(7)

Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(8)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE jinbidel kif spjegat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.


ANNESS I

L-Annessi I u IX għad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-punti 3.5.3, 3.5.3.1, 3.5.3.2 u 3.5.3.3 li ġejjin:

3.5.3.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011: iva/le (1)

3.5.3.1.   Tip/Varjant/Verżjoni ta’ vettura ta’ xenarju bażi kif defenit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (jekk applikabbli)

3.5.3.2.   Eżistenza ta’ interazzjonijiet bejn ekoinnovazzjonijiet differenti: iva/le (1)

3.5.3.3.   Dejta ta’ emissjonijiet relatata mal-użu ta’ ekoinnovazzjonijiet (irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat) (w1)

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (w2)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (w3)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi

(g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni

(g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (w4)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1

(= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

FOR-L_2013055MT.01001101.notes.0001.xml.jpg

xxxx/201x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (w5)”

 

(b)

fin-Noti ta’ spjegazzjoni jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin:

“(w)

Ekoinnovazzjonijiet.

(w1)

Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, uża ringiela żejda għal kull innovazzjoni.

(w2)

Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(w3)

Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(w4)

Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(w5)

Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.”;

(2)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-annotazzjonijiet 49.3, 49.3.1 u 49.3.2 li ġejjin fil-Parti I, il-Mudell B — in-Naħa 2 — il-Kategorija ta’ vetturi M1 (vetturi kompluti u kkompletati) tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE:

49.3.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni(jiet): iva/le (1)

49.3.1.   Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (p1)

49.3.2.   Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 bl-ekoinnovazzjoni(jiet) (p2) (irrepeti għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat)”;

(b)

fin-‘Noti ta’ Spjegazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Anness IX’ jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin:

“(p)

Ekoinnovazzjonijiet.

(p1)

Il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) għandu jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull waħda separata bi spazju vojt:

Kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni kif definit fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva;

Kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li l-vettura hi mgħammra biha, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: “e1 10 15 16”.).

(p2)

Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.”.


ANNESS II

“ANNESS VIII

Ir-Riżultati tat-Test

(Għandha timtela mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u mehmuża maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura)

F’kull każ, l-informazzjoni għandha tagħmilha ċara għal liema varjant u verżjoni hija applikabbli. Verżjoni waħda ma jistax ikollha aktar minn riżultat wieħed. Madankollu, taħlita ta’ diversi riżultati għal kull verżjoni li jindikaw l-agħar każ hija permissibbli. Fil-każ tal-aħħar, nota għandha tiddikjara li għall-punti mmarkati (*) jingħataw biss ir-riżultati tal-agħar każ.

1.   Riżultati tat-testijiet tal-livell ta’ ħoss

Numru tal-att regolatorju bażi u tal-aħħar att regolatorju li jemenda applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

Varjant/Verżjoni:

Miexi/Miexja (dB(A)/E):

Wieqaf/Wieqfa (dB(A)/E):

bi (min-1):

2.   Riżultati tat-testijiet ta’ emissjoni tal-egżost

2.1.   Emissjonijiet minn vetturi tal-mutur ittestjati bi proċedura tat-test għal vetturi ħfief

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-att regolatorju għandu żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

Fjuwil(s) (1) … (diżil, petrol, LPG, NG, ...Bifjuwil: petrol/NG, LPG..., Fjuwil flessibbli: petrol/etanol, NG/H2NG…)

2.1.1.   Tip ta’ ttestjar 1 (2)  (3) (emissjonijiet mill-vettura fiċ-ċiklu ta’ ttestjar wara l-istartjar kiesaħ)

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/km)

THC (mg/km)

NMHC (mg/km)

NOx (mg/km)

THC + NOx (mg/km)

Massa ta’ materja f’partikoli (PM) (mg/km)

Numru ta’ partiċelli (P) (#/km) (1)

2.1.2.   Tip ta’ ttestjar 2 (2)  (3) (dejta ta’ emissjonijiet meħtieġa fl-approvazzjoni tat-tip għal finijiet biex ikun verifikat kemm il-vettura tkun tajba għat-triq)

Tip 2, ittestjar baxx tal-waqfien

Varjant/Verżjoni:

CO (% vol.)

L-ispid tal-magna (min-1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)


Tip 2, ittestjar għoli tal-waqfien

Varjant/Verżjoni:

CO (% vol.)

Il-Valur tal-lambda

L-ispid tal-magna (min-1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

2.1.3.   Tip ta’ ttestjar 3 (emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase): …

2.1.4.   Tip ta’ ttestjar 4 (emissjonijiet evaporattivi): … g/test

2.1.5.   Tip ta’ ttestjar 5 (id-durabbilità tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw ta’ kontra t-tniġġis):

Id-distanza tat-tqaddim koperta (km) (eż: 160 000 km): …

Il-fattur ta’ deterjorament DF: ikkalkulat/fiss (1)

Valuri:

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/km)

THC (mg/km)

NMHC (mg/km)

NOx (mg/km)

THC + NOx (mg/km)

Massa ta’ materja f’partikoli (PM) (mg/km)

Numru ta’ partiċelli (P) (#/km) (1)

2.1.6.   Tip ta’ ttestjar 6 (medja tal-emissjonijiet f’temperaturi ambjentali baxxi):

Varjant/Verżjoni:

CO (g/km)

THC (g/km)

2.1.7.   OBD: iva/le (1)

2.2.   Emissjonijiet minn magni ttestjati bi proċedura tat-test għal vetturi tqal.

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-att regolatorju għandu żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:…

Fjuwil(s) (1) … (diżil, petrol, LPG, NG, etanol…)

2.2.1.   Riżultati tal-ittestjar ESC (2)  (4)  (5)

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/kWh)

THC (mg/kWh)

NOx (mg/kWh)

NH3 (ppm) (1)

Massa tal-PM (mg/kWh)

Numru tal-PM (#/kWh) (1)

2.2.2.   Riżultati tal-ittestjar ELR (2)

Varjant/Verżjoni:

Il-valur tad-duħħan:…m-1

2.2.3.   Riżultati tal-ittestjar ETC (4)  (5)

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/kWh)

THC (mg/kWh)

NMHC (mg/kWh) (1)

CH4 (mg/kWh) (1)

NOx (mg/kWh)

NH3 (ppm) (1)

Massa tal-PM (mg/kWh)

Numru tal-PM (#/kWh) (1)

2.2.4.   Ittestjar tal-waqfien (2)

Varjant/Verżjoni:

CO (% vol.)

Il-Valur tal-lambda (1)

L-ispid tal-magna (min-1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

2.3.   Duħħan tad-diżil

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-att regolatorju għandu żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

2.3.1.   Riżultati tat-test waqt aċċelerazzjoni libera

Varjant/Verżjoni:

Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent ta’ assorbiment (m-1)

L-ispid normali tal-waqfien tal-magna

L-ispid massimu tal-magna

It-temperatura taż-żejt (min./mas.)

3.   Riżultati tal-emissjoni tas-CO2, konsum tal-enerġija elettrika/tal-fjuwil, u testijiet tal-firxa elettrika.

Numru tal-att regolatorju u l-att regolatorju ta’ emenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni:

3.1.   Magni ta’ kombustjoni interna, inkluż vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC) (2)  (6)

Varjant/Verżjoni:

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (kundizzjonijiet urbani) (g/km)

Emissjonijiet ta’ massa ta’ CO2 (kundizzjonijiet extra-urbani) (g/km)

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (magħquda) (g/km)

Konsum ta’ fjuwil (kundizzjonijiet urbani) (l/100 km) (7)

Konsum ta’ fjuwil (kundizzjonijiet extra-urbani) (l/100 km) (7)

Konsum ta’ fjuwil (magħqud) (l/100 km) (7)

3.2.   Vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC) (2)

Varjant/Verżjoni:

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (Kundizzjoni A, magħquda) (g/km)

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (Kundizzjoni B, magħquda) (g/km)

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (miżuna, magħquda) (g/km)

Konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni A, magħqud) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni B, magħqud) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ fjuwil (miżun, magħqud) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni A, magħqud) (Wh/km)

Konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni B, magħqud) (Wh/km)

Konsum ta’ enerġija elettrika (miżun u magħqud) (Wh/km)

Il-firxa purament elettrika (km)

3.3.   Vetturi purament elettriċi (2)

Varjant/Verżjoni:

Konsum ta’ enerġija elettrika (Wh/km)

Firxa (km)

3.4.   Vetturi biċ-ċellola tal-fjuwil tal-idroġinu (2)

Varjant/Verżjoni:

Konsum ta’ fjuwil (kg/100 km)

4.   Riżultati tat-testijiet għal vetturi mgħammra b’ekoinnovazzjoni(jiet) (1)  (2)  (3)

Varjant/Verżjoni …

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (4)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (5)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi (g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni (g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (6)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

Formula

xxxx/201x

Total ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (7)

4.1.   Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (8)

Noti ta’ spjegazzjoni

(h)

Ekoinnovazzjonijiet.


(1)  Meta restrizzjonijiet għall-fjuwil huma applikabbli, indika dawn ir-restrizzjonijiet (eż: għall-gass naturali indika jekk hux il-firxa L jew il-firxa H).

(2)  Għall-vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella trid tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils li huma.

(3)  Għal vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-test ikun se jsir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għall-vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, bifjuwil jew mono-fjuwil, it-tabella trid tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali trid turi l-agħar riżultati miksuba. Meta applikabbli, skont is-sezzjonijiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din trid tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk applikabbli.

(4)  Għall-Euro VI, l-ESC irid jinftiehem bħala WHSC u l-ETC bħala WHTC.

(5)  Għall-Euro VI, jekk il-magni li joperaw bis-CNG u l-LPG huma ttestjati fuq fjuwils differenti ta’ referenza, it-tabella trid issir mill-ġdid għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(6)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(7)  L-unità ‘l/100 km’ tinbidel bi ‘m3/100 km’ għal vetturi li joperaw bl-NG u l-H2NG, u bi ‘kg/100 km’ għal vetturi li joperaw bl-idroġenu.

(1)  

(h1)

Irrepeti t-tabella għal kull Varjant/Verżjoni.

(2)  

(h2)

Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(3)  

(h3)

Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, uża ringiela żejda għal kull innovazzjoni.

(4)  

(h4)

Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(5)  

(h5)

Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(6)  

(h6)

Jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(7)  

(h7)

Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.

(8)  

(h8)

(Il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) għandu jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull waħda separata bi spazju vojt:

Kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni kif definit fl-Anness VII għal din id-Direttiva;

Kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li l-vettura hi mgħammra biha, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.”

Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.


ANNESS III

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-punti 4.3.5, 4.3.5.1 u 4.3.5.2 li ġejjin:

“4.3.5.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet

4.3.5.1.   Fil-każ ta’ tip ta’ vettura li hi mgħammra b’ekoinnovazzjoni waħda jew iżjed, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, il-konformità tal-produzzjoni għandha tintwera skont l-ekoinnovazzjonijiet, billi jsiru t-testijiet stipulati fid-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni li japprovaw l-ekoinnovazzjoni(jiet) in kwistjoni.

4.3.5.2.   Il-punti 4.3.1, 4.3.2 u 4.3.4 għandhom japplikaw.”;

(b)

Fl-Appendiċi 3, jiddaħħlu l-punti 3.5.3, 3.5.3.1, 3.5.3.2 u 3.5.3.3 li ġejjin:

3.5.3.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011: iva/le (*)

3.5.3.1.   Tip/Varjant/Verżjoni tal-vettura ta’ xenarju bażi kif defenit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (**)

3.5.3.2.   Interazzjonijiet li jeżistu bejn ekoinnovazzjonijiet differenti: iva/le (*)

3.5.3.3.   Dejta ta’ emissjonijiet relatati mal-użu ta’ ekoinnovazzjonijiet (***)  (****)

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (1)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (2)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi

(g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni

(g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (3)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1

(= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

FOR-L_2013055MT.01001801.notes.0001.xml.jpg

xxxx/201x (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (4)

 

(*)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(**)  Jekk applikabbli."

(*)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(***)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

(****)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, biex ikollok ringiela waħda għal kull innovazzjoni.”"

(c)

L-Addendum għall-Appendiċi 4 hi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 2.1, it-tabella li tikkorrispondi għat-Tip ta’ ttestjar 6 hi mibdula b’dan li ġej:

“Tip ta’ ttestjar 6

CO (g/km)

THC (g/km)

Valur imkejjel”

 

 

(ii)

Il-Punt 2.1.1 hu mibdul b’dan li ġej:

2.1.1.   Għal vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella ta’ Tip ta’ ttestjar 1 trid tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils li huma. Għal vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-Tip ta’ ttestjar 1 irid isir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għal vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, monofjuwil jew bifjuwil, it-tabella trid tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali trid turi l-agħar riżultati miksuba. Meta hu applikabbli, skont is-sezzjonijiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din trid tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.”;

(iii)

Jiddaħħlu l-punti 2.6 u 2.6.1 li ġejjin:

“2.6.   Riżultati tat-test tal-ekoinnovazzjoni (*****)  (******)

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (5)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (6)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi

(g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni

(g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (7)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1

(= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

FOR-L_2013055MT.01001801.notes.0002.xml.jpg

xxxx/201x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (8)

 

2.6.1   Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (*******)

(*****)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

(******)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, uża ringiela iżjed għal kull innovazzjoni."

(*******)

Il-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li hi mgħammra fil-vettura, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.

(*******)  Il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) għandu jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull waħda separata bi spazju vojt:

Il-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li hi mgħammra fil-vettura, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.

"

(2)

Fl-Anness XII jiżdied il-punt 4:

“4.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURI MGĦAMMRA B’EKOINNOVAZZJONIJIET

4.1.   Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 manifattur li jrid jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji ta’ CO2 speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar minn ekoinnovazzjoni waħda jew iżjed mgħammra ġo vettura, għandu japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura mgħammra bl-ekoinnovazzjonijiet.

4.2.   L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet għandu, għal finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, ikun determinat bil-proċedura u l-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

4.3.   Il-prestazzjoni tat-testijiet meħtieġa biex ikun determinat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 miksub bl-ekoinnovazzjonijiet, għandha tinftiehem bla ħsara għad-dimostrazzjoni ta’ konformità tal-ekoinnovazzjonijiet mal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, jekk applikabbli.

4.4.   L-approvazzjoni tat-tip m’għandhiex tingħata jekk il-vettura tal-ekoinnovazzjoni ma turix minimu ta’ 1 gCO2/km ta’ tnaqqis fl-emissjoni fir-rigward ta’ vettura ta’ xenarju bażi, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.”.


(1)  Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(2)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(3)  Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, il-metodoloġija għandha tagħti dan il-valur.

(4)  Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.

(5)  Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(6)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(7)  Jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(8)  Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 172/2013

tas-26 ta’ Frar 2013

dwar it-tneħħija ta’ ċerti ismijiet eżistenti tal-inbejjed mir-reġistru provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 118s(3) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ismijiet tal-inbejjed, li kienu protetti skont l-Artikolu 51 u 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2) u l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, denominazzjoni, preżentazzjoni u protezzjoni ta’ ċerti prodotti tas-settur tal-inbid (3), kienu awtomatikament protetti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dawk l-ismijiet tal-inbejjed, (“ismijiet protetti eżistenti tal-inbejjed”), huma elenkati fir-reġistru tad-denominazzjoniet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid kif stabbilit skont l-Artikolu 118n tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (“ir-Reġistru”).

(2)

Fir-rigward ta’ dawk l-ismijiet protetti eżistenti tal-inbejjed, l-Istati Membri kellhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-faxxikli tekniċi u d-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ approvazzjoni. Skont l-Artikolu 118s(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ismijiet protetti eżistenti tal-inbejjed, li għalihom l-ebda trasmiżjoni ma seħħet sa dik id-data, m’għandhomx jibqgħu jiġu protetti taħt dak ir-Regolament. Dawk l-ismijiet għandhom għaldaqstant jiġu mneħħija mir-Reġistru.

(3)

It-tneħħija mir-Reġistru m’għandhiex taffetwa inbejjed li, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ġew impoġġija fuq is-suq jew ittikkettjati b’ismijiet ta’ nbejjed li se jitneħħew mir-Reġistru. Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk l-inbejjed ghandha għaldaqstant tiġi permessa sa kemm jinħlew il-ħażniet.

(4)

Il-miżura pprovduta f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ismijiet tal-inbejjed elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandhom jiġu mneħħija mir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 118n tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Inbejjed imqegħda fuq is-suq jew ittikkettjati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bl-ismijiet tal-inbejjed li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm il-ħażniet jiġu moħlija.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1.


ANNESS

Ismijiet protetti msemmija fl-Artikolu 1

Pajjiż

L-ismijiet li se jitneħħew

Il-Greċja

Αδριανή

Βίλιτσα

Κορωπί

Μονεμβασία

Παιανία

Πλαγιές Πετρωτού

Σύρος

Spanja

Abanilla

Franza

Aigues

Allier

Argens

Balmes Dauphinoises

Bénovie

Bérange

Bessan

Bigorre

Blanquette de Limoux

Blanquette méthode ancestrale

Bordeaux Côtes de Francs

Bordeaux Haut-Benauge

Bourbonnais

Cassan

Caux

Cessenon

Charente

Charentes Maritimes

Chaume - Premier Cru des coteaux du Layon

Cher

Collines de la Moure

Comté de Grignan

Coteaux de Bessilles

Coteaux de Cèze

Coteaux de Fontcaude

Coteaux de la Cabrerisse

Coteaux de l’Ardèche

Coteaux de Laurens

Coteaux de Miramont

Coteaux de Montélimar

Coteaux de Murviel

Coteaux du Grésivaudan

Coteaux du Layon Chaume

Coteaux du Littoral Audois

Coteaux du Salagou

Coteaux du Verdon

Coteaux et Terrasses de Montauban

Coteaux Flaviens

Côtes de Castillon

Côtes de Ceressou

Côtes de Lastours

Côtes de Montestruc

Côtes de Pérignan

Côtes de Prouilhe

Côtes du Brian

Côtes du Condomois

Côtes du Vidourle

Crépy

Creuse

Cucugnan

Deux-Sèvres

Dordogne

Doubs

Entre-Deux-Mers-Haut-Benauge

Haute-Garonne

Hauterive

Haute-Saône

Hautes-Pyrénées

Hauts de Badens

Indre

Indre et Loire

Languedoc Grès de Montpellier

Languedoc La Clape

Languedoc Picpoul-de-Pinet

Languedoc Terrasses du Larzac

Loir et Cher

Loire-Atlantique

Loiret

Lot et Garonne

Maine et Loire

Meuse

Mont Baudile

Monts de la Grage

Néac

Nièvre

Petite Crau

Premières Côtes de Blaye

Principauté d’Orange

Pyrénées Orientales

Pyrénées-Atlantiques

Sainte Baume

Sarthe

Seine et Marne

Tarn

Tarn et Garonne

Terroirs Landais

Touraine Amboise

Touraine Azay-le-Rideau

Touraine Mestand

Val de Cesse

Val de Dagne

Val de Montferrand

Vaunage

Vendée

Vienne

Vins du Thouarsais

Vistrenque

Volnay Santenots

L-Italja

Alto Tirino

Cagnina di Romagna

Condoleo

Dolcetto delle Langhe Monregalesi

Dolcetto di Dogliani

Dolcetto di Dogliani Superiore

Donnici

Esaro

Golfo dei Poeti La Spezia

Guardia Sanframondi

Malvasia di Cagliari

Monica di Cagliari

Moscato di Cagliari

Pagadebit di Romagna

Pinerolese

Pomino

Romagna Albana spumante

Rosso Canosa

San Vito di Luzzi

Sangiovese di Romagna

Sant’Agata de’ Goti

Solopaca

Trebbiano di Romagna

Valle del Crati

Valle Peligna

Valtellina

Il-Lussemburgu

Crémant du Luxembourg

L-Ungerija

Alföldi

Dél-alföldi

Dél-dunántúli

Duna melléki

Egerszóláti Olaszrizling

Észak-dunántúli

Nyugat-dunántúli

Somlói Arany

Somlói Nászéjszakák bora

Tisza melléki

Tisza völgyi

Villányi védett eredetű classicus

Il-Portugall

Moscatel de Setúbal

Vinho Espumante Beiras

Vinho Regional Beiras

Ir-Rumanija

Cernătești - Podgoria


27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2013

tas-26 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

82,8

MA

71,9

TN

91,2

TR

107,0

ZZ

88,2

0707 00 05

EG

191,6

MA

170,1

TR

180,4

ZZ

180,7

0709 91 00

EG

72,9

ZZ

72,9

0709 93 10

MA

42,1

TR

138,7

ZZ

90,4

0805 10 20

EG

49,3

IL

71,3

MA

57,7

TN

53,7

TR

61,4

ZZ

58,7

0805 20 10

EG

165,0

IL

155,4

MA

102,9

ZA

73,9

ZZ

124,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

57,7

IL

137,9

MA

118,4

PK

99,7

TR

77,7

US

127,1

ZA

105,9

ZZ

103,5

0805 50 10

TR

74,3

ZZ

74,3

0808 10 80

CN

83,7

MK

31,3

US

148,7

ZZ

87,9

0808 30 90

AR

144,1

CL

206,9

CN

84,0

TR

179,9

US

187,5

ZA

111,7

ZZ

152,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


Rettifika

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/27


Rettifika għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tal-14 ta’ Diċembru 2012 )

F’paġna 88, il-punt 23, l-“Artikolu 27a, L-eżerċizzju tad-delega”, il-paragrafu 2,

minflok:

“mill-4 ta’ Lulju 2017”,

aqra:

“mill-4 ta’ April 2017”.