ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.042.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 42

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
13 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 122/2013 tat-12 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarju rigward prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ekwidi ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2013 tat-12 ta’ Frar 2013 li jemenda għall-186 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 124/2013 tat-12 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 122/2013

tat-12 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarju rigward prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ekwidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 (2) stabbilixxa lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ekwidi li, b’deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, jistgħu jiġu amministrati lil ekwidi maħsuba għall-qatla għall-konsum mill-bniedem soġġett għal perjodu ta’ rtirar ta’ mhux inqas minn sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (3) emenda l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2001/82/KE sabiex tinkludi fil-lista tas-sustanzi msemmija f’dak l-Artikolu sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud b’paragun ma’ għażliet oħra ta’ trattament disponibbli għall-ekwidi, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud”, minbarra sustanzi essenzjali.

(3)

Sustanza għandha tiġi inkluża fil-lista biss bħala “sustanza li ġġib benefiċċju kliniku miżjud” meta din tipprovdi vantaġġ klinikament rilevanti bbażat fuq effikaċja jew sikurezza mtejba jew kontribuzzjoni ewlenija għal trattament. Dan jista’ jkun ir-riżultat, inter alia, tal-modi differenti ta’ azzjonijiet, profili farmakokinetiċi jew farmakodinamiċi differenti, tulijiet differenti tat-trattament jew rotot differenti ta’ amministrazzjoni.

(4)

Is-sustanzi elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (4) m’għandhomx jidhru fil-lista tas-sustanzi essenzjali u sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi emendata l-lista fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 biex jitneħħew minn dik il-lista kwalunkwe sustanzi elenkati fir-Regolament (UE) Nru 37/2010.

(5)

Huwa wkoll xieraq li jitneħħew mil-lista fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 bosta sustanzi identifikati bħala alternattivi għas-sustanzi elenkati, li mhumiex disponibbli għat-trattament taż-żwiemel għax mhumiex la elenkati bħala “sustanzi essenzjali” jew “sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud” skont ir-Regolament (KE) Nru 1950/2006 u lanqas huma elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010.

(6)

Minħabba bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 ‘l hawn, ir-referenzi f’dak ir-Regolament għal-leġislazzjoni relevanti dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-ekwidi u dwar il-limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu aġġornati.

(7)

Il-lista emendata stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament ġiet suġġetta għal evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1950/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1950/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sustanzi essenzjali għall-kura tal-ekwidi u ta’ sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud”.

(2)

L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-lista ta’sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ekwidi, minn issa ‘l quddiem “sustanzi essenzjali”, kif ukoll dik ta “sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud” b’paragun ma’ għażliet oħra ta’ trattament disponibbli għall-ekwidi, minn hawn ‘il quddiem “sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud”, applikabbli b’deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, hija stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament.”

(3)

Fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud jistgħu jintużaw, għal kundizzjonijiet speċifiċi ta’ mard, għal ħtiġijiet ta’ trattament jew għal skopijiet żootekniċi speċifikati fl-Anness, fejn dawn jipprovdu vantaġġ klinikament rilevanti bbażat fuq effikaċja jew sikurezza mtejba jew kontribuzzjoni kbira għat-trattament mqabbla mal-prodotti mediċinali awtoriżżati għall-ekwidi jew imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE.

Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-alternattivi elenkati fl-Anness għandhom jiġu kkunsidrati.”

(4)

L-Artikoli 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   Sustanzi essenzjali u sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud għandhom jintużaw biss skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/82/KE.

2.   Id-dettalji ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament għandhom jiġu rreġistrati skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-ekwidi stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008 (*).

Artikolu 4

Kwalunkwe sustanza li hija mdaħħla f’waħda mil-listi fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (**), jew li l-użu tagħha għall-ekwidi huwa projbit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, m’għandhiex tibqa’ tintuża għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.”

(*)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 3."

(**)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.”"

(5)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn Stati Membri jew assoċjazzjonijiet veterinarji professjonali jitolbu lill-Kummissjoni biex temenda l-lista stabbilita fl-Anness dawn għandhom jissostanzjaw sewwa t-talba tagħhom u jinkludu kull dejta xjentifika relevanti disponibbli.”

(6)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 jiġi sostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 33.

(3)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ekwidi u sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud b’paragun ma’għażliet oħra ta’ trattament disponibbli għall-ekwidi

Il-perjodu ta’ rtirar ta’ kull sustanza mil-lista’ li ġejja għandu jkun ta’ sitt xhur.

Indikazzjoni

Sustanza attiva

Ġustifikazzjoni u spjegazzjoni tal-użu

Anestetiċi, analġeżiċi u sustanzi użati f’assoċjazzjoni mal-anesteżija

Sedazzjoni u premedikazzjoni

(u antagoniżmu)

Acepromazine

Għan: premedikazzjoni qabel anesteżija ġenerali, sedazzjoni mhux qawwija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: detomidine, romifidine, xylazine, diazepam, midazolam.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-acepromazine b’mod konsistenti wera li jnaqqas ir-risku tal-mewt mill-anesteżija. Mod ta’ azzjoni u l-kwalità unika tas-sedazzjoni ma jistgħux jiġu prodotti mis-sedattivi agonisti alpha-2 (detomidine, romifidine u xylazine) jew il-benzodiazepines (diazepam, midazolam)

Atipamezole

Għan: α-2 adrenoceptor antagonist użat għat-treġġija lura ta’ α-2 agonisti.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: l-uniku trattament għal individwi ipersensittivi u doża eċċessiva. Mediċina għall-emerġenza. Użata speċifikament f’każijiet ta’ dipressjoni respiratorja.

Diazepam

Għan: premedikazzjoni u induzzjoni tal-anesteżija. Trankwillizzazzjoni mhux qawwija (benzodiazepine) b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi. Kontra l-konvulsjonijiet, essenzjali għall-kura tal-puplesija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: acepromazine, detomidine, romifidine, xylazine, midazolam, primidone, phenytoin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: fi standards mediċinali moderni, komponent essenzjali tal-protokolli għall-induzzjoni tal-anesteżija b’esperjenza konsiderevoli ħafna fuq l-ekwini. Użat mal-ketamine għall-induzzjoni tal-anesteżija, li tipproduċi rilassament essenzjali li jippermetti induzzjoni kostanti u intubazzjoni. Mod ta’ azzjoni (jaġixxi bħala riċevitur GABA) u trankwillizzazzjoni unika mingħajr depressjoni kardjorespiratorja ma tistax tiġi prodotta mis-sedattivi α-2 agonist (detomidine, romifidine u xylazine) jew acepromazine.

Flumazenil

Għan: aġent għal treġġigħ lura fil-vini għall-benzodiazepines. Treġġigħ lura tal-effett tal-benzodiazepine matul l-irkupru minn tekniki ta’ Anesteżija Intravenuża Totali (TIVA).

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: sarmazenil.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod ta’ azzjoni differenti mis-sarmazenil li jipprovdi mezzi addizzjonali ta’ treġġigħ lura tal-benzodiazepine fi tmiem it-tekniki TIVA. Is-sarmazenil huwa agonist invers parzjali tar-riċetturi tal-benzodiazepine filwaqt li l-flumazenil huwa antagonist li jinibixxi kompetittivament is-sit tal-qabda tal-benzodiazepine fir-riċettur GABA.

Midazolam

Għan: premedikazzjoni u induzzjoni tal-anesteżija. Trankwillizzazzjoni mhux qawwija (benzodiazepine) b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi. Kontra l-konvulsjonijiet, għall-kura tal-puplesija, partikolarment fi żwiemel adulti bit-tetnu.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: acepromazine, detomidine, romifidine, xylazine, diazepam, primidone, phenytoin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: simili għad-diazepam imma jinħall fl-ilma, għalhekk adatt għall-injezzjoni ġol-vini u essenzjali għall-infużjoni fil-vini flimkien mal-anestetiċi. Idum jaħdem anqas mid-diazepam. Aktar adatt mid-diazepam għall-moħor.

Kontra l-konvulsjonijiet, għall-kura tal-puplesija, partikolarment fi żwiemel adulti bit-tetnu – aħjar mid-diazepam għall-użu tul numru ta’ ġranet minħabba li jinħall fl-ilma.

Użat mal-ketamine għall-induzzjoni tal-anesteżija, li tipproduċi rilassament essenzjali li jippermetti induzzjoni kostanti u intubazzjoni.

Mod ta’ azzjoni (jaġixxi bħala riċevitur GABA) u trankwillizzazzjoni mingħajr depressjoni kardjorespiratorja ma tistax tiġi prodotta mis-sedattivi α-2 agonist (detomidine, romifidine u xylazine) jew mill-acepromazine.

Naloxone

Għan: antidot għall-opioid, mediċina għall-emerġenzi.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli

Propofol

Għan: anestetiku għal ġol-vini. Induzzjoni ta’ anestetiku fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: sevoflurane jew isoflurane.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: anestetiku li jista’ jiġi injettat u li jitlaq malajr. Rapporti riċenti juru titjib vast fl-istabbiltà kardjovaskulari u l-kwalità tal-irkupru minn meta wieħed jiġbed bin-nifs l-anesteżija.

Sarmazenil

Għan: antagonist għall-benzodiazepine.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: flumazenil.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: treġġigħ lura bla problemi tas-sedazzjoni bil-benzodiazepine meħtieġa wara l-infużjoni matul anesteżija ġol-vini. L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bis-sarmazenil b’paragun ma’ kandidati potenzjali oħra bħala sustanzi essenzjali.

Tiletamine

Għan: anestetika dissassoċjattiva simili għall-ketamine, użata speċjalment għall-anesteżija fuq il-post. Użata flimkien maż-zolazepam.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: ketamine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-użu flimkien maż-żolazepam huwa essenzjali f’każijiet fejn m’hemmx aċċess għall-anesteżija bin-nifs bħal fl-anesteżija fuq il-post. Il-kombinazzjoni hija essenzjali wkoll fejn l-anesteżija mal-kombinazzjonijiet tal-ketamine hija qasira wisq. Applikazzjonijiet tipiċi huma kastrazzjonijiet, laringotomija, tneħħija tal-perjostite, tneħhija ta’ għoqiedi jew ċesti, fejqan ta’ ksur fil-wiċċ, applikazzjoni tal-forom u tiswija tal-ftuq.

Zolazepam

Għan: trankwillizzazzjoni bil-benzodiazepine użata speċjalment għal anesteżija flimkien mat-tiletamine.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: diazepam jew midazolam.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: trankwillizzatur bil-benzodiazepine, li m’għadux jaġixxi la bħala diazepam u lanqas bħala midazolam. L-użu mat-tiletmine huwa essenzjali f’każijiet fejn m’hemmx aċċess għall-anesteżijabin-nifs bħal fl-anesteżija fuq il-post. Il-kombinazzjoni hija essenzjali fejn l-anesteżija mal-kombinazzjonijiet tal-ketamine hija qasira wisq. Applikazzjonijiet tipiċi huma kastrazzjonijiet, laringotomija, tneħħija tal-perjostite, tneħhija ta’ għoqiedi jew ċesti, fejqan ta’ ksur fil-wiċċ, applikazzjoni tal-forom u tiswija tal-ftuq.

Pressjoni baxxa jew stimulazzjoni respiratorja waqt l-anesteżija

Dobutamine

Għan: trattament tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: dopamina.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: terapija inotropika pożittiva, probbabilment użata aktar mid-dopamina imma l-preferenza tvarja. Iż-żwiemel normalment jiżviluppaw pressjoni baxxa waqt l-anesteżija, u ż-żamma ta’ pressjoni tad-demm normali wriet li tnaqqas l-inċidenza ta’ rhabdomyolysis serja wara l-operazzjoni. Id-dobutamine hija imprezzabbli waqt anesteżija volatili fiż-żwiemel.

Dopamina

Għan: trattament tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: dobutamine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Id-dopamina hija meħtieġa fiż-żwiemel li ma jirrispondux għad-dobutamine. Fil-moħor id-dopamina hija ppreferuta mid-dobutamine. Hija meħtieġa addizzjonalment għall-kura tal-bradydysrhythmias interoperattiva li huma reżistenti għall-atropine.

Ephedrine

Għan: trattament tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: dopamina, dobutamine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: meħtieġa meta d-dopamina u d-dobutamine jkunu ineffettivi. Aġent sintomimetiku uniku, li strutturalment huwa simili għall-adrenalina. Huwa impossibbli li tintuża l-azzjoni tal-katekolamini fuq riċevituri speċifiċi fil-ġisem għall-benefiċċju tal-pazjenti ekwidi mingħajr rikors għall-użu ta’ numru ta’ katekolamini, kull wieħed attiv fuq profil ta’ riċevitur differenti. Għalhekk l-ephedrine, li jikkawża rilaxxament noradrenaline fit-tmiem tan-nervituri, u b’hekk tiżdied il-kontrazzjoni kardijaka u pressjoni baxxa, hija użata meta d-dobutamine u d-dopamina huma ineffettivi. L-ephedrine idum minn minuti sa sigħat u huwa effettiv wara injezzjoni waħda fil-vina, filwaqt li d-dobutamine u d-dopamina idum biss ftit sekondi jew minuti u jrid jingħata b’infużjoni.

Glycopyrrolate

Għan: prevenzjoni tal-bradikardja. Anticholinergic. L-anticholinergics huma trattament fundamentali għall-prevenzjoni ta’ effetti parasimpatetiċi bħall-bradikardja u huma komponenti ta’ rutina ta’ operazzjonijiet fl-għajnejn u fil-passaġġ tan-nifs.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: atropine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-glycopyrrolate għandu effett ċentrali limitat u huwa aktar adatt fiż-żwiemel konxji (qabel u wara l-anesteżija) mill-atropine.

Noradrenaline (norepinephrine)

Għan: falliment kardjovaskolari. Infużjoni għat-trattament ta’ fallimenti kardjovaskolari fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-profil tar-riċevitur tal-catecholamine tal-annimal jirrispondi preċiżament għal mediċini li jaġixxu fuq siti differenti. Għalhekk firxa ta’ catecholamines li jaġixxu aktar jew anqas esklussivament fuq tipi differenti ta’ riċevituri andrenġeniċi hija użatabiex tipproduċi effett preċiż. In-noradrenaline taġixxi primarjament fuq riċevituri alpha-1 biex idejqu l-friegħi tal-arterji, b’hekk tiżdied il-pressjoni tad-demm u tinżamm iċ-ċirkolazzjoni ċentrali. Fil-moħor, in-noradrenalina hija b’mod komuni l-unika catecholamine effettiva fil-kura tal-pressjoni baxxa.

Analgesija

Buprenorphine

Għan: analgesia, użata mas-sedattivi għaż-żamma tas-sedazzjoni.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: butorphanol, fentanyl, morphine u pethidine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic parzjali. L-attività tal-μ-riċevitur tipproduċi alangesia aħjar milli f’κ-agonist opioids bħall-butorphanol. Analgesic li jdum jaġixxi. Minħabba l-karatteristika agonista parzjali, għandu karatteristiċi dipressanti respiratorji u adittivi limitati. Opioids li jaġixxu fit-tul jew fil-qosor li għandhom indikazzjonijiet differenti, għalhekk il-bżonn ta’ aktar minn sustanza alternattiva waħda bħala għażla.

Fentanyl

Għan: analgesia.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: butorphanol, buprenorphine, morphine u pethidine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid, l-attività tal-μ-riċevitur tipproduċi alangesia aħjar milli f’κ-agonist opioids bħall-butorphanol. Jaġixxi fil-qosor ħafna minħabba metaboliżmu rapidu u minħabba li jintrema. Fentanyl huwa l-uniku opioid użat fiż-żwiemel li huwa adatt għall-infużjoni u għall-amministrazzjoni minn parti tal-ġilda. Huwa ferm effettiv għall-immaniġġjar tal-uġigħ.

Morfina

Għan: analgesia.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: butorphanol, buprenorphine, pethidine u fentanyl.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic sħiħ. L-attività tal-μ-riċevitur tipproduċi l-aħjar analgesia. Analgesia, użata mas-sedattivi għaż-żamma, użata għall-anesteżija epidurali. Analgesic ta’ dewmien medju. Il-morfina hija l-antagonist u-opioid b’karatteristiċi li jinħallu l-aħjar għall-amministrazzjoni epidurali. Din tipprovdi analgesia li jaġixxu fit-tul bi ftit effetti sistematiċi permezz ta’ din ir-rotta. Din it-teknika tintuża b’mod komuni fil-mediċina veterinarja komuni għall-kura ta’ wġigħ qawwi waqt l-operazzjoni u wġigħ kroniku.

Pethidine

Għan: analgesia.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: butorphanol, buprenorphine, morphine u fentanyl.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic madwar 10 darbiet anqas potenti mill-morfina. Opioid li jaġixxi mhux fit-tul li wera li huwa effettiv biex jikkura l-kolika spasmidika fiż-żwiemel. L-unika opioid b’karatteristiċi spasmolitiċi. Aktar sedazjoni u anqas potenzjal għal eċċitament minn opioids fiż-żwiemel.

Rilassanti tal-muskoli u sustanzi assoċjati

Atracurium

Għan: rilassament tal-muskoli waqt l-anesteżija

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: guaifenesin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: aġent li jimblokka n-nondepolarizzazzjoni newromuskolari. Aġenti ta’ bblokkar newromuskolari huma użati b’mod partikolari għal operazzjonijiet tal-għajnejn u kirurġija fonda addominali. L-edrophonium huwa meħtieġ għat-treġġija lura mil-loppju. L-atracurium u l-edrophonium għandhom dejta mill-aktar estensiva ta’ appoġġ kliniku.

Edrophonium

Għan: treġġigħ lura tar-rilassament tal-muskolu atracurium.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: inibitur tal-cholinesterase, essenzjali għat-treġġigħ lura tal-ibblukkar newromuskolari. L-edrophonium għandu l-anqas effetti sekondarji mill-inibituri tal-cholinesterase fiż-żwiemel.

Guaifenesin

Għan: rilassament tal-muskoli waqt l-anesteżija

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: atracurium.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: alternattiva essenzjali għar-regimens α-2/ketamine fiż-żwiemel fejn α-2 agents u l-ketamine huma kontraindikati bħal fi żwiemel li ma jirrispondux għal dawk l-aġenti jew żwiemel li wrew effetti negattivi f’amministrazzjoni preċedenti. Imprezzabbli f’kombinazzjoni mal-ketamine u α-2 agents għal anesteżija fil-post sigura li għaliha ma ġewx żviluppati tekniki fil-vini alternattivi effettivi.

Anestetiċi li jittieħdu bin-nifs

Sevoflurane

Għan: it-teħid bin-nifs ta’ anesteżija għaż-żwiemel li jkollhom ksur fl-għadam jew ksur ortopediku ieħor u l-induzzjoni tal-anesteżija fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: isoflurane.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Is-sevoflurane hija anesteżija volatili bi ftit metaboliżmu u li jintrema malajr. Filwaqt li jeżisti MRL għall-isoflurane fl-UE, l-isoflurane m’huwiex adattat għall-każijiet anestetiċi ekwini kollha minħabba l-karatteristiċi tal-irkupru tagħha fejn l-eċċitament jista’ jwassal biex żiemel jikser xi sieq. Is-sevoflurane huwa essenzjali f’ċertu kirurġiji tal-ekwidi fejn l-irkupru bla problemi huwa vitali, billi ntwera li jipproduċi rkupru aktar ikkontrollat fiż-żwiemel. Huwa għalhekk magħżul bi preferenza għall-isoflurane għaż-żwiemel bi ksur fl-għadam u problemi ortopediċi oħra. Barra minn hekk is-sevoflurane huwa essenzjali għal induzzjoni bil-maskla tal-anesteżija fil-moħor minħabba li ma joħloq l-ebda irritazzjoni, bil-kontra tal-isoflurane li huwa irritanti u għalhekk jikkawża sogħla u żamma tan-nifs.

Anestetiċi lokali

Bupivacaine

Għan: anesteżija lokali.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: lidocaine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: anestetiku lokali li jdum jaġixxi. Dewmien fit-tul tal-azzjoni meħtieġa għal anelġesija perioperattiva u kura ta’ uġigħ kroniku qawwi bħal-laminite. Il-bupivacaine huwa anestetiku lokali li jdum jaġixxi aktar mil-lidocaine, li huwa użat b’mod aktar komuni. Il-lidocaine waħdu jagħti kważi siegħa ta’ anesteżija lokali. Iż-żieda tal-adrenalina tista’ ttawwal l-effett għal sagħtejn, imma hemm ir-riskju li twaqqaf id-demm lokalment, u dan jagħmilha mhux adatta f’numru ta’ kundizzjonijiet. Il-bupivacaine jipprovdi minn erba’ sa sitt sigħat ta’ anesteżija lokali u għalhekk huwa ħafna aktar adatt għal analġesija postoperattiva u għall-immaniġġjar tal-laminite minħabba li injezzjoni waħda spiss hi biżżejjed; dan huwa essenzjali għal raġunijiet ta’ benesseri minflok injezzjonijiet ripetuti kull siegħa ta’ lidocaine. Anestetiċi lokali li jaġixxu mhux fit-tul m’humiex għalhekk adatti għal dan t’hawn fuq minħabba li jeħtieġu injezzjonijiet ripetuti b’aktar riskju ta’ reazzjonijiet negattivi u mhumiex aċċettabbli minħabba l-benesseri tal-annimal.

Oxybuprocaine

Għan: anesteżija lokali għall-użu fl-għajnejn.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: l-aktar esperjenza klinika estensiva bl-oxybuprocaine ipparagunata ma’ kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Prilocaine

Għan: anesteżija lokali qabel katerizzazzjoni fil-vini.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: fi preparazzjonijiet speċifiċi (taħlita ewtetika ta’ anestetiċi lokali) għall-applikazzjoni topika fil-ġilda fejn tiġi assorbita f’40 minuta. Użata biex tiffaċilita katerizzazzjoni fil-vini, speċjalment fil-moħor.

Sustanzi antiinflammatorji

Kortikosteroidi

Triamcinolone acetonide

Għan: mediċina intraartikular għal mard deġenerattiv tal-punti fejn jorbot l-għadam u l-osteoartrite.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: methylprednisolone.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: effetti biosintetiċi u ċelluari differenti mill-medikazzjoni intraartikulari kortikosterojdi alternattiva, methylprednisolone; It-triamcinolone hija kondroprotettiva u tippromwovi t-tiswija tal-qarquċa. Aktar effettivi minn trattamenti sistemiċi (NSAIDs u sulfat tal-kondroitin), u trattatmenti intraartikolari oħrajn (mhux corticosteroid) għall-kontroll ta’ infjammazzjoni tal-punti fejn jorbot l-għadam, l-uġigħ u z-zappip f mard akut u kroniku tal-punti fejn jorbot l-għadam, speċjalment mard tal-punti fejn jorbot l-għadam deġenerattiv u l-osteoartrite. Effettiv biss għal trattament mhux kirurġiku għal ċesti tal-għadam subkondrali.

Flumethasone

Għan: terapija sistematika tal-kortikosterojdi fuq terminu qasir, inklużi terapija għal xokk, terapija antiinfjammatorji u terapija antiallerġenika.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: dexamethasone, prednisolone.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: effetti kliniċi differenti minn alternattivi b’bidu tal-effett aktar rapidu, dewmien akbar u aktar effikaċja. Mod ta’ azzjoni differenti mill-alternattivi (l-ebda attività apprezzabbli mineralokortikoida)

Antiendotossini

Pentoxifylline

Għan: Trattament sistematiku u orali għall-endotossemija. Laminite.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: flunixin, acepromazine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi:

Endotossemija: mod ta’ azzjoni differenti (inibitur fosfodijesterażi derivattiv ta’ żantin metilat) u effetti kliniċi differenti mill-alternattiva (il-flunixin). Inaqqas ir-rilaxx medjat mill-endotossini taċ-ċitokini u l-lewkotrijeni proinflammatorji mill-makrofagi u n-newtrofili, inaqqas ir-rispons sistematiku għall-endotossini.

Laminite: mod ta’ azzjoni differenti ta’ kif ittejjeb il-fluss tad-demm sad-diġitu mill-alternattiva (l-acepromazine); tnaqqas il-viskożià tad-demm u ttejjeb il-fluss tad-demm sad-diġitu.

Polymyxin B

Għan: trattament sistematiku għal endotossemija assoċjata ma’ koliku aħrax u mard gastrointestinali ieħor.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: flunixin, subsilikat tal-bismut.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod ta’ azzjoni differenti (aġent li jgħaqad mal-endotossini) mill-alternattiv sistematiku (il-flunixin), taġixxi qabel fil-kaskata indotta mill-endotossini. Mekkaniżmu differenti tat-tgħaqid, rotta differenti ta amministrazzjoni u sit differenti ta’ azzjoni mill-alternattiv orali (il-bismut). Tgħin fil-prevenzjoni ta’ bidu ta’ kaskata infjamattorja indotta mit-tgħaqid tal-endotossinu u l-prevenzjoni ta’ tgħaqid ma’ riċetturi tat-tip Toll (TLR).

Mediċini kardjovaskulari

 

Amiodarone

Għan: antidisritmiċi. Trattament orali u sistemiku tal-fibrillazzjoni atriali, supraventrikulari u takikardja ventrikulari.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: sulfat quinidine, procainamide, propranolol.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: modi ta’ azzjoni differenti mill-alternattivi (antidisritmiċi tal-Klassi III). Evidenza ġdida li l-amiodarone hija effettiva u sikura fil-fibrillazzjoni atriali u aħjar mill-alternattiva tas-sulfat quinidine; effettiva għal tipi differenti ta’ arritmji inklużi l-arritmji ventrikulari.

Allopurinol

Għan: it-trattament ta’ dannu tal-iskemija-riperfużjoni neonatali.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: il-vitamina E.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod ta’ azzjoni differenti mill-alternattiva għad-dannu mir-riperfużjoni; l-allopurinol hija inibitur tal-ossidas taż-żantin li tinibixxi l-produzzjoni tar-radikal ħieles matul riperfużjoni wara iskemija.

Vasopressin

Purpose: it-trattament ta’ kollass taċ-ċirkolazzjoni fil-moħor u fl-adulti.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: Dopamina/dobutamina Epinefrina.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Agonist speċifiku li jaġixxi permezz tar-riċetturi V1 għandha mod ta’azzjoni differenti mis-sustanzi awtorizzati l-oħrajn li jirregolaw il-pressjoni tad-demm: l-epinefrina (riċevitur adrenerġiku agonist) u d-dopamina/dobutamina (riċetturi D1-5 li jirregolaw il-produzzjoni kardijaka u t-ton tal-vini u l-arterji). Użata f’sitwazzjonijiet meta d-dopamina/d-dobutamina u l-epinefrina ma jkunux irnexxew u jkun meħtieġ approċċ farmakoloġiku alternattiv.

Digoxin

Għan: trattament għal insuffiċenza kardijaka.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: addizzjonalment id-digoxin huwa l-uniku trattament għall-effetti sekondarji tat-trattament bil-quinidine

Sulfat tal-quinidine u glukonat tal-quinidine

Għan: trattament għal taħbit irregolari tal-qalb.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: procainamide, propranolol.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: aġent kontra ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti, mod differenti ta’ azzjoni neċessarja għal tipi different ta’ taħbit irregolari tal-qalb. Trattament ta’ għażla għall-fibrillazzjoni atrijali.

Procainamide

Għan: trattament għal taħbit irregolari tal-qalb.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: sulfat tal-quinidine u glukonat tal-quinidine, propranolol.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: aġent kontra ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti, mod differenti ta’ azzjoni neċessarja għal tipi different ta’ taħbit irregolari tal-qalb.

Propranolol

Għan: trattament għal taħbit irregolari tal-qalb.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: sulfat tal-quinidine u glukonat tal-quinidine, procainamide.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: kontra l-pressjoni għolja, li hija użata minħabba li taġixxi kontra xi ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti. Minħabba l-patofiżjoloġija differenti ta’ taħbit irregolarihuwa essenzjali li jkollu varjetà ta’ mediċini li jaġixxu differenti sabiex ikunu jistgħu jitrattaw kundizzjoni speċifika. Waħda minn dawn il-mediċini normalment tikkonsisti f’kura unika biex tikkonverti lura għal ritmi normali, li tista’ tiġi ripetuta biss f’okkażjonijiet rari.

Konvulżjonijiet

 

Phenytoin

Għan: terapija antikonvulsiva fil-moħor. Trattament tar-rabdomjoliżi. Trattament tas-stringhalt.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: diazepam, primidone, sodju tad-dantrolene (għar-rabdomjolażi).

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: antikonvulsiv essenzjali fil-moħor. Il-phenytoin huwa ġeneralment miżjud għat-trattament tal-kontroll tal-aċċessjonijiet jekk il-primidone/phenobarbital ma jikkontrollawx l-aċċessjonijiet. Il-phenytoin huwa aġent li jimblokka l-kanali tal-kalċju u utli għall-kura ta’ forom rikorrenti ta’ rabdomjolażi.

Primidone

Għan: terapija antikonvulsiva fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: diazepam, phenytoin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-primodone huwa indikat bħala segwiment għat-terapija bid-diazepam jew bħala alternattiv.

Aġenti gastrointestinali

 

Bethanechol

Għan: trattament tal-ileus, trattament ta’ djuq gastrodwodenali fil-moħor, trattament ta’ impazzjonijiet rikorrenti żgħar fil-kolon tal-adulti

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: metoclopramide, erythromycin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-betanechol huwa agonist muskarinik kolinerġik li jistimola r-riċevituri tal-aċetilkolina fil-muskoli lixxi gastrointestinali, u jġiegħelhom jinġibdu. Ġie muri li jżid ir-rata ta’ żvujtar tal-istonku u tal-musrana l-għamja. Kemm il-betanechol kif ukoll il-metoclopramide ġew murija li huma ta’ benefiċċju fit-trattament tal-ileus wara operazzjoni.

Codeine

Għan: trattament tad-dijarea.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: subsaliklat tal-bismut.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Mod differenti ta’ azzjoni mis-subsaliklat tal-bismut. Modulatur tal-motilità tal-opioid li jaġixxi fuq riċetturi mu fl-imsaren u li jipprovdi mmaniġġjar tas-sintomi effettiv tad-dijarea mhux infettiva, speċjalment fil-moħor. Spiss jintuża flimkien mal-loperamide. Ix-xebħ fil-mod ta’ azzjoni mal-loperamide iwassal għal azzjoni sinerġistika.

Loperamide

Għan: trattament tad-dijarea fit-moħor.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: subsaliklat tal-bismut.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod differenti ta’ azzjoni mis-subsaliklat tal-bismut. Modulatur tal-motilità tal-opioid li jaġixxi fuq ir-riċetturi mu fl-imsaren li jipprovdi mmaniġġjar aktar effettiv tas-sintomi mhux infettivi tad-dijarea fil-moħor minn sustanzi oħra. Spiss jintuża flimkien mal-codeine. Ix-xebħ fil-mod ta’ azzjoni mal-codeine iwassal għal azzjoni sinerġistika.

Metoclopramide

Għan: trattament tal-ileus wara operazzjoni.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: bethanechol, erythromycin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-metoclopramide hija sostitwit tal-benżammid b’għadd ta’ mekkaniżmi ta’ azzjoni: (1) hija antagonist tar-riċettur tad-dopamina; (2) iżżid ir-rilaxx tal-aċetikolina minn newruni kolinerġiċi intrinsiċi u (3) twettaq attività ta’ bblukkar adrenerġiku. Hija effettiva sabiex terġa’ ġġib koordinazzjoni gastrointestinali wara l-operazzjoni u tnaqqas it-total tal-volum, rata u dewmien ta’ rifluss gastriku. Il-metaclopramide hija droga prokinetika, li taġixxi aktar fil-passaġġ gastrointestinali prossimali. Kemm il-betanechol kif ukoll il-metoclopramide ġew murija li huma ta’ benefiċċju fit-trattament tal-ileus wara operazzjoni.

Phenoxy-benzamine

Għan: trattament tad-dijarea; kolite.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: subsaliklat tal-bismut; flunixin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Għandu mod differenti ta’ azzjoni (antagonist alfa-1 u aġent kontra s-sekrezzjoni) meta mqabbel ma’ trattamenti awtorizzati oħra u l-codeine. Jipprovdi mmaniġġjar utli tas-sintomi tad-dijarea u l-kolite.

Bromid tal-propantelina

Għan: Antiperistaltiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: atropine, lidocaine mogħtija dilwiti intrarettikament bħala enema.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-bromid tal-propantelina huwa antikolinerġiku tal-ammonju kwaternarju sintetiku li jinibixxi l-motilità gastrointestinali u l-ispażmi u jnaqqas is-sekrezzjoni tal-aċidu tal-istonku. Jinibixxi wkoll l-azzjoni tal-aċetilkolina fit-tarf tan-nervituri postganglijoniċi tas-sistema nervuża parasimpatetika. L-effetti tiegħu huma simili għal dawk tal-atropine għalkemm idumu aktar (sitt sigħat). Il-bromid tal-propantelina huwa għażla importanti sabiex titnaqqas il-peristalsi biex jiġi evitat tiċrit rettali waqt palpazzjoni rettali jew biex tiġi esplorata u kkurata tiċrita rettali potenzjali fejn jista’ jkun diffiċli għal enema bil-lidocaine biex taħdem b’mod effettiv.

Ranitidine

Għan: profilassi tal-ulċeri gastriċi fin-neonati.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: omeprazole.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod ta’ azzjoni differenti mill-omeprazole. Ir-rotta ta’ amministrazzjoni (fil-vini) ġġib benefiċċji miżjuda kontra l-ulċeri fuq il-medikamenti kollha l-oħra billi dawn jirrikjedu amministrazzjoni orali. Il-preparazzjoni tar-ranitidine fil-vini hija essenzjali għall-moħor li ma jkollhomx motilità gastrointestinali, li huwa l-grupp li huwa fl-ogħla riskju ta’ ulċeri.

Sucralfate

Għan: profilassi tal-ulċeri gastriċi profilassi fin-neonati.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: omeprazole.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod ta’ azzjoni differenti mill-omeprazole u profilassi tal-ulċeri gastriċi aġġuntivi prezzjuża. Mod ta’ azzjoni uniku (aderenti mal-mukoża) li jipprovdi l-istabilizzazzjoni tal-leżjonijiet fiżiċi.

Rabdomjoliżi

 

Sodju tad-dantrolene

Għan: trattament tar-rabdomjoliżi. Kura ta’ temperatura għolja malinna waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: phenytoin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Id-dantrolene jwettaq attività ta’ rilassament tal-muskoli b’azzjoni diretti fuq il-muskoli minħabba li jinibixxi r-rilaxxament tal-kalċju mir-retikulu sarkoplasmiku u għalhekk jikkawża diżassoċjazzjoni ta’ kkoppjar ta’ eċċitament u kontrazzjoni. Kemm il-phenytoin kif ukoll is-sodium tad-dantrolene instabu li huma utli għat-trattament ta’ forom rikorrenti tar-rabdomjoliżi.

Antimikrobiċi

Infezzjonijiet mill-Klebsiella spp.

Ticarcillin

Għan: trattament ta’ infezzjonijiet mill-Klebsiella spp

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Antibijotiċi speċifiċi għal infezzjonijiet mill-Klebsiella spp.

Infezzjonijiet mir-rhodococcus equi

Azithromycin

Għan: Trattament ta’ infezzjonijiet mir-Rhodococcus equi

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: erythromycin.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: trattament standard flimkien mar-rifampicin, fil-moħor tollerat aħjar mill-erythromycin.

Rifampicin

Għan: trattament ta’ infezzjonijiet mir-Rhodococcus equi

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: trattament tar-Rhodococcus equi flimkien ma’ erythromycin jew azithromycin. Trattament ta’ għażla.

Artrite settika

Amikacin

Għan: trattament ta’ artrite settika.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: gentamicin jew aminoglikosidi oħra.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: tollerata aħjar fil-moħor mill-gentamicin jew aminoglikosidi oħra.

Mediċini respiratorji

 

Ambroxol

Għan: stimulazzjoni ta’ surfactant f’moħor prematuri.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli.

Budesonide

Għan: Inalazzjoni kortikosterojdi għall-kontroll ta’ mard allerġiku tal-pulmun.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: beclomethasone.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: it-terapija bl-inalazzjoni kortikosterojdi tikkawża anqas soppressjoni adrenokortikali, b’ritorn għan-normal aktar rapidu wara t-tmiem tat-terapija, u inqas effetti sekondarji sistemiċi minn terapija kortikosterojdi minħabba assorbiment sistemiku limitat. L-inalazzjoni tippermetti t-twassil ta’ dożi mnaqqsin u lokali ta’ konċentrazzjonijiet għolja tas-sustanza attiva u għalhekk tirriżulta f’effikaċja akbar. Speċjalment utli għall-kontroll tal-mard ħafif sa moderat u l-manutenzjoni terapewtika fit-tul. Sustanzi addizzjonali oħra b’aktar qawwa u dewmien differenti tal-effett mill-beclomethasone huma meħtieġa biex tittitra d-doża abbażi ta’ reazzjoni klinika u jipprovdu l-aħjar kontroll tal-mard. Il-budesonide għandha potenza intermedja bejn il-beclomethasone u l-fluticasone.

Fluticasone

Għan: Inalazzjoni kortikosterojdi għall-kontroll ta’ mard tal-allerġiku tal-pulmun.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: beclomethasone.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: it-terapija bl-inalazzjoni kortikosterojdi tikkawża anqas soppressjoni adrenokortikali, b’ritorn għan-normal aktar rapidu wara t-tmiem tat-terapija, u inqas effetti sekondarji sistemiċi minn terapija kortikosterojdi minħabba assorbiment sistemiku limitat. L-inalazzjoni tippermetti t-twassil ta’ konċentrazzjonijiet għolja tas-sustanza attiva u għalhekk tirriżulta f’effikaċja akbar. Speċjalment utli għall-kontroll tal-mard ħafif sa moderat u l-manutenzjoni terapewtika fit-tul. Sustanzi addizzjonali oħra b’aktar qawwa u dewmien differenti tal-effett mill-beclomethasone huma meħtieġa biex tittitra d-doża abbażi ta’ reazzjoni klinika u jipprovdu l-aħjarkontroll tal-mard. Il-fluticasone hija 50 % iktar qawwija mill-beclomethasone u għandha nofs ħajja itwal (6 sigħat versus 2,8 siegħa), tipprovdi benefiċċji miżjuda għal dawk affettwati aktar severament jew każijiet rifrettarji.

Bromid tal-ipratropju

Għan: bronkodilazzjoni.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: azzjoni antikolinerġika. Neċessarja bħala għażla terapewtika minħabba li f’xi każijiet hi aktar effikaċi mill-β-agonists.

Oxymetazolin

Għan: Trattament ta’ oedema nażali.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: phenylephrine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: α-adrenoceptor agonist b’karatteristiċi qawwija ta’ tidjiq tal-vini li huwa użat bi preferenza mal-phenylephrine minħabba li jdum aktar jaġixxi.

Aġenti antiprotożoiċi

 

Isometamidium

Għan: Trattament tal-mjeloenċefalite protozoali ekwina.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: pyrimethamine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: marda li xi kultant hija riffrettarja għat-trattament bil-pyrimethamine, u għalhekk hi meħtieġa alternattiva.

Ponazuril

Għan: trattament tal-mjeliti protozoali ekwina ekwina (Sarcocystis neurona).

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: isometamidium, pyrimethamine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: mod ta’azzjoni differenti meta mqabbla ma’ sustanzi oħra awtorizzati, siewja bħala terapija alternattiva meta l-marda tkun rifrattarja għal trattamenti oħra. Inċidenza mnaqqsa ta’ effetti sekondarji (dijarea) meta mqabbla ma’ trattamenti bil-pyrimethamine/sulphonamide; aktar effikaċja klinika mqabbla mal-isometamidium u l-pyrimethamine.

Pyrimethamine

Għan: trattament tal-mjeloenċefalite protozoali ekwina.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: isometamidium.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: rata ta’ suċċess ta’ talanqas 75 % meta użat flimkien mas-sulfadiazine-sulfonamide.

Mediċini oftalmiċi

Ulċeri okulari

Acyclovir

Għan: trattament ta’ ulċeri okulari (mediċina antivirali). Użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: idoxuridine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: kemm l-acyclovir kif ukoll l-idocuridine ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fit-trattament tal-keratite erpetika ulċerattiva.

Idoxuridine

Għan: trattament ta’ ulċeri okulari (mediċina antivirali). Użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: acyclovir.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: kemm l-acyclovir kif ukoll l-idocuridine ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fit-trattament tal-keratite erpetika ulċerattiva.

Glawkoma

Phenylephrine

Għan: Trattament tal-glawkoma, epifora, oedema nażali u intrappolament spleniku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: tropikamide, (għall-glawkoma), mill-bqija m’hemmx alternattiva identifikata.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: kemm il-phenylephrine kif ukoll it-tropicamide ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fit-trattament tal-glawkoma.

Tropicamide

Għan: trattament tal-glawkoma. Użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: phenylephrine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: kemm il-phenylephrine kif ukoll it-tropicamide ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fit-trattament tal-glawkoma.

Dorzolamide

Għan: trattament tal-glawkoma. Użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: latanoprost, timolol maleate.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-mod speċifiku ta’ azzjoni tagħha bħala inibitur anidrasi karboniku. Għażla terapewtika importanti.

Latanoprost

Għan: trattament tal-glawkoma. Użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: dorzolamide, timolol maleate.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku ta’ azzjoni tagħha bħala prostaglandin F2α-analog. Għażla terapewtika importanti.

Timolol maleate

Għan: trattament tal-glawkoma. Użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: dorzolamide, latanoprost

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-mod speċifiku ta’ azzjoni tagħha bħala aġent tal-ibblukkar tar-reċettur betaadrenerġiku nonselettiv, jikkawża tidjiq tal-vini, li jwassal għal nuqqas fl-aqueous humour. Għażla terapewtika importanti.

Cyclosporin A

Għan: immnosuppressiv użat għat-trattament ta’ mard awtoimmunitarju tal-għajnejn.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli.

Ketorolac

Għan: trattament ta’ wġigħ u infjammazzjoni fl-għajnejn, mediċina mhux sterojdali kontra l-infjammazzjoni, qtar tal-għajnejn, użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: l-aktar esperjenza klinika estensiva bil-ketorolac meta mqabbel ma’ kandidati potenzjali oħra għal sustanzi essenzjali.

Ofloxacin

Għan: trattament ta’ infezzjonijiet fl-għajnejn reżistenti għal trattamenti b’antibijotiċi oftalmiċi użati b’mod komuni.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: l-aktar esperjenza klinika estensiva bl-ofloxacin meta mqabbel ma’ kandidati potenzjali oħra għal sustanzi essenzjali. Mqabbel ma’ trattament b’antibijotiċi oftalmiċi użati b’mod komuni l-ofloxacin għandu jintuża biss bħala antibijotiku ta’ riserva użat f’każijiet individwali.

Fluoresceine

Għan: għodda dijanjostika għal ulċerazzjoni tal-kornea, użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: Rose Bengal.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ir-Rose Bengal għandu xi attività antivirali filwaqt li l-fluoresceine m’għandu l-ebda effett sinifikanti fuq ir-replikazzjoni virali. Għalhekk, l-użu dijanjostiku tar-Rose Bengal qabel kultura virali tista’ tipprekludi riżultat pożittiv. Għalhekk il-fluoresceine hija l-għodda dijanjostika ta’ għażla meta tkun pjanata kultura virali.

Rose Bengal

Għan: għodda dijanjostika għal dannu bikri tal-kornea, użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: fluoresceine.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rose of Bengal hija l-għodda dijanjostika li tintagħżel biex jiġi aċċertat dannu bikri lill-kornea.

Iperlipemija

 

Insulina

Għan: trattament ta’ iperlipemija, użata flimkien ma’ terapija bil-glukożju, dijanjosi ta’ problemi metaboliċi.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli.

Infezzjonijiet fungali

 

Griseofulvin

Għan: użu antifungali sistematiku. Trattament tat-tinea.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-griseofulvin mogħti oralment jaġixxi tajjeb kontra it-trikofiton, il-mikrosporum, u l-epidermofiton.

Ketoconazole

Għan: użu antifungali sistematiku. trattament ta’ pulmonite fungali u pouch mycosis tal-imsaren.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: l-aktar esperjenza klinika estensiva bil-ketoconazole meta mqabbla ma’ kandidati potenzjali oħra għal sustanzi essenzjali.

Miconazole

Għan: trattament ta’ infezzjonijiet fungali tal-għajnejn

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: użu topiku fl-għajn affettwata, attività antifungali aktar estensiva u/jew anqas irritazzjoni minn aġenti antifungali oħra.

Nystatin

Għan: trattament ta’ infezzjonijiet tal-ħmira għall-għajnejn u l-kanal ġenitali.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: attività speċifika kontra l-infezzjonijiet tal-ħmira.

Immaġni dijanjostiċi

 

Radjofarmaċewtiku Tc99

Għan: xintigrafija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: l-aktar modalità ta’ immaġni għad-dijanjosi sensittiva għall-identifikazzjoni ta’ patoloġija tal-għadam bikrija u ksur - aktar sensittiva mir-radjografija. Tippermetti kwantifikazzjoni u tippermetti immaġni tar-reġjuni mhux amenabbli għar-radjografija. Teknika tal-immaġini essenzjali li tissalvagwardja l-benessri taż-żwiemel ta’ prestazzjoni permezz tad-ditezzjoni bikrija ta’ korriment u l-prevenzjoni tal-ħsara minn ksur katastrofiku. In-nofs ħajja qasira (6,01 siegħa) tat-Tc99 m tirriżulta f’ħelsien mgħaġġel mir-radjuattività ditetabbli (< 72 siegħa) miż-żiemel.

Mixxellanji

 

Carbamazepine

Għan: is-sindromu tax-xengil tar-ras.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: il-carbamazepine qed taġixxi bħala antikonvulsant b’effetti ta’ bblukkar tal-kanali tas-sodju. Użat prinċipalment għat-trattament u l-konferma dijanjostika tan-newralġija triġeminali (sindromu tax-xengil tar-ras).

Cyproheptadine

Għan: is-sindromu tax-xengil tar-ras.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: iż-żwiemel li juru sinjali ta xengil tar-ras fotiku jirrispondu tajjeb għat-trattament bid-droga antiistaminika, cyproheptadine. Minbarra l-azzjoni antiistaminika, is-cyproheptadine toffri azzjoni antikolinerġika u hija antagonista tal-5-idrossitriptamina (serotonina). Ħelsien minn din l-imġiba normalment jasal fi żmien 24 siegħa wara li tibda tittieħed it-terapija bis-cyproheptadine terapija u spiss terġa’ tfeġġ fi żmien 24 siegħa minn tmiem it-terapija. Antiistamini oħra mhumiex effettivi għall-eliminazzjoni tax-xengil tar-ras.

Domperidone

Għan: l-agalaktja fid-dbieb.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: antagonist tad-dopamina u jirregola ‘l fuq il-produzzjoni tal-prolattina.

L-oxytocin m’huwiex alternattiva adatta minħabba li jipproduċi nuqqas fil-ħalib flok żieda, li huwa l-għan tat-terapija bid-domperidone. Addizzjonalment, l-oxytocin x’aktarx li jikkawża wġigħ addominali f’dożi kbar.

Gabapentin

Għan: uġigħ newropatiku.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: buprenorfina, fentanil, morfina, petidina.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: modalità differenti u sit differenti ta’ azzjoni mqabbel ma’ sustanzi awtorizzati alternattivi. Sustanza simili għal GABA li timblokka l-kanali tal-kalċju u timpedixxi l-formazzjoni ta sinapsi ġodda. Trattament ġdid kontra l-uġigħ newropatiku b’evidenza li tissuġġerixxi benefiċċju kliniku miżjud fl-immaniġġjar ta’ wġigħ relatat ma’ newropatija eż. uġigħ fis-saqajn, laminite u wġigħ addominali.

Lamtu idrossietili

Għan: sostituzzjoni kollodjali tal-volum.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: alternattiva prattika u disponibbli faċilment għad-demm u l-plażma.

Imipramine

Għan: tnixxija tas-semen indotta farmaloġikament fiż-żwiemel maskili bi problemi ta’ tnixxija tas-semen.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli.

Ormonu tar-rilaxx tat-tirotropin

Għan: dijanjostika użata għall-konferma ta’ problemi tat-tirojde u l-glandola pitwitarja

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli.

Sulfat tal-barju

Għan: aġent ta’ kuntrast radjugrafiku użat għal eżaminazzjonijiet ta’ kuntrast fl-osofagu u l-passaġġ gastrointestinali.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: xejn identifikat.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: ebda alternattiva m’hi disponibbli.

Iohexol

Għan: aġent ta’ kuntrast radjografiku użat għal studju tal-kanal tal-awrina t’isfel, l-artrografija, il-mjelografija, is-sino- jew fistulografija u d-dakrjoċistografija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: iopamidol.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: aġent ta’ kuntrast mhux joniku osmolarment baxx. Kemm l-iohexol kif ukoll l-iopamidol huma aċċettati b’mod ugwali.

Iopamidol

Għan: aġent ta’ kuntrast radjografiku użat għal studju tal-kanal tal-awrina t’isfel, l-artrografija, il-mjelografija, is-sino- jew fistulografija u d-dakrjoċistografija.

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: iohexol.

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: aġent ta’ kuntrast mhux joniku osmolarment baxx użat għal dan. Kemm l-iohexol kif ukoll l-iopamidol huma aċċettati b’mod ugwali.”


13.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 123/2013

tat-12 ta’ Frar 2013

li jemenda għall-186 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Frar 2013 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika waħda mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan,

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01 p. 294)


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

‘Djamel Akkacha (alias (a) Yahia Abou el Hoummam, (b) Yahia Abou el Hammam). Data tat-twelid: 9.5.1978. Post tat-twelid: Rouiba, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: Mali. Informazzjoni oħra Isem il-missier hu Slimane. Isem l-omm hu Akrouf Khadidja. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 5.2.2013.’


13.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 124/2013

tat-12 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

110,0

MA

51,1

TN

58,3

TR

108,8

ZZ

82,1

0707 00 05

EG

200,0

MA

176,1

TR

166,5

ZZ

180,9

0709 91 00

EG

238,2

ZZ

238,2

0709 93 10

MA

50,1

TR

124,8

ZZ

87,5

0805 10 20

EG

53,1

MA

54,4

TN

52,3

TR

61,9

ZZ

55,4

0805 20 10

MA

105,8

ZZ

105,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

129,5

KR

137,0

MA

127,1

TR

75,4

ZZ

117,3

0805 50 10

EG

83,9

MA

60,5

TR

67,8

ZZ

70,7

0808 10 80

CN

99,8

MK

35,4

US

197,3

ZZ

110,8

0808 30 90

AR

150,6

CL

218,0

CN

72,1

TR

176,8

US

140,7

ZA

119,5

ZZ

146,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.