ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.038.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
9 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2013 tas-6 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni għal deroga minn miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2013 tat-8 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza diklażuril ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2013 tat-8 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza eprinomectin ( 1 )

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 117/2013 tat-8 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2013 tat-8 ta' Frar 2013 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mill-4 sal-5 ta' Frar 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Frar 2013

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2013

tas-6 ta’ Novembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni għal deroga minn miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 il-manifatturi ta’ volumi żgħar (minn issa ‘l quddiem “l-applikanti”) jistgħu japplikaw għal miri alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li għandhom ikunu konsistenti mal-potenzjal ta’ tnaqqis tagħhom, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tagħhom, u jqisu l-karatteristiċi tas-suq għat-tipi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda kkonċernati.

(2)

Meta jkun qed jiġi stabbilit il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-applikant, għandu jiġi vvalutat il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku tal-applikant. Għal dak l-għan, l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kif ukoll informazzjoni dwar it-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-vetturi kummerċjali ħfief. L-informazzjoni mitluba tinkludi dejta li diġà hija disponibbli għall-applikant u ma għandhiex tinkludi piż amministrattiv addizzjonali.

(3)

Sabiex l-applikanti jiġu pprovduti b’linja bażi ċara li għandha tintuża biex jiġu stabbiliti l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi, huwa xieraq li tintuża l-iżjed dejta riċenti disponibbli dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fl-2010. Meta din id-dejta ma teżistix, il-mira għandha titqabbel mad-dejta dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja ta’ wara li hija l-eqreb tal-2010.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta lista tal-manifatturi u l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħhom tas-CO2 fl-Unjoni fl-2010. Il-lista ġiet imfassla wara konsultazzjoni formali mal-Istati Membri u l-partijiet interessati prinċipali fil-grupp ta’ esperti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-CO2 minn vetturi tat-triq fid-9 ta’ Lulju 2012.

(5)

Sabiex jitqies l-ammont limitat ta’ prodotti offruti minn xi applikanti u l-ambitu limitat li jirriżulta għad-distribuzzjoni tal-isforz ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 mal-flotta kollha, l-applikanti għandhom jitħallew jagħżlu bejn mira tal-emissjonijiet speċifiċi annwali unika għall-perjodu tad-deroga jew miri differenti kull sena, li jirriżultaw fi tnaqqis mil-linja bażi tal-2010 fi tmiem il-perjodu tad-deroga.

(6)

Skont l-eċċezzjoni għad-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif stipulat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (2) ċerta informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għad-deroga għandha tiġi eżentata mill-aċċess pubbliku fejn id-divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni tista’ timmina l-protezzjoni ta’ interess kummerċjali, b’mod partikolari informazzjoni dwar l-ippjanar tal-prodott tal-applikant, l-ispejjeż mistennija u l-impatti fuq il-profittabbiltà tal-kumpanija. Id-deċiżjonijiet li jagħtu d-derogi se jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq l-Internet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-applikanti għall-fini li jintwera li qed jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal deroga skont-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011:

(1)

“applikant” tfisser manifattur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;

(2)

“karatteristiċi tal-vettura” tfisser il-partikularitajiet tal-vettura, inklużi l-massa, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, l-għadd ta’ sits, il-prestazzjoni tal-magna, il-proporzjon tal-potenza għall-massa u l-ogħla veloċità;

(3)

“karatteristiċi tas-suq” tfisser informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-vettura, u l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief li jikkompetu direttament mal-vetturi li għalihom qed tintalab deroga;

(4)

“faċilità tal-produzzjoni proprja” tfisser impjant tal-manifattura jew tal-immuntar użat biss mill-applikant biex jimmanifattura jew jimmunta vetturi kummerċjali ħfief ġodda esklussivamnet għal dak l-applikant, inklużi, fejn rilevanti, vetturi kummerċjali ħfief maħsuba għall-esportazzjoni;

(5)

“ċentru proprju tad-disinn” tfisser faċilità fejn tiġi ddisinjata u żviluppata l-vettura kollha, u li hija taħt il-kontroll u l-użu esklussiv tal-applikant.

Artikolu 3

Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandha titressaq mill-applikant skont il-format speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u għandha tinkludi l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar kriterji tal-eliġibbiltà

L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà:

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-manifattur jew il-grupp ta’ manifatturi konnessi, flimkien mad-dikjarazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness II;

(b)

l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rregistrati uffiċjalment fl-Unjoni fit-tliet snin kalendarji qabel id-data tal-applikazzjoni li huwa responsabbli għalihom l-applikant, jew meta tali dejta ma tkunx disponibbli, waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

stima, ibbażata fuq dejta verifikabbli, tal-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fil-perjodu msemmi fil-frażi introduttorja li huwa responsabbli għalihom l-applikant;

(ii)

jekk l-ebda vettura kummerċjali ħafifa ma kienet irreġistrata fil-perjodu msemmi fil-frażi introduttorja, l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-aħħar sena kalendarja li għalihom tkun disponibbli tali dejta.

Artikolu 5

Mira ta’ emissjonijiet specifiċi u potenzjal għat-tnaqqis skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

1.   L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tiegħu rreġistrati fl-2010, sakemm l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għal dik is-sena ma jkunux elenkati fl-Anness III. Fejn ma tkunx disponibbli din l-informazzjoni, l-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tiegħu rregistrati fis-sena kalendarja li hija l-eqreb tal-2010.

2.   L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-attivitajiet tiegħu:

(a)

għas-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni, l-għadd ta’ impjegati u d-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f’metri kwadri;

(b)

il-mudell operazzjonali tal-faċilità tal-produzzjoni li jispeċifika liema attivitajiet ta’ disinn u ta’ produzzjoni jitwettqu mill-applikant u liema huma dawk li jiġu esternalizzati;

(c)

fil-każ ta’ impriża konnessa, jekk it-teknoloġija hijiex kondiviża bejn il-manifatturi, u liema attivitajiet huma esternalizzati;

(d)

għal ħames snin kalendarji qabel id-data tal-applikazzjoni, il-volumi ta’ bejgħ, il-fatturat annwali, il-profitt nett, u n-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2, u fil-każ ta’ impriża konnessa, it-trasferimenti netti lejn il-kumpanija prinċipali;

(e)

il-karatteristiċi tas-suq tiegħu;

(f)

il-lista tal-prezzijiet għall-verżjonijiet kollha tal-vetturi kummerċjali ħfief li għandhom ikunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni, u l-lista tal-prezzijiet mistennija għall-vetturi kummerċjali ħfief ppjanati li jiġu varati u li jkunu koperti bid-deroga.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi akkumpanjata minn kontijiet ċċertifikati uffiċjali, jew għandha tkun ċertifikata minn awditur indipendenti.

3.   L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-potenzjal teknoloġiku tiegħu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2:

(a)

il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-vetturi kummerċjali ħfief tiegħu mqiegħda fis-suq fl-2010 jew, meta dik id-dejta ma tkunx disponibbli, għas-sena ta’ wara li hija l-eqreb tal-2010, jew fil-każ tal-manifatturi li jkunu qed jippjanaw li jidħlu fis-suq, għas-sena li fiha tibda tapplika d-deroga;

(b)

il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-vetturi kummerċjali ħfief tiegħu taħt il-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-ispejjeż addizzjonali ta’ dawn it-teknoloġiji għal kull verżjoni ta’ vettura koperta bl-applikazzjoni.

4.   L-applikant għandu, skont il-potenzjal ta’ tnaqqis tiegħu, jipproponi waħda mill-miri li ġejjin:

(a)

mira tal-emissjonijiet speċifiċi li tiżgura li jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 mal-iskadenza tal-perjodu tad-deroga meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

mira ta’ emissjonijiet speċifiċi għal kull sena tal-perjodu tad-deroga li hija determinata b’tali mod li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 matul il-perjodu tad-deroga kollu jitnaqqsu meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 msemmija fil-paragrafu 1.

5.   Il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi jew il-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi annwali proposti mill-applikant għandhom ikunu akkumpanjati minn programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-flotta l-ġdida.

Il-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandu jispeċifika dan li ġej:

(a)

l-iskeda għall-introduzzjoni tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta tal-applikant;

(b)

l-istima tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni kull sena għall-perjodu tad-deroga u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 mistennija u l-massa medja;

(c)

fil-każ tal-miri annwali ta’ emissjonijiet speċifiċi, titjib annwali tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.

6.   Il-konformità tal-applikant mal-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi jew mal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ kull sena għandhom jiġu vvalutati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 kull sena matul il-perjodu ta’ deroga.

Artikolu 6

Valutazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien disa’ xhur mill-wasla uffiċjali ta’ applikazzjoni kompluta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-kundizzjonijiet rilevanti biex tiġi applikata d-deroga għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-applikazzjoni mhijiex kompluta, tista’ tintalab informazzjoni addizzjonali. Jekk l-informazzjoni addizzjonali ma titressaqx fi żmien il-perjodu speċifikat fit-talba, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni.

Fil-każ ta’ rifjut minħabba inkompletezza tal-applikazzjoni jew minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi proposta mhijiex konsistenti mal-potenzjal ta’ tnaqqis tal-applikant, l-applikant jista’ jressaq applikazzjoni kompluta jew riveduta għal deroga.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu f’forma stampata u elettronika. Il-verżjoni stampata għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea “Secretariat General of the European Commission, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België”, immarkata “Deroga skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011”. Il-verżjoni elettronika għandha tintbagħat ukoll fl-indirizz elettroniku funzjonali speċifikat fl-Anness I.

3.   Jekk jinstab li l-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni mhijiex korretta jew eżatta, id-deċiżjoni li tingħata deroga tiġi revokata.

Artikolu 7

Aċċess pubbliku għall-informazzjoni

1.   Applikant li jikkunsidra li l-informazzjoni mressqa fl-applikazzjoni ma għandhiex tiġi divulgata skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jindika dan fl-applikazzjoni u jiġġustifika għaliex id-divulgazzjoni tista’ timmina l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-applikant, inkluża l-proprjetà intelletwali.

2.   L-eċċezzjoni għad-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti stipulata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 titqies li tapplika għat-tipi ta’ informazzjoni li gejjin:

(a)

dettalji tal-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 imsemmi fl-Artikolu 5, u b’mod partikolari d-dettalji li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-portafoll ta’ prodotti tal-applikant;

(b)

l-impatti mistennija tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet tax-xiri ta’ vetturi u l-profittabbiltà tal-kumpanija.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS I

Il-format standard tal-applikazzjoni għal deroga li għandha titressaq mill-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief li jissodisfaw l-kriterji tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Il-verżjoni elettronika tal-applikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz elettroniku li ġej:

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

1.   Isem, indirizz u persuna ta’ kuntatt għall-manifattur jew il-grupp ta’ manifatturi konnessi

Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta’ kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta’ kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt

 

 

 

 

 

2.   Isem, indirizz u persuna ta’ kuntatt tar-rappreżentant tal-manifattur għall-UE (fil-każ biss jekk manifattur huwa stabbilit barra l-UE)

Isem ir-rappreżentant tal-manifattur għall-UE

Indirizz postali

Isem il-persuna ta’ kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta’ kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt

 

 

 

 

 

3.   Kriterji ta’ eliġibbiltà

3.1.   L-applikant jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness II trid tiġi mehmuża)

LE

3.2.   L-applikant jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi iżda jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness II trid tiġi mehmuża; ara l-punt 3.3)

LE (ara l-punti 3.4 u 3.5)

3.3.   L-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni jekk l-applikazzjoni tirreferi għal manifattur li mhuwiex konness jew manifattur konness li jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess:

3.3.1.   Ċifra uffiċjali fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.3.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 3.3.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq dejta verifikabbli

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.3.3.   Meta ċ-ċifri fil-punti 3.3.1 u 3.3.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, iċ-ċifri tal-aħħar sena kalendarja li għaliha hija disponibbli din id-dejta

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.4.   Jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta’ manifatturi konnessi, jekk jogħġbok ipprovdi dan li ġej:

Isem il-manifatturi

Indirizz postali

Isem il-persuna ta’ kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta’ kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt

 

 

 

 

 

3.5.   L-għadd ta’ vetturi kummerċjali ġodda rreġistrati fl-Unjoni ta’ grupp ta’ manifatturi konnessi jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta’ manifatturi konnessi u l-applikant ma jħaddimx il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess:

3.5.1.   Ċifra uffiċjali fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.5.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 3.5.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq dejta verifikabbli

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.5.3.   Meta ċ-ċifri fil-punti 3.5.1 u 3.5.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, iċ-ċifri tal-aħħar sena kalendarja li għaliha hija disponibbli din id-dejta

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

4.   Tul ta’ żmien mitlub tad-deroga

Għadd ta’ snin kalendarji (massimu 5)

 

 

 

5.   Proposta għal mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata bħala l-medja tal-flotta għall-perjodu tad-deroga jew miri separati ta’ emissjonijiet speċifiċi f’każ ta’ tnaqqis kull sena (fi g CO2/km)

Sena

 

 

 

 

 

Mira ta’ emissjonijiet speċifiċi medji (fi g CO2/km)

 

 

 

 

 

6.   Informazzjoni speċifika tal-kumpaniji

6.1.   Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2010 jekk mhux inklużi fl-Anness III (jew jekk mhux disponibbli, fis-sena kalendarja ta’ wara li hija l-eqreb tal-2010)

6.2.   Għadd ta’ impjegati fis-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni

6.3.   Id-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f’metri kwadri fis-sena kalendarja ta’ qabel l-applikazzjoni

6.4.   Il-volumi ta’ bejgħ fil-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Volumi ta’ bejgħ

 

 

 

 

 

6.5.   Il-fatturat annwali fil-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Fatturat

 

 

 

 

 

6.6.   Karatteristiċi tas-suq

L-informazzjoni dwar prodotti ppjanati, li mhumiex disponibbli fis-suq fi żmien l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta fit-taqsima kunfidenzjali ta’ din l-applikazzjoni.

(a)

il-karatteristiċi tal-vettura;

(b)

l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta’ vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni;

(c)

il-lista tal-prezzijiet tal-vetturi li se jkunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni jew fis-sena li hija l-eqreb tad-data tal-applikazzjoni.

6.7.   Deskrizzjoni qasira tal-mudell operazzjonali tal-faċilità tal-produzzjoni

TAQSIMA KUNFIDENZJALI TAL-APPLIKAZZJONI

6.8.   Il-profitt nett fil-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Profitt nett

 

 

 

 

 

6.9.   Nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fuq teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 matul il-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

 

 

 

 

 

6.10.   It-trasferimenti finanzjarji netti lejn il-kumpanija prinċipali f’każ ta’ impriżi konnessi matul il-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Trasferimenti netti

 

 

 

 

 

7.   Dettalji dwar il-karozzi kummerċjali ħfief li se jiġu varati fis-suq tal-Unjoni li se jkun responsabbli għalihom l-applikant

7.1.   Karatteristiċi tas-suq

7.1.1.   Karatteristiċi tal-vettura.

7.1.2.   L-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta’ vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni.

7.1.3.   Il-lista tal-prezzijiet mistennija ta’ vetturi li se jkunu koperti bid-deroga.

8.   Il-potenzjal teknologiku tal-applikant biex inaqqas l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

8.1.   Lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 adottati fil-flotta tal-applikant fl-2010

8.2.   Meta ma tkunx disponibbli l-lista msemmija fil-punt 8.1, tintuża l-lista tas-sena ta’ wara li tkun l-eqreb tal-2010

8.3.   F’każ ta’ applikanti li jippjanaw li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-lista msemmija fil-punt 8.1 għandha tiġi pprovduta għall-ewwel sena tad-deroga

9.   Programm tal-applikant għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

9.1.   L-iskeda għall-adozzjoni tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta

9.2.   Medja tal-flotta mistennija matul il-perjodu ta’ deroga

9.2.1.   Reġistrazzjonijiet tal-Unjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull sena matul il-perjodu ta’ deroga,

9.2.2.   Massa medja mistennija ta’ vetturi li se jiġu varati fis-suq tal-Unjoni, il-potenza tal-magni tagħhom u informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni tal-mogħdija tas-saħħa tal-magna,

9.2.3.   Medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mistennija ta’ vetturi li se jiġu varati fis-suq tal-Unjoni.

9.3.   It-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 li se jiġu adottati fil-flotta tal-applikant taħt il-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

9.4.   L-ispejjeż addizzjonali għal kull verżjoni ta’ vettura tat-teknoloġiji li se jiġu adottati bħala parti mill-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

9.5.   Fil-każ tal-miri annwali, titjib annwali fl-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2


ANNESS II

Format standard tad-dikjarazzjoni li juri l-istruttura tas-sjieda

L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li ma jagħmilx parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta’ [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta’ [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tiegħu iżda li jopera l-faċilitajiet tal-produzzjoni u ċ-ċentru tad-disinn tiegħu stess kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2013. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta’ [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]


ANNESS III

Lista tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2010 għal kull manifattur

Marka

Emissjonijiet medji (g/km)

Citroën

158,96

Dacia

154,13

Fiat

159,99

Ford

202,00

Giotti victoria

167,59

Great wall

190,13

Hyundai

219,73

Isuzu

223,86

Iveco

229,05

Jeep

240,17

Kia

193,29

Land rover

276,93

LDV

234,60

Mazda

247,08

Mercedes

226,29

Mitsubishi

221,87

Mitsubishi fuso

286,83

Nissan

214,11

Opel

183,30

Peugeot

156,84

Piaggio

135,85

Renault

165,47

Renault trucks

250,11

Skoda

136,13

Ssangyong

222,72

Tata

223,00

Toyota

215,41

Vauxhall

162,09

Volkswagen

193,43

Volvo

186,40


9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2013

tat-8 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza diklażuril

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (minn issa ‘l quddiem “MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Id-diklażuril huwa attwalment inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata, għall-ispeċi kollha tar-ruminanti u l-porċina, għall-użu orali biss.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-estensjoni tal-annotazzjoni eżistenti għad-diklażuril biex tinkludi t-tjur.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza attiva farmakoloġikament fl-oġġetti tal-ikel partikolari minflok oġġetti tal-ikel oħra li joriġinaw mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċi oħra. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit MRL għad-diklażuril għat-tiġieġ u l-faġani, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra annimali li minnhom jiġu prodotti bajd għall-konsum mill-bniedem, u l-estrapolazzjoni tal-MRLs għad-diklażuril għat-tiġieġ u l-faġani, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra annimali li minnhom jiġu prodotti bajd għall-konsum mill-bniedem.

(6)

L-annotazzjoni għad-diklażuril fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-MRL għat-tjur.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati sabiex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid li hu stabbilit.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-10 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għad-diklażuril fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 hija mibdula b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Diklażuril

MHUX APPLIKABBLI

Ir-ruminanti kollha, porċini

Mhux meħtieġ l-ebda MRL

MHUX APPLIKABBLI

Għall-użu orali biss.

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Tjur

500  μg/kg

Muskoli

Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu bajd għall-konsum mill-bniedem

Aġenti antiparassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-protożoj”

500  μg/kg

Ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali

1 500  μg/kg

Fwied

1 000  μg/kg

Kliewi


9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 116/2013

tat-8 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza eprinomectin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (minn issa ‘l quddiem “MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

L-Eprinomectin huwa attwalment inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza permessa għall-ispeċijiet tal-bovini, applikabbli għall-muskoli, għax-xaħam, għall-fwied, għall-kliewi u għall-ħalib.

(4)

Kienet ippreżentata applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex tiġi estiża l-entrata eżistenti għall-eprinomectin aplikabbli għall-ispeċi tal-ovina.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza attiva farmakoloġikament fl-oġġetti tal-ikel partikolari minflok oġġetti tal-ikel oħra li joriġinaw mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċi oħra. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit MRL provviżorju għall-eprinomectin għall-ispeċi ovina, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-ħalib, u l-estrapolazzjoni tal-MRLs għall-eprinomectin minn speċi ovini u bovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-ħalib għall-ispeċi kaprini, li jiġi stabbilit MRL provviżorju, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-ħalib.

(6)

Is-CVMP irrakkomanda l-istabbiliment ta’ MRL provviżorju għal speċi ovini u kaprini hekk kif id-dejta xjentifika mhijiex kompluta għall-metodu analitiku propost għall-monitoraġġ tar-residwi fi speċi ovini u kaprini.

(7)

L-annotazzjoni għall-eprinomectin fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għaldaqstant trid tiġi emendata biex tinkludi l-MRLs provviżorji għall-ispeċi bovini u kaprini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-ħalib. L-LMRs provviżorji stabbiliti f’dik it-Tabella għall-ispeċi ovini u kaprini, għandhom jiskadu fl-1 ta’ Lulju 2014.

(8)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati sabiex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-10 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għall-eprinmectin fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Eprinomectin

Eprinomectin B1a

Bovini

50  μg/kg

Il-muskoli

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endo u l-ektoparassiti”

250  μg/kg

Ix-xaħam

1 500  μg/kg

Il-fwied

300  μg/kg

Il-kliewi

20  μg/kg

Il-ħalib

Ovini, kaprini

50  μg/kg

Il-muskoli

L-MRLs stabbiliti għal dawn l-ispeċi tal-annimali huma MRLs provviżorji. Dawn għandhom jiskadu fl-1 ta’ Lulju 2014

250  μg/kg

Ix-xaħam

1 500  μg/kg

Il-fwied

300  μg/kg

Il-kliewi

20  μg/kg

Il-ħalib


9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 117/2013

tat-8 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

45,0

PS

160,8

TN

79,3

TR

114,5

ZZ

99,9

0707 00 05

EG

200,0

TR

166,7

ZZ

183,4

0709 91 00

EG

238,2

ZZ

238,2

0709 93 10

MA

42,1

TR

131,4

ZZ

86,8

0805 10 20

EG

51,6

IL

64,5

MA

54,7

TN

49,1

TR

61,0

ZZ

56,2

0805 20 10

IL

130,2

MA

93,2

ZZ

111,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

94,4

KR

134,2

MA

120,8

TR

80,5

ZZ

107,5

0805 50 10

EG

83,9

TR

70,5

ZZ

77,2

0808 10 80

CN

99,8

MK

26,7

US

148,6

ZZ

91,7

0808 30 90

CN

51,3

TR

158,2

US

140,7

ZA

100,4

ZZ

112,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2013

tat-8 ta' Frar 2013

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mill-4 sal-5 ta' Frar 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Frar 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Frar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fl-4 u il-5 ta' Frar 2013 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 10,639726 %.

Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mill-11 ta’ Frar 2013 huwa sospiż għal Frar 2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Frar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.