|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.052.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 148/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun permessal-flessibbiltà, il-kontroparti għandha tkun tista’ tiddelega r-rapportar ta’ kuntratt lill-kontroparti l-oħra jew lil parti terza. Il-kontropartijiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jiftiehmu li jiddelegaw ir-rappurtar lil entità terza komuni inkluż kontroparti ċentrali (CCP), din tal-aħħar tissottometti rapport wieħed, inkluż it-tabella rilevanti tal-oqsma, lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F’dawn iċ-ċirkostanzi u sabiex tkun żgurata l-kwalità tad-dejta, ir-rapport għandu jindika li sar f’isem iż-żewġ kontropartijiet u li se jinkludi s-sett sħiħ ta’ dettalji li kieku kienu jiġu rrapportati kieku l-kuntratt ġie rrappurtat separatament. |
|
(2) |
Biex jiġu evitati inkonsistenzi fit-tabelli tad-Dejta Komuni, kull kontroparti f’kuntratt derivattiv għandha tiżgura li d-Dejta Komuni rappurtata hija mifthiema bejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni. Identifikatur kummerċjali uniku se jgħin fir-rikonċiljazzjoni tad-dejta fil-każ li l-kontropartijiet ikunu qed jirrappurtaw lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet differenti. |
|
(3) |
Biex jiġi evitat rapportar doppju u biex jonqos il-piż tar-rapportar, fejn kontroparti waħda jew CCP tirrapporta f’isem iż-żewġ kontropartijiet, il-kontroparti jew is-CCP għandha tkun tista’ tibgħat rapport wieħed lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun fih l-informazzjoni rilevanti. |
|
(4) |
Il-valuwazzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi hija essenzjali biex tippermetti lir-regolaturi jissodisfaw il-mandati tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja. Il-valwazzjoni skont is-suq jew il-valwazzjoni skont mudell tal-valur ta’ kuntratt tindika s-sinjal u d-daqs tal-iskopertura relatata ma’ dak il-kuntratt, u tikkumplimenta l-informazzjoni dwar il-valur oriġinali speċifikat fil-kuntratt. |
|
(5) |
Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar kollateral li jappartjeni għal kuntratt partikolari huwa essenzjali biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-iskoperturi. Biex dan ikun possibbli, il-kontropartijiet li jikkollateralizzaw it-tranżazzjonijiet tagħhom għandhom jirrapportaw id-dettalji tal-kollateralizzazzjoni fuq bażi ta’ livell ta’ tranżazzjoni. Meta l-kollateral jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta’ kuntratti, u għalhekk mhux rapportat fuq bażi ta’ livell ta’ tranżazzjoni iżda fuq bażi ta’ portafoll, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu jirrapportaw il-portafoll billi jużaw kodiċi uniku jew sistema numerika kif determinat mill-kontroparti. Dak il-kodiċi uniku għandu jidentifika l-portafoll speċifiku li fuqu l-kollateral huwa skambjat fejn il-kontroparti jkollha aktar minn portafoll wieħed u għandu wkoll jiżgura li kuntratt ta’ derivattiv jista’ jintrabat mal-portafoll partikolari li għalih ikun qed jinżamm il-kollateral. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni u jirrifletti r-rilevanza tar-rwol tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet biex titjieb it-trasparenza tas-swieq lejn il-pubbliku u r-regolaturi, id-dejta li tiġi rrappurtata lil, tinġabar u titqiegħed għad-dispożizzjoni minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont il-klassi tad-derivattivi u n-natura tat-tranżazzjoni. |
|
(7) |
L-AETS ikkonsultat lill-awtoritajiet rilevanti u l-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) qabel issottomettiet l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom. Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3), l-AETS għamlet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dettalji li għandhom jidhru fir-rapporti skont l-Artikolu 9(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
1. Rapporti lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu:
|
(a) |
id-dettalji stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness li fih l-informazzjoni marbuta mal-kontropartijiet fil-kuntratt; |
|
(b) |
l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness li fih id-dettalji dwar il-kuntratt tad-derivattivi konkluż bejn iż-żewġ kontropartijiet. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-konklużjoni ta’ kuntratt għandha tfisser ‘l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni’ kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
3. Meta jsir rapport wieħed f’isem iż-żewġ kontropartijiet, għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness fir-rigward ta’ kull kontroparti. L-informazzjoni stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness għandha tintbagħat darba biss.
4. Meta jsir rapport wieħed f’isem iż-żewġ kontropartijiet għandu jindika dan il-fatt, kif stabbilit fil-kaxxa 9 tat-Tabella 1 tal-Anness.
5. Meta kontroparti waħda tirrapporta d-dettalji ta’ kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem il-kontroparti l-oħra, jew entità terza tirrapporta kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem kontroparti waħda jew f’isem iż-żewġ kontropartijiet, id-dettalji rapportati għandhom jinkludu s-sett sħiħ tad-dettalji li kieku kienu jiġu rrapportati li kieku l-kuntratti ġew irrapportati lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet minn kull kontroparti separatament.
6. Fejn kuntratt tad-derivattivi jinkludi fatturi tipiċi ta’ aktar minn assi sottostanti wieħed kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness, rapport għandu jindika l-klassi tal-assi li l-kontropartijiet jaqblu li l-kuntratt jixbah l-aktar qabel ma r-rapport jintbagħat lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
Artikolu 2
Tranżazzjonijiet ikklerjati
1. Meta kuntratt eżistenti jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP, l-ikklerjar għandu jiġu rrapportat bħala modifika tal-kuntratt eżistenti.
2. Meta kuntratt jiġi konkluż f’ċentru tan-negozjar u jiġi kklerjat minn CCP b’mod li kontroparti ma tkunx konxja mill-identità tal-kontroparti l-oħra, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lis-CCP bħala l-kontroparti tagħha.
Artikolu 3
Rapportar tal-iskoperturi
1. Id-dejta dwar il-kollateral meħtieġ skont it-Tabella 1 tal-Anness għandha tinkludi kull kollateral depożitat.
2. Meta kontroparti ma tikkollateralizzax fuq bażi ta’ livell ta’ tranżazzjoni, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet il-kollateral depożitat fuq bażi ta’ portafoll.
3. Meta l-kollateral relatat ma’ kuntratt jiġi rrappurtat fuq bażi ta’ portafoll, il-kontroparti li tirrapporta għandha tirrapporta lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet kodiċi li jidentifika l-portafoll tal-kollateral depożitat lill-kontroparti l-oħra relatata mal-kuntratt rapportat.
4. Kontropartijiet nonfinanzjarji minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhumiex meħtieġa jirrapportaw il-kollateral, il-valwazzjoni skont is-suq, jew il-valwazzjoni skont mudell tal-kuntratti msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness.
5. Għal kuntratti kklerjati minn CCP, valwazzjoni skont is-suq għandha tingħata biss mis-CCP.
Artikolu 4
Reġistru tar-rapportar
Modifiki għad-dejta reġistrata fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jinżammu f’reġistru li jidentifika l-persuna jew persuni li talbu l-modifika, inkluż ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet innifisu jekk applikabbli, ir-raġuni jew ir-raġunijiet għal tali modifika, data u kronogramma u deskrizzjoni ċara tal-bidliet, inkluż il-kontenut l-antik u l-ġdid tad-dejta rilevanti kif stabbilit fil-kaxxi 58 u 59 tat-Tabella 2 tal-Anness.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
ANNESS
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet
Tabella 1
Dejta tal-Kontroparti
|
|
Kaxxa |
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati |
|
Partijiet fil-kuntratt |
||
|
1 |
Kronogramma tar-rapportar |
Data u ħin tar-rapportar lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
|
2 |
ID tal-kontroparti |
Kodiċi uniku li jidentifika l-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent. |
|
3 |
ID tal-kontroparti l-oħra |
Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti l-oħra tal-kuntratt. Din il-kaxxa għandha timtela mill-perspettiva tal-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent. |
|
4 |
Isem il-kontroparti |
Isem korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta. Dan il-kaxxa tista’ titħalla vojta fil-każ li l-ID tal-kontroparti diġà jkun fiha din l-informazzjoni. |
|
5 |
Domiċilju tal-kontroparti |
Informazzjoni dwar l-uffiċċju reġistrat, li tikkonsisti fl-indirizz sħiħ, il-belt u l-pajjiż tal-kontroparti li tirrapporta. Dan il-kaxxa tista’ titħalla vojta fil-każ li l-ID tal-kontroparti diġà jkun fiha din l-informazzjoni. |
|
6 |
Settur korporattiv tal-kontroparti |
Natura tal-attivitajiet tal-kumpanija tal-kontroparti li tirrapporta (bank, kumpanija tal-assigurazzjoni, eċċ.). Din il-kaxxa tista’ titħalla vojta fil-każ li l-ID tal-kontroparti diġà jkun fiha din l-informazzjoni. |
|
7 |
Natura finanzjarja jew nonfinanzjarja tal-kontroparti |
Indika jekk il-kontroparti li tirrapporta mhijiex kontroparti finanzjarji jew nonfinanzjarja skont il-punti 8 u 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
8 |
ID tas-sensar |
Fil-każ li sensar jaġixxi bħala intermedjarju għall-kontroparti li tirrapporta mingħajr ma jsir kontroparti, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lil dan is-sensar b’kodiċi uniku. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent. |
|
9 |
ID tal-entità li tirrapporta |
Fil-każ li l-kontoparti li tirrapporta tkun iddelegat is-sottomissjoni tar-rapport lil parti terza jew lill-kontroparti l-oħra, din l-entità għandha tiġi identifikata b’kodiċi uniku f’din il-kaxxa. Inkella din il-kaxxa għandha titħalla vojta. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent, kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-kontroparti individwali biex teżegwixxi t-tranżazzjoni. |
|
10 |
ID tal-membru li jikklerja |
Fil-każ li l-kontroparti li tirrapporta ma tkunx membru tal-ikklerjar, il-membru tal-ikklerjar tagħha għandu jiġi identifikat b’kodiċi uniku f’din il-kaxxa. Fil-każ ta’ individwu, għandu jintuża kodiċi tal-klijent, kif assenjat mis-CCP. |
|
11 |
ID tal-benefiċjarju |
Il-parti soġġetta għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt. Meta t-tranżazzjoni titwettaq permezz ta’ struttura, bħal trust jew fond, li tirrappreżenta għadd ta’ benefiċjarji, dik l-istruttura għandha tkun identifikata bħala l-benefiċjarju. Jekk il-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontroparti għal dan il-kuntratt, il-kontroparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b’kodiċi uniku jew, fil-każ ta’ individwi, b’kodiċi tal-klijent kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-individwu. |
|
12 |
Kapaċità tan-negozjar |
Tidentifika jekk il-kontroparti tar-rapportar ikkonkludietx il-kuntratt bħala prinċipal għan-nom tagħha stess (għan-nom tagħha stess jew għan-nom ta’ klijent) jew bħala aġent għan-nom ta’ u f’isem klijent. |
|
13 |
Naħa tal-kontroparti |
Tidentifika jekk il-kuntratt kienx ta’ xiri jew bejgħ. Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv ta’ rata ta’ mgħax, in-naħa li tixtri se tirrappreżenta lill-pagatur tas-segment 1 u n-naħa tal-bejgħ se jkun il-pagatur tas-segment 2. |
|
14 |
Kuntratt ma’ kontroparti mhux fiż-ŻEE |
Tindika jekk il-kontroparti l-oħra hijiex domiċiljata barra miż-ŻEE. |
|
15 |
Direttament marbuta ma’ attività kummerċjali jew it-teżor |
Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex oġġettivament miżurabbli bħala marbut direttament mal-attività kummerċjali jew it-teżor tal-kontroparti li tirrapporta, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f’każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012. |
|
16 |
Limitu minimu tal-ikklerjar |
Informazzjoni dwar jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex qed taqbeż il-limitu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f’każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fil-punti 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012. |
|
17 |
Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt |
Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2012. |
|
18 |
Munita tal-valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt |
Il-munita użata għall-valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew il-valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
19 |
Data tal-valwazzjoni |
Data tal-aħħar valwazzjoni skont is-suq jew valwazzjoni skont mudell. |
|
20 |
Il-ħin li fih saret il-valwazzjoni |
Il-ħin tal-aħħar valwazzjoni skont is-suq jew valwazzjoni skont mudell. |
|
21 |
Tip ta’ valwazzjoni |
Indika jekk il-valwazzjoni twettqitx skont il-valur tas-suq jew skont mudell. |
|
22 |
Kollateralizzazzjoni |
Jekk twettqitx kollateralizzazzjoni. |
|
23 |
Portafoll tal-kollateral |
Jekk il-kollateralizzazzjoni twettqitx fuq bażi ta’ portafoll. Portafoll tfisser il-kollateral ikkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta’ kuntratti, minflok għal kull tranżazzjoni. |
|
24 |
Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral |
Jekk il-kollaterali jiġi rrapportat fuq bażi ta’ portafoll, il-portafoll għandu jiġi identifikat b’kodiċi uniku determinat mill-kontroparti rrapportata. |
|
25 |
Il-valur tal-kollateral |
Il-valur tal-kollateral depożitat mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Meta kollateral jiġi depożitat fuq bażi ta’ portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur tal-kollateral kollu depożitat għall-portafoll. |
|
26 |
Munita tal-valur tal-kollateral |
Speċifika l-valur tal-kollateral għall-kaxxa 25. |
Tabella 2
Dejta Komuni
|
|
Kaxxa |
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati |
Tipi applikabbli ta’ kuntratt tad-derivattivi |
||||||||||||||
|
|
|
|
Kuntratti kollha |
||||||||||||||
|
1 |
Tassonomija użata |
Il-kuntratt għandu jkun identifikat bl-użu ta’ identifikatur tal-prodott. |
|
||||||||||||||
|
2 |
ID 1 tal-prodott |
Il-kuntratt għandu jkun identifikat bl-użu ta’ identifikatur tal-prodott. |
|
||||||||||||||
|
3 |
ID 2 tal-prodott |
Il-kuntratt għandu jkun identifikat bl-użu ta’ identifikatur tal-prodott. |
|
||||||||||||||
|
4 |
Sottostanti |
Is-sottostanti għandhom jiġu identifikati bl-użu ta’ identifikatur uniku għal dan is-sottostanti. Fil-każ ta’ basktijiet jew indiċi, meta ma jkunx jeżisti identifikatur uniku għandha tintuża indikazzjoni għal dan il-basket jew indiċi. |
|
||||||||||||||
|
5 |
Munita nozzjonali 1 |
Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv tar-rata tal-imgħax, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 1. |
|
||||||||||||||
|
6 |
Munita nozzjonali 2 |
Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv tar-rata tal-imgħax, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 2. |
|
||||||||||||||
|
7 |
Munita konsenjabbli |
Il-munita li se tiġi kkonsenjata. |
|
||||||||||||||
|
|
|
|
Kuntratti kollha |
||||||||||||||
|
8 |
ID tat-tranżazzjoni |
ID uniku tat-tranżazzjoni miftiehem fil-livell Ewropew, li jiġi pprovdut mill-kontroparti li tirrapporta. Jekk ma jkunx hemm ID uniku tat-tranżazzjoni, għandu jiġi ġġenerat kodiċi uniku u miftiehem mal-kontroparti l-oħra. |
|
||||||||||||||
|
9 |
Numru ta’ Referenza tat-Tranżazzjoni |
Numru uniku ta’ identifikazzjoni għat-tranżazzjoni pprovdut mill-entità li tirrapporta jew minn parti terza f’isimha. |
|
||||||||||||||
|
10 |
Ċentru tal-eżekuzzjoni |
Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni għandu jiġi identifikat b’kodiċi uniku għal dan iċ-ċentru. F’każ ta’ kuntratt OTC konkluż, għandu jiġi identifikat jekk l-istrument rispettiv huwiex ammess biex jiġi nnegozjat iżda ġie nnegozjat OTC jew mhuwiex ammesi biex jiġi nnegozjat u ġie nnegozjati OTC. |
|
||||||||||||||
|
11 |
Kompressjoni |
Identifika jekk il-kuntratt jirriżultax minn eżerċizzju ta’ kompressjoni. |
|
||||||||||||||
|
12 |
Prezz/rata |
Il-prezz għal kull derivattiv ħlief, fejn applikabbli, kummissjoni u imgħax akkumulat. |
|
||||||||||||||
|
13 |
Notazzjoni tal-prezz |
Il-mod li bih jiġi espress il-prezz. |
|
||||||||||||||
|
14 |
Ammont nozzjonali |
Il-valur oriġinali tal-kuntratt. |
|
||||||||||||||
|
15 |
Multiplatur tal-prezzijiet |
L-għadd ta’ unitajiet tal-istrument finanzjarju li jkunu inklużi f’lot ta’ tranżazzjonijiet; pereżempju, l-għadd ta’ derivattivi rappreżentati b’kuntratt wieħed. |
|
||||||||||||||
|
16 |
Kwantità |
Għadd ta’ kuntratti inklużi fir-rapport, fejn ikunu rrapportati aktar minn kuntratt derivattiv wieħed. |
|
||||||||||||||
|
17 |
Pagament bil-quddiem |
L-ammont ta’ kwalunkwe pagament bil-quddiem li tkun għamlet jew irċeviet il-kontroparti tar-rapportar. |
|
||||||||||||||
|
18 |
Tip ta’ konsenja |
Indika jekk il-kuntratt humiex saldat fiżikament jew fi flus. |
|
||||||||||||||
|
19 |
Kronogramma tal-eżekuzzjoni |
Kif definit fl-Artikolu 1(2). |
|
||||||||||||||
|
20 |
Data effettiva |
Data meta jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt. |
|
||||||||||||||
|
21 |
Data tal-maturità |
Data oriġinali tal-iskadenza tal-kuntratt rapportat. Terminazzjoni bikrija ma għandhiex tiġi rrapportata f’din il-kaxxa. |
|
||||||||||||||
|
22 |
Data tat-terminazzjoni |
Data tat-terminazzjoni tal-kuntratt rapportat. Jekk mhux differenti mid-data tal-maturità, din il-kaxxa għandha titħalla vojta. |
|
||||||||||||||
|
23 |
Data tas-saldu |
Data tas-saldu tas-sottostanti. Jekk iżjed minn waħda, jistgħu jintużaw aktar kaxxi (eż. 23 A, 23B, 23C, …). |
|
||||||||||||||
|
24 |
Tip ta’ Ftehim Qafas |
Referenza għall-isem tal-ftehim qafas relevanti, jekk użat għall-kuntratt rapportat (eż. ftehim qafas ISDA; Ftehim Qafas tax-Xiri u l-Bejgħ tal-Enerġija; Ftehim Qafas Internazzjonali ForEx; Ftehim Qafas Ewropew jew kwalunkwe Ftehim Qafas lokali). |
|
||||||||||||||
|
25 |
Verżjoni tal-Ftehim Qafas |
Referenza għas-sena tal-verżjoni tal-ftehim qafas użat għat-tranżazzjoni rapportata, jekk applikabbli (eż. 1992, 2002, …). |
|
||||||||||||||
|
|
|
|
Kuntratti kollha |
||||||||||||||
|
26 |
Kronogramma tal-konferma |
Data u ħin tal-konferma, kif definit fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (1), b’indikazzjoni taż-żona fejn saret il-konferma. |
|
||||||||||||||
|
27 |
Mezzi tal-konferma |
Jekk il-kuntratt ġiex ikkonfermat elettronikament, nonelettronikament jew għadu mhux ikkonfermat. |
|
||||||||||||||
|
|
|
|
Kuntratti kollha |
||||||||||||||
|
28 |
Obbligu tal-ikklerjar |
Jindika, jekk il-kuntratt rapportat huwiex soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
||||||||||||||
|
29 |
Ikklerjat |
Jindika, jekk l-ikklerjar seħħx. |
|
||||||||||||||
|
30 |
Kronogramma tal-ikklerjar |
Ħin u data meta seħħ l-ikklerjar. |
|
||||||||||||||
|
31 |
CCP |
F’każ ta’ kuntratt li ġie kklerjat, il-kodiċi uniku għas-CCP li kklerja l-kuntratt. |
|
||||||||||||||
|
32 |
Intragrupp |
Jindika jekk il-kuntratt ġiex iffirmat bħala tranżazzjoni intragrupp, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
||||||||||||||
|
|
|
Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat. |
Derivattivi tar-rati tal-imgħax |
||||||||||||||
|
33 |
Rata fissa tas-segment nru 1 |
Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment nru 1użata, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
34 |
Rata fissa tas-segment nru 2 |
Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment nru 2użata, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
35 |
Kont tal-ġranet tar-rata fissa |
L-għadd ta’ ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b’rata fissa rilevanti, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
36 |
Frekwenza tal-pagamenti tas-segment fiss |
Frekwenza tal-pagamenti għas-segment b’rata fissa, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
37 |
Frekwenza tal-pagamenti b’rata varjabbli |
Frekwenza tal-pagamenti għas-segment b’rata varjabbli, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
38 |
Frekwenza tal-issettjar mill-ġdid tar-rata varjabbli |
Frekwenza tal-issettjar mill-ġdid tar-rata tas-segment b’rata varjabbli, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
39 |
Rata varjabbli tas-segment nru 1 |
Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu ssettjati mill-ġdid f’intervalli predeterminati b’referenza għal rata ta’ referenza fis-suq, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
40 |
Rata varjabbli tas-segment nru 2 |
Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu ssettjati mill-ġdid f’intervalli predeterminati b’referenza għal rata ta’ referenza fis-suq, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
|
|
Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat. |
Derivattivi tal-munita |
||||||||||||||
|
41 |
Munita 2 |
Il-kontro munita, jekk differenti mill-munita tal-konsenja. |
|
||||||||||||||
|
42 |
Rata tal-kambju 1 |
Ir-rata kuntrattwali tal-kambju tal-muniti. |
|
||||||||||||||
|
43 |
Rata tal-kambju forward |
Rata tal-kambju forward fid-data tal-valur. |
|
||||||||||||||
|
44 |
Bażi tar-rata tal-kambju |
Ikkwota l-bażi għar-rata tal-kambju. |
|
||||||||||||||
|
|
|
Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat sakemm mhux biex jiġi rrapportat skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
Derivattivi ta’ komoditajiet |
||||||||||||||
|
|
Ġenerali |
|
|
||||||||||||||
|
45 |
Bażi tal-komodità |
Tindika t-tip ta’ komodità sottostanti tal-kuntratt. |
|
||||||||||||||
|
46 |
Dettalji tal-komodità |
Dettalji tal-komodità partikolari lil hinn mill-kaxxa 45. |
|
||||||||||||||
|
|
Enerġija |
Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||
|
47 |
Post jew żona tal-konsenja |
Punt(i) tal-konsenja taż-żona tas-suq. |
|
||||||||||||||
|
48 |
Punt ta’ Interkonnessjoni |
Identifikazzjoni tal-fruntiera/i jew punt(i) tul il-fruntiera/i ta’ kuntratt ta’ trasport. |
|
||||||||||||||
|
49 |
Tip ta’ tagħbija |
Taqsimiet repetibbli tal-kaxxi 50-54 biex jidentifikaw il-profil tal-konsenja tal-prodott li jikkorrispondi għall-perjodi ta’ konsenja ta’ ġurnata. |
|
||||||||||||||
|
50 |
Data u ħin ta’ meta tibda l-konsenja |
Data u ħin tal-bidu tal-konsenja. |
|
||||||||||||||
|
51 |
Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja |
Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja. |
|
||||||||||||||
|
52 |
Kapaċità tal-kuntratt |
Kwantità għal kull intervall ta’ ħin tal-konsenja. |
|
||||||||||||||
|
53 |
Unità tal-Kwantità |
Kwantità ta’ kuljum jew ta’ kull siegħa f’MWh jew kWh/d li tikkorrispondi għall-komodità sottostanti. |
|
||||||||||||||
|
54 |
Intervall prezz/ħin tal-kwantitajiet |
Jekk applikabbli, il-prezz tal-kwantitajiet għal kull intervall ta’ ħin. |
|
||||||||||||||
|
|
|
Jekk UPI huwa rrapportat u fih l-informazzjoni kollha ta’ hawn taħt, dan mhuwiex meħtieġ jiġi rraportat. |
Kuntratti li fihom opzjoni |
||||||||||||||
|
55 |
Tip ta’ opzjoni |
Jindika jekk il-kuntratt huwiex sejħa jew put. |
|
||||||||||||||
|
56 |
Stil tal-opzjoni (eżerċizzju) |
Jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f’data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f’serje ta’ dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-kuntratt (Stil Amerikan). |
|
||||||||||||||
|
57 |
Prezz tal-eżerċizzju (rata massima/minima) |
Il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni. |
|
||||||||||||||
|
|
|
|
Kuntratti kollha |
||||||||||||||
|
58 |
Tip ta’ azzjoni |
Jekk ir-rapport fihx:
|
|
||||||||||||||
|
59 |
Dettalji tat-tip ta’ azzjoni |
Fejn il-kaxxa 58 hija rrapportata bħala “oħrajn” id-dettalji ta’ din l-emenda għandhom jiġu speċifikati hawn. |
|
(1) Ara paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/11 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 149/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 11(14) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għandu jiġi pprovdut qafas biex jinġabru r-regoli applikabbli għall-obbligu tal-ikklerjar, l-applikazzjoni tiegħu, l-eżenzjonijiet possibbli u t-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji li għandhom jiġu stabbiliti meta ma jkunx jista’ jsir ikklerjar ma’ kontroparti ċentrali (CCP). Biex tkun żgurata l-koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tkun iffaċilitata stampa komprensiva u aċċess effiċjenti għall-partijiet interessati u b’mod partikolari dawk li huma soġġetti għall-obbligi, huwa xieraq li l-biċċa l-kbira tal-istandards tekniċi regolatorji meħtieġa skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinġabru f’Regolament wieħed. |
|
(2) |
Fid-dawl tan-natura globali tas-suq tad-derivattivi OTC (over the counter), dan ir-Regolament għandu jikkunsidra l-linji gwida u rakkomandazzjonijiet rilevanti miftiehma internazzjonalment dwar ir-riformi fis-suq tad-derivattivi OTC u l-ikklerjar obbligatorju kif ukoll ir-regoli relatati żviluppati f’ġurisdizzjonijiet oħra. B’mod partikolari l-qafas għad-determinazzjoni ta’ obbligu tal-ikklerjar iqis ir-rekwiżiti tal-Ikklerjar Obbligatorju ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli. Dan se jsostni, kemm jista’ jkun, il-konverġenza lejn l-approċċ f’ġurisdizzjonijiet oħra. |
|
(3) |
Sabiex jiġu identifikati b’mod ċar għadd limitat ta’ kunċetti li joħorġu mir-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll biex jiġu speċifikati t-termini tekniċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ dan l-istandard tekniku, għandhom jiġu definiti għadd ta’ termini. |
|
(4) |
Arranġament tal-ikklerjar indirett ma għandux jesponi CCP, membru tal-ikklerjar, klijent jew klijent indirett għal riskju tal-kontroparti addizzjonali u l-assi u l-pożizzjonijiet tal-klijent indiretti għandhom jibbenefikaw minn livell xieraq ta’ protezzjoni. Għalhekk huwa essenzjali li kwalunkwe tip ta’ arranġament tal-ikklerjar indirett jikkonforma mal-kondizzjonijiet minimi biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom. Għal dak il-għan, il-partijiet involuti f’arranġamenti tal-ikklerjar indiretti għandhom ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi. Arranġamenti bħal dawn jestendu lil hinn mir-relazzjoni kuntrattwali bejn klijenti indiretti u l-klijent ta’ membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li CCP tkun sistema stabbilita skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (3). Dan jimplika li l-membri tal-ikklerjar tas-CCPs għandhom jikkwalifikaw bħala parteċipanti fis-sens ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni lil klijenti indiretti kif mogħti lil klijenti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indiretti jkunu istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment ekwivalenti minn pajjiż terz. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti tal-ikklerjar indiretti sabiex jiġi żgurat li l-klijenti indiretti jkunu jistgħu jiksbu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bħall-klijenti diretti f’xenarju ta’ inadempjenza. Wara l-falliment ta’ membru tal-ikklerjar li jiffaċilita arranġament tal-ikklerjar indirett, klijenti indiretti għandhom jiġu inklużi fit-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijenti lejn membru tal-ikklerjar alternattiv skont ir-rekwiżiti tal-portabbiltà stabbiliti fl-Artikoli 39 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Salvagwardji xierqa kontra l-falliment ta’ klijent għandhom jeżistu wkoll fl-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti u għandhom jappoġġjaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet indiretti tal-klijenti lejn fornitur alternattiv ta’ servizzi tal-ikklerjar. |
|
(7) |
Peress li l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti jistgħu jagħtu lok għal riskji speċifiċi, il-partijiet kollha inklużi f’arranġament tal-ikklerjar indiretti, inklużi l-membri tal-ikklerjar u s-CCPs, għandhom regolarment jidentifikaw, jimmonitorjaw u jimmaniġġjaw kwalunkwe riskji materjali li jirriżultaw mill-arranġament. Il-qsim xieraq tal-informazzjoni bejn l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indiretti u l-membri tal-ikklerjar li jiffaċilitaw dawk is-servizzi huwa speċjalment importanti f’dan il-kuntest. Il-membri tal-ikklerjar għandhom jużaw l-informazzjoni pprovduta mill-klijenti għal skopijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji biss u għandhom jimpedixxu l-użu ħażin ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva, inkluż permezz tal-użu ta’ separazzjonijiet effettivi bejn id-diviżjonijiet differenti ta’ istituzzjoni finanzjarja biex jiġu evitati l-konflitti ta’ interess |
|
(8) |
Meta tawtorizza CCP sabiex tikklerja klassi ta’ derivattivi OTC, l-awtorità kompetenti hija meħtieġa tinnotifika l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Din in-notifika għandha tinkludi informazzjoni dettaljata li hija meħtieġa sabiex l-AETS twettaq il-proċess ta’ valutazzjoni tagħha, inkluża l-informazzjoni dwar il-likwidità u l-volum tal-klassi rilevanti ta’ derivattivi OTC. Għalkemm l-informazzjoni timxi mingħand l-awtorità kompetenti lejn l-AETS, huwa s-CCP li tkun talbet l-awtorizzazzjoni li għandha inizjalment tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti li mbagħad ikunu jistgħu jikkomplimentawha. |
|
(9) |
Għalkemm l-informazzjoni kollha li għandha tiġi inkluża fin-notifika mill-awtorità kompetenti lill-AETS għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar tista’ mhux dejjem tkun disponibbli, speċjalment għal prodotti ġodda, għandhom jiġu pprovduti l-istimi disponibbli, inkluża indikazzjoni ċara tas-suppożizzjonijiet li saru. In-notifika għandu jkun fiha wkoll informazzjoni dwar il-kontropartijiet, bħalma huma t-tip u l-għadd ta’ kontropartijiet, il-passi meħtieġa biex jibdew jikklerjaw ma’ CCP, il-kapaċità ġuridika u operazzjonali tagħhom jew il-qafas tal-immaniġġjar tar-riskji tagħhom sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta l-kapaċità tal-kontropartijiet attivi li jikkonformaw mal-obbligu tal-ikklerjar mingħajr ma jiddisturbaw lis-suq. |
|
(10) |
In-notifika mingħand l-awtorità kompetenti lill-AETS għandu jkun fiha informazzjoni fuq il-livell ta’ standardizzazzjoni, id-disponibbiltà tal-likwidità u tal-prezz, sabiex l-ESMA tivvaluta jekk klassi ta’ derivattivi OTC għandhiex tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Il-kriterji relatati mal-istandardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u l-proċessi operattivi tal-klassi rilevanti tal-OTC huma indikatur tal-istandardizzazzjoni tat-termini ekonomiċi ta’ klassi ta’ derivattivi OTC peress li huwa biss meta tali termini ekonomiċi jiġu standardizzati li t-termini kontrattwali u l-proċessi operattivi jkunu jistgħu jiġu standardizzati. Il-kriterji relatati mad-disponibbiltà tal-likwidità u l-prezzijiet jiġu vvalutati mill-AETS b’konsiderazzjonijiet differenti mill-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti meta tawtorizza lis-CCP. Il-likwidità f’dan il-kuntest tiġi vvalutata fuq perspettiva usa’ u hija differenti mil-likwidità wara li jkun japplika l-obbligu tal-ikklerjar. B’mod partikolari, il-fatt li kuntratt ikun likwidu biżżejjed biex jiġi kklerjat minn CCP waħda ma jimplikax neċċessarjament li għandu jkun soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar. Il-valutazzjoni tal-AETS ma għandux jirreplika jew jiddupplika l-analiżi li tkun diġà twettqet mill-awtorità kompetenti. |
|
(11) |
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tippermetti lill-AETS tivvaluta d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-ipprezzar. F’dan ir-rigward, l-aċċess ta’ CCP għall-informazzjoni dwar l-ipprezzar f’punt wieħed taż-żmien ma jfissirx li l-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni dwar l-ipprezzar fil-ġejjieni. Bħala riżultat, il-fatt li CCP jkollha aċċess għall-informazzjoni tal-prezz meħtieġa biex timmaniġġja r-riskji tal-ikklerjar ta’ kuntratti tad-derivattivi f’ċertu klassi ta’ derivattivi OTC, ma jimplikax awtomatikament li din il-klassi ta’ derivattivi OTC għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. |
|
(12) |
Il-livell tad-dettalji disponibbli fir-reġistru tal-klassijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar jiddependi fuq ir-rilevanza ta’ dawn id-dettalji biex tiġi identifikata kull klassi ta’ kuntratti ta’ derivattivi OTC. B’riżultat ta’ dan il-livell ta’ dettalji fir-reġistru jista’ jvarja bejn il-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC. |
|
(13) |
Il-permess għall-aċċess minn diversi CCPs għal ċentru tat-tranżazzjonijiet iwessa’ l-aċċess tal-parteċipanti għal dak iċ-ċentru u għalhekk isaħħaħ il-likwidità kumplessiva. Madankollu huwa meħtieġ f’dawn iċ-ċirkustanzi li jiġi speċifikat il-kunċett ta’ frammentazzjoni tal-likwidità f’ċentru f’każ li dan jista’ jhedded l-funzjonament bla xkiel u fl-ordni tas-swieq għall-klassi ta’ strumenti finanzjarji li għalihom issir it-talba. |
|
(14) |
Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti taċ-ċentru tat-tranżazzjonijiet mingħand min CCP tkun talbet aċċess u tal-awtorità kompetenti tas-CCP għandhom ikunu bbażati fuq il-mekkaniżmi disponibbli biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-likwidità f’ċentru tat-tranżazzjonijiet. |
|
(15) |
Biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-likwidità, il-parteċipanti kollha f’ċentru tat-tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jikklerjaw it-tranżazzjonijiet kollha mwettqa bejniethom. Madankollu, ma jkunx proporzjonat li l-membri kollha tal-ikklerjar ta’ CCP eżistenti jkunu meħtieġa jsiru wkoll membri tal-ikklerjar ta’ kwalunkwe CCP ġdida li taqdi lil dan iċ-ċentru tat-tranżazzjonijiet. Fejn hemm entitajiet li huma membri tal-ikklerjar taż-żewġ CCPs, dawn jistgħu jiffaċilitaw it-trasferiment u l-ikklerjar tat-tranżazzjonijiet eżegwiti minn parteċipanti tas-suq moqdija separatament miż-żewġ CCPs, biex ikun limitat ir-riskju tal-frammentazzjoni likwidità. Madankollu, huwa importanti li talba għall-aċċess għal ċentru tat-tranżazzjonijiet minn CCP ma tifframmentax il-likwidità b’mod li jiżdiedu r-riskji li għalihom hija skoperta s-CCP eżistenti. |
|
(16) |
Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, talba għal aċċess għal ċentru tat-tranżazzjonijiet minn CCP ma għandhiex teħtieġ l-interoperabbiltà, u konsegwentement, dan ir-Regolament ma għandux jippreskrivi l-interoperabbiltà bħala l-uniku mod biex tissolva l-frammentazzjoni tal-likwidità. Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi CCPs milli jidħlu f’tali arranġament fuq bażi volontarja jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tiegħu |
|
(17) |
Sabiex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivattivi OTC huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew l-attività ta’ finanzjament tat-teżor, il-kontropartijiet nonfinanzjarji għandhom japplikaw wieħed mill-kriterji previsti f’dan ir-Regolament inkluż id-definizzjoni tal-kontabbiltà bbażata fuq ir-regoli tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS). Id-definizzjoni tal-kontabbiltà tista’ tintuża minn kontropartijiet anki jekk dawn ma japplikawx ir-regoli tal-IFRS. Għal dawk il-kontropartijiet nonfinanzjarji li jistgħu jużaw regoli tal-kontabbiltà lokali, huwa mistenni li l-parti l-kbira tal-kuntratti kklassifikati bħala ħeġġing skont ir-regoli lokali tal-kontabbiltà jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ġenerali tal-kuntratti li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew attività tal-finanzjament tat-teżor previsti f’dan ir-Regolament. |
|
(18) |
F’xi ċirkostanzi, jista’ ma jkunx possibbli li tiħħeġġja riskju bl-użu ta’ kuntratt tad-derivattivi relatat direttament kuntratt b’eżattament l-istess sottostanti u d-data tas-saldu bħar-riskju li jkun qed jiġi kopert. F’każ bħal dan, il-kontroparti nonfinanzjarja tista’ tuża ħeġġing abbażi ta’ indikatur permezz ta’ strument korrelat mill-qrib biex tkopri l-iskopertura tagħha bħal strument b’termini sottostanti differenti iżda qrib ħafna ta’ mġiba ekonomika. Barra minn hekk, ċerti gruppi ta’ kontropartijiet nonfinanzjarji li jidħlu f’kuntratti tad-derivattivi OTC, permezz ta’ entità uniku, biex jiħħeġġjaw ir-riskju tagħhom fir-rigward tar-riskji kumplessivi tal-grupp jistgħu jużaw ħeġġing makro jew tal-portafoll. Dak il-ħeġġing makro, tal-portafoll jew abbażi ta’ indikatur ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC jistgħu jikkostitwixxu ħeġġing għall-iskop ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu meqjusa skont il-kriterji għall-istabbiliment ta’ liema kuntratti tad-derivattivi OTC qegħdin oġġettivament jitnaqqsu r-riskji. |
|
(19) |
Riskju jista’ jevolvi maż-żmien u sabiex jadattaw għall-evoluzzjoni tar-riskji, il-kuntratti tad-derivattivi OTC inizjalment eżegwiti biex inaqqsu r-riskji relatati ma’ attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor jistgħu jkollhom jiġu paċuti permezz ta’ użu addizzjonali ta’ kuntratti ta’ derivattivi OTC. Bħala riżultat, il-ħeġġing ta’ riskju jista’ jintlaħaq b’kombinazzjoni ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC inkluż kuntratti tad-derivattivi OTC ta’ tpaċija li jtemmu lil dawk il-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma baqgħux relatati mar-riskju kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor. |
|
(20) |
Il-firxa tar-riskji relatati direttament ma’ attivitajiet kummerċjali u finanzjament tat-teżor hija wiesgħa ħafna u tvarja skont is-setturi ekonomiċi differenti. Riskji relatati mal-attivitajiet kummerċjali huma tipikament marbuta mal-inputs għall-funzjoni produttiva ta’ kumpanija kif ukoll prodotti u servizzi li tbigħ jew tipprovdi. Attivitajiet ta’ finanzjament tat-teżor huma tipikament relatati mal-immaniġġjar tal-finanzjament fuq terminu ta’ żmien qasir u twil ta’ entità, inkluż id-dejn tagħha, u l-modi kif tinvesti r-riżorsi finanzjarji li tiġġenera, jew ikollha, inkluż l-immaniġġjar tal-flus. Attivitajiet ta’ finanzjament tat-teżor u attivitajiet kummerċjali jistgħu jiġu affettwati minn sorsi ta’ riskji komuni, bħall-kambju, il-prezzijiet tal-komoditajiet, l-inflazzjoni jew ir-riskju tal-kreditu. Minħabba li d-derivattivi OTC huma konklużi biex jiħħeġġjaw riskju partikolari, meta jiġu analizzati r-riskji marbuta direttament ma’ attivitajiet kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor, dawk ir-riskji għandhom jiġu definiti b’mod konsistenti li jkopri ż-żewġ attivitajiet. Barra minn hekk, is-separazzjoni taż-żewġ kunċetti tista’ jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati, minħabba li skont is-settur li fih joperaw il-kontropartijiet nonfinanzjarji, riskju partikolari jista’ jiġi ħħeġġjat taħt attività kummerċjali jew taħt attività ta’ finanzjament tat-teżor. |
|
(21) |
Filwaqt li l-limiti tal-ikklerjar għandhom jiġu stabbiliti b’konsiderazzjoni għar-rilevanza sistemika tar-riskji relatati, huwa importanti li wieħed jikkunsidra li d-derivattivi OTC li jnaqqsu r-riskji huma esklużi mill-kompjutazzjoni tal-limiti tal-ikklerjar u li l-limiti tal-ikklerjar jippermettu eċċezzjoni għall-prinċipju tal-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi OTC li jistgħu jitqiesu li mhumiex konklużi għal għanijiet ta’ ħħeġġjar. Aktar speċifikament, il-valur tal-limiti tal-ikklerjar għandhom jiġu riveduti perjodikament u għandhom jiġu ddeterminati skont il-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC. Il-klassijiet tad-derivattivi OTC determinati għall-iskop tal-limiti tal-ikklerjar jistgħu jkunu differenti mill-klassijiet tad-derivattivi OTC għall-iskop tal-obbligu tal-ikklerjar. Meta ġie stipulat il-valur tal-limitu tal-ikklerjar, għandha titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġi ddefinit indikatur uniku li jirrifletti r-rilevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u għal kull klassi tal-assi tad-derivattivi OTC. Barra minn hekk, peress li l-limiti tal-ikklerjar qed jintużaw minn kontropartijiet nonfinanzjarji, għandu jkun sempliċi li jiġu implimentati. |
|
(22) |
Id-determinazzjoni tal-valur tal-limiti tal-ikklerjar għandhom iqisu r-rilevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u kull klassi ta’ derivattivi OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu, għandu jitqies li dawn il-pożizzjonijiet u l-iskoperturi netti huma differenti minn skopertura netta għall-kontropartijiet kollha u l-klassi sħiħa ta’ assi. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dawn il-pożizzjonijiet netti għandhom jingħaddu sabiex tiġi ddeterminata d-data li trid titqies biex jiġu stipulati l-limiti tal-ikklerjar. Hija s-somma gross totali li tirriżulta miż-żieda ta’ dawn il-pożizzjonijiet netti li għandha titqies meta jiġu stabbiliti l-limiti tal-ikklerjar. Il-valur nozzjonali gross li jirriżulta minn dik iż-żieda għandu jintuża bħala referenza biex jiġu stabbiliti l-limiti tal-ikklerjar. |
|
(23) |
Barra minn hekk, l-istruttura tal-attività tad-derivattivi OTC ta’ kontropartijiet nonfinanzjarji normalment twassal għal livell baxx ta’ nnettjar peress li l-kuntratti tad-derivattivi OTC jiġu konklużi fl-istess direzzjoni. Bħala riżultat, id-differenza bejn is-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u għal kull klassi ta’ derivattivi OTC tkun qrib ħafna tal-valur gross tal-kuntratti. Għalhekk, u sabiex jintlaħaq l-għan tas-sempliċità, il-valur gross tal-kuntratti tad-derivattivi OTC għandu jintuża bħala indikatur validu tal-kejl li jrid jitqies fid-determinazzjoni tal-limitu tal-ikklerjar. |
|
(24) |
Minħabba li n-nonfinanzjarji li ma jaqbżux il-limitu tal-ikklerjar mhumiex meħtieġa jagħmlu valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom, ma jkunx raġonevoli li dan il-kejl jintuża sabiex jiġu ddeterminati l-limiti tal-ikklerjar peress li dan kieku jimponi piż kbir fuq in-nonfinanzjarji li ma jkunx proporzjonat mar-riskju li jindirizza. Minflok, l-użu tal-valur nozzjonali tal-kuntratti tad-derivattivi OTC jippermetti approċċ sempliċi li ma jkunx skopert għal avvenimenti esterni għan-nonfinanzjarji. |
|
(25) |
Il-qbiż ta’ wieħed mill-valuri stabbiliti għal klassi ta’ derivattivi OTC għandu jiskatta l-qbiż tal-limitu tal-ikklerjar għall-klassijiet kollha, minħabba li l-kuntratti tad-derivattivi OTC li jnaqqsu r-riskji huma esklużi mill-kalkolu tal-limitu tal-ikklerjar, bil-konsegwenzi li l-qbiż tal-limitu tal-ikklerjar humiex relatati biss mal-obbligu tal-ikklerjar iżda jestendi għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji, u l-approċċ għall-obbligi rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 applikabbli għal kontropartijiet nonfinanzjarji għandu jkun sempliċiment minħabba n-natura mhux sofistikata tal-biċċa l-kbira tagħhom. |
|
(26) |
Għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklerjati, għandhom japplikaw tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji, bħal konferma f’waqtha. Il-konferma ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC tista’ tirreferi għal ftehim qafas wieħed jew aktar, ftehimiet qafas ta’ konferma, jew termini standard oħra. Tista’ tieħu l-forma ta’ kuntratt eżegwit elettronikament jew dokument iffirmat miż-żewġ kontropartijiet. |
|
(27) |
Huwa essenzjali li l-kontropartijiet jikkonfermaw it-termini tat-tranżazzjonijiet tagħhom mill-aktar fis possibbli wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, speċjalment meta t-tranżazzjoni tiġi pproċessata jew titwettaq elettronikament, sabiex ikun żgurat ftehim komuni u ċertezza legali tat-termini tat-tranżazzjoni. Kontropartijiet li jidħlu f’kuntratti tad-derivattivi OTC mhux standard jew kumplessi, b’mod partikolari, jista’ jkollhom bżonn jimplimentaw għodod sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit li jikkonferma l-kuntratti tad-derivattivo OTC tagħhom fil-ħin. Il-konferma fil-ħin tantiċipa wkoll li f’dan il-qasam jistgħu jevolvu prassi rilevanti tas-suq. |
|
(28) |
Biex ir-riskji jkomplu jiġu mmitigati, rikonċiljazzjoni tal-portafoll tippermetti lil kull kontroparti twettaq analiżi komprensiva ta’ portafoll ta’ tranżazzjonijiet kif jidhru mill-kontroparti tagħha sabiex jiġi identifikat fil-pront kwalukwe nuqqas ta’ ftehim fit-termini ewlenin tat-tranżazzjonijiet. Tali termini għandhom jinkludu valwazzjoni ta’ kull tranżazzjoni u jistgħu jinkludu wkoll dettalji rilevanti oħra bħad-data effettiva, id-data skedata tal-maturità, kwalunkwe pagament jew data tas-saldu, il-valur nozzjonali tal-kuntratt u l-munita tat-tranżazzjoni, l-istrument sottostanti, il-pożizzjoni tal-kontropartijiet, il-konvenzjoni dwar il-ġurnata tax-xogħol u kwalunkwe rata fissa jew varjabbli rilevanti tal-kuntratt tad-derivattivi OTC. |
|
(29) |
Fid-dawl tal-profili differenti tar-riskji u sabiex ir-rikonċiljazzjoni tal-portafoll tkun teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju proporzjonata, il-frekwenza tar-rikonċiljazzjoni u d-daqs tal-portafoll li se jitqies għandhom ikunu differenti skont in-natura tal-kontropartijiet. Għandhom jiġu applikati rekwiżiti aktar eżiġenti kemm għall-kontropartijiet finanzjarji kif ukoll għall-kontropartijiet nonfinanzjarji li jaqbżu l-limitu tal-ikklerjar filwaqt li għandhom japplikaw frekwenzi aktar baxxi għall-kontrapartijiet nonfinanzjarji li ma jaqbżux il-limitu tal-ikklerjar, irrispettivament mill-kategorija tal-kontroparti tagħhom li tgawdi wkoll minn din ir-rikonċiljazzjoni inqas frekwenti għal dik il-parti tal-portafoll tagħha. |
|
(30) |
Kompressjoni tal-portafoll tista’ wkoll tkun għodda effiċjenti għall-iskopijiet tal-mitigazzjoni tar-riskji skont iċ-ċirkostanzi, bħalma huma d-daqs tal-portafoll ma’ kontroparti, il-maturità, l-iskop u l-livell tal-istandardizzazzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi OTC. Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet nonfinanzjarji li għandhom portafoll ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP ‘il fuq mil-livell stabbilit f’dan ir-Regolament għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ biex janalizzaw il-possibbiltà li jużaw kompressjoni tal-portafoll li tippermettilhom inaqqsu r-riskji tal-kreditu tal-kontroparti tagħhom. |
|
(31) |
Ir-riżoluzzjoni tat-tilwim għandha l-għan li timmitiga r-riskji li jirriżultaw minn kuntratti li ma jiġux ikklerjati ċentralment. Meta derivattivi OTC jidħlu fi tranżazzjonijiet ma’ xulxin, il-kontropartijiet għandu jkollhom qafas miftiehem biex isolvu kwalunkwe tilwima relatata li tista’ tinqala’. Il-qafas għandu jirreferi għal mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni bħal arbitraġġ terz jew mekkaniżmu ta’ stħarriġ mis-suq. Il-qafas għandu l-għan li jevita li t-tilwim mhux solvut jikber u jesponi lill-kontropartijiet għal riskji addizzjonali. It-tilwim għandu jiġu identifikat, immaniġġjati u divulgat b’mod xieraq. |
|
(32) |
Sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tas-suq li jimpedixxu l-valwazzjoni skont is-suq, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati swieq inattivi. Suq jista’ jkun inattivi għal diversi raġunijiet inkluż meta ma jseħħux tranżazzjonijiet tas-suq b’mod regolari fuq bażi distakkata, fejn bażi distakkata għandu jkollha l-istess tifsira bħal għall-iskopijiet tal-kontabbiltà. |
|
(33) |
Dan ir-Regolament japplika għal kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet nonfinanzjarji ‘il fuq mil-limitu tal-ikklerjar u jqis id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (4), li tistabbilixxi wkoll rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati meta ssir valwazzjoni skont mudell. |
|
(34) |
Għalkemm id-disinn tal-mudell użat għall-valwazzjoni skont mudell jista’ jiġi żviluppat internament jew esternament, sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà xierqa, l-approvazzjoni tal-mudell hija r-responsabbiltà tal-bord tad-diretturi jew tal-kumitat delegat ta’ dan il-bord. |
|
(35) |
Meta kontropartijiet ikunu jistgħu japplikaw eżenzjoni intragrupp wara n-notifika tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti iżda mingħajr ma jistennew tmiem il-perjodu ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni minn dawk l-awtoritajiet kompetenti, huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jiksbu informazzjoni fil-ħin, xierqa u suffiċjenti biex jivvalutaw jekk għandhomx joġġezzjonaw għall-użu tal-eżenzjoni. |
|
(36) |
Id-daqs, il-volumi u l-frekwenza antiċipati tal-kuntratti tad-derivattivi OTC intragrupp jistgħu jkunu ddeterminati fuq il-bażi tat-tranżazzjonijiet intragrupp storiċi tal-kontropartijiet kif ukoll abbażi tal-mudell antiċipat u l-attività mistennija fil-futur. |
|
(37) |
Meta kontropartijiet japplikaw eżenzjoni intragrupp, huma għandhom jiddivulgaw pubblikament informazzjoni sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-parteċipanti tas-suq u l-kredituri potenzjali. Dan huwa partikolarment importanti għal kredituri potenzjali tal-kontropartijiet f’termini ta’ valutazzjoni tar-riskji. Id-divulgazzjoni għandha l-għan li timpedixxi l-perċezzjoni ħażina li l-kuntratti tad-derivattivi OTC huma kklerjati ċentralment jew soġġetti għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji meta dan ma jkunx il-każ. |
|
(38) |
Il-qafas ta’ żmien biex tinkiseb konferma fil-ħin jeħtieġ sforzi ta’ adattament fosthom tal-bidliet fil-prassi tas-suq u t-tisħiħ tas-sistemi tal-IT. Minħabba li r-ritmu tal-adattament għall-konformità jista’ jvarja skont il-kategorija tal-kontrapartijiet u l-klasis tal-assi tad-derivattivi OTC, l-istipular ta’ dati progressivi tal-applikazzjoni li jirrispondu għal dawn id-differenzi jippermetti t-tisħiħ tal-qafas ta’ żmien għall-konferma ta’ dawk il-kontropartijiet u l-prodotti li jistgħu jkunu lesti aktar malajr. |
|
(39) |
L-istandards stabbiliti għar-rikonċiljazzjoni tal-portafoll, il-kompressjoni tal-portafoll jew ir-riżoluzzjoni tat-tilwim jeħtieġu lill-kontropartijiet jistabbilixxu proċeduri, politiki, proċessi, u jemendaw dokumentazzjoni li jieħdu iż-żmien. Id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti relatati għandu jitressaq lura sabiex jingħata żmien lill-kontropartijiet jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw. |
|
(40) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
|
(41) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“klijent indirett” tfisser klijent ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar; |
|
(b) |
“arranġament tal-ikklerjar indirett” tfisser is-sett ta’ relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-kontroparti ċentrali (CCP), lill-membru tal-ikklerjar, il-klijent ta’ membru tal-ikklerjar u l-klijent indirett li jippermetti lill-klijent ta’ membru tal-ikklerjar jipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil klijent indirett; |
|
(c) |
“konferma” tfisser id-dokumentazzjoni tal-ftehim tal-kontropartijiet għat-termini kollha ta’ kuntratt tad-derivattivi OTC (over the counter). |
KAPITOLU II
ARRANĠAMENTI TAL-IKKLERJAR INDIRETTI
(Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 2
Struttura tal-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti
1. Meta membru tal-ikklerjar ikun lest jiffaċilita l-ikklerjar indirett, kwalunkwe klijent ta’ tali membru tal-ikklerjar jista’ jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti li xi klijenti tiegħu jew aktar, sakemm il-klijent tal-membru tal-ikklerjar ikun istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata, ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta’ kreditu jew ditti tal-investiment ekwivalenti minn pajjiż terz.
2. It-termini kuntrattwali ta’ arranġament tal-ikklerjar indirett għandhom jiġu miftiehma bejn il-klijent ta’ membru tal-ikklerjar u l-klijent indirett, wara konsultazzjoni mal-membru tal-ikklerjar dwar l-aspetti li jistgħu jolqtu l-operazzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar. Dawn jinkludu rekwiżiti kuntrattwali fuq il-klijent li jonora l-obbligi kollha tal-klijent indirett lejn il-membru tal-ikklerjar. Dawn ir-rekwiżiti jirreferu biss għal tranżazzjonijiet li jirriżultaw bħala parti minn arranġament tal-ikklerjar indirett, li l-ambitu tagħhom ikun dokumentat b’mod ċar fil-kuntratti miftiehma.
Artikolu 3
Obbligi tas-CCPs
1. Arranġamenti tal-ikklerjar indiretti mhumiex soġġetti għall-prassi tal-operat tas-CCP li jaġixxu ta’ ostaklu għall-istabbiliment tagħhom fuq termini kummerċjali raġjonevoli. Fuq talba ta’ membru tal-ikklerjar, is-CCP għandha żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull klijent jiddistingwi fil-kontijiet miżmuma mas-CCP, l-assi u l-pożizzjonijiet tal-klijent minn dawk miżmuma għal kontijiet ta’ klijenti indiretti tal-klijent.
2. CCP għandha tidentifika, timmonitorja u timmaniġġja kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta minn arranġamenti tal-ikklerjar indiretti li jistgħu jaffettwaw ir-reżiljenza tas-CCP.
Artikolu 4
Obbligi tal-membri tal-ikklerjar
1. Membru tal-ikklerjar li joffri li jiffaċilita servizzi tal-ikklerjar indiretti għandu jagħmel hekk fuq termini kummerċjali raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali ma’ klijenti individwali, il-membru tal-ikklerjar jiddivulga pubblikament it-termini ġenerali li fuqhom huwa lest jiffaċilita servizzi tal-ikklerjar indirett. Dawn it-termini jistgħu jinkludu rekwiżiti operazzjonali minimi għal klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett.
2. Meta jiffaċilita arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, membru tal-ikklerjar għandu jimplimenta kwalunkwe arranġament ta’ segregazzjoni milli ġejjin kif indikat mill-klijent:
|
(a) |
iżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu li kull klijent jiddistingwi fil-kontijiet mal-membru tal-ikklerjar l-assi u l-pożizzjonijiet tal-klijent minn dawk miżmuma għall-kontijiet tal-klijenti indiretti tiegħu; |
|
(b) |
iżommu rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull klijent jiddistingwi fil-kontijiet mal-membru tal-ikklerjar l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta’ klijent indirett minn dawk miżmuma għall-kont ta’ klijenti indiretti oħra. |
3. Ir-rekwiżit li jiddistingwi bejn l-assi u l-pożizzjonijiet mal-membru tal-ikklerjar għandu jitqies issodisfat jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 39(9) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
4. Membri tal-ikklerjar għandhom jistabbilixxu proċeduri robusti għall-immaniġġjar ta’ inadempjenza ta’ klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti. Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu mekkaniżmu kredibbli għat-trasferimenti tal-pożizzjonijiet u l-assi lejn klijent jew membru tal-ikklerjar alternattiv, soġġett għall-ftehim tal-klijenti indiretti affettwati. Klijent jew membru tal-ikklerjar mhuwiex obbligat jaċċetta dawn il-pożizzjonijiet sakemm ma jkunx daħal fi ftehim kuntrattwali minn qabel li jagħmel dan.
5. Il-membru tal-ikklerjar għandu wkoll jiżgura li l-proċeduri tiegħu jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront tal-assi u l-pożizzjonijiet ta’ klijenti indiretti u l-membru tal-ikklerjar biex jitħallsu l-flus kollha dovuti lill-klijenti indiretti wara l-inadempjenza tal-klijent.
6. Membru tal-ikklerjar għandu jidentifika, jimmonitorja u jimmaniġġja kwalunkwe riskju li jirriżulta meta jiġu ffaċilitati arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, inkluż bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-klijenti skont l-Artikolu 4(3). Il-membru tal-ikklerjar jistabbilixxi proċeduri interni robusti li jiżguraw li din l-informazzjoni ma tkunx tista’ tintuża għal skopijiet kummerċjali.
Artikolu 5
Obbligi tal-klijenti
1. Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti jżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulu jiddistingwi bejn l-assi u l-pożizzjonijiet tiegħu stess u dawk miżmuma għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu. Joffri lill-klijenti indiretti għażla bejn l-alternattivi ta’ segregazzjoni tal-kontijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u jiżgura li l-klijenti indiretti jiġu informati bis-sħiħ dwar ir-riskji assoċjati ma’ kull għażla ta’ segregazzjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-klijent lill-klijenti indiretti għandha tinkludi d-dettalji tal-arranġamenti għat-trasferiment tal-pożizzjonijiet u l-kontijiet lejn klijent alternattiv.
2. Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett jitlob lill-membru tal-ikklerjar biex jiftaħ kont segregat mas-CCP. Il-kont għandu jkun għall-iskop esklussiv li jinżammu l-assi u l-pożizzjonijiet tal-klijenti indiretti tiegħu.
3. Klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar b’biżżejjed informazzjoni biex jidentifika, jimmonitorja u jimmaniġġja kwalunkwe riskju li jinħoloq mill-faċilitazzjoni ta’ arranġamenti tal-ikklerjar indirett. Fil-każ ta’ inadempjenza tal-klijent, l-informazzjoni kollha miżmuma mill-klijent fir-rigward tal-klijenti indiretti tiegħu, issir immedjatament disponibbli għal membru tal-ikklerjar.
KAPITOLU III
NOTIFIKA LILL-AETS GĦALL-FINI TAL-OBBLIGU TAL-IKKLERJAR
(L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 6
Dettalji li għandhom jiġu inklużi fin-notifika
1. In-notifika għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(c) |
informazzjoni oħra li għandha tiġi inkluża fir-reġistru pubbliku skont l-Artikolu 8; |
|
(d) |
kwalunkwe karatteristika oħra neċessarja biex wieħed jiddistingwi bejn kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC minn kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ta’ dik il-klassi; |
|
(e) |
evidenza tal-livell ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u l-proċessi operazzjonali għall-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(f) |
dejta dwar il-volum tal-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(g) |
dejta dwar il-likwidità tal-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(h) |
evidenza tad-disponibbiltà għall-parteċipanti fis-suq ta’ informazzjoni dwar l-ipprezzar ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata għall-kuntratti fil-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(i) |
evidenza tal-impatt tal-obbligu tal-ikklerjar fuq id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-ipprezzar għall-parteċipanti fis-suq. |
2. Għall-iskop ta’ valutazzjoni tad-data jew id-dati minn meta jibda l-obbligu tal-ikklerjar, inkluż kwalunkwe dħul fis-seħħ gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li japplika għalihom l-obbligu tal-ikklerjar, in-notifika għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar tinkludi:
|
(a) |
id-dejta rilevanti għall-valutazzjoni tal-volum mistenni tal-klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC jekk isir soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar; |
|
(b) |
evidenza tal-abilità tas-CCP li timmaniġġa l-volum mistenni tal-klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC jekk isir soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar u biex timmaniġġja r-riskju li jinħoloq mill-ikklerjar tal-klassi rilevanti tal-kuntratti tad-derivattivi OTC, inkluż permezz ta’ arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti jew tal-klijenti indiretti; |
|
(c) |
it-tip u l-għadd ta’ kontropartijiet attivi u mistennija li jkunu attivi fis-suq għall-klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC jekk isir soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar; |
|
(d) |
ħarsa ġenerali lejn il-kompiti differenti li għandhom jitwettqu sabiex wieħed jibda jikklerja mas-CCP, flimkien mad-determinazzjoni taż-żmien meħtieġ sabiex jitwettaq kull kompitu; |
|
(e) |
informazzjoni dwar l-immaniġġjar tar-riskji, il-kapaċità ġuridika u operazzjonali tal-firxa tal-kontropartijiet attivi fis-suq għall-klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC jekk isir soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar. |
3. Id-dejta dwar il-volum u l-likwidità għandu jkun fiha għall-klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC u għal kull kuntratt tad-derivattivi fil-klassi, l-informazzjoni dwar is-suq rilevanti, inkluża d-dejta storika, id-dejta attwali kif ukoll kwalunkwe bidla li hija mistennija tirriżulta jekk il-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar, inklużi:
|
(a) |
l-għadd ta’ tranżazzjonijiet; |
|
(b) |
il-volum totali; |
|
(c) |
l-interess miftuħ totali; |
|
(d) |
il-profondità tal-ordnijiet inkluż l-għadd medju ta’ ordnijiet u tat-talbiet għal kwotazzjonijiet; |
|
(e) |
il-firxa tal-ispreads; |
|
(f) |
il-kejl tal-likwidità f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress; |
|
(g) |
il-kejl tal-likwidità għall-eżekuzzjoni ta’ proċeduri ta’ inadempjenza. |
4. L-informazzjoni relatata mal-livell ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u l-proċessi operazzjonali għall-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC prevista fil-paragrafu 1 punt (e) għandha tinkludi, għall-klassi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC u għal kull kuntratt tad-derivattiv fil-klassi, id-dejta dwar il-prezz ta’ referenza ta’ kuljum kif ukoll l-għadd ta’ jiem kull sena bi prezz ta’ referenza li tqis affidabbli matul mill-inqas it-tnax-il xahar preċedenti.
KAPITOLU IV
KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-KLASSIJIET TAL-KUNTRATTI TAD-DERIVATTIVI OTC SOĠĠETTI GĦALL-OBBLIGU TAL-IKKLERJAR
(L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 7
Kriterji li jiġu vvalutati mill-AETS
1. Fir-rigward tal-grad ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u l-proċessi operazzjonali tal-klassi rilevanti tal-kuntratti tad-derivattivi OTC, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tqis:
|
(a) |
jekk it-termini kuntrattwali tal-klassi rilevanti tal-kuntratti tad-derivattivi OTC jinkorporawx dokumentazzjoni ġuridika, inkluż ftehimiet qafas ta’ nnettjar, definizzjonijiet, termini standard u l-konfermi li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt komunement użati minn kontropartijiet; |
|
(b) |
jekk il-proċessi operazzjonali ta’ dik il-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC humiex soġġetti għal proċessar awtomatizzat ta’ wara n-negozju u avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajja li huma mmaniġġjati b’mod komuni skont skeda bi qbil wiesa’ fost il-kontropartijiet. |
2. Fir-rigward tal-volum u tal-likwidità tal-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC, l-AETS għandha tqis:
|
(a) |
jekk il-marġni jew ir-rekwiżiti finanzjarji tas-CCP ikunux proporzjonati mar-riskju li l-obbligu tal-ikklerjar għandu l-għan jimmitiga; |
|
(b) |
l-istabbiltà tad-daqs tas-suq u l-intensità fir-rigward tal-prodott matul iż-żmien; |
|
(c) |
il-probabbiltà li d-dispersjoni tas-suq tibqa’ biżżejjed f’każ ta’ inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar; |
|
(d) |
l-għadd u l-valur tat-tranżazzjonijiet. |
3. B’rabta mad-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar l-ipprezzar ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata tal-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC, l-AETS għandha tqis jekk l-informazzjoni meħtieġa biex tipprezza b’mod preċiż il-kuntratti fil-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC hijiex faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jekk din tibqax faċilment aċċessibbli jekk il-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar.
KAPITOLU V
REĠISTRU PUBBLIKU
(L-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 8
Dettalji li għandhom jiġu inklużi f’Reġistru tal-AETS
1. Ir-reġistru pubbliku tal-AETS għandu jinkludi għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar:
|
(a) |
il-klassi tal-assi ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(b) |
it-tip ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi; |
|
(c) |
is-sottostanti tal-kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi; |
|
(d) |
għas-sottostanti li jkunu strumenti finanzjarji, indikazzjoni ta’ jekk is-sottostanti huwiex strument finanzjarju uniku jew emittent jew indiċi jew portafoll; |
|
(e) |
għal sottostanti oħra indikazzjoni tal-kategorija tas-sottostanti; |
|
(f) |
il-muniti nozzjonali u tas-saldu tal-kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi; |
|
(g) |
il-firxa tal-maturitajiet ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi; |
|
(h) |
il-kundizzjonijiet tas-saldu tal-kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi; |
|
(i) |
il-firxa tal-frekwenza tal-pagamenti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC fil-klassi; |
|
(j) |
l-identifikatur tal-prodott tal-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(k) |
kwalunkwe karatteristika oħra meħtieġa biex wieħed jiddistingwixxi kuntratt wieħed fil-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivati OTC minn ieħor. |
2. Fir-rigward tas-CCPs li huma awtorizzati jew rikonoxxuti għall-iskop tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku tal-AETS jinkludi għal kull CCP:
|
(a) |
il-kodiċi tal-identifikazzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 (6); |
|
(b) |
l-isem sħiħ; |
|
(c) |
il-pajjiż tal-istabbiliment; |
|
(d) |
l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
3. B’rabta mad-dati li minnhom jibda l-obbligu tal-ikklerjar, inkluż kwalunkwe implimentazzjoni gradwali, ir-reġistru pubbliku tal-AETS għandu jinkludi:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika kull perjodu ta’ dħul gradwali; |
|
(b) |
kwalunkwe kundizzjoni oħra meħtieġa skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, biex japplika l-perjodu ta’ dħul gradwali. |
4. Ir-reġistru pubbliku tal-AETS għandu jinkludi referenza tal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li skonthom kien stabbilit kull obbligu tal-ikklerjar.
5. Fir-rigward tas-CCP li ġiet nnotifikata lill-AETS mill-awtorità kompetenti, ir-reġistru pubbliku tal-AETS għandu jinkludi mill-inqas:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tas-CCP; |
|
(b) |
il-klassi tal-assi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma nnotifikati; |
|
(c) |
it-tip ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(d) |
id-data tan-notifika; |
|
(e) |
l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti li tinnotifika. |
KAPITOLU VI
FRAMMENTAZZJONI TAL-LIKWIDITÀ
(Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 9
Speċifikazzjoni tan-nozzjoni tal-frammentazzjoni tal-likwidità
1. Il-frammentazzjoni tal-likwidità titqies li seħħet meta l-parteċipanti f’ċentru tan-negozjar ma jkunux jistgħu jikkonkludu tranżazzjoni ma’ parteċipanti ieħor wieħed jew aktar f’dak iċ-ċentru minħabba n-nuqqas ta’ arranġamenti tal-ikklerjar li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għalihom.
2. Aċċess minn CCP għal ċentru tan-negozjar li diġà huwa moqdi minn CCP oħra ma għandux jitqies li joħloq frammentazzjoni tal-likwidità fiċ-ċentru tan-negozjar jekk, mingħajr il-ħtieġa li jimponi rekwiżit fuq il-membri tal-ikklerjar tas-CCP eżistenti li jsiru membri tal-ikklerjar tas-CCP rikjedenti, il-parteċipanti kollha taċ-ċentru tan-negozjar ikunu jistgħu jikklerjaw, direttament jew indirettament, permezz ta’ wieħed minn dawn:
|
(a) |
mill-inqas waħda mis-CCPs komuni; |
|
(b) |
arranġamenti tal-ikklerjar stabbiliti mis-CCPs. |
3. L-arranġamenti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet taħt il-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu stabbiliti qabel is-CCP rikjedenti tibda tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lill-ċentru tan-negozjar rilevanti.
4. Aċċess għal CCP komuni kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ żewġ membri tal-ikklerjar jew aktar, jew żewġ klijenti jew aktar klijenti jew permezz ta’ arranġamenti tal-ikklerjar indiretti.
5. L-arranġamenti tal-ikklerjar imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jipprevedu t-trasferiment ta’ tranżazzjonijiet eżegwiti minn dawn il-parteċipanti fis-suq lill-membri tal-ikklerjar ta’ CCPs oħra. Għalkemm l-aċċess minn CCP għal ċentru tan-negozjar ma għandux jirrikjedi l-interoperabbiltà, arranġament tal-interoperabbiltà li ġie miftiehem mis-CCPs rilevanti u approvat mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jista’ jintuża biex jissodisfa r-rekwiżit tal-aċċess għal arranġamenti tal-ikklerjar komuni.
KAPITOLU VII
KONTROPARTIJIET NONFINANZJARJI
Artikolu 10
(Artikolu 10(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Kriterji biex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivattivi OTC oġġettivament qed inaqqsu r-riskji
1. Kuntratt tad-derivattivi OTC ikun oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqas ir-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew l-attività ta’ finanzjament tat-teżor ta’ kontroparti nonfinanzjarja jew ta’ dak il-grupp, meta waħdu jew flimkien ma’ kuntratti ta’ derivattivi oħra, direttament jew permezz ta’ strumenti kkorrelati mill-qrib, jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
ikopri r-riskji li jirriżultaw minn bidla potenzjali fil-valur tal-assi, servizzi, inputs, prodotti, komoditajiet jew obbligazzjonijiet li l-kontroparti nonfinanzjarja jew grupp tagħha jippossjedu, jipproduċu, jimmanifatturaw, jipproċessaw, jipprovdu, jixtru, jikkummerċjalizzaw, jikru, jbigħu jew iġġarrabu jew li b’mod raġonevoli jantiċipaw li se jippossjedu, jipproduċu, jimmanifatturaw, jipproċessaw, jipprovdu, jixtru, jikkummerċjalizzaw, jikru, jbigħu jew iġġarrbu tul il-kors normali tal-operat tagħha; |
|
(b) |
tkopri r-riskji li jirriżultaw mill-impatt indirett potenzjali fuq il-valur tal-assi, is-servizzi, l-inputs, il-prodotti, il-komoditajiet jew l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), li jirriżultaw minn varjazzjoni tar-rati tal-imgħax, ir-rati tal-inflazzjoni, ir-rati tal-kambju jew ir-riskju tal-kreditu; |
|
(c) |
tikkwalifika bħala kuntratt ta’ ħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
Artikolu 11
(Artikolu 10(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Limiti tal-ikklerjar
Valuri limiti tal-ikklerjar għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar għandhom ikunu:
|
(a) |
EUR 1 biljun f’valur gross nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi OTC; |
|
(b) |
EUR 1 biljun f’valur gross nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi tal-ekwità OTC; |
|
(c) |
EUR 3 biljuni f’valur gross nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi ta’ rata tal-imgħax OTC; |
|
(d) |
EUR 3 biljuni f’valur gross nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi tal-kambju OTC; |
|
(e) |
EUR 3 biljuni f’valur gross nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi tal-komoditajiet OTC u kuntratti tad-derivattivi OTC oħrajn mhux previsti fil-punti (a) sa (d). |
KAPITOLU VIII
TEKNIKI TAL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJI GĦAL KUNTRATTI TAD-DERIVATTIVI OTC MHUX IKKLERJATI MINN CCP
Artikolu 12
(Artikolu 11(14)(a) tar-Regolament (EU) No 648/2012)
Konferma f’waqtha
1. Kuntratt tad-derivattivi OTC konkluż bejn il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet nonfinanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li mhuwiex ikklerjat minn CCP għandu jiġi kkonfermat, fejn disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard:
|
(a) |
għal swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu u swaps tar-rati tal-imgħax li jiġu konklużi sa u inkluż it-28 ta’ Frar 2014, sa tmiem it-tieni jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi OTC; |
|
(b) |
għal swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu u swaps tar-rati tal-imgħax li jiġu konklużi wara t-28 ta’ Frar 2014, sa tmiem il-jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi OTC; |
|
(c) |
għal swaps ta’ ekwità, swaps tal-kambju, swaps ta’ komoditajiet u d-derivattivi l-oħra kollha mhux previsti fil-punt(a) li jiġu konklużi sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2013, sa tmiem it-tielet jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi; |
|
(d) |
għal swaps ta’ ekwità, swaps tal-kambju, swaps ta’ komoditajiet u d-derivattivi l-oħra kollha mhux previsti fil-punt (a) li jiġu konklużi wara l-31 ta’ Awwissu 2013, sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2014, sa tmiem it-tieni jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi; |
|
(e) |
għal swaps ta’ ekwità, swaps tal-kambju, swaps ta’ komoditajiet u d-derivattivi l-oħra kollha mhux previsti fil-punt (a) li jiġu konklużi wara l-31 ta’ Awwissu 2014 sa tmiem il-jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi. |
2. Kuntratt tad-derivattivi OTC konkluż ma’ kontroparti nonfinanzjarja mhux imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandu jiġi kkonfermat kemm jista’ jkun malajr, fejn disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, u mhux aktar tard:
|
(a) |
għal swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu u swaps tar-rati tal-imgħax li jiġu konklużi sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2013, sa tmiem il-ħames jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi OTC; |
|
(b) |
għal swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu u swaps tar-rati tal-imgħax li jiġu konklużi wara l-31 ta’ Awwissu 2013, sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2014, sa tmiem it-tielet jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi OTC; |
|
(c) |
għal swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu u swaps tar-rati tal-imgħax li jiġu konklużi wara l-31 ta’ Awwissu 2014, sa tmiem it-tieni jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi OTC; |
|
(d) |
għal swaps ta’ ekwità, swaps tal-kambju, swaps ta’ komoditajiet u d-derivattivi l-oħra kollha mhux previsti fil-punt(a) li jiġu konklużi sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2013, sa tmiem is-seba’ jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi; |
|
(e) |
għal swaps ta’ ekwità, swaps tal-kambju, swaps ta’ komoditajiet u d-derivattivi l-oħra kollha mhux previsti fil-punt (a) li jiġu konklużi wara l-31 ta’ Awwissu 2013, sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2014, sa tmiem ir-raba’ jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi; |
|
(f) |
għal swaps ta’ ekwità, swaps tal-kambju, swaps ta’ komoditajiet u d-derivattivi l-oħra kollha mhux previsti fil-punt (a) li jiġu konklużi wara l-31 ta’ Awwissu 2014 sa tmiem it-tieni jum ta’ negozju wara d-data tal-eżekuzzjoni. |
3. Fejn tranżazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 tiġi konkluża wara 16.00 ħin lokali, jew ma’ kontroparti li tinsab f’żona ta’ ħin differenti li ma tippermettix il-konferma sal-iskadenza stipulata, il-konferma għandha ssir malajr kemm jista’ jkun u, mhux aktar tard minn jum wieħed ta’ negozju wara l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 1 jew 2 kif rilevanti.
4. Il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikollhom il-proċedura neċessarja biex jirrapportaw fuq bażi ta’ kull xahar lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) l-għadd ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivattivi OTC mhux konfermati msemmija fil-paragrafu 1 u 2 li kienu ilhom pendenti għal aktar minn ħamest ijiem ta’ negozju.
Artikolu 13
(Artikolu 11(14)(a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Rikonċiljazzjoni tal-portafoll
1. Il-kontropartijiet finanzjarji u nonfinanzjarji ta’ kuntratt ta’ derivattivi OTC għandhom jiftiehmu bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi oħra ekwivalenti ma’ kull kontroparti tagħhom dwar l-arranġamenti skont liema għandhom jiġu rikonċiljati l-portafolji. Tali ftehim għandu jintlaħaq qabel ma jidħlu għal kuntratt tad-derivattivi OTC.
2. Ir-rikonċiljazjoni tal-portafolji għandha titwettaq mill-kontropartijiet tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ma’ xulxin jew minn parti terza kwalifikata b’mandati kif dovut biex tagħmel dan minn kontroparti. Ir-rikonċiljazzjoni ta’ portafoll għandha tkopri t-termini kummerċjali ewlenin li jidentifikaw kull kuntratt tad-derivattivi OTC partikolari u għandhom jinkludu tal-anqas il-valwazzjoni attribwita għal kull kuntratt skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
3. Sabiex tiġi identifikata minn stadju bikri kwalunkwe diskrepanza f’terminu materjali tal-kuntratt ta’ derivattivi OTC, inkluża l-valwazzjoni tiegħu, ir-rikonċiljazzjoni tal-portafoll għandha titwettaq:
|
(a) |
għal kontraparti finanzjarja jew kontraparti nonfinanzjarja msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
|
(b) |
għal kontroparti nonfinanzjarja mhux imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
Artikolu 14
(Artikolu 11(14)(a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Kompressjoni ta’ portafoll
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet nonfinanzjarji b’500 kuntratt ta’ derivattivi OTC pendenti ma’ kontroparti jew aktar li ma jkunux ikklerjati ċentralment għandu jkollhom proċeduri biex regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, janalizzaw il-possibbiltà li jwettqu eżerċizzju ta’ kompressjoni tal-portafoll biex inaqqsu r-riskju tal-kreditu tal-kontroparti tagħhom u jwettqu dan l-eżerċizzju ta’ kompressjoni tal-portafoll.
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet nonfinanzjarji għandhom jiżguraw li jkunu kapaċi jipprovdu spjegazzjoni raġonevoli u valida lill-awtorità kompetenti rilevanti għalfejn ikkonkludew li ma għandux jitwettaq eżerċizzju ta’ kompressjoni tal-portafoll.
Artikolu 15
(Artikolu 11(14)(a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Riżoluzzjoni ta’ tilwim
1. Meta jikkonkludu kuntratti ta’ derivattivi OTC ma’ xulxin, il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet nonfinanzjarji għandhom ikunu ftiehmu dwar proċeduri u proċessi dettaljati b’rabta ma’:
|
(a) |
l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tat-tilwim dwar ir-rikonoxximent jew il-valwazzjoni tal-kuntratt u dwar l-iskambju tal-kollateral bejn il-kontropartijiet. Dawk il-proċeduri għandhom mill-inqas jirreġistraw it-tul ta’ żmien li tista’ tibqa’ pendenti tilwima, il-kontroparti u l-ammont li huwa kkontestat; |
|
(b) |
ir-riżoluzzjoni tat-tilwim mingħajr telf ta’ żmien permezz ta’ proċess speċifiku għal dawk it-tilwimiet li ma jiġux riżolti fi żmien ħamest ijiem ta’ negozju. |
2. Il-kontropartijiet finanzjarji għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/39/KE dwar kwalunkwe tilwim bejn il-kontropartijiet b’rabta ma’ kuntratt ta’ derivattivi OTC, il-valwazzjoni tiegħu jew l-iskambju tal-kollateral għal ammont jew b’valur ogħla minn EUR 15-il miljun u pendenti għal mill-inqas 15-il jum ta’ negozju.
Artikolu 16
(Artikolu 11(14)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Kundizzjonijiet tas-suq li jimpedixxu l-valwazzjoni skont is-suq
1. Kundizzjonijiet tas-suq li jimpedixxu valwazzjoni skont is-suq ta’ kuntratt tad-derivattivi OTC jitqiesu li jeżistu f’kwalunkwe waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:
|
(a) |
meta s-suq ma jkunx attiv; |
|
(b) |
meta l-firxa ta’ stimi raġonevolment ġusti tal-valuri tkun sinifikanti u l-probabbiltajiet tal-istimi differenti ma jkunux jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli. |
2. Suq għal kuntratt ta’ derivattivi OTC għandu jitqies mhux attiv meta l-prezzijiet ikkwotati ma jkunux disponibbli minnufih u b’mod regolari u dawk il-prezzijiet disponibbli ma jirrappreżentawx tranżazzjonijiet reali fis-suq u li jseħħu b’mod regolari fuq bażi distakkata.
Artikolu 17
(Artikolu 11(14)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Kriterji għall-użu tal-valwazzjoni skont mudell
Biex tintuża valwazzjoni skont mudell, il-kontropartijiet finanzjarji u nonfinanzjarji għandu ikollhom mudell li:
|
(a) |
jikkorpora l-fatturi kollha li l-kontropartijiet kieku jqisu meta jistipulaw prezz, inkluż bl-użu kemm jista’ jkun ta’ informazzjoni tal-valwazzjoni skont is-suq; |
|
(b) |
ikun konsistenti mal-metodoloġiji ekonomiċi aċċettati għall-ipprezzar tal-istrumenti finanzjarji; |
|
(c) |
ikun ikkalibrat u ttestjat għall-validità bl-użu ta’ prezzijiet minn kwalunkwe tranżazzjoni attwali osservabbli fis-suq fl-istess strument finanzjarju jew abbażi ta’ kwalunkwe dejta osservabbli tas-suq; |
|
(d) |
ikun validat u mmonitorjat b’mod indipendenti, minn diviżjoni differenti minn dik li tkun qed tieħu r-riskju; |
|
(e) |
ikun dokumentat kif dovut u approvat mill-bord tad-diretturi għal kemm-il darba jkun hemm bżonn, wara kwalunkwe bidla materjali u mill-inqas darba fis-sena. Din l-approvazzjoni tista’ tiġi ddelegata lil xi kumitat. |
Artikolu 18
(Artikolu 11(14)(c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Dettalji tan-notifika ta’ tranżazzjoni intragrupp lill-awtorità kompetenti
1. L-applikazzjoni jew in-notifika lill-awtorità kompetenti tad-dettalji tat-tranżazzjoni intragrupp għandha tkun bil-miktub u għandha tinkludi:
|
(a) |
il-kontropartijiet ġuridiċi fit-tranżazzjonijiet inklużi l-identifikaturi tagħhom skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012; |
|
(b) |
ir-relazzjoni korporattiva bejn il-kontropartijiet; |
|
(c) |
dettalji tar-relazzjonijiet kuntrattwali ta’ sostenn bejn il-partijiet; |
|
(d) |
il-kategorija tat-tranżazzjoni intragrupp kif speċifikat fil-paragrafu 1 u l-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(e) |
id-dettalji tat-tranżazzjonijiet li l-kontroparti qed titlob l-eżenzjoni għalihom, inklużi:
|
2. Bħala parti mill-applikazzjoni jew in-notifika tagħha lill-awtorità kompetenti rilevanti, kontroparti għandha wkoll tissottometti informazzjoni ta’ sostenn li turi li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 11(6) sa (10) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma ssodisfati. Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jinkludu kopji ta’ proċeduri dokumentati tal-immaniġġjar tar-riskji, informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet storiċi, kopji tal-kuntratti rilevanti bejn il-partijiet u jistgħu jinkludu opinjoni ġuridika fuq talba mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 19
(Artikolu 11(14)(d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Dettalji tan-notifika ta’ tranżazzjoni intragrupp lill-AETS
1. In-notifika minn awtorità kompetenti dwar id-dettalji tat-tranżazzjoni intragrupp għandha titressaq lill-AETS bil-miktub:
|
(a) |
fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika fir-rigward ta’ notifika skont l-Artikolu 11(7) jew l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(b) |
fi żmien xahar minn meta d-deċiżjoni tiġi sottomessa lill-kontroparti fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 11(6), 11(8) jew 11(10) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
2. In-notifika lill-AETS għandha tinkludi:
|
(a) |
l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 18; |
|
(b) |
jekk hemmx deċiżjoni pożittiv jew negattiva; |
|
(c) |
fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva:
|
|
(d) |
fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva:
|
Artikolu 20
(Artikolu 11(14)(d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Informazzjoni dwar l-eżenzjoni intragrupp li għandha tiġi ddivulgata pubblikament
L-informazzjoni dwar eżenzjoni intragrupp li għandha tiġi ddivulgata pubblikament għandha tinkludi:
|
(a) |
il-kontropartijiet ġuridiċi fit-tranżazzjonijiet inklużi l-identifikaturi tagħhom skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012; |
|
(b) |
ir-relazzjoni bejn il-kontropartijiet; |
|
(c) |
jekk l-eżenjoni hijiex eżenzjoni sħiħa jew eżenzjoni parzjali; |
|
(d) |
l-ammont aggregat nozzjonali tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li għalih tapplika l-eżenzjoni intragrupp. |
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 13, 14 u 15 għandhom japplikaw sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(4) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20.
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/25 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 150/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 56(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) bħala parti minn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
|
(2) |
Kwalunkwe persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontrolli interni tagħha u l-indipendenza tal-korpi ta’ governanza tagħha, sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta jekk l-istruttura ta’ governanza korporattiva tiżgurax l-indipendenza tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet u jekk ir-rutini ta’ rappurtar tagħha humiex adegwati. |
|
(3) |
L-AETS, kif stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3), hija responsabbli għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont it-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Bl-iskop li l-AETS tkun tista’ tivvaluta r-reputazzjoni tajba, kif ukoll l-esperjenza u l-ħiliet tal-maniġment superjuri prospettiv tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti biex titwettaq din il-valutazzjoni. |
|
(4) |
Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikant għandu jipprovdu informazzjoni lill-AETS biex juri li għandu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu fuq bażi kontinwa u arranġamenti adegwati għall-kontinwità tal-operat. |
|
(5) |
Għalkemm meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet jopera permezz ta’ fergħat, dawn mhumiex persuni ġuridiċi separati, għandha tingħata informazzjoni separata dwar il-fergħat sabiex l-AETS tkun tista’ tidentifika b’mod ċar il-pożizzjoni tal-fergħat fl-istruttura organizzazzjonali tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, tivvaluta l-idoneità għad-doveri u l-adegwatezza tal-maniġment superjuri tal-fergħat u tevalwa jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll, il-konformità u funzjonijiet oħra fis-seħħ humiex meqjusa robusti u biżżejjed biex jidentifikaw, jevalwaw u jimmaniġġjaw ir-riskji tal-fergħat b’mod xieraq. |
|
(6) |
Huwa importanti għal applikant li jipprovdi lill-AETS b’informazzjoni dwar servizzi anċillari, jew linji oħrajn ta’ negozju li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet joffri minbarra l-attività ewlenija tiegħu tar-rappurtar tad-derivattivi, partikolarment rigward l-attività ewlenija tiegħu ta’ rappurtar regolatorju. |
|
(7) |
Sabiex l-AETS tivvaluta l-kontinwità u l-funzjonament fl-ordni tas-sistemi teknoloġiċi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikant, dak l-applikant għandu jipprovdi lill-AETS b’deskrizzjonijiet ta’ dawk is-sistemi teknoloġiċi rilevanti u kif jiġu mmaniġġjati. L-applikant għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni li huma rilevanti għas-servizzi tiegħu. |
|
(8) |
It-tariffi assoċjati mas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet huma informazzjoni importanti biex il-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata u għandhom għalhekk ikunu parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
|
(9) |
Minħabba li l-parteċipanti tas-suq u r-regolaturi joqogħdu fuq id-dejta miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, rekwiżiti stretti tal-operat u taż-żamma tar-rekords għandhom ikunu distingwibbli b’mod ċar f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
|
(10) |
Mudelli tal-immaniġġjar tar-riskji assoċjati mas-servizzi pprovduti minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet huma element meħtieġ fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu biex il-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata. |
|
(11) |
Sabiex ikun żgurat aċċess sħiħ għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, fornituri ta’ servizz terzi jingħataw aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, bil-kundizzjoni li l-entità li tipprovdi d-dejta u l-kontropartijiet relevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikant għandu għalhekk jipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri tal-aċċess tiegħu. |
|
(12) |
Sabiex twettaq id-doveri tagħha ta’ awtorizzazzjoni b’mod effikaċi, l-AETS għandha tirċievi l-informazzjoni kollha mingħand ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, il-partijiet terzi relatati u l-partijiet terzi għand min ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ikunu esternalizzaw funzjonijiet u attivitajiet operazzjonali. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex tiġi vvaluta jew titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni fiha. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-AETS lill-Kummissjoni. |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
REĠISTRAZZJONI
TAQSIMA 1
Ġenerali
Artikolu 1
Identifikazzjoni, status ġuridiku u klassi ta’ derivattivi
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet tidentifika l-applikant u l-attivitajiet li beħsiebu jwettaq li jeħtiġuh ikun irreġistrat bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
2. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha b’mod partikolari tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem korporattiv tal-applikant u l-indirizz ġuridiku fl-Unjoni; |
|
(b) |
silta mir-reġistru kummerċjali jew tal-qorti rilevanti, jew forom oħra ta’ xiehda ċertifikata tal-post tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività kummerċjali tal-applikant, valida fid-data tal-applikazzjoni; |
|
(c) |
informazzjoni dwar il-klassijiet ta’ derivattivi li għalihom l-applikant jixtieq ikun irreġistrat; |
|
(d) |
l-artikoli tal-inkorporazzjoni u, fejn rilevanti, dokumentazzjoni statutorja oħra li tiddikjara li l-applikant se jwettaq servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet; |
|
(e) |
il-minuti mil-laqgħat fejn il-bord approva l-applikazzjoni; |
|
(f) |
isem u dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-konformità, jew kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità tal-applikant; |
|
(g) |
il-programm ta’ operati, inklużi indikazzjonijiet ta’ fejn jinsabu l-attivitajiet operattivi ewlenin; |
|
(h) |
l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe sussidjarju u, fejn rilevanti, l-istruttura tal-grupp; |
|
(i) |
kwalunkwe servizz, minbarra l-funzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, li l-applikant beħsiebu jipprovdi; |
|
(j) |
kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe proċediment ġudizzjarju, amministrattiv, ta’ arbitraġġ jew kwalunkwe proċediment ieħor ta’ litigazzjoni pendenti, irrispettivament mit-tip tiegħu, li l-applikant jista’ jkun parti fihom, partikolarment fir-rigward ta’ materji fiskali u ta’ insolvenza u fejn jistgħu jiġġarbu kostijiet finanzjarji u ta’ reputazzjoni sinifikanti, jew kwalunkwe proċediment mhux pendenti, li għad jista’ jkollu kwalunkwe impatt materjali fuq il-kostijiet tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
3. Meta mitluba mill-AETS, l-applikanti għandhom jibagħtulha wkoll informazzjoni addizzjonali matul l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fejn tali informazzjoni tkun meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-applikanti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 56 sa 59 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u biex l-AETS tinterpreta u tanalizza kif dovut id-dokumentazzjoni li se tiġi sottomessa jew li diġà hija sottomessa.
4. Fejn applikant iqis li rekwiżit ta’ dan ir-Regolament mhux applikabbli għalih, huwa għandu jindika b’mod ċar dak ir-rekwiżit fl-applikazzjoni tiegħu u jipprovdi wkoll spjegazzjoni għalfejn dak ir-rekwiżit ma japplikax.
Artikolu 2
Politiki u proċeduri
Meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri, applikant għandu jiżgura li l-politiki jew il-proċeduri jkun fihom jew ikunu akkumpanjati b’kull wieħed minn dawn l-elementi:
|
(a) |
indikazzjoni tal-persuna responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki u l-proċeduri; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta’ kif se tiġi żgurata u mmonitorjata l-konformità mal-politiki u l-proċeduri, u l-persuna responsabbli għall-konformità f’dak ir-rigward; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-miżuri li jiġu adottati f’każ ta’ ksur ta’ politiki u proċeduri; |
|
(d) |
indikazzjoni tal-proċedura għar-rappurtar lill-AETS ta’ kwalunkwe ksur materjali ta’ politiki jew proċeduri li jista’ jirriżulta fi ksur tal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali. |
TAQSIMA 2
Sjieda
Artikolu 3
Sjieda tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha:
|
(a) |
lista bl-isem ta’ kull persuna jew entità li direttament jew indirettament ikollha 5 % jew aktar tal-kapital tal-applikant jew tad-drittijiet tal-vot tiegħu jew li sjieda tiegħu tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-applikant; |
|
(b) |
lista ta’ kwalunkwe impriża li fiha persuna msemmija fil-punt (a) għandha 5 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet għall-vot jew li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tagħha. |
2. Fejn l-applikant ikun impriża prinċipali, huwa għandu:
|
(a) |
jidentifika l-indirizz ġuridiku; |
|
(b) |
jindika jekk l-impriża prinċipali hijiex awtorizzata jew irreġistrata u suġġetta għal superviżjoni, u meta dan ikun il-każ, jiddikjara kwalunkwe numru ta’ referenza u isem l-awtorità superviżorja responsabbli. |
Artikolu 4
Ċart tas-sjieda
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha ċart li turi r-rabtiet tas-sjieda bejn l-impriża prinċipali, is-sussidjarji u kwalunkwe entità jew fergħat oħra assoċjati.
2. L-impriżi li jidhru fiċ-ċart imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu identifikati bl-isem sħiħ tagħhom, l-istatus ġuridiku u l-indirizz ġuridiku.
TAQSIMA 3
Struttura organizzazzjonali, governanza u konformità
Artikolu 5
Ċart Organizzazzjonali
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha ċ-ċart organizzazzjonali li turi l-istruttura organizzazzjonali tal-applikant, inkluża dik ta’ kwalunkwe servizz anċillari.
2. Dik iċ-ċart tinkludi informazzjoni dwar l-identità tal-persuna responsabbli għal kull rwol sinifikanti, fosthom il-maniġment superjuri u l-persuni li jidderieġu l-attivitajiet ta’ kwalunkwe fergħa.
Artikolu 6
Governanza korporattiva
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri interni tal-governanza korporattiva tal-applikant u t-termini ta’ referenza li jirregolaw l-amministrazzjoni superjuri tiegħu, inkluż il-bord, u l-membri mhux eżekuttivi tiegħu, u jekk stabbiliti, il-kumitati.
2. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-għażla, il-ħatra, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u t-tneħħija tal-maniġment superjuri u l-membri tal-bord.
3. Fejn l-applikant jaderixxi ma’ kodiċi ta’ kondotta ta’ governanza korporattiva rikonoxxut, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet tidentifika l-kodiċi u tipprovdi spjegazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-applikant jiddevja mill-kodiċi.
Artikolu 7
Kontrolli interni
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli interni tal-applikant. Dan jinkludi informazzjoni dwar il-funzjoni tal-konformità tiegħu, il-funzjoni ta’ analiżi, il-valutazzjoni tar-riskji, il-mekkaniżmi tal-kontroll intern u l-arranġamenti tal-funzjoni tal-awditjar intern tiegħu.
2. Il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi informazzjoni dwar il-materji li ġejjin:
|
(a) |
il-politiki u l-proċeduri tal-kontroll intern tal-applikant; |
|
(b) |
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi tal-applikant; |
|
(c) |
il-kontroll u s-salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-applikant; |
|
(d) |
il-korpi interni responsabbli għall-evalwazzjoni tas-sejbiet. |
3. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-funzjoni tal-awditjar intern tal-applikant:
|
(a) |
spjegazzjoni ta’ kif il-metodoloġija tal-awditjar intern tiegħu hija żviluppata u applikata, b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-attivitajiet, il-kumplessitajiet u r-riskji tal-applikant; |
|
(b) |
pjan ta’ ħidma għal tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni. |
Artikolu 8
Konformità regolatorja
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja rigward il-politiki u l-proċeduri tal-applikant biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
(a) |
deskrizzjoni tar-rwoli tal-persuni responsabbli għall-konformità u ta’ kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità, inkluż kif ser tiġi żgurata l-indipendenza tal-funzjoni tal-konformità mill-bqija tal-operat; |
|
(b) |
il-politika u l-proċeduri interni mfassla biex jiżguraw li l-applikant, inklużi l-maniġers u l-impjegati tiegħu, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluża deskrizzjoni tar-rwol tal-bord u l-maniġment superjuri; |
|
(c) |
fejn disponibbli, l-aktar rapport intern riċenti ppreparat mill-persuni responsabbli għall-konformità jew minn kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità fi ħdan l-applikant. |
Artikolu 9
Maniġment superjuri u membri tal-bord
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull membru tal-maniġment superjuri u kull membru tal-bord:
|
(a) |
kopja tal-curriculum vitae sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni dwar esperjenza u l-għarfien adegwati biex iwettqu adegwatament ir-responsabbiltajiet tagħhom; |
|
(b) |
dettalji rigward kwalunkwe kundanna kriminali f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ dejta jew fir-rigward ta’ atti ta’ frodi jew miżapproprjazzjoni, notevolment permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jekk disponibbli fl-Istat Membru relevanti; |
|
(c) |
awtodikjarazzjoni ta’ reputazzjoni tajba f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ dejta, fejn kull membru tal-maniġment superjuri u l-bord jiddikjara jekk:
|
|
(d) |
dikjarazzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi potenzjali li l-maniġment superjuri u l-membri tal-bord jista’ jkollhom fit-twettiq tad-doveri tagħhom u kif dawn il-konflitti huma mmaniġġjati. |
2. Kwalunkwe informazzjoni li tasal għand l-AETS skont il-paragrafu 1 għandha tintuża biss għall-fini ta’ reġistrazzjoni u l-konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikant.
TAQSIMA 4
Persunal u rimunerazzjoni
Artikolu 10
Politiki u proċeduri tal-persunal
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha dawn il-politiki u l-proċeduri:
|
(a) |
kopja tal-politika ta’ remunerazzjoni għall-maniġment superjuri, il-membri tal-bord u l-persunal impjegat fil-funzjonijiet ta’ riskju u l-kontroll tal-applikant; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-miżuri implimentati mill-applikant biex jimmitiga r-riskju ta’ dipendenza żejda fuq kwalunkwe impjegat individwali. |
Artikolu 11
Idoneità u adegwatezza
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar il-persunal tal-applikant:
|
(a) |
lista ġenerali tal-persunal impjegat, inkluż ir-rwol u l-kwalifiki tagħhom għal kull ir-rwol; |
|
(b) |
deskrizzjoni speċifika tal-persunal tat-teknoloġija tal-informazzjoni impjegat biex jagħti servizzi lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet inkluż ir-rwol tiegħu u l-kwalifiki ta’ kull individwu; |
|
(c) |
deskrizzjoni tar-rwoli u l-kwalifiki ta’ kull individwu li huwa responsabbli għall-awditjar intern, il-kontrolli interni, il-konformità, il-valutazzjoni tar-riskji u l-analiżi interna; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal dedikati u dawk il-membri tal-persunal li qed joperaw taħt ftehim ta’ esternalizzazzjoni; |
|
(e) |
dettalji dwar it-taħriġ u l-iżvilupp rilevanti għall-operat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, inkluż kwalunkwe eżami jew tip ieħor ta’ valutazzjoni formali meħtieġa għall-persunal fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
TAQSIMA 5
Riżorsi finanzjarji għal-prestazzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 12
Rapporti finanzjarji u pjanijiet tal-operat
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha din l-informazzjoni finanzjarja u operazzjonali dwar l-applikant:
|
(a) |
sett komplet ta’ rapporti finanzjarji, imħejji skont l-istandards internazzjonali adottati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (4); |
|
(b) |
meta r-rapporti finanzjarji tal-applikant ikunu suġġetti għal awditu statutorju skont it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (5), ir-rapporti finanzjarji jinkludu r-rapport tal-awditu dwar ir-rapporti finanzjarji annwali u kkonsolidati. |
|
(c) |
jekk l-applikant ikun awditjat, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali tal-awditur estern; |
|
(d) |
pjan finanzjarju tal-operat li jqis xenarji ta’ operat differenti għas-servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, tul perjodu ta’ referenza minimu ta’ tliet snin. |
2. Fejn informazzjoni finanzjarja storika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:
|
(a) |
rapport proforma li juri riżorsi xierqa u l-istat kummerċjali mistenni sitt xhur wara li tingħata r-reġistrazzjoni; |
|
(b) |
rapport finanzjarju interim meta r-rapporti finanzjarji jkunu għadhom mhumiex disponibbli għall-perjodu taż-żmien mitlub; |
|
(c) |
rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, bħal karta tal-bilanċ, rapport tal-introjtu, bidliet fl-ekwità u tal-flussi tal-flus u noti li jkun fihom sommarju tal-politiki tal-kontabbiltà u noti oħra ta’ spjegazzjoni. |
3. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha r-rapporti finanzjarji annwali awditjati ta’ kull impriża prinċipali għat-tliet snin finanzjarji ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni.
4. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha wkoll ikollhom l-informazzjoni finanzjarja li ġejja dwar l-applikant:
|
(a) |
indikazzjoni tal-pjanijiet futuri għall-istabbiliment ta’ sussidjarji u l-lokalità tagħhom; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-attivitajiet operazzjonali li l-applikant biħsiebu jwettaq, li tispeċifika l-attivitajiet ta’ kwalunkwe sussidjarja jew fergħa. |
TAQSIMA 6
Kunflitti ta’ interess
Artikolu 13
Immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar il-politiki u l-proċeduri għall-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess stabbiliti mill-applikant:
|
(a) |
politiki u proċeduri fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-immaniġġjar u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u deskrizzjoni tal-proċess użat biex jiġi żgurat li l-persuni relevanti jkunu jafu dwar il-politiki u l-proċeduri; |
|
(b) |
kwalunkwe miżura u kontrolli oħra fis-seħħ biex jiżguraw li r-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) dwar l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess huma ssodisfati; |
Artikolu 14
Kunfidenzjalità
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-politiki u l-mekkaniżmi interni li jimpedixxu kwalunkwe użu ta’ informazzjoni maħżuna fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet prospettiv:
|
(a) |
għal skopijiet illeġittimi; |
|
(b) |
għal divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali; |
|
(c) |
mhux permess għall-użu kummerċjali. |
2. Din tal-aħħar għandha tinkludi deskrizzjoni tal-proċeduri interni għall-permessi tal-persunal għall-użu tal-passwords biex jaċċessaw id-dejta, li tispeċifika l-għan tal-persunal, l-ambitu tad-dejta aċċessata u kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu tad-dejta.
3. L-applikanti jipprovdu lill-AETS bl-informazzjoni dwar il-proċessi biex iżommu reġistru li jidentifika kull membru tal-persunal li jaċċessa d-dejta, il-ħin tal-aċċess, in-natura tad-dejta aċċessata u l-iskop.
Artikolu 15
Inventarju u mitigazzjoni tal-konflitti ta’ interess
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha inventarju aġġornat, fi żmien l-applikazzjoni, tal-konflitti ta’ interess materjali eżisteni fir-rigward ta’ kwalunkwe servizz anċillari jew relatat ieħor ipprovdut mill-applikant u deskrizzjoni ta’ kif dawn qed jiġu mmaniġġjati.
2. Fejn applikant ikun parti minn grupp, l-inventarju jinkludi kwalunkwe konflitt ta’ interess materjali li jirriżulta minn impriżi oħra fi ħdan il-grupp u kif qed jiġu mmaniġġjati dawn il-kunflitti.
TAQSIMA 7
Riżorsi u proċeduri
Artikolu 16
Riżorsi u esternalizzazzjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha deskrizzjoni tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
is-sistemi u l-faċilitajiet tal-utent żviluppati mill-applikant biex jipprovdi servizzi lill-klijenti, inkluża kopja ta’ kwalunkwe manwal tal-utent u l-proċeduri interni; |
|
(b) |
il-politiki tal-investiment u tat-tiġdid tar-riżorsi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-applikant; |
|
(c) |
l-arranġamenti tal-esternalizzazzjoni li saru mill-applikant, flimkien mal-metodi użati għall-monitoraġġ tal-livell tas-servizz tal-funzjonijiet esternalizzati u kopja tal-kuntratti li jirregolaw tali arranġamenti. |
Artikolu 17
Servizzi anċillari
Fejn applikant, impriża fi ħdan l-grupp tagħha, jew impriża li magħha l-applikant ikollu ftehim materjali marbut mat-tranżazzjonijiet jew ma’ offerti ta’ servizzi ta’ wara t-tranżazzjonijiet jew jippjana li joffri kwalunkwe servizz anċillari, l-applikazzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha deskrizzjoni ta’:
|
(a) |
is-servizzi anċillari li jwettaq l-applikant, jew il-grupp prinċipali tiegħu u deskrizzjoni ta’ kwalunkwe ftehim li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista’ jkollu ma’ kumpaniji li joffru servizzi ta’ tranżazzjonijiet, ta’ wara t-tranżazzjonijiet, jew oħrajn relatati, kif ukoll kopji ta’ dawn il-ftehimiet; |
|
(b) |
il-proċeduri u l-politiki li se jiżguraw is-separazzjoni operazzjonali bejn is-servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet tal-applikant u linji kummerċjali oħra, inkluż fil-każ li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kumpanija li tappartjeni lill-kumpanija holding tiegħu, jew kwalunkwe kumpanija oħra li magħha ikollu ftehim materjali fil-kuntest tal-katina tat-tranżazzjonijiet jew ta’ wara t-tranżazzjonijiet jew linja kummerċjali jkunu jmexxu linja kummerċjali separata. |
TAQSIMA 8
Regoli tal-aċċess
Artikolu 18
Trasparenza dwar ir-regoli tal-aċċess
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha:
|
(a) |
il-politiki u l-proċeduri tal-aċċess skont liema l-utenti jaċċessaw id-dejta f’repożitorju tat-tranżazzjonijiet inkluż kwalunkwe proċess li bih l-utenti jista’ jkollhom bżonn jemendaw jew jimmodifikaw kuntratti reġistrati; |
|
(b) |
kopja tat-termini u l-kundizzjonijiet li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tal-utent; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-kategoriji differenti ta’ aċċess disponibbli għall-utenti jekk hemm aktar minn waħda; |
|
(d) |
il-politiki u l-proċeduri tal-aċċess li skonthom fornituri oħra ta’ servizzi jista’ jkollhom aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fejn il-kontropartijiet relevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom. |
Artikolu 19
Trasparenza dwar l-arranġamenti tal-konformità u l-preċiżjoni tad-dejta
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-proċeduri implimentati mill-applikant biex jivverifika:
|
(a) |
il-konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-kontroparti tar-rappurtar jew tal-entità li tissottometti; |
|
(b) |
il-korrettezza tal-informazzjoni rrappurtata; |
|
(c) |
li d-dejta tista’ tiġi rikonċiljata bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jekk il-kontropartijiet jirrapportaw lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet differenti. |
Artikolu 20
Politika tal-ipprezzar trasparenti
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha deskrizzjoni ta’:
|
(a) |
il-politika tal-iprezzar tal-applikant, inkluż kwalunkwe roħs u ribass u l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dan it-tnaqqis; |
|
(b) |
l-istruttura tat-tariffi tal-applikant għall-forniment ta’ kwalunkwe servizz anċillari, inkluż il-kost stmat tas-servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet u s-servizzi anċillari, flimkien ma’ dettalji tal-metodi użati biex jitqies il-kost separat li l-applikant jista’ jġarrab meta jipprovdi servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet u servizzi anċillari; |
|
(c) |
il-metodi użati mill-applikant biex iqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni, notevolment għall-entitajiet tar-rappurtar u għall-klijenti prospettivi, inkluża kopja tal-istruttura tat-tariffi, li fiha s-servizzi ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet u s-servizzi anċillari jkunu sseparati. |
TAQSIMA 9
Affidabbiltà operazzjonali
Artikolu 21
Riskju operazzjonali
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi disponibbli u l-proċeduri mfassla biex jidentifikaw u jimmitigaw ir-riskju operazzjonali u kwalunkwe riskju materjali ieħor li l-applikant ikun espost għalihom, inkluża kopja ta’ kwalunkwe manwali u proċeduri interni relevanti; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-assi likwidi netti ffinanzjati minn ekwità biex ikopru telf kummerċjali ġenerali potenzjali sabiex is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti bħala negozju avvjat, u valutazzjoni tas-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji tiegħu bil-għan li jkunu koperti kostijiet operazzjonali ta’ stralċ jew riorganizzazzjoni tal-operati u s-servizzi kritiċi għal mill-inqas perjodu ta’ 6 xhur; |
|
(c) |
il-pjan tal-kontinwità tan-negozju tal-applikant u indikazzjoni tal-politika għall-aġġornament tal-pjan. Partikolarment, il-pjan jinkludi:
|
|
(d) |
deskrizzjoni tal-arranġamenti biex ikunu żgurati l-attivitajiet tal-applikant tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’każ ta’ xkiel u l-involviment tal-utenti tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet u partijiet terzi oħra fihom. |
TAQSIMA 10
Żamma tar-rekords
Artikolu 22
Politika taż-żamma tar-rekords
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha informazzjoni dwar kif tasal id-dejta u l-amministrazzjoni tagħha, inkluż kwalunkwe politika u proċedura implimentati mill-applikant biex jiżgura:
|
(a) |
reġistrazzjoni f’waqtha u preċiża tal-informazzjoni rrapportata; |
|
(b) |
li d-dejta tinżamm kemm onlajn u offlajn; |
|
(c) |
li d-dejta tiġi kkupjata kif xieraq għal finijiet ta’ kontinwità tal-operat. |
2. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha deskrizzjoni tas-sistemi taż-żamma tar-rekords, il-politiki u l-proċeduri li jintużaw sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni tiġi mmodifikata kif xieraq u li l-pożizzjonijiet jiġu kkalkolati korrettament skont ir-rekwiżiti leġiżlattivi jew ir-regolatorji rilevanti.
TAQSIMA 11
Disponibbiltà tad-dejta
Artikolu 23
Mekkaniżmi tad-disponibbiltà tad-dejta
Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkun fiha deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li l-applikant se juża biex jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 81(1), (3) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar it-trasparenza u disponibbiltà tad-dejta, flimkien ma’:
|
(a) |
deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet se juża biex jiffaċilita l-aċċess għad-dejta li tkun tinsab fih skont l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-frekwenza tal-aġġornamenti, flimkien mal-kopja tal-manwali speċifiċi u l-politiki interni; |
|
(b) |
deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-faċilitajiet li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet se juża biex jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet rilevanti skont l-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-frekwenza tal-aġġornament u l-kontrolli u l-verifiki li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista’ jistabbilixxi għall-filtrazzjoni tal-proċess tal-aċċess, flimkien ma’ kopja tal-manwali speċifiċi u l-proċeduri interni. |
|
(c) |
deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet se juża biex jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni tiegħu lill-kontropartijiet ta’ kuntratti skont l-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-frekwenza tal-aġġornamenti, flimkien ma’ kopja tal-manwali speċifiċi u l-politiki interni. |
Artikolu 24
Verifika tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-applikazzjoni
1. Kwalunkwe informazzjoni mressqa lill-AETS matul il-proċess tar-reġistrazzjoni tkun akkumpanjata b’ittra ffirmata minn membru tal-bord tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet u tal-maniġment superjuri, li tiċċertifika li skont l-aħjar għarfien tagħhom u fid-data ta’ dik is-sottomissjoni, l-informazzjoni sottomessa hija preċiża u sħiħa.
2. L-informazzjoni tkun ukoll akkumpanjata, fejn rilevanti, b’dokumentazzjoni ġuridika korporattiva rilevanti li tiċċertifika l-preċiżjoni tad-dejta.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/33 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 81(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu identifikati b’mod ċar il-kuntratti rilevanti u l-kontropartijiet rispettivi tagħhom. Wara approċċ funzjonali, l-entitajiet li jaċċessaw id-dejta miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu skont il-kompetenzi li għandhom u l-funzjonijiet imwettqa minnhom. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandu jkollha aċċess għad-dejta kollha fil-livell tat-tranżazzjonijiet miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, għall-fini ta’ superviżjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, biex tkun tista’ tagħmel talbiet għal informazzjoni, tieħu miżuri superviżorji xierqa u timmonitorja wkoll jekk reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhiex tinżamm jew tiġi rtirata. |
|
(3) |
Minħabba r-responsabbiltajiet tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3) u r-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-AETS għandha tingħata aċċess fuq mandati differenti. L-aċċess għad-dejta minn membri individwali tal-persunal tal-AETS għandu jkun konformi ma’ kull wieħed minn dawk il-mandati speċifiċi. |
|
(4) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), l-AETS u l-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inklużi wħud mill-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni, għandhom mandat għall-monitoraġġ u l-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u għalhekk għandu jkollhom aċċess għal dejta dwar it-tranżazzjonijiet għall-kontropartijiet kollha għall-fini tal-kompiti rispettivi tagħhom f’dak ir-rigward. |
|
(5) |
Is-superviżuri u s-sorveljaturi tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) jeħtieġu aċċess li jippermettilhom jeżerċitaw b’mod effettiv il-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ tali entitajiet, u għalhekk għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għal mandat ta’ dan it-tip. |
|
(6) |
L-aċċess mill-membri rilevanti tas-SEBĊ iservi biex jitwettqu l-kompiti bażiċi tagħhom, partikolarment ta’ bank ċentrali ta’ ħruġ, il-mandat ta’ stabbiltà finanzjarja tagħhom, u f’xi każijiet is-superviżjoni prudenzjali fuq xi kontropartijiet. Billi ċerti membri tas-SEBĊ għandhom kompiti differenti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, dawn għandhom jingħataw aċċess għad-dejta skont mandati differenti elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(7) |
L-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni għandhom, bħala kompitu ewlieni, il-protezzjoni tal-investitur fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom u għandhom jingħataw aċċess għal dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ swieq, parteċipanti, prodotti u elementi sottostanti koperti mill-mandati ta’ sorveljanza u infurzar tagħhom. |
|
(8) |
L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (4) għandhom jingħataw aċċess għal tranżazzjonijiet f’derivattivi ta’ ekwità fejn is-sottostanti huwa jew ammess għan-negozjar f’suq regolat fil-ġurisdizzjoni tagħhom, għandu l-indirizz legali tiegħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom jew huwa offerent għal tali impriża u l-kunsiderazzjoni li joffri tinkludi titoli. |
|
(9) |
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tingħata aċċess għall-fini ta’ monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operaturi sabiex tindividwa u tiskoraġġixxi abbuż mis-suq b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operaturi sabiex tindividwa u tiskoraġġixxi l-abbuż mis-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operaturi (REMIT) (5). L-ACER għandha għalhekk ikollha aċċess għad-dejta kollha miżmuma minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tad-derivattivi tal-enerġija. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikopri biss id-dejta dwar it-tranżazzjonijiet u mhux dik ta’ qabel it-tranżazzjonijiet bħal ordnijiet għal tranżazzjonijiet kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. Għalhekk, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala s-sors xieraq ta’ informazzjoni lill-ACER f’dak ir-rigward. |
|
(11) |
Taħt approċċ funzjonali għall-aċċess għad-dejta miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, is-superviżjoni prudenzjali hija komponent essenzjali. Bl-istess mod, awtoritajiet differenti jista’ jkollhom mandat ta’ superviżjoni prudenzjali. Għalhekk, l-aċċess għal dejta tat-tranżazzjonijiet dwar l-entitajiet rilevanti għandu jiġi żgurat għall-awtoritajiet kollha elenkati taħt l-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(12) |
L-entitajiet li jaċċessaw repożitorju tad-dejta tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jiżguraw li jżommu u jinfurzaw politiki sabiex jiżguraw li huma biss il-persuni rilevanti li jaċċessaw l-informazzjoni għal fini ddefinita tajjeb u legalment fondata, filwaqt li jkunu ċari wkoll dwar persuni oħra possibbli awtorizzati li jaċċessaw tali dejta. |
|
(13) |
L-aċċess għad-dejta għandu jitqies fi ħdan it-tliet livelli ta’ aggregazzjoni. Id-dejta tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi dettalji individwali tat-tranżazzjonijiet; dejta tal-pożizzjoni għandha tqis dejta aggregata tal-pożizzjoni skont is-sottostanti/il-prodott għal kontropartijiet individwali; u dejta nozzjonali aggregata għandha tikkorrispondi għal pożizzjonijiet kumplessivi skont is-sottostanti/il-prodott mingħajr dettalji tal-kontroparti. Aċċess għal dejta tat-tranżazzjonijiet għandu jagħti aċċess ukoll għal-livell tal-pożizzjoni u dejta aggregata. Aċċess għal dejta tal-pożizzjoni ikun qed jagħti aċċess ukoll għal dejta aggregata, iżda mhux dejta fil-livell tat-tranżazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, l-aċċess għal dejta nozzjonali aggregata għandu jkun il-kategorija l-anqas granulari u ma għandux jippermetti aċċess għal dejta tal-pożizzjoni jew tat-tranżazzjoni. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
|
(15) |
B’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS ikkonsultat l-awtoritajiet rilevanti u l-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) qabel ma ssottomettiet abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa msejjes dan ir-Regolament. L-AETS għamlet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Pubblikazzjoni ta’ dejta aggregata
1. Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jippubblikaw id-dejta prevista fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inklużi mill-inqas:
|
(a) |
tqassim tal-pożizzjonijiet miftuħa aggregati għal kull klassi ta’ dervivattivi kif ġej:
|
|
(b) |
tqassim ta’ volumi ta’ tranżazzjonijiet aggregati għal kull klassi ta’ derivattivi kif ġej:
|
|
(c) |
tqassim ta’ valuri ta’ tranżazzjonijiet aggregati għal kull klassi ta’ derivattivi kif ġej:
|
2. Id-dejta tiġi ppubblikata fuq websajt jew portal onlajn li jkunu faċilment aċċessibbli mill-pubbliku u tiġi aġġornata għall-inqas darba fil-ġimgħa.
Artikolu 2
Aċċess għad-dejta minn awtoritajiet rilevanti
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għall-fini li tissodisfa l-kompetenzi superviżorji tagħha.
2. L-AETS tistabbilixxi proċeduri interni sabiex tiżgura l-aċċess xieraq mill-persunal u kwalunkwe limitazzjoni ta’ aċċess fir-rigward ta’ attivitajiet mhux superviżorji taħt il-mandat tal-AETS.
3. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lill-Awtorità għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) aċċess għad-dejta kollha tat-transazzjonijiet fir-rigward ta’ derivattivi fejn is-sottostanti huma kwoti tal-enerġija jew tal-emissjonijiet.
4. Fejn applikabbli, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità kompetenti li tissuperviżjona CCP u lil membru rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li jissorvelja s-CCP, aċċess għad-dejta kollha tat-transazzjonijiet kollha kklerjati jew irrappurtati mis-CCP.
5. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità kompetenti li tissuperviżjona ċ-ċentri ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti rrappurtati aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet dwar kuntratti eżegwiti f’dawk iċ-ċentri.
6. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità superviżorja maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi fejn is-sottostanti huwa titolu maħruġ minn kumpanija li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
hija ammessa għan-negozjar f’suq irregolat fil-ġurisdizzjoni tagħhom; |
|
(b) |
ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, fejn ma jkollhiex uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha, fil-ġurisdizzjoni tagħhom; |
|
(c) |
hija offerent għall-entitajiet previsti fil-punti (a) jew (b) u l-kunsiderazzjoni li toffri tinkludi titoli. |
7. Id-dejta li tingħata skont il-paragrafu 6 għandha tinkludi informazzjoni dwar:
|
(a) |
it-titoli sottostanti; |
|
(b) |
il-klassi tad-derivattiva; |
|
(c) |
is-sinjal tal-pożizzjoni; |
|
(d) |
in-numru ta’ titoli ta’ referenza; |
|
(e) |
il-kontropartijiet għad-derivattiva. |
8. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 81(3)(h) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tas-swieq, il-parteċipanti, il-kuntratti u s-sottostanti li jinsabu fl-ambitu ta’ dik l-awtorità skont ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħha.
9. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-AETS u l-membri rilevanti tas-SEBĊ dejta tat-tranżazzjonijiet:
|
(a) |
għall-kontropartijiet kollha fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom; |
|
(b) |
għal kuntratti ta’ derivattivi fejn l-entità ta’ referenza tal-kuntratt ta’ derivattiva tinsab fi ħdan il-ġuriżdizzjoni rispettiva tagħhom jew fejn l-obbligu ta’ referenza huwa d-dejn sovran tal-ġurisdizzjoni rispettiva. |
10. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil membru rilevanti tas-SEBĊ aċċess għal dejta tal-pożizzjoni għal kuntratti ta’ derivattivi fil-munita maħruġa minn dak il-membru.
11. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess, għas-superviżjoni prudenzjali ta’ kontropartijiet soġġetti għall-obbligu tar-rapportar, lill-entitajiet rilevanti elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet ta’ tali kontrapartijiet.
Artikolu 3
Awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi
1. Fir-rigward ta’ awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta, filwaqt li jitqiesu l-mandat u r-responsabbiltajiet tal-awtorità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim internazzjonali rilevanti.
2. Fir-rigward ta’ awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħlal f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-AETS kif imsemmi fl-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta, filwaqt li jitqiesu l-mandat u r-responsabbiltajiet tal-awtorità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ kooperazzjoni rilevanti.
Artikolu 4
Standards operazzjonali għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għall-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 skont il-proċeduri ta’ komunikazzjoni, l-istandards għall-messaġġi u d-dejta ta’ referenza li jintużaw komunement fil-livell internazzjonali.
2. Il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni jiġġeneraw identifikatur uniku tat-tranżazzjoni għal kull kuntratt ta’ derivattiva biex jippermettu lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet jaggregaw u jqabblu d-dejta kollha differenti tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet.
Artikolu 5
Standards operazzjonali għal aċċess għad-dejta
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jirreġistra informazzjoni dwar l-aċċess għad-dejta mogħtija lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
|
(a) |
l-ambitu tad-dejta aċċessata; |
|
(b) |
referenza għad-dispożizzjonijiet legali li jagħtu aċċess għal tali dejta skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/37 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 152/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, rekwiżiti prudenzjali għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) biex jiżgura li dawn ikunu sikuri u sodi u jikkonformaw fi kwalunkwe ħin mar-rekwiżiti kapitali. Minħabba li, fil-biċċa l-kbira, riskji li ġejjin minn attivitajiet tal-ikklerjar huma koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi, tali rekwiżiti kapitali għandhom jiżguraw li CCP, fi kwalunkwe ħin, hija kapitalizzata adegwatement kontra r-riskji tal-kreditu, ir-riskji tal-kontropartijiet, ir-riskji tas-suq, ir-riskji operazzjonali, ir-riskji legali u dawk kummerċjali li mhumiex diġà koperti minn dawk ir-riżorsi finanzjarji speċifiċi u li tkun tista’ twettaq stralċ jew ristrutturar ordinati tal-operazzjonijiet tagħha jekk dan ikun meħtieġ. |
|
(2) |
It-trattament tal-kapital tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom jitqiesu speċifikament fir-rigward tal-istandards tekniċi peress li s-CCPs huma esposti, waqt li jkunu qiegħdin iwettqu attivitajiet mhux koperti, għal riskji li huma simili għar-riskji mġarrba mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment. Il-partijiet rilevanti tal-Prinċipji għall-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju maħruġa mill-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (“Prinċipji CPSS-IOSCO”) għandhom jitqiesu wkoll. Sabiex jiġi żgurat li huma kapaċi li jorganizzaw stralċ jew ristrutturar ordinati tal-attivitajiet tagħhom, is-CCPs għandu jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jifilħu l-ispejjeż operazzjonal tul perjodu ta’ żmien xieraq. CCP għandha tkun kapaċi, matul tali perjodu ta’ żmien, li tistabbilixxi kwalunkwe tip ta’ arranġament sabiex tirriorganizza l-operazzjonijiet kritiċi tagħha, inklużi r-rikapitalizzazzjoni, is-sostituzzjoni tal-maniġment, ir-reviżjoni tal-istrateġiji kummerċjali tagħha, l-istruttrua tal-ispejjeż jew tal-miżati, ir-ristrutturar tas-servizzi pprovduti minnha, il-likwidazzjoni tal-portafoll tal-ikklerjar tagħha jew il-fużjoni ma’ — jew it-trasferiment ta’ attivitajiet għal — CCP oħra. Matul l-istralċ jew ir-ristrutturar CCP xorta trid tkompli l-operazzjonijiet tagħha. Filwaqt li f’dan il-każ ċerti spejjeż, bħal dawk ta’ kummerċjalizzazzjoni, jistgħu jonqsu, spejjeż oħra, bħal spejjeż legali, jistgħu jiżdiedu. Għalhekk, l-użu tal-ispejjeż operazzjonali grossi annwali huwa meqjus bħala approssimazzjoni xierqa tal-ispejjeż attwali waqt l-istralċ jew ir-ristrutturar tal-operazzjonijiet tas-CCPs. Sabiex titqies id-diversità tal-prattiki tal-kontabbiltà fost is-CCPs, l-ispejjeż operazzjonali għandhom jitqiesu skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà (3) jew skont għadd limitat ta’ regoli oħra applikabbli fil-qasam, kif indikat mil-liġi tal-Unjoni. |
|
(3) |
Billi l-kapital għandu jkun dejjem biżżejjed biex jiżgura stralċ ordinat u protezzjoni adegwata kontra r-riskji rilevanti kif meħtieġ mill-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jeħtieġ li tiġi stabbilita għodda ta’ twissija bikrija biex permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu għarfien biżżejjed bil-quddiem tas-sitwazzjoni li fiha l-kapital tas-CCP ikun qrib ir-rekwiżit kapitali, billi jiġi introdott limitu ta’ notifika stabbilit għal 110 % tar-rekwiżit kapitali. |
|
(4) |
Minkejja d-diffikultajiet biex tiġi kkwanitifkata l-iskopertura għal riskju operazzjonali, id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (4) huwa l-parametru referenzjarju rilevanti għall-fini li jiġi stabbilit rekwiżit kapitali għas-CCPs. B’mod konsistenti mad-Direttiva 2006/48/KE, id-definizzjoni ta’ riskju operazzjonali għandha tinkludi r-riskju legali fir-rigward ta’ standards tekniċi fuq rekwiżiti kapitali għal kontropartijiet ċentrali. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (5) huma referenza xierqa għall-fini li jiġu stabbiliti rekwiżiti kapitali biex ikopru r-riskji tal-kreditu, tal-kontroparti u tas-suq mhux koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi, peress li dawn huma simili għal dawk imwettqa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment. |
|
(6) |
CCP ma għandhiex għalfejn iżżomm kapital għall-iskoperturi ta’ negozju u l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza li jirriżultaw minn arranġament ta’ interoperabbiltà fejn huma ssodisfati l-Artikoli 52 u 53 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu, fejn dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, ir-rabtiet bejn is-CCPs jistgħu jesponuhom għal riskju addizzjonali jekk il-kollateral sottomess minnhom mhuwiex kompletament protett u protett f’każ ta’ falliment jew jekk il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza huma f’riskju f’każ li membru tal-ikklerjar ta’ CCP riċeventi jsir inadempjenti. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn l-allokazzjonijiet ta’ kapital għandhom japplikaw għall-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u l-iskoperturi ta’ negozju ma’ CCPs oħra. Sabiex jiġu evitati effetti ta’ kontaġju, it-trattament rigward il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza għal CCPs oħra għandu ġeneralment ikun iktar konservattiv mit-trattament għall-iskoperturi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għas-CCPs. Ir-riżorsi proprji ta’ CCP użati biex tikkontribwixxi għall-fond tal-inadempjenza ta’ CCP oħra ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għaliex dawn mhumiex investiti skont il-politika ta’ investiment tagħha. Dawn lanqas ma għandhom jingħaddu darbtejn għall-fini tal-kalkolu ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju li jirriżultaw minn dawn il-kontribuzzjonijiet. |
|
(7) |
Iż-żmien meħtieġ għall-istralċ ordinat huwa strettament dipendenti fuq is-servizzi ta’ kklerjar pprovduti minn CCP uniku mill-ambjent tas-suq li fih topera, speċjalment fil-każ fejn CCP oħra tista’ tassumi s-servizzi tagħha. Għalhekk, l-għadd ta’ xhur meħtieġ għall-istralċ għandu jkun ibbażat fuq l-istima tas-CCP stess, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Jeħtieġ li jiġi introdott għadd minimu ta’ sitt xhur sabiex ikun żgurat livell prudenti ta’ rekwiżiti kapitali. |
|
(8) |
Riskju kummerċjali jirreferi għar-riskju li CCP tassumi minħabba l-effiċjenza tagħha u bidliet potenzjali fil-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali li x’aktarx ixekklu l-pożizzjoni finanzjarja tagħha bħala konsegwenza ta’ tnaqqis fid-dħul tagħha jew żieda fl-ispejjeż tagħha li jirriżultaw f’telf li għandhom jiġu imposti kontra l-kapital tagħha. Billi l-livell ta’ riskju kummerċjali huwa dipendenti ħafna fuq s-sitwazzjoni individwali ta’ kull CCP u jista’ jiġi kkawżat minn diversi fatturi, bħal proċeduri ineffiċjenti, ambjent tas-suq negattiv, reazzjoni ineffikaċi għall-progress teknoloġiku, jew eżekuzzjoni ta’ livell baxx tal-istrateġiji kummerċjali, ir-rekwiżit kapitali għandu jkun ibbażat fuq stima proprja tas-CCP soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Jeħtieġ li jiġi introdott limitu sabiex ikun żgurat livell prudenti ta’ rekwiżiti kapitali. |
|
(9) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) ħadmet f’kooperazzjoni mill-qrib mas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u kkonsultat l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) qabel ma ssottomettiet l-abbozz tal-istandards tekniċi li fuqhom huwa msejjes dan ir-Regolament. Wettqet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rekwiżiti kapitali
1. CCP iżżomm kapital, inkluż il-qligħ miżmuma u r-riżervi, li jkun, fi kwalunkwe ħin, aktar minn jew ekwivalenti għas-somma ta’:
|
(a) |
ir-rekwiżiti kapitali tas-CCP għall-istralċ jew ir-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha kkalkulati skont l-Artikolu 2; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti kapitali tas-CCP għal riskji operazzjonali u legali ikkalkulati skont l-Artikolu 3; |
|
(c) |
ir-rekwiżiti kapitali tas-CCP għal riskji tal-kreditu, tal-kontroparti u tas-suq ikkalkulati skont l-Artikolu 4; |
|
(d) |
ir-rekwiżiti kapitali tas-CCP għal riskju kummerċjali kkalkulat skont l-Artikolu 5. |
2. CCP ikollha proċeduri stabbiliti biex tidentifika s-sorsi kollha ta’ riskji li jistgħu jolqtu l-funzjonijiet kontinwi tagħha u tqis il-probabbiltà ta’ effetti negattivi potenzjali fuq id-dħul u l-ispejjeż tagħha u l-livell tagħha ta’ kapital.
3. Jekk l-ammont ta’ kapital miżmum minn CCP skont il-paragrafu 1 huwa inqas minn 110 % tar-rekwiżiti kapitali jew inqas minn 110 % ta’ EUR 7,5 miljun (“limitu ta’ notifika”), is-CCP għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u żżommha aġġornata mill-inqas darba fil-ġimgħa, sakemm l-ammont ta’ kapital miżmum mis-CCP ma jerġax jissupera l-limitu ta’ notifika.
4. Dik in-notifika ssir bil-miktub u għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
ir-raġunijiet għaliex il-kapital tas-CCP jinsab taħt il-limitu ta’ notifika u deskrizzjoni tal-perspettiva fuq terminu qasir tas-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP; |
|
(b) |
deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li s-CCP biħsiebha tadotta biex tiżgura l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti kapitali. |
Artikolu 2
Rekwiżiti kapitali għall-istralċ jew ir-ristrutturar
1. CCP għandha tiddividi l-ispejjeż operazzjonali grossi annwali tagħha bi tnax sabiex tiddetermina l-ispejjeż operazzjonali grossi fix-xahar, u timmultiplika n-numru li jirriżulta bil-perjodu ta’ żmien tagħha għall-istralċ jew ristrutturar tal-attivitajiet tagħha ddeterminat skont il-paragrafu 2. Ir-riżultat ta’ dan il-kalkolu huwa l-kapital meħtieġ biex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordinati tal-attivitajiet tas-CCP.
2. Sabiex tiddetermina l-perjodu ta’ żmien għall-istralċ jew ir-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha msemmija fil-paragrafu 1, CCP tissottometti lill-awtorità kompetenti, għall-approvazzjoni skont is-setgħat ta’ dik l-awtorità kompetenti taħt it-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istima tagħha stess tal-perjodu ta’ żmien xieraq għall-istralċ jew ir-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha. Il-perjodu ta’ żmien stmat ikun biżżejjed biex jiżgura, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress, stralċ jew ristrutturar ordinati tal-attivitajiet tagħha, ir-riorganizzazzjoni tal-operazzjonijiet tagħha, il-likwidwazzjoni tal-portafoll tal-ikklerjar tagħha jew it-trasferiment tal-attivitajiet ta’ kklerjar tagħha għal CCP oħra. L-istima għandha tqis il-likwidità, id-daqs, l-istruttura tal-maturità u l-ostakli transfruntiera potenzjali tal-pożizzjonijiet tas-CCP u t-tip ta’ prodotti approvati. Il-perjodu ta’ żmien għall-istralċ jew ristrutturar tal-attivitajiet tagħha użat għall-kalkolu tar-rekwiżit kapitali huwa soġġett għal għadd minimu ta’ sitt xhur.
3. CCP taġġorna l-istima tagħha tal-perjodu ta’ żmien xieraq għall-istralċ jew ir-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha kull meta jkun hemm bidla sinifikanti fis-suppożizzjonijiet sottostanti għall-istima u tissottometti din l-istima aġġornata lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.
4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ispejjeż operazzjonali jitqiesu skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew, skont id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE (7), 83/349/KEE (8) u 86/635/KEE (9) jew, skont il-prinċipji ġeneralment aċċettati tal-kontabbiltà ta’ pajjiż terz determinati bħala ekwivalenti għall-IFRS skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (10) jew standards tal-kontabbiltà ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom hu permess skont l-Artikolu 4 ta ‘dak ir-Regolament, skont liema jkun applikabbli. Is-CCPs għandhom jużaw l-informazzjoni awditjata l-aktar reċenti mid-dikjarazzjoni finanzjarja annwali tagħhom.
Artikolu 3
Rekwiżiti kapitali għal riskji operazzjonali u legali
1. CCP tikkalkula r-rekwiżiti kapitali tagħha għal riskju – inkluż dak legali – operazzjonali msemmi fl-Artikolu 1 bl-użu jew tal-Approċċ ta’ Indikatur Bażiku jew l-Approċċi ta’ Kejl Avvanzat kif previsti fid-Direttiva 2006/48/KE soġġetti għar-restrizzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 sa 7.
2. CCP tista’ tuża l-approċċ ta’ indikatur bażiku sabiex tikkalkula r-rekwiżiti kapitali tagħha għal riskju operazzjonali skont l-Artikolu 103 tad-Direttiva 2006/48/KE.
3. CCP ikollha fis-seħħ sistema ddokumentata sew ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju operazzjonali b’responsabbiltajiet ċari assenjati għal din is-sistema. Għandha tidentifika l-iskoperturi tagħha għal riskju operazzjonali u tittraċċa d-dejta rilevanti dwar ir-riskju operazzjonali, inkluża dejta dwar telf materjali. Din is-sistema tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mwettqa minn parti indipendenti li jkollha l-għarfien neċessarju biex twettaq tali reviżjoni.
4. Sistema ta’ valutazzjoni ta’ riskju operazzjonali tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP. Ir-riżultati jkunu parti integrali mill-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tar-riskju operazzjonali tas-CCP.
5. CCP timplimenta sistema ta’ rapportar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskji operazzjonali għal funzjonijiet relevanti fi ħdan l-istituzzjonijiet. CCP ikollha fis-seħħ proċeduri sabiex tieħu azzjoni xierqa skont l-informazzjoni fir-rapporti għall-maniġment.
6. CCP tista’ tapplika wkoll mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex tuża l-Approċċi ta’ Kejl Avvanzat. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti permess lis-CCP biex tuża l-Approċċi ta’ Kejl Avvanzat abbażi tas-sistemi interni proprji tagħha ta’ kejl tar-riskju operazzjonali tagħha skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2006/48/KE.
7. Is-CCPs li jużaw l-Approċċi ta’ Kejl Avvanzat kif speċifikat fil-paragrafu 6 għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom għar-riskju operazzjonali jżommu kapital li huwa, fi kwalunkwe ħin, aktar minn jew ekwivalenti għal 80 % tal-kapital meħtieġ bl-użu tal-approċċ ta’ indikatur bażiku skont il-paragrafu 2.
Artikolu 4
Ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti u r-riskju tas-suq li mhumiex diġà koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmija fl-Artikoli 41 sa 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
1. CCP tikkalkula r-rekwiżiti kapitali tagħha msemmija fl-Artikolu 1 bħala s-somma ta’ 8 % tal-ammonti ta’ skoperturi tagħha ippeżati għar-riskju għar-riskju tal-kreditu u għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti kapitali tagħha għal riskju tas-suq ikkalkulati skont id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, soġġetti għar-restrizzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 sa 5.
2. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital għal riskju tas-suq li mhux diġà kopert minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmija fl-Artikoli 41 sa 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandha tuża l-metodi previsti fl-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2006/49/KE.
3. Għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju tal-kreditu li mhuwiex diġà kopert minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmija fl-Artikoli 41 sa 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tapplika l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu previst fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE.
4. Għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti li mhuwiex diġà kopert minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmija fl-Artikoli 41 sa 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tuża l-Metodu tal-Valwazzjoni skont is-Suq previst fl-Anness III, Parti 3 tad-Direttiva 2006/48/KE kif ukoll il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju li japplika aġġustamenti superviżorji għall-volatilità previsti fl-Anness VIII, Parti 3 tad-Direttiva 2006/48/KE.
5. Fejn il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 52 u 53 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhumiex issodisfati u meta CCP ma tużax r-riżorsi proprji tagħha, is-CCP tapplika piż tar-riskju ta’ 1 250 % għal l-iskopertura tagħha li tirriżulta minn kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ta’ CCP oħra u piż tar-riskju ta’ 2 % skoperturi ta’ negozju tagħha ma’ CCP oħra.
Artikolu 5
Rekwiżiti kapitali għal riskju kummerċjali
1. Is-CCP tissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni skont is-setgħat ta’ dik l-awtorità kompetenti taħt it-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 l-istima tagħha tal-kapital meħtieġ biex tkopri telf li jirriżulta minn riskju kummerċjali bbażat fuq xenarji negattivi raġonevolment prevedibbli rilevanti għall-mudell kummerċjali tagħha.
2. Ir-rekwiżit kapitali għal riskju kummerċjali jkun ekwivalenti għall-istima approvata u jkun soġġett għal ammont minimu ta’ 25 % tal-ispejjeż operazzjonali grossi annwali tagħha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ispejjeż operazzjonali grossi jitqiesu skont l-Artikolu 2(4).
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(6) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(7) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(8) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/41 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 153/2013
tad-19 ta' Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(8), Artikolu 26(9), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 34(3), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 42(5), l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 45(5), l-Artikolu 46(3), l-Artikolu 47(8) u l-Artikolu 49(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw ir-rekwiżiti organizzattivi, inkluża ż-żamma tar-rekords u l-kontinwità tal-operat, u r-rekwiżiti prudenzjali, inkluż fir-rigward tal-marġni, il-fond tal-inadempjenza, il-kontrolli tar-riskju tal-likwidità, il-kaskata tal-inadempjenza, il-kollateral, il-politika ta’ investiment, l-analiżi tal-mudelli, l-ittestjar tal-istress u l-ittestjar retrospettiv. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, ikun tajjeb li jiġu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’Regolament wieħed. |
|
(2) |
Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq finanzjarji, dan ir-Regolament għandu jqis il-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju maħruġa mill-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (Prinċipji CPSS-IOSCO) li jservu bħala standard globali għal rekwiżiti regolatorji għal kontropartijiet ċentrali (central counterparties - CCPs). |
|
(3) |
Biex jiġi żgurat li s-CCPs ikunu sikuri u sodi fil-kundizzjonijiet kollha tas-suq, huwa importanti li s-CCPs jadottaw proċeduri prudenti ta’ ġestjoni tar-riskju li jkopru b’mod dovut r-riskji kollha li s-CCPs huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom. F’dan ir-rigward, l-istandards tal-ġestjoni tar-riskju effettivament implimentati mis-CCPs għandhom ikunu aktar stretti minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament jekk ikun meqjus xieraq għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju. |
|
(4) |
Sabiex jiġi identifikat b’mod ċar għadd limitat ta’ kunċetti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll biex jiġu speċifikati t-termini tekniċi neċessarji għall-iżvilupp ta’ dan l-istandard tekniku, għandhom jiġu ddefiniti għadd ta’ termini. |
|
(5) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li s-CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi ma jfixklux il-funzjonament ordinat tas-swieq tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li jiġi żgurat li s-CCPs rikonoxxuti mhumiex f’pożizzjoni li jbaxxu r-rekwiżiti tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju taħt l-istandards tal-Unjoni, li jista’ jwassal għal arbitraġġ regolatorju. Permezz tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS dwar ir-rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz, AETS għandha tkun tista’ tivvaluta jekk dik is-CCP tkunx f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz. Barra minn hekk, id-determinazzjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni għandha tiżgura li l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż terz huma ekwivalenti għal kull dispożizzjoni taħt it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni għall-investitur, fir-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, l-Awtorita Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) tista’ tesiġi informazzjoni addizzjonali għal dik strettament meħtieġa biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma ssodisfati. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni kontinwa tal-konformità sħiħa tas-CCP ta’ pajjiż terz mar-rekwiżiti prudenzjali ta’ tali pajjiż terz hija d-dmir tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS mis-CCP applikanti ta’ pajjiż terz ma għandhiex l-għan li tirrepeti l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, iżda li tiżgura li s-CCP tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar effettivi fil-pajjiż terz, u b’hekk jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur. |
|
(8) |
Biex ikun possibbli għall-AETS li twettaq valutazzjoni kompleta, l-informazzjoni pprovduta mis-CCP applikanti ta’ pajjiż terz għandha tkun ikkomplementata minn dik l-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-effettività tas-superviżjoni kontinwa, tas-setgħat ta’ infurzar, u tal-azzjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta taħt l-arranġament ta’ kooperazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Tali arranġament ta’ kooperazzjoni għandu jiżgura li l-AETS tkun infurmata f’waqtha b’kull azzjoni ta’ superviżjoni jew infurzar fil-konfront ta’ CCP li tapplika għar-rikonoxximent u kwalunkwe bidla tal-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni lis-CCP rilevanti u dwar kwalunkwe aġġornament rilevanti tal-informazzjoni oriġinarjament ipprovduta mis-CCP taħt il-proċess ta’ rikonoxximent. |
|
(9) |
Ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar il-linji interni ta’ rapportar tar-riskji jesiġu speċifikazzjoni ulterjuri biex jimplimentaw qafas ta’ ġestjoni tar-riskji, li jinkludi l-istruttura, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-proċess intern tal-ġestjoni tar-riskji. L-arranġamenti ta’ governanza għandhom iqisu reġimi differenti dwar id-dritt soċjetarju fl-Unjoni, biex jiġi żgurat li s-CCPs joperaw f’qafas ġuridiku sod. |
|
(10) |
Biex jiġi żgurat li CCP timplimenta l-proċeduri xierqa biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012 (3), għandhom ikunu speċifikati r-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ funzjoni ta’ konformità ta’ CCP. |
|
(11) |
Jinħtieġ li jiġu ddefiniti b’mod ċar ir-responsabbiltajiet tal-bord u tal-maniġment superjuri kif ukoll li jiġu speċifikati r-rekwiżiti minimi għall-funzjonament tal-bord sabiex jiġi żgurat li l-istruttura organizzattiva tas-CCP tippermettilha li twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha b’mod kontinwu u ordnat. Jinħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti linji tar-rapportar ċari u diretti biex jiżguraw ir-responsabbiltà. |
|
(12) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ CCP, huwa importanti li l-politika tar-remunerazzjoni tagħha tiskoraġġixxi t-teħid eċċessiv ta’ riskji. Biex il-politika tar-remunerazzjoni tipproduċi l-effetti mixtieqa, għandha tkun immonitorjata u riveduta b’mod adegwat mill-bord li għandu jistabbilixxi kumitat speċifiku sabiex jissorvelja b’mod xieraq l-issodisfar tal-politika tar-remunerazzjoni. |
|
(13) |
Biex jiġi żgurat li s-CCPs joperaw bil-livell meħtieġ ta’ riżorsi umani li jissodisfaw l-obbligi kollha tagħhom, ikunu responsabbli għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-punti ta’ kuntatt rilevanti fi ħdan is-CCPs li huma jissuperviżjonaw, is-CCPs għandu jkollhom mill-inqas uffiċjal kap tar-riskji, uffiċjal kap għall-konformità u uffiċjal kap tat-teknoloġija. |
|
(14) |
Is-CCPs għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw b’mod adegwat sa fejn il-membri tal-bord li jservu fuq il-bordijiet ta’ entitajiet differenti jkollhom kunflitti ta’ interess, kemm jekk ġewwa jew barra l-grupp tas-CCP. Il-membri tal-bord ma għandhomx jinżammu milli jservu fuq bordijiet differenti sakemm dan ma jagħtix lok għal kunflitti ta’ interess. |
|
(15) |
Sabiex ikollha funzjoni effettiva ta’ awditjar, CCP għandha tiddefinixxi r-responsabbiltajiet u l-linji tar-rapportar tal-awdituri interni tagħha, biex jiġi żgurat li jitressqu f’waqthom kwistjonijiet rilevanti quddiem il-bord tas-CCP u lill-awtoritajiet kompetenti. Meta jiġi stabbilit u jinżamm uffiċċju tal-awditjar intern, il-missjoni, l-indipendenza u l-oġġettività, l-ambitu u r-responsabbiltà, l-awtorità, ir-responsabbiltà u l-istandards ta’ operazzjoni tiegħu għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar. |
|
(16) |
Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effettiv, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tingħata aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiddetermina jekk is-CCP hijiex konformi mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mis-CCP mingħajr dewmien żejjed. |
|
(17) |
Rekords miżmumin minn CCPs għandhom jiffaċilitaw għarfien dettaljat tal-iskopertura tal-kreditu tas-CCPs għal membri tal-ikklerjar u jippermettu monitoraġġ tar-riskju sistemiku implikat. Permezz tagħhom għandu jkun possibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti, l-AETS u l-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li jibnu mill-ġdid b’mod adegwat il-proċess tal-ikklerjar, sabiex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji inklużi r-rekwiżiti ta’ rapportar. Ladarba tkun irreġstrata, dik id-dejta hija utli wkoll għas-CCPs għall-issodisfar tar-rekwiżiti regolatorji u l-obbligi lejn il-membri tal-ikklerjar kif ukoll fit-tilwim. |
|
(18) |
Id-dejta rrappurtata mis-CCPs lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandha tiġi rreġistrata sabiex tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità tas-CCPs mal-obbligu tar-rapportar stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jaċċessaw faċilment l-informazzjoni f’każijiet fejn din ma tistax tinstab f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet. |
|
(19) |
Ir-rekwiżiti għaż-żamma tar-rekords fir-rigward tat-tranżazzjonijiet għandhom jagħmlu użu mill-istess kunċetti użati fl-obbligu tar-rapportar stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, sabiex jiżguraw rapportar xieraq mis-CCPs. |
|
(20) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat fi żminijiet ta’ interruzzjoni, is-sit sekondarju tal-ipproċessar tas-CCP għandu jkun distanti biżżejjed u f’post ġeografikament distanti biżżejjed mis-sit primarju sabiex ma jkunx soġġett għal-istess diżastru li jista’ jikkawża l-indisponibbiltà tas-sit primarju. Għandhom jinħolqu xenarji biex jiġi analizzat l-impatt ta’ eventi ta’ kriżi fuq servizzi kritiċi, inklużi xenarji li jipprevedu l-indisponibbiltà ta’ sistemi ikkawżata minn diżastru naturali. Dawk l-analiżi għandhom ikunu riveduti perjodikament. |
|
(21) |
Is-CCPs huma sistemikament infrastrutturi tas-suq finanzjarju rilevanti u għandhom jirkupraw funzjonijiet kritiċi fi żmien sagħtejn, b’sistemi ta’ riżerva li idealment jibdew l-ipproċessar immedjatament wara inċident. Is-CCPs għandhom jiżguraw ukoll, bi probabbiltà għolja ħafna, li mhi se tintilef ebda dejta |
|
(22) |
Huwa importanti li l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tikkawżax telf sinifikanti lil parteċipanti oħra fis-suq. Għaldaqstant, is-CCPs huma meħtieġa li jkopru permezz tal-marġini sottomess mill-parti inadempjenti, mill-inqas, proporzjon rilevanti tat-telf possibbli li CCP tista’ ssofri matul il-proċess ta’ likwidazzjoni. Ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-persentaġġ minimu li l-marġni għandhom ikopru għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji. Barra minn hekk, is-CCPs għandhom isegwu prinċipji biex ifasslu adegwatament il-livelli tal-marġini tagħhom għall-karatteristiċi ta’ kull strument finanzjarju jew portafoll ikklerjat minnhom. |
|
(23) |
Is-CCPs ma għandhomx inaqqsu l-marġini tagħhom għal livell li jipperikola s-sikurezza tagħhom bħala riżultat tal-eżistenza ta’ ambjent ferm kompetittiv. Għal din ir-raġuni, kalkoli tal-marġni għandhom isegwu rekwiżiti speċifiċi fil-komponenti bażiċi tagħhom. F’dan is-sens, il-marġni għandhom iqisu firxa sħiħa ta’ kundizzjonijiet tas-suq inklużi perjodi ta’ stress. |
|
(24) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli biex jispeċifikaw l-persentaġġ xieraq u l-orizzonti ta’ żmien għall-perjodu ta’ likwidazzjoni u għall-kalkolu tal-volatilità storika. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li s-CCPs jimmaniġġjaw kif dovut ir-riskju affrontat minnhom, ikun tajjeb li ma jiġix speċifikat l-approċċ li s-CCP għandha tieħu biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġni minn dawn il-parametri. Għall-istess raġunijiet, is-CCPs ma għandhomx jinżammu milli jibbażaw ruħhom fuq diversi approċċi metodoloġiċi affidabbli għall-iżvilupp ta’ proviżjonament ta’ marġni ta’ portafoll, dawn għandhom jitħallew jibbażaw ruħhom fuq metodi bbażati fuq korrelazzjonijiet bejn ir-riskji fil-prezz tal-istrument finanzjarju jew sett ta’ strumenti finanzjarji kklerjati minnhom, kif ukoll kwalunkwe metodu xieraq ibbażat fuq parametru statistiku ekwivalenti ta’ dipendenza. |
|
(25) |
Sabiex jiġi determinat il-perjodu ta’ żmien li matulu CCP hija esposta għal riskju tas-suq relatat mal-ġestjoni ta’ pożizzoni ta’ parti inadempjenti, is-CCP għandha tikkunsidra l-karatteristiċi rilevanti tal-istrumenti finanzjarji jew portafoll ikklerjati, bħalma huma l-livell tagħhom ta’ likwidità u d-daqs tal-pożizzjoni jew il-konċentrazzjoni tagħha. Is-CCPs għandhom jevalwaw b’mod prudenti il-ħin meħtieġ għal-likwidazzjoni totali ta’ pożizzjoni ta’ parti inadempjenti mill-aħħar ġbir tal-marġni, id-daqs tal-pożizzjoni u l-konċentrazzjoni tagħha. |
|
(26) |
Sabiex jiġi evitat li tkun ikkawżata jew iggravata l-instabbiltà finanzjarja, is-CCPs għandhom jadottaw, sa fejn l-aktar possibbli, metodoloġiji tal-marġni li jħarsu ‘l quddiem li jillimitaw il-probabbiltà ta’ bidliet proċikliċi fir-rekwiżiti tal-marġni, mingħajr ma tiġi mminata r-reżistenza tas-CCP. |
|
(27) |
Intervall ogħla ta’ kunfidenza għal derivattivi OTC huwa normalment iġġustifikat għaliex dawk il-prodotti jistgħu ibatu minn ipprezzar inqas affidabbli u sensieliet iqsar ta’ dejta storika li fuqhom jistgħu jiġu bbażati l-istimi tal-iskopertura. CCPs jistgħu jikklerjaw id-derivattivi OTC li ma jbatux minn dawn il-fenomeni u jkollhom l-istess karatteristiċi ta’ riskju bħal derivattivi mniżżla fir-reġistru u għandhom ikunu jistgħu jikklerjaw dawk il-prodotti konsistentement irrispettivament mill-metodu ta’ eżekuzzjoni. |
|
(28) |
Definizzjoni adegwata ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli hija komponent ewlieni tal-ġestjoni tar-riskju ta’ CCP. Għall-fini li jinżamm aġġornat il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP, kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli ma għandhomx jitqiesu bħala kunċett statiku, iżda pjuttost bħala kundizzjonijiet li jevolvu maż-żmien u jvarjaw bejn is-swieq. Xenarju wieħed tas-suq jista’ jkun estrem iżda plawsibbli għal CCP waħda filwaqt li ma jkollux importanza kbira għal oħra. CCP għandha tistabbilixxi qafas ta’ politika intern b’saħħtu għall-identifikazzjoni tas-swieq li tkun esposta għalihom u tapplika sett minimu komuni ta’ standards għad-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet estremi iżda plawsibbli f’kull suq identifikat. Għandha tqis oġġettivament il-potenzjal għal pressjonijiet simultanji f’aktar minn suq wieħed. |
|
(29) |
Sabiex jiġi żgurat li huma stabbiliti arranġamenti ta’ governanza xierqa u b’saħħithom, il-qafas użat minn CCP biex tidentifika kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli għandu jiġi diskuss mill-kumitat tar-riskju u jiġi approvat mill-bord. Għandu jiġi rivedut mill-inqas darba fis-sena, b’riżultati diskussi mill-kumitat tar-riskju li mbagħad jiġu kondiviżi mal-bord. Ir-reviżjoni għandha tiżgura li t-tibdiliet għall-iskala u l-konċentrazzjoni tal-iskoperturi tas-CCP kif ukoll l-iżviluppi fis-swieq li topera fihom huma riflessi fid-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli. Madankollu, dik ir-reviżjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-ġudizzju kontinwu tas-CCP dwar l-adegwatezza tal-fond tal-inadempjenza fid-dawl tal-kundizzjonijiet dejjem jevolvu tas-suq. |
|
(30) |
Biex tkun żgurata ġestjoni effiċienti tar-riskju tal-likwidità tagħhom, is-CCPs għandhom ikunu meħtieġa li jistabbilixxu qafas għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità. Dak il-qafas għandu jiddependi fuq in-natura tal-obbligi tagħha u jindirizza l-għodod li jkunu disponibbli għal CCP biex tivvaluta r-riskju tal-likwidità li qed taffronta, tiddetermina il-pressjonijiet tal-likwidità li jista’ jkun hemm u tiżgura l-adegwatezza tar-riżorsi likwidi tagħha. |
|
(31) |
Fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi likwidi tagħha, jeħtieġ li CCP tqis id-daqs u l-likwidità tar-riżorsi miżmuma minnha, kif ukoll il-konċentrazzjoni possibbli tar-riskju ta’ dawn l-assi. Huwa importanti li s-CCPs ikunu jistgħu jidentifikaw it-tipi ewlenin kollha ta’ konċentrazzjonijiet tar-riskju tal-likwidità fi ħdan ir-riżorsi tagħhom sabiex ir-riżorsi ta’ likwidità tas-CCP disponibbli minnufih meta jkunu meħtieġa. Is-CCPs għandhom iqisu wkoll riskji addizzjonali li ġejjin minn relazzjonijiet, interdipendenza u konċentrazzjonijiet multipli. |
|
(32) |
Billi l-likwidità għandha tkun faċilment disponibbli għal tranżazzjonijiet għall-jum konċernat jew saħansitra tranżazzjonijiet matul l-istess jum, CCP jistgħu jużaw flus fil-bank ċentrali, tal-ħruġ, flus f’banek kummerċjali ta’ sodezza kreditizja, linji impenjati ta’ kreditu, repos impenjati, kollateral kummerċjabbli ħafna miżmum f’kustodja u investimenti li huma disponibbli minnufih u konvertibbli fi flus b’arranġamenti ta’ finanzjament prestabbiliti u affidabbli ħafna, anki f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress. Tali flus u kollateral għandhom jingħaddu biss bħala parti mir-riżorsi finanzjarji likwidi prestabbiliti taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
(33) |
Sabiex jiġi pprovdut l-inċentiv neċessarju lis-CCP biex tistabbilixxi rekwiżiti prudenti u sabiex iżżomm dak l-ammont sa livell adegwat filwaqt li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, huwa importanti li tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu u ż-żamma ta’ ammont speċifiku tar-riżorsi proprji ddedikati li CCP għandha żżomm biex jintużaw fil-kaskata tal-inadempjenza. Huwa essenzjali li jinżammu separatament dawk ir-riżorsi li jkopru telf minħabba inadempjenza b’funzjoni distinta mir-rekwiżiti kapitali minimi tas-CCP li jkopru riskji differenti li CCP tista’ tkun skoperta għalihom. |
|
(34) |
Huwa importanti li s-CCPs japplikaw metodoloġija konsistenti għall-kalkolu tar-riżorsi proprji li għandhom jintużaw fil-kaskata tal-inadempjenza, sabiex jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti bejn is-CCPs. Jekk is-CCPs jingħataw diskrezzjoni biex jimplimentaw metodoloġija li ma tkunx ċara biżżejjed din tista’ twassal għal riżultati differenti ħafna fost is-CCPs, u b’hekk ikun inċentivat l-arbitraġġ regolatorju. Huwa għalhekk essenzjali li l-metodoloġija ma tippermettix diskrezzjoni min-naħa tas-CCPs. Għal dan il-għan, ikun xieraq li jkun hemm sempliċi persentaġġ ibbażat fuq miżura identifikabbli b’mod ċar u metodoloġija ċara għall-iżgurar ta’ kalkolu konsistenti tar-riżorsi proprji tas-CCPs li għandhom jintużaw f’kaskata tal-inadempjenza. |
|
(35) |
Għandu jiġi stabbilit sett minimu ta’ kriterji li jiżguraw li kollateral aċċettabbli jkun likwidu ħafna u jista’ jiġi kkonvertit malajr fi flus u bl-inqas impatt fuq il-prezz. Dawk il-kriterji għandhom jirreferu għall-emittent tal-kollateral, sa fejn jista’ jiġi likwidat fis-suq u jekk il-valur tiegħu huwa korrelatat mal-affidabbiltà kreditizja tal-membru li jissottometti il-kollateral biex ikopri risjku possibbli ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli. CCP jista’ jkollha l-alternattiva li tapplika kriterji addizzjonali fejn meħtieġ biex tikseb il-livell mixtieq ta’ robustezza. |
|
(36) |
CCPs għandhom jaċċettaw biss kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq. Sabiex jiġi żgurat li l-kollateral miżmum mis-CCPs jibqa’ likwidu ħafna f’kull ħin, jinħtieġ li s-CCPs jistabbilixxu politiki u proċeduri trasparenti u prevedibbli biex jivvalutaw u jimmonitorjaw kontinwament il-likwidità tal-assi aċċettati bħala kollateral adegwat, jimplimentaw metodoloġiji ta’ valwazzjoni. Għal dak il-għan, is-CCPs għandhom jimplimentaw ukoll il-limiti tal-konċentrazzjoni bil-għan li jżommu biżżejjed diversifikazzjoni tal-kollateral biex jiżguraw li jista’ jiġi likwidat fil-pront mingħajr riskju sinifikanti tas-suq li jaffettwaw il-valur tiegħu. Meta jkunu qed jistabbilixxu l-politiki tagħhom dwar il-kollateral eliġibbli u l-limiti tal-konċentrazzjoni dawn għandhom iqisu d-disponibbiltà globali ta’ tali kollateral fid-dawl ta’ effetti makroekonomiċi potenzjali tal-politiki tagħhom. |
|
(37) |
Sabiex jiġi evitat riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli, il-membri tal-ikklerjar għandhom ikunu permessi, b’mod ġenerali, li jużaw bħala kollateral it-titoli tagħhom stess jew titoli maħruġa minn entità mill-istess grupp tagħhom. Madankollu, CCP għandha tkun tista’ tippermetti membri tal-ikklerjar jissottomettu bonds koperti li huma protetti mill-insolvenza tal-emittent. Madankollu, il-kollateral sottostanti għandu jkun segregat b’mod xieraq mill-emittent u jissodisfa l-kriterji minimi għall-aċċettabbiltà tal-kollateral. Membru tal-ikklerjar ma għandux joħroġ strumenti finanzjarji għall-fini primara li jintużaw bħala kollateral minn membru tal-ikklerjar ieħor. |
|
(38) |
Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tas-CCPs, CCP għandha taċċetta, bħala kollateral, garanzija ta’ bank kummerċjali biss wara valutazzjoni bir-reqqa tal-emittent u tal-qafas legali, kuntrattwali u operazzjonali tal-garanzija. L-iskoperturi mhux garantiti tas-CCPs għal banek kummerċjali għandhom jiġu evitati. Għalhekk, garanziji tal-banek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati biss taħt kundizzjonijiet stretti. Dawk il-kundizzjonijiet huma ġeneralment issodisfati fi swieq kkaratterizzati minn konċentrazzjoni għolja ta’ banek kummerċjali li lesti li jipprovdu l-kreditu lil membri tal-ikklerjar mhux finanzjarji. Għal din ir-raġuni limitu ogħla tal-konċentrazzjoni għandu jkun permess f’dawn il-każijiet. |
|
(39) |
Biex tillimita r-riskju tas-suq tagħha, CCP għandha tkun meħtieġa li tivvaluta l-kollateral tagħha tal-anqas kuljum. Din għandha tapplika telf impost prudenti li jirrifletti t-tnaqqis potenzjali tal-valur tal-kollateral fuq l-intervall bejn l-aħħar rivalwazzjoni tagħha u ż-żmien sa meta kollateral jista’ raġonevolment jiġi preżunt li huwa likwidat f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress. Il-livell tal-kollateral għandu jqis ukoll skoperturi potenzjali ta’ riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli. |
|
(40) |
L-implimentazzjoni ta’ telf impost għandha tippermetti lis-CCP li tevita aġġustamenti kbar u mhux mistennija għall-ammont ta’ kollateral meħtieġ, u b’hekk jiġu evitati effetti proċikliċi sa fejn ikun possibbli. |
|
(41) |
CCP ma għandhiex tikkonċentra kollateral fuq għadd limitat ta’ emittenti jew f’għadd limitat ta’ assi, sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-prezzijiet potenzjalment sinfikanti f’każ ta’ likwidazzjoni ta’ kollateral fuq perjodu qasir ta’ żmien. Pożizzjonijiet konċentrati ta’ kollateral ma għandhomx jitqiesu bħala likwidi ħafna għal din ir-raġuni. |
|
(42) |
Likwidità, riskju tal-kreditu u tas-suq għandhom ikunu kkunsidrati fil-livell tal-portafoll kif ukoll fil-livell ta’ strument finanzjarju individwali. Portafoll ikkonċentrat jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq il-likwidità tal-kollateral jew tal-istrumenti finanzjarji li fihom is-CCP tista’ tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha, billi l-bejgħ ta’ pożizzjonijiet kbar f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress x’aktarx ma jkunx fattibbli mingħajr t-tnaqqis fil-prezz tas-suq. Għall-istess raġuni, kollateral miżmum mis-CCP għandu jiġi mmonitorjat u vvalutat fuq bażi kontinwa biex ikun żgurat li jibqa’ likwidu. |
|
(43) |
Swieq tad-derivattivi tal-enerġija juru rabta partikolarment b’saħħitha mas-swieq ta’ komoditajiet ta’ spot u f’dawn is-swieq ta’ derivattivi l-proporzjon ta’ membri tal-ikklerjar mhux finanzjarji huwa għoli. F’dawk is-swieq, għadd sinifikanti ta’ parteċipanti fis-suq huma wkoll produtturi tal-komodità sottostanti. Aċċess għal biżżejjed kollateral biex jappoġġa bis-sħiħ garanziji ta’ banek kummerċjali jista’ jesiġi żvestiment sostanzjali minn dawk il-membri tal-ikklerjar mhux finanzjarji tal-pożizzjonijiet attwali tagħhom jew jista’ jimpedihom milli jkomplu jikklerjaw il-pożizzjonijiet tagħhom bħala membru dirett tal-ikklerjar ta’ CCP. Dak il-proċess jista’ jikkawża interruzzjonijiet tas-suq fis-swieq tal-enerġija, f’termini ta’ likwidità u d-diversità ta’ parteċipanti fis-suq. Għalhekk, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi posposta skont qafas ta’ żmien stabbilit sew. |
|
(44) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, is-setturi kollha għandhom jaffrontaw rekwiżiti simili fil-forma finali tar-regoli applikabbli għalihom. Kumpaniji tal-enerġija attwalment joperaw taħt qafas stabbilit sew li se jeħtieġ xi żmien biex jadatta għar-rekwiżiti ġodda stabbiliti biex jiġu evitati effetti ta’ ħsara għall-ekonomija reali. Għalhekk, ikun tajjeb li tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni għal tali tipi ta’ swieq li tippermetti tranżizzjoni xierqa mill-prattika attwali tas-suq mingħajr ma jiġu affettwati bla bżonn l-istruttura u l-likwidità tas-suq. |
|
(45) |
Il-politika ta’ investiment ta’ CCP għandha tagħti l-ogħla prijorità lill-prinċipji tal-ħarsien tal-kapital u l-massimizzazzjoni tal-likwidità. Il-politika ta’ investiment għandha tiżgura wkoll li ma jinħolqu ebda kunflitti ta’ interess mal-interessi kummerċjali tas-CCP. |
|
(46) |
Il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-istrumenti finanzjarji biex jitqiesu bħala investimenti eliġibbli għas-CCP, għandhom iqisu l-Prinċipju 16 tal-Prinċipi CPSS-IOSCO sabiex tiġi żgurata l-konsistenza internazzjonali. B’mod partikolari, CCP għandha tkun meħtieġa li tapplika standards restrittivi dwar l-emittent tal-istrument finanzjarju, it-trasferibbiltà tal-istrument finanzjarju u l-kreditu, is-suq, il-volatilità u riskju tal-kambju tal-istrument finanzjarju. CCP għandha tiżgura li ma timminax miżuri meħuda biex jillimitaw l-iskopertura għar-riskju tal-investiment tagħha billi jkollha skoperturi eċċessivi għal kwalunkwe strument finanzjarju individwali, tip ta’ strument finanzjarju, emittent individwali, tip ta’ emittent jew kustodju individwali. |
|
(47) |
L-użu ta’ derivattivi minn CCP jesponiha għal riskji addizzjonali tal-kreditu u tas-suq u huwa għalhekk neċessarju li jiġi ddefinit sett restrittiv ta’ ċirkustanzi li fihom CCP tista’ tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha f’derivattivi. Billi l-għan tas-CCP għandu jkun li jkun hemm pożizzjoni żero fir-rigward tar-riskji tas-suq, l-uniċi riskji li CCP ikollha tiħħeġġja huma dawk li jikkonċernaw il-kollateral aċċettat minnha jew ir-riskji li jirriżultaw mill-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar. Ir-riskji li jikkonċernaw il-kollateral aċċettat minn CCP jistgħu jkunu mmaniġġjati biżżejjed permezz ta’ telf impost u mhuwiex meqjus bħala neċessarju li CCP tuża d-derivattivi f’dan ir-rigward. Id-derivattivi għandhom jintużaw biss minn CCP għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità li jirriżulta għal skoperturi għal muniti differenti u għall-finijiet ta’ ħħeġġjar tal-portafoll ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti u fejn il-proċeduri tal-ġestjoni tal-inadempjenza tas-CCP jipprevedu tali użu biss. |
|
(48) |
Biex jiżguraw is-sikurezza tas-CCPs, huma għandhom jitħallew biss iżommu flus f’depożiti mhux garantiti fi proporzjonijiet minimi. Waqt li jkunu qed jiggarantixxu l-flus tagħhom, is-CCPs għandhom dejjem jiżguraw li dawn huma dejjem protetti adegwatament kontra r-riskju tal-likwidità. |
|
(49) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti rigorużi tal-ittestjar tal-istress u dak retrospettiv biex jiġi żgurat li l-mudelli tas-CCP, il-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità jaħdmu kif suppost, filwaqt li jitqiesu r-riskji kollha li s-CCP tkun esposta għalihom, sabiex is-CCP, fi kwalunkwe ħin, ikollha riżorsi adegwati biex ikopru dawk ir-riskji. |
|
(50) |
Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ rekwiżiti għas-CCPs, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati rigward it-tipi ta’ testijiet li għandhom jitwettqu, inkluż kemm l-ittestjar tal-istress kif ukoll dak retrospettiv. Sabiex tkun koperta il-firxa wiesgħa ta’ kuntratti ta’ titoli u derivattivi li jistgħu jiġu kklerjati fil-futur, jiġu riflessi differenzi fl-approċċi tal-ġestjoni tal-operat u tar-riskju, ikun possibbli li jiġu indirizzati żviluppi futuri u riskji ġodda u tkun possibbli biżżejjed flessibbiltà, jeħtieġ approċċ ibbażat fuq il-kriterji. |
|
(51) |
Fil-validazzjoni ta’ mudelli ta’ CCP, il-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, huwa importanti li tintuża parti indipendenti xierqa sabiex tkun tista’ tinstab u tiġi implimentata kwalunkwe miżura korrettiva meħtieġa qabel l-implimentazzjoni u jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess materjali. Il-parti indipendenti għandha tkun separata biżżejjed mill-parti tal-operat tas-CCP li tiżviluppa, timplimenta u se topera l-mudell jew il-politiki li qed ikunu riveduti u ma għandhiex iżżom kunflitt ta’ interess materjali. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu ssodisfati jew minn parti interna li għandha linji separati ta’ rapportar jew parti esterna. |
|
(52) |
Aspetti varji tar-riżorsi finanzjarji ta’ CCP, notevolment il-kopertura tal-marġni, il-fondi ta’ inadempjenza u riżorsi finanzjarji oħra, huma mfassla biex ikopru xenarji u għanijiet differenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprovduti rekwiżiti speċifiċi biex jiġu riflessi dawn l-għanijiet u biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti fost is-CCPs. Fil-valutazzjoni tal-kopertura meħtieġa, is-CCP ma għandhiex tikkumpensa għal kwalunkwe skopertura bejn il-membri tal-ikklerjar inadempjenti, sabiex jiġu evitati l-impatti potenzjali li dawn l-iskoperturi jistgħu jkollhom. |
|
(53) |
It-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kklerjati minn CCP huma soġġetti għal varjetà ta’ riskji speċifiċi. CCP għandha għalhekk tkun meħtieġa li tikkunsidra r-riskji rilevanti kollha għas-swieq li tipprovdilhom servizzi ta’ kklerjar fil-mudelli tagħha, il-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità sabiex tiżgura li tkejjel b’mod adegwat l-iskopertura potenzjali tagħha fil-futur. Sabiex dawn ir-riskji jiġu ikkunsidrati kif suppost, rekwiżiti ta’ ttestjar tal-istress għandhom jinkludu riskji speċifiċi għall-istrumenti rilevanti għat-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji. |
|
(54) |
Sabiex CCP tiżgura li l-mudell tagħha għall-kalkolu tal-marġni inizjali jirrifletti adegwatament l-iskoperturi potenzjali tiegħu, minbarra l-ittestjar retrospettiv ta’ kuljum tal-kopertura tal-marġini tagħha li jħares lejn l-adegwatezza tal-marġni li għaliha qed isir appell għall-manutenzjoni, għandha tittestja wkoll b’mod retrospettiv parametri u suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell. Dan huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-mudelli tas-CCPs jikkalkulaw il-marġni inizjali b’mod preċiż. |
|
(55) |
Analiżi rigoruża tas-sensittività tar-rekwiżiti tal-marġni tista’ tassumi importanza akbar meta s-swieq huma llikwidi jew volatili u għandha tintuża biex tiddetermina l-impatt ta’ diversi parametri importanti tal-mudell. Analiżi tas-sensittività hija għodda effettiva biex tesplora n-nuqqasijiet moħbija li ma jistgħux jiġu identifikati permezz ta’ ttestjar retrospettiv. |
|
(56) |
Nuqqas ta’ twettiq ta’ testijiet tal-istress u dawk retrospettivi jista’ jwassal sabiex ir-riżorsi finanzjarji u likwidi ta’ CCP ma jkunux adegwati biex ikopru r-riskji reali li tkun esposta għalihom. Testijiet xierqa se jippermettu wkoll li l-mudelli ta’ CCP, u l-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, jindirizzaw minnufih swieq li qed jinbidlu u riskji ġodda. Ir-riżultati tat-test għandhom għalhekk jintużaw minnufih mis-CCPs sabiex jirrivedu l-mudelli, il-metodoloġiji u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħhom. |
|
(57) |
L-immudellar ta’ kondizzjonijiet estremi tas-suq jista’ jgħin CCP biex tiddetermina l-limiti tal-mudelli attwali tagħha, il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u r-riżorsi finanzjarji u likwidi. Madankollu, jesiġi li s-CCP teżerċita ġudizzju waqt l-immudellar tas-swieq u prodotti differenti. Ittestjar invertit tal-istress għandu jitqies bħala għodda utli ta’ ġestjoni, minkejja li mhijiex dik prinċipali, biex tiddetermina l-livell xieraq tar-riżorsi finanzjarji. |
|
(58) |
L-involviment tal-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u partijiet interessati rilevanti oħrajn fl-ittestjar tal-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza ta’ CCP, permezz ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni, huwa essenzjali sabiex jiżgura li dawn ikollhom il-fehim u l-kapaċità operazzjonali sabiex jipparteċipaw b’suċċess f’sitwazzjoni ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza. L-eżerċizzji ta’ simulazzjoni għandhom jirreplikaw xenarju standard biex juri r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u partijiet interessati relevanti oħrajn. Barra minn hekk huwa importanti li CCP jkollha mekkaniżmi xierqa li permezz tagħhom tkun tista’ taċċerta jekk hijiex meħtieġa azzjoni korrettiva u li tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ ċarezza jew diskrezzjoni permessi fir-regoli u l-proċeduri. L-ittestjar ta’ proċeduri ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza ta’ CCP huwa partikolarment importanti meta jiddependi fuq membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti jew partijiet terzi biex jgħinu fil-proċess ta’ likwidazzjoni u meta l-proċeduri tal-inadempjenza qatt ma ġew ittestjati minn inadempjenza reali. |
|
(59) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni. |
|
(60) |
L-AETS ikkonsultat, fejn rilevanti, lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u lill-membri tas-SEBĊ qabel ma ssottomettiet l-abbozz tal-istandards tekniċi li fuqhom huwa msejjes dan ir-Regolament. B’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (4) l-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“riskju ta’ bażi“ tfisser ir-riskju li jirriżulta minn movimenti kkorrelati mhux perfettament bejn żewġ assi jew kuntratti jew aktar ikklerjati mill-kontroparti ċentrali (CCP); |
|
2. |
“intervall ta’ kunfidenza” tfisser il-persentaġġ ta’ movimenti ta’ skoperturi għal kull strument finanzjarju kklerjat b’referenza għal perjodu retrospettiv speċifiku li CCP hija meħtieġa li tkopri tul ċertu perjodu ta’ likwidazzjoni; |
|
3. |
“rendiment ta’ konvenjenza” tfisser il-benefiċċji minn sjieda diretta tal-komodità fiżika u huwa affettwat kemm mill-kundizzjonijiet tas-suq kif ukoll minn fatturi bħal spejjeż fiżiċi tal-ħżin; |
|
4. |
“marġni” tfisser marġni kif imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jistgħu jinkludu marġni inizjali u l-marġni ta’ varjazzjoni; |
|
5. |
“marġni inizjali” tfisser marġni miġbura mis-CCP biex tkopri l-iskopertura futura potenzjali għal membri tal-ikklerjar li jipprovdu l-marġni u, fejn rilevanti, CCPs interoperabbli fl-intervall bejn l-aħħar ġbir tal-marġni u l-likwidazzjoni ta’ pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar jew indampjenza ta’ CCP interoperabbli; |
|
6. |
“marġni ta’ varjazzjoni” tfisser marġni miġbura jew imħallsa biex jirriflettu l-iskoperturi attwali li jirriżultaw minn tibdil attwali fil-prezz tas-suq; |
|
7. |
“riskju ta’ inadempjenza mhux mistennija” tfisser ir-riskju li kontroparti jew emittent isiru inadempjenti f’daqqa qabel ma s-suq ikollu żmien biżżejjed biex iqis dan fir-riskju akbar ta’ inadempjenza tiegħu; |
|
8. |
“perjodu ta’ likwidazzjoni”tfisser il-perjodu ta’ żmien użat għall-kalkolu tal-marġni li s-CCP tistma li huwa meħtieġ biex tiġi mmaniġġjata l-iskopertura tagħha għal membru inadempjenti u li matulu s-CCP tkun esposta għal riskju tas-suq relatat mal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet tal-parti inadempjenti; |
|
9. |
“perjodu retrospettiv” tfisser l-orizzont ta’ żmien għall-kalkolu tal-volatilità storika; |
|
10. |
“eċċezzjoni mill-ittestjar” tfisser ir-riżultat ta’ test li juri li l-mudell ta’ CCP jew il-qafas ta’ ġestjoni ta’ riskju tal-likwidità ma rriżultawx fil-livell ta’ kopertura intenzjonat; |
|
11. |
“riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli” tfisser ir-riskju li jirriżulta minn skopertura għal kontroparti jew emittent meta l-kollateral pprovdut minn dik il-kontroparti jew maħruġ minn dak l-emittent huwa ikkorrelatat ħafna mar-riskju tal-kreditu tiegħu. |
KAPITOLU II
RIKONOXXIMENT TA’ CCPS TA’ PAJJIŻI TERZI
(l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 2
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS għar-rikonoxximent ta’ CCP
Applikazzjoni għar-rikonoxximent sottomessa minn CCP stabbilita f’pajjiż terz tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem sħiħ tal-entità legali; |
|
(b) |
l-identitajiet tal-azzjonisti jew tal-membri b’parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti; |
|
(c) |
lista tal-Istati Membri li fihom tkun biħsiebha tipprovdi servizzi; |
|
(d) |
klassijiet ta’ strumenti finanzjarji kklerjati; |
|
(e) |
dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-websajt tal-AETS skont l-Artikolu 88(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(f) |
dettalji dwar ir-riżorsi finanzjarji tagħha, l-għamla u l-metodi li bihom huma miżmuma u l-arranġamenti biex jiġu ggarantiti inklużi l-proċeduri tal-ġestjoni tal-inadempjenza; |
|
(g) |
dettalji dwar il-metodoloġija tal-marġni u għall-kalkolu tal-fond tal-inadempjenza; |
|
(h) |
lista tal-kollateral eliġibbli; |
|
(i) |
tqassim tal-valuri, f’forma prospettiva jekk meħtieġa, ikklerjati mis-CCP applikanti skont kull munita tal-UE kklerjata; |
|
(j) |
riżultati tat-testijiet tal-istress u t-testijiet retrospettivi mwettqa matul is-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni; |
|
(k) |
ir-regoli u l-proċeduri interni tagħha bl-evidenzi tal-konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz; |
|
(l) |
dettalji ta’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni; |
|
(m) |
dettalji dwar l-arranġamenti ta’ segregazzjoni u s-sodezza legali u l-infurzabbiltà rispettivi; |
|
(n) |
dettalji dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċess tas-CCP u t-termini għas-sospensjoni u t-tmiem ta’ sħubija; |
|
(o) |
dettalji ta’ kull arranġament ta’ interoperabilità, inkluża l-informazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-fini ta’ valutazzjoni tal-arranġament. |
KAPITOLU III
REKWIŻITI ORGANIZZATTIVI
(l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 3
Arranġamenti ta’ governanza
1. Il-komponenti ewlenin tal-arranġamenti ta’ governanza tas-CCP li jiddefinixxu l-istruttura organizzattiva tagħha kif ukoll politiki, proċeduri u proċessi speċifikati b’mod ċar u ddokumentati tajjeb li bihom joperaw il-bord u l-maniġment superjuri tagħha jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
il-kompożizzjoni, ir-rwol u r-responsabilitajiet tal-bord u kwalunkwe kumitat tal-bord; |
|
(b) |
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-maniġment; |
|
(c) |
l-istruttura tal-maniġment superjuri; |
|
(d) |
il-linji tar-rapportar bejn il-maniġment superjuri u l-bord; |
|
(e) |
il-proċeduri għall-ħatra ta’ membri tal-bord u l-maniġment superjuri; |
|
(f) |
it-tfassil tal-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju, tal-konformità u tal-kontroll intern; |
|
(g) |
il-proċessi għall-iżgurar tar-responsabilità mal-partijiet interessati. |
2. CCP jkollha persunal adegwat biex tissodisfa l-obbligi kollha li ġejjin minn dan ir-Regolament u mir-Regolament (UE) Nru 648/2012. CCP ma tikkondividix il-persunal tagħha ma’ entitajiet oħra tal-grupp, sakemm mhux taħt it-termini ta’ arranġament ta’ esternalizzazzjoni skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
3. CCP tistabbilixxi linji ta’ responsabbiltà li huma ċari, konsistenti u ddokumentati sew. CCP tiżgura li l-funzjonijiet tal-uffiċjal kap tar-riskji, tal-uffiċjal kap għall-konformità u tal-uffiċjal kap tat-teknoloġija jitwettqu minn individwi differenti, li jkunu impjegati tas-CCP fdati bir-responsabbiltà esklussiva li jwettqu dawn il-funzjonijiet.
4. CCP li tkun parti minn grupp tqis kwalunkwe implikazzjoni tal-grupp għall-arranġamenti ta’ governanza tagħha stess inkluż jekk għandhiex il-livell meħtieġ ta’ indipendenza biex tissodisfa l-obbligi regolatorji bħala persuna ġuridika distinta u jekk l-indipendenza tagħha tista’ tiġi pperikolata mill-istruttura tal-grupp jew minn kwalunkwe membru tal-bord li jkun membru ta’ bord ta’ entitajiet oħra tal-istess grupp. B’mod partikolari, tali CCP tikkunsidra proċeduri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess inkluż fir-rigward tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni.
5. Meta CCP żżomm sistema ta’ bord ta’ żewġ livelli, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-bord kif stabbilit f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikunu allokati lill-bord superviżorju u l-bord maniġerjali kif xieraq.
6. Il-politiki, il-proċeduri, is-sistemi u l-kontrolli tal-ġestjoni tar-riskju ikunu parti minn qafas ta’ governanza koerenti u konsistenti li jkun rivedut u aġġornat regolarment.
Artikolu 4
Ġestjoni tar-riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern
1. CCP ikollha qafas sod għall-ġestjoni komprensiva tar-riskji materjali kollha li hija jew tista’ tkun esposta għalihom. CCP tistabbilixxi politiki, proċeduri u sistemi ddokumentati li jidentifikaw, ikejlu, jimmonitorjaw u jimmaniġjaw riskji bħal dawn. Fl-istabbiliment ta’ politiki, proċeduri u sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju, CCP tistrutturahom b’tali mod li jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar jimmaniġġjaw b’mod xieraq u jillimitaw ir-riskji li jistgħu joħolqu għas-CCP.
2. CCP tieħu ħarsa komprensiva u integrata tar-riskji rilevanti kollha. Dawn jinkludu r-riskji mill-membri tal-ikklerjar tagħha jew dawk li tista’ toħloq għalihom u, sa fejn ikun prattikabbli, għall-klijenti kif ukoll ir-riskji minn entitajiet oħrajn jew dawk li toħloq għalihom bħal, iżda mhux limitati għal CCPs interoperabbli, is-saldu tat-titoli u s-sistemi ta’ pagamenti, il-fornituri ta’ likwidità, id-depożitarji ċentrali tat-titoli, ċentri tan-negozjar servuti mis-CCP u fornituri ta’ servizzi kritiċi oħrajn.
3. CCP tiżviluppa għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju biex tkun f’pożizzjoni li timmaniġġja u tirrapporta r-riskji rilevanti kollha. Dawn jinkludu l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ interdipendenzi tas-sistema, tas-suq jew oħrajn. Jekk CCP tipprovdi servizzi marbuta mal-ikklerjar li jippreżentaw profil tar-riskju distint mill-funzjonijiet tagħha u potenzjalment toħloq riskji addizzjonali sinifikanti għalih, is-CCP timmaniġja dawk ir-riskji addizzjonali b’mod adegwat. Dan jista’ jinkludi s-separazzjoni legali tas-servizzi addizzjonali pprovduti minn dik is-CCP mill-funzjonijiet prinċipali tagħha.
4. L-arranġamenti tal-governanza jiżguraw li l-bord ta’ CCP jassumi r-responsabbiltà finali u r-responsabbiltà għall-ġestjoni tar-riskji tas-CCP. Il-bord jiddefinixxi, jiddetermina u jiddokumenta livell xieraq ta’ tolleranza tar-riskju u l-kapaċità li jiġġarrab riskju mis-CCP. Il-bord u l-maniġment superjuri jiżguraw li l-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli tas-CCP ikunu konsistenti mat-tolleranza tar-riskju tas-CCP u l-kapaċità li tiġġarrab riskju u li dawn jindirizzaw kif is-CCP tidentifika, tirrapporta, timmonitorja u timmaniġġja r-riskji.
5. CCP timpjega sistemi b’saħħithom ta’ informazzjoni u kontroll tar-riskju li jipprovdu s-CCP u, fejn xieraq, il-membri tal-ikklerjar tagħha u, sa fejn ikun possibbli, il-klijenti, il-kapaċità li tinkiseb informazzjoni f’waqtha u li jiġu applikati politiki u proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju b’mod xieraq. Dawn is-sistemi jiżguraw, mill-inqas li l-iskoperturi tal-kreditu u tal-likwidità huma mmonitorjati kontinwament fil-livell tas-CCP kif ukoll fil-livell tal-membru tal-ikklerjar u, sa fejn ikun prattikabbli, fil-livell tal-klijent.
6. CCP tiżgura li l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess meħtieġa għall-informazzjoni rilevanti kollha u li hija biżżejjed indipendenti minn funzjonijiet oħrajn tas-CCP. L-uffiċjal kap tar-riskji tas-CCP jimplimenta l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju inklużi l-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-bord.
7. CCP jkollha mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern biex jassistu lill-bord fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-politiki, tal-proċeduri u tas-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju tagħha. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà sodi, funzjoni b’saħħitha tal-konformità sod u uffiċċju indipendenti tal-awditjar intern u funzjoni ta’ validazzjoni jew reviżjoni.
8. Rapport finanzjarju ta’ CCP jitħejja fuq bażi annwali u jkun awditjat minn awdituri statutorji jew kumpaniji tal-awditjar skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (5).
Artikolu 5
Politika u proċeduri tal-konformità
1. CCP tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politiki u proċeduri adegwati mfassla biex jindividwaw kwalunkwe riskju ta’ nuqqas mis-CCP u l-impjegati tagħha li jikkonformaw mal-obbligi tas-CCP taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2012, kif ukoll ir-riskji assoċjati, u tistabbilixxi miżuri u proċeduri adegwati mfassla biex jiġi mminimizzat dan ir-riskju u biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod effettiv taħt dawn ir-Regolamenti.
2. CCP tiżgura li r-regoli, il-proċeduri u l-arranġamenti kuntrattwali tagħha jkunu ċari u komprensivi u li dawn jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2012 kif ukoll ir-rekwiżiti regolatorji u superviżorji applikabbli oħrajn.
Ir-regoli, il-proċeduri u l-arranġamenti kuntrattwali tas-CCP ikunu rreġistrati bil-miktub jew b’mezz ieħor li jservi fit-tul. Dawn ir-regoli, il-proċeduri, u l-arranġamenti kuntrattwali, flimkien ma’ kwalunkwe materjal ta’ akkumpanjament ikunu preċiżi, aġġornati u faċilment disponibbli għall-awtorità kompetenti, il-membri tal-ikklerjar u, fejn xieraq, il-klijenti.
CCP tidentifika u tanalizza s-sodezza tar-regoli, tal-proċeduri u tal-arranġamenti kuntrattwali tas-CCP. Jekk meħtieġ, jinkisbu opinjonijiet legali indipendenti għall-fini ta’ ta’ din l-analiżi. Is-CCP ikollha proċess biex tipproponi u timplimenta tibdiliet għar-regoli u l-proċeduri tagħha u biex qabel l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla materjali tikkonsulta l-membri tal-ikklerjar kollha affettwati u tissottometti t-tibdiliet proposti lill-awtorità kompetenti.
3. Fl-iżvilupp tar-regoli, tal-proċeduri u tal-arranġamenti kuntrattwali tagħha, CCP tikkunsidra l-prinċipji regolatorji, l-istandards tal-industrija u l-protokolli tas-suq rilevanti u tindika b’mod ċar fejn tali prattiki jkunu ġew inkorporati fid-dokumentazzjoni li tirregola d-drittijiet u l-obbligi tas-CCP, il-membri tal-ikklerjar tagħha u l-partijiet terzi rilevanti oħra.
4. CCP tidentifika u tanalizza kunflitti potenzjali ta’ kwistjonijiet ġuridiċi u tiżviluppa regoli u proċeduri li jtaffu r-riskju legali li jirriżulta minn dawn il-kwistjonijiet. Jekk meħtieġ, is-CCP tikseb opinjonijiet ġuridiċi indipendenti għall-fini ta’ ta’ din l-analiżi.
Ir-regoli u l-proċeduri tas-CCP jindikaw biċ-ċar il-liġi li hija maħsuba għall-applikazzjoni għal kull aspett tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet tas-CCP.
Artikolu 6
Funzjoni ta’ konformità
1. CCP tistabbilixxi u żżomm funzjoni ta’ konformità permanenti u effettiva li topera indipendentement mill-funzjonijiet l-oħra tas-CCP. Tiżgura li l-funzjoni ta’ konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, u l-kompetenza meħtieġa u l-aċċess meħtieġ għall-informazzjoni rilevanti kollha.
Meta tistabbilixxi l-funzjoni ta’ konformità tagħha, is-CCP tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-operat tagħha, u n-natura u l-firxa tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa matul dak l-operat.
2. L-uffiċjal kap għall-konformità mill-inqas ikollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
(a) |
jimmonitorja u jivvaluta, fuq bażi regolari, l-adegwatezza u l-effettività tal-miżuri u l-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(4), u l-azzjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas fil-konformità tas-CCP mal-obbligi tagħha; |
|
(b) |
jamministra l-politiki u l-proċeduri tal-konformità stabbiliti mill-maniġment superjuri u l-bord; |
|
(c) |
jagħti pariri u jassisti lill-persuni responsabbli għat-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tas-CCP biex tikkonforma mal-obbligi tas-CCP skont dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2012 u rekwiżiti regolatorji oħra, fejn applikabbli; |
|
(d) |
jirrapporta regolarment lill-bord dwar il-konformità mis-CCP u l-impjegati tagħha ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2012; |
|
(e) |
jistabbilixxi proċeduri għal rimedju effettiv ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; |
|
(f) |
jiżgura li l-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni ta’ konformità ma jkunux involuti fit-twettiq tas-servizzi jew l-attivitajiet li jkunu qegħdin jimmonitorjaw u li kwalunkwe kunflitt ta’ interess ta’ persuni bħal dawn jiġi identifikat u eliminat kif suppost. |
Artikolu 7
Struttura organizzattiva u s-separazzjoni tal-linji ta’ rapportar
1. CCP tiddefinixxi il-kompożizzjoni, ir-rwol u r-responsabilitajiet tal-bord u l-maniġment superjuri u kwalunkwe kumitat tal-bord. Dawn l-arranġamenti ikunu speċifikati b’mod ċar u ddokumentati sew. Il-bord jistabbilixxi, mill-inqas, kumitat tal-awditjar u kumitat għar-remunerazzjoni. Il-kumitat tar-riskju stabbilit skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikun kumitat konsultattiv għall-bord.
2. Il-bord jassumi mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
it-twaqqif ta’ għanijiet u strateġiji ċari għas-CCP; |
|
(b) |
il-monitoraġġ effettiv tal-maniġment superjuri; |
|
(c) |
l-istabbiliment ta’ politiki ta’ remunerazzjoni xierqa; |
|
(d) |
it-twaqqif u s-sorveljanza tal-uffiċċju ta’ ġestjoni tar-riskju; |
|
(e) |
is-sorveljanza tal-funzjoni ta’ konformità u l-funzjoni ta’ kontroll intern; |
|
(f) |
is-sorveljanza tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni; |
|
(g) |
is-sorveljanza tal-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ir- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2012 u tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji l-oħra kollha; |
|
(h) |
responsabbiltà fir-rigward tal-azzjonisti jew is-sidien u l-impjegati, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom u partijiet interessati rilevanti oħra. |
3. Il-maniġment superjuri jkollu mill-inqas ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
(a) |
l-iżgurar tal-konsistenza tal-attivitajiet tas-CCP mal-għanijiet u l-istrateġija tas-CCP kif stabbilit mill-bord; |
|
(b) |
it-tfassil u t-twaqqif ta’ proċeduri ta’ konformità u ta’ kontroll intern li jippromwovu l-għanijiet tas-CCP; |
|
(c) |
li l-proċeduri ta’ kontroll intern ikunu soġġetti għal reviżjoni u ttestjar regolari; |
|
(d) |
l-iżgurar li jkun hemm biżżejjed riżorsi allokati għall-ġestjoni tar-riskju u l-konformità; |
|
(e) |
li jkun involut b’mod attiv fil-proċess tal-kontroll tar-riskju; |
|
(f) |
l-iżgurar li r-riskji maħluqa għas-CCP mill-ikklerjar u l-attivitajiet tagħha marbuta mal-ikklerjar jiġu indirizzati kif suppost. |
4. Fejn il-bord jiddelega kompiti lil kumitati jew sottokumitati, huwa jżomm l-approvazzjoni tad-deċiżjonijiet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tas-CCP.
5. L-arranġamenti li bihom joperaw il-bord u l-maniġment superjuri jinkludu proċessi li jidentifikaw, jindirizzaw u jimmaniġġjaw il-kunflitti ta’ interess potenzjali tal-membri tal-bord u l-maniġment superjuri.
6. CCP jkollha linji tar-rapportar ċari u diretti bejn il-bord u l-maniġment superjuri tagħha sabiex jiġi żgurat li l-maniġment superjuri jkun responsabbli għall-prestazzjoni tiegħu. Il-linji tar-rapportar għall-ġestjoni tar-riskju, il-konformità u l-awditjar intern ikunu ċari u separati minn dawk għal operazzjonijiet oħra tas-CCP. L-uffiċjal kap tar-riskji jirrapporta lill-bord jew direttament jew permezz tal-president tal-kumitat tar-riskju. L-uffiċjal kap tal-konformità u l-uffiċċju tal-awditjar intern jirrapportaw direttament lill-bord.
Artikolu 8
Politika ta’ remunerazzjoni
1. Il-kumitat tar-remunerazzjoni jfassal u jiżviluppa ulterjorment il-politika ta’ remunerazzjoni, jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha mill-maniġment superjuri u jirrevedi l-operazzjoni prattika tagħha fuq bażi regolari. Il-politika nnifisha tiġi dokumentata u riveduta mill-inqas darba fis-sena.
2. Il-politika ta’ remunerazzjoni titfassal biex tallinja l-livell u l-istruttura tar-remunerazzjoni mal-ġestjoni prudenti tar-riskju. Il-politika tqis riskji prospettivi kif ukoll ir-riskji eżistenti u l-eżiti tar-riskji. Skedi ta’ ħlas ikunu sensittivi għall-orizzonti ta’ żmien tar-riskji. B’mod partikolari fil-każ ta’ remunerazzjoni varjabbli il-politika tqis inkongruwenzi possibbli bejn il-prestazzjoni u perjodi tar-riskju u tiżgura li l-pagamenti jiġu ddifferiti kif suppost. Il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni totali kunu bbilanċjati u jkunu konsistenti mal-allinjament tar-riskju.
3. Fil-politika ta’ remunerazzjoni tipprevedi li persunal ingaġġat fil-ġestjoni tar-riskju, fil-konformità u fl-uffiċċji tal-awditjar intern huma renumerati b’tali mod li huwa indipendenti mill-prestazzjoni tal-operat tas-CCP. Il-livell ta’ remunerazzjoni jkun adegwat f’termini ta’ responsabbiltà kif ukoll meta mqabbel mal-livell ta’ remunerazzjoni fl-oqsma kkonċernati.
4. Il-politika ta’ remunerazzjoni tkun soġġetta għal awditjar indipendenti, fuq bażi annwali. Ir-riżultati ta’ dan l-awditjar ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti.
Artikolu 9
Sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika
1. CCP tfassal u tiżgura li s-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika tagħha huma affidabbli u siguri kif ukoll kapaċi jipproċessaw l-informazzjoni meħtieġa għas-CCP biex twettaq l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha b’mod sikur u effiċjenti.
L-arkitettura tat-teknoloġija tal-informatika tkun iddokumentata sew. Is-sistemi jitfasslu biex jittrattaw il-ħtiġijiet operazzjonali tas-CCP u r-riskji li taffronta s-CCP, ikunu reżistenti, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress, u jkunu skalabbli, jekk meħtieġ, biex jipproċessaw informazzjoni addizzjonali. Is-CCP tipprovdi għal proċeduri u ppjanar tal-kapaċità kif ukoll għal kapaċità suffiċjenti mhux utilizzata li permezz tagħhom is-sistema tkun tista’ tipproċessa kull tranżazzjoni pendenti sal-aħħar tal-ġurnata f’ċirkostanzi fejn isseħħ interruzzjoni kbira. Is-CCP tipprovdi għal proċeduri għall-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida inklużi pjani ċari ta’ riverżjoni.
2. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-ipproċessar tal-informazzjoni u biex tkun possibbli l-konnettività mal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħha kif ukoll ma’ fornituri tas-servizzi tagħha, CCP tibbaża s-sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika tagħha fuq standards tekniċi rikonoxxuti internazzjonalment u l-aħjar prattiki tal-industrija. Is-CCP tissoġġetta s-sistemi tagħha għal ittestjar strett, billi tissimula kundizzjonijiet ta’ stress, qabel l-użu inizjali, wara li tkun għamlet tibdiliet sinifikanti u wara li tkun seħħet interruzzjoni kbira. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti, is-CCPs interoperabbli u partijiet interessati oħra jkunu involuti b’mod xieraq fit-tfassil u t-twettiq ta’ dawn it-testijiet.
3. CCP iżżomm qafas tas-sigurtà tal-informazzjoni b’saħħtu li jimmaniġġja b’mod xieraq ir-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni tagħha. Il-qafas jinkludi mekkaniżmi, politiki u proċeduri xierqa li jipproteġu l-informazzjoni minn divulgazzjoni mhux awtorizzata, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni u l-integrità tad-dejta u biex tiġi ggrantita d-disponibbiltà tas-servizzi tas-CCP.
4. Il-qafas tas-sigurtà tal-informazzjoni jinkludi tal-anqas dawn il-karatteristiċi:
|
(a) |
kontrolli ta’ aċċess għas-sistema; |
|
(b) |
salvagwardji adegwati kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-dejta; |
|
(c) |
apparati speċifiċi biex tiġi ppreservata l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta, inklużi tekniki kriptografiċi; |
|
(d) |
netwerks u proċeduri affidabbli għat-trażmissjoni preċiża u fil-pront mingħajr interruzzjonijiet kbar; |
|
(e) |
rendikonti tal-entrati. |
5. Is-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika u l-qafas tas-sigurtà tal-informazzjoni jiġu riveduti tal-anqas fuq bażi annwali. Ikunu soġġetti għal valutazzjonijiet ta’ awditjar indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet ikunu rrapportati lill-bord u jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti.
Artikolu 10
Divulgazzjoni
1. L-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli, min-naħa tas-CCP, għall-pubbliku mingħajr ħlas:
|
(a) |
informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ governanza tagħha, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
informazzjoni dwar ir-regoli tagħha, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
informazzjoni dwar kollateral eliġibbli u telf impost applikabbli; |
|
(d) |
lista tal-membri tal-ikklerjar attwali kollha, inklużi l-kriterji ta’ ammissjoni, sospensjoni u ħruġ tagħhom. |
Fejn l-awtorità kompetenti tiftiehem mas-CCP li kwalunkwe informazzjoni taħt il-punt (b) jew (c) ta’ dan il-paragrafu tista’ tpoġġi f’riskju s-segretezza kummerċjali jew is-sikurezza u s-sodezza tas-CCP, is-CCP tista’ tiddeċiedi li tiddivulga dik l-informazzjoni b’tali mod li jipprevjeni jew inaqqas dawk ir-riskji, jew li ma jiddivulgax tali informazzjoni.
2. CCP tiddivulga lill-pubbliku, mingħajr ħlas, informazzjoni dwar kull bidla materjali fl-arranġamenti ta’ governanza, l-għanijiet, l-istrateġiji u politiki ewlenin tagħha kif ukoll ir-regoli u l-proċeduri applikabbli tagħha.
3. Informazzjoni li tiġi divulgata lill-pubbliku mis-CCP tkun aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tagħha. L-informazzjoni tkun disponibbli mill-inqas f’lingwa konvenzjonali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.
Artikolu 11
Awditjar intern
1. CCP tistabbilixxi u żżomm uffiċċju tal-awditjar intern li jkun separat u indipendenti mill-funzjonijiet u l-attivitajiet l-oħra tas-CCP u li jkollu l-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm pjan tal-awditjar biex jiġu eżaminati u evalwati l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, il-mekkaniżmi tal-kontroll intern u l-arranġamenti tas-CCP; |
|
(b) |
joħroġ rakkomandazzjonijiet abbażi tar-riżultat tal-ħidma li tkun twettqet skont il-punt (a); |
|
(c) |
jivverifika l-konformità ma’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet; |
|
(d) |
jirrapporta kwistjonijiet ta’ awditjar intern lill-bord. |
2. L-uffiċċju tal-awditjar intern jkollu l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza meħtieġa u l-aċċess meħtieġ għad-dokumenti rilevanti kollha għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Ikun indipendenti biżżejjed mill-ġestjoni u jirrapporta direttament lill-bord.
3. Awditjar intern jivvaluta l-effettività tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju u l-mekkaniżmi ta’ kontroll tas-CCP b’mod li huwa proporzjonat għar-riskji affrontati mil-linji differenti tal-operat u indipendenti mill-oqsma ta’ operat ivvalutati. L-uffiċċju tal-awditjar intern ikollu l-aċċess meħtieġ għall-informazzjoni sabiex jirrevedi l-attivitajiet u l-operazzjonijiet, il-proċessi u s-sistemi tas-CCP, inklużi attivitajiet esternalizzati.
4. Valutazzjonijiet tal-awditjar intern ikunu bbażati fuq pjan tal-awditjar komprensiv li jiġi rivedut u rrapportat lill-awtorità kompetenti mill-inqas darba fis-sena. Is-CCP tiżgura li jistgħu jitwettqu awditi speċjali fuq bażi xprunta minn event fi żmien qasir. L-ippjanar u r-reviżjoni tal-awditjar jiġu approvati mill-bord.
5. L-operazzjonijiet tal-ikklerjar, il-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji, il-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-kontijiet ta’ CCP ikunu soġġetti għal awditu indipendenti. L-awditi indipendenti jitwettqu, tal-anqas, darba fis-sena.
KAPITOLU IV
ŻAMMA TAR-REKORDS
(l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 12
Rekwiżiti ġenerali
1. CCP iżżomm ir-rekords b’mezz li jservi fit-tul li jippermetti li l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti, l-AETS u l-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), u f’tali forma u manjiera li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
kull stadju ewlieni tal-ipproċessar mis-CCP jista’ jiġi kostitwit mill-ġdid; |
|
(b) |
il-kontenut oriġinali ta’ rekord qabel kwalunkwe korrezzjoni jew emendi oħra jistgħu jiġu rreġistrati, ittraċċati u rkuprati; |
|
(c) |
ikunu stabbiliti miżuri li jipprevjenu tibdil mhux awtorizzat fir-rekords; |
|
(d) |
ikunu żgurati s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-dejta rreġistrata permezz ta’ miżuri xierqa; |
|
(e) |
ikun inkorporat mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji fis-sistema ta’ żamma tar-rekords; |
|
(f) |
ikun żgurat l-irkupru fil-ħin tar-rekords fil-każ ta’ falliment tas-sistema fi ħdan is-sistema ta’ żamma ta’ rekords. |
2. Meta r-rekords jew l-informazzjoni ilhom inqas minn sitt xhur, dawn jiġu pprovduti lill-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ operat li jmiss wara talba mill-awtorità rilevanti.
3. Meta r-rekords jew l-informazzjoni ilhom aktar minn sitt xhur, dawn jiġu pprovduti lill-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli u fi żmien ħamest ijiem ta’ operat wara talba mill-awtorità rilevanti.
4. Fejn ir-rekords ipproċessati mis-CCP jinkludu dejta personali, is-CCPs jikkunsidraw l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
5. Meta CCP żżomm rekords barra l-Unjoni, tiżgura li l-awtorità kompetenti, l-AETS u l-membri rilevanti tas-SEBĊ, ikunu jistgħu jaċċessaw ir-rekords sal-istess livell u fi ħdan l-istess perjodi bħallikieku kienu miżmuma fi ħdan l-Unjoni.
6. Kull CCP tinnomina l-persuni rilevanti li jistgħu jispjegaw, fiż-żmien stabbilit fil-paragrafi 2 u 3 għall-forniment tar-rekords rilevanti, il-kontenut tar-rekords tagħha lill-awtoritajiet kompetenti.
7. Ir-rekords kollha meħtieġa li jinżammu minn CCP taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu miftuħa għal spezzjoni mill-awtorità kompetenti. CCP tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti t-trażmissjoni diretta tad-dejta għar-rekords meħtieġa skont l-Artikoli 13 u 14, meta mitluba.
Artikolu 13
Rekords tat-tranżazzjonijiet
1. CCP iżżomm rekords tat-tranżazzjonijiet kollha fil-kuntratti kollha li tikklerja u tiżgura li r-rekords tagħha jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq rikostruzzjoni komprensiva u preċiża tal-proċess tal-ikklerjar għal kull kuntratt u li kull rekord dwar kull transazzjoni ikun identifikabbli b’mod uniku u li jista’ jitfittex tal-anqas permezz tal-oqsma kollha li jikkonċernaw is-CCP, is-CCP interoperabbli, il-membru tal-ikklerjar, il-klijent, jekk magħruf mis-CCP, u l-istrument finanzjarju.
2. Fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni li tasal għall-ikklerjar, CCP, immedjatament malli tirċievi l-informazzjoni rilevanti, tagħmel u żżomm aġġornat rekord tad-dettalji li ġejjin:
|
(a) |
il-prezz, ir-rata jew il-firxa u l-kwantità; |
|
(b) |
il-kapaċità ta’ kklerjar, li tidentifika jekk it-tranżazzjoni kinitx waħda ta’ xiri jew ta’ bejgħ mill-perspettiva tar-rekordjar tas-CCP; |
|
(c) |
l-identifikazzjoni tal-istrument; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni tal-membru tal-ikklerjar; |
|
(e) |
l-identifikazzjoni tal-post fejn ġie konkluż il-kuntratt; |
|
(f) |
id-data u l-ħin tal-interpożizzjoni tas-CCP; |
|
(g) |
id-data u l-ħin tat-tmiem tal-kuntratt; |
|
(h) |
it-termini u l-modalità tas-saldu; |
|
(i) |
id-data u l-ħin tas-saldu jew ta’ tifdija tat-tranżazzjoni u, sa fejn huma applikabbli, d-dettalji li ġejjin:
|
Artikolu 14
Rekords tal-pożizzjoni
1. CCP iżżomm rekords ta’ pożizzjonijiet miżmuma minn kull membru tal-ikklerjar. Jinżammu rekords separati għal kull kont li jinżamm skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u s-CCP tiżgura li r-rekords tagħha jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex titwettaq rikostruzzjoni komprensiva u preċiża tat-tranżazzjonijiet li stabbilixxew il-pożizzjoni u li kull rekord huwa identifikabbli u jista’ jitfittex mill-inqas permezz tal-oqsma kollha li jikkonċernaw is-CCP, is-CCP interoperabbli, il-membru tal-ikklerjar, il-kljient, jekk magħruf mis-CCP, u l-istrument finanzjarju.
2. Fi tmiem kull jum ta’ operat CCP tagħmel rekord fir-rigward ta’ kull pożizzjoni inklużi d-dettalji li ġejjin, sa fejn huma marbuta mal-pożizzjoni inkwistjoni:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta’ membru tal-ikklerjar, tal-klijent, jekk magħruf lis-CCP, u ta’ CCP interoperabbli li żżomm tali pożizzjoni, fejn applikabbli; |
|
(b) |
is-sinjal tal-pożizzjoni; |
|
(c) |
il-kalkolu ta’ kuljum tal-valur tal-pożizzjoni bir-rekords tal-prezzijiet li bihom huma valwati l-kuntratti, u ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. |
3. CCP tagħmel, u żżomm aġġornat, rekord tal-ammonti ta’ marġni, il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi finanzjarji l-oħra msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li tagħmel appell għall-manutenzjoni tagħhom u l-ammont korrispondenti attwalment sottomess minn membru tal-ikklerjar fl-aħħar tal-ġurnata u l-bidliet għal dak l-ammont li jistgħu matul l-istess ġurnata, fir-rigward ta’ kull membru uniku tal-ikklerjar u kont tal-klijent jekk magħruf lis-CCP.
Artikolu 15
Rekords tal-operat
1. CCP iżżomm rekords adegwati u b’mod ordinat tal-attivitajiet relatati mal-operat u l-organizzazzjoni interna tagħha.
2. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 isiru kull darba sseħħ bidla materjali fid-dokumenti rilevanti u jinkludu mill-inqas:
|
(a) |
l-organigrammi tal-bord u l-kumitati rilevanti, tal-unità ta’ kklerjar, l-unità ta’ ġestjoni tar-riskju, u l-unitajiet u d-diviżjonijiet rilevanti l-oħra kollha; |
|
(b) |
l-identitajiet tal-azzjonisti jew il-membri, kemm jekk humiex persuni diretti jew indiretti, fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet; |
|
(c) |
id-dokumenti li jattestaw il-politiki, il-proċeduri u l-proċessi meħtieġa taħt il-Kapitolu III u l-Artikolu 29; |
|
(d) |
il-minuti tal-laqgħat tal-bord u, jekk applikabbli, tal-laqgħat tas-sottokumitati tal-bord u tal-kumitati tal-maniġment superjuri; |
|
(e) |
il-minuti tal-laqgħat tal-kumitat tar-riskju; |
|
(f) |
il-minuti tal-gruppi ta’ konsultazzjoni ma’ membri tal-ikklerjar u l-klijenti, jekk ikun hemm; |
|
(g) |
rapporti ta’ awditjar intern u estern, rapporti ta’ ġestjoni tar-riskju, rapporti tal-konformità, u rapporti minn kumpaniji ta’ konsultazzjoni, inklużi r-reazzjonijiet tal-maniġment; |
|
(h) |
il-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru, meħtieġa skont l-Artikolu 17; |
|
(i) |
il-pjan ta’ likwidità u r-rapporti ta’ kuljum dwar il-likwidità, meħtieġa skont l-Artikolu 32; |
|
(j) |
rekords li jirriflettu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-kontijiet kapitali kif meħtieġ skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(k) |
l-ilmenti li jkunu waslu, b’informazzjoni dwar l-isem, l-indirizz u n-numru tal-kont tal-ilmentatur; id-data meta wasal l-ilment; l-isem tal-persuni kollha identifikati fl-ilment; deskrizzjoni tan-natura tal-ilment; it-trattament tal-ilment, u d-data meta ġie solvut l-ilment; |
|
(l) |
rekords ta’ kull interruzzjoni tas-servizzi jew disfunzjoni, inkluż rapport dettaljat dwar l-għażla taż-żmien, l-effetti u l-azzjonijiet ta’ rimedju; |
|
(m) |
rekords tar-riżultati tat-testijiet retrospettivi u tal-istress imwettqa; |
|
(n) |
komunikazzjonijiet bil-miktub ma’ awtoritajiet kompetenti, mal-AETS u l-membri rilevanti tas-SEBĊ; |
|
(o) |
opinjonijiet ġuridiċi li jaslu skont il-Kapitolu III; |
|
(p) |
fejn applikabbli, dokumentazzjoni dwar l-arranġamenti tal-interoperabilità ma’ CCPs oħra; |
|
(q) |
l-informazzjoni taħt l-Artikolu 10(1)(b)(vii) u (1)(d); |
|
(r) |
id-dokumenti rilevanti li jiddeskrivu l-iżvilupp ta’ inizjattivi kummerċjali ġodda. |
Artikolu 16
Rekords tad-dejta rrapportata lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet
CCP tidentifika u żżomm l-informazzjoni u d-dejta kollha meħtieġa li tiġi rrapportata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, flimkien ma’ rekord tad-data u l-ħin meta t-tranżazzjoni ġiet irrapportata.
KAPITOLU V
KONTINWITÀ TAL-OPERAT
(l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 17
Strateġija u politika
1. CCP ikollha politika tal-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastru li jkunu approvati mill-Bord. Il-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru ikunu soġġetti għal reviżjonijiet indipendenti li jkunu rrapportati lill-bord.
2. Il-politika ta’ kontinwità tal-operat tidentifika l-funzjonijiet kummerċjali kritiċi kollha u s-sistemi relatati, u tinkludi l-istrateġija, il-politika, u l-għanijiet tas-CCP li jiżguraw il-kontinwità ta’ dawn il-funzjonijiet u sistemi.
3. Politika ta’ kontinwità tal-operat tqis ir-rabtiet esterni u l-interdipendenza fi ħdan l-infrastruttura finanzjarja inklużi ċentri tan-negozjar ikklerjati mis-CCP, sistemi ta’ saldu u ħlas tat-titoli u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu użati mis-CCP jew CCP marbuta. Tqis ukoll funzjonijiet jew servizzi kritiċi li ġew esternalizzati lil fornituri terzi.
4. Il-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru jkun fihom arranġamenti ddefiniti u ddokumentati b’mod ċar għall-użu fil-każ ta’ emerġenza, diżastru jew kriżi għall-kontinwità tal-operat li huma mfassla sabiex jiżguraw livell minimu tas-servizz tal-funzjonijiet kritiċi.
5. Il-pjan ta’ rkupru minn diżastru jidentifika u jinkludi għanijiet ta’ punt ta’ rkupru u għanijiet ta’ ħin tal-irkupru għal funzjonijiet kritiċi u jiddetermina l-istrateġija ta’ rkupru l-aktar xierqa għal kull waħda minn dawn il-funzjonijiet. Arranġamenti bħal dawn jitfasslu biex jiżguraw li f’xenarji estremi il-funzjonijiet kritiċi jitlestew fil-ħin u jiġu ssodisfati l-livelli ta’ servizz miftiehma.
6. Politika ta’ kontinwità tal-operat ta’ CCP tidentifika l-ammont ta’ ħin massimu aċċettabbli li matulu ma jkunux jistgħu jintużaw funzjonijiet u sistemi kritiċi. Il-ħin massimu ta’ rkupru għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP li għandu jiġi inkluż f’politika tal-kontinwità tal-operat ma għandux ikun iktar minn sagħtejn. Proċeduri u pagamenti tal-aħħar tal-ġurnata jitlestew fil-ħin u jum meħtieġa fi kwalunkwe ċirkostanza.
7. CCP għandha tqis l-impatt kumplessiv potenzjali fuq l-effiċjenza tas-suq meta tistabbilixxi l-ħinijiet ta’ rkuprar għal kull funzjoni.
Artikolu 18
Analiżi tal-impatt fuq l-operat
1. CCP twettaq analiżi tal-impatt fuq l-operat li tkun imfassla biex tidentifika il-funzjonijiet kummerċjali li huma kritiċi biex jiġu żgurati s-servizzi tas-CCP. L-importanza ta’ dawn il-funzjonijiet għal istituzzjonijiet u funzjonijiet oħrajn fl-infrastruttura finanzjarja tkun parti mill-analiżi.
2. CCP tuża analiżi tar-riskju bbażata fuq xenarju li tkun imfassla biex tidentifika kif diversi xenarji jaffettwaw ir-riskji għal funzjonijiet kummerċjali kritiċi tagħha.
3. Fil-valutazzjoni tar-riskji, CCP tqis id-dipendenzi fuq fornituri esterni, inklużi servizzi ta’ utilità pubblika. CCP tieħu azzjoni biex timmaniġġja dawn id-dipendenzi permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali u organizzattivi xierqa.
4. Analiżi tal-impatt fuq l-operat u analiżi tax-xenarji jinżammu aġġornati, tal-anqas ikunu riveduti darba fis-sena u wara inċident jew bidliet organizzattivi sinifikanti. L-analiżi tqis l-iżviluppi rilevanti kollha, inklużi l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi.
Artikolu 19
Irkupru minn diżastru
1. CCP ikollha stabbiliti arranġamenti biex tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tagħha abbażi ta’ xenarji ta’ diżastri. Dawn l-arranġamenti mill-anqas jindirizzaw id-disponibbiltà ta’ riżorsi umani adegwati, il-perjodu massimu ta’ qtugħ ta’ funzjonijiet kritiċi, u l-kommutazzjoni awtomatika u l-irkuprar fuq sit sekondarju.
2. CCP iżżomm sit sekondarju tal-ipproċessar kapaċi jiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi kollha tas-CCP li jkun identiku għas-sit primarju. Is-sit sekondarju jkollu profil tar-riskju ġeografiku li huwa distint minn dak tas-sit primarju.
3. CCP iżżomm jew ikollha aċċess immedjat għal sit sekondarju tal-operat, tal-anqas, sabiex il-persunal ikun jista’ jiżgura l-kontinwità tas-servizz jekk il-post primarju tal-operat ma jkunx disponibbli.
4. Min-naħa tas-CCP, titqies il-ħtieġa ta’ siti addizzjonali ta’ pproċessar, b’mod partikolari jekk id-diversità tal-profili tar-riskji tas-siti primarji u sekondarji ma jipprovdux biżżejjed kunfidenza li l-għanijiet ta’ kontinwità tal-operat tas-CCP se jintlaħqu fis-sitwazzjonijiet kollha.
Artikolu 20
Testjar u monitoraġġ
1. CCP tittestja u timmonitorja l-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru tagħha f’intervalli regolari u wara modifikazzjonijiet sinifikanti jew bidliet fis-sistemi jew funzjonijiet relatati biex ikun żgurat li l-politika ta’ kontinwità tal-operat qiegħda tilħaq l-għanijiet iddikjarati inkluż l-għan ta’ ħin massimu ta’ rkuprar ta’ sagħtejn. It-testijiet jiġu ppjanati u ddokumentati.
2. L-ittestjar tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-pjan ta’ rkupru minn diżastru jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jinvolvi xenarji ta’ diżastri fuq skala kbira u trasferimenti awtomatiċi bejn siti primarji u sekondarji; |
|
(b) |
jinkludi l-involviment tal-membri tal-ikklerjar, tal-fornituri esterni u l-istituzzjonijiet rilevanti tal-infrastruttura finanzjarja li magħhom ġew identifikati interdipendenzi fil-politika ta’ kontinwità tal-operat. |
Artikolu 21
Manutenzjoni
1. CCP tirrevedi u taġġorna regolarment il-politika ta’ kontinwità ta’ operat tagħha biex tinkludi l-funzjonijiet kritiċi kollha u l-istrateġija ta’ rkupru l-aktar xierqa għalihom.
2. CCP regolarment tirrevedi u taġġorna l-pjan ta’ rkupru minn diżastru tagħha biex tinkludi l-istrateġija ta’ rkupru l-aktar xierqa għall-funzjonijiet kritiċi kollha.
3. L-aġġornamenti għall-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru jqisu r-riżultati tat-testijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ analiżi indipendenti u analiżi oħra u ta’ awtoritajiet kompetenti. Is-CCPs jirrevedu l-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru tagħhom wara kull interruzzjoni sinifikanti, biex jidentifikaw l-kawżi u kwalunkwe titjib meħtieġ għall-operazzjonijiet, il-politika ta’ kontinwità tal-operat u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru tas-CCP.
Artikolu 22
Ġestjoni ta’ kriżi
1. CCP ikollha funzjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżi biex taġixxi f’każ ta’ emerġenza. Il-proċedura ta’ ġestjoni ta’ kriżi tkun ċara u ddokumentata bil-miktub. Il-bord jimmonitorja l-funzjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżi u jirċievi u janalizza regolarment rapporti dwarha.
2. Il-funzjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżi jkun fiha proċeduri ċari u strutturati sew biex timmaniġġja komunikazzjonijiet interni u esterni ta’ kriżi waqt każ ta’ kriżi.
3. Wara każ ta’ kriżi, is-CCP twettaq analiżi ta’ kif ittrattat il-kriżi. L-analiżi tinkorpora, fejn rilevanti, kontribuzzjonijiet minn membri tal-ikklerjar u l-partijiet interessati esterni oħra.
Artikolu 23
Komunikazzjoni
1. CCP ikollha pjan ta’ komunikazzjoni li jiddokumenta l-mod li bih il-maniġment superjuri, il-bord u l-partijiet interessati esterni rilevanti, inklużi l-awtoritajiet kompetenti, il-membri tal-ikklerjar, klijenti, aġenti tas-saldu, sistemi ta’ saldu u pagament tat-titoli u ċentri tan-negozjar jibqgħu jiġu adegwatament infurmati matul kriżi.
2. Analiżi tax-xenarji, analiżi tar-riskju, analiżi u riżultati tal-monitoraġġ u t-testijiet ikunu rrapportati lill-bord.
KAPITOLU VI
MARĠNI
(l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 24
Persentaġġ
1. CCP tikkalkula l-marġni inizjali biex ikopru l-iskoperturi li jirriżultaw minn movimenti fis-suq għal kull strument finanzjarju li jkun kollateralizzat abbażi ta’ prodott, matul il-perjodu ta’ żmien iddefinit fl-Artikolu 25 u billi jitqies orizzont ta’ żmien għal-likwidazzjoni tal-pożizzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 26. Għall-kalkolu tal-marġni inizjali s-CCP mill-inqas jirrispettaw l-intervall ta’ kunfidenza li ġejjin:
|
(a) |
għal derivattivi OTC, 99,5 %; |
|
(b) |
għal strumenti finanzjarji għajr derivattivi OTC, 99 %. |
2. Biex jiġi stabbilit l-intervall ta’ kunfidenza adegwat għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji ikklerjati minnha, CCP tqis ukoll il-fatturi li ġejjin:
|
(a) |
il-kumplessitajiet u l-livell ta’ inċertezzi fl-ipprezzar tal-klassi ta’ strumenti finanzjarji li jistgħu jillimitaw il-validazzjoni tal-kalkolu tal-marġni inizjali u dik ta’ varjazzjoni; |
|
(b) |
il-karatteristiċi tar-riskju tal-klassi ta’ strumenti finanzjarji, li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, il-volatilità, it-tul ta’ żmien, il-likwidità, karatteristiċi mhux lineari tal-prezz, riskju ta’ inadempjenza mhux mistennija u riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli; |
|
(c) |
il-livell sa fejn kontrolli tar-riskju oħra ma jillimitawx b’mod adegwat l-iskoperturi tal-kreditu; |
|
(d) |
l-ingranaġġ inerenti tal-klassi ta’ strumenti finanzjarji, inkluż jekk il-klassi ta’ strument finanzjarju hijiex sostanzjalment volatili, ikkonċentrata ħafna bejn ftit protagonisti tas-suq jew tista’ tkun diffiċli li tingħalaq. |
3. Is-CCP tinforma l-awtorità kompetenti tagħha u l-membri tal-ikklerjar tagħha dwar il-kriterji kkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat il-persentaġġ applikat għall-kalkolu tal-marġni għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji.
4. Meta CCP tikklerja derivattivi OTC li jkollhom l-istess karatteristiċi ta’ riskju bħal derivattivi eżegwiti fi swieq regolati jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, abbażi ta’ valutazzjoni tal-fatturi ta’ riskju elenkati fil-paragrafu 2, is-CCP tista’ tuża intervall ta’ kunfidenza alternattiv ta’ mill-inqas 99 % għal dawk il-kuntratti jekk ir-riskji tal-kuntratti ta’ derivattivi OTC ikklerjati minnha jkunu adegwatament mitigati bl-użu ta’ tali intervall ta’ kunfidenza u jkunu rispettati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2.
Artikolu 25
Orizzont ta’ żmien għall-kalkolu tal-volatilità storika
1. CCP tiżgura li skont il-mudell ta’ metodoloġija tagħha u l-proċess ta’ validazzjoni tagħha stabbiliti skont il-Kapitolu XII, marġni inizjali jkopru mill-inqas, bl-intervall ta’ kunfidenza ddefinit fl-Artikolu 24 u għall-perjodu ta’ likwidazzjoni ddefinit fl-Artikolu 26, l-iskoperturi li jirriżultaw minn volatilità storika kkalkulata abbażi ta’ dejta li tkopri mill-inqas l-aħħar 12-il xahar.
Is-CCP tiżgura li d-dejta użata għall-kalkolu tal-volatilità storika tkopri firxa sħiħa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, inklużi perjodi ta’ stress.
2. CCP tista’ tuża kwalunkwe orizzont ta’ żmien ieħor għall-kalkolu tal-volatilità storika sakemm l-użu ta’ tali orizzonti ta’ żmien jirriżulta f’rekwiżiti tal-marġini li jkunu għolja tal-anqas daqs dawk miksuba maż-żmien bil-perjodu ta’ żmien iddefinit fil-paragrafu 1.
3. Parametri tal-marġini għal strumenti finanzjarji mingħajr perjodu ta’ osservazzjoni storika jkunu bbażati fuq suppożizzjonijiet konservattivi. CCP tadatta minnufih il-kalkolu tal-marġini meħtieġa abbażi ta’ analiżi tal-istorja tal-prezz tal-istrumenti finanzjarji ġodda.
Artikolu 26
Orizzonti ta’ żmien għall-perjodu ta’ likwidazzjoni
1. CCP tiddefinixxi l-orizzonti ta’ żmien għall-perjodu ta’ likwidazzjoni billi tqis il-karatteristiċi tal-istrument finanzjarju kklerjat, is-suq fejn dan jiġi nnegozjat, u l-perjodu għall-kalkolu u l-ġbir tal-marġini. Dawn il-perjodi ta’ likwidazzjoni jkunu mill-inqas:
|
(a) |
ħamest ijiem ta’ operat għal derivattivi OTC; |
|
(b) |
jumejn ta’ operat għal strumenti finanzjarji għajr derivattivi OTC. |
2. Fil-każijiet kollha, għad-determinazzjoni ta’ perjodu ta’ likwidazzjoni adegwat, is-CCP tevalwa u tgħodd mill-inqas dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-itwal perjodu possibbli li jista’ jgħaddi mill-aħħar ġbir tal-marġini sad-dikjarazzjoni ta’ inadempjenza mis-CCP jew l-attivazzjoni tal-proċess tal-ġestjoni tal-inadempjenza mis-CCP; |
|
(b) |
il-perjodu stmat meħtieġ biex tiġi mfassla u eżegwita l-istrateġija għall-ġestjoni tal-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar skont il-partikolaritajiet ta’ kull klassi ta’ strument finanzjarju, inkluż il-livell tagħha ta’ likwidità u d-daqs u l-konċentrazzjoni tal-pożizzjonijiet, u s-swieq li s-CCP se tuża biex tagħlaq jew tiħħeġġja kompletament pożizzjoni ta’ membru tal-ikklerjar; |
|
(c) |
fejn rilevanti, il-perjodu meħtieġ biex jiġi kopert ir-riskju tal-kontraparti li tkun esposta għalih is-CCP. |
3. Fl-evalwazzjoni tal-perjodi ddefiniti fil-paragrafu 2, is-CCP tikkunsidra, mill-inqas, il-fatturi indikati fl-Artikolu 24(2) u l-perjodu ta’ żmien għall-kalkolu tal-volatilità storika kif iddefinit fl-Artikolu 25.
4. Meta CCP tikklerja derivattivi OTC li jkollhom l-istess karatteristiċi tar-riskju bħal derivattivi eżegwiti fi swieq regolati jew suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, tista’ tuża orizzont ta’ żmien għall-perjodu ta’ likwidazzjoni differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 1, sakemm tkun tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li:
|
(a) |
tali orizzont ta’ żmien ikun aktar xieraq minn dak speċifikat fil-paragrafu 1 fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tad-derivattivi OTC rilevanti; |
|
(b) |
tali orizzont ta’ żmien ikun mill-inqas jumejn ta’ operat. |
Artikolu 27
Proviżjonament ta’ marġni ta’ portafoll
1. CCP tista’ tippermetti kumpens jew tnaqqis fil-marġini meħtieġa fl-istrumenti finanzjarji li tikklerja jekk ir-riskji fil-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew sett ta’ strumenti finanzjarji ikun ikkorrelatat b’mod sostanzjali u affidabbli, jew abbażi ta’ parametru statistiku ta’ dipendenza, mar-riskji fil-prezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.
2. Is-CCP tiddokumenta l-approċċ tagħha fuq il-proviżjonament ta’ marġni tal-portafoll u tipprovdi tal-anqas li l-korrelazzjoni, jew parametru statistiku ekwivalenti ta’ dipendenza, bejn żewġ strumenti finanzjarji jew aktar ikklerjati, tintwera bħala li hija affidabbli tul il-perjodu retrospettiv ikkalkulat skont l-Artikolu 25 u turi reżistenza waqt xenarji storiċi jew ipotetiċi ta’ stress. Is-CCP turi l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni ekonomika għar-relazzjoni tal-prezzijiet.
3. L-istrumenti finanzjarji kollha li għalihom jiġi applikat il-proviżjonament ta’ marġni ta’ portafoll ikunu koperti mill-istess fond tal-inadempjenza. Permezz ta’ deroga, jekk CCP tista’ turi bil-quddiem lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-membri tal-ikklerjar tagħha kif telf potenzjali ikun allokat bejn il-fondi ta’ inadempjenza differenti u li tkun stabbilixxiet id-dispożizzjonijiet meħtieġa fir-regoli tagħha, il-proviżjonament ta’ marġni ta’ portafoll jista’ jiġi applikat għal strumenti finanzjarji koperti minn fondi ta’ inadempjenza differenti.
4. Fejn il-proviżjonament ta’ marġni ta’ portafoll ikopri diversi strumenti, l-ammont tat-tnaqqis fil-marġni ma għandux ikun akbar minn 80 % tad-differenza bejn is-somma tal-marġni għal kull prodott ikkalkulat fuq bażi individwali u l-marġni kkalkulat abbażi ta’ stima kombinata tal-iskopertura għall-portafoll ikkombinat. Meta s-CCP ma tkunx esposta għal ebda riskju potenzjali mit-tnaqqis fil-marġni, tista’ tapplika tnaqqis sa 100 % ta’ dik id-differenza.
5. It-tnaqqis fil-marġni relatat ma’ proviżjonament ta’ marġni tal-portafoll ikun soġġett għal programm sod ta’ testjar tal-istress skont il-Kapitolu XII.
Artikolu 28
Proċikliċità
1. CCP tiżgura li l-politika tagħha għall-għażla u r-reviżjoni tal-intervall ta’ kunfidenza, il-perjodu ta’ likwidazzjoni u l-perjodu retrospettiv iwasslu għal rekwiżiti tal-marġini li jħarsu ‘l quddiem, stabbli u prudenti li jillimitaw il-proċiklikalità sal-punt fejn is-sodezza u s-sigurtà finanzjarja tas-CCP ma jkunux affetwati b’mod negattiv. Dan jinkludi li jiġu evitati bidliet, meta possibbli, ta’ interruzzjoni jew kbar fir-rekwiżiti tal-marġini u li jiġu stabbiliti proċeduri trasparenti u prevedibbli għall-aġġustament tar-rekwiżiti tal-marġini b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq dejjem jinbidlu. Meta tagħmel dan, is-CCP tapplika mill-inqas waħda mill-alternattivi li ġejjin:
|
(a) |
jiġi applikat bafer tal-marġni ugwali mill-inqas għal 25 % tal-marġini kkalkulati li jippermetti li jiġu temporanjament eżawriti f’perjodi fejn rekwiżiti tal-marġni kkalkulati qed jiżdiedu b’mod sinifikanti; |
|
(b) |
jiġi assenjat piż ta’ mill-inqas 25 % lil osservazzjonijiet ta’ stress fil-perjodu retrospettiv ikkalkulat skont l-Artikolu 26; |
|
(c) |
jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-marġini tagħha ma jkunux inqas minn dawk li jiġu kkalkulati bl-użu tal-volatilità stmata tul perjodu retrospettiv storiku ta’ 10 snin. |
2. Meta CCP tirrevedi l-parametri tal-mudell tal-marġni sabiex jirriflettu aħjar il-kundizzjonijiet attwali tas-suq, tqis kwalunkwe effett proċikliku potenzjali ta’ tali reviżjoni.
KAPITOLU VII
FOND TAL-INADEMPJENZA
(l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 29
Qafas u governanza
1. Biex jiġi ddeterminat id-daqs minimu ta’ fond tal-inadempjenza u l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji oħra meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, filwaqt li jitqiesu d-dipendenzi tal-grupp, CCP timplimenta qafas ta’ politika interna għad-definizzjoni tat-tipi ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli li jistgħu jesponuha għall-akbar riskju.
2. Il-qafas jinkludi dikjarazzjoni li tiddeskrivi kif is-CCP tiddefinixxi kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli. Din tkun kompletament ddokumentata u miżmuma skont l-Artikolu 12.
3. Il-qafas jiġi diskuss mill-kumitat tar-riskju u approvat mill-bord. Is-saħħa tal-qafas u l-ħila tiegħu li jirrifletti ċ-ċaqliq fis-suq ikunu soġġetti tal-anqas għal reviżjoni annwali. L-analiżi tiġi diskussa mill-kumitat tar-riskju u approvat mill-bord.
Artikolu 30
Identifikazzjoni ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli
1. Il-qafas deskritt fl-Artikolu 29 jirrifletti l-profil tar-riskju tas-CCP, filwaqt li jitqiesu skoperturi transfruntiera u bejn il-muniti fejn rilevanti. Jidentifika r-riskji kollha tas-suq li CCP tkun esposta għalihom wara l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew aktar, inkluż ċaqliq sfavorevoli fil-prezzijiet tas-suq ta’ strumenti kklerjati, likwidità tas-suq imnaqqsa għal dawn l-istrumenti, u tnaqqis fil-valur ta’ likwidazzjoni ta’ kollateral. Il-qafas jirrefletti wkoll riskji addizzjonali għas-CCP li jirriżultaw minn falliment simultanju ta’ entitajiet fil-grupp tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
2. Il-qafas għandu jidentifika individwalment is-swieq kollha li CCP hija esposta għalihom f’xenarju ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti. Għal kull suq identifikat is-CCP tispeċifika l-kundizzjonijiet estremi iżda plawsibbli ibbażati, mill-anqas fuq:
|
(a) |
sensiela ta’ xenarji storiċi, inklużi perjodi ta’ movimenti estremi tas-suq osservati matul l-aħħar 30 sena, jew minn meta ilha disponibbli dejta affidabbli, li kieku tkun esponiet lis-CCP għall-akbar riskju finanzjarju. Jekk CCP tiddeċiedi li rikorrenza ta’ istanza storika ta’ movimenti kbar fil-prezzijiet mhijiex plawsibbli, tiġġustifika l-omissjoni tagħha fil-qafas lill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
sensiela ta’ xenarji futuri potenzjali, msejsa fuq suppożizzjonijiet konsistenti dwar il-volatilità tas-suq u l-korrelazzjoni tal-prezzijiet fost is-swieq u l-istrumenti finanzjarji, ibbażati kemm fuq valutazzjonijiet kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi tal-kundizzjonijiet tas-suq potenzjali. |
3. Il-qafas iqis wkoll, kwantitattivament u kwalitattivament, sa fejn movimenti estremi fil-prezzijiet jistgħu jseħħu simultanjament fi swieq identifikati diversi. Il-qafas jirrikonoxxi li korrelazzjonijiet storiċi tal-prezzijiet jistgħu jinqasmu f’kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.
Artikolu 31
Analiżi ta’ xenarji estremi iżda plawsibbli
Il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 30 jiġu riveduti mis-CCP fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi rilevanti kollha fis-suq u l-iskala u l-konċentrazzjoni ta’ skoperturi ta’ membru tal-ikklerjar. Is-sett ta’ xenarji storiċi u ipotetiċi użati minn CCP biex tidentifika kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli jiġu riveduti mis-CCP, b’konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskji, mill-anqas darba fis-sena u aktar spiss meta żviluppi tas-suq jew bidliet materjali għas-sett ta’ kuntratti ikklerjati mis-CCP jaffettwaw is-suppożizzjonijiet sottostanti għax-xenarji u jistgħu jesiġu aġġustament għax-xenarji. Bidliet materjali fil-qafas jiġu rappurtati lill-bord.
KAPITOLU VIII
KONTROLLI TAR-RISKJU TAL-LIKWIDITÀ
(l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 32
Valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità
1. CCP tistabilixxi qafas b’saħħtu għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità li jinkludi għodda operazzjonali u analitiċi biex jidentifikaw, ikejlu u jimmonitorjaw il-flussi ta’ saldu u finanzjament tagħha fuq bażi kontinwa u fil-ħin, inkluż l-użu tagħha ta’ likwidità ta’ matul l-istess jum. Is-CCPs jivvalutaw regolarment id-disinn u t-tħaddim tal-qafas ta’ ġestjoni tal-likwidità tagħhom, inkluż billi jitqiesu r-riżultati tat-testijiet tal-istress.
2. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità ta’ CCP ikun b’saħħtu biżżejjed biex jiżgura li s-CCP tista’ teżegwixxi obbligi ta’ pagament u saldu fil-muniti rilevanti kollha hekk kif isiru dovuti, inkluż fejn xieraq matul l-istess jum. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità ta’ CCP jinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet futuri potenzjali ta’ likwidità tagħha taħt sensiela wiesgħa ta’ xenarji potenzjali ta’ stress. Xenarju ta’ stress jinkludi l-inadempjenza ta’ membri tal-ikklerjar skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mid-data ta’ inadempjenza sa tmiem il-perjodu ta’ likwidazzjoni u r-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-politika u l-proċeduri ta’ investiment tas-CCP f ‘kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.
3. Il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità jinkludi pjan ta’ likwidità li huwa ddokumentat u miżmum skont l-Artikolu 12. Il-kontenut minimu tal-pjan ta’ likwdità jinkludi l-proċeduri tas-CCP għal:
|
(a) |
il-ġestjoni u monitoraġġ, mill-inqas darba kuljum, tal-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha f’sensiela ta’ xenarji tas-suq; |
|
(b) |
iż-żamma ta’ biżżejjed riżorsi finanzjarji likwidi biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha u jiddistingwu bejn l-użu tat-tipi differenti ta’ riżorsi likwidi; |
|
(c) |
il-valutazzjoni ta’ kuljum u l-valwazzjoni tal-assi likwidi disponibbli għas-CCP u l-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni ta’ sorsi ta’ riskju tal-likwidità; |
|
(e) |
il-valutazzjoni ta’ termini ta żmien li matulhom ikunu disponibbli r-riżorsi finanzjarji likwidi tas-CCP; |
|
(f) |
il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet potenzjali ta’ likwdità li joħorġu mill-ħila tal-membri tal-ikklerjar l-kapaċità li jikkonvertu kollateral fi flus għal dak mhux fi flus; |
|
(g) |
il-proċessi fil-każ ta’ diskrepanzi fil-likwidità; |
|
(h) |
ir-riforniment ta’ kwalunkwe riżorsa finanzjarja li tista’ tuża waqt każ ta’ stress. |
Il-bord tas-CCP japprova l-pjan wara konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju.
4. CCP tivvaluta r-riskju tal-likwidità li qed taffronta inkluż fejn is-CCP jew il-membri tal-ikklerjar tagħha ma jistgħux jissodisfaw l-obbligi ta’ pagament tagħhom meta dovut bħala parti minn proċess tal-ikklerjar jew tas-saldu, billi titqies ukoll l-attività ta’ investment tas-CCP. Il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju jindirizza l-ħtiġijiet ta’ likwidità li jirriżultaw mir-relazzjonijiet tas-CCP ma’ kwalunkwe entità li s-CCP ikollha skopertura tal-likwdità għaliha:
|
(a) |
banek ta’ saldu; |
|
(b) |
sistemi ta’ pagamenti; |
|
(c) |
sistemi ta’ saldu ta’ titoli; |
|
(d) |
aġenti nostro; |
|
(e) |
banek depożitarji; |
|
(f) |
fornituri ta’ likwidità; |
|
(g) |
CCPs interoperabbli; |
|
(h) |
fornituri ta’ servizzi. |
5. CCP tqis kwalunkwe interdipendenza bejn l-entitajiet elenkati fil-paragrafu 4 u relazzjonijiet multipli li entità elenkata fil-paragrafu 4 jista’ jkollha ma’ CCP fil-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħha.
6. CCP tistabbilixxi rapport ta’ kuljum dwar il-ħtiġijiet u r-riżorsi taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3 u rapport kull tliet xhur dwar il-pjan ta’ likwidità tagħha taħt punti (d) sa (h) tal-paragrafu 3. Ir-rapporti ikunu dokumentati u miżmuma skont il-Kapitolu IV.
Artikolu 33
Aċċess għal-likwidità
1. CCP iżżomm, f’kull munita rilevanti, riżorsi likwidi proporzjonati mar-rekwiżiti ta’ likwidità tagħha, iddefiniti skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament. Dawn ir-riżorsi likwidi ikunu limitati għal:
|
(a) |
flus iddepożitati fil-bank ċentrali ta’ emissjoni; |
|
(b) |
flus iddepożitati f’istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont l-Artikolu 47; |
|
(c) |
linji impenjati ta’ kreditu jew arranġamenti ekwivalenti ma’ membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti; |
|
(d) |
ftehimiet impenjati ta’ riakkwist; |
|
(e) |
strumenti finanzjarji kummerċjabbli ħafna li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45 u l-Artikolu 46 u li s-CCP tista’ turi li huma disponibbli minnufih u konvertibbli fi flus fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta’ arranġamenti ta’ finanzjament prestabbiliti u affidabbli ħafna, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress. |
2. CCP tikkunsidra l-muniti li fihom huma denominati l-obbligazzjonijiet tagħha u tqis l-effett potenzjali ta’ kundizzjonijiet ta’ stress fuq il-ħila tagħha li taċċessa s-suq ta’ muniti barranin b’mod konsistenti ma’ ċikli ta’ saldu ta’ titoli ta’ sistemi ta’ kambju u saldu tat-titoli.
3. Linji impenjati ta’ kreditu kontra kollateral ipprovduti minn membri tal-ikklerjar ma jingħaddux darbtejn bħala riżorsi likwidi. CCP tieħu azzjoni biex timmonitorja u tikkontrolla l-konċentrazzjoni tal-iskoperturi tar-riskju tal-likwidità għal fornituri individwali ta’ likwidità.
4. CCP twettaq diliġenza dovuta rigoruża li l-fornituri ta’ likwidità tagħha jkollhom kapaċità biżżejjed biex jaġixxu skont l-arranġamenti tal-likwidità.
5. CCP tittestja perjodikament il-proċeduri tagħha biex taċċessa arranġamenti ta’ finanzjament prestabbiliti. Dan jista’ jinkludi l-estrazzjoni ta’ ammonti ta’ ttestjar tal-linji kummerċjali ta’ kreditu, biex tiġi vverifikata l-ħeffa ta’ aċċess għar-riżorsi u l-affidabbiltà tal-proċeduri.
6. CCP ikollha proċeduri dettaljati fi ħdan il-pjan ta’ likwidità tagħha għall-użu tar-riżorsi finanzjarji likwidi tagħha biex tissodisfa l-obbligi ta’ pagament tagħha matul diskrepanza fil-likwidità. Il-proċeduri ta’ likwidità jiddikjaraw b’mod ċar meta jintużaw ċerti riżorsi. Il-proċeduri jiddeskrivu wkoll kif ikun hemm aċċess għal depożiti ta’ flus jew investimenti mil-lum għal għada ta’ depożiti ta’ flus, kif jiġu eżegwiti tranżazzjonijiet tas-suq fl-istess ġurnata, jew kif jistgħu jintużaw linji ta’ likwidità prestabbiliti. Dawn il-proċeduri jiġu ttestjati regolarment. CCP tistabbilixxi wkoll pjan adegwat għat-tiġdid ta’ arranġamenti ta’ finanzjament qabel l-iskadenzi tagħhom.
Artikolu 34
Riskju tal-konċentrazzjoni
1. CCP timmonitorja u tikkontrolla mill-qrib il-konċentrazzjoni tal-iskopertura tagħha għal riskju tal-likwidità, inklużi l-iskoperturi tagħha għall-entitajiet elenkati fl-Artikolu 32(4) u għal entitajiet fl-istess grupp.
2. Il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità ta’ CCP jinkludi l-applikazzjoni tal-limiti ta’ skopertura u konċentrazzjoni.
3. CCP tiddefinixxi proċessi u proċeduri għal ksur tal-limiti tal-konċentrazzjoni.
KAPITOLU IX
KASKATA TAL-INADEMPJENZA
(l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 35
Kalkolu tal-ammont ta’ riżorsi proprji tas-CCP biex jintużaw fil-kaskata tal-inadempjenza
1. CCP iżżomm, u tindika separatament fil-karta tal-bilanċ tagħha, ammont ta’ riżorsi proprji apposta għall-fini stipulat fl-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
2. CCP tikkalkula l-ammont minimu msemmi fil-paragrafu 1 billi timmultiplika l-kapital minimu, inkluż il-qligħ miżmum u r-riżervi, miżmuma skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 (8) b’25 %.
Is-CCP tirrevedi dak l-ammont minimu fuq bażi annwali.
3. Fejn is-CCP tkun stabbilixxiet iżjed minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji ikklerjati minnha, it-total iddedikat ta’ riżorsi proprji kkalkolat skont il-paragrafu 1 jiġi allokat lil kull fond tal-inadempjenza b’mod proporzjonat għad-daqs ta’ kull fond tal-inadempjenza, biex jiġu indikati separatament fil-karta ta’ bilanċ tagħha u użati għall-inadempjenzi li jirriżultaw f’segmenti differenti tas-suq li l-fondi inadempjenza jirreferu għalihom.
4. L-ebda riżorsi oħra għajr il-kapital, inkluż il-qligħ miżmum u r-riżervi, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma jistgħu jintużaw biex jikkonformaw mar-rekwiżit skont il-paragrafu 1.
Artikolu 36
Żamma tal-ammont ta’ riżorsi proprji tas-CCP biex jintużaw fil-kaskata tal-inadempjenza
1. CCP tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti jekk l-ammont ta’ riżorsi proprji ddedikati miżmum jaqa’ taħt l-ammont meħtieġ mill-Artikolu 35, flimkien mar-raġunijiet għall-ksur u deskrizzjoni komprensiva bil-miktub tal-miżuri u l-iskeda għar-riforniment ta’ tali ammont.
2. Fejn inadempjenza sussegwenti ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew aktar isseħħ qabel ma CCP tkun introduċiet mill-ġdid ir-riżorsi proprji ddedikati, jintuża biss l-ammont residwu tar-riżorsi proprji ddedikati allokati għall-fini tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
3. CCP tintroduċi mill-ġdid ir-riżorsi proprji ddedikati mill-inqas fi żmien xahar min-notifika skont il-paragrafu 1.
KAPITOLU X
KOLLATERAL
(l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 37
Rekwiżiti ġenerali
CCP tistabbilixxi u timplimenta politiki u proċeduri trasparenti u prevedibbli biex tivvaluta u timmonitorja kontinwament l-likwidità tal-assi aċċettati bħala kollateral u tieħu azzjoni ta’ rimedju fejn ikun xieraq.
CCP tirrevedi l-politiki u l-proċeduri tal-assi eliġibbli tagħha mill-inqas darba fis-sena. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-CCP.
Artikolu 38
Kollataral fi flus
Għall-finijiet tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kollateral likwidu ħafna fil-forma ta’ flus ikun denominat f’waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
munita li għaliha s-CCP tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li hija kapaċi timmaniġġja adegwatament ir-riskju; |
|
(b) |
munita li biha is-CCP tikklerja tranżazzjonijiet, fil-limitu tal-kollateral meħtieġ biex ikopri l-iskoperturi tas-CCP f’dik il-munita. |
Artikolu 39
Strumenti finanzjarji
Għall-finijiet tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji bankarji u d-deheb li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I, jitqiesu bħala kollateral likwidu ħafna.
Artikolu 40
Valwazzjoni tal-kollateral
1. Għall-finijiet ta’ valwazzjoni ta’ kollateral likwidu ħafna kif iddefinit fl-Artikolu 37, CCP tistabbilixxi u timplimenta politiki u proċeduri sabiex timmonitorja, fuq bażi ta’ kważi ħin reali, il-kwalità tal-kreditu, il-likwidità tas-suq u l-volatilità tal-prezz ta’ kull assi aċċettat bħala kollateral. CCP timmonitorja fuq bażi regolari, u mill-inqas darba fis-sena, l-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri ta’ valwazzjoni tagħha. Din ir-reviżjoni titwettaq ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-CCP.
2. CCP tagħmel valwazzjoni tal-kollateral tagħha skont is-suq fuq bażi ta’ kważi ħin reali u, fejn mhux possibbli, CCP tkun kapaċi li turi lill-awtoritajiet kompetenti li hija kapaċi timmaniġġja r-riskji.
Artikolu 41
Telf impost
1. CCP tistabbilixxi u timplimenta politiki u proċeduri sabiex tiddetermina telf impost prudenti li japplika għall-valur tal-kollateral.
2. Telf impost jirrikonoxxi li kollateral jista’ jeħtieġ li jkun likwidat f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress u jqis iż-żmien meħtieġ biex jillikwidah. Is-CCP turi lill-awtorità kompetenti li telf impost ikun ikkalkulat b’mod konservattiv li jillimita, sa fejn hu possibbli, l-effetti proċikliċi possibbli. Għal kull assi kollaterali, it-telf impost ikun iddeterminat billi jitqiesu l-kriterji rilevanti, inklużi:
|
(a) |
it-tip ta’ assi u l-livell tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-istrument finanzjarju abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-emittent f’pajjiż partikolari; |
|
(b) |
il-maturità tal-assi; |
|
(c) |
il-volatilità storika u futura ipotetika fil-prezzijiet tal-assi f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress; |
|
(d) |
il-likwidità tas-suq sottostanti, inklużi firxiet ta’ offerta/talba; |
|
(e) |
ir-riskju tal-kambju, jekk ikun hemm; |
|
(f) |
riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli. |
3. CCP timmonitorja fuq bażi regolari l-adegwatezza tat-telf impost. CCP tirrevedi il-politiki u l-proċeduri tat-telf impost mill-inqas kull sena u kull meta sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-CCP, iżda tevita kemm jista’ jkun bidliet ta’ interruzzjoni jew kbar li jistgħu jintroduċu proċiklikalità. il-politiki u l-proċeduri dwar it-telf impost ikunu vvalidati indipendentement mill-inqas kull sena.
Artikolu 42
Limiti tal-konċentrazzjoni
1. CCP tistabbilixxi u timplimenta politiki u proċeduri biex tiżgura li l-kollateral jibqa’ ddiversifikat biżżejjed biex jippermetti l-likwidazzjoni tiegħu fi żmien iddefinit ta’ parteċipazzjoni mingħajr impatt sinifikanti fuq is-suq. Il-politiki u l-proċeduri jiddeterminaw il-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju li jiġu applikati meta jinqabżu l-limiti tal-konċentrazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2.
2. CCP tiddetermina l-limiti tal-konċentrazzjoni fil-livell ta’:
|
(a) |
emittenti individwali; |
|
(b) |
tip ta’ emittent; |
|
(c) |
tip ta’ assi; |
|
(d) |
kull membru tal-ikklerjar; |
|
(e) |
il-membri tal-ikklerjar kollha. |
3. Il-limiti tal-konċentrazzjoni jiġu determinati b’mod konservattiv filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha, inklużi:
|
(a) |
strumenti finanzjarji maħruġa minn emittenti tal-istess tip f’termini tas-settur ekonomiku, tal-attività, tar-reġjun ġeografiku; |
|
(b) |
il-livell tar-riskju tal-kreditu tal-istrument finanzjarju jew tal-emittent abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-emittent f’pajjiż partikolari; |
|
(c) |
il-likwidità u l-volatilità tal-prezz tal-istrumenti finanzjarji. |
4. CCP tiżgura li mhux iktar minn 10 % tal-kollateral tagħha huwa ggarantit minn istituzzjoni waħda ta’ kreditu, jew istituzzjoni finanzjarja ekwivalenti ta’ pajjiż terz, jew minn entità li tkun parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja tal-pajjiż terz. Fejn il-kollateral li jkun wasal mis-CCP fil-forma ta’ garanziji minn banek kummerċjali jkun ogħla minn 50 % tal-kollateral totali, dan il-limitu jista’ jiġi stabbilit għal 25 %.
5. Fil-kalkolu tal-limiti previsti fil-paragrafu 2, CCP tinkludi l-iskopertura totali ta’ CCP għal emittent, inkluż l-ammont tal-linji ta’ kreditu kumulattivi, ċertifikati ta’ depożitu, depożitu b’terminu ta’ żmien, kontijiet ta’ tfaddil, kontijiet ta’ depożitu, kontijiet kurrenti, strumenti tas-suq tal-flus, u faċilitajiet ta’ riakkwist invertit utilizzati mis-CCP. Dawn il-limiti ma japplikawx għal kollateral miżmum mis-CCP f’eċċess tar-rekwiżiti minimi għal marġni, fond tal-inadempjenza jew riżorsi finanzjarji oħra.
6. Meta tiddetermina l-limitu ta’ konċentrazzjoni għall-iskopertura ta’ CCP għal emittent individwali, CCP taggrega u titratta bħala riskju uniku l-iskopertura tagħha għall-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa mill-emittent jew minn entità ta’ grupp, garantiti espliċitament mill-emittent jew minn entità ta’ grupp, u għal strumenti finanzjarji maħruġa minn impriżi li l-fini esklussiv tagħhom huwa li jkollhom mezzi ta’ produzzjoni li huma essenzjali għall-operat tal-emittent.
7. CCP timmonitorja fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri tal-limitu ta’ konċentrazzjoni tagħha. CCP tirrevedi l-politika tagħha għal-limitu ta’ konċentrazzjoni mill-inqas kull sena u kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-CCP.
8. CCP tinforma lill-awtorità kompetenti u l-membri tal-ikklerjar bil-limiti tal-konċentrazzjoni applikabbli u bi kwalunkwe emenda għal dawn il-limiti.
9. Jekk is-CCP materjalment tikser limitu ta’ konċentrazzjoni stabbilit fil-politiki u l-proċeduri tagħha, tinforma lill-awtorità kompetenti minnufih. Is-CCP tirrettifika l-ksur mill-aktar fis possibbli.
KAPITOLU XI
POLITIKA TA’ INVESTIMENT
(l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
Artikolu 43
Strumenti finanzjarji likwidi ħafna
Għall-finijiet tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, strumenti ta’ dejn jistgħu jitqiesu bħala likwidi ħafna, li jkollhom riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq jekk jissodisfaw kull waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 44
Arranġamenti b’sigurtà għolja għad-depożitu ta’ strumenti finanzjarji
1. Jekk CCP ma tistax tiddepożita l-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 45 jew dawk mibgħuta lilha bħala marġini, kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza jew kontribuzzjonijiet lil riżorsi finanzjarji oħra, kemm permezz ta’ trasferiment ta’ titolu u garanzija reali, bl-operatur tas-sistema tas-saldu tat-titoli li jiżgura l-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti imbagħad tali strumenti finanzjarji jiġu ddepożitati fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
bank ċentrali li jiżgura l-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti u li jippermetti lis-CCP li jkollha aċċess fil-pront għall-istrumenti finanzjarji meta meħtieġ; |
|
(b) |
istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata kif iddefinita skont id-Direttiva 2006/48/KE li tiżgura segregazzjoni u protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti, tippermetti lis-CCP li jkollha aċċess fil-pront għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ u li s-CCP tkun tista’ turi li riskju baxx tal-kreditu abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-emittent f’pajjiż partikolari; |
|
(c) |
istituzzjoni finanzjarja ta’ pajjiż terz li hija soġġetta għal u tikkonforma ma’ regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li huma mill-inqas stretti bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/48/KE u li għandha prattiki tal-kontabbiltà, proċeduri ta’ kustodja, u kontrolli interni b’saħħithom u li tiżgura segregazzjoni u protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti, tippermetti lis-CCP li jkollha aċċess fil-pront għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ u li s-CCP tkun tista’ turi li għandha riskju baxx tal-kreditu abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-emittent f’pajjiż partikolari. |
2. Fejn l-istrumenti finanzjarji huma depożitati skont l-ittra (b) jew (c) tal-paragrafu 1, dawn ikunu miżmuma taħt arranġamenti li jipprevjenu kwalunkwe telf għas-CCP dovut għall-inadempjenza jew l-insolvenza tal-istituzzjoni finanzjarja awtorizzata.
3. Arranġamenti ta’ sigurtà għolja għad-depożitu ta’ strumenti finanzjarji sottomessi bħala marġni, il-kontribuzzjonijiet lill-fond tal-inadempjenza jew kontribuzzjonijiet lil riżorsi finanzjarji oħra jippermettu biss lis-CCP li tuża mill-ġdid dawn l-istrumenti finanzjarji meta l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 39(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma ssodisfati u fejn il-fini tal-użu mill-ġdid huwa li jsiru pagamenti, tiġi mmaniġġjata l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar jew fl-eżekuzzjoni ta’ arranġament interoperabbli.
Artikolu 45
Arranġamenti b’sigurtà għolja li jżommu flus
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 47(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta l-flus ikunu ddepożitati għajr ma’ bank ċentrali mela tali depożitu jissodisfa kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-depożitu huwa f’wieħed mill-muniti li ġejjin:
|
|
(b) |
id-depożitu jitqiegħed ma’ waħda mill-entitajiet li ġejjin:
|
2. Fejn il-flus jinżammu mil-lum għal għada skont il-paragrafu 1, mela mhux inqas minn 95 % ta’ dawn il-flus, ikkalkulati għal perjodu medju ta’ xahar kalendarju wieħed, għandhom jiġu depożitati permezz ta’ arranġamenti li jiżguraw kollateralizzazzjoni tal-flus bi strumenti finanzjarji likwidi ħafna li jissodisfaw ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 45, għajr ir-rekwiżit fil-paragrafu 1(c) ta’ dak l-Artikolu.
Artikolu 45
Limiti tal-konċentrazzjoni
1. CCP tistabbilixxi u timplimenta politiki u proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji li fihom huma investiti r-riżorsi finanzjarji tagħha jibqgħu diversifikati biżżejjed.
2. CCP tiddetermina il-limiti tal-konċentrazzjoni u timmonitorja l-konċentrazzjoni tar-riżorsi finanzjarji fil-livell ta’:
|
(a) |
strumenti finanzjarji individwali; |
|
(b) |
tipi ta’strumenti finanzjarji; |
|
(c) |
emittenti individwali; |
|
(d) |
tipi ta’ emittenti; |
|
(e) |
kontropartijiet li magħhom huma stabbiliti arranġamenti kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 44(1) jew fl-Artikolu 45(2). |
3. Meta jitqiesu tipi ta’ emittenti CCP tqis dan li ġej:
|
(a) |
distribuzzjoni ġeografika; |
|
(b) |
interdipendenzi u relazzjonijiet multipli li entità jista’ jkollha ma’ CCP; |
|
(c) |
il-livell tar-riskju tal-kreditu; |
|
(d) |
skoperturi li s-CCP għandha għall-emittent permezz tal-prodotti kklerjati mis-CCP. |
4. Il-politiki u l-proċeduri jiddeterminaw il-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jiġu applikati meta jinqabżu l-limiti tal-konċentrazzjoni.
5. Meta tiddetermina l-limitu ta’ konċentrazzjoni għall-iskopertura ta’ CCP għal emittent jew kustodju individwali, CCP taggrega u titratta bħala riskju uniku, l-iskopertura għall-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa minn, jew espliċitament ggarantiti minn, l-emittent u r-riżorsi finanzjarji kollha depożitati mal-kustodju.
6. CCP timmonitorja fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri tal-limitu ta’ konċentrazzjoni tagħha. Barra minn hekk, CCP tirrevedi l-politika tagħha għal-limitu ta’ konċentrazzjoni mill-inqas kull sena u kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-CCP.
7. Jekk is-CCP tikser limitu ta’ konċentrazzjoni stabbilit fil-politiki u l-proċeduri tagħha, tinforma lill-awtorità kompetenti minnufih. Is-CCP tirrettifika l-ksur mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 46
Kollateral mhux fi flus
Fejn il-kollateral jasal fl-għamla ta’ strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu X, japplikaw biss l-Artikoli 44 u 45.
KAPITOLU XII
REVIŻJONI TAL-MUDELLI, TAL-ITTESTJAR TAL-ISTRESS U L-ITTESTJAR RETROSPETTIV
(l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012)
TAQSIMA 1
Mudelli u programmi
Artikolu 47
Validazzjoni tal-Mudell
1. CCP twettaq validazzjoni komprensiva tal-mudelli tagħha, il-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ likwidazzjoni użati biex jikkwantifikaw, jaggregaw, u jimmaniġġjaw ir-riskji tagħha. Kwalunkwe reviżjoni jew aġġustament materjal għall-mudelli tiegħu, il-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità kunu soġġetti għal governanza xierqa, inkluż billi jinkiseb parir mingħand il-kumitat tar-riskju, u vvalidati minn parti kkwalifikata u indipendenti qabel l-applikazzjoni
2. Il-proċess tal-validazzjoni ta’ CCP ikun iddokumentat u jispeċifika mill-inqas il-politiki użati biex tiġi ttestjatati il-metodoloġiji tas-CCP għall-kalkolu tal-marġni, tal-fond tal-inadempjenza u riżorsi finanzjarji oħra u l-qafas għall-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji likwidi. Kwalunkwe reviżjoni jew aġġustament materjali għal dawn il-politiki ikunu soġġettai għal governanza xierqa, inkluż billi jinkiseb parir mingħand il-kumitat tar-riskju, u vvalidati minn parti kwalifkata u indipendenti qabel l-applikazzjoni.
3. Validazzjoni komprensiva, tal-anqas, tinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
evalwazzjoni tas-sodezza kunċettwali tal-mudelli u l-qafas, inkluża evidenza li ssostni l-iżvilipp tagħhom; |
|
(b) |
analiżi tal-proċeduri ta’ monitoraġġ kontinwi, inkluża l-verifika tal-proċessi u valutazzjoni skont parametri referenzjarji; |
|
(c) |
analiżi tal-parametri u suppożizzjonijiet li saru fl-iżvilupp tal-mudelli tagħha, u l-metodoloġiji u l-qafas tagħhom; |
|
(d) |
analiżi tal-adegwatezza u l-idoneità tal-mudelli, il-metodoloġiji u l-qafas tagħhom adottati fir-rigward tat-tip ta’ kuntratti li japplikaw għalihom; |
|
(e) |
analiżi tal-idoneità tax-xenarji ta’ testjar retrospettiv tagħha skont il-Kapitolu VII u l-Artikolu 52; |
|
(f) |
analiżi tal-eżiti tar-riżultati tal-ittestjar. |
4. CCP tistabbilixxi l-kriterji li bihom tivvaluta jekk l-mudelli tagħha, il-metodoloġiji u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħhom jistgħux jiġu vvalidati b’suċċess. Il-kriterji jinkludu riżultati tal-ittestjar pożittivi.
5. Fejn id-dejta dwar l-ipprezzar ma tkunx faċilment disponibbli jew affidabbli, CCP tindirizza tali limitazzjonijiet fl-ipprezzar u, mill-inqas, tadotta suppożizzjoni konservattiva bbażata fuq swieq korrelatati jew relatati osservati u l-imġiba attwali tas-suq.
6. Fejn id-dejta dwar l-ipprezzar ma tkunx faċilment disponibbli jew affidabbli, is-sistemi u l-mudelli ta’ valwazzjoni użati għal dan l-għan ikunu soġġetti għal governanza xierqa, inkluż billi jinkiseb parir mingħand il-kumitat tar-riskju, u validazzjoni u testjar. CCP ikollha l-mudelli ta’ valwazzjoni tagħha vvalidati skont varjetà ta’ xenarji tas-suq minn parti kwalifikata u indipendenti biex jiġi żgurat li l-mudelli tagħha jipproduċu b’mod preċiż prezzijiet xierqa, u fejn xieraq, taġġusta l-kalkolu tagħha tal-marġini inizjali biex tirrifletti kwalunkwe riskju tal-mudell identifikat.
7. CCP twettaq regolarment valutazzjoni tal-proprejatajiet teoretiċi u empiriċi tal-mudell tal-marġni tagħha għall-istrumenti finanzjarji kollha li kklerjati minnha.
Artikolu 48
Programmi ta’ ttestjar
1. CCP ikollha politiki u proċeduri fis-seħħ li jiddeskrivu fid-dettall il-programmi ta’ ttestjar tal-istress u dawk retrospettivi li twettqu biex ikunu vvalutati l-adegwatezza, il-preċiżjoni, l-affidabilità u r-reżistenza tal-mudelli u l-metodoloġiji tagħhom użati biex jiġu kkalkulati l-mekkaniżmi ta’ kontroll tar-riskju tagħha, inklużi l-marġni, il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza, u riżorsi finanzjarji oħra f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet tas-suq.
2. Il-politiki u l-proċeduri ta’ CCP jiddeskrivu wkoll fid-dettall il-programm ta’ ttestjar tal-istress li twettaq biex jivvaluta l-adegwatezza, il-preċiżjoni, l-affidabilità u r-reżistenza tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità.
3. Il-politiki u l-proċeduri jinkludu mill-inqas il-metodoloġiji għall-inklużjoni tal-għażla u l-iżvilupp tal-ittestjar xieraq, inkluża l-għażla tad-dejta tal-portafoll u tas-suq, ir-regolarità tat-testijiet, il-karatteristiċi speċifiċi ta’ riskju tal-istrumenti finanzjarji kklerjati, l-analiżi tar-riżultati tal-ittestjar u l-eċċezzjonijiet u l-miżuri korrettivi meħtieġa.
4. CCP tinkludi kwalunkwe pożizzjoni tal-klijenti meta twettaq it-testijiet kollha.
TAQSIMA 2
Ittestjar retrospettiv
Artikolu 49
Proċedura ta’ ttestjar retrospettiv
1. CCP tivvaluta l-kopertura tal-marġini tagħha billi twettaq paragun ex-post tal-eżiti osservati mal-eżiti mistennija derivati mill-użu tal-mudelli tal-marġni. Tali ttestjar retrospettiv jitwettaq kuljum sabiex jevalwa jekk hemmx xi eċċezzjonijiet mill-ittestjar għall-kopertura tal-marġini. Il-kopertura tkun evalwata fuq pożizzjonijiet attwali għal strumenti finanzjarji, il-membri tal-ikklerjar u tqis l-effetti possibbli minn proviżjonament ta’ marġni ta’ portafoll u, fejn xieraq, CCPs interoperabbli.
2. CCP tikkunsidra l-orizzonti ta’ żmien xierqa għall-programm ta’ ittestjar retrospettiv tagħha biex tiżgura li l-perjodu ta’ osservazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi mitigat kwalunkwe effett detrimentali fuq is-sinifikat statistiku.
3. Fil-programm ta’ ttestjar retrospettiv tagħha CCP tikkunsidra, mill-inqas, testijiet statistiċi ċari u kriterji tal-prestazzjoni li jiġu ddefiniti minn CCPs għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv.
4. CCP perjodikament tirrapporta r-riżultati u l-analiżi tal-ittestjar retrospettiv, f’forma li ma tiksirx il-kunfidenzjalità, lill-kumitat tar-riskju sabiex tfittex il-parir tiegħu fl-analiżi tal-mudell tal-marġni tagħha.
5. Riżultati u analiżi tal-ittestjar retrospettiv ikunu disponibbli għall-membri tal-ikklerjar kollha u, fejn magħruf għas-CCP, għall-klijenti. Għall-klijenti l-oħra kollha r-riżultati u l-analiżi tal-ittestjar retrospettiv ikunu disponibbli mill-membri tal-ikklerjar rilevanti meta mitluba. Tali informazzjoni tiġi aggregata, f’forma li ma tkunx qed tikser il-kunfidenzjalità, u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti ikollhom aċċess biss għal riżultati u analiżi dettaljati tal-ittestjar retrospettiv għall-portafolji tagħhom stess.
6. CCP tiddefinixxi l-proċeduri li jiddeskrivu fid-dettall l-azzjonijiet li tkun tista’ tieħu minħabba r-riżultati tal-analiżi tal-ittestjar retrospettiv.
TAQSIMA 3
Ittestjar u analiżi tas-sensittività
Artikolu 50
Proċedura ta’ ttestjar u analiżi tas-sensittività
1. CCP twettaq testijiet u analiżi tas-sensittività biex tivvaluta l-kopertura tal-mudell tal-marġni tagħha taħt kundizzjonijiet varji tas-suq bl-użu ta’ dejta storika minn kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress u dejta ipotetika għal kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress mhux realizzati.
2. CCP tuża firxa wiesgħa ta’ parametri u suppożizzjonijiet biex taqbad varjetà ta’ kundizzjonijiet storiċi u ipotetiċi, inklużi l-perjodi l-aktar volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li din isservi u bidliet estremi fil-korrelazzjonijiet bejn il-prezzijiet tal-kuntratti kklerjati mis-CCP, sabiex tifhem kif il-livell tal-kopertura tal-marġni jista’ jkun affettwat minn kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress għoli u bidliet f’parametri importanti tal-mudelli.
3. Analiżi tas-sensittività titwettaq fuq għadd ta’ portafolji ta’ membri tal-ikklerjar attwali u rappreżentattivi. Il-portafolji rappreżentattivi jintgħażlu skont is-sensittività tagħhom għall-fatturi ta’ riskju u l-korrelazzjonijiet sinifikanti li tkun esposta għalihom is-CCP. Tali ttestjar u analiżi tas-sensittività jitfasslu biex jittestjaw il-parametri u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġni inizjali f’għadd ta’ intervalli ta’ kunfidenza sabiex tiġi ddeterminata s-sensittività tas-sistema għal żbalji fl-ikkalibrar ta’ dawn il-parametri u s-suppożizzjonijiet. Tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istruttura tat-terminu tal-fatturi ta’ riskju, u l-korrelazzjoni preżunta bejn il-fatturi ta’ riskju.
4. CCP tevalwa t-telf potenzjali fil-pożizzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar.
5. CCP, fejn applikabbli, tqis parametri li jirriflettu l-inadempjenza simultanja ta’ membri tal-ikklerjar li joħorġu strumenti finanzjarji ikklerjati mis-CCP jew is-sottostanti ta’ derivattivi kklerjati mis-CCP. Fejn applikabbli, jiġu kkunsidrati wkoll l-effetti tal-inadempjenza ta’ klijent li joħroġ strumenti finanzjarji kklerjati mis-CCP jew is-sottostanti ta’ derivattivi kklerjati mis-CCP.
6. CCP perjodikament tirrapporta r-riżultati u l-analiżi tal-ittestjar tas-sensittività, f’forma li ma tiksirx il-kunfidenzjalità, lill-kumitat tar-riskju sabiex tfittex il-parir tiegħu fir-reviżjoni tal-mudell tal-marġini tagħha.
7. CCP tiddefinixxi l-proċeduri li jiddeskrivu fid-dettall l-azzjonijiet li tkun tista’ tieħu minħabba r-riżultati tal-analiżi tas-sensittività.
TAQSIMA 4
Ittestjar tal-istress
Artikolu 51
Proċedura ta’ ttestjar tal-istress
1. It-testijiet tal-istress ta’ CCP japplikaw parametri, suppożizzjonijiet, u xenarji ta’ stress għall-mudelli użati għal stima ta’ skoperturi għar-riskju biex jiżguraw li r-riżorsi finanzjarji tagħha huma biżżejjed biex ikopru dawk l-iskoperturi taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.
2. Programm ta’ ttestjar tal-istress ta’ CCP jesiġi li s-CCP twettaq sensiela ta’ testijiet tal-istress fuq bażi regolari li jikkunsidraw it-taħlita ta’ prodotti ta’ CCP tagħha u l-elementi kollha tal-mudelli tagħha u l-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħha.
3. Programm ta’ ttestjar tal-istress ta’ CCP jippreskrivi li jitwettqu testijiet tal-istress, bl-użu ta’ xenarji tal-ittestjar tal-istress iddefiniti, kemm fuq kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli passati kif ukoll dawk ipotetiċi skont il-Kapitolu VII. Kundizzjonijiet passati li għandhom jintużaw jiġu riveduti u aġġustati, fejn xieraq. CCP tikkunsidra wkoll forom oħra ta’ xenarji ta’ ttestjar tal-istress xierqa li jinkludu, iżda mhux limitati għal, il-falliment tekniku jew finanzjarju tal-banek ta’ saldu tagħha, aġenti nostro, banek ta’ kustodja, fornituri ta’ likwidità, jew CCPs interoperabbli.
4. CCP ikollha l-kapaċità li tadatta malajr it-testijiet tal-istress tagħha biex tinkorpora riskji ġodda jew emerġenti.
5. CCP tqis it-telf potenzjali li jirriżulta mill-inadempjenza ta’ klijent, fejn magħruf, li tikklerja permezz ta’ diversi membri tal-ikklerjar.
6. CCP perjodikament tirrapporta r-riżultati u l-analiżi tal-ittestjar tal-istress, f’forma li ma tiksirx il-kunfidenzjalità, lill-kumitat tar-riskju sabiex tfittex il-parir tiegħu fir-reviżjoni tal-mudelli, il-metodoloġiji u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħha.
7. Riżultati u analiżi tal-ittestjar tal-istress ikunu disponibbli għall-membri tal-ikklerjar kollha u, fejn magħruf għas-CCP, għall-klijenti. Għall-klijenti l-oħra kollha r-riżultati u l-analiżi tal-ittestjar retrospettiv ikunu disponibbli mill-membri tal-ikklerjar rilevanti meta mitluba. Tali informazzjoni tiġi aggregata f’forma, li ma tkunx qed tikser il-kunfidenzjalità, u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkollhom aċċess biss għal riżultati u analiżi dettaljati tal-ittestjar tal-istress għall-portafolji tagħhom stess.
8. CCP tiddefinixxi l-proċeduri li jiddeskrivu fid-dettall l-azzjonijiet li tista’ tieħu minħabba r-riżultati tal-analiżi tal-ittestjar tal-istress.
Artikolu 52
Fatturi ta’ riskju li għandu jsir ittestjar tal-istress għalihom
1. CCP tidentifika l-fatturi ta’ riskju rilevanti speċifiċi għall-kuntratti li tikklerja li jistgħu jaffettwaw it-telf tagħha u jkollha metodu xieraq għall-kejl tagħhom. Testijiet tal-istress ta’ CCP, mill-inqas, iqisu l-fatturi ta’ riskju speċifikati għal dawn it-tipi ta’ strumenti finanzjarji, fejn applikabbli:
|
(a) |
kuntratti relatati mar-rata tal-imgħax: fatturi ta’ riskju li jikkorrispondu għal rati tal-imgħax f’kull munita li biha s-CCP tikklerja strumenti finanzjarji. L-immudellar tal-kurva tar-rendiment jiġi maqsum f’diversi segmenti ta’ maturità sabiex jaqbdu l-varjazzjoni fil-volatilità tar-rati tul il-kurva ta’ rendiment. L-għadd ta’ fatturi ta’ riskju relatati jiddependu fuq il-kumplessità tal-kuntratti tar-rata tal-imgħax ikklerjati mis-CCP. Riskju ta’ bażi, li jirriżulta minn movimenti mhux ikkorrelatati perfettament bejn rati ta’ imgħax tal-gvern u oħrajn fuq introjtu fiss, jinqabad separatament. |
|
(b) |
kuntratti relatati mar-rata ta’ kambju fatturi ta’ riskju li jikkorrispondu għal kull munita barranija li biha s-CCP tikklerja strumenti finanzjarji u għar-rata tal-kambju bejn il-munita li biha jsiru l-appelli għall-manutenzjoni tal-marġni u l-munita li biha s-CCP tikklerja l-istrumenti finanzjarji. |
|
(c) |
kuntratti relatati mal-ekwità: fatturi ta’ riskju li jikkorrispondu għall-volatilità ta’ kwistjonijiet individwali ta’ ekwità għal kull wieħed mis-swieq ikklerjati mis-CCP u għall-volatilità ta’ diversi setturi tas-suq globali tal-ekwità. Is-sofistikazzjoni u n-natura tat-teknika ta’ mmudellar ta’ suq partikolari jikkorrispondu għall-iskopertura tas-CCP għas-suq kumplessiv kif ukoll il-konċentrazzjoni tagħha fi kwistjonijiet individwali ta’ ekwità f’dak is-suq. |
|
(d) |
kuntratti ta’ komodità: fatturi tar-riskju li jqisu l-kategoriji u sottokategoriji differenti tal-kuntratti ta’ komodità u derivattivi relatati ikklerjati mis-CCP, inkluż, fejn xieraq, il-varjazzjonijiet fir-rendiment ta’ konvenjenza bejn il-pożizzjonijiet tad-derivattivi u l-pożizzjonijiet tal-flus fil-komodità. |
|
(e) |
kuntratti relatati mal-kreditu: fatturi ta’ riskju li jikkunsidraw riskju ta’ inadempjenza mhux mistennija, inkluż ir-riskju kumulattiv li jirriżulta minn inadempjenzi multipli, mir-riskju ta’ bażi u mill-volatilità tar-rata ta’ rkupru. |
2. Fit-testijiet tal-istress tagħha, CCP, mill-inqas, tqis ukoll b’mod xieraq dawn li ġejjin:
|
(a) |
korrelazzjonijiet, inklużi dawk bejn fatturi ta’ riskju identifikati u kuntratti simili ikklerjati mis-CCP; |
|
(b) |
fatturi li jikkorrispondu għall-volatilità implikata u storika tal-kuntratt li qed jiġi kklerjat; |
|
(c) |
karatteristiċi speċifiċi ta’ kwalunkwe kuntratt ġdid li jiġi kklerjat mis-CCP; |
|
(d) |
konċentrazzjoni tar-riskju, inkluż fir-rigward ta’ membru tal-ikklerjar, u entitajiet ta’ gruppi ta’ membri tal-ikklerjar; |
|
(e) |
interdipendenzi u relazzjonijiet multipli; |
|
(f) |
riskji rilevanti inkluż ir-riskju tal-kambju tal-munita; |
|
(g) |
limiti ta’ skopertura stabbiliti; |
|
(h) |
riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli. |
Artikolu 53
Ittestjar tal-istress għar-riżorsi finanzjarji totali
1. Programm ta’ ittestjar tal-istress ta’ CCP jiżgura li l-kombinazzjoni tal-marġni, il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi finanzjarji oħra tagħha huma suffiċjenti biex ikopru l-inadempjenza ta’ mill-inqas żewġ membri tal-ikklerjar li jkollha l-ikbar skoperturi għalihom taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli. Il-programmi ta’ ttestjar tal-istress jeżaminaw ukoll telf potenzjali li jirriżulta mill-inadempjenza tal-entitajiet fl-istess grupp taż-żewġ membri tal-ikklerjar li jkollha l-akbar skoperturi għalihom taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.
2. Programm ta’ ttestjar tal-istress ta’ CCP jiżgura li l-marġni u l-fond tal-inadempjenza tagħha huma biżżejjed biex ikopru mill-inqas l-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar li jkollha l-akbar skoperturi għalih jew tat-tieni u t-tielet l-akbar membri tal-ikklerjar, jekk is-somma tal-iskoperturi tagħhom hija ikbar skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
3. Is-CCP tagħmel analiżi komprensiva tat-telf potenzjali li tista’ ssoffri u tevalwa t-telf potenzjali fil-pożizzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar, inkluż ir-riskju li l-likwidazzjoni ta’ tali pożizzjonijiet jista’ jkollha impatt fuq is-suq u l-livell ta’ kopertura tal-marġni tas-CCP.
4. Fit-testijiet tal-istress tagħha, CCP tikkunsidra, fejn applikabbli, l-effetti tal-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar li joħroġ strumenti finanzjarji kklerjati mis-CCP jew is-sottostanti ta’ derivattivi ikklerjati mis-CCP. Fejn applikabbli, jiġu kkunsidrati wkoll l-effetti tal-inadempjenza ta’ klijent li joħroġ strumenti finanzjarji kklerjati mis-CCP jew is-sottostanti ta’ derivattivi kklerjati mis-CCP.
5. Testijiet tal-istress ta’ CCP jikkunsidraw il-perjodu ta’ likwidazzjoni kif previst fl-Artikolu 26.
Artikolu 54
Ittestjar tal-istress għar-riżorsi finanzjarji likwidi
1. Programm ta’ ttestjar tal-istress tar-riżorsi finanzjarji likwidi tagħhom jiżgura li huma suffiċjenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VIII.
2. CCP jkollha regoli u proċeduri ċari u trasparenti sabiex tindirizza riżorsi finanzjarji likwidi insuffiċjenti enfasizzati mit-testijiet tal-istress tagħha biex tiżgura s-saldu tal-obbligi ta’ pagament.
CCP ikollha wkoll proċeduri ċari għall-użu tar-riżultati u l-analiżi tat-testijiet tal-istress tagħha biex tevalwa u taġġusta l-adegwatezza tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u l-fornituri ta’ likwidità tagħha.
3. Ix-xenarji tat-testijiet tal-istress użati fl-ittestjar tal-istress ta’ riżorsi finanzjarji likwidi iqisu d-disinn u l-operat tas-CCP, u jinkludu l-entitajiet kollha li jistgħu jippreżentaw riskju materjali tal-likwidità għaliha. Tali testijiet tal-istress jikkunsidraw ukoll kwalunkwe rabtiet b’saħħithom jew skoperturi simili bejn il-membri tal-ikklerjar tagħha, inkluż entitajiet oħra li huma parti mill-istess grupp, u jivvalutaw il-probabbiltà ta’ inadempjenzi multipli u l-effett ta’ kontaġju fost il-membri tal-ikklerjar tagħha li inadempjenzi bħal dawn jistgħu jikkawżaw.
TAQSIMA 5
Kopertura u Użu tar-riżultati tat-test
Artikolu 55
Żamma ta’ kopertura suffiċjenti
1. CCP tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tirrikonoxxi l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, inklużi l-volatilità akbar jew tnaqqis fil-likwidità tal-istrumenti finanzjarji li tikklerja, sabiex tadatta minnufih il-kalkolu tar-rekwiżit tal-marġni tagħha biex tqis b’mod xieraq kundizzjonijiet ġodda tas-suq.
2. CCP twettaq testijiet fuq it-telf impost tagħha sabiex tiżgura kollateral li jista’ jiġi likwidat tal-anqas għal valur ta’ telf impost tagħha f’ kundizzjonijiet tas-suq estremi u osservati iżda plawsibbli.
3. Jekk CCP tiġbor marġini f’livell ta’ portafoll minflok dak ta’ prodott, hija tirrevedi u tittestja kontinwament kif il-prodotti jikkumpensaw lil xulxin. CCP tibbaża tali kumpensi fuq metodoloġija prudenti u ekonomikament rilevanti li tirrifletti l-livell ta’ dipendenza fuq il-prezz bejn il-prodotti. B’mod partikolari, CCP tittestja l-prestazzjonjijiet ta’ korrelazzjonijiet matul perjodi ta’ kundizzjonijiet tas-suq severi attwali u ipotetiċi.
Artikolu 56
Reviżjoni tal-mudelli bl-użu tar-riżultati tat-testijiet
1. CCP ikollha proċeduri ċari biex jiġi determinat l-ammont ta’ marġini addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa li tiġbor, inkluż fuq bażi ta’ matul l-istess jum, u biex tikkalibra mill-ġdid il-mudell tal-marġni tagħha fejn l-ittestjar retrospettiv jindika li l-mudell ma kellux il-prestazzjoni mistennija bir-riżultat li ma jidentifikax l-ammont xieraq ta’ marġni inizjali meħtieġa biex jintlaħaq il-livell maħsub ta’ kunfidenza. Meta CCP tkun iddeterminat li huwa neċessarju li titlob marġni addizzjonali tagħmel dan sal-proviżjonament ta’ marġni li jmiss.
2. CCP tevalwa s-sors tal-eċċezzjonijiet mill-ittestjar enfasizzati mit-testijiet retrospettivi tagħha. Skont is-sors tal-eċċezzjonijiet, is-CCP tiddetermina jekk bidla fundamentali għall-mudell tal-marġni, jew għall-mudelli li jagħtu input lejh, hijiex meħtieġa u jekk l-ikkalibrar mill-ġdid tal-parametri attwali huwiex neċessarju.
3. CCP tevalwa s-sors tal-eċċezzjonijiet mill-ittestjar enfasizzati mit-testijiet tal-istress tagħha. Is-CCP tiddetermina jekk bidla fundamentali għall-mudelli tagħha, il-metodoloġiji tagħhom jew tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħha humiex meħtieġa jew jekk l-ikkalibrar mill-ġdid tal-parametri jew suppożizzjonijiet attwali huwiex meħtieġ, abbażi tas-sorsi tal-eċċezzjonijiet.
4. Fejn ir-riżultati tat-testijiet juru kopertura insuffiċjenti tal-marġni, tal-fond tal-inadempjenza jew ta’ riżorsi finanzjarji oħra, CCP żżid il-kopertura kumplessiva tar-riżorsi finanzjarji tagħha għal livell aċċettabbli sal-proviżjonament ta’ marġni li jmiss. Fejn ir-riżultati tat-testijiet juru riżorsi finanzjarji likwidi insuffiċjenti, is-CCP iżżid ir-riżorsi finanzjarji likwidi tagħha għal livell aċċettabbli malli jkun prattikabbli li jsir dan.
5. Fir-reviżjoni tal-mudelli tagħha, il-metodoloġiji tagħhom u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, CCP timmonitorja l-frekwenza ta’ eċċezzjonijiet tal-ittestjar rikorrenti biex tidentifika u ssolvi kwistjonijiet b’mod xieraq u mingħajr dewmien żejjed.
TAQSIMA 6
Testijiet invertiti tal-istress
Artikolu 57
Testijiet invertiti tal-istress
1. CCP twettaq testijiet invertiti tal-istress imfassla biex jidentifikaw taħt liema kundizzjonijiet tas-suq il-kombinazzjoni tal-marġini, tal-fond tal-inadempjenza u riżorsi finanzjarji oħra tagħha tista’ tipprovdi kopertura insuffiċjenti tal-iskoperturi ta’ kreditu u li għalihom ir-riżorsi finanzjarji likwidi tagħha jistgħu ma jkunux biżżejjed. Meta twettaq dawn it-testijiet, CCP timmudella kundizzjonijiet tas-suq estremi li jmorru lil hinn dawk li huma kkunsidrati kundizzjonijiet tas-suq plawsibbli sabiex jgħinu biex jiġu determinati l-limiti tal-mudelli tagħha, il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħha, ir-riżorsi finanzjarji tagħha u r-riżorsi finanzjarji likwidi tagħha.
2. CCP tiżviluppa testijiet invertiti tal-istress adattati għar-riskji speċifiċi tas-swieq u tal-kuntratti li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar għalihom.
3. CCP tuża l-kundizzjonijiet identifikati fil-paragrafu 1 u r-riżultati u l-analiżi tat-testijiet invertiti tal-istress tagħha biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ xenarji estremi iżda plawsibbli skont il-Kapitolu VII.
4. CCP perjodikament tirrapporta r-riżultati u l-analiżi tal-ittestjar tal-istress invertit, f’forma li tiksirx il-kunfidenzjalità, lill-kumitat tar-riskju sabiex tfittex il-parir tiegħu fir-reviżjoni tagħha.
TAQSIMA 7
Proċeduri ta’ inadempjenza
Artikolu 58
L-ittestjar ta’ proċeduri ta’ inadempjenza
1. CCP tittestja u tirrevedi l-proċeduri ta’ inadempjenza tagħha biex tiżgura li huma kemm prattiċi kif ukoll effettivi. CCP twettaq eżerċizzji ta’ simulazzjoni bħala parti mill-ittestjar tal-proċeduri ta’ inadempjenza tagħha.
2. CCP, wara ttestjar tal-proċeduri ta’ inadempjenza tagħha, tidentifika kwalunkwe inċertezza u tadatta b’mod xieraq il-proċeduri tagħha biex tnaqqas tali inċertezza.
3. CCP tivverifika, permezz tat-twettiq ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni, li l-membri tal-ikklerjar kollha, fejn xieraq, il-klijenti u partijiet rilevanti oħra inklużi CCPs interoperabbli u kwalunkwe fornitur ta’ servizz relatati, huma infurmati kif xieraq u jafu l-proċeduri involuti f’xenarju ta’inadempjenza.
TAQSIMA 8
Validazzjoni u frekwenza tal-ittestjar
Artikolu 59
Frekwenza
1. CCP twettaq validazzjoni komprensiva tal-mudell tagħha u l-metodoloġiji tagħhom tal-anqas darba fis-sena.
2. CCP twettaq validazzjoni komprensiva tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwdità tal-anqas darba fis-sena.
3. CCP twettaq il-validazzjoni sħiħa tal-mudelli ta’ valwazzjoni tagħha tal-anqas darba fis-sena.
4. CCP tirrivedi l-idoneita tal-politiki speċifikati fl-Artikolu 51 tal-anqas darba fis-sena.
5. CCP tanalizza u timmonitorja l-prestazzjoni tal-mudell u l-kopertura tar-riżorsi finanzjarji tagħha fil-każ ta’ inadempjenzi permezz ta’ ttestjar retrospettiv tal-kopertura tal-marġni u billi twettaq ittestjar tal-istress tal-anqas kuljum bl-użu ta’ parametri u suppożizzjonijiet standard u determinati minn qabel.
6. CCP tanalizza u timmonitorja l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħha billi twettaq testijiet tal-istress, mill-inqas darba kuljum, tar-riżorsi finanzjarji likwidi tagħha.
7. CCP twettaq analiżi dettaljata bir-reqqa tar-riżultati tal-ittestjar mill-inqas darba fix-xahar sabiex tiżgura li x-xenarji tal-ittestjar tal-istress, il-mudelli u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti huma korretti. Din l-analiżi titwettaq aktar ta’ spiss f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress, inkluż meta l-istrumenti finanzjarji kklerjati jew swieq servuti b’mod ġenerali juru volatilità għolja, isiru inqas likwidi, jew meta d-daqs jew konċentrazzjonijiet tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-membri tal-ikklerjar tagħha jiżdied b’mod sinifikanti jew fejn ikun mistenni li CCP se tiltaqa’ ma’ kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress.
8. Analiżi tas-sensittività titwettaq mill-inqas darba fix-xahar, billi jintużaw ir-riżultati ta’ testijiet tas-sensittività. Din l-analiżi titwettaq aktar ta’ spiss meta s-swieq huma volatili b’mod mhux tas-soltu jew inqas likwidi jew meta d-daqs jew konċentrazzjonijiet ta’ pożizzjonijiet miżmuma mill-membri tal-ikklerjar tagħha jiżdiedu b’mod sinifikanti.
9. CCP tittestja, mill-inqas darba fis-sena, kumpensi bejn l-istrumenti finanzjarji u l-prestazzjoni tal-korrelazzjonijiet waqt perjodi ta’ kundizzjonijiet tas-suq severi.
10. It-telf impost ta’ CCP jiġi ttestjat mill-inqas darba fix-xahar.
11. CCP twettaq testijiet invertiti tal-istress mill-inqas kull tliet xhur.
12. CCP tittestja u tirrevedi l-proċeduri ta’ inadempjenza tagħha mill-inqas kull tliet xhur u twettaq eżerċizzji ta’ simulazzjoni mill-inqas kull sena, skont l-Artikolu 61. CCP twettaq wkoll eżerċizzji ta’ simulazzjoni wara kwalunkwe bidla materjali għall-proċeduri ta’ inadempjenza tagħha.
TAQSIMA 9
Orizzonti ta’ żmien użati għat-twettiq tat-testijiet
Artikolu 60
Orizzonti ta’ żmien
1. L-orizzonti ta’ żmien użati għal testijiet tal-istress jiġu ddefiniti skont il-Kapitolu VII u jinkludu kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli li jħarsu ‘l quddiem.
2. L-orizzonti ta’ żmien storiċi użati għall-ittestjar retrospettiv jinkludu dejta tal-anqas mill-aktar sena riċenti jew skont kemm CCP tkun ilha tikklerja l-istrument finanzjarju rilevanti jekk dan ikun inqas minn sena.
TAQSIMA 10
Divulgazzjoni pubblika
Artikolu 61
Informazzjoni li għandha tiġi divulgata pubblikament
1. CCP pubblikament tiddivulga l-prinċipji ġenerali sottostanti għall-mudelli tagħha u l-metodoloġiji tagħhom, in-natura tat-testijiet imwettqa, b’sommarju ta’ livell għoli tar-riżultati ta’ testijiet u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
2. CCP għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-aspetti ewlenin tal-proċeduri ta’ inadempjenza tagħha, inklużi:
|
(a) |
iċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tittieħed azzjoni; |
|
(b) |
min jista’ jieħu dawn l-azzjonijiet; |
|
(c) |
l-għan tal-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu, inkluż it-trattament ta’ kemm il-pożizzjonijiet, fondi u assi proprjetarji kif ukoll dawk tal-klijent; |
|
(d) |
il-mekkaniżmi biex jiġu indirizzati l-obbligi tas-CCP lejn il-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti; |
|
(e) |
il-mekkaniżmi biex jgħinu fl-indirizzar tal-obbligi tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti lejn il-klijenti tiegħu. |
Artikolu 62
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (h), Taqsima 2 tal-Anness I japplika minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fuq derivattivi, kif imsemmi fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali
(2) ĠU L 201. 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 352, 21.12.2012, p. 32.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010 p. 84.
(5) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(8) Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Kundizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, il-garanziji bankarji u d-deheb meqjusa bħala kollateral likwidu ħafna
TAQSIMA 1
Strumenti finanzjarji
Għall-finijiet tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kollateral likwidu ħafna fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jkun strumenti finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament jew titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus li jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
is-CCP tista’ turi lill-awtorità kompetenti li l-istrumenti finanzjarji nħarġu minn emittent li għandu riskju baxx ta’ kreditu abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-emittent f’pajjiż partikolari; |
|
(b) |
is-CCP tista’ turi lill-awtorità kompetenti li l-istrumenti finanzjarji għandhom livell baxx ta’ riskju tas-suq abbażi ta’ valutazzjoni interna adegwata mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li ma tiddependix għalkollox fuq opinjonijiet esterni; |
|
(c) |
dawn huma denominati f’waħda mill-muniti li ġejjin:
|
|
(d) |
dawn ikunu trasferibbli liberament u mingħajr ebda restrizzjoni regolatorja jew legali jew pretensjonijiet ta’ parti terza li xxekkel il-likwidazzjoni; |
|
(e) |
dawn ikollhom suq attiv ta’ bejgħ dirett jew ta’ ftehim ta’ riakkwist, bi grupp divers ta’ xerrejja u bejjiegħa, li għalihom is-CCP tista’ turi aċċess affidabbli, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ stress; |
|
(f) |
ikollhom dejta affidabbli dwar il-prezzijiet ppubblikata fuq bażi regolari; |
|
(g) |
dawn mhumiex maħruġa minn:
|
|
(h) |
dawn mhumiex b’xi mod ieħor soġġetti għal riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli sinifikanti. |
TAQSIMA 2
Garanziji bankarji
|
1. |
Garanzija ta’ bank kummerċjali, soġġetta għal limiti miftiehma mal-awtorità kompetenti, tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin biex tiġi aċċettata bħala kollateral skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
|
2. |
Garanzija bankarja maħruġa minn bank ċentrali tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex tiġi aċċettata bħala kollateral skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
TAQSIMA 3
Deheb
Id-deheb ikun allokat bħala ingotti ta’ deheb pur, ta’ konsenja tajba rikonoxxuta, u jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex jiġi aċċettat bħala kollateral skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
(a) |
ikun miżmum direttament mis-CCP; |
|
(b) |
ikun ddepożitat għand bank ċentrali taż-ŻEE jew bank ċentrali ta’ emissjoni ta’ munita li fiha s-CCP għandha skoperturi li jkollhom arranġamenti adegwati sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-sjieda tad-deheb ta’ membru tal-ikklerjar jew tal-klijenti u li jippermettu aċċess fil-pront għad-deheb meta jkun meħtieġ; |
|
(c) |
ikun iddepożitat ma’ istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata kif iddefinita skont id-Direttiva 2006/48/KE li jkollha arranġamenti adegwati sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-sjieda tad-deheb ta’ membru tal-ikklerjar jew tal-klijenti u li jippermettu aċċess fil-pront għad-deheb meta jkun meħtieġ u s-CCP tista’ turi lill-awtorità kompetenti li għandha riskju baxx ta’ kreditu abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu f’pajjiż partikolari; |
|
(d) |
ikun ddepożitat f’istituzzjoni ta’ kreditu ta’ pajjiż terz li hija soġġetta għal u tikkonforma ma’ regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma stretti tal-anqas daqs dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/48/KE u li jkollha prattiki tal-kontabbiltà, proċeduri ta’ kustodja u kontrolli interni b’saħħithom u li jkollha arranġamenti adegwati sabiex tissalvagwarja id-drittijiet ta’ sjieda tad-deheb ta’ membru tal-ikklerjar jew tal-klijenti, tippermetti lis-CCP li jkollha aċċess fil-pront għad-deheb meta meħtieġ u s-CCP tista’ turi lill-awtorità kompetenti li għandha riskju baxx ta’ kreditu abbażi ta’ valutazzjoni interna mis-CCP. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, is-CCP tapplika metodoloġija ddefinita u oġġettiva li mhux se tiddependi għalkollox fuq l-opinjonijiet esterni u li tqis ir-riskju li jirriżulta mill-istabbiliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu f’pajjiż partikolari. |
ANNESS II
Kundizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji likwidi ħafna
|
1. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, strumenti finanzjari jistgħu jitqiesu bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna, li jkollhom riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq jekk jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kuntratti ta’ derivattivi jistgħu jitqiesu wkoll bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna, li jkollhom riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq jekk huma konklużi għall-fini ta’:
Fejn jintużaw kuntratti ta’ derivattivi f’tali ċirkostanzi, l-użu tagħhom ikun limitat għal kuntratti ta’ derivattivi li għalihom hija ppubblikata dejta affidabbli dwar il-prezzijiet fuq bażi regolari u għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-kreditu u tas-suq li s-CCP tkun esposta għalihom. Il-politika tas-CCP għall-użu ta’ kuntratti ta’ derivattivi tiġi approvata mill-bord wara konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju. |