ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.049.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
22 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/100/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 159/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer, it-tjur, il-bovini, in-nagħaġ, il-mogħoż, il-fniek u ż-żwiemel u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1876/2006 u (KE) Nru 757/2007 ( 1 )

47

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 160/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 162/2003, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tad-diklażuril fl-għalf tal-annimali ( 1 )

50

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 161/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-idrossidu tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, il-klieb u l-ħut ornamentali ( 1 )

52

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar il-proċeduri tar-rikonoxximent reċiproku għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa

55

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 163/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

62

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

64

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/7/UE tal-21 ta’ Frar 2013 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-klorur tal-alkil(C12-16)dimetilbenżilammonju jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

66

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/101/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2013 li taħtar membru Franċiż u żewġ membri supplenti Franċiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

70

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda ċerti intestaturi tal-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 327, 27.11.2012 )

71

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2013/100/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni,

(2)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President huwa b’dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma l-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, mid-data tal-iffirmar tiegħu (1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

U. ELBÆK


(1)  Id-data tal-firma tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

L-UNJONI EWROPEA,

(minn hawn ’il quddiem “l-Unjoni”)

minn naħa, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOĊJALISTA TAS-SRI LANKA,

(minn hawn ’il quddiem “is-Sri Lanka”),

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet”)

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni u s-Sri Lanka.

FILWAQT LI JAGĦRFU li dispożizzjonijiet tal-ftehim għal servizzi bilaterali tal-ajru bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi (pajjiżi elenkati fl-Anness 3) li jiksbu d-dritt tas-sjieda fi trasportaturi tal-ajru liċenzjati skont il-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u s-Sri Lanka li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi ineffettivi,

FILWAQT LI JAGĦRFU li fejn Stat Membru jkun ħatar trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza ta-sigurtà huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tas-Sri Lanka skont id-dispożizzjonijiet tas-Sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar it-trasportatur u s-Sri Lanka, għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru elenkati fl-Anness 1 huma msejsa fuq il-prinċipju ġenerali li t-trasportaturi tal-ajru maħtura tal-partijiet għandu jkollhom opportunitajiet ġusti u ndaqs fl-operat tas-servizzi maqbula fuq ir-rotot speċifikati,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan ta’ dan il-ftehim li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni u s-Sri Lanka, sabiex jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni u trasportaturi tal-ajru tas-Sri Lanka, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru dwar drittijiet tat-traffiku,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-“Istati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u t-“Trattati tal-UE” għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri.

3.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru maħtura minn dak l-Istat Membru.

4.   L-għoti ta’ drittijiet tat-traffiku se jkompli jsir permezz ta’ arranġamenti bilaterali.

Artikolu 2

Ħatra minn Stat Membru

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħatra tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mis-Sri Lanka, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportaturi tal-ajru, rispettivament.

2.   Malli tirċievi ħatra mingħand Stat Membru, is-Sri Lanka għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(a)

it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru u għandu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni; kif ukoll

(b)

kontroll effettiv regolatorju tat-trasportatur tal-ajru jiġi eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fil-ħatra; kif ukoll

(c)

it-trasportatur tal-ajru jkun sjieda, direttament jew permezz ta’ sehem azzjonarju maġġoritarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn u għandu dejjem ikun ikkontrollat effettivament minn tali stat u/jew tali ċittadini.

3.   Is-Sri Lanka tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru maħtur minn Stat Membru meta:

(a)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; jew

(b)

ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew

(c)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx sjieda, direttament jew permezz ta’ sjieda maġġoritarja, u ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra; jew

(d)

it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera skont ftehim bilaterali bejn is-Sri Lanka u xi Stat Membru ieħor u billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

(e)

it-trasportatur tal-ajru maħtur ikollu diġà Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru li s-Sri Lanka ma tkunx laħqet ftehim bilaterali miegħu dwar is-servizzi tal-ajru u liema Stat Membru jkun ċaħad id-drittijiet tat-traffiku għas-Sri Lanka.

Waqt li teżerċita d-dritt tagħha skont dan il-paragrafu, is-Sri Lanka ma għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

2.   Fejn Stat Membru jkun maħtur trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tas-Sri Lanka skont id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar it-trasportatur tal-ajru u s-Sri Lanka għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 ma għandu (i) jeħtieġ jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata bħal din; jew (iii) jiddelega għand operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 5

L-Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 6

Evalwazzjoni, reviżjoni jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jevalwaw, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li jkunu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

2.   Minkejja paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mid-data li jiġi ffirmat sakemm jidħol fis-seħħ.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra elenkati fl-Anness 1 inklużi dawk li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament.

Artikolu 8

It-terminazzjoni

1.   Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’żewġ kopji, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Sinhala, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми септември две хиляди и дванадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de septiembre de dos mil doce.

V Bruselu dne dvacátého sedmého září dva tisíce dvanáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende september to tusind og tolv.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten September zweitausendzwölf.

Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta septembrikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες δώδεκα.

Done at Brussels on the twenty-seventh day of September in the year two thousand and twelve.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept septembre deux mille douze.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette settembre duemiladodici.

Briselē, divi tūkstoši divpadsmitā gada divdesmit septītajā septembrī.

Priimta du tūkstančiai dvyliktų metų rugsėjo dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkettedik év szeptember havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u tnax.

Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste september tweeduizend twaalf.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego września roku dwa tysiące dwunastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de setembro de dois mil e doze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și șapte septembrie două mii doisprezece.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho septembra dvetisícdvanásť.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega septembra leta dva tisoč dvanajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattakaksitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde september tjugohundratolv.

За Европейския сьюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Image

За Правителството на Демократична социалистическа република Шри Ланка

Por el Gobierno de la República Socialista Democrática de Sri Lanka

Za vládu Srílanské demokratické socialistické republiky

For Den Demokratiske Socialistiske Republik Sri Lankas regering

Für die Regierung der Demokratischen Sozialistischen Republik Sri Lanka

Sri Lanka Demokraatliku Sotsialistliku Vabariigi valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Λαϊκής Σοσιαλιστικής Δημοκρατίας της Σρι Λάνκα

For the Government of the Democratic Socialist Republic of Sri Lanka

Pour le Gouvernement de la République Socialiste Démocratique de Sri Lanka

Per il governo della Repubblica democratica socialista di Sri Lanka

Šrilankas Demokrātiskās Sociālistiskās Republikas valdības vārdā –

Šri Lankos Demokratinės Socialistinės Respublikos Vyriausybės vardu

A Srí Lanka Demokratikus Szocialista Köztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka

Voor de regering van de Democratische Socialistische Republiek Sri Lanka

W imieniu Rządu Demokratyczno-Socjalistycznej Republiki Sri Lanki

Pelo Governo da República Democrática Socialista do Sri Lanca

Pentru Guvernul Republicii Democratice Socialiste Sri Lanka

Za vládu Srílanskej demokratickej socialistickej republiky

Za vlado Demokratične socialistične republike Šrilanke

Sri Lankan demokraattisen sosialistisen tasavallan hallituksen puolesta

För demokratiska socialistiska republiken Sri Lankas regering

Image

Image

ANNESS 1

LISTA TA’ FTEHIMIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA’ DAN IL-FTEHIM

Ftehimiet tas-servizzi tal-ajru u ftehimiet oħra bejn is-Sri Lanka u l-Istati Membri kif modifikati jew emendati li, dakinhar tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew mibdija;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u r-Repubblika tas-Sri Lanka magħmul f’Colombo fil-15 ta’ Frar 1978, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Awstrija” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar it-Trasport bl-Ajru magħmul fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1998, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Belġju” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u l-Gvern ta’ Ceylon dwar servizzi tal-ajru bejn it-terrttorji rispettivi tagħhom u lil hinn minnhom magħmul f’Colombo fis-27 ta’ Novembru 1970, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Bulgarija” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka mibdi f’Colombo fil-15 ta’ Novembru 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim bejn is-Sri Lanka u Ċipru” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar Servizzi tal-Ajru, magħmul fi Praga fl-20 ta’ April 2004, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Repubblika Ċeka” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern ta’ Ceylon dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fid-29 ta’ Mejju 1959, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u d-Danimarka” fl-Anness 2;

Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Franza u Ceylon dwar it-Trasport bl-Ajru magħmul f’Colombo fit-18 ta’ April 1966, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Franza” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tas-Sri Lanka magħmul f’Colombo fl-24 ta’ Lulju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Ġermanja” fl-Anness 2;

Ftehim fuq it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka mibdi f’Ateni fil-5 ta’ Novembru 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Greċja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern ta’ Ceylon dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fl-1 ta’ Ġunju 1959, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Italja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Gvern ta’ Ceylon għal Servizzi tal-Ajru bejn u ‘l hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f’Colombo fl-14 ta’ Settembru 1953, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Pajjiżi l-Baxxi” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari Pollakka u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka għal Servizzi tal-Ajru bejn u ‘l hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f’Colombo fis-26 ta’ Jannar 1982 minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Polonja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tal-Isvezja u l-Gvern ta’ Ceylon dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fid-29 ta’ Mejju 1959 minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Isvezja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fit-22 ta’ April 1998, kif emendat, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Renju Unit” fl-Anness 2.

ANNESS 2

LISTA TAL-ARTIKOLI FIL-FTEHIMIET ELENKATI FL-ANNESS 1 U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 4 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ħatra minn Stat Membru:

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Awstrija;

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Belġju;

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Ċipru;

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Repubblika Ċeka;

Artikolu 2 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u d-Danimarka;

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Franza;

Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Ġermanja;

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Greċja;

Artikolu 4, paragrafi 1 sa 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Italja;

Artikolu 2 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Pajjiżi l-Baxxi;

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Polonja;

Artikolu 2 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Isvezja;

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Renju Unit.

(b)

Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Awstrija;

Artikolu 5 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Belġju;

Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Bulgarija;

Artikolu 5 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Ċipru;

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Repubblika Ċeka;

Artikolu 6 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u d-Danimarka;

Artikolu 3, paragrafu 4 u Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Franza;

Artikolu 4, paragrafu 1, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Ġermanja;

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Greċja;

Artikolu 4, paragrafi 4 sa 6 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Italja;

Artikolu 3 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Pajjiżi l-Baxxi;

Artikolu 6 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Isvezja;

Artikolu 5 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Renju Unit.

(c)

Sikurezza:

Artikolu 7 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Awstrija;

Artikolu 7 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Belġju;

Artikolu 10 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Ċipru;

Artikolu 7 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Repubblika Ċeka;

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u d-Danimarka;

Artikolu 7 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Greċja;

Artikolu 7 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Polonja;

Artikolu 4 tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Isvezja.

ANNESS 3

LISTA TA’ STATI OĦRA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).


REGOLAMENTI

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 157/2013

tat-18 ta’ Frar 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea “" wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, b’avviż (“NOI”) ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu ta’ proċediment antidumping (“proċediment AD” jew “il-proċediment”) fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti tal-Amerika” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u bdiet investigazzjoni separata (“proċediment AS”). Dan il-proċediment intemm fil-21 ta’ Diċembru 2012 mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji.

(3)

Il-proċediment AD inbeda wara rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2011 mill-European Producers Union of Renewable Ethanol Association (ePURE) (“ir-rikorrent”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ bijoetanol. Ir-rikors kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lir-rikorrent, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fil-Istati Uniti tal-Amerika, lill-importaturi, u lil partijiet oħra magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(5)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

1.2.1.   Teħid ta’ kampjuni ta’ esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika

(6)

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika, kien previst it-teħid ta’ kampjuni fin-notifika ta’ bidu b’mod konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(7)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika ntalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jirrispondu għal formola ta’ teħid ta’ kampjuni li tipprovdi, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ bijoetanol matul il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni” jew “il-PI”).

(8)

L-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Uniti kienu kkonsultati wkoll għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv.

(9)

Aktar minn 60 esportatur/produttur ippreżentaw ruħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat ta’ 15-il jum.

(10)

B’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-akbar kwantità rappreżentattiva ta’ esportazzjonijiet ta’ bijoetanol lill-Unjoni li setgħet tiġi raġonevolment investigata fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti minn sitt produtturi ta’ bijoetanol tal-Istati Uniti (“kampjun tal-Istati Uniti”).

(11)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produzzjoni ta’ produttur wieħed inkluż fil-kampjun tal-Istati Uniti ma ġietx esportata lejn l-Unjoni fil-PI. Għaldaqstant, din il-kumpannija tneħħiet mill-kampjun.

(12)

Minkejja li l-produtturi l-oħra fil-kampjun qalu li esportaw bijoetanol lejn l-Unjoni fil-formola tat-teħid tal-kampjuni tagħhom, l-investigazzjoni wriet li ħadd minnhom ma esporta bijoetanol lejn is-suq tal-Unjoni. Huma kienu qed ibigħu domestikament lil operaturi tas-suq/blenders mhux relatati li mbagħad ħalltuh ma’ gażolina u bigħuh mill-ġdid fis-suq domestiku u għall-esportazzjoni b’mod partikolari lejn l-Unjoni. Matul l-investigazzjoni fuq il-post, deher ċar li, għall-kuntrarju tal-impressjoni li ttieħdet mill-informazzjoni pprovduta fil-formoli tal-kampjuni tal-produtturi tal-Istati Uniti fil-kampjun, dawk il-produtturi ma kinux sistematikament konxji jekk il-produzzjoni tagħhom kenitx maħsuba għas-suq tal-Unjoni jew xi destinazzjoni oħra fosthom is-suq tal-Istati Uniti u ma kellhom l-ebda informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-bejgħ tal-operaturi tas-suq/blenders. Dan ifisser li l-produtturi tal-Istati Uniti ta’ bijoetanol mhumiex l-esportaturi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. L-esportaturi huma l-operaturi tas-suq/blenders. B’hekk, id-data miġbura u vverifikata fil-livell tal-kampjun tal-Istati Uniti fl-istadju provviżorju ma kenitx tippermetti li jiġi stabbilit jekk il-bijoetanol tal-Istati Uniti kienx esportat bi prezzijiet ta’ dumping lejn l-Unjoni matul il-PI.

(13)

Għaldaqstant ma setgħu jiġu imposti l-ebda miżuri antidumping f’dak iż-żmien.

(14)

Sabiex jidentifika l-esportazzjonijiet tal-bijoetanol lejn l-Unjoni, il-kampjun tal-Istati Uniti kien jiddependi prinċipalment fuq data pprovduta lilhom minn blenders/operaturi tas-suq mhux relatati li ma kinux ġew investigati fl-istadju provviżorju. Għalkemm fi stadju provviżorju tali operatur tas-suq ikkoopera fl-investigazzjoni u pprovda data addizzjonali, dik id-data ma kenitx biżżejjed biex tistabbilixxi b’mod preċiż u kredibbli d-data meħtieġa għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini tad-dumping.

(15)

Sabiex titlesta l-investigazzjoni dwar id-dumping, kien għalhekk ikkunsidrat bżonnjuż li minflok tiġi bbażata fuq id-data ta’ operaturi tas-suq u blenders li kienu qed jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(16)

Għaldaqstant intbagħtu kwestjonarji dwar id-dumping lit-tmien l-akbar operaturi tas-suq/blenders tal-Istati Uniti li ġew identifikati matul l-investigazzjoni tal-kampjun tal-Istati Uniti. Dawn l-operaturi tas-suq/blenders jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-esportazzjonijiet totali ta’ bijoetanol lejn l-Unjoni. Tnejn qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni u l-esportazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw madwar 51 % tal-esportazzjonijiet totali ta’ bijoetanol lejn l-Unjoni matul il-PI.

1.2.2.   Teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(17)

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(18)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni (“kampjun tal-UE”). Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn ħames kumpanniji u gruppi, mid-19-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel il-bidu tal-investigazzjoni. Il-kampjun intgħażel abbażi tal-volum ta’ produzzjoni ta’ bijoetanol matul il-perijodu tal-investigazzjoni u l-post fejn jinsabu l-produtturi magħrufa. Dan il-kampjun kien jirrappreżenta 48 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni matul il-PI.

(19)

Iżda l-investigazzjoni wriet li l-gruppi inklużi fil-kampjun tal-UE kienu jikkonsistu f’numru kbir ta’ kumpanniji jew entitajiet individwali li jipproduċu u jbigħu l-prodott simili. F’dan il-każ kien ikun ifisser li kellhom jiġu investigati 13-il kumpannija u ma kienx possibbli li jiġu investigati kollha kemm huma fiż-żmien disponibbli għall-investigazzjoni. Għalhekk ġie deċiż li tiġi eżaminata mill-ġdid id-data disponibbli għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. Ġie kkunsidrat li l-kampjun għandu jkun ibbażat fuq l-ikbar entitajiet produtturi individwali fl-Unjoni u fil-gruppi fejn titqies ukoll ċerta firxa ġeografika fost produtturi tal-Unjoni.

(20)

B’hekk, finalment intgħażel kampjun tal-UE definittiv ta’ sitt produtturi individwali abbażi tar-rappreżentattività f’termini tal-volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ bijoetanol matul il-PI u l-post ġeografiku tal-produttur. Dawn il-produtturi li jinsabu fil-Belġju, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fi Franza, fir-Renju Unit, fl-Isvezja u fil-Ġermanja jirrappreżentaw 36 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 44 % tal-produzzjoni totali rrappurtata mill-kumpanniji li ressqu d-data għall-għażla ta’ kampjun. Dan il-kampjun tqies li huwa rappreżentattiv għall-eżami ta’ ħsara possibbli lill-industrija tal-Unjoni.

(21)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-għażla tal-kampjun.

(22)

Xi partijiet iddikjaraw li l-kampjun tal-UE kien inqas rappreżentattiv minn dak magħżul oriġinarjament li kien jinkludi gruppi ta’ kumpanniji. Fil-fehma tagħhom, analiżi oġġettiva tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħet issir biss billi jiġu inklużi l-kumpanniji kollha li huma parti mill-gruppi fil-kampjun. Huma allegaw b’mod partikolari li l-ispejjeż u d-dħul setgħu jiġu allokati lil ċerti kumpanniji ta’ grupp li ma saritilhomx żjara u b’hekk ma jistgħux jiġu inklużi fl-analiżi tal-ħsara.

(23)

F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni kkunsidrat u eżaminat b’mod xieraq id-data pprovduta mill-kumpanniji kollha inklużi fil-kampjun u dawk li ma ġewx inklużi, u b’mod partikolari l-kumpanniji li jappartjenu għal gruppi, sabiex jiġi żgurat li l-ispejjeż u d-dħul kollha involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ mill-kumpanniji magħżula kienu ġew riflessi bis-sħiħ u b’mod korrett fl-analiżi tal-ħsara.

(24)

Xi partijiet ikkontestaw l-inklużjoni fil-kampjun tal-UE ta’ produtturi tal-Unjoni li kienu fil-fażi tal-bidu. Huma ddikjaraw ukoll li kumpannija waħda b’kapaċità sostanzjali mhux użata fl-2011, li tinsab fi Stat Membru li ma implimentax id-Direttiva dwar l-Enerġiji Rinnovabbli (Renewable Energies Directive - “RED”) (4), ma kellhiex tkun inkluża fil-kampjun. Ġie ddikjarat ukoll li f’każ li dawn il-kumpanniji finalment jiġu inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni għandha taġġusta d-data tagħhom sabiex tqis dawn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali.

(25)

Huwa kkunsidrat li l-fatt li l-kumpanniji riċentement bdew jew issuktaw operazzjonijiet ma jipprekludihomx milli jkunu parti mill-kampjun. L-inklużjoni ta’ dawn il-kumpanniji ma tmurx kontra l-kriterji għall-għażla ta’ kampjun kif stipulat fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-aġġustament tad-data tagħhom, il-partijiet ma pprovdew l-ebda kwistjoni speċifika jew evidenza ssostanzjata biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tagħhom, u lanqas bażi biex jagħmlu l-aġġustament iddikjarat.

(26)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kost, bħal pereżempju diprezzamenti aċċelerati, li għandu jiġi aġġustat biex tiġi korretta kwalunkwe distorsjoni minħabba l-bidu ta’ attività. B’hekk, din id-dikjarazzjoni hija miċħuda.

(27)

Xi partijiet ikkuntestaw ukoll il-fatt li kumpannija waħda li ntgħażlet provviżorjament fil-kampjun tal-UE u li tinsab fi Stat Membru b’konsum u produzzjoni għoljin ta’ bijoetanol ma kenitx aktar parti mill-kampjun tal-UE. Huma ddikjaraw li din is-sitwazzjoni ekonomika ta’ din il-kumpannija kienet tajba u ssuġġerew li din kienet ir-raġuni għall-esklużjoni tagħha mill-kampjun. Huma argumentaw ukoll li l-għażla tal-kampjun kienet immanipulata lejn is-sejba tal-ħsara. Skont dawn il-partijiet il-Kummissjoni kien imissha bagħtet hekk imsejħa kwestjonarji qosra lill-produtturi kollha sabiex tinġabar id-data rilevanti biex jintgħażel kampjun.

(28)

Fir-rigward tal-bgħit ta’ kwestjonarji qosra, għandu jiġi nnutat li, qabel l-għażla tal-kampjun, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati sabiex tinġabar id-data rilevanti għall-iskop tal-għażla tal-kampjun. Kif imsemmi fil-punt 5.2.1 tan-NOI, din l-informazzjoni kienet disponibbli mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u ma kenitx hemm biex turi l-istat tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawk li wieġbu. B’hekk, il-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħżel kampjun rappreżentattiv li jirrispetta l-kriterji tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, iżda ma setgħet tagħmel l-ebda għażla tal-kumpanniji orjentata lejn ir-riżultati. Għaldaqstant id-dikjarazzjonijiet imsemmija hawn fuq ġew miċħuda.

(29)

Fl-aħħar nett, ġie ddikjarat li l-kampjun kien imissu inkluda kumpanniji li jipproduċu l-bijoetanol mill-pitrava zokkrija ladarba l-produzzjoni minn din il-materja prima tista’ tagħmel ħafna aktar qligħ mill-produzzjoni minn, pereżempju, il-qamħ. Għalkemm din id-dikjarazzjoni ma kenitx sostanzjata, l-informazzjoni disponibbli wriet li l-bijoetanol prodott mill-pitrava zokkrija jirrappreżenta biss parti żgħira tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, madwar 12 % fl-2011 u li tnejn mill-kumpanniji inklużi fil-kampjun parzjalment jużaw il-pitrava zokkrija bħala prodott ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-bijoetanol. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni hi miċħuda.

(30)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-kampjun magħżul kif spjegat hawn fuq għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara tqies bħala li huwa rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni.

1.2.3.   Teħid ta’ kampjun ta’ importaturi mhux relatati

(31)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi involuti fil-proċedura, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-notifika ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(32)

Tliet importaturi biss ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun sal-iskadenza stabbilita fin-notifika ta’ bidu. Fid-dawl tan-numru limitat ta’ importaturi li kkooperaw, it-teħid ta’ kampjun ma tqiesx li huwa meħtieġ.

1.2.4.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u verifiki

(33)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati. Għaldaqstant il-kwestjonarji ntbagħtu lill-esportaturi/produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerika inklużi fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lit-tliet importaturi mhux relatati li kkooperaw fl-Unjoni u lill-utenti kollha magħrufa li huma kkonċernati fl-investigazzjoni.

(34)

Waslu tweġibiet mingħand l-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika inklużi fil-kampjun, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati u erba’ utenti.

(35)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-partijiet interessati u meqjusa bħala meħtieġa għall-finijiet ta’ determinazzjoni definittiva ta’ dumping, ħsara li tirriżulta minnu u interess tal-Unjoni.

(36)

Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpanniji li ġejjin:

 

Esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika

Marquis Energy LLC, Hennepin, Illinois

Patriot Renewable Fuels LLC, Annawan, Illinois

Platinum Ethanol LLC, Arthur, Iowa

Plymouth Energy Company LLC, Merrill, Iowa

POET LLC, Wichita, Kansas u Sioux Falls, South Dakota

 

Operaturi tas-suq mhux relatati fl-Istati Uniti tal-Amerika

Bio Urja Trading LLC, Houston, Texas

 

Operatur relatat fl-Isvizzera

Cargill International SA, Ġinevra

 

Produtturi fl-Unjoni

Abengoa Energy Netherlands B.V., Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi

BioWanze S.A., Wanze, il-Belġju.

Crop Energies Bioethanol GmbH, Mannheim, il-Ġermanja

Ensus, Yarm, ir-Renju Unit.

Lantmännen Energi/Agroetanol, Norrköping, l-Isvezja.

Tereos BENP, Lillebonne, Franza.

 

Importaturi mhux relatati fl-Unjoni

Shell Trading Rotterdam B.V., Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi

Greenergy Fuels Limited, Londra, ir-Renju Unit

 

Utenti fl-Unjoni

Shell Nederland Verkoopmaatschappij B.V., Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi

1.3.   Il-perijodu tal-investigazzjoni u l-perijodu kkunsidrat

(37)

L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu minn Jannar 2008 sa tmiem il-PI (“il-perijodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(38)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-bijoetanol, kultant imsejjaħ “karburant etanol”, jiġifieri l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew le, esklużi prodotti b’kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, iżda inkluż l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsab f’taħlit ma’ gażolina b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, li attwalment jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2207 10 00, ex 2207 20 00, ex 2208 90 99, ex 2710 12 21, ex 2710 12 25, ex 2710 12 31, ex 2710 12 41, ex 2710 12 45, ex 2710 12 49, ex 2710 12 51, ex 2710 12 59, ex 2710 12 70, ex 2710 12 90, ex 3814 00 10, ex 3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex 3824 90 97.

(39)

Il-bijoetanol jista’ jiġi prodott minn diversi materji primi agrikoli, bħall-kannamiela, il-pitrava zokkrija, il-patata, il-manjoka u l-qamħirrun. Fl-Istati Uniti tal-Amerika ssir distinzjoni abbażi tad-diversi materji primi, kif deskritt hawn taħt:

(a)

Il-Bijokarburant Konvenzjonali (li prinċipalment huwa prodott minn materja prima tal-qamħirrun u normalment jissejjaħ etanol tal-qamħirrun) li huwa definit bħala karburant rinnovabbli dderivat minn lamtu tal-qamħirrun prodott minn faċilitajiet li bdew jinbnew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà f’Diċembru 2007 (5) u li fil-futur irid jikseb tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-gass serra (greenhouse gas - “GHG”) meta mqabbla ma’ emissjonijiet bażi GHG fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-gażolina u d-diżil.

(b)

Il-Bijokarburant Avvanzat li huwa definit bħala karburant rinnovabbli minbarra l-etanol idderivat mil-lamtu tal-qamħirrun, li huwa derivat minn bijomassa rinnovabbli u li għandu emissjonijiet GHG fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, kif iddeterminat mill-Amministratur tal-Att dwar il-Politika tal-Enerġija (Energy Policy Act - “EPA”), li jkunu ta’ mill-inqas 50 % inqas minn emissjonijiet bażi GHG. Dan it-terminu jinkludi “bijokaburanti ċellulożiċi” bħal bijoetanol u “diżil ibbażat fuq il-bijomassa.” L-iskeda għall-Bijokarburanti Avvanzati tinkludi l-iskeda għall-Bijokarburanti Ċellulożiċi, id-Diżil Ibbażat fuq il-Bijomassa, u Bijokarburanti Avvanzati mhux Differenzjati.

(40)

B’mod aktar speċifiku, il-Bijokarburant Ċellulożiku (6) huwa definit bħala karburant rinnovabbli dderivat minn kwalunkwe ċelluloża, emiċelluloża, jew linjina li huwa dderivat minn bijomassa rinnovabbli u li għandu emissjonijiet GHG fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, kif iddeterminat mill-Amministratur EPA, li huma ta’ mill-inqas 60 % inqas mill-emissjonijiet bażi GHG fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-bijokarburanti ċellulożiċi jinkludu l-bijoetanol ċellulożiku. Hemm riċerki u proġetti bi prova li huma appoġġati bil-kbir mill-Gvern Federali tal-Istati Uniti għall-produzzjoni ta’ Bijokarburanti Avvanzati u b’mod partikolari l-bijoetanol ċellulożiku, prodott b’mod partikolari minn skart agrikolu u tal-foresti. Skont uffiċjali tal-Istati Uniti u data disponibbli pubblikament (7), il-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ bijoetanol se tilħaq madwar 4 biljun litru fl-2014 u aktar minn 50 biljun litru sal-2021. Il-produzzjoni tal-bijoetanol ċellulożiku kienet negliġibbli fil-PI.

(41)

Matul il-perijodu ta’ investigazzjoni sa issal-qamħirrun kien il-materja prima prinċipali użata fl-Istati Uniti, filwaqt li l-materja prima prinċipali użata fl-Unjoni huwa l-qamħ.

(42)

L-investigazzjoni wriet li l-bijoetanol ġeneralment jinbiegħ fil-forma pura tiegħu lil blenders/operaturi tas-suq li jħalltuh (8) mal-gażolina b’mod partikolari biex jipproduċu taħlitiet ta’ livell għoli li huma esportati jew mibjugħa fis-suq domestiku għal taħlit ulterjuri u biex jiġi kkonsmat bħala karburant. It-taħlit mhuwiex operazzjoni kumplessa ħafna u jista’ jsir billi l-prodotti jitħalltu f’tankijiet speċjali filwaqt li jiżdiedu l-perċentwali mixtieqa ta’ bijoetanol u gażolina.

(43)

Sabiex jiġu identifikati d-diversi tipi ta’ bijoetanol u taħlitiet tal-bijoetanol użati madwar id-dinja, it-taħlit tal-karburant etanol għandhom numri “E” li jiddeskrivu l-perċentwal ta’ karburant etanol fit-taħlita skont il-volum. Pereżempju, E85 huwa 85 % etanol u 15 % gażolina. It-taħlitiet b’livell baxx ta’ etanol, minn E5 sa E25, huma magħrufa wkoll bħala gasoħol, għalkemm fuq livell internazzjonali l-aktar użu komuni tat-terminu gasoħol jirreferi għat-taħlita E10. It-taħlitiet ta’ E10 jew inqas intużaw f’aktar minn għoxrin pajjiż madwar id-dinja sal-2011, bl-Istati Uniti fl-ewwel post, fejn kważi l-gażolina kollha mibjugħa bl-imnut fl-2010 kienet imħallta b’10 % bijoetanol.

(44)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha ta’ bijoetanol jitqiesu bħala bijokarburanti skont il-Programm Nazzjonali dwar l-Istandard għall-Karburanti Rinnovabbli (National Renewable Fuel Standard - RFS1) imwaqqaf taħt l-Att dwar il-Politika tal-Enerġija tal-2005, li emenda l-Att dwar l-Arja Nadifa billi waqqaf l-ewwel standard nazzjonali għall-karburanti rinnovabbli. Il-Kungress tal-Istati Uniti ta r-responsabbiltà lill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti (Environmental Protection Agency - EPA) li tikkoordina mad-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti, u l-partijiet interessati sabiex tfassal u timplimenta dan il-programm.

(45)

Bħala riżultat tal-politika tal-enerġija tagħhom, l-Istati Uniti tal-Amerika saret l-akbar produttur ta’ bijoetanol fid-dinja mill-2005, u tirrappreżenta 57,5 % tal-produzzjoni globali. Fl-2009, ir-rekwiżiti skont l-EPA żguraw li tal-anqas kienu prodotti 11-il biljun gallun tal-Istati Uniti ta’ karburanti rinnovabbli, b’mod partikolari biex jintlaħqu l-miri stabbiliti mill-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007. Il-produzzjoni fuq skala kbira ppermettiet ukoll lill-produtturi tal-Istati Uniti li jsiru esportaturi tal-bijoetanol lejn swieq oħra, inkluża l-Unjoni.

(46)

Abbażi ta’ sorsi uffiċjali, is-suq u informazzjoni disponibbli pubblikament (9), it-tipi kollha ta’ bijoetanol u bijoetanol f’taħlitiet, jiġifieri taħlitiet ta’ bijoetanol b’gażolina minerali kif spjegat fil-premessa (43) hawn fuq, li huma prodotti fl-Istati Uniti tal-Amerika u mibjugħa fl-Istati Uniti tal-Amerika jew esportati jitqiesu bħala karburanti tal-bijoetanol u huma parti minn pakkett leġislattiv li jikkonċerna l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli u karburanti alternattivi fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(47)

Instab li t-tipi kollha ta’ bijoetanol u bijoetanol f’taħlitiet koperti minn din l-investigazzjoni, minkejja differenzi possibbli f’termini tal-materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni, it-tipi kollha għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, jew simili ħafna, u jintużaw għall-istess skopijiet. Il-varjazzjonijiet minuri possibbli fil-prodott ikkonċernat ma jbiddlux id-definizzjoni bażika tiegħu, il-karatteristiċi tiegħu, jew il-perċezzjoni li diversi partijiet għandhom tiegħu.

(48)

Xi partijiet iddikjaraw li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat ma kenitx ċara, b’mod partikolari għaliex ma kenitx tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-bijoetanol li jintuża bħala karburant minn dak maħsub għal użi oħrajn. B’hekk, huma ddikjaraw li l-investigazzjoni għandha tkopri l-etanol għal kull tip ta’ użu u l-etanol minn kull sors, inkluż etanol sintetiku li jikkompeti mal-bijoetanol għal użu industrijali.

(49)

Parti oħra ddikjarat il-kuntrarju, jiġifieri li l-investigazzjoni għandha tkopri biss il-bijoetanol li jintuża bħala karburant u li b’hekk il-bijoetanol għal użu industrijali għandu jiġi eskluż.

(50)

F’dan il-kuntest, ġie osservat li l-prodott ikkonċernat għandu jkun definit primarjament abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tiegħu u mhux abbażi tal-użu jew l-applikazzjonijiet tiegħu. Prodott li jkollu diversi applikazzjonijiet jista’ tabilħaqq ikollu l-istess karatteristiċi bażiċi jew simili minkejja l-użu ulterjuri tiegħu u f’ċerti ċirkustanzi jista’ jkun meħtieġ li ssir analiżi aktar dettaljata tad-definizzjoni tal-prodott u l-iskop tal-prodott fid-dawl tal-ispeċifiċità tal-industrija u s-suq.

(51)

F’dan il-każ, kien ċar li n-notifika ta’ bidu ma kellhiex l-għan li tkopri l-etanol sintetiku fid-definizzjoni tal-prodott. L-etanol sintetiku għandu karatteristiċi differenti mill-bijoetanol u ma jikkorrispondix mal-kriterji msemmija hawn fuq li huma relatati mad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ma hemm l-ebda produttur li jiffoka fuq il-produzzjoni ta’ dak il-prodott li ħa sehem f’din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, l-etanol sintetiku ma jistax jiġi inkluż fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u jaqa’ barra mill-ambitu tal-investigazzjoni. Kuntrarju għas-suġġeriment li għamlu xi partijiet, din il-kjarifika ma twassalx għal bidla fl-ambitu tal-investigazzjoni jew id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u ma kellha l-ebda impatt fuq il-kwalità tad-data użata.

(52)

Il-bijoetanol li jintuża bħala karburant u l-bijoetanol maħsub għal użi oħrajn jista’ jkollhom karatteristiċi simili. Madankollu, matul l-investigazzjoni ġie eżaminat id-dumping fil-livell tal-operaturi tal-Istati Uniti li pproduċew jew ħalltu l-bijoetanol biex jintuża bħala karburant, jiġifieri l-bijoetanol li għandu jiġi inkluż f’taħlita tal-karburant. Bl-istess mod, l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ffukat fuq il-bijoetanol maħsub biex jintuża bħala karburant u mhux għal użi oħrajn. Għaldaqstant, il-bijoetanol maħsub għal użi oħrajn għajr bħala karburant ma għandhux jiġi kopert mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni.

(53)

L-importaturi li mhux se jużaw il-bijoetanol importat tal-Istati Uniti tal-Amerika bħala karburant għandhom il-possibilità li jagħmlu dikjarazzjoni soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-użu aħħari kif stabbilit mid-dispożizzjonijiet implimentattivi inkorporati fl-Artikoli minn 291 sa 300 tal-Kodiċi tal-Unjoni Doganali (10).

2.2.   Prodott simili

(54)

Instab li l-bijoetanol manifatturat mill-industrija tal-Unjoni u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni għandu karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili meta mqabbel mal-bijoetanol esportat lejn l-Unjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(55)

Kif deskritt fil-premessa (39) hawn fuq, il-bijoetanol jista’ jiġi prodott minn diversi materji primi. Madankollu, l-investigazzjoni ma indikatx li l-materja prima użata twassal għal xi differenzi fil-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Instab li l-prodott ikkonċernat prodott fl-Istati Uniti tal-Amerika b’mod partikolari mill-qamħirrun u esportat lejn l-Unjoni huwa interskambjabbli ma’ dak prodott b’mod partikolari mill-qamħ u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda differenzi, jew jekk hemm dawn mhumiex sinifikanti, fl-użi u fil-perċezzjoni minn operaturi u utenti fis-suq fir-rigward tal-bijoetanol.

(56)

Għaldaqstant wieħed għandu jikkonferma li l-bijoetanol prodott u mibjugħ fl-Unjoni u l-prodott ikkonċernat esportat mill-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jitqiesu bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(57)

Xi wħud mill-produtturi tal-Istati Uniti inklużi fil-kampjun iddikjaraw li l-bijoetanol prodott u mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika ma kienx bħall-prodott ikkonċernat, peress li ma jikkorrispondix strettament mat-test tad-deskrizzjoni tal-prodott kif stipulat fin-notifika ta’ bidu. Effettivament, it-tipi ta’ bijoetanol mibjugħa fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika għandhom kontenut ta’ ilma li jaqbeż il-limitu ta’ 0,3 % u jikkorrispondi għall-istandard tal-Istati Uniti tal-Amerika (ASTM) u mhux għall-EN 15376.

(58)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-bijoetanol prodott għal bejgħ fis-suq tal-Istati Uniti jaqbel fil-parti l-kbira mal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tal-prodott ikkonċernat. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku jistipula li prodott simili ma għandux ikun neċessarjament l-istess fl-aspetti kollha bħall-prodott ikkonċernat, iżda jista’ jkun prodott li għalkemm mhuwiex l-istess f’kull aspett, ikollu karatterstiċi li jixbhu mill-qrib lil dawk tal-prodott ikkonċernat. Dan huwa l-każ għall-bijoetanol mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti u l-bijoetanol esportat lejn l-Unjoni. Jeżistu preċedenti fejn il-prodotti tqiesu li kienu simili għall-prodott ikkonċernat minkejja ċerti differenzi (11).

(59)

Għalhekk ġie deċiż li s-sejba provviżorja tiġi invertita u jiġi meqjus li l-bijoetanol ASTM mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti huwa prodott simili għall-prodott ikkonċernat fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Introduzzjoni

(60)

Kif spjegat fil-premessi (6) sa (16) hawn fuq, sabiex tiġi investigata l-eżistenza possibbli ta’ dumping, l-investigazzjoni kopriet il-produtturi ta’ bijoetanol, minn naħa, u operaturi tas-suq/blenders li kienu qed jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni, min-naħa l-oħra.

(61)

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, ir-Regolament li jimponi d-dazju jispeċifika d-dazju għal kull fornitur jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, id-dazju għall-pajjiż fornitur ikkonċernat.

(62)

Ċerti produtturi ddikjaraw li kien possibbli li l-prodotti tagħhom jiġu identifikati u intraċċati meta jinbiegħu lil operaturi tal-Istati Uniti għal esportazzjoni, b’mod partikolari lejn l-Unjoni. Huma rreferew għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni previst mir-RED iżda ma setgħux b’mod partikolari jagħmlu rabta bejn il-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Istati Uniti u l-esportazzjonijiet li saru minn operaturi oħra lejn l-UE. Kif imsemmi fil-premessa (12) hawn fuq u (63) hawn taħt, dawn il-produtturi wkoll ma kinux konxji tal-livell tal-prezz ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(63)

F’dan il-każ instab li l-istruttura tal-industrija tal-bijoetanol u l-mod kif il-prodott ikkonċernat kien prodott u mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti u esportat lejn l-Unjoni għamluha imprattikabbli li jitwaqqfu marġini ta’ dumping individwali għall-produtturi tal-Istati Uniti. B’mod aktar speċifiku, il-produtturi fil-kampjun tal-Istati Uniti ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u l-operaturi tas-suq/blenders li ġew investigati ġabu l-bijoetanol minn diversi produtturi, ħalltuh u bigħuh b’mod partikolari għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, b’hekk, kuntrarju għall-allegazzjonijiet li saru mill-partijiet ta’ hawn fuq, ma kienx possibbli li jiġi intraċċat ix-xiri kollu individwalment u jitqabblu l-valuri normali mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni rilevanti u mhuwiex possibbli li jiġi identifikat il-produttur fil-mument tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fi kliem ieħor, kull dispaċċ li sar lejn l-UE fih bijoetanol prodott minn diversi produtturi tal-Istati Uniti fl-Istati Uniti u mhux biss mill-kampjun tal-Istat Uniti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-livell tal-prezzijiet li l-kampjun tal-Istati Uniti kien jitlob lill-klijenti tal-Istati Uniti tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika ma kienx konformi mal-prezz realment imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni.

(64)

Għaldaqstant, huwa meqjus li għandu jitwaqqaf marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu.

3.2.   Il-valur normali

(65)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat miż-żewġ operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw lil konsumaturi indipendenti sarx f’volumi rappreżentattivi, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI.

(66)

Minħabba li l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku sar fi kwantità suffiċjenti, il-valur normali ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew li għandu jitħallas liż-żewġ operaturi tas-suq/blenders imsemmija qabel, fl-andament normali tal-kummerċ, minn konsumaturi indipendenti fl-Istati Uniti tal-Amerika.

3.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(67)

L-operaturi tas-suq/blenders ipprovdew data li ppermettiet li jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-prezzijiet tagħhom li huma realment imħallsa jew li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Għal dawk it-tranżazzjonijiet li għalihom saru l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpannija tan-negozju relatata, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ewwel prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-operatur tas-suq relatat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(68)

Fir-rigward tal-bejgħ li sar permezz ta’ operatur tas-suq relatat fl-Isvizzera, l-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u dawk amministrattivi (SG&A) u l-qligħ ma tnaqqsux mill-prezz tal-esportazzjoni minħabba li tqiesu li mhumiex spejjeż bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-attività prinċipali tal-operatur tas-suq relatat kienet tikkonsisti mill-immaniġġar ta’ flus għall-unità tan-negozju taz-“zokkor” li għaliha jappartjenu l-bijokarburanti u l-hedging tar-riskji inerenti fl-impriżi agrikoli billi jiġu konklużi kuntratti tad-derivati kemm fi swieq b’bejgħ dirett kif ukoll fi swieq finanzjarji organizzati.

(69)

Xi produtturi tal-Istati Uniti ddikjaraw li hija prattika kostanti tal-istituzzjonijiet li jieħdu l-prezz tal-bejgħ tal-esportatur lill-ewwel klijent indipendenti bħala l-prezz tal-esportazzjoni li għandu jintuża għall-kalkoli tad-dumping. F’dan il-każ, dan il-prezz jista’ jkun il-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Istati Uniti lil operaturi tas-suq/blenders mhux relatati. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi (62) u (63) hawn fuq, ħadd mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-bijoetanol ma esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u ma kinux konxji mil-livell tal-prezz tal-esportazzjoni lejn l-UE. Għaldaqstant, il-prezz domestiku tagħhom ma jistax jintuża peress li mhuwiex prezz ta’ esportazzjoni mħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni tagħhom ma tistax tiġi aċċettata.

3.4.   Tqabbil

(70)

It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat tal-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott stabbilit għall-operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw sar fuq bażi ex-works, filwaqt li tqiesu, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Operatur tas-suq/Blender wieħed iddikjara li d-data dwar bejgħ domestiku ma kenitx rappreżentattiva. Peress li l-operatur tas-suq/blender naqas milli jipprovdi d-data dwar il-bejgħ domestiku kollu, il-kalkolu huwa bbażat fuq dawk ipprovduti fil-kwestjonarju u matul iż-żjara fuq il-post.

(71)

Operatur tas-suq/Blender wieħed argumenta li l-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ domestiku għandu jkun ibbażat fuq data tas-suq immedjat minn NYMEX. Il-Kummissjoni tqis li d-data vverifikata miż-żewġ operaturi tas-suq/blenders hija aktar kredibbli.

(72)

Għal dan il-għan, ingħatat konċessjoni xierqa f’forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġar, tat-tagħbija u spejjeż anċillari fejn applikabbli u ġġustifikat.

(73)

Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili jippreżentaw il-partikolarità li l-operaturi tas-suq/blenders irċevew sussidju prinċipalment fil-forma ta’ krediti tat-taxxa tas-sisa matul il-PI fuq il-bejgħ tagħhom ta’ taħlitiet tal-bijoetanol. Il-metodu użat sabiex jitwaqqaf valur normali u prezz ta’ esportazzjoni huwa metodu fejn il-prezzijiet attwali tal-bejgħ, il-prezz domestiku u l-esportazzjoni tal-operaturi tas-suq/blenders imsemmija jitqiesu bis-sħiħ. Għalhekk, tqabbil tal-bejgħ magħmul minn operaturi tas-suq/blenders fis-suq tal-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-operaturi tas-suq/blenders lejn l-UE, sabiex jiġi kkalkulat il-livell tad-dumping fuq il-prodott ikkonċernat, jelimina kwalunkwe impatt possibbli li s-sussidju seta’ kellu fuq il-prezzijiet, billi s-sussidju affettwa bl-istess mod kemm il-bejgħ domestiku kif ukoll il-bejgħ esportat matul il-PI. Operatur tas-suq/Blender wieħed iddikjara li ma rċeviex sussidju għall-bejgħ domestiku tiegħu. Madankollu, naqas milli jipprovdi prova ta’ din id-dikjarazzjoni; huwa diffiċli li d-dikjarazzjoni tiġi rrikonċiljata ma’ informazzjoni provduta mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar l-użu tas-sussidju.

3.5.   Id-dumping

(74)

Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali peżat skont it-tip ta’ prodott tqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Abbażi ta’ dak it-tqabbil, l-operaturi tas-suq/il-blenders mhux relatati li kkooperaw instabu li kienu involuti fi prattiki ta’ dumping.

(75)

Il-marġini tad-dumping medju peżat ta’ 9,5 % twaqqaf abbażi tad-data aggregata tal-operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw, u jirrappreżenta l-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu għall-Istati Uniti tal-Amerika.

(76)

Xi produtturi tal-Istati Uniti inklużi fil-kampjun iddikjaraw li fil-każ ta’ impożizzjoni ta’ miżuri ta’ antidumping definittivi, huma kienu jistennew li jiksbu l-marġini tad-dazju individwali tagħhom. Fid-dawl tal-kontenut tal-premessi (6) sa (16) u r-raġunament fil-premessi (60) sa (64) hawn fuq, din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata billi l-investigazzjoni kkonfermat li għal dawn l-operaturi, b’mod partikolari minħabba li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI, ma kienx possibbli li l-prodotti tagħhom jiġu intraċċati meta jkunu esportati lejn l-Unjoni u ġeneralment ma kellhom l-ebda idea taż-żmien tal-esportazzjoni u tal-prezz imħallas jew li kellu jitħallas mill-importaturi tal-Unjoni, għaldaqstant ma setax jiġi stabbilit prezz ta’ esportazzjoni u marġini ta’ dumping b’mod affidabbli għal dawn il-produtturi.

(77)

Ċerti produtturi talbu aktar informazzjoni dwar il-kalkoli tad-dumping imwaqqfa għaż-żewġ operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw. Madankollu, fuq naħa waħda għandu jitqies li l-informazzjoni mitluba fiha informazzjoni sigrieta tan-negozju u għalhekk ma tistax tiġi divulgata lil partijiet oħra apparti l-parti kkonċernata. Min-naħa l-oħra, hija prattika kostanti tal-istituzzjonijiet li jiddivulgaw il-metodu ġenerali użat sabiex jiġi stabbilit id-dumping lill-partijiet kollha li għalihom ma tkun intużat l-ebda data individwali fil-kalkoli. Dan il-metodu ġie deskritt fid-dokument ta’ informazzjoni ġenerali li ntbagħat lill-partijiet kollha.

4.   ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(78)

Il-produzzjoni tal-Unjoni ġiet stabbilita abbażi ta’ rapport tas-suq ipprovdut mir-rikorrent matul l-investigazzjoni. Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili stipulata f’dan ir-rapport tqabblet mal-informazzjoni pprovduta mis-17-il produttur tal-Unjoni li kkooperaw. Instabet differenza żgħira ta’ madwar 5 % bejn iż-żewġ settijiet ta’ data. Din hija spjegata mill-fatt li xi produtturi relattivament żgħar tal-Unjoni li ma kkooperawx ma ssottomettewx l-informazzjoni tal-produzzjoni. Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata għal 3,42 miljun tunnellata matul il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li jkopru l-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u għaldaqstant jissejħu “l-Industrija tal-Unjoni”.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(79)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, flimkien mal-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi stabbiliti abbażi tal-aqwa statistiċi disponibbli, filwaqt li tnaqqsu l-varjazzjoni fil-ħażna u l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kif irrappurtati mill-industrija tal-Unjoni. Xi partijiet iddikjaraw li l-istatistiċi użati biex jiġi stabbilit il-konsum ma kinux kompluti minħabba li importazzjonijiet sinifikanti ta’ bijoetanol minn pajjiżi terzi oħra, speċjalment matul il-PI, ma kinux ġew meqjusa. Huma qiesu wkoll li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti kien stmat iżżejjed mill-Kummissjoni u li għaldaqstant il-figuri għall-konsum u s-sehem fis-suq ma kinux kredibbli.

(80)

Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew analizzati u kontroverifikati mal-informazzjoni disponibbli. Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza dwar il-volumi ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ġew meqjusa fl-istima tal-importazzjonijiet. Għall-volum tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti, instab żball ta’ ikkuppjar fl-istima tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti matul il-PI. Għalhekk, il-volum tal-importazzjonijiet ġie vvalutat mill-ġdid u aġġustat fejn meħtieġ. Madankollu, dan ma għandu l-ebda impatt fuq il-konklużjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet tal-ħsara u l-kawżalità.

(81)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, għandu jiġi enfasizzat li ma hemm l-ebda kodiċi doganali speċifiku ta’ Nomenklatura Magħquda għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda fejn il-prodott ikkonċernat jista’ jiġi ddikjarat lill-awtoritajiet doganali tinkludi prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat.

(82)

Għall-importazzjonijiet tat-taħlitiet tal-bijoetanol, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-importaturi mhux relatati wrew li ħafna mill-importazzjonijiet ġew iddikjarati fid-dwana taħt il-kodiċi TARIC 3824909799. Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet ma jistax jinkiseb direttament mill-Eurostat minħabba li l-kodiċi TARIC jinkludi diversi prodotti kimiċi apparti l-prodott ikkonċernat.

(83)

Rigward l-importazzjonijiet iddikjarati fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 2207 10 00 u 2207 20 00, ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodotti l-oħrajn li mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-prodott importat.

(84)

Għaldaqstant, fin-nuqqas tad-dettalji kompluti dwar l-importazzjonijiet disponibbli mill-Eurostat, ġie deċiż li jintużaw ukoll sorsi oħra ta’ informazzjoni bl-iskop li jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

(85)

Sabiex tinkiseb l-aħjar stima tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, ġie meqjus li l-aktar bażi kredibbli kienu l-istatistiċi pprovduti mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (International Trade Commission - ITC). Il-volumi tal-esportazzjonijiet irrappurtati jikkorrispondu għall-kodiċijiet tariffarji tal-Istati Uniti 2207 10 60 u 2207 20 00.

(86)

Ġie adottat approċċ raġonevoli biex jiġu stmati dawn l-importazzjonijiet u tqiesu l-kwantitajiet kollha rrappurtati mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti għat-twaqqif tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti fis-suq tal-Unjoni.

(87)

L-istima dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni li joriġinaw mill-Brażil kienet ibbażata fuq is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin: rapporti maħruġa mill-Aġenzija tar-Renju Unit għall-karburanti Rinnovabbli għall-importazzjonijiet fir-Renju Unit; estrazzjonijiet tal-bażi tad-data dettaljata dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja u mill-Eurostat. Għall-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja, il-volum tal-importazzjonijiet ġie stmat abbażi tal-ismijiet tal-importatur u tal-esportatur u d-deskrizzjoni tal-prodott meta din kienet disponibbli. Biex jiġu stmati dawn l-importazzjonijiet, ġie adottat approċċ konservattiv. Il-kwantitajiet kollha li ġew irrapportati ġew meqjusa għall-kalkolu tal-importazzjonijiet.

(88)

Fl-aħħar nett, l-Eurostat kien użat ukoll sabiex jiġu stmati l-importazzjonijiet li kien fadal fl-Unjoni għall-Istati Membri minbarra dawk imsemmija fil-premessa (87) hawn fuq. Ġie applikat aġġustament għall-volumi tal-importazzjoni abbażi tal-perċentwali ta’ bijoetanol użati bħala karburant fl-Unjoni. Is-sors ta’ dan l-aġġustament jista’ jinstab fir-rikors. Dan il-perċentwal inkiseb mill-bilanċ annwali tal-alkoħol etiliku ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea (12). Il-perċentwal ta’ bijoetanol użat bħala karburant fl-Unjoni kien ta’ 54 % fl-2008, 66 % fl-2009, u 68 % fl-2010. Għall-PI, il-perċentwal tal-2010 intuża għall-għan li jiġu stmati l-importazzjonijiet rilevanti magħmula matul il-PI.

(89)

Għall-istima tal-importazzjonijiet minn oriġini oħrajn, is-sorsi ta’ informazzjoni użati kienu l-Eurostat u l-estrazzjonijiet tal-bażi tad-data dettaljata dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja. Intużat l-istess metodoloġija bħal dik użata biex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet Brażiljani.

(90)

Fir-rigward tal-kalkolu ta’ prezz medju tal-bejgħ CIF għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Brażil, is-sors ta’ informazzjoni huwa l-estrazzjoni tal-bażi tad-data dettaljata dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja. U għall-Istati Uniti tal-Amerika, intużat ukoll data mill-kwestjonarju vverifikat tal-importaturi mhux relatati. Għall-Istati Uniti tal-Amerika, il-prezzijiet medji CIF għall-2008 u l-2009 kienu stmati abbażi tal-prezz medju rrappurtat mill-ITC tal-Istati Uniti għal dawn is-snin, espressi fir-rigward tal-prezz medju tal-bejgħ CIF miksub għall-2010.

(91)

Il-varjazzjoni fil-ħażna twaqqfet abbażi tal-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta mir-rikorrent.

(92)

Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

 

2008

2009

2010

PI

Produzzjoni totali tal-Unjoni (tunnellati) (A)

2 153 118

2 797 948

3 274 665

3 389 503

Importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi inkluż il-pajjiż ikkonċernat (tunnellati) (B)

1 252 705

1 130 703

859 605

1 031 226

Esportazzjonijiet totali mill-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi mhux tal-UE (tunnellati) (C)

26 263

41 023

53 085

59 633

Varjazzjoni fil-ħażna (13) (tunnellati) (C)

0

4 730

–8 415

–5 458

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

3 379 559

3 882 897

4 089 600

4 366 554

Indiċi: 2008 = 100

100

115

121

129

Sors:

(A) rapport tas-suq, (b) Eurostat, il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, l-Aġenzija tar-Renju Unit għall-Karburanti Rinnovabbli u l-bażi tad-data dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja; (C) ir-rikors, it-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta fir-rikors

(93)

Matul il-perijodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti, b’29 %. Din iż-żieda kienet stimulata permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġiji Rinnovabbli (Renewable Energies Directive - RED) fl-Istati Membri li stabbilixxew miri ta’ tkabbir għall-konsum tal-enerġiji rinnovabbli.

4.3.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(94)

F’termini ta’ volum, sehem tas-suq u prezz, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika żviluppaw kif ġej matul il-perijodu kkunsidrat:

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika (tunnellati) (A)

63 406

53 332

348 868

686 185

Indiċi: 2008 = 100

100

84

550

1 082

Sehem mis-suq (%)

1,9

1,4

8,5

15,7

Indiċi: 2008 = 100

100

73

454

837

Prezz medju f’EUR/tunnellata (B)

590,6

552,5

542,5

626,7

Indiċi: 2008 = 100

100

94

92

106

Sors:

(A) volum tal-esportazzjoni ddikjarat mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, (B) il-bażi tad-data dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-importaturi mhux relatati.

(95)

L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika żdiedu b’mod sinifikanti, f’termini ta’ volum, minn 63 406 tunnellata għal 686 185 tunnellata matul il-perijodu kkunsidrat. Bl-istess mod, is-sehem mis-suq tal-esportaturi tal-Istati Uniti fl-Unjoni żdied b’mod sinifikanti minn 1,9 % għal 15,7 % matul dan il-perijodu.

(96)

Għalkemm il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-Istati Uniti żdiedu b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat, il-prezzijiet mitluba mill-esportaturi tal-Istati Uniti kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (117). hawn taħt. Dan it-twaqqigħ sistematiku tal-prezz prattikat mill-esportaturi tal-Istati Uniti jispjega ż-żieda sinifikanti fis-sehem mis-suq li kisbu matul il-perijodu kkunsidrat.

4.3.2.   It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(97)

Għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ kwalunkwe twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b’medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-esportaturi tal-Istati Uniti mitluba lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF. Sabiex jippermettu tqabbil ġust tal-prezzijiet, l-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni ġew applikati għall-prezz tal-Istati Uniti.

(98)

Ir-riżultati ta’ dan it-tqabbil, meta espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perijodu ta’ investigazzjoni, urew twaqqigħ tal-prezz konsistenti ta’ 5,6 % bħala medja. Dan it-twaqqigħ tal-prezz jindika l-pressjoni fuq il-prezz li kienet applikata mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari matul il-PI.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Il-kummenti preliminari

(99)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu kkonċernat.

(100)

L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-data makroekonomika bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-inventarji, l-impjiegi, il-produttività u l-kobor tal-marġini tad-dumping hija bbażata fuq id-data tal-industrija tal-Unjoni sħiħa minn ePURE.

(101)

L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-data mikroekonomika bħall-prezzijiet, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità li jiżdied il-kapital, il-pagi u l-inventarji ġiet stabbilita abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun permezz ta’ tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(102)

L-industrija tal-bijoetanol għadha f’fażi ta’ bidu fl-Unjoni. Reċentement il-kumpanniji investew f’faċilitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew espandew il-kapaċitajiet eżistenti biex jissodisfaw id-domanda li qed tikber fl-Unjoni. Il-fatt li produtturi ġodda bdew jipproduċu matul il-perijodu kkunsidrat wassal għal żviluppi pożittivi għall-indikaturi bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u l-impjiegi.

(103)

L-investigazzjoni wriet ukoll li din it-tip ta’ industrija teħtieġ ċertu żmien, bejn sentejn u tliet snin minn mindu tibda, biex tilħaq livelli normali ta’ produzzjoni.

4.4.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

2 153 118

2 797 948

3 274 665

3 389 503

Indiċi: 2008 = 100

100

130

152

157

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

3 443 766

3 992 640

4 670 076

4 734 915

Indiċi: 2008 = 100

100

116

136

137

Użu tal-kapaċità (%)

63

70

70

72

Indiċi: 2008 = 100

100

112

112

114

Sors:

ibbażat fuq data mill-industrija tal-Unjoni pprovduta mir-rikorrent.

(104)

Bħala riżultat tar-RED, il-produzzjoni tal-Unjoni kibret b’mod sinifikanti fil-perijodu kkunsidrat, b’madwar 57 %. Mill-2008 sal-2010 il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’36 % iżda sussegwentement, ir-rata tat-tkabbir naqset b’mod sinifikanti u kienet biss 3,5 % fil-PI meta mqabbla mal-2010.

(105)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’37 % matul il-perijodu kkunsidrat u segwiet xejra simili bħall-produzzjoni.

(106)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet b’14 % matul il-perijodu kkunsidrat u din iż-żieda nkisbet fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat. Minħabba l-fażi ta’ bidu ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni fl-2009, kien mistenni li l-użu tal-kapaċità jiżdied aktar peress li normalment il-produtturi jkunu jeħtieġu bejn sentejn u tliet snin mill-bidu biex jilħqu livelli normali ta’ produzzjoni, kif spjegat fil-premessa (103) hawn fuq. Madankollu, dan ma kienx il-każ.

(107)

Għaldaqstant l-investigazzjoni kkonfermat li diversi kumpanniji fl-UE bdew joperaw fil-bidu jew waqt il-perijodu kkunsidrat minħabba l-pubblikazzjoni mistennija tar-RED. Dan wassal għal żviluppi pożittivi b’mod partikolari għall-fatturi ta’ ħsara ta’ hawn fuq, speċjalment fil-perijodu sal-2010. Iżda s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni nbidlet b’koinċidenza maż-żieda ta’ importazzjonijiet tal-Istati Uniti li huma l-oġġett ta’ dumping fl-2010 u t-tkabbir fl-attività mistenni matul il-PI ma seħħx.

4.4.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2008

2009

2010

PI

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

2 035 367

2 650 526

3 117 410

3 229 326

Indiċi: 2008 = 100

100

130

152

159

Sehem mis-suq (%)

60,2

68,3

76,2

74,0

Indiċi: 2008 = 100

100

113

126

122

Sors:

ibbażat fuq data mill-industrija tal-Unjoni pprovduta mir-rikorrent.

(108)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’59 % u nkisbu 13,8 punt perċentwali ta’ sehem mis-suq matul il-perijodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied b’mod stabbli bejn l-2008 u l-2010 iżda bejn l-2010 u l-PI l-volum tal-bejgħ żdied inqas mill-konsum li żdied b’6,8 % f’dak il-perijodu.

(109)

Bl-istess mod, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied sal-2010 iżda mbagħad naqas matul il-PI. Fil-perijodu bejn l-2010 u l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti kważi rduppjaw is-sehem mis-suq tagħhom, u kisbu 7,2 punti perċentwali, l-industrija tal-Unjoni tilfet 2,2 punti perċentwali.

4.4.4.   Tkabbir

(110)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, b’29,2 %. Għalkemm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq żdied ukoll matul dan il-perijodu, l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx bis-sħiħ minn dan it-tkabbir fil-konsum, b’mod partikolari mill-2010. Mill-2010 sal-PI, iż-żieda fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqset u s-sehem mis-suq naqas meta mqabbel mas-snin preċedenti.

(111)

Xi partijiet iddikjaraw li x-xejra tat-tkabbir li dehret minn ċerti indikaturi matul il-perijodu kkunsidrat ma tirriflettix is-sitwazzjoni ta’ industrija li ġarrbet xi ħsara.. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni fl-2010 u fil-PI ħabat maż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika.

4.4.5.   L-impjiegi u l-produttività

 

2008

2009

2010

PI

Numru ta’ impjegati

2 331

2 419

2 523

2 552

Indiċi: 2008 = 100

100

104

108

109

Produttività

(unità/impjegat)

924

1 157

1 298

1 328

Indiċi: 2008 = 100

100

125

141

144

Sors:

ibbażat fuq data mill-industrija tal-Unjoni pprovduta mir-rikorrent.

(112)

L-impjiegi żdiedu b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat. B’mod aktar speċifiku, kibru bi 8 % mill-2008 sal-2010 iżda żdiedu biss b’mod marġinali b’1 % matul il-PI. Din ix-xejra tirrifletti x-xejra għall-kapaċità u l-produzzjoni fl-Unjoni.

(113)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni tkejlet bħala l-produzzjoni ta’ kull persuna impjegata f’sena waħda. Din żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat b’44 %, li tirrifletti l-effett tat-tagħlim u ż-żieda fl-effiċjenza matul u wara l-fażi ta’ bidu.

4.4.6.   Il-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali

(114)

Meta jitqies il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini tad-dumping stabbiliti waqt il-PI ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

4.4.7.   Irkuprar mill-effetti tad-dumping passat

(115)

Din il-kwistjoni mhix rilevanti f’dan il-każ minħabba l-assenza ta’ effetti ta’ dumping fil-passat.

4.4.8.   Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Prezzijiet tal-bejgħ (EUR)

702,59

634,88

657,41

768,59

Indiċi: 2008 = 100

100

90

94

109

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(116)

Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod ġenerali b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat. Dawn naqsu fl-2009 meta mqabbel mal-2008 iżda mbagħad żdiedu b’mod stabbli sa tmiem il-PI. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li ż-żidiet fil-prezz ma kinux biżżejjed biex jippermettu lill-Industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tagħha. Id-distakk bejn il-prezzijiet tal-bejgħ u l-ispejjeż kompla jiżdied b’mod partikolari matul il-PI. Din is-sitwazzjoni tikkoinċidi maż-żieda fil-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-Istati Uniti fis-suq tal-Unjoni.

(117)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni baqgħu ogħla (sa 23 %) minn dawk tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika matul il-perijodu kkunsidrat.

4.4.9.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

 

2008

2009

2010

PI

Profitt nett qabel it-taxxa (EUR)

–33 305 225

1 343 823

–33 932 738

–82 070 168

Indiċi: 2008 = – 100

– 100

4

– 102

– 246

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni (% tal-bejgħ nett)

–11,65

0,33

–5,72

–9,74

Indiċi: 2008 = – 100

– 100

3

49

84

Fluss ta’ flus (EUR)

–2 528 061

34 783 260

48 733 697

36 832 646

Indiċi: 2008 = – 100

– 100

1 376

1 928

1 457

Fluss ta’ flus f’% ta’ Bejgħ tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati

–0,9

8,7

8,2

4,4

Indiċi: 2008 = – 100

– 100

980

930

494

Investimenti (EUR)

330 441 830

86 279 988

38 710 739

23 018 175

Indiċi: 2008 = – 100

100

26

12

7

Redditu fuq l-investiment (%)

–10

2

–88

– 357

Indiċi: 2008 = – 100

– 100

15

– 870

–3 538

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(118)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita kemm f’ammonti assoluti (profitt nett qabel it-taxxa) kif ukoll billi ġie espress il-profitt jew it-telf nett qabel it-taxxa bħala perċentwal tal-fatturat tal-bejgħ tal-prodott simili. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva matul il-perijodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni tal-2009, meta l-kumpanniji fil-kampjun irnexxielhom jifdu.

(119)

Ir-redditu fuq l-investiment segwa xejra simili, u nqata’ lura sew mir-redditu meħtieġ biex jippermetti s-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni.

(120)

Il-fluss ta’ flus kien negattiv fl-2008 u tjieb fl-2009 u fl-2010. Madankollu, matul il-PI, il-fluss ta’ flus beda jonqos għal darba oħra, u dan jirrifletti deterjorazzjoni fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha.

(121)

L-evoluzzjoni tal-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus u r-redittu fuq l-investiment matul il-perijodu kkunsidrat illimitaw il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu l-iżvilupp tagħha kif deher ċar bit-tnaqqis ta’ 93 % fl-investimenti matul dan il-perijodu.

4.4.10.   Pagi

 

2008

2009

2010

PI

Pagi (EUR)

45 066 253

57 253 228

68 711 959

76 030 008

Nefqa medja tax-xogħol għal kull impjegat (Euro)

75 691

81 233

88 638

99 646

Indiċi: 2008 = 100

100

107

117

132

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(122)

Il-pagi żdiedu bi 32 % matul il-perijodu kkunsidrat, u dan jirrifletti l-qligħ fil-produttività tal-impjegati.

4.4.11.   Inventarji

 

2008

2009

2010

PI

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

34 585

24 022

38 649

31 408

Indiċi: 2008 = 100

100

69

112

91

Ħażniet relatati mal-produzzjoni (%)

8,3

3,5

3,8

2,5

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(123)

Il-livelli tal-ħażniet naqsu ftit matul il-perijodu kkunsidrat.

4.5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(124)

L-investigazzjoni wriet li ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta’ dumping bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni seħħet fl-2010 u b’mod partikolari matul il-PI. F’dak il-perijodu, ċerti indikaturi tal-ħsara li huma relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebu, iżda t-tkabbir ma kienx konformi maż-żieda fil-konsum matul il-perijodu kkunsidrat u għaldaqstant it-titjib ma kienx biżżejjed biex jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tiżviluppa l-attivitajiet tagħha.

(125)

Kif huwa normali f’attività ġdida u li qed tikber, ċerti indikaturi, bħall-volum tal-bejgħ, il-produzzjoni, u l-użu tal-kapaċità wrew xejra pożittiva waqt il-perijodu kkunsidrat. Dan huwa spjegat mill-fatt li l-produtturi ġodda tal-Unjoni daħlu fis-suq f’dak il-perijodu. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, mill-2010 meta seħħet iż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi, ma ppermettietx li l-produtturi tal-Unjoni jilħqu livell suffiċjenti fl-attività u fil-prezzijiet sabiex jiżviluppaw u jsostnu l-investimenti importanti li saru fil-perijodu kkunsidrat.

(126)

Instab li l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod kostanti. Il-livell tal-prezzijiet ma ppermettiex lill-industrija li tkopri l-ispejjeż tagħha u tilħaq il-flussi ta’ flus u l-qligħ, li huma meħtieġa biex jiġu żviluppati l-attivitajiet.

(127)

L-indikaturi tal-ħsara relatati mar-rendiment finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni, bħall-profitabbiltà, il-flussi ta’ flus u r-redittu fuq l-investiment iddeterjoraw jew baqgħu ferm taħt il-livell normali. Dan affettwa b’mod serju l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital u tkompli tinvesti fl-attivitajiet tagħha.

(128)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi, ġie kkunsidrat li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(129)

Skont l-Artikoli 3(5) u 3(6) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Ġew eżaminati wkoll fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li jistgħu fl-istess ħin ikunu qed jagħmlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kenitx attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

5.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(130)

Kif imsemmi hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied b’mod sostanzjali matul il-perijodu meqjus, b’29,2 %. Madankollu, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat żiedu l-volum b’mod sinifikanti, jiġifieri minn sehem ta’ 1,9 % tas-suq tal-Unjoni fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat għal 15,7 % matul il-PI. Dan tefa’ pressjoni b’mod ċar fuq l-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-2010 sa tmiem il-PI, meta dawn l-importazzjonijiet aktar milli rduppjaw. Mill-2010, u b’mod partikolari matul il-PI, volumi kbar ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu preżenti fis-suq tal-Unjoni u kienu qed iwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni ma ħallietx lill-industrija tiżviluppa kif mistenni matul il-PI.

(131)

Xi partijiet argumentaw li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet preċiżament mill-2010 sal-PI, li ħabtet mal-irduppjar tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika. Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (102) u (107), il-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni bdew jidħlu fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat wassal għal xejriet pożittivi f’ċerti fatturi ta’ ħsara, bħall-produzzjoni u l-volum ta’ bejgħ. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq fil-PI meta mqabbel mal-2010 filwaqt li fl-istess ħin is-suq tal-Unjoni esperjenzat l-ogħla żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-Istati Uniti. L-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz u l-pressjoni fuq il-prezz wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali, b’mod partikolari l-profittabbiltà, tal-industrija tal-Unjoni.

(132)

Għaldaqstant l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi kellhom rwol sinifikanti fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

(133)

Il-fatturi magħrufa li ġejjin, minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi ma kenitx attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping: l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, l-andament tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-kriżi ekonomika u fatturi oħra bħall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materja prima, l-iżvilupp tad-domanda u l-problemi interni allegati ta’ kumpanniji fl-industrija tal-Unjoni.

5.3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (il-Brażil)

(134)

Skont l-informazzjoni disponibbli, apparti mill-Brażil, ma kien hemm l-ebda pajjiż ieħor li esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti fil-perijodu kkunsidrat. F’termini ta’ prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Brażiljani baqgħu ferm taħt dawk tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Brażil urew biċ-ċar xejra ta’ tnaqqis fil-volum (-81 %), u sehem mis-suq (-25,8 %) matul il-perijodu kkunsidrat. B’konsegwenza ta’ dan, minħabba li l-volumi tal-importazzjoni tnaqqsu għal livell daqshekk baxx matul il-PI, dawn ma jistgħux jiġu kkunsidrati li kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-ħsara tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

 

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ importazzjonijiet li oriġinaw mill-Brażil (tunnellati)

1 022 980

884 020

396 249

195 342

Indiċi: 2008 = 100

100

86

39

19

Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-Brażil (%)

30,3

22,8

9,7

4,5

Prezzijiet medji tal-bejgħ CIF

(EUR/tunnellata ta’ importazzjonijiet)

560,8

496,2

580,8

622,4

Indiċi: 2008 = 100

100

88

104

111

Sors:

Eurostat, l-Aġenzija tar-Renju Unit għall-Karburanti Rinnovabbli, il-bażi tad-data dwar id-dwana fuq l-importazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u l-Finlandja u r-rikors.

(135)

Partijiet iddikjaraw li l-importazzjonijiet mill-Brażil baqgħu ogħla mil-livell de minimis matul il-perijodu kkunsidrat, u li dawn saru bi prezzijiet ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. Huma ddikjaraw ukoll li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika ssostitwixxew biss is-sehem mis-suq li kien jonqos bl-importazzjonijiet Brażiljani. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika jistgħu għalhekk allegatament ma jitqiesux bħala l-kawża tal-ħsara materjali tal-industrija tal-Unjoni.

(136)

Kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet Brażiljani naqsu b’mod sinifikanti fil-perijodu kkunsidrat. Is-sehem tagħhom mis-suq naqas minn 30,3 % għal 4,5 % fi żmien meta l-konsum żdied b’mod sinifikanti. Minħabba l-livell tal-prezz prattikat mill-esportaturi Brażiljani fis-suq tal-Unjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-preżenza tal-bijoetanol Brażiljan ikkontribwixxiet sa ċertu punt għall-ħsara tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, ġie meqjus li dawn l-importazzjonijiet tnaqqsu sa tali livell matul il-PI li ma jistgħux jitqiesu bħala kawża prinċipali ta’ dik il-ħsara. Fil-perijodu bejn l-2010 u l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Brażil naqsu b’madwar 200 000 tunnellata, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika żdiedu b’aktar minn 330 000 tunnellata. Għalhekk huwa kkunsidrat li l-preżenza tal-bijoetanol Brażiljan fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari matul il-PI, ma tistax tkun tali li tikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika u s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni f’dak il-perijodu.

5.3.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni (tunnellati)

26 263

41 023

53 085

59 633

Sors:

Ir-rikors u r-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(137)

L-investigazzjoni wriet li volumi żgħar ta’ bijoetanol kienu esportati mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI bi prezzijiet li fil-biċċa l-kbira kienu ogħla minn dawk prattikati fis-suq tal-Unjoni. Dan wassal għall-konklużjoni li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni mhijiex fattur li kisret ir-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat.

5.3.3.   L-impatt tal-kriżi ekonomika

(138)

Ma nstabx li l-kriżi ekonomika kellha impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-konsum ta’ bijoetanol fl-Unjoni esperjenza l-akbar żieda tiegħu fl-2009, is-sena li ġeneralment tqieset bħala l-agħar sena tal-kriżi ekonomika. Fl-istess perijodu, il-produzzjoni u l-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni żdiedu wkoll.

(139)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie meqjus li l-kriżi ekonomika ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.4.   Fatturi oħra

(140)

Il-partijiet semmew ukoll fatturi oħra li setgħu kisru r-rabta kawżali bħall-varjazzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima, l-iżvilupp tad-domanda li kien aktar baxx milli kien mistenni, qafas regolatorju fl-Unjoni li allegatament jaħdem kontra produtturi tal-Unjoni u ċerti problemi interni allegati ta’ produtturi tal-Unjoni.

(141)

Fir-rigward tal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materja prima, instab li kemm il-prezzijiet tal-qamħirrun kif ukoll dawk tal-qamħ kienu volatili matul il-perijodu meqjus. L-investigazzjoni wriet li madankollu ħafna mill-produtturi koprew dan ir-riskju permezz ta’ mekkaniżmu speċifiku li jiffissal-prezzijiet mal-fornituri tagħhom jew permezz tas-swieq finanzjarji. Għalhekk anki jekk il-prezzijiet tal-materja prima varjaw b’mod partikolari mill-2008 sal-2010, meta l-prezz għall-qamħirrun kien aktar baxx mill-prezz tal-qamħ, il-prezzijiet tal-materja prima fit-tieni nofs tal-PI kienu ftit jew wisq l-istess. Dan jindika li kwalunkwe differenza fil-prezz titnaqqas għal minimu u mhijiex ta’ natura dejjiema.

(142)

Xi partijiet iddikjaraw li l-implimentazzjoni tar-RED fl-Istati Membri kienet bil-mod wisq u li l-konsum waqa’ lura mill-miri stabbiliti mid-Direttiva msemmija. Iżda, anke jekk il-miri inizjali ma ntlaħqux totalment fil-perijodu kkunsidrat, il-fatt li l-konsum kiber b’mod sinifikanti, jiġifieri b’29,2 % f’dak il-perijodu, huwa fattur pożittiv li ma jistax jiġi injorat fl-analiżi. Fi kwalunkwe każ, l-implimentazzjoni bil-mod allegata tar-RED ma tistax tiġġustifika l-preżenza ta’ volumi kbar ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u jikkawżaw ħsara lil dik l-industrija. Għalhekk, it-talba hija miċħuda.

(143)

Partijiet argumentaw ukoll li l-industrija tal-Unjoni waħidha ma tistax tissodisfa d-domanda tal-Unjoni bħala riżultat ta’ inċertezza regolatorja u li s-sistema taċ-ċertifikazzjoni ssir bil-mod ħafna u b’hekk iddgħajjef il-benefiċċji għall-produtturi ċċertifikati tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, xi partijiet argumentaw li l-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni kellhom problemi interni matul il-perijodu kkunsidrat jispjega kwalunkwe ħsara li ġarrbu. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati u l-investigazzjoni ma kkonfermatx li dawn id-dikjarazzjonijiet kienu fondati. Xorta waħda, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni wriet li kwalunkwe livell baxx allegat tal-produzzjoni tal-Unjoni kien prinċipalment iġġustifikat minn livell baxx ta’ prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni li kien affettwat fil-parti l-kbira tiegħu minn żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li huma l-oġġett ta’ dumping tal-Istati Uniti li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, b’mod partikolari matul il-PI. Milli jidher il-produtturi tal-UE ma kellhomx għażla ħlief li jwaqqfu l-produzzjoni billi l-prezzijiet lanqas ma ppermettielhom li jkopru l-ispejjeż tal-materja prima b’mod partikolari matul il-PI. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq li mhumiex sostanzjati mhumiex hemm biex jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(144)

Għalhekk ġie konkluż li l-fatturi kollha msemmija hawn fuq ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(145)

Fl-aħħar nett il-partijiet semmew li matul il-PI, numru konsiderevoli ta’ importazzjonijiet ġew iddikjarati taħt l-intestatura NM 3824, u ġie applikat dazju doganali baxx. Wara tmiem il-PI, żdied il-livell tad-dazju doganali rispettiv. Huma jqisu li l-ħsara ġiet ikkawżata mid-dazju doganali baxx, u mhux mid-dumping. F’dan ir-rigward, biżżejjed li wieħed jgħid li d-dazji doganali jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin, u li għaldaqstant dan l-argument ma jistax iqajjem dubji dwar il-preżenza tal-ħsara waqt il-perijodu ta’ investigazzjoni.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(146)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu aktar baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(147)

Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiż ikkonċernat ħabtet ma’ żieda ġenerali u kontinwa fil-konsum fl-Unjoni u anki ma’ riżultati negattivi tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat. L-esportaturi mill-pajjiż ikkonċernat irnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom billi waqqgħu b’mod sistematiku l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni ma kenitx kapaċi tilħaq livelli pożittivi sostnuti ta’ profittabilità minkejja ż-żieda fl-attività tagħha.

(148)

L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(149)

Skont l-analiżi ta’ hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Kumment preliminari

(150)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, kienx hemm raġunijiet konvinċenti għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri kontra d-dumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti tal-prodott ikkonċernat.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(151)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika. Fin-nuqqas ta’ miżuri li jikkoreġu l-effetti ta’ distorsjoni fin-negozju ta’ dawn l-importazzjonijiet, jidher possibbli ħafna li jkun hemm aktar deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(152)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping se terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet effettivi ta’ negozju fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jirriflettu l-ispiża tal-produzzjoni tagħha. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti wkoll lill-industrija tal-Unjoni li żżid il-volum tal-bejgħ u b’hekk takkwista s-sehem mis-suq li tilfet minħabba l-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dan imbagħad se jkollu impatt pożittiv ieħor fuq il-qagħda finanzjarja u fuq il-profittabilità tagħha.

(153)

Għaldaqstant ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika ma tmurx kontra l-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-interess tal-importaturi

(154)

Żewġ kumpanniji bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju maħsub għal importaturi mhux relatati fl-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn l-importaturi li kkoperaw. Għaż-żewġ kumpanniji li saritilhom żjara, in-negozju tal-bijoetanol jikkostitwixxi biss parti żgħira mill-fatturat totali tagħhom (inqas minn 5 %). Barra minn hekk, it-tnejn li huma indikaw li jkunu kapaċi jgħaddu kwalunkwe żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom, l-utenti.

(155)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi.

6.4.   Interess tal-utenti

(156)

Erba’ kumpanniji bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju maħsub għal utenti fl-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ wieħed minnhom.

(157)

Għall-kumpannija li saritilha żjara, in-negozju tal-bijoetanol jirrappreżenta parti żgħira mill-fatturat tiegħu, inqas minn 5 %. Il-kumpannija għamlet valutazzjoni tal-impatt li tikkunsidra taħlita ta’ E5 u kkalkulat li dazju ta’ EUR 100/m3 kien jirriżulta f’żieda fil-prezz ta’ EUR 0,005/litru mal-pompi.

(158)

Fir-rigward tat-tliet utenti l-oħra, abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, huwa ċar li l-impatt ikun limitat ukoll. Għal kumpannija waħda, il-volumi mixtrija mill-pajjiż ikkonċernat huma pjuttost limitati u l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping iwassal biss għal impatt minimu fuq il-profittabbiltà tagħha.

(159)

Iż-żewġ utenti l-oħra li kkooperaw huma relatati u ddikjaraw li kwalunkwe impożizzjoni ta’ dazji antidumping jistgħu jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom. Huma għamluha ċara wkoll li għandhom biżżejjed għażla ta’ sorsi ta’ forniment u li ma jiddependux fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti.

(160)

Partijiet iddikjaraw li mhemmx biżżejjed kapaċità fl-Unjoni biex tissodisfa d-domanda totali u li l-Unjoni se teħtieġ importazzjonijiet biex tiżgura l-ħtiġijiet tal-bijoetanol tagħha. Iċ-ċifri tal-kapaċità vverifikati juru li kien hemm kapaċità mhux użata fl-Unjoni minħabba b’mod partikolari l-livell baxx ta’ prezzijiet tal-bejgħ. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi tal-Unjoni jkunu kapaċi jgħollu l-produzzjoni tagħhom biex jissodisfaw id-domanda li qed tikber b’mod partikolari meta jitneħħew id-distorsjonijiet kummerċjali mis-suq. Barra minn hekk, huwa mistenni li jinbnew impjanti ġodda u jibdew joperaw fil-futur qrib, b’hekk jitnaqqas kwalunkwe riskju ta’ nuqqas allegat fl-Unjoni.

(161)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-effett tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-bijoetanol mill-Istati Uniti tal-Amerika ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti fl-Unjoni.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(162)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li ġeneralment, abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(163)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi sabiex jipprevjenu milli ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(164)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini tad-dumping li nstabu.

(165)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ ħsara, ġie meqjus li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u li tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(166)

F’dan il-każ, minħabba l-osservazzjonijiet li saru b’mod partikolari fil-premessi (102) u (103) hawn fuq, ġie meqjus li l-qligħ fil-mira għall-industrija tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq il-qligħ miksub meta l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu negliġibbli, jiġifieri l-marġini ta’ profitt medju qabel it-taxxa ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-2008 u fl-2009, produttur li ma kienx f’fażi ta’ bidu f’dak iż-żmien. Għalhekk tqies li marġini ta’ 6,8 % ta’ dħul mill-bejgħ huwa raġonevoli u jista’ jiġi kkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara matul il-PI.

(167)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda ħsara għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jikkawża l-ebda ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mill-qligħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq.

(168)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad maħduma abbażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni b’medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Istati Uniti tal-Amerika, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali.

7.2.   Forma u livell tad-dazji

(169)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie meqjus li, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell aktar baxx tal-marġinijiet ta’ dumping u ta’ ħsara, skont ir-regola tad-dazju l-aktar baxx. F’konformità ma’ dan, ir-rati kollha tad-dazju għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġinijiet ta’ dumping li nstabu.

(170)

Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn li ġejjin:

 

Marġini tad-dumping

Marġini ta’ ħsara

Dazju definittiv

Marġini ta’ dumping fil-pajjiż kollu (%)

9,5

31,1

9,5

(171)

Fid-dawl li d-dazju antidumping japplika wkoll għal taħlitiet li bil-volum fihom aktar minn 10 % (v/v) bijoetanol, bi proporzjon mal-kontenut ta’ bijoetanol tagħhom, jitqies xieraq għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżura mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jiddeterminaw id-dazju bħala ammont fiss abbażi tal-kontenut ta’ bijoetanol pur.

(172)

Ir-rata ta’ dazju antidumping speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għaldaqstant, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni. Dan id-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-kumpanniji kollha huwa applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(173)

Filwaqt li inizjalment kien maħsub li tiġi limitata d-durata tal-miżuri għal 3 snin minħabba l-iżviluppi meqjusa tas-suq dinamiku fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, din il-kwistjoni ġiet ivvalutata mill-ġdid wara l-kummenti li waslu mill-partijiet interessati. Ir-rikorrenti b’mod partikolari ddikjaraw li jkun kmieni wisq sabiex wieħed jipprevedi f’dan l-istadju bidla ewlenija fix-xejriet tas-suq peress li l-bidla għal bijoetanol ta’ ġenerazzjoni ġdida wisq probabbli jista’ jieħu ammont ta’ żmien konsiderevoli u ma għandux jitqies fil-proposta attwali. Bl-istess mod, ikun prematur ukoll jekk wieħed jassumi x’ikun l-eżitu u l-impatt ta’ wħud mill-proposti regolatorji li attwalment qed jiġu diskussi għall-operaturi kollha fis-suq. Wara li ġew eżaminati dawn l-argumenti tqies li ma kienx xieraq li jitbiegħdu mill-perijodu normali ta’ validità tal-miżuri kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Dan huwa bla ħsara għall-possibbiltà għal kwalunkwe parti interessata milli titlob għal reviżjoni jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk skont l-Artikolu 11(3).

8.   REĠISTRAZZJONI

(174)

Il-Kummissjoni rċeviet talbiet mingħand ir-rikorrent għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika. Skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, titlob lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, b’hekk il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati, sussegwentement, fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru suġġetti għal reġistrazzjoni b’talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. Ir-rikorrent argumenta li, billi ġiet imposta r-reġistrazzjoni fil-proċediment parallel kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (14), dawn il-kundizzjonijiet ġew sodisfatti awtomatikament.

(175)

Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li r-reġistrazzjoni fil-proċediment parallel kontra s-sussidji saret taħt sett ta’ ċirkustanzi kompletament differenti. Kif indikat fil-premessa (10) għar-Regolament (UE) Nru 771/2012, minkejja sejbiet pożittivi ta’ sussidji kompensatorji u ħsara materjali kkawżata minnhom lill-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tadottax dazji provviżorji kompensatorji għaliex instab provviżorjament li l-iskema ewlenija ta’ sussidju li kienet fis-seħħ matul il-perijodu ta’ investigazzjoni kienet waqfet, fis-sens li ma kenitx baqgħet tagħti benefiċċju fiż-żmien li kellhom jiġu imposti miżuri provviżorji. Madankollu, hemm evidenza li fix-xhur li ġejjin l-Istati Uniti tal-Amerika jistgħu jerġgħu jintroduċu l-iskema ewlenija ta’ sussidju misjuba bħala kompensatorja b’effetti retroattiv. F’dak il-każ, il-Kummissjoni qieset li kienet tkun intitolata tadotta (u eventwalment tiġbor) dazji provviżorji kompensatorji fl-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, biex tippriserva d-drittijiet tal-Unjoni Ewropea taħt dawn iċ-ċirkustanzi speċjali, il-Kummissjoni ddeċidiet li tidderieġi l-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw l-importazzjonijiet. Dan is-sett speċifiku ta’ ċirkustanzi ma japplikax fil-proċediment AD attwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa impost hawnhekk fuq importazzjonijiet ta’ bijoetanol, imsemmija bħala l-“karburant etanol”, jiġifieri l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew le, esklużi prodotti b’kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, iżda inkluż l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsab f’taħlit ma’ gażolina b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) li huwa maħsub għal użi ta’ karburant li attwalment jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 2207 10 00, ex 2207 20 00, ex 2208 90 99, ex 2710 12 21, ex 2710 12 25, ex 2710 12 31, ex 2710 12 41, ex 2710 12 45, ex 2710 12 49, ex 2710 12 51, ex 2710 12 59, ex 2710 12 70, ex 2710 12 90, ex 3814 00 10, ex 3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex 3824 90 97 (il-kodiċi TARIC 2207100012, 2207200012, 2208909912, 2710122111, 2710122592, 2710123111, 2710124111, 2710124511, 2710124911, 2710125111, 2710125911, 2710127011, 2710129011, 3814001011, 3814009071, 3820000011 u 3824909767) u li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 ikun EUR 62,3 għal kull tunnellata metrika netta. Id-dazju antidumping ikun applikabbli proporzjonalment, skont il-piż, tal-kontenut totali ta’ alkoħol etiliku pur prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) (kontenut ta’ bijoetanol).

3.   Il-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu eżenti mid-dazju antidumping definittiv jekk ikunu għal użi oħrajn għajr l-użu bħala karburant. L-eżenzjoni tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontroll doganali tal-użu ta’ prodotti bħal dawn (ara l-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93).

4.   F’każijiet fejn il-prodotti jkunu ġarrbu ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas realment jew li għandu jitħallas ikun allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 l-ammont tad-dazju antidumping, maħdum fuq l-ammonti stabbiliti hawn fuq, jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għall-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SHERLOCK


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 345, 25.11.2011, p. 7.

(3)  ĠU C 345, 25.11.2011, p. 13.

(4)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(5)  Ara www.ethanol.org – RFS (Standard għall-karburanti rinnovvabbli - Renewable fuels standard) skont l-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007.

(6)  Ara l-Kodiċi tad-Dħul Intern tal-Istati Uniti (US Internal Revenue Code (IRC)) - Taqsima 40(b)(4) punt E.

(7)  Ara www.ethanol.org – RFS (Standard għall-karburanti rinnovvabbli - Renewable fuels standard) skont l-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007.

(8)  L-investigazzjoni wriet li sabiex jinkiseb il-kreditu għat-taħlita tal-alkoħol, kif iddefinit fit-Taqsima 40(b)(3) tal-IRC fl-Istati Uniti, huwa biżżejjed li jitħallat bijoetanol pur ma’ minimu ta’ 0,1 % ta’ gażolina.

(9)  Pereżempju (a) L-informazzjoni ppubblikata mill-American Coalition for Ethanol (ACE) fuq l-Internet (b) l-Att dwar il-Politika tal-Enerġija (EPA) tal-2005, b’mod partikolari P.L. 109-58 (c) l-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007 (P.L. 110-140, H.R.6) li emenda u żied l-Istandard għall-Karburanti Rinnovvabbli (RFS) li kien jeħtieġ użu ta’ 9 biljun gallun ta’ karburant rinnovabbli fl-2008 u 13,9-il biljun gallun fl-2011, (d) skedi informattivi maħruġa mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti skont l-Azzjonijiet għal bliet aktar indaf, eċċ.

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(11)  Pereżempju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2961/95 dwar il-persulfat li jisħaq li l-prodott Ċiniż kien “simili” għal dak tal-UE minkejja differenzi fil-kwalità fil-purità u fil-kontenut tal-ħadid (ĠU L 308, 21.12.1995, p. 61, premessa 10). Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-2/95, Industrie des poudres Sphériques, fejn il-Qorti ddeċidiet li “l-istituzzjonijiet setgħu legalment jaslu għall-konklużjoni li l-metall tal-kalċju Ċiniż u Russu kienu “simili” għall-metall tal-kalċju tal-UE, minkejja d-differenzi fil-kontenut tal-ossiġnu li għamel il-prodott tal-UE mhux tajjeb għal użu speċifiku partikolari, li jirrappreżenta 11 % tal-konsum tal-UE (T-2/95 paragrafi 202-221)”. Dan il-punt ma ġiex ikkontestat fl-appell (C-458/98 P).

(12)  ĠU C 225, 18.9.2009, p. 13, ĠU C 176, 2.7.2010, p. 6, ĠU C 236, 12.8.2011, p. 16.

(13)  Huwa preżunt li ma kien hemm l-ebda varjazzjoni fil-ħażna fl-2008.

(14)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2012 (ĠU L 229, 24.8.2012, p. 20).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 158/2013

tat-18 ta’ Frar 2013

li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fl-20 ta’ Ottubru 2007 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ proċediment tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) (2). Fl-4 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 642/2008 (3) (“ir-Regolament provviżorju”), imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina mir-RPĊ.

(2)

Il-proċediment inbeda wara li fis-6 ta’ Settembru 2007 tressaq rikors mill-Federazzjoni Nazzjonali Spanjola tal-Assoċjazzjonijiet tal-Frott u l-Ħaxix Ipproċessat (“FENAVAL”, preċedentement magħrufa bħala “FNACV”) (“ir-rikorrent”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tat-total tal-produzzjoni tal-Komunità ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.). Ir-rikors kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, u li tqieset li kienet biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Kif stipulat fil-premessa 12 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2002 sa tmiem il-perijodu tal-investigazzjoni (“il-perijodu meqjus”).

(4)

Fid-9 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni importat l-istess prodott li joriġina mir-RPĊ soġġett għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1295/2007 tal-5 ta’ Novembru 2007 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina suġġetti għal reġistrazzjoni (4) (ir-“Regolament tar-Reġistrazzjoni”).

(5)

Wieħed ifakkar li kienu fis-seħħ miżuri ta’ salvagwardja għall-istess prodott sat-8 ta’ Novembru 2007. Il-Kummissjoni imponiet miżuri ta’ salvagwardja provviżorji kontra l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) bir-Regolament (KE) Nru 1964/2003 (5). Miżuri ta’ salvagwardja definittivi segwiti mir-Regolament (KE) Nru 658/2004 (6) (“ir-Regolament ta’ salvagwardja”). Kemm il-miżuri ta’ salvagwardja provviżorji u kemm dawk definittivi kienu jikkonsistu minn kwota tariffarja, jiġifieri d-dazju kellu jitħallas biss ladarba l-volum tal-importazzjonijiet mingħajr dazju ġie eżawrit.

(6)

Bir-Regolament (KE) Nru 1355/2008 (7) (“ir-Regolament oriġinali”) il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(7)

Il-firxa tad-dazju antidumping definittiv kienet bejn 361,4 u 531,2 EUR/tunnellata ta’ piż nett tal-prodott.

1.1.   Is-sentenza Xinshiji

(8)

Bis-sentenza tas-17 ta’ Frar 2011 fil-kawża T-122/09 - Zhejiang Xinshiji Foods Co. Ltd et Hubei Xinshiji Foods Co. Ltd vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea appoġġata mill-Kummissjoni Ewropea (8) — (“is-sentenza Xinshiji”) il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament oriġinali fejn dan jaffettwa l-applikanti Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd. u Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd.

(9)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali kienet ibbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża meta ma pprovdietx l-informazzjoni neċessarja għall-applikanti biex dawn jiddeterminaw, fid-dawl tal-istruttura tas-suq, jekk l-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni għal-livell ex-works tal-importatur kienx adattat, fir-rigward tal-possibbiltà li l-prezz tal-esportazzjoni jiġi mqabbel mal-prezz tal-industrija tal-Unjoni fl-istess livell tan-negozju. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ukoll li l-Kummissjoni kisret l-obbligu li tiddikjara r-raġunijiet, billi r-raġunijiet għal miżura għandhom jidhru fit-test proprju tal-miżura u ma jistgħux jiġu ddikjarati fi spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali li jingħataw wara meta l-miżura tkun diġà soġġetta għal proċediment imressaq quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea.

(10)

F’April 2011, il-Kummissjoni ppreżentat appell (C-195-11P) fejn talbet li s-sentenza Xinshiji ma tintlaqax. Wara d-dikjarazzjoni tal-invalidità tar-Regolament oriġinali mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) fit-22 ta’ Marzu 2012 (ara l-premessa 16 hawn taħt), il-Kummissjoni rtirat l-appell tagħha billi l-oġġett ma baqax jeżisti.

(11)

Fit-3 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat avviż (9) tal-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-antidumping (“l-ewwel Avviż tal-ftuħ mill-ġdid”) sabiex tiġi implimentata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-każ Xinshiji. Il-ftuħ mill-ġdid kien limitat biex jiġi determinat, fid-dawl tal-istruttura tas-suq, jekk l-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni għal-livell ex-works tal-importatur kienx adattat, fir-rigward tal-possibbiltà li l-prezz tal-esportazzjoni jiġi mqabbel mal-prezz tal-industrija tal-Unjoni fl-istess livell tan-negozju.

(12)

Simultanjament, il-partijiet interessati kollha rċevew dokument ta’ żvelar li miegħu ġew mehmuża l-ispjegazzjonijiet għall-aġġustament tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, li kienu tqiesu meta ġie kkalkolat il-prezz tal-prodotti li joriġinaw mir-RPĊ.

(13)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu bil-miktub il-fehmiet tagħhom u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż.

(14)

Il-partijiet kollha li talbu dan fil-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(15)

Iż-żewġ esportaturi applikanti, tmien importaturi, żewġ assoċjazzjonijiet ta’ importaturi u assoċjazzjoni ta’ produtturi identifikaw ruħhom bħala partijiet interessati.

1.2.   Is-sentenza tal-pajjiż analogu

(16)

Fit-22 ta’ Marzu 2012, fil-Kawża C-338/10 — Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) v Hauptzollamt Hamburg-Stadt (“is-sentenza tal-pajjiż analogu”) — il-Qorti ddikjarat ir-Regolament oriġinali invalidu (10).

(17)

Il-Qorti sostniet li ladarba l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu ddeterminaw il-valur normali tal-prodott ikkonċernat abbażi tal-prezzijiet li fil-fatt jitħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni Ewropea għal prodott simili, mingħajr ma qagħdu attenti li jiddeterminaw dak il-valur abbażi tal-prezzijiet imħallsin għal dak l-istess prodott f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, huma kienu kisru r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(18)

Fid-19 ta’ Ġunju 2012 ġie ppubblikat avviż (11) (“it-tieni Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid”) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fl-avviż il-partijiet ġew infurmati li, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti msemmija hawn fuq, l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-RPĊ ma kienx għadhom soġġetti għall-miżuri ta’ antidumping imposti bir-Regolament oriġinali, u li d-dazji antidumping definittivi mħallsin skont ir-Regolament għall-prodott ikkonċernat għandhom jerġgħu jitħallsu jew jitnaqqsu.

(19)

L-avviż fetaħ parzjalment mill-ġdid ukoll l-investigazzjoni tal-antidumping rilevanti dwar l-importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-RPĊ sabiex tiġi implimentata s-sentenza tal-Qorti msemmija hawn fuq.

(20)

L-avviż stabbilixxa li l-ftuħ mill-ġdid kien limitat għall-għażla ta’ pajjiż analogu, jekk hemm, u d-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku li għandu jintuża għall-kalkolu ta’ kwalunkwe marġini tad-dumping.

(21)

Barra minn hekk, bl-istess avviż, il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li jistgħu jintgħażlu biex jiġi determinat il-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, inkluż fir-rigward tal-Iżrael, is-Sważiland, it-Tajlandja u t-Turkija.

(22)

Il-Kummissjoni infurmat direttament lill-industrija tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tagħha, il-produtturi esportaturi, il-fornituri u l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom magħrufa li huma kkonċernati, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu bil-miktub il-fehmiet tagħhom u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż.

(23)

Il-partijiet kollha li talbu dan fil-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(24)

Tmien importaturi u assoċjazzjoni waħda tal-importaturi identifikaw ruħhom bħala partijiet interessati.

2.   IL-PROĊEDURA WARA L-IŻVELAR TAL-MIŻURI PROVVIŻORJI

(25)

Wara l-impożizzjoni tad-dazji ta’ antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ, bosta partijiet interessati ppreżentaw kummenti bil-miktub. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu.

(26)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni fir-rigward tal-aspetti ta’ interess għall-Unjoni (“Komunitarju”). F’dan ir-rigward, saru spezzjonijiet ta’ verifika fil-bini tal-importaturi indipendenti fl-Unjoni li huma elenkati hawn taħt:

Wünsche Handelsgesellschaft International (GmbH & Co KG), Hamburg, il-Ġermanja,

Hüpeden & Co (GmbH & Co.) KG, Hamburg, il-Ġermanja,

I. Schroeder KG. (GmbH & Co.), Hamburg, il-Ġermanja,

Zumdieck GmbH, Paderborn, il-Ġermanja,

Gaston spol. s r.o., Zlin, ir-Repubblika Ċeka.

(27)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-PRĊ u l-ġbir definittiv ta’ ammonti miġbura bħala dazju provviżorju. Huma ngħataw ukoll perijodu ta’ żmien li matulu setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara li dan ġie żvelat.

(28)

Ċerti importaturi pproponew laqgħa flimkien mal-partijiet interessati kollha, skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament bażiku; madankollu wieħed minnhom irrifjuta din t-talba.

(29)

Il-kummenti orali u bil-miktub li ssottomettew il-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

3.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(30)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, żewġ importaturi indipendenti tal-Unjoni qalu li ċerti tipi ta’ mandolin għandhom jiġu eżentati mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat minħabba l-livell ta’ ħlewwa tagħhom jew minħabba l-ippakkjar tagħhom meta jiġu esportati. F’dan ir-rigward, hu nnutat li dawn it-talbiet ma ġewx sostnuti b’xi tip ta’ informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata u dejta li tagħti prova li dawn it-tipi għandhom karatteristiċi li jagħmluhom differenti mill-prodott ikkonċernat. Ġie nnutat ukoll li d-differenzi fl-ippakkjar ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala element kritiku meta jiġi definit il-prodott ikkonċernat, speċjalment meta l-formati tal-ippakkjar ikunu diġà ġew ikkunsidrati waqt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif stipulat fil-premessa 16 tar-Regolament provviżorju. Dawn l-argumenti huma għalhekk miċħuda.

(31)

Il-miżuri ġew imposti fuq il-prodott definit fir-Regolament oriġinali kif jidher hawn taħt: mandolin ippreparat jew ippriżervat (inklużi t-tanġerini u s-satsumas), il-klementini, il-wilkings u ibridi taċ-ċitru oħrajn simili, li ma jkollhomx spirti miżjudin magħhom, sew jekk ikollhom iz-zokkor miżjud jew sustanzi tal-ħlewwa oħra, kif inhu definit fl-intestatura tan-NM 2008, li attwalment huma klassifikati bil-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċijiet TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067 u 2008309069) u li joriġinaw mir-RPĊ.

(32)

F’dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti fil-pajjiż analogu interpretat l-istatistika kkomunikata mill-Kummissjoni lill-Qorti fis-27 ta’ Lulju 2011 bħala data li hija relattiva biss għall-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid l-ambitu sħiħ ta’ kull kodiċi NM inkluż f’dik l-istatistika u għandu jiġi nnutat li dik l-istatistika tirrigwarda firxa ta’ prodotti usa’ mill-prodotti li huma l-oġġett tal-miżuri, billi inkludiet il-kodiċijiet NM sħaħ 2008 30 55, 2008 30 75 u 2008 30 90. Id-dejta statistika li tkopri biss il-prodott ikkonċernat jew il-prodott simili (għall-kodiċijiet NM 2008 30 55 u 2008 30 75), għall-pajjiżi msemmijin hawn fuq waqt il-perijodu ta’ investigazzjoni hija din li ġejja:

Pajjiż

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

ir-RPĊ

49 791,30

it-Tajlandja

666,10

it-Turkija

151,20

l-Iżrael

4,80

is-Sważiland

0

(33)

Fil-kodiċi NM 2008 30 90, l-istatistika tinkludi prodotti oħrajn, apparti l-prodott ikkonċernat. Bħala konsegwenza, ma tista’ tittieħed l-ebda konklużjoni dwar l-importazzjonijiet tal-prodott simili fir-rigward tal-kodiċi NM. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż, permezz tal-istatistika, li l-prodott simili kien impurtat fi kwantitajiet sinifikanti mill-Iżrael jew minn Sważiland matul il-perijodu ta’ investigazzjoni.

4.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

4.1.   It-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(34)

Żewġ importaturi indipendenti tal-UE argumentaw li l-produtturi esportaturi Ċiniżi magħżula għall-kampjun rrappreżentaw 60 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni. Madankollu, ma setgħux jipprovdu informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata li setgħet tnaqqas mill-preċiżjoni tal-informazzjoni għat-teħid tal-kampjuni, ippreżentata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u li b’mod ġenerali ġiet ikkonfermata meta tkompliet l-investigazzjoni. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud.

(35)

Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li ppreżentaw rappreżentazzjonijiet iddikjaraw li l-kumpaniji relatati tagħhom kienu produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat u għalhekk kellhom jiġu inklużi fl-Anness tal-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw. Dawn id-dikjarazzjonijiet kienu kkunsidrati ġġustifikati u kien deċiż li l-Anness rilevanti jiġi rivedut skont dan. Importatur indipendenti tal-UE argumenta li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni permezz tan-negozjanti kellhom awtomatikament jitħallew jibbenefikaw mill-miżuri applikabbli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. F’dan ir-rigward, hu nnutat li l-miżuri tal-antidumping huma fil-każ attwali imposti fuq prodotti mmanifatturati minn produtturi esportaturi fil-pajjiż li jkun qed jiġi investigat u li jiġu esportati lejn l-Unjoni (irrispettivament minn liema kumpanija tikkummerċjalizzahom) u mhux fuq entitajiet kummerċjali involuti biss f’attivitajiet kummerċjali. Għaldaqstant it-talba ġiet miċħuda.

5.   ID-DUMPING

5.1.   It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)

(36)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, l-ebda kumment ma kien ippreżentat mill-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera fir-rigward tas-sejbiet tat-TES. Fin-nuqqas ta’ kummenti rilevanti, il-premessi 29 sa 33 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

5.2.   It-trattament individwali

(37)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kummenti rilevanti, il-premessi 34 sa 37 tar-Regolament provviżorju li jirrigwardaw it-trattament individwali huma hawnhekk ikkonfermati.

5.3.   Il-valur normali

5.3.1.   Il-kummenti tal-partijiet interessati wara t-tieni avviż ta’ ftuħ mill-ġdid

(38)

Ċerti importaturi argumentaw li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu neċessarji biex tiġi koperta d-domanda tal-Unjoni, għalkemm importatur wieħed indika li l-produzzjoni ta’ Spanja u t-Turkija flimkien tkun biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet tas-suq tal-Unjoni. Importatur wieħed irrimarka li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping kienet tirriżulta f’żieda sinifikanti fil-prezz tal-prodott ikkonċernat. Iż-żieda fil-prezzijiet issemmiet ukoll minn importaturi oħra. Ġew identifikati diversi fatturi bħala l-kawża għal żieda bħal din, bħal pereżempju d-disponibbiltà li qed tonqos ta’ mandolin miċ-Ċina fl-Unjoni minħabba d-domanda interna u d-domanda minn swieq oħra, għelejjel li ma jagħtux frott u nuqqas ta’ ħaddiema fir-RPĊ. Fattur ieħor li ġie indikat kien il-kompetizzjoni mnaqqsa fl-Unjoni (huwa stmat li bħalissa hemm biss tliet produtturi tal-Unjoni, filwaqt li fl-2000 kien hemm tmienja). Importatur minnhom ilmenta li l-miżuri tal-antidumping jiffavorixxu lill-kumpaniji kummerċjali l-kbar minflok dawk tradizzjonali, li ilhom jikkumerċjalizzaw il-prodott ikkonċernat mar-RPĊ għal deċennji sħaħ. Dan l-importatur jiddefendi l-eżistenza ta’ sistema ta’ liċenzji bbażata fuq id-dejta ta’ qabel l-2001.

(39)

Grupp ta’ importaturi ddikjara li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiftħu investigazzjoni mill-bidu nett minflok jiftħu parzjalment mill-ġdid l-investigazzjoni tal-antidumping li kienet wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri li kienu fis-seħħ sas-sentenza tal-pajjiż analogu. Din id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq il-fatt li dawk l-importaturi qiesu li ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta’ dumping jew ħsara fis-sitwazzjoni attwali tas-suq.

(40)

Importaturi oħra ddikjaraw li ma kinux jaqblu mal-użu possibbli tad-dejta tal-PI, jekk ikun hemm bżonn li jiġi kkalkolat marġini ta’ dumping ġdid. Skont dawk l-importaturi, għandha tintuża l-aktar dejta reċenti u ġew issuġġeriti b’mod partikolari l-perijodi 2010–11 u 2011–12.

(41)

Grupp ta’ importaturi kkunsidraw li l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni jmur kontra l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont dawk l-importaturi, il-ġurisprudenza (12) msemmija fit-tieni Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid għandha tintuża biss jekk il-miżuri jiġu annullati jew iddikjarati invalidi minħabba determinazzjoni żbaljata tal-ħsara. Fi kliemhom stess, “l-istituzzjonijiet tal-Komunità ma żbaljawx fl-istadju tad-determinazzjoni tal-ħsara, iżda fl-istadju bikri tal-valutazzjoni ta’ jekk il-prodotti kkonċernati kinux fil-fatt l-oġġett ta’ dumping”. Bħal f’dan il-każ, ir-Regolament oriġinali ġie ddikjarat invalidu minħabba d-determinazzjoni tal-valur normali, l-importaturi ddikjaraw li tali ġurisprudenza ma tapplikax.

(42)

Fl-aħħar nett, diversi importaturi rrakkomandaw li t-Turkija tintuża bħala pajjiż analogu. Waqt seduta ta’ smigħ, importatur issuġġerixxa li jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet tal-Ġappun u tal-Korea, minħabba li anki f’dawn il-pajjiżi kien hemm kumpaniji li mmanifatturaw il-prodott matul il-PI.

5.3.2.   L-analiżi tal-kummenti wara t-tieni avviż ta’ ftuħ mill-ġdid

(43)

Fir-rigward tal-ħafna talbiet li tqassru fil-premessa 38 hawn fuq, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni inizjali b’mod limitat, ristretta għall-identifikazzjoni possibbli ta’ pajjiż analogu. Hija ma ddefinixxietx perijodu ta’ investigazzjoni ġdid, għall-kuntrarju tal-approċċ li ttieħed fil-kawża li wasslet għas-sentenza f’Industrie des poudres sphériques v il-Kunsill (il-Kawża C-458/98 P [2000] Ġabra I-8147). Dan kien ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni li minħabba li d-dazji ta’ antidumping kienu fis-seħħ, kull dejta miġbura waqt il-perijodu ta’ investigazzjoni l-ġdid kienet waħda distorta bl-eżistenza ta’ dawn id-dazji antidumping, partikolarment fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ħsara. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-punti mqajmin mill-partijiet dwar l-allegat nuqqas ta’ dumping f’dan il-punt jistgħu jiġu diskussi b’mod aktar xieraq fil-qafas ta’ reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Filwaqt li fl-investigazzjoni inizjali l-analiżi tal-eżistenza ta’ ħsara ssir b’mod ex post għall-perijodu tal-investigazzjoni, l-analiżi tal-ħsara waqt reviżjoni interim issir b’mod prospettiv, billi l-ħsara osservata tul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni x’aktarx tiġi influwenzata mill-fatt li hemm dazju ta’ antidumping fis-seħħ.

(44)

Il-partijiet ikkonċernati huma mfakkra li jekk importatur jew parti oħra jkunu jridu li l-miżuri jiġu kompletament riveduti, dawn għandhom il-possibbiltà li jitolbu t-tnedija ta’ reviżjoni interim kif inhu previst fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet ikkonċernati għandhom iċ-ċans li japprofittaw minn dik il-possibbiltà meta jridu billi l-perijodu ta’ sena mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi msemmi fl-Artikolu 11(3) għadda. Kull parti li kienet ippreżentat talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) qabel is-sentenza tal-pajjiż analogu se tiġi kkuntattjata mis-servizzi tal-Kummissjoni biex jiġi determinat jekk tixtieqx li tkompli bit-talba tagħha.

(45)

Fir-rigward tal-illegalità allegata tal-ftuħ parzjali mill-ġdid, għandu jiġi nnutat li l-ġurisprudenza msemmija ma timplikax li ftuħ parzjali mill-ġdid jista’ jsir biss jekk dan ikun jirrigwarda d-determinazzjoni tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Dak li hu ċċarat fil-kawża T-2/95 u l-kawża C-458/98 P huwa li “fil-każ ta’ att li jikkonkludi proċediment amministrattiv li jikkostitwixxi diversi stadji, mhux neċessarju li l-annullament tiegħu jimplika l-annullament tal-proċedura kollha qabel l-adozzjoni tal-att ikkuntestat irrispettivament mir-raġunijiet, proċedurali jew sostantivi, tas-sentenza li tipproklama l-annullament” (13). Għaldaqstant mhuwiex rilevanti jekk l-annullament jew id-dikjarazzjoni tal-invalidità ta’ regolament jirrelatawx mad-determinazzjoni tal-ħsara jew id-determinazzjoni tal-valur normali.

(46)

Fir-rigward tal-użu tad-dejta tal-PI, għandu jiġi mfakkar li t-tieni Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid kien jirrigwarda ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni oriġinali u mhux ta’ investigazzjoni ġdida. Għaldaqstant, id-dejta tal-PI biss tista’ tkun rilevanti u għandha tiġi eżaminata, aktar u aktar minħabba li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni użati fit-tqabbil huma wkoll ta’ dak il-perijodu. It-talbiet għal użu ta’ dejta aktar reċenti, għalhekk, għandhom jiġu miċħuda.

5.3.3.   L-investigazzjoni wara t-tieni avviż ta’ ftuħ mill-ġdid

(47)

Fis-sentenza msemmija fil-premessa 16 hawn fuq, il-Qorti rreferiet b’mod speċifiku għal erba’ pajjiżi li minnhom, skont id-dejta tal-Eurostat, seta’ kien hemm importazzjoni sinifikanti fl-Unjoni bil-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90. Dawn il-pajjiżi huma l-Iżrael, is-Sważiland, it-Tajlandja u t-Turkija. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-awtoritajiet ta’ dawn il-pajjiżi permezz tal-Missjonijiet tagħhom għall-Unjoni Ewropea. Kollha ġew ikkuntattjati qabel il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni u għal darba oħra meta kien se jsir il-ftuħ mill-ġdid. Il-Missjonijiet ikkonċernati, kif ukoll id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għal dawk l-erba’ pajjiżi, intalbu jidentifikaw il-produtturi domestiċi possibbli tal-prodott simili u, jekk kien hemm, biex jgħinuhom jiksbu l-kooperazzjoni tagħhom.

(48)

Għalkemm ġew ikkuntattjati darbtejn, il-Missjonijiet tas-Sważiland u t-Tajlandja għall-Unjoni Ewropea ma bagħtu l-ebda tweġiba. Waslu tweġibiet mingħand il-Missjonijiet tal-Iżrael u tat-Turkija. Il-Missjoni tat-Turkija tat l-indirizzi ta’ sitt produtturi allegati, filwaqt li l-Missjoni tal-Iżrael infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni li ma kienx hemm produzzjoni tal-prodott simili fl-Iżrael tul il-PI (u li fil-preżent ma kienx hemm produzzjoni bħal din).

(49)

Is-sitt produtturi Torok ġew ikkuntattjati, ħamsa minnhom darbtejn. Tlieta minnhom ma weġbux u t-tlieta l-oħra infurmaw lill-investigaturi li ma kinux qed jipproduċu l-prodott simili tul il-PI. Għaldaqstant, għalkemm dawn il-kumpaniji offrew il-kooperazzjoni tagħhom, huma ma kinux f’pożizzjoni li jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta neċessarja. Din is-sejba kienet ikkorroborata b’sottomissjoni li waslet mingħand importatur Ġermaniż b’interessi ta’ produzzjoni fit-Turkija, fejn kien hemm dikjarazzjoni li tul il-perijodu tal-investigazzjoni ma kienx hemm produzzjoni tal-prodott simili fit-Turkija.

(50)

Minkejja li ma waslitx tweġiba mingħand il-Missjoni tat-Tajlandja, iż-żewġ kumpaniji Tajlandiżi li mingħandhom inkisbu indirizzi aġġornati permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Bangkok, ġew ikkuntattjati darbtejn ukoll. Dawk iż-żewġ produtturi kienu diġà ġew ikkuntattjati waqt l-investigazzjoni oriġinali — iżda f’dan iż-żmien, dan ma wassalx għall-kooperazzjoni tagħhom. Anki din id-darba, wieħed mill-produtturi ma weġibx għaż-żewġ talbiet li sarulu, filwaqt li l-ieħor wieġeb li ma kienx beħsiebu jikkoopera fl-investigazzjoni.

(51)

Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni permezz tal-Missjoni tas-Sważiland għall-Unjoni Ewropea u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Sważiland, ma kienx possibbli li jiġi identifikat produttur wieħed jew aktar fis-Sważiland.

(52)

Fid-dawl tas-suġġeriment imsemmi fil-premessa 42 hawn fuq, ġiet mitluba wkoll il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-Ġappun u tar-Repubblika tal-Korea u fl-istess ħin id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’dawk il-pajjiżi ntalbu jidentifikaw il-produtturi lokali tal-prodott simili, jekk kien hemm. L-awtoritajiet tal-Korea ma weġbux iżda l-Kummissjoni rnexxielha, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Korea, tikseb isem u indirizz ta’ produttur possibbli tal-prodott simili fir-Repubblika tal-Korea. Dan il-produttur ġie kkuntattjat darba iżda ma weġibx għat-talba ta’ kooperazzjoni li saritlu.

(53)

L-awtoritajiet Ġappuniżi kkuntattjaw lil produtturi possibbli Ġappuniżi, madankollu, skont l-awtoritajiet Ġappuniżi dawk il-kumpaniji ma ridux jikkooperaw fil-proċediment u ma ridux li l-identitajiet tagħhom jiġu żvelati lill-Kummissjoni.

5.3.4.   Il-konklużjoni tal-investigazzjoni wara t-tieni avviż ta’ ftuħ mill-ġdid

(54)

Wara li ġew ikkunsidrati l-kummenti li għamlu l-partijiet, l-analiżi tagħhom u, minkejja l-isforzi sinifikanti tas-servizzi tal-Kummissjoni, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi potenzjali f’pajjiżi terzi, ġie konkluż li ma setax jiġi determinat valur normali abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq kif inhu preskritt fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

5.3.5.   Il-kummenti tal-partijiet interessati wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji

(55)

Qed jiġi mfakkar li d-determinazzjoni tal-valur normali kienet ibbażata fuq id-dejta pprovduta mill-Industrija tal-Unjoni. Din id-dejta ġiet ivverifikata fil-bini tal-kumpaniji tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw.

(56)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u li kienu inklużi fil-kampjun u żewġ importaturi indipendenti tal-Unjoni lkoll kellhom dubju dwar l-użu ta’ prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-kalkolu tal-valur normali. Intqal li l-valur normali kellu jiġi kkalkulat abbażi tar-rendikont tal-kostijiet tal-produzzjoni tar-RPĊ meħud għal kull aġġustament xieraq relatat mad-differenzi bejn is-swieq tal-Unjoni u tar-RPĊ.

5.3.6.   L-analiżi tal-kummenti wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji

(57)

F’dan ir-rigward hu nnutat li l-użu ta’ informazzjoni minn pajjiż li m’għandux ekonomija tas-suq u b’mod partikolari minn kumpaniji li ma ngħatawx it-TES imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud. Ġie argumentat ukoll li d-dejta dwar il-prezzijiet mill-pajjiżi importaturi l-oħra kollha jew l-informazzjoni rilevanti ppubblikata setgħet intużat bħala soluzzjoni raġonevoli, meta tikkunsidra n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn pajjiż analogu. Madankollu, informazzjoni ġenerali bħal din, għall-kuntrarju tad-dejta użata mill-Kummissjoni, ma setgħetx tiġi vverifikata u ċċekkjata fir-rigward tal-eżattezza tagħha skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) tar-Regolament bażiku. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud. Ma ġie ppreżentat l-ebda argument ieħor li seta’ jitfa’ dubju fuq il-fatt li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni ma kinitx skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u, b’mod partikolari, il-fatt li f’dan il-każ partikolari din tikkostitwixxi l-unika bażi raġonevoli li baqa’ biex jiġi kkalkulat il-valur normali.

5.3.7.   Il-konklużjoni dwar il-valur normali

(58)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra u l-fatt li minkejja l-isforzi sinifikanti tas-servizzi tal-Kummissjoni biex jidentifikaw produttur li kkoopera f’pajjiż analogu, ma kienx possibbli li tinkiseb dejta mingħand produttur ta’ pajjiż analogu għall-perijodu ta’ investigazzjoni, il-premessi 38 sa 45 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

5.4.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(59)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoopera u li ġie inkluż fil-kampjun qal li l-prezz tiegħu għall-esportazzjoni għandu jiġi aġġustat biex jiġu kkunsidrati ċerti elementi ta’ kostijiet (b’mod partikolari it-trasport tal-merkanzija bl-oċean). F’dan ir-rigward hu nnutat li din il-kwistjoni ġiet indirizzata waqt il-verifika fuq il-post, kemm fir-rigward ta’ din il-kumpanija u kemm fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra fil-kampjun. F’dik l-okkażjoni, kull kumpanija ppreżentat informazzjoni fir-rigward tal-kostijiet inkwistjoni. L-ammont li qed jintalab attwalment mill-kumpanija hu konsiderevolment ogħla mill-ammont irrapportat oriġinarjament. Hu nnutat li din it-talba l-ġdida hi bbażata sempliċiment fuq dikjarazzjoni minn persuna li tgħaddi l-merkanzija u ma tirriflettix id-dejta relatata ma’ tranżazzjoni reali. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi l-oħra li ġew inklużi fil-kampjun ma kellu dubju dwar iċ-ċifri użati fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija bl-oċean. Barra minn hekk, minħabba li l-preżentazzjoni saret tard, din it-talba ma’ tistax tiġi vverifikata. B’mod partikolari, l-aġġustament mitlub ma jirrigwardax dejta li diġà tinsab fil-fajl. Wara din it-talba l-Kummissjoni madankollu rrevediet l-ammont tal-kost inkwistjoni b’kunsiderazzjoni tal-importanza ta’ dan il-kost partikolari għat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni tal-UE rrapportati mill-kumpanija. Konsegwentement, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li kien aktar xieraq li jintuża l-kost medju tat-trasport bl-oċean tal-merkanzija vverifikat fuq il-post għall-kumpaniji Ċiniżi kollha li ġew inklużi fil-kampjun. Konsegwentement, il-prezz tal-esportazzjoni tal-kumpanija kien aġġustat kif xieraq.

(60)

Produttur esportatur Ċiniż ieħor li kkoopera u li ġie inkluż fil-kampjun irrefera għal żewġ żbalji ta’ komputazzjoni fil-kalkolu tal-prezz tiegħu ta’ esportazzjoni relatat mal-listi ppreżentati ta’ esportazzjoni. Tqies li t-talba kienet iġġustifikata u l-prezz rilevanti tal-esportazzjoni tal-produttur ġie rrivedut skont dan.

(61)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessa 46 tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk ikkonfermata.

5.5.   Paragun

(62)

Fin-nuqqas ta’ kummenti f’dan ir-rigward, il-premessi 47 u 48 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

5.6.   Il-marġini tad-dumping

(63)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-marġini tad-dumping definittivi riveduti, espressi bħala persentaġġ tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni CIF, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang: 139,4 %,

Huangyan No. 1 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang: 86,5 %,

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd., il-Belt ta’ Dangyang, il-Provinċja ta’ Hubei: 136,3 %,

Produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun: 131 %,

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha: 139,4 %.

6.   L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZA XINSHIJI

6.1.   Il-kummenti tal-partijiet interessati

6.1.1.   Ftuħ mill-ġdid qabel il-waqt

(64)

L-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi argumentaw kontra l-ftuħ parzjali mill-ġdid qabel l-għoti tas-sentenza fil-kawża C-338/10. Kien argumentat li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni waqt li l-validità tar-Regolament oriġinali kienet ikkuntestata, u fl-opinjoni tal-partijiet ikkonċernati x’aktarx li l-att jiġi ddikjarat null, kien jikser il-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-amministrazzjoni tajba fid-dawl tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi poġġa piż żejjed fuq il-partijiet ikkonċernati biex dawn jallokaw riżorsi sinifikanti finanzjarji u personali għall-proċedura miftuħa mill-ġdid.

(65)

Barra minn hekk, l-istess partijiet argumentaw ukoll li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni qabel is-sentenza fil-kawża ta’ appell C-195/11P sar qabel il-waqt u kontra l-Artikolu 266 u 264 tat-TFUE u l-Artikolu 60(2) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u dan kien jallega li l-Kummissjoni kienet qed tantiċipa s-suċċess tal-appell tagħha. Bidu bħal dan ikkontradixxa r-relazzjoni bejn, minn naħa waħda, il-Kummissjoni u l-Kunsill u min-naħa l-oħra, il-Qorti u dgħajfet id-dritt għal rimedju effettiv fil-qorti. L-importaturi kkonċernati talbu li l-Kummissjoni l-ewwel tistenna s-sentenza finali tal-Qorti qabel ma tiftaħ mill-ġdid il-proċediment tal-antidumping, biex timplimenta s-sentenza inkwistjoni.

(66)

L-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi argumentaw li l-ftuħ mill-ġdid imur kontra l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku billi kien ibbażat fuq id-dejta miġbura waqt il-perijodi ta’ investigazzjoni (jiġifieri bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 u t-30 ta’ Settembru 2007) u mhux waqt perijodu aktar reċenti.

(67)

Grupp ta’ importaturi kkontestaw kemm kienet ġusta u imparzjali l-imġiba tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, abbażi l-fatt li l-Kummissjoni allegatement irrifjutat applikazzjoni mill-importaturi tal-Unjoni biex tniedi reviżjoni interim sħiħa, minkejja li d-dejta uffiċjali tal-Eurostat diġà kienet qed turi żieda fuq bażi miżmuma u dejjiema tal-prezz tal-importazzjoni.

6.1.2.   Ir-retroattività

(68)

L-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi argumentaw li kien jidher mill-bidu li l-ftuħ mill-ġdid kien se jfalli, minħabba li l-ksur tad-drittijiet għad-difiża u n-nuqqas li jiġu ddikjarati r-raġunijiet fil-każ ta’ Regolament dwar l-antidumping definittiv ma jistgħux jiġu rettifikati f’iżolament u b’mod retroattiv. B’mod partikolari, ġie argumentat li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati kellhom jiġi mħarsa waqt il-proċediment tal-antidumping li kien għaddej, jiġifieri qabel l-adozzjoni tal-miżura, u d-dikjarazzjoni kif xieraq tar-raġunijiet għar-regolament tal-antidumping definittiv kellha tingħata sal-adozzjoni tar-Regolament oriġinali.

(69)

Intqal ukoll li att legali bbażat fuq dikjarazzjoni mhux adegwata tar-raġuni huwa, u jibqa’, ineffettiv mill-bidu u l-miżura maħsuba tista’ tkun effettiva biss bl-adozzjoni ta’ att legali ġdid b’dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.

6.1.3.   Żvelar inadegwat

(70)

L-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi stqarru li l-iżvelar ma kienx biżżejjed biex jiġu rrimedjati l-iżbalji legali identifikati mill-Qorti Ġenerali għar-raġunijiet li jidhru hawn taħt.

(71)

L-esportaturi kkonċernati, flimkien ma’ grupp ta’ importaturi qalu li l-ksur tal-liġi tal-Unjoni li nstab mill-Qorti Ġenerali affettwa s-sejbiet kollha u r-riżultat tal-kalkolu tal-marġini tal-ħsara u minħabba f’hekk kien hemm il-bżonn li jitnieda proċess ġdid b’kunsiderazzjoni tad-dejta dwar il-ħsara l-aktar reċenti.

(72)

Barra minn hekk, l-istess partijiet argumentaw li l-Kummissjoni ma rrikonoxxietx b’mod korrett l-ambitu u l-konsegwenzi tal-ksur tagħha. Kien argumentat li, għall-kuntrarju tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni, il-ksur legali stabbilit mill-Qorti Ġenerali ma kienx relatat esklużivament mal-kalkolu taż-żieda ta’ 2 % tal-kostijiet tal-importazzjoni tal-prodotti Ċiniżi (kostijiet ta’ wara l-importazzjoni) u l-kostijiet tat-trasport tal-prodotti mmanifatturati mill-produtturi tal-Unjoni. L-importaturi kkonċernati argumentaw li dak il-ksur kien, jekk xejn, marbut mad-determinazzjoni sħiħa tal-marġini tal-ħsara.

(73)

F’dan il-kuntest kien argumentat li l-iżvelar li ntbagħat fil-ftuħ mill-ġdid ma indirizzax il-kwistjoni tal-paragunabbiltà tal-livell tal-kummerċ u kif il-metodu magħżul mill-Kummissjoni għall-paragun tal-importazzjoni u tal-prezzijiet tal-Unjoni kien ġustifikat meta mqabbel mal-kuntest tal-ambjent tas-suq ikkonċernat, jiġifieri jekk il-prodotti manifatturati mill-produtturi tal-Unjoni u l-oġġetti importati humiex fil-fatt f’kompetizzjoni ma’ xulxin “fil-maħżen tal-importaturi ta’ Hamburg”. L-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi argumentaw li l-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-livell tal-kummerċ li ngħatat fil-ħin tal-ftuħ mill-ġdid kienet ġenerali wisq biex il-partijiet ikunu jistgħu jifhmu għaliex il-paragun tal-prezz tal-importazzjoni u l-prezz tal-industrija tal-Unjoni sar fl-istess livell tal-kummerċ u ma spjegatx il-fatturi li rriżultaw mill-investigazzjoni li fuqha kien ibbażat il-kalkolu. Din ma indirizzatx il-kwistjoni għaliex iż-żieda inkwistjoni ta’ 2 %, li la kienet tinkludi l-ispejjeż tal-operat u dawk amministrattivi (SG&A) u lanqas il-marġini ta’ profitt tal-importaturi, kienet xierqa biex tintlaħaq il-paragunabbiltà tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(74)

L-istess partijiet argumentaw li ma kien hemm l-ebda sejba fir-rigward tas-suppożizzjoni li l-produtturi tal-Unjoni biegħu l-oġġetti esklużivament permezz tal-importaturi. Barra minn hekk, kien argumentat li r-raġunament wara l-livell ta’ kummerċ magħżul li l-produtturi tal-Unjoni biegħu esklużivament lill-importaturi kien irrifjutat, billi skont l-informazzjoni mogħtija 62 % biss tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mar għand l-importaturi indipendenti. Il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni donnha injorat il-fatt li allegatement 38 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ma kinitx inbiegħet permezz tal-importaturi, li jfisser li fir-rigward ta’ dan il-bejgħ il-prodotti importati kienu qed jikkompetu f’livelli differenti ta’ kummerċ. Kien argumentat li għal din il-parti tal-bejgħ, il-metodu użat mill-Kummissjoni biex jiġi ddeterminat il-marġini tal-ħsara ma kienx xieraq billi l-prezzijiet tal-importaturi kellhom jiġu aġġustati biż-żieda tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, il-bejgħ, il-kostijiet ġenerali u amministrattivi u marġini ta’ profitt adegwat tal-importatur indipendenti. Fid-dawl ta’ dawn il-korrezzjonijiet, il-marġini ta’ ħsara kien jitnaqqas għal 38 % tal-merkanzija tal-Unjoni, li jwassal għal tnaqqis ġenerali fil-marġini ta’ ħsara u wara anki għal tnaqqis sostanzjali fid-dazji antidumping.

(75)

Konsegwentement, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tiżviluppa metodu xieraq biex tiddetermina l-marġini ta’ ħsara għall-importazzjonijiet kollha li kieku kien iqis il-kundizzjonijiet proprji tas-suq. Kien argumentat li kien hemm bżonn ta’ kunsiderazzjoni differenzjata tal-bejgħ tal-prodotti tal-produtturi tal-Unjoni biex jiġi ddeterminat il-marġini ta’ ħsara, fid-dawl tal-mezzi differenti ta’ distribuzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(76)

Il-partijiet talbu lill-Kummissjoni tipprovdi deskrizzjoni u analiżi dettaljati tal-evidenza vverifikata fir-rigward tal-flussi tal-kummerċ u l-volumi relatati, li tappoġġa s-sejbiet tagħha u li tiżvela dik l-informazzjoni rilevanti, li ma kinitx kunfidenzjali.

(77)

Grupp ta’ importaturi kkuntestaw ukoll “ir-referenza stereotipika” għall-kunfidenzjalità tad-dejta, li b’riżultat tagħha l-produtturi esportaturi u l-importaturi tal-Unjoni ma setgħux jaċċessaw is-sorsi rilevanti neċessarji għalihom biex jiddeterminaw jekk, fid-dawl tal-istruttura tas-suq, l-aġġustament inkwistjoni kienx xieraq, fir-rigward tal-possibbiltà ta’ paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-prezz tal-industrija tal-Unjoni fl-istess livell tal-kummerċ. L-importaturi kkonċernati argumentaw li din it-talba ntlaqgħet mill-Qorti Ġenerali fil-paragrafu 86 tas-sentenza Xinshiji.

6.1.4.   Il-kostijiet tat-trasport

(78)

L-esportaturi kkonċernati opponew iż-żieda fil-prezz tal-bejgħ ex-works tal-industrija tal-Unjoni biex jiġu inklużi l-kostijiet tal-kunsinna fil-maħżen tal-importatur abbażi tal-fatt li dan imur kontra l-kunċett ta’ suq intern u li l-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ mhumiex maħsubin biex jirrimedjaw l-iżvantaġġi tal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-post fejn jinsabu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha.

(79)

L-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi argumentaw li l-Kummissjoni messha kkunsidrat il-fatt li l-importaturi kellhom spejjeż ogħla tat-trasbord minħabba li l-prodotti Ċiniżi kienu kkunsinnati f’kontejners, filwaqt li l-prodotti manifatturati mill-produtturi tal-Unjoni ġew ippakkjati f’palits biex jiġu trasportati bit-trakkijiet u għaldaqstant setgħu jintbagħtu lura lill-konsumaturi immedjatament mingħajr aktar manipulazzjoni, li naqqas l-ispejjeż tal-ġarr b’50 % jew 7 EUR/tunnellata.

(80)

Grupp ta’ importaturi argumenta li l-Kummissjoni ma tatx kas, fir-rigward ta’ persentaġġ ta’ prodotti tal-industrija tal-Unjoni li fil-fatt kien iddistribwit permezz ta’ importatur, li l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija tal-industrija tal-Unjoni lejn il-maħżen tal-importaturi ġġarrbu biss jekk il-mandolin ippriżervat kien disponibbli “fiżikament” fil-maħżen tal-importatur ikkonċernat. Fil-fatt, madankollu, il-biċċa l-kbira tal-prodotti mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni permezz tal-importaturi ġew ikkunsinnati direttament mill-produtturi tal-Unjoni għand il-klijenti tal-importaturi. Ġie ddikjarat li dan irriżulta f’vantaġġ konsiderevoli fil-kostijiet għall-produtturi tal-Unjoni meta mqabbel mal-prodotti importati u, li kieku dan ġie kkunsidrat kif xieraq, il-marġini ta’ ħsara kien ikun iżgħar minn dak iddeterminat abbażi tal-metodu ta’ kalkolu tal-Kummissjoni.

(81)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi u ċerti importaturi oġġezzjonaw għaċ-ċifra (EUR 90) użata bħala bażi għall-kalkolu tal-kostijiet tat-trasport. Il-partijiet qalu li l-kostijiet tat-trasport magħżul, li probabbilment kien it-trasport bit-trakk, kienu għoljin wisq. Madankollu, skont l-informazzjoni tal-partijiet, il-maġġoranza tal-oġġetti kienu trasportati bil-bastimenti, li huma mezzi ferm orħos ta’ trasport.

(82)

Il-partijiet talbu spjegazzjoni rigward l-inklużjoni tal-imposti tal-ġarr fit-terminals u l-kostijiet għall-ġarr bit-trakk lejn il-bini tal-importatur fil-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

6.2.   L-analiżi tal-kummenti

(83)

Fir-rigward tal-argument li l-investigazzjoni ma kellhiex terġa’ tinfetaħ mill-ġdid waqt li l-validità tar-Regolament oriġinali kienet ġiet ikkuntestata fil-kawża C-338/10 (il-premessa 64), il-Kummissjoni spjegat li hija aġixxiet skont il-preżunzjoni tal-legalità.

(84)

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar il-ftuħ mill-ġdid qabel il-waqt suġġett għall-kawża ta’ appell pendenti C-195/11P (il-premessa 65), il-Kummissjoni tqis li l-argument hu bla bażi minħabba li l-ftuħ mill-ġdid kien ibbażat fuq is-sejbiet tal-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, l-appell ġie sadanittant irtirat.

(85)

Fir-rigward tat-talbiet għal investigazzjoni ġdida, għandu jiġi enfasizzat li l-ftuħ parzjali mill-ġdid għandu bħala għan li jirrimedja biss il-ksur tad-drittijiet għad-difiża identifikati mill-Qorti Ġenerali u mhux li jerġa’ jinfetaħ il-proċediment kollu. Madankollu, il-Kummissjoni se tavża lill-partijiet ikkonċernati li għandhom il-possibbiltà jitolbu t-tnedija ta’ reviżjoni interim, kif inhu preskritt fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku jekk jixtiequ li l-Istituzzjonijiet jivverifikaw id-dikjarazzjoni tagħhom li abbażi ta’ dejta aktar reċenti ma għadx hemm ħsara.

(86)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tagħhom li l-analiżi tal-ħsara għandha tkun ibbażata fuq dejta aktar reċenti (il-premessa 66), huwa osservat li dejta oħra aktar reċenti se tkun influwenzata mill-fatt li d-dazju ta’ antidumping kien fis-seħħ. Għaldaqstant, l-istrument xieraq biex tiġi analizzata dejta aktar reċenti huwa reviżjoni interim kif inhu preskritt fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u mhux investigazzjoni ġdida (ara wkoll il-premessa 43 ta’ hawn fuq).

(87)

Fir-rigward tad-dubju dwar kemm hu imparzjali u ġust il-proċediment (il-premessa 67), dan id-dubju huwa msejjes fuq fehim ħażin li l-Kummissjoni rrifjutat it-talba għal reviżjoni interim. Is-Servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lill-partijiet rispettivi, permezz tal-ittra tas-6 ta’ Settembru 2011, li abbażi tal-informazzjoni provduta sa dak il-mument, ma setgħetx tittieħed deċiżjoni dwar jekk setgħetx titnieda reviżjoni jew le. Il-punti jew l-evidenza li kienu jeħtieġu aktar ċarezza, ġew identifikati. Il-partijiet ġew infurmati dwar dan fis-smigħ tad-29 ta’ Frar 2012 u ġew mistiedna jkomplu d-diskussjoni mas-servizz rilevanti tal-Kummissjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jinfurmawhom li huma jistgħu jkomplu bit-talba tagħhom sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-perijodu ta’ sena previst fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku ma japplikax f’dan il-każ, billi dan imur kontra l-għan tiegħu, li huwa li għandu jkun hemm ammont minimu ta’ żmien bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali u r-reviżjoni interim. Fil-każ preżenti, dan l-ammont minimu ġie osservat.

(88)

Fir-rigward tal-argument dwar ir-rimedju retroattiv tal-ksur tad-drittijiet għad-difiża (il-premessa 68) il-Kummissjoni tikkunsidra li bħala konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, l-investigazzjoni reġgħet infetħet fil-punt fejn seħħet l-illegalità. Il-partijiet issa għandhom il-possibbiltà li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom sa fejn ma tħallewx jagħmlu dan mill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, id-dazji se jiġu imposti biss għall-futur. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma hemmx kwistjoni ta’ rimedju retroattiv kif ingħad mill-partijiet u li għalhekk dan l-argument tal-partijiet m’għandux jintlaqa’.

(89)

Fir-rigward tal-argument dwar id-dikjarazzjoni inadegwata tar-raġunijiet (il-premessa 69), l-għan proprju tal-ftuħ mill-ġdid huwa biex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ raġunament u biex l-att legali l-ġdid jiġi bbażat fuq dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Huwa għalhekk meqjus li dan l-argument tal-partijiet ġie indirizzat.

(90)

Fir-rigward l-ambitu tas-sentenza (il-premessa 72), l-għan tal-ftuħ mill-ġdid huwa biex jiġi stabbilit il-livell xieraq tal-kummerċ, u partikolarment biex jiġi ċċarat għaliex l-aġġustament tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni CIF kien neċessarju biex seta’ ġie żgurat li l-paragun tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni sar fl-istess livell tal-kummerċ. Għalhekk l-argument tal-partijiet m’għandux jintlaqa’.

(91)

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet rigward in-nuqqasijiet tad-dokument ta’ żvelar tal-5 ta’ Diċembru 2011, fir-rigward tal-ispjegazzjoni tal-livell tal-kummerċ applikat f’dan il-każ (partikolarment, il-premessi 73 sa 76, il-partijiet ingħataw informazzjoni u spjegazzjoni addizzjonali f’diversi okkażjonijiet, jiġifieri fil-punti 4 u 5 tad-dokument ta’ żvelar tal-5 ta’ Diċembru 2011 u kif ukoll waqt is-seduti ta’ smigħ tad-29 ta’ Frar 2012.

(92)

Sabiex ikun hemm ċarezza totali dwar dan il-punt, is-sejbiet li jikkonċernaw il-livell ta’ kummerċ huma mqassra kif ġej: (i) L-investigazzjoni wriet li l-mandolin fil-laned jiġi prodott biss f’reġjun wieħed fi Spanja (Valenzja) u jinbiegħ prinċipalment fil-Ġermanja u fir-Renju Unit. Il-proporzjon ta’ bejgħ tal-Unjoni lill-Ġermanja u lir-Renju Unit ġie ddeterminat li jirrappreżenta 62 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni. (ii) Abbażi tad-dejta vverifikata ġie stabbilit li tul il-PI, il-produtturi tal-Unjoni u l-esportaturi Ċiniżi essenzjalment biegħu lill-istess konsumaturi, jiġifieri lin-negozjanti jew lid-distributuri. (iii) Għal dawn ir-raġunijiet, il-paragun tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi u l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi sar fil-livell tal-fruntiera (CIF) u għall-produtturi tal-Unjoni fil-livell tal-fabbrika (ex-works) aġġustat għall-mażħen tal-importaturi. (iv) Din il-metodoloġija kienet teħtieġ dawn l-aġġustamenti: minn naħa waħda, aġġustament tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi CIF biex il-merkanzija tinġieb mill-port għall-maħżen tal-importaturi; dan l-aġġustament, iffisat għal 2 % kien ibbażat fuq il-fatturi miġburin u vverifikati u l-kalkolu rispettiv ġie żvelat lill-partijiet interessati fl-anness mad-dokument ta’ żvelar tal-5 ta’ Diċembru 2011. Min-naħa l-oħra, il-prezzijiet ex-works tal-Unjoni għolew biex jirriflettu l-kost tat-trasport tal-merkanzija biex il-merkanzija tinġarr mingħand il-produtturi (Valenzja) għall-bini tal-importaturi (il-Ġermanja u r-Renju Unit). Dan l-aġġustament tat-trasport tal-merkanzija ġie kkalkolat abbażi tal-kostijiet tat-trasport stabbiliti minn Valenzja sa Hamburg. Minħabba li mhux il-bejgħ kollu tal-produtturi tal-Unjoni twasslu fil-Ġermanja u r-Renju Unit, din il-medja tbaxxiet fi proporzjon mas-sehem tal-bejgħ lill-Ġermanja u r-Renju Unit (62 %) u fi proporzjon mal-bejgħ dirett.

(93)

Fir-rigward tal-proporzjon tal-bejgħ dirett tal-produtturi tal-Unjoni, dan huwa fil-medda ta’ bejn 2 % u 12 % tul il-PI. Il-persentaġġ preċiż ma jistax jiġi żvelat għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(94)

Barra minn hekk, kien argumentat li kellu jiġi żviluppat approċċ differenzjat biex jiġi determinat il-livell adegwat tal-kummerċ fir-rigward tal-bejgħ dirett tal-produtturi tal-Unjoni (il-premessa 72). F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li abbażi tas-sejbiet ivverifikati l-ebda importazzjoni Ċiniża ma nbiegħet direttament tul il-PI. Billi ma kienx hemm bejgħ dirett li jaqbel min-naħa tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, ma kienx possibbli li jiġi żviluppat approċċ differenzjat biex jiġi stabbilit livell tal-kummerċ għall-proporzjon tal-bejgħ dirett tal-produtturi tal-Unjoni. Minflok, għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġini ta’ ħsara, il-bejgħ dirett tal-produtturi tal-Unjoni treġġa’ lura għal-livell ex-works u ġie soġġett għall-aġġustament tat-trasport tal-merkanzija deskritt fil-premessa 92 punt (iv) hawn fuq. F’dan l-isfond, it-talba rispettiva tal-partijiet m’għandhiex tintlaqa’.

(95)

Fir-rigward tat-talba tal-partijiet li l-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni CIF kellu jinkludi l-SG&A u marġini ta’ profitt raġonevoli (il-premessa 73), huwa nnutat li, li kieku l-Kummissjoni aġġustat l-prezz tal-esportazzjoni CIF billi żiedet l-SG&A u l-profitt, hija kienet iġġib il-bejgħ tal-merkanzija importata għal-livell tal-bejgħ bl-imnut. F’każ bħal dan, il-paragun bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kien isir f’livelli differenti ta’ kummerċ. Għal din ir-raġuni, it-talba rispettiva tal-partijiet m’għandhiex tintlaqa’.

(96)

Fir-rigward tal-argument tal-partijiet li jirriżulta mid-dokument ta’ żvelar tal-5 ta’ Diċembru 2011 li 38 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-PI kien bejgħ dirett (il-premessa 74), ġie spjegat lill-partijiet fis-seduti ta’ smigħ tad-29 ta’ Frar 2012 li din il-konklużjoni kienet waħda żbaljata. Iċ-ċifra ta’ 62 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li sar fil-Ġermanja u fir-Renju Unit hija marbuta mad-distribuzzjoni ġeografika tal-bejgħ u m’għandhiex rilevanza fir-rigward tal-identifikazzjoni tat-tip ta’ konsumatur, u għalhekk fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-bejgħ dirett. Minn dan il-fatt jista’ jiġi konkluż biss, u huwa wkoll ikkonfermat, li t-38 % li jibqa’ tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni sar barra mill-Ġermanja u mir-Renju Unit. Billi l-preżunzjoni tal-partijiet dwar il-livell tal-kummerċ ta’ 38 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mhix korretta, it-talba sussegwenti li kienet ibbażata fuq din il-preżunzjoni dwar il-ħtieġa li l-marġini ta’ ħsara jiġi kkalkolat mill-ġdid ukoll m’għandhiex tintlaqa’.

(97)

Fir-rigward tat-talba dwar l-iżvelar iddettaljat tal-fluss tal-kummerċ u l-volumi relatati (il-premessa 76), huwa mfakkar li l-fatti u ċ-ċifri li influwenzaw l-għażla tal-metodoloġija biex jiġi determinat il-livell tal-kummerċ, f’dan il-każ, ġew indirizzati fil-punti 3 sa 7 tad-dokument ta’ żvelar tal-5 ta’ Diċembru 2011. Il-partijiet ġew irreferuti għal din l-informazzjoni, kif ukoll għall-ispjegazzjoni mogħtija fis-smigħ tad-29 ta’ Frar 2012. Għall-finijiet taċ-ċarezza, il-flussi tal-kummerċ sottostanti huma spjegati fid-dettall fil-premessa 92 hawn fuq.

(98)

Fir-rigward tal-argument dwar “referenza stereotipika għall-kunfidenzjalità” (il-premessa 77), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni li nżammet kunfidenzjali fir-rigward (i) tal-persentaġġ ta’ bejgħ dirett u (ii) tal-informazzjoni użata għall-kalkolu taż-żieda ta’ 2 % ibbażata fuq il-fatturi u d-dejta miġbura waqt iż-żjara ta’ verifika. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-fatturi jikkostitwixxu informazzjoni li min-natura tagħha hija kunfidenzjali. Is-sommarju mhux kunfidenzjali ta’ din tal-aħħar, ingħata fl-anness tad-dokument ta’ żvelar tal-5 ta’ Diċembru 2011. Fir-rigward tal-bejgħ dirett, fil-laqgħa konġunta tad-29 ta’ Frar 2012, l-Uffiċjal tas-Seduta kkonferma li ċ-ċifri proprji relatati mal-bejgħ dirett jikkostitwixxu informazzjoni kunfidenzjali u offra li, jekk issir talba min-naħa tal-partijiet interessati, jeżamina kif id-dejta reali fil-fajl kunfidenzjali intużat mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli mill-investigazzjoni u li jinforma lill-partijiet jekk fl-opinjoni tiegħu d-dejta kinitx riflessa fis-sejbiet jew le. Il-partijiet ma talbux li jsir dan. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżit li jiġi żvelat kollox minbarra l-informazzjoni kunfidenzjali ntlaħaq. Barra minn hekk, minħabba li d-dejta li qed tiġi vvalutata għandha aktar minn ħames snin fuqha, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan l-istadju tista’ tiżvela li dak il-persentaġġ ta’ bejgħ dirett huwa ta’ bejn 2 % u 12 %.

(99)

Fir-rigward tal-oġġezzjoni tal-partijiet għall-aġġustament tal-merkanzija tal-prezz tal-bejgħ ex-works tal-Unjoni (il-premessa 78), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aġġustament inkwistjoni sar biex il-merkanzija tinġieb fil-maħżen tal-importatur, jiġifieri għall-istess livell ta’ kummerċ bħall-esportazzjonijiet taċ-Ċina. Dan l-aġġustament kien ibbażat fuq iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq rilevanti fejn il-mandolin fil-laned jiġi prodott biss f’reġjun wieħed fi Spanja (Valenzja) u jinbiegħ prinċipalment fil-Ġermanja u fir-Renju Unit. Dan sar sabiex isir paragun ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-prezz tal-Unjoni fl-istess livell ta’ kummerċ, mhux bħala kumpens għall-iżvantaġġ tal-kostijiet iddikjarat mill-produtturi tal-Unjoni minħabba l-post fejn jinsabu l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħhom. Għalhekk l-argument tal-partijiet ma ntlaqax.

(100)

Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni messha kkunsidrat il-kostijiet ogħla tal-importaturi billi l-prodotti Ċiniżi kienu kkunsinnati f’kontejners filwaqt li l-prodotti tal-industrija tal-Unjoni ġew ippakkjati f’palits, li rriżulta fi tnaqqis fl-imposti tal-ġarr mill-produtturi tal-Unjoni (il-premessa 79), huwa nnutat li l-aġġustamenti li saru koprew biss il-kost biex il-merkanzija tinġieb fil-maħżen tal-importatur. Il-kostijiet sussegwenti mġarrba fil-kuntest tat-trasport bil-baħar tal-merkanzija għal għand il-bejjiegħa għandhom jiġġarrbu wara l-livell definit tal-kummerċ u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġu kkunsidrati. Għal din ir-raġuni, l-argument tal-partijiet ma ntlaqax.

(101)

Fir-rigward tal-argument li l-kostijiet tat-trasport tal-produtturi tal-Unjoni kellhom jitnaqqsu biex jiġu kkunsidrati l-każijiet fejn il-prodotti ġew kkunsinnati direttament lill-klijenti tal-importaturi, kif iddikjarat minn dawn tal-aħħar (il-premessa 80), huwa mfakkar li l-aġġustament tal-merkanzija tal-prezz tal-bejgħ ex-works tal-Unjoni kien ibbażat fuq il-kostijiet stabbiliti ta’ kunsinna fiżika fil-maħżen f’Hamburg (EUR 90) abbażi tal-fatturi miġburin, billi l-maħżen f’Hamburg huwa l-livell xieraq ta’ kummerċ biex jitqabblu l-prezz tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-prodott tal-Unjoni. L-aġġustament tal-merkanzija mhuwiex ġustifikat minħabba li jinkludi l-kostijiet totali tat-trasport bejn il-produttur tal-Unjoni u l-bejjiegħ (li jkunu ogħla mill-kostijiet għall-kunsinna fil-maħżen), iżda minħabba li fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-suq għall-prodott ikkonċernat, il-maħżen f’Hamburg huwa l-livell xieraq tal-kummerċ. F’dan il-kuntest, l-argument imqajjem mill-partijiet jidher li huwa immaterjali.

(102)

Il-partijiet qalu li l-aġġustament tal-merkanzija applikat kien għoli wisq, minħabba li kien ibbażat fuq il-kostijiet tat-trasport bit-trakk (il-premessa 81). F’dan il-kuntest, huwa mfakkar li l-aġġustament tal-merkanzija kien ibbażat fuq il-kostijiet stabbiliti tal-kunsinna fiżika f’Hamburg, li inkludew kemm it-trakk u kemm il-bastiment. Għaldaqstant, l-aġġustament mitlub mill-partijiet kien diġà ġie inkluż fil-kalkolu tal-kostijiet tal-merkanzija lejn Hamburg. Għaldaqstant ma kienx neċessarju li tiġi vverifikata d-dejta ppreżentata mill-partijiet waqt is-smigħ, billi waqt l-investigazzjoni oriġinali l-kostijiet tal-kunsinna f’Hamburg kienu ġew stabbilit abbażi tad-dejta vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni.

(103)

Fir-rigward tal-kumment li sar mill-applikant rigward il-kalkolu tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (il-premessa 82), kien iddikjarat li, kif inhu spjegat fil-paragrafu 9 tad-dokument ta’ żvelar mibgħut fil-5 ta’ Diċembru 2011, kemm il-kostijiet tal-ġarr fit-terminals u kemm il-kostijiet tal-ġarr bit-trakk lejn il-bini tal-importatur kienu inklużi fil-kalkolu. L-ebda merkanzija bl-oċean jew ta’ assigurazzjoni ma ġiet inkluża fl-imposti tal-ġarr fit-terminals, billi dawn il-kostijiet kienu diġà ġew inklużi fil-prezz CIF ikkumpilat u vverifikat waqt il-verifiki fuq il-post fil-bini tal-esportatur. Għaldaqstant, li kieku l-Kummissjoni inkludiet dawk il-kostijiet fil-kalkolu tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni dan kien jimplika li sar għadd doppju.

6.3.   Il-Proċedura

(104)

Fil-5 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat dokument ta’ żvelar bil-fatti u ċ-ċifri relatati mar-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Qorti Ġenerali annullat il-miżuri. Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jikkummentaw.

(105)

Fid-29 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ mal-partijiet kollha li talbu li jsir dan, inkluża seduta ta’ smigħ konġunta mal-Uffiċjal tas-Seduta tal-esportaturi kkonċernati u grupp ta’ importaturi.

(106)

Fis-26 ta’ Marzu 2012 waħda mill-partijiet interessati infurmat lill-Kummissjoni li fid-dawl tas-sentenza fil-kawża C-338/10, ikkunsidrat li l-ftuħ parzjali mill-ġdid fir-rigward tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni kien bla skop.

(107)

Fis-17 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni wieġbet li, fid-dawl tal-ftuħ mill-ġdid tad-19 ta’ Ġunju 2012, kien ikkunsidrat li l-ftuħ parzjali mill-ġdid kien għadu pendenti u li l-ebda waħda minn dawn l-investigazzjonijiet ma kienet tilfet l-għan tagħha.

6.4.   Il-Konklużjoni

(108)

Is-sentenza Xinshiji tal-Qorti Ġenerali ġiet implimentata bl-għoti ta’ raġunament, informazzjoni u spjegazzjoni addizzjonali lill-partijiet dwar il-punt li nfetaħ mill-ġdid tal-investigazzjoni oriġinali. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jagħmlu osservazzjonijiet u li jinstemgħu. L-argumenti kollha li tqajmu ġew indirizzati u kkunsidrati kif xieraq.

(109)

Wara li l-kummenti tal-partijiet ġew ikkunsidrati u analizzati, ġie konkluż li l-argumenti u l-fatti mqajma mill-partijiet interessati ma wrewx bżonn li l-kalkolu tal-marġini ta’ ħsara, li ġie kkuntestat, jiġi mmodifikat.

(110)

Għaldaqstant, il-marġini ta’ ħsara ddeterminat fl-investigazzjoni oriġinali qed jiġi kkonfermat.

(111)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-implimentazzjoni tas-sentenza Xinshiji għandha ssir f’forma ta’ impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju ta’ antidumping għall-applikanti fil-każ inkwistjoni.

7.   IL-ĦSARA

7.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(112)

Fin-nuqqas ta’ kummenti sostanzjati, is-sejbiet elenkati fil-premessi 52 sa 54 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(113)

Waħda mill-partijiet esportaturi qalet li kien hemm diskrepanza bejn il-livell tal-konsum stabbilit fir-Regolament ta’ salvagwardja u l-livell stabbilit fir-Regolament provviżorju. Qed jiġi enfasizzat li d-differenza fil-livell tal-konsum seħħet bażikament minħabba d-definizzjoni differenti tal-prodott fl-investigazzjoni kurrenti u minħabba l-għadd differenti ta’ Stati Membri f’dawn iż-żewġ investigazzjonijiet. Ma waslet l-ebda informazzjoni sostanzjata ġdida f’dan ir-rigward. Is-sejbiet elenkati fil-premessi 55 u 57 tar-Regolament provviżorju huma għaldaqstant ikkonfermati. B’mod korollarju, il-partijiet sussegwenti tal-analiżi li huma msejsa fuq il-konsum huma wkoll ikkonfermati f’dan ir-rigward.

7.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

7.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat

(114)

Fir-rigward tas-sehem mis-suq ċerti partijiet interessati opponew l-istqarrija tal-Kummissjoni stabbilita fil-premessa 58 tar-Regolament provviżorju li indikat żieda tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Huma qalu li, għall-kuntrarju tas-sejbiet tal-Kummissjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, naqas. L-evalwazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bħala volum u bħala sehem mis-suq kienet ivverifikata. Kif iddefinit fil-premessa msemmija kien hemm sena waħda biss fejn is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas. Għall-bqija tal-perijodu eżaminat is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ baqa’ konsistentement għoli. Għalhekk is-sejbiet ippreżentati fl-istadju provviżorju huma kkonfermati.

(115)

Xi partijiet qalu li l-volumi ta’ wara l-PI għandhom jiġu eżaminati wkoll biex jiġi vvalutat jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi humiex qed jiżdiedu. Għandu jiġi nnutat li kienu vvalutati t-tendenzi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-perijodu 2002/2003 sa 2006/2007 u kienet osservata żieda ċara. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, l-avvenimenti ta’ wara l-PI ma jitqisux, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Fi kwalunkwe każ, kif iddikjarat hawn taħt fil-premessa 136 kien eżaminat il-livell tal-importazzjonijiet ta’ wara l-PI u nstab li dan kien wieħed sinifikanti.

7.3.2.   It-twaqqigħ tal-prezz

(116)

Tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ikkontestaw is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar it-twaqqigħ. Wieħed minnhom ikkontesta l-metodoloġija użata għall-kalkolu tat-twaqqigħ u talab aġġustament biex jiġu riflessi l-kostijiet imġarrba min-negozjanti għall-bejgħ indirett tagħhom. Fejn kien ġustifikat, il-kalkoli kienu adattati. Il-paragun irrivedut wera li, waqt il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’firxa ta’ 18,4 % sa 35,2 % abbażi tad-dejta li ġiet ippreżentata mill-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw.

7.4.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(117)

Żewġ importaturi u l-assoċjazzjoni tal-importaturi kkontestaw it-tul tal-istaġun tal-ippakkjar indikat fil-premessa 79 tar-Regolament provviżorju. Huma qalu li l-istaġun tal-ippakkjar fi Spanja jdum biss tliet xhur minflok erba’ sa ħames xhur kif indikat fir-Regolament provviżorju. Madankollu, din l-allegazzjoni hi marbuta mat-tip ta’ għelejjel (varjabbli min-natura) u mal-kwantità prodotta u fi kwalunkwe każ m’għandhiex impatt fuq il-fatturi ta’ ħsara kif analizzati mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(118)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni jew argument issostanzjati oħra rigward is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi 63 sa 86 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(119)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, ċerti importaturi u ċerti produtturi esportaturi qalu, b’referenza għall-premessi 83 sa 86 tar-Regolament provviżorju, li d-dejta użata mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit il-livell tal-ħsara la kienet korretta u lanqas ivvalutata b’mod oġġettiv. Huma qalu li kważi l-indikaturi kollha relatati mal-ħsara wrew tendenzi pożittivi u li għalhekk ma tista’ tinstab l-ebda evidenza ta’ ħsara.

(120)

F’dan ir-rigward, hu nnutat li anki jekk ċerti indikaturi juru xi titjib żgħir, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għandha tkun ivvalutata fl-intier tagħha u b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-miżuri ta’ salvagwardja kienu fis-seħħ sal-aħħar tal-perijodu tal-investigazzjoni. Din il-kwistjoni kienet investigata fit-tul fil-premessi 51 sa 86 tar-Regolament provviżorju. Il-proċess ta’ ristrutturar profond li dawn il-miżuri ppermettew u li irriżulta fi tnaqqis kbir fil-produzzjoni u l-kapaċità, f’ċirkostanzi normali kien kieku jwassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ġenerali tal-produtturi tal-Unjoni, inklużi l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ u d-differenzjali tal-prezz/l-ispiża. Minflok, l-indikaturi tal-volum baqgħu dgħajfa, il-ħażniet żdiedu b’mod sostanzjali u l-indikaturi finanzjarji komplew juru li kienu qed jagħmlu t-telf—b’xi wħud saħansitra jmorru għall-agħar.

(121)

Abbażi ta’ dan, il-konklużjonijiet rigward il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament provviżorju baqgħu l-istess. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni jew argumenti oħra sostanzjati, dawn huma għalhekk definittivament ikkonfermati.

8.   IL-KAWŻALITÀ

8.1.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(122)

Ċerti partijiet qalu li l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ilu stabbli mill-1982 u li għalhekk dawn ma setgħux ikkawżaw ħsara kif spjegat fir-Regolament provviżorju (ara l-premessa 58). Fil-fatt, kif spjegat hawn fuq fil-premessa 114, l-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perijodu eżaminat żdiedu b’mod sinifikanti għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-argument jirreferi għat-tendenza fl-importazzjonijiet li jestendu lil hinn mill-perijodu inkwistjoni u għalhekk l-argument qed jiġi miċħud.

(123)

Kif issemma fil-premessa 116 hawn fuq, hu definittivament konkluż li matul il-PI, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun li kkooperaw waqqgħu l-prezzijiet medji tal-Unjoni b’persentaġġ għal bejn 18,4 % u 35,2 %. Ir-reviżjoni tal-marġni tat-twaqqigħ ma taffettwax il-konklużjonijiet tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping stipulati fil-premessi 100 u 101 tar-Regolament provviżorju.

8.2.   Il-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju

(124)

Wara l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji, ċerti importaturi komplew jisħqu dwar l-influwenza negattiva tar-rata tal-kambju fuq il-livell tal-prezzijiet. Huma qalu li l-livell tar-rata tal-kambju hu l-fattur prinċipali li kkawża l-ħsara. Madankollu, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tirreferi biss għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet bla ebda ħtieġa li jiġu analizzati l-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawn il-prezzijiet. Konsegwentement instabet konnessjoni ċara ta’ kawżalità bejn il-livell għoli ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u għalhekk il-premessa 95 tar-Regolament provviżorju tista’ tiġi kkonfermata.

8.3.   Il-provvista u l-prezz tal-materja prima

(125)

Ċerti partijiet interessati qalu li l-ħsara mhix ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping iżda pjuttost mill-provvista skarsa ta’ frott frisk jiġifieri l-materja prima għall-mandolin tal-bott.

(126)

Madankollu, id-dejta uffiċjali mill-Ministeru tal-Agrikoltura Spanjol tikkonferma li l-kwantità disponibbli għall-industrija tat-tqegħid fil-laned hi aktar minn biżżejjed biex tiġi koperta l-kapaċità kollha tal-produzzjoni tal-produtturi Spanjoli.

(127)

Sa ċertu punt, il-produtturi jikkompetu għall-frott frisk mas-suq dirett ta’ prodotti friski għall-konsumaturi. Madankollu, din il-kompetizzjoni ma tiksirx din il-konnessjoni ta’ kawżalità. Raġuni ċara u sinifikanti għall-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq relattivament baxxi tal-industrija tal-Unjoni hija pjuttost il-pressjoni ta’ importazzjonijiet massivi mir-RPĊ bi prezzijiet tassew baxxi. F’din is-sitwazzjoni, u meta jitqies li l-prezz tas-suq hu ddettat mill-importazzjonijet li jkopru aktar minn 70 % tas-suq, li jikkontribwixxu għat-twaqqigħ tal-prezzijiet, is-soppressjoni u d-depressjoni, ma jkunx ekonomiku li tiżdied il-produzzjoni mingħajr aspettattivi raġonevoli għall-bejgħ tal-prodott bi prezzijiet li jippermettu profitt normali. Għalhekk l-industrija Spanjola tista’ raġonevolament tipprovdi kwantitajiet b’mod sinifikattivament ogħla, bil-kundizzjoni li l-prezz tas-suq ma jippenalizzax ir-riżultati ekonomiċi tagħhom.

(128)

Fatt ieħor li jikkonferma din l-analiżi hu l-eżistenza konsistenti ta’ ammont sinifikanti ta’ ħażniet mill-produtturi tal-Unjoni, li jenfasizzaw li s-sitwazzjoni ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni ma seħħitx minħabba produzzjoni insuffiċjenti, iżda minħabba produzzjoni li ma tistax tinbiegħ minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(129)

Bħala prodott agrikolu, il-prezz tal-materja prima hu soġġett għal varjazzjonijiet staġonali minħabba n-natura agrikola tiegħu. Madankollu, fil-perijodu ta’ ħames snin analizzat, li inkludew ħsad bi prezzijiet aktar baxxi u ogħla, il-Kummissjoni tosserva li l-ħsara (jiġifieri f’forma ta’ telf finanzjarju) isseħħ irrispettivament minn dawn il-varjazzjonijiet u għalhekk ir-riżultati ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni mhumiex direttament korrelatati ma’ varjazzjonijiet staġonali ta’ din ix-xorta.

8.4.   Id-differenzi fil-kwalità

(130)

Ċerti partijiet qalu li l-prodott Ċiniż kien ta’ kwalità ogħla mill-produzzjoni tal-Unjoni. Madankollu, kull differenza fil-prezz li tirriżulta minn dan ma kinitx sostanzjata b’mod xieraq, u ma hemmx evidenza li l-preferenza allegata tal-konsumatur għall-prodotti Ċiniżi tkun daqstant intensiva li tikkawża s-sitwazzjoni ddeterjorata tal-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, id-differenzi allegati fil-prezzijiet bħal dawn kellhom jiffavorixxu lill-prodott Ċiniż, filwaqt li jżidu l-livell tat-twaqqigħ/tal-bejgħ bi prezz baxx. Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni u argument sostanzjati ġodda, il-premessa 99 tar-Regolament provviżorju hi hawnhekk ikkonfermata.

8.5.   Iż-żidiet fl-ispejjeż

(131)

Ċerti partijiet qalu li ż-żidiet fl-ispejjeż ta’ ċerti produtturi kienu l-kawża tal-ħsara. Dawn l-allegazzjonijiet ma kinux sostanzjati b’mod xieraq. L-analiżi tal-Kummissjoni ma sabitx avvenimenti bħal dawn li setgħu jibdlu l-valutazzjoni tal-kawżalità jew jaffettwaw il-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara.

(132)

Ċerti partijiet ippreżentaw kummenti dwar l-ispejjeż miżjuda tal-produzzjoni u l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tnaqqashom. Ċerti elementi ta’ kost (bħalma hi l-enerġija) żdiedu, iżda l-impatt tagħhom mhux wieħed li jkisser il-konnessjoni tal-kawżalità f’kuntest fejn ammont tassew sinifikanti ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping qed jitfa’ lura l-bejgħ u l-produzzjoni (biex b’hekk jikbru l-unitajiet tal-ispejjeż tal-Unjoni) u jissopprimi u jiddeprimi l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

8.6.   L-iskemi tal-għajnuna

(133)

Kien allegat li l-iskemi tal-għajnuna tal-KE kkawżaw tkabbir artifiċjali ta’ pproċessar fil-KE u mbagħad inkoraġġixxew livelli mnaqqsa ta’ provvista ta’ materja prima għall-prodott ikkonċernat. Din l-allegazzjoni kienet ta’ natura ġenerali u ma kinitx sostanzjata b’mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, l-iskemi inkwistjoni kienu mmodifikati fl-1996 meta l-għajnuna ngħatat lill-bdiewa minflok lil dawk li jipproċessaw il-prodott ikkonċernat. L-analiżi tal-Kummissjoni ma sabitx effetti residwali matul il-perijodu ta’ investigazzjoni li jistgħu jkissru l-konnessjoni kawżali. Fir-rigward tal-provvista, qed issir referenza għall-premessi 128 u 129 hawn fuq.

8.7.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(134)

Fin-nuqqas ta’ aktar informazzjoni jew argumenti sostanzjati ġodda, il-premessi 87 sa 101 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(135)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejba provviżorja tal-eżistenza ta’ konnessjoni kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping hija kkonfermata.

9.   L-INTERESS TAL-UNJONI

9.1.   Żviluppi wara l-perijodu ta’ investigazzjoni

(136)

Mid-9 ta’ Novembru 2007 l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament tar-Reġistrazzjoni. Dan sar bil-għan li possibbilment issir l-impożizzjoni retroattiva tad-dazji antidumping. Konsegwentement u eċċezzjonalment, l-iżviluppi wara l-PI ġew analizzati wkoll. Id-dejta tal-Eurostat tikkonferma li l-importazzjonijiet mir-RPĊ għadhom sinifikanti u dan kien ikkorroborat minn ċerti importaturi. Il-volum għall-aħħar 10 xhur wara l-PI laħaq livell ta’ 74 000 tunnellata bi prezzijiet baxxi stabbli.

9.2.   L-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni biex ifornu s-suq tal-Unjoni

(137)

Għadd ta’ partijiet ikkummentaw dwar il-livell baxx tal-produzzjoni Spanjola, li skonthom mhix kapaċi li tforni b’mod sħiħ is-suq tal-Unjoni. Filwaqt li hu korrett li jiġi ddikjarat li fis-sitwazzjoni preżenti l-industrija tal-Unjoni ma tfornix is-suq ġenerali tal-Unjoni, għandu jkun innotat li dan il-fatt hu konness mal-effett tal-importazzjonijiet ta’ ħsara, kif spjegat hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, l-effett maħsub tal-miżuri mhuwiex li jingħalaq is-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda li jitneħħew l-effetti ta’ dumping ta’ ħsara. Minħabba, fost affarijiet oħra, l-eżistenza ta’ żewġ sorsi biss ta’ provvista ta’ dawn il-prodotti, hu meqjus li f’każ li jiġu imposti miżuri definittivi, il-prodotti Ċiniżi jkomplu jgawdu minn talba sinifikanti fl-Unjoni.

9.3.   L-interess tal-industrija u l-fornituri tal-Unjoni

(138)

Waħda mill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi allegat li miżuri ta’ antidumping mingħajr limitazzjonijiet ta’ kwantitajiet ma kinux se jgħinu biex tiġi protetta l-industrija Spanjola iżda kienu se joħolqu b’mod awtomatiku attivitajiet illegali ta’ kummerċ. Dan hu argument li aktar milli jmur kontra l-benefiċċji li l-miżuri jista’ jkollhom għall-produtturi tal-Unjoni, jindika l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jiżguraw monitoraġġ xieraq tal-infurzar tal-miżuri.

(139)

Importatur ieħor qal li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping ma kinitx se ttejjeb is-sitwazzjoni tal-produtturi Spanjoli, minħabba l-eżistenza ta’ ħażniet kbar akkumulati mill-importarturi fl-Unjoni, li jistgħu jissodisfaw id-domanda tas-suq fil-futur qrib. Id-daqs tal-ħażniet u l-fenomenu tal-akkumulazzjoni tal-ħażniet kienu appoġġati minn importatur ieħor. Dawn il-kummenti jikkonfermaw l-analiżi tal-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju u f’partijiet oħra f’dan ir-Regolament. Madankollu, qed jitfakkar li l-miżuri huma maħsuba biex jipprovdu serħan minn dumping ta’ ħsara matul perijodu ta’ ħames snin — mhux sena waħda biss.

(140)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni jew argument sostanzjat ġdid f’dan ir-rigward, il-konklużjoni meħuda fil-premessi 103 sa 106 u 115 tar-Regolament provviżorju dwar l-interess tal-industrija tal-Unjoni huma b’dan ikkonfermati.

9.4.   L-interess ta’ importaturi/negozjanti indipendenti fl-Unjoni

(141)

L-importaturi li kkooperaw esprimew interess ġenerali fiż-żamma ta’ żewġ sorsi ta’ provvista tal-prodott ikkonċernat, prinċipalment Spanja u r-RPĊ, biex tinżamm is-sigurtà tal-provvista bi prezzijiet kompetittivi.

(142)

Madankollu, li kieku kellhom jiġu imposti miżuri definittivi, il-maġġoranza tal-importaturi kienu jippreferu miżura li jkollha wkoll elementi kwantitattivi. Din mhix meqjusa adegwata, kif spjegat hawn taħt fil-premessa 156.

(143)

Id-dejta mill-importaturi fil-kampjun li kkooperaw kienet ivverifikata u kkonfermat li s-settur tal-mandolin fil-laned jirrappreżenta anqas minn 6 % tal-fatturat totali tagħhom u li dawn kisbu, bħala medja, livell ta’ profittabilità li taqbeż l-10 % kemm matul il-perijodu ta’ investigazzjoni u kemm matul il-perijodu 2004–08.

(144)

Dak li ntqal hawn fuq jenfasizza li, wara li jitqies kollox, l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq l-importaturi/in-negozjanti ma jkunx sproporzjonat għall-effetti pożittivi li joriġinaw minnhom.

9.5.   L-interess tal-utenti/il-bejjiegħa bl-imnut

(145)

Utent, li jirrappreżenta anqas minn 1 % tal-konsum, ippreżenta kummenti ġeneriċi dwar id-disponibilità mnaqqsa tal-mandolin fl-UE u dwar il-kwalità superjuri tal-prodott Ċiniż. Hu kien mistieden biex ikompli jikkoopera billi jipprovdi dejta individwali iżda ma aċċettax u ma ssostanzjax l-allegazzjonijiet tiegħu. Bejjiegħ bl-imnut ieħor, membru tal-assoċjazzjoni prinċipali tal-importaturi, oppona b’mod ġenerali żieda fil-prezz. Matul l-investigazzjoni ma waslet l-ebda preżentazzjoni oħra li tikkonċerna l-interess tal-utenti/bejjiegħa bl-imnut. F’din is-sitwazzjoni u fin-nuqqas ta’ kummenti sostanzjati minn utenti/bejjiegħa bl-imnut, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi 109 sa 112 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

9.6.   L-interess tal-konsumaturi

(146)

Għall-kuntrarju ta’ dak li kien intqal minn wieħed mill-importaturi, l-interess tal-konsumaturi tqies fl-istadju provviżorju. Is-sejbiet tal-Kummissjoni nġabru fil-qosor fil-premessi 113 u 114 tar-Regolament provviżorju. Partijiet oħra ssuġġerew li l-impatt fuq il-konsumaturi se jkun sinifikanti. Madankollu, ma kienet ipprovduta l-ebda informazzjoni li setgħet poġġiet fid-dubju s-sejbiet fil-premessi msemmija hawn fuq. Anki jekk id-dazji kellhom iwasslu għal żieda fil-prezzijiet għall-konsumatur, l-ebda parti ma opponiet il-fatt li dan il-prodott kien parti ferm żgħira tan-nefqa fuq l-ikel domestiku. Għalhekk fin-nuqqas ta’ kummenti mill-konsumaturi u ta’ aktar informazzjoni ġdida u sostanzjata dawn il-premessi huma kkonfermati.

9.7.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(147)

L-analiżi addizzjonali ta’ hawn fuq dwar l-interessi inkwistjoni ma bidlitx il-konklużjonijiet provviżorji f’dan ir-rigward. Id-dejta tal-importaturi fil-kampjun li kkooperaw kienet ivverifikata u kkonfermat li s-settur tal-mandolin tal-laned jirrappreżentalhom anqas minn 6 % tal-fatturat totali u li huma kisbu, f’termini medji, riżultat komdu kemm matul il-perijodu ta’ investigazzjoni u kemm matul il-perijodu eżaminat 2004–08, għalhekk l-impatt tal-miżuri fuq l-importaturi se jkun minimu. Kien aċċertat ukoll li l-impatt finanzjarju fuq il-konsumatur finali jkun negliġibbli, meta jitqies li jinxtraw kwantitajiet marġinali per capita fil-pajjiżi konsumaturi. Jitqies li l-konklużjonijiet rigward l-interess tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament provviżorju baqgħu l-istess. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, dawn il-konklużjonijiet iddefiniti fir-Regolament provviżorju huma għalhekk ikkonfermati b’mod definittiv.

10.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI

10.1.   Il-livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(148)

Importatur wieħed qal li l-marġni ta’ profitt fil-livell ta’ 6,8 % użat bħala referenza fl-istadju provviżorju kien għoli żżejjed. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-istess livell intuża u kien aċċettat għal miżuri ta’ salvagwardja bħala l-profitt attwali milħuq mill-industrija tal-Unjoni fil-perijodu 1998–99 sa 2001–02. Dan jirreferi għall-profitti tal-produtturi tal-Unjoni f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li wasslet għall-ħsara fl-industrija. Għaldaqstant, l-argument ma ntlaqax.

(149)

Il-produtturi tal-Unjoni qalu li d-dazji provviżorji ma kkunsidrawx is-sitwazzjoni irregolari tas-suq tal-mandolin tal-laned, fejn il-produzzjoni hi kkonċentrata f’pajjiż wieħed biss u l-parti l-kbira tal-bejgħ u tal-importazzjonijiet hija kkonċentrata f’pajjiż Ewropew ieħor. Minħabba dan intalab li l-kalkoli finali jikkunsidraw l-ispiża tat-trasport mill-pajjiż produttur lejn il-pajjiż konsumatur. Din it-talba kienet iġġustifikata u raġonevoli u l-kalkoli kienu adattati skont dan biex tiġi riflessal-konċentrazzjoni tal-bejgħ fiż-żoni rilevanti tal-Unjoni.

(150)

Parti waħda għaddiet kummenti dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ u l-bejgħ bit-telf. Fejn kien raġonevoli saru aġġustamenti fi stadju definittiv.

(151)

Il-marġni tal-ħsara li rriżultaw, li qiesu, meta raġonevoli, it-talbiet mill-partijiet interessati, espressi bħala perċentwali tal-valur totali tal-importazzjoni CIF ta’ kull esportatur Ċiniż fil-kampjun kienu anqas mill-marġni ta’ dumping misjuba, kif ġej:

Yichang Rosen Foods Co., Ltd., Yichang, Zhejiang: 100,1 %,

Huangyan No. 1 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang: 48,4 %,

Zhejiang Xinshiji Food Co., Ltd., Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat Hubei Xinshji Foods Co., Ltd., Dangyang City, Hubei Province:: 92,0 %,

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun: 90,6 %,

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha: 100,1 %.

10.2.   Ir-retroattività

(152)

Kif speċifikat fil-premessa 4, fid-9 ta’ Novembru 2007 l-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li joriġina mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni abbażi tat-talba tal-industrija tal-Unjoni. Din it-talba ġiet irtirata u għalhekk il-kwistjoni ma komplietx tiġi eżaminata.

10.3.   Il-miżuri definittivi

(153)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u b’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju antidumping definittiv fil-livell misjub tal-inqas marġni tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tal-ħsara li nstab.

(154)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u skont il-corrigendum ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali L 258 (14), id-dazju definittiv għandu jammonta kif ġej:

Yichang Rosen Foods Co., Ltd., Yichang, Zhejiang: 531,2 EUR/tunnellata,

Huangyan No.1 Canned Food Factory Huangyan, Zhejiang: 361,4 EUR/tunnellata,

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd., Dangyang City, il-Provinċja ta’ Hubei: 490,7 EUR/tunnellata,

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun: 499,6 EUR/tunnellata,

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha: 531,2 EUR/tunnellata.

10.4.   L-għamla tal-miżuri

(155)

Għadd ta’ partijiet talbu miżuri li ġabru flimkien elementi ta’ prezz u ta’ kwantità, filwaqt li għal volum inizjali ta’ importazzjoni ma jitħallas l-ebda dazju jew dazju mnaqqas. F’ċerti każijiet, dan kien konness ma’ sistema ta’ liċenzji.

(156)

Din l-għażla tqieset iżda ma kinitx aċċettata, b’mod partikolari, għar-raġunijiet li ġejjin. Id-dazji antidumping kienu imposti għax il-prezz tal-esportazzjoni hu aktar baxx mill-valur normali. L-ammonti esportati lejn l-Unjoni huma rilevanti għall-analiżi sew jekk importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jikkawżaw ħsara u sew jekk le. Madankollu, dawn l-ammonti huma, normalment, irrilevanti għal-livell tad-dazju li għandu jiġi impost. Fi kliem ieħor, jekk jinsab li importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jikkawżaw ħsara, id-dumping jista’ jkun ikkumpensat b’dazju li japplika mill-ewwel kunsinna importata bil-baħar wara d-dħul fis-seħħ tad-dazju. Finalment, sa fejn jinsab li hu fl-interess tal-Unjoni li matul ċertu perijodu, il-prodotti jistgħu jiġu importati mingħajr ma jiġu imposti dazji antidumping, l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku jippermetti sospensjoni taħt ċerti kundizzjonijiet.

(157)

Ċerti partijiet allegaw li kull forma ta’ miżuri mingħajr limitazzjoni kwantitattiva se twassal għal evażjoni tad-dazju. Il-partijiet irreferew għal darba oħra għall-akkumulazzjoni tal-ħażniet li seħħet wara t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. L-analiżi tas-servizzi tal-Kummissjoni kkonfermat li dan kien tentattiv ċar biex jiġu evitati d-dazji. Minħabba dawn l-istqarrijiet u minħabba l-fatti deskritti fir-Regolament provviżorju fil-premessi 123 u 125, il-Kummissjoni se timmonitorja l-iżviluppi biex tieħu l-azzjonijiet neċessarji ħalli tiżgura l-infurzar xieraq tal-miżuri.

(158)

Partijiet oħra argumentaw li l-miżuri għandhom jeskludu l-volumi li huma diġà soġġetti għal kuntratti eżistenti ta’ bejgħ. Fil-prattika dan jammonta għal eżenzjoni mid-dazji li tista’ timmina l-effetti rimedjali tal-miżuri, u għalhekk dan ma ntlaqax. Issir referenza wkoll għall-premessi 138 u 139 hawn fuq.

(159)

Ir-Regolament provviżorju impona dazju antidumping f’forma ta’ dazju speċifiku għal kull kumpanija li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ eliminazzjoni tal-ħsara għall-prezzijiet tal-esportazzjoni użati fil-kalkolu tad-dumping matul il-PI. Din il-metodoloġija hi kkonfermata fil-livell tal-miżuri definittivi.

10.5.   Garanziji

(160)

Fi stadju avvanzat tal-investigazzjoni diversi produtturi esportaturi fir-RPĊ offrew impenji fuq il-prezzijiet. Dawn tqiesu li ma kinux aċċettabbli, fid-dawl tal-volatilità sinifikanti tal-prezz ta’ dan il-prodott, ir-riskju tal-eżenzjoni tad-dazju u ċ-ċirkumvenzjoni għal dan il-prodott (ara l-premessi 124 u 125 tar-Regolament provviżorju), u l-fatt li ma sarux garanziji fl-offerti min-naħa tal-awtoritajiet Ċiniżi biex ikun jista’ jsir monitoraġġ xieraq f’kuntest ta’ kumpaniji li ma ngħatawx it-trattament ta’ ekonomija tas-suq.

11.   IR-REĠISTRAZZJONI

(161)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġew suġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 572/2012 (15). Dik ir-reġistrazzjoni għandha titwaqqaf. Il-possibbiltà li jinġabru d-dazji b’mod retroattiv se tiġi deċiża fi stadju aktar tard, meta jkun hemm disponibbli dejta statistika kompleta.

12.   L-IŻVELAR

(162)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott li joriġina mir-RPĊ. Il-partijiet ingħataw ukoll perijodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara l-iżvelar. Il-partijiet li talbu dan, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Żewġ gruppi ta’ importaturi talbu li jinstemgħu u għalhekk ġew organizzati seduti ta’ smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ.

(163)

Fir-rigward tas-sentenza Xinshiji, l-argumenti li tressqu kienu diġà ġew analizzati u indirizzati fid-dokument ta’ żvelar ġenerali. L-ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma wassal biex konsegwentement jinbidlu l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom kien deċiż li jiġi kkonfermat il-marġini ta’ ħsara determinat fl-investigazzjoni oriġinali. Fir-rigward tas-sentenza mogħtija fil-pajjiż analogu, grupp ta’ importaturi rrepeta kummenti li diġà kienu saru tul l-investigazzjoni dwar l-ambitu tal-ftuħ parzjali mill-ġdid, l-użu tad-dejta tal-PI u d-determinazzjoni tal-valur normali. Dawk il-kummenti huma indirizzati, rispettivament, fil-premessi 43, 46 u 54 hawn fuq. L-istess grupp ta’ importaturi esprimew l-opinjoni li kienu favur sistema ta’ miżuri ta’ salvagwardja bi kwoti minflok dazji ta’ antidumping. Ir-raġuni għaliex ġiet irrifjutata sistema ta’ kwoti hija spjegata hawn fuq fil-premessa 156. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-miżuri ta’ salvagwardja jistgħu jiġu imposti biss f’ċerti sitwazzjonijiet b’kundizzjonijiet tassew speċifiċi, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (16). Id-dazji ta’ antidumping huma kkunsidrati bħala l-aħjar mod biex jiġi indirizzat id-dumping ta’ ħsara. Dan il-grupp ta’ importaturi enfasizza wkoll li, b’rabta mal-kwistjonijiet imqajma fil-premessi 44 u 85 hawn fuq, il-Kummissjoni ma bdietx reviżjoni interim meta ntalbet tagħmel dan. Huwa ripetut li, mid-data tas-sentenza tal-pajjiż analogu, ma kienx għadu possibbli li ssir reviżjoni interim, billi ma kienx għad hemm dazju fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tkompli l-analiżi tat-talba pendenti għal reviżjoni interim mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-analiżi tat-talba turi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku huma rispettati, għandha tinbeda reviżjoni interim malajr kemm jista’ jkun.

(164)

Fil-qosor, wara li tqiesu l-kummenti kollha mressqa wara l-iżvelar lill-partijiet interessati tas-sejbiet tal-investigazzjoni, tqies li l-ebda wieħed minnhom ma kien tali li jbiddel il-konklużjonijiet li saru waqt l-investigazzjoni.

13.   IT-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI

(165)

Dan ir-Regolament jimplimenta s-sentenzi tal-Qorti li jikkonċernaw ir-Regolament oriġinali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiskadi ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament oriġinali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv hu b’dan impost mill-ġdid fuq l-importazzjonijiet ta’ mandolin ippreparat u ppriżervat (inklużi t-tanġerini u s-satsumas), il-klementini, il-wilkings u frott taċ-ċitru ibridu ieħor simili, li mhux miżjud b’alkoħol, kemm jekk fih zokkor jew materja ta’ ħlewwa oħra u kemm jekk le, u kif definit fl-intestatura tan-NM 2008, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jaqa’ fil-parametri tal-kodiċi tan-NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċijiet TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067 u 2008309069).

2.   L-ammont tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 manifatturati mill-kumpaniji hawn taħt għandu jkun kif ġej:

Kumpanija

EUR/tunnellataprodott b’piż totali

Kodiċi TARIC addizzjonali

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang

531,2

A886

Huangyan No.1 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang,

361,4

A887

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, il-Provinċja ta’ Hubei

490,7

A888

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif imniżżel fl-Anness

499,6

A889

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

531,2

A999

Artikolu 2

1.   F’każijiet fejn il-merkanzija ġarrbet ħsara qabel ma ddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas hu mqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dazju skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (17), l-ammont tad-dazju antidumping, ikkalkulat abbażi tal-Artikolu 1 hawn fuq, irid jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 572/2012.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 6

It-talbiet għal reviżjoni għandhom ikunu ammissibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SHERLOCK


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 246, 20.10.2007, p. 15.

(3)  ĠU L 178, 5.7.2008, p. 19.

(4)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 22.

(5)  ĠU L 290, 8.11.2003, p. 3.

(6)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 67.

(7)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35.

(8)  ĠU C 103, 2.4.2011, p. 21.

(9)  ĠU C 353, 3.12.2011, p. 15.

(10)  Is-Sentenza tal-Qorti (it-tielet kamra) tat-22 ta’ Marzu 2012 fil-kawża C-338/10, GLS v Hauptzollamt Hamburg-Stadt.

(11)  ĠU C 175, 19.6.2012, p. 19.

(12)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [1998] Ġabra II-3939 u l-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [2000] Ġabra I-08147.

(13)  Il-kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [1998] Ġabra II-3941.

(14)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 74.

(15)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 572/2012 tat-28 ta’ Ġunju 2012 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina suġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 169, 29.6.2012, p. 50).

(16)  ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

(17)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 06 p. 3–516.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOOPERAW MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

(kodiċi TARIC addizzjonali A889)

Hunan Pointer Foods Co., Ltd., Yongzhou, Hunan

Ningbo Pointer Canned Foods Co., Ltd., Xiangshan, Ningbo

Yichang Jiayuan Foodstuffs Co., Ltd., Yichang, Hubei

Ninghai Dongda Foodstuff Co., Ltd., Ningbo, Zhejiang

Huangyan No.2 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang

Zhejiang Xinchang Best Foods Co., Ltd., Xinchang, Zhejiang

Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd., Yidu, Hubei

Guangxi Guiguo Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

Zhejiang Juda Industry Co., Ltd., Quzhou, Zhejiang

Zhejiang Iceman Group Co., Ltd., Jinhua, Zhejiang

Ningbo Guosheng Foods Co., Ltd., Ninghai

Yi Chang Yin He Food Co., Ltd., Yidu, Hubei

Yongzhou Quanhui Canned Food Co., Ltd., Yongzhou, Hunan

Ningbo Orient Jiuzhou Food Trade & Industry Co., Ltd., Yinzhou, Ningbo

Guangxi Guilin Huangguan Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

Ningbo Wuzhouxing Group Co., Ltd., Mingzhou, Ningbo


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 159/2013

tal-21 ta’ Frar 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer, it-tjur, il-bovini, in-nagħaġ, il-mogħoż, il-fniek u ż-żwiemel u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1876/2006 u (KE) Nru 757/2007

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 tar-Regolament jipprovdi għar-rivalutazzjoni tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju kienet awtorizzata mingħajr limitu taż-żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf biex jintuża għall-ħnieżer u l-baqar tal-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 (3) u għall-bhejjem tat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2007 (4). Dik il-preparazzjoni kienet sussegwentement imdaħħla fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, applikazzjoni tressqet għar-rivatulazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u l-baqar tal-ħalib u baqar tas-simna u, skontl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament għal użu ġdid għall-ħnieżer, tjur, baqar, nagħaġ, mogħoż, fniek u żwiemel, bit-talba li l-addittivi jkunu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-partikularitajiet u doumenti rikjesti skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011 (5) u tal-24 ta’ April 2012 (6) illi, taħt il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju m’għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem diment li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu protetti l-utenti, jew l-ambjent, u li din il-preparazzjoni hija effikaċi biex jiġu priservati ċ-ċereali u l-għalf komplet. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju tar-Referenzi mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma milħuqa Għaldaqstant, l-użu tal-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata hekk kif speċifikat fl-Anness ta dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li ngħatat awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolamenti (KE) Nru 1876/2006 u (KE) Nru 757/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri li għalihom ir-Regolament jaħseb huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”u mill-grupp funzjonali “preservattivi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet imniżżlin f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1876/2006

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1876/2006 u l-Anness IV tiegħu huma mħassra.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 757/2007

Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 757/2007 u l-Anness I tiegħu huma mħassra

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-14 ta’ Settembru 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-14 ta’ Marzu 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 126.

(4)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 43.

(5)  EFSA Journal 2011; 9(9):2357.

(6)  EFSA Journal 2012; 10(5):2681.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut tal-indewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi Grupp funzjonali: preservattivi.

1a700

Preparazzjoni tal-benżoat tas-sodju, l-aċidu propjoniku u l-propjonat tas-sodju

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’:

 

benżoat tas-sodju 140 g/kg

 

aċidu propjoniku 370 g/kg

 

propjonat tas-sodju 110 g/kg

 

Ilma: 380 g/kg

 

Karetterizzazzjoni tas-sustanzi attivi

 

Benżoat tas-sodju (C7H5O2Na) ≥ 99 % wara li jinxef għal sagħtejn f’temperatura ta’ 105 °C

 

Aċidu propjoniku (C3H6O2) ≥ 99,5 %

 

Propjonat tas-sodju (C3H5O2Na) ≥ 99 % wara li jinxef għal erba’ sigħat f’temperatura ta’ 105 °C

 

Metodu analitiku  (1)

Kwantifikazzjoni f’addittiv tal-għalf:

determinazzjoni tal-benżoat: kromatografija f’fażi inversa b’ditezzjoni tal-UV (HPLC-UV)

propjonat totali: Kromarografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli (HPLC-RI) b’indiċi rifrattiv li teskludi l-joni

sodju totali: spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (EN ISO 6869)

Ħnieżer

Tjur

Baqar

Nagħaġ

Mogħoż

Fniek

Żwiemel

10 000

1.

Użu simultanju ma’ sorsi oħra tas-sustanzi attivi ma għandux jaqbeż il-kontenut massimu awtorizzat.

2.

Kontenut minimu:

Ċereali bi ndewwa ≥ 15 % ħlief il-qlub tal-qamħirrum 3 000  mg/kg ċereali;

Qlub tal-qamħirrum bi ndewwa ≥ 15 %: 13 000  mg/kg qlub tal-qamħirrum;

Għalf komplet bi ndewwa ≥ 12 %: 5 000  mg/kg għalf komplet.

3.

Kontenut massimu fiċ-ċereali kollha 22 000  mg/kg ċereali.

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u l-għajnejn u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-14 ta’ Marzu 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/50


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 160/2013

tal-21 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 162/2003, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tad-diklażuril fl-għalf tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Janssen Pharmaceutica NV bagħtet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla f’isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2003 tat-30 ta’ Jannar 2003 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ xi addittiv fl-oġġetti tal-ikel (2), (KE) Nru 971/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (3), (UE) Nru 1118/2010 tat-2 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (4), (UE) Nru 169/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għall-farawni (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) (5), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (6).

(2)

L-applikant jiddikjara li, b’effett mis-7 ta’ Lulju 2011, Janssen Animal Health, taqsima ta’ Janssen Pharmaceutica N.V. ġiet akkwistata minn Eli Lilly and Company Ltd., li issa hija sid id-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-addittiv diklażuril. L-applikant ressaq dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni.

(4)

Sabiex Eli Lilly and Company Ltd. tkun tista’ tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Għalhekk ir-Regolamenti (KE) Nru 162/2003, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni minnufih tal-emendi li dan ir-Regolament għamel lir-Regolamenti (KE) Nru 162/2003, (KE) Nru 971/2008, (UE) Nru 1118/2010, (UE) Nru 169/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 162/2003

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 162/2003, il-kelmiet “Janssen Pharmaceutica NV” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 971/2008

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 971/2008, il-kelmiet “Janssen Pharmaceutica nv” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1118/2010

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1118/2010, il-kelmiet “Janssen Pharmaceutica NV” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 169/2011

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 169/2011, il-kelmiet “Janssen Pharmaceutica N.V.” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 888/2011, il-kelmiet “Janssen Pharmaceutica N.V.” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.

Artikolu 6

Miżura tranżizzjonali

Il-ħażniet eżistenti ta’ dan l-addittiv li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 26, 31.1.2003, p. 3.

(3)  ĠU L 265, 4.10.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 5.

(5)  ĠU L 229, 6.9.2011, p. 9.

(6)  ĠU L 49, 24.2.2011, p. 6.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/52


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 161/2013

tal-21 ta’ Frar 2013

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-idrossidu tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, il-klieb u l-ħut ornamentali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata awtorizzazzjoni bħal din. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Preparazzjoni tal-idrossidu tas-sodju, bin-numru tal-CAS 1310-73-2, ġiet awtorizzata mingħajr limitu taż-żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf biex jintuża għall-qtates u l-klieb, permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 86/525/KEE (3). Din il-preparazzjoni wara ddaħħlet fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-idrossidu tas-sodju, bin-numru tal-CAS 1310-73-2, bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb u, skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, għal użu ġdid għall-ħut ornamentali, bit-talba li l-addittiv jiddaħħal fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012 (4) li, meta tqis il-fatt li dan l-addittiv diġà ġie awtorizzat għall-użu fl-ikel bl-istess funzjoni u bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-idrossidu tas-sodju ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, u li l-funzjoni tiegħu fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel jiġifieri regolatur tal-aċidità u għalhekk ma hemmx bżonn li tintwera aktar l-effikaċja. Din ikkonkludiet li ma għandu jinqala’ l-ebda tħassib dwar is-sikurezza diment li jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ protezzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-idrossidu tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intlaħqu. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif inhu speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni minnufih tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali għar-rimi tal-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tal-pretaħlitiet u tal-għalf kompost li jkun fihom l-idrossidu tas-sodju, kif awtorizzat bid-Direttiva 86/525/KEE.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u li hija parti mill-grupp funzjonali “regolaturi tal-aċidità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.

Artikolu 2

L-addittiv speċifikat fl-Anness u l-pretaħlitiet li fihom dan l-addittiv u li jkunu prodotti u ttikkettjati qabel l-14 ta' Marzu 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel l-14 ta' Marzu 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

L-għalf kompost li fih l-addittiv speċifikat fl-Anness u li jkun prodott u ttikkettjat qabel l-14 ta' Marzu 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel l-14 ta' Marzu 2013 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 310, 5.11.1986, p. 19.

(4)  EFSA Journal 2012; 10(10):2882.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: regolaturi tal-aċidità

1j524

Idrossidu tas-sodju

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Idrossidu tas-sodju 50 % w/w

(soluzzjoni tal-ilma)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Idrossidu tas-sodju ≥ 98,0 % alkali totali (ikkalkolat bħala NaOH)

NaOH Nru tal-CAS: 1310-73-2

Prodott b’sinteżi kimika

 

Metodu tal-Analiżi  (1)

Determinazzjoni tal-idrossidu tas-sodju fl-addittiv tal-għalf: Titrimetry — FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications, Monograph Nru 1 (2006) “sodium hydroxide”.

Qtates, klieb u ħut ornamentali

1.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti, u lbies protettiv.

2.

Għall-użu: il-konċentrazzjoni tas-sodju totali li tirriżulta fl-għalf ma għandhiex tikkomprometti l-bilanċ globali tal-elettroliti.

l-14 ta' Marzu 2023


(1)  Id-dettalji tal-metodi tal-analiżi jistgħu jinstabu fuq: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx u http://www.fao.org/ag/jecfa-additives/details.html?id=400


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/55


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 162/2013

tal-21 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar il-proċeduri tar-rikonoxximent reċiproku għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisal-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skont ir-rekwiżiti ta’ kwalunkwe Stat Membru, sakemm rekwiżiti bħal dawn ikunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (2) jistipula li l-iżnaturanti li huma użati f’kull Stat Membru bl-għanijiet li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE jridu jiġu deskritti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-proliferazzjoni ta’ proċeduri għall-iżnaturar iżżid il-komplessità tas-sistema tal-iżnaturar, idgħajjef il-kapaċità għal amministrazzjoni effettiva tas-sistema, u toffri aktar opportunitajiet għal frodi.

(4)

Fl-2008, l-Istati Membri pprovdew appoġġ wiesa’ għal grupp ta’ proġett li jopera skont id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi programm Komunitarju biex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE (3), li tinvolvi għadd kbir ta’ Laboratorji Kimiċi Doganali u ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka. L-għan tal-proġett kien li jesplora l-possibbiltà li jiġu applikati proċeduri għall-iżnaturar komuni (euro-denaturants) bl-iskop li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament.

(5)

Il-grupp ta’ proġett issuġġerixxa, fir-rapport finali tiegħu li ġie ppubblikat f ‘Ġunju 2011 li proċedura tal-iżnaturar li tikkonsisti fi tliet litri ta’ alkoħol isopropil (IPA), tliet litri ta’ Metiletilketon (MEK) u ta’ gramma ta’ benżoat tad-denatonju għal kull ettolitru ta’ alkoħol assolut, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-adozzjoni bħala proċedura komuni ta’ żnaturar bil-għan li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament. Vantaġġ ewlieni ta’ dik il-proċedura komuni huwa li x’aktarx tissostitwixxi bosta proċeduri individwali fl-Istati Membri differenti. Dik il-proċedura għandha għalhekk titħaddem bħala proċedura komuni għall-Istati Membri kollha biex l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament sabiex ma jkunx hemm evażjoni, evitar u abbuż f’dan il-qasam.

(6)

Sussegwentement, kull Stat Membru kkomunika lill-Kummissjoni lista ġdida ta’ rekwiżiti skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 92/83/KEE. Kull waħda minn dawk il-listi kienet tirreferi għall-proċedura komuni tal-iżnaturar u, f’xi każijiet, għal proċeduri oħra eżistenti. Rigward il-proċeduri eżistenti, ċerti Stati Membri esprimew ix-xewqa li jżommuhom għal perjodu ta’ tranżizzjoni jew għal perjodu ta’ żmien mhux speċifikat minħabba r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi.

(7)

Fit-28 ta’ Ġunju 2012 il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjonijiet kollha li rċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

(8)

L-ebda wieħed mill-Istati Membri ma oġġezzjona għall-proċedura komuni proposta tal-iżnaturar.

(9)

Rigward il-proċeduri eżistenti, ma tqajjem l-ebda element ġdid li jindika l-eżistenza ta’ riskju ta’ evażjoni, evitar u abbuż.

(10)

Minbarra l-proċedura komuni tal-iżnaturar bl-għan li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament, l-ibbrevettar u kwistjonijiet ta’ spejjeż relatati wasslu lill-Awstrija biex tadotta proċedura alternattiva li hija diġà mħaddma minn Stati Membri oħra bħala proċedura tal-iżnaturar.

(11)

Sabiex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex teżawrixxi l-istokkijiet ta’ sustanzi żnaturanti u ta’ prodotti żnaturati koperti s’issa mir-Regolament (KE) Nru 3199/93, iżda li mhux se jibqgħu koperti ladarba dan ir-Regolament isir applikabbli, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-Taqsima I ta’ dan l-Anness għandha tiġi deferita.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat tat-Taxxi tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.

(2)  ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12.

(3)  ĠU L 330, 15.12.2007, p. 1.


ANNESS

Lista ta’ prodotti awtorizzati bin-numru ta’ reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS) meta dan huwa disponibbli u l-formuli awtorizzati għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.

Aċetun

CAS: 67-64-1

CI reactive red 24

CAS: 70210-20-7

Piridina prima

CAS: mhux disponibbli

Crystal violet (C.I. Nru. 42555)

CAS: 548-62-9

Benżoat tad-denatonju

CAS: 3734-33-6

Etanol

CAS: 64-17-5

Aċetat tal-etil

CAS: 141-78-6

Etil sek-amil keton

CAS: 541-85-5

Etil tert-butiletere

CAS: 637-92-3

Fluworoxxina

CAS: 2321-07-5

Formaldeide

CAS: 50-00-0

Żejt fusel

CAS: 8013-75-0

Petrol (inkluż pertrol bla ċomb)

CAS: 86290-81-5

Alkoħol isopropil (IPA)

CAS: 67-63-0

Pitrolju

CAS: 8008-20-6

Żejt tal-lampi

CAS: 64742-47-8 sa 64742-48-9

Metanol

CAS: 67-56-1

Metiletilketon(butanon) (MEK)

CAS: 78-93-3

Metilisobutilketon

CAS: 108-10-1

Metilisopropilketon

CAS: 563-80-4

Vjola tal-metil

CAS: 8004-87-3

Blu tal-metilina:

CAS: 61-73-4

Nafta minerali

CAS mhux disponibbli

Nafta solventi

CAS: 8030-30-6

Piridina (jew bażijiet tal-Piridina)

CAS: 110-86-1

Spirtu tat-terpentina

CAS: 8006-64-2

Petrol għal użu tekniku

CAS: 92045-57-3

alkoħol tert-butil

CAS: 75-65-0

Tijofen

CAS: 110-02-1

Timol blu

CAS: 76-61-9

Metanol

Mhux disponibbli

Sinonimi tal-prodotti awtorizzati huma disponibbli f’diversi lingwi Ewropej fil-bażi tad-dejta tal-Inventarju Doganali Ewropew dwar is-Sustanzi Kimiċi.

It-terminu “etanol assolut” huwa użat tul l-anness kollu b’konformità mat-terminoloġija użata mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC)

I.   Il-proċedura tal-iżnaturar li titħaddem fl-Istati Membri kollha

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

3 litri ta’ alkoħol isopropil (IPA),

3 litri metiletilketon (MEK),

1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju.

Għas-suq intern, l-Istati Membri għandhom il-permess li jżidu żebgħa biex jagħtu lill-prodott kulur karatteristiku, li jagħmlu immedjatament identifikabbli.

II.   Proċeduri addizzjonali għall-iżnaturar imħaddma f’ċerti Stati Membri

Ir-Repubblika Ċeka

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

1.

0,4 litru nafta solventi,

0,2 litru pitrolju,

0,1 litru petrol għal użu tekniku.

2.

3 litri etil tert-butiletere,

1 litru ta’ alkoħol isopropil;

1 litru petrol bla ċomb,

10 milligrammi fluworoxxina.

Il-Ġermanja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:

95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),

2,5 sa 3 % bħala piż ta’ metilisopropilketon (3-metil-2-butanon),

1,5 sa 2 % bħala piż ta’ etil sek-amil keton (5- metil – 3 – ettanon),

flimkien ma’ gramm wieħed benżoat tad-denatonju,

L-Estonja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

3 litri ta’ aċetun,

2 grammi benżoat tad-denatonju.

L-Irlanda

Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:

90 % bil-volum tal-etanol,

9,5 % bil-volum ta’ metanol,

0,5 % bil-volum ta’ piridina prima.

Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:

3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali),

1,5 gramma ta’ vjola tal-metil.

Nota: Il-komponenti tal-bażi ta’ metanol u l-piridina prima jistgħu jiġu sostitwiti b’10 % bil-volum ta’ metanol.

Il-Greċja

Alkoħol ta’ kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b’ saħħa alkoħolika ta’ mill-inqas 93 % tal-volum u ta’mhux aktar minn 96 % bil-volum jistgħu jiġu mibdula.

Għal kull ettolitru ta’ alkoħol idratat ta’ 93 % bil-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:

2 litri metanol,

1 litru spirtu tat-terpentina,

0,50 litru żejt tal-lampi,

0,40 gramm blu tal-metilina.

F’temperatura ta’ 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % bil-volum.

L-Italja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut dan li ġej jiżdiedu:

125 gramma ta’ tijofen,

0,8 gramm ta’ benzoat tad-denatonju,

3 grammi ta’ CI reactive red 24 (sustanza koloranti ħamra), soluzzjoni ta’ 25 % w/w,

2 litri metiletilketon MEK).

L-alkoħol etiliku li jkun irid jiġi żnaturat jeħtieġlu kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ mhux anqas minn 83 % bil-volum u ma jkunx anqas qawwi minn 90 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.

Sabiex tkun żgurata s-solubilità kompleta tal-komponenti kollha, it-taħlita tal-iżnaturant trid tkun ippreparata fl-alkoħol etiliku ta’ anqas minn 96 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.

L-għan tas-CI reactive red 24 huwa li jagħti lill-prodott kulur aħmar karatteristiku, li jagħmel l-iskop tal-prodott immedjatament identifikabbli.

Il-Latvja

1.

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

(a)

mill-anqas:

9 litri ta’ alkoħol isopropil,

1 litru ta’ aċetun,

0,4 gramm blu tal-metilina jew blu tat-timol jew vjola tal-metil;

(b)

mill-anqas:

3 litri metilisobutilketon,

2 litri metiletilketon (MEK);

(c)

mill-anqas:

3 litri ta’ aċetun,

2 grammi ta’ benżoat tad-denatonju;

(d)

mill-inqas 10 litri ta’ aċetat etiliku.

2.

Għal kull ettolitru ta’ etanol deidrat (li fih mhux inqas minn 0,5 % ta’ ilma):

Petrol f’minimu ta’ 5 litri u massimu ta’ 7 litri.

Il-Litwanja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

3 litri ta’ aċetun,

2 grammi benżoat tad-denatonju.

L-Ungerija

Prodotti alkoħoliċi b’referenza għall-kwantità ta’ alkoħol pur li fihom, ikollhom tal-anqas, wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

2 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), 3 % bil-piż ta’ metilisobutilketon u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju;

(b)

1 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju;

(c)

2 % bil-piż ta’ alkoħol isopropil, 1 % bil-piż ta’ alkoħol tert-butil, u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju.

Malta

Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:

90 % bil-volum tal-etanol,

9,5 % bil-volum ta’ metanol,

0,5 % bil-volum ta’ piridina prima.

Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:

3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali),

1,5 gramma ta’ vjola tal-metil.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

Ħames litri ta’ taħlita li tikkonsisti f’:

60 % bil-volum ta’ metanol,

20 % bil-volum ta’ aċetun,

11 % bil-volum ta’ żejt fusel (konċentrat ta’ prodotti sekondarji mid-distillazzjoni tal-alkoħol),

8 % bil-volum ta’ ilma,

0,5 % bil-volum ta’ metiletilketon (MEK),

0,5 % bil-volum ta’ formalina (soluzzjoni tal-ilma ta’ 37 % bil-piż tal-formaldeide),

L-Awstrija

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:

95 % sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),

2,5 % sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon,

1,5 % sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton,

flimkien ma’ gramm wieħed benżoat tad-denatonju,

Il-Polonja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

1.

0,75 litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:

95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),

2,5 sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon,

1,5 sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton,

flimkien ma’ 0,25 litru ta’ bażijiet tal-piridina.

2.

Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:

95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),

2,5 sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon,

1,5 sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton,

flimkien ma’ 1 gramma benżoat tad-denatonju.

Ir-Rumanija

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

2 litri metiletilketon (MEK),

1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju,

0,2 gramm blu tal-metilina.

Is-Slovenja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

1 580 gramma alkoħol isopropil,

790 gramma alkoħol tert-butil,

0,79 gramma ta’ benżoat tad-denatonju.

Is-Slovakkja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

1.

 

3 litri metilisobutilketon,

 

2 litri metiletilketon (MEK),

 

1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju,

 

0,2 gramm blu tal-metilina.

2.

 

1,5 litri ta’ petrol għal użu tekniku,

 

1,5 litru pitrolju,

 

2 grammi benżoat tad-denatonju.

Il-Finlandja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

1.

 

2 litri metiletilketon (MEK),

 

3 litri metilisobutilketon.

2.

 

2 litri ta’ aċetun,

 

3 litri metilisobutilketon.

L-Isvezja

Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:

3 litri metilisobutilketon,

2 litri metiletilketon (MEK).

Ir-Renju Unit

Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:

90 % bil-volum tal-etanol,

9,5 % bil-volum ta’ metanol,

0,5 % bil-volum ta’ piridina prima.

Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:

3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali),

1,5 gramm vjola tal-metil (C.I. Nru 42555).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/62


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 163/2013

tal-21 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

83,8

MA

61,8

TN

86,4

TR

102,8

ZZ

83,7

0707 00 05

EG

191,6

MA

190,0

TR

175,4

ZZ

185,7

0709 91 00

EG

66,7

ZZ

66,7

0709 93 10

MA

44,1

TR

102,3

ZZ

73,2

0805 10 20

EG

51,1

IL

71,3

MA

63,4

TN

56,2

TR

58,0

ZZ

60,0

0805 20 10

IL

125,9

MA

109,8

ZZ

117,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

57,7

IL

144,7

KR

134,8

MA

120,0

TR

70,3

ZZ

105,5

0805 50 10

TR

72,2

ZZ

72,2

0808 10 80

CN

83,6

MK

31,3

US

180,2

ZZ

98,4

0808 30 90

AR

140,0

CL

228,4

CN

77,9

TR

172,7

US

187,5

ZA

109,1

ZZ

152,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/64


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 164/2013

tal-21 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

158,2

0

AR

121,7

0

BR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

153,1

0

AR

150,0

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

271,6

9

AR

241,2

18

BR

318,4

0

CL

223,0

23

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

280,0

5

BR

323,6

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

569,2

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

486,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

266,7

6

BR

206,3

24

TH

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

750,3

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DIRETTIVI

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/66


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/7/UE

tal-21 ta’ Frar 2013

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-klorur tal-alkil(C12-16)dimetilbenżilammonju jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi komposti ta’ ammonju kwaternarju, benżil-C12-16-alkildimetil, kloruri, li huwa sinonimu għal klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif iddefinit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

(3)

L-Italja nħatret bħala Stat Membru Rapporteur u fl-14 ta’ Awwissu 2007 ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(5) u (7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (3)

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-21 ta’ Settembru 2012, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mill-evalwazzjonijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju jiġi inkluż għall-użu fil-prodotti tat-tip 8 fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użi u x-xenarji ta’ esponiment potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Ma ġiex ivvalutat pereżempju l-użu minn utenti mhux professjonali, u lanqas ma ġie evalwat l-esponiment tal-ikel jew tal-għalf. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jivvalutaw dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u l-kompartimenti ambjentali li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(7)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri, li l-prodotti jintużaw b’tagħmir personali protettiv adegwat, u li l-prodotti ma jiġux applikati fuq injam li jista’ jidħol f’kuntatt dirett mat-tfal, sakemm ma jkunx jista’ jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott illi r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

(8)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ambjent, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-applikazzjoni industrijali jew professjonali titwettaq f’żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b’ħitan ta’ protezzjoni, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen fuq bażi iebsa impermeabbli, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew l-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodotti użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(9)

Ġew identifikati riskji inaċċettabbli għall-ambjent f’sitwazzjonijiet fejn l-injam ittrattat bil-Klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju kien espost kontinwament għall-elementi tat-temp jew ta’ spiss kien issoġġettat għat-tixrib (klassi tal-użu 3 kif iddefinit mill-OECD (4)), kien intuża għall-bini fuq barra li jkun qrib jew fuq l-ilma (ix-xenarju ta’ “pont” fil-klassi tal-użu 3, kif iddefinit mill-OECD (5)) jew li ġie f’kuntatt dirett mal-ilma ħelu (il-klassi tal-użu 4b kif iddefinit mill-OECD (6)). Huwa għalhekk xieraq li jkun meħtieġ li l-prodotti ma jkunux awtorizzati għat-trattament tal-injam intenzjonat għal dawk l-użi, sakemm ma tiġix ippreżentata dejta li turi li l-prodott se jissodisfa r-rekwiżiti kemm tal-Artikolu 5 kif ukoll tal-Anness VI tad-Direttiva 98/8/KE, fejn meħtieġ bl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(10)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 8 li fihom is-sustanza attiva klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju, u wkoll biex jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq tal-prodotti bijoċidali inġenerali.

(11)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u biex jiġi żgurat li l-applikanti li ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni.

(12)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(13)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(14)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (7), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2015.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1.

(4)  Serje ta’ dokumenti tal-OECD dwar ix-xenarju tal-emissjonijiet, Numru 2, Emission Scenario Document for Wood Preservatives, il-parti 2, p. 64.

(5)  Ibid.

(6)  Ibid.

(7)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva (*)

Data tal-inklużjoni

Skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3), sakemm ma tapplikax waħda mill-eċċezzjonijiet indikati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna għal din l-intestatura (**)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodotti

Dispożizzjonijiet speċifiċi (***)

“64

Klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżilammonju

(C12-16) ADBAC

Isem tal-IUPAC: Mhux applikabbli

Nru tal-KE: 270-325-2

Nru tal-CAS: 68424-85-1

Piż niexef 940 g/kg

l-1 ta’ Frar 2015

il-31 ta’ Jannar 2017

il-31 ta’ Jannar 2025

8

Il-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni ma kinitx tindirizza l-użi u x-xenarji ta’ esponiment potenzjali kollha; ċerti użi u xenarji ta’ esponiment, bħall-użu minn utenti mhux professjonali u l-esponiment tal-ikel jew tal-għalf, ġew esklużi. Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi vvalutata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet tal-bniedem u għall-kompartimenti ambjentali li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri għall-utenti industrijali jew professjonali, u l-prodotti għandhom jintużaw flimkien ma’ tagħmir personali protettiv adegwat, sakemm ma jkunx jista’ jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott illi r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli b’mezzi oħrajn;

(2)

Il-prodotti ma għandhomx jintużaw għat-trattament fuq injam li jista’ jiġi f’kuntatt dirett mat-tfal, sakemm ma jkunx jista’ jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli;

(3)

It-tikketti u, fejn ipprovduti, il-fuljetti tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali jew professjonali għandha titwettaq f’żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b’ħitan ta’ protezzjoni, u li hekk kif l-injam jiġi ttrattat dan għandu jinħażen fuq bażi iebsa impermeabbli, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew l-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi;

(4)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament tal-injam li se jiġi f’kuntatt mal-ilma ħelu jew li se jintużagħall-bini fuq barra ħdejn jew fuq l-ilma, espost kontinwament għat-temp jew soġġettat għat-tixrib frekwenti, sakemm ma tiġix ippreżentata dejta li turi li l-prodotti se jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-Anness VI, fejn meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji.”


(*)  Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 11. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza evalwata.

(**)  Għall-prodotti li fihom aktar minn sustanza attiva waħda koperti bl-Artikolu 16(2), l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) hija dik tal-aħħar sustanza attiva mis-sustanzi attivi tal-prodott li tkun ġiet inkluża f’dan l-Anness. Għall-prodotti li l-ewwel awtorizzazzjoni għalihom tkun ingħatat wara 120 jum qabel l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) u tkun ġiet sottomessa applikazzjoni kompluta għal rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu 4(1) fi żmien 60 jum minn meta tkun ingħatat l-ewwel awtorizzazzjoni, l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) fir-rigward ta’ dik l-applikazzjoni tiġi estiża għal 120 jum wara d-data minn meta tkun waslet l-applikazzjoni kompluta għal rikonoxximent reċiproku. Għall-prodotti li għalihom Stat Membru jkun ippropona li jidderoga mir-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu 4(4), l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) tiġi estiża għal 30 jum wara d-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4).

(***)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Frar 2013

li taħtar membru Franċiż u żewġ membri supplenti Franċiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/101/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jean-Yves Le DRIAN sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Victorin LUREL u tas-Sinjura Caroline CAYEUX saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Pierrick MASSIOT, président du Conseil régional de Bretagne

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Josette BOREL-LECERTIN, présidente du Conseil régional de Guadeloupe

Is-Sur Daniel DUGLERY, ponseiller régional d’Auvergne.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SHERLOCK


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Rettifika

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/71


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda ċerti intestaturi tal-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 tas-27 ta’ Novembru 2012 )

F’paġna 36, fit-tielet nota ta’ qiegħ il-paġna,

minflok:

“Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: A efectos de la aplicación de los principios comunes del anexo VI, el contenido y las conclusiones de los informes de evaluación se pueden consultar en el sitio web de la Comisión: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm”;

aqra:

“Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm”.