ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.037.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 37

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
8 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/77/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 112/2013 tas-7 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2014 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-tiċħid materjali ( 1 )

2

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2013 tas-7 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE tas-7 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ( 1 )

10

 

 

Rettifika

 

*

Addendum

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Frar 2013

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2013/77/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Kap Verde dwar il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-Ftehim ġie inizjalat fl-24 ta’ April 2012.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 112/2013

tas-7 ta’ Frar 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2014 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-tiċħid materjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, li jinkorpora dejta komparabbli u aġġornata, kemm trasversali u lonġitudinali, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u dawk Ewropej.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, jeħtieġ li jiġu implimentati l-miżuri fir-rigward tal-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkluża kull sena fil-komponent trasversali tal-UE-SILC. Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkorporata fil-modulu dwar it-tiċħid materjali, għandha tiġi stabbilita għas-sena 2014, flimkien mal-identifikaturi tal-varjabbli korrispondenti.

(3)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tal-varjabbli għall-modulu tal-2014 dwar it-tiċħid materjali li trid tiġi inkluża fil-komponent trasversali tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC), għandha tkun kif stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unitajiet, il-metodu tal-ġbir tad-dejta u l-perjodu ta’ referenza li ġejjin:

1.   L-Unitajiet

Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x’jaqsmu ma’ tipi differenti ta’ unitajiet:

Il-fatturi varjabbli relatati mal-istress finanzjarju japplikaw fil-livell tal-unità domestika u jirreferu għall-unità domestika kollha kemm hi.

L-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet bażiċi, l-attivitajiet soċjali u ta’ divertiment, l-oġġetti dewwiema u l-mobilità fil-kategorija “oġġetti tal-adulti” għandha tiġi pprovduta għal kull membru attwali li jgħix fl-unità domestika, jew, jekk applikabbli, għal dawk kollha magħżula li jwieġbu u li għandhom 16-il sena u aktar.

L-oġġetti tat-tfal huma kollha relatati mal-membri kollha tal-unità domestika fid-dar li għandhom bejn sena u 15-il sena ħlief iż-żewġ fatturi varjabbli dwar il-ħtiġijiet edukattivi li jikkonċernaw biss lit-tfal li jattendu l-iskola. Il-mistoqsijiet iridu jitwieġbu mill-membru tal-unità domestika li jwieġeb għall-grupp kollu tat-tfal. Jekk mill-inqas wild wieħed ma jkollux l-oġġett ikkonċernat, il-grupp kollu tat-tfal fl-unità domestika jitqies li ma għandux dak l-oġġett.

L-età tirreferi għall-età fi tmiem il-perjodu ta’ referenza għall-introjtu.

2.   Il-metodu tal-ġbir tad-dejta

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li jwieġeb.

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, ma’ kull persuna magħżula biex twieġeb.

Għall-fatturi varjabbli tat-tfal il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li jwieġeb.

Fid-dawl tat-tip ta’ informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bi prokura bħala eċċezzjoni għall-persuni li jkunu temporanjament assenti jew inabilitati).

3.   Il-perjodu ta’ referenza

Il-perjodu ta’ referenza għall-fatturi varjabbli kollha fil-mira huwa s-sitwazzjoni attwali.

4.   It-trażmissjoni tad-dejta

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar l-Unità Domestika (il-fajl H) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il-fajl P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

MODULU DWAR IT-TIĊĦID MATERJALI GĦALL-2014 OQSMA U LISTA TA’ FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

Identifikatur tal-varjabbli

Valuri

Fattur varjabbli fil-mira

Oġġetti tal-unità domestika li japplikaw fil-livell tal-unità domestika

Stress finanzjarju

HD080

 

Bdil ta’ għamara mkagħbra  (*)

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD080_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

Oġġetti personali li japplikaw fil-livell personali (Persuni li għandhom aktar minn 16-il sena)

Ħtiġijiet bażiċi

PD020

 

Bdil ta’ ħwejjeġ imkagħbra ma’ ħwejjeġ ġodda (mhux użati)  (*)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PD030

 

Żewġ pari żraben ta’ daqs tajjeb (inkluż par żarbun għall-istaġuni kollha)  (*)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD030_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Attivitajiet soċjali u ta’ divertiment

PD050

 

Laqgħa mal-ħbieb/familja (qraba) għal xarba/ikla mill-inqas darba f’xahar  (*)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD050_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PD060

 

Sehem regolari f’attività ta’ divertiment  (*)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD060_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PD070

 

Infiq ta’ ammont żgħir ta’ flus kull ġimgħa għalik innifsek  (*)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD070_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Oġġetti dewwiema

PD080

 

Konnessjoni mal-Internet għall-użu personali fid-dar  (*)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD080_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mobilità

PD090

 

Użu regolari tat-trasport pubbliku

1

Iva

2

Le - il-biljett għali wisq

3

Le - it-trasport pubbliku qiegħed ‘il bogħod wisq

4

Le – l-aċċess huwa diffiċli wisq

5

Le - it-trasport privat

6

Le - raġuni oħra

PD090_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Oġġetti tat-tfal li japplikaw fil-livell tal-unità domestika

Ħtiġijiet bażiċi

HD100

 

Xi ħwejjeġ ġodda (mhux ħwejjeġ użati)

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD100_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD110

 

Żewġ pari żraben ta’ daqs tajjeb (inkluż par żarbun għall-istaġuni kollha)

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD110_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD120

 

Frott u ħxejjex darba kuljum

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD120_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD140

 

Ikla waħda bil-laħam, tiġieġ jew ħut (jew ekwivalent veġetarjan) għall-inqas darba kuljum

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD140_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

Ħtiġijiet edukattivi jew ta’divertiment

HD150

 

Kotba d-dar adattati għall-età tagħhom

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD150_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD160

 

Tagħmir ta’divertiment għal barra

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD160_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD170

 

Logħob ta’ ġewwa

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD170_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD180

 

Attività ta’ divertiment regolari

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD180_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD190

 

Ċelebrazzjonijiet f’okkażjonijiet speċjali

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD190_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD200

 

Tistieden minn żmien għal żmien lill-ħbieb biex tilgħab u tiekol magħhom

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD200_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD210

 

Tieħu sehem f’ħarġiet tal-iskola u f’avvenimenti skolastiċi li jiswew il-flus

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD210_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

– 4

Mhux applikabbli (l-ebda wild ma jattendi l-iskola)

HD220

 

Post xieraq għall-istudju jew għax-xogħol skolastiku fid-dar

1

Iva

2

Le

HD220_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

– 4

Mhux applikabbli (l-ebda wild ma jattendi l-iskola)

HD240

 

Tmur għal btala ‘l bogħod mid-dar mill-inqas għal ġimgħa waħda fis-sena

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD240_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)


(*)  Flimkien mat-trażmissjoni obbligatorja għas-sena ta’ referenza 2014, dan il-fattur varjabbli jista’ jiġi kkompilat għas-sena ta’ referenza 2013 fuq bażi volontarja.


8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 113/2013

tas-7 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

44,8

PS

160,8

TN

57,0

TR

121,0

ZZ

95,9

0707 00 05

EG

200,0

TR

166,3

ZZ

183,2

0709 91 00

EG

97,7

ZZ

97,7

0709 93 10

MA

46,3

TR

161,5

ZZ

103,9

0805 10 20

EG

50,6

IL

64,5

MA

63,7

TN

51,3

TR

62,4

ZZ

58,5

0805 20 10

IL

130,2

MA

93,8

ZZ

112,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

118,8

KR

134,7

MA

129,5

TR

73,9

ZZ

114,2

0805 50 10

EG

87,0

TR

70,8

ZZ

78,9

0808 10 80

CN

77,6

MK

25,7

US

148,6

ZZ

84,0

0808 30 90

CN

51,5

TR

158,2

US

137,2

ZA

117,4

ZZ

116,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/10


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/2/UE

tas-7 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE jiddefinixxi “l-imballaġġ” billi jiddeskrivi għadd ta’ kriterji. L-elementi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huma eżempji illustrattivi tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u armonizzazzjoni tal-interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ “imballaġġ”, huwa meħtieġ li tirrevedi u temenda l-lista ta’ eżempji illustrattivi sabiex tikkjarifika l-każijiet addizzjonali fejn il-linja ta’ demarkazzjoni bejn x’inhuwa imballaġġ u x’ma huwiex, għadha mhix ċara. Ir-reviżjoni ssegwi sejħiet mill-Istati Membri u mill-operaturi ekonomiċi sabiex issaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Direttiva u toħloq opportunitajiet indaqs fis-suq intern.

(3)

Id-Direttiva 94/62/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq.

(4)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE ma tax opinjoni dwar [il-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva] u l-Kummissjoni għalhekk issottomettiet lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri u bagħtitha lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill ma aġixxix fi żmien il-perjodu ta’ xahrejn ipprovdut permezz tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2) u għalhekk il-Kummissjoni ressqet il-proposta quddiem il-Parlament Ewropew mingħajr dewmien. Il-Parlament Ewropew ma opponiex il-miżura fi żmien erba’ xhur mit-tressiq imsemmi hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

“ANNESS I

EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (i)

Imballaġġ

 

Kaxxi tal-ħelu

 

Tgeżwira tal-plastik madwar kaxxa ta’ CD

 

Boroż tal-posta għall-katalgi u għar-rivisti (b’rivista ġo fihom).

 

Forom tal-karta għal madwar il-kejkijiet li jinbiegħu bil-kejk magħhom

 

Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta), għajr rollijiet, tubi u ċilindri intenzjonati bħala parts tal-makkinarju tal-produzzjoni u mhux biex jintużaw għall-preżentazzjoni ta’ prodott bħala unità ta’ bejgħ

 

Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

 

Fliexken tal-ħġieġ għas-soluzzjonijiet tal-injezzjonijiet

 

Mgħażel tas-CD (CD spindles) (li jinbiegħu bis-CDs, mhux maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

 

Spallieri (li jinbiegħu bil-ħwejjeġ)

 

Kaxxi tas-sulfarini

 

Sistemi ta’ iżolament sterili (boroż, trejs u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità tal-prodott)

 

Kapsuli tal-magni tax-xarbiet (pereżempju kafè, kawkaw, ħalib) li jitħallew vojta wara l-użu

 

Ċilindri tal-azzar li jistgħu jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta’ gass, minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar

Mhux imballaġġ

 

Qsari maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

 

Kaxxi tal-għodda

 

Boroż tat-tè

 

Saffi tax-xema’ madwar il-ġobon

 

Ġilda taz-zalzett

 

Spallieri (li jinbiegħu separatament)

 

Kapsuli tal-kafè tal-magni tax-xarbiet, boroż tal-fojl tal-kafè, u karta tal-filtru għall-imżiewed tal-kafè li tintrema’ flimkien mal-prodott tal-kafè użat

 

Kartriġis għall-printers

 

Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (li jinbiegħu b’CD, DVD jew vidjo ġo fihom)

 

Mgħażel tas-CD (li jinbiegħu vojta, maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

 

Boroż li jistgħu jinħallu għad-deterġenti

 

Dwal għall-oqbra (kontenituri għax-xemgħat)

 

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li jista’ jerġa’ jimtela, pereżempju mitħna tal-bżar li tista’ terġa’ timtela)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (ii)

Imballaġġ, jekk ikun imfassal u maħsub biex jimtela mal-bejgħ

 

Boroż tal-ġarr tal-karti jew tal-plastik

 

Platti u kikkri għar-rimi wara l-użu

 

Cling film

 

Boroż għas-sandwiċis

 

Fojl tal-aluminju

 

Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ imnaddfin fil-londri

Mhux imballaġġ

 

Oġġett li jħawwad

 

Pożati għar-rimi wara l-użu

 

Karta tat-tgeżwir (li tinbiegħ separatament)

 

Forom tal-karta għas-sajran fil-forn (li jinbiegħu vojta)

 

Forom tal karta għal madwar il-kejkijiet mingħajr il-kejk

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (iii)

Imballaġġ

Tikketti mdendla direttament ma’ prodott jew imwaħħla miegħu

Parti mill-imballaġġ

 

Pinzell tal-maskara li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenitur

 

Tikketti adesivi mwaħħla ma’ oġġett ieħor ta’ imballaġġ

 

Stejpils

 

Koperturi tal-plastik

 

Apparat għall-kejl tad-doża li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenituri tad-deterġenti.

 

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li ma jistax jerġa’ jimtela, li jkun mimli bi prodott, pereżempju mitħna tal-bżar mimlija bil-bżar)

Mhux imballaġġ

Tikketti għall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)”


Rettifika

8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/13


Addendum

Id-Deċiżjoni Nru 3/92 tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni KEE-San Marino għanda tiġi kkunsidrata bħala parti mill-Edizzjoni Speċjali bil-Malti ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (Kapitolu 11, volum 01)

DEĊIŻJONI Nru 3/92 TAL-KUMITAT TA’ KOOPERAZZJONI KEE-SAN MARINO,

tat-22 ta’ Diċembru 1992,

dwar l-arranġamenti għall-provvediment ta’ għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn il-Komunità u San Marino

(93/103/KEE)

IL-KUMITAT TA’ KOOPERAZZJONI

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (8) tiegħu,

Billi l-funzjonament tajjeb tal-Ftehim jeħtieġ kollaborazzjoni mill-viċin bejn l-awtoritajiet tal-Partijiet Kontraenti responsabbli biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet jassistu lil xulxin skont it-termini ta’ dan il-Protokoll.

TITOLU II

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Fit-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

‘leġiżlazzjoni doganali’ tkun id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli fit-territorji tal-Partijiet li jimportaw, jesportaw u jwettqu tranżitu u għat-tqegħid tal-oġġetti taħt xi waħda mill-proċeduri doganali l-oħra, inkluż miżuri relatati ma’ projbizzjoni, restrizzjoni jew sorveljanza;

(b)

‘dazji doganali’ jkunu l-varjetajiet kollha ta’ dazju, imposti, miżati u t-taxxi ċċarġjati u miġbura fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti skont it-termini tal-leġiżlazzjoni doganali, bl-eċċezzjoni tal-miżati u ħlasijiet oħra proporzjonali mal-ispejjeż approssimattivi tas-servizzi mogħtija;

(c)

‘awtorità rikjedenti’ tkun awtorità amministrattiva, adegwatament mogħtija s-setgħa minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, li tissottometti talba għall-assistenza;

(d)

‘awtorità riċevitriċi’ tkun awtorità amministrattiva, adegwatament mogħtija s-setgħa minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, li tirċievi talba għall-assistenza;

(e)

‘ksur’ ikun kwalunkwe ksur jew tentattiv ta’ ksur ta’ din il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti jassistu lil xulxin bil-manjiera u skont il-kundizzjonijiet preskritti f’dan il-Protokoll, biex jiżguraw illi l-leġiżlazzjoni doganali tiġi implimentata korrettament, notevolment permezz tal-prevenzjoni u l-kxif tal-vjolazzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni, u billi jwettqu investigazzjonijiet f’dak ir-rigward.

2.   L-assistenza fi kwistjonijiet konnessi mad-dwana, kif provdut f’dan il-Protokoll, tkun ir-responsabbiltà ta’ kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet Kontraenti li hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Din ma taffettwa ebda dispożizzjonijiet li jirregolaw l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali. Barra minn hekk, ma tapplikax għall-informazzjoni miġbura taħt is-setgħat li l-awtoritajiet jeżerċitaw fuq talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jagħtux il-kunsens tagħhom.

Artikolu 4

Assistenza bi tweġiba għal talba

1.   L-awtorità riċevitriċi tipprovdi lill-awtorità rikjedenti, fuq talba tagħha, bl-informazzjoni kollha li aktarx tgħinha tiżgura li l-leġiżlazzjoni doganali tiġi implimentata b’mod korrett. Dan japplika b’mod partikolari għal informazzjoni dwar operazzjonijiet skoperti jew ippjanati, li jikkostitwixxu jew jidhru li jikkostitwixxu ksur ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

2.   L-awtorità riċevitriċi tinforma lill-awtorità rikjedenti, fuq talba tagħha, jekk il-merkanzija esportata mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti tkun regolarment miġjuba fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, u tagħti dettalji, fejn applikabbli, tal-proċedura doganali li permezz tagħha dawn l-oġġetti jkunu koperti.

3.   Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità riċevitriċi tieħu passi biex tistabbilixxi sorveljanza speċjali ta’:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, f’każijiet fejn ikun hemm raġunijiet biex wieħed jaħseb li jkunu qed jiksru jew ikunu kisru l-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

movimenti ta’ oġġetti li jidhru li huma prodott ta’ vjolazzjonijiet serji potenzjali tal-leġiżlazzjoni doganali;

(c)

mezzi ta’ trasport, f’każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli li jwasslu biex wieħed jaħseb li dawn ġew użati, qed jiġu użati jew jistgħu jintużaw biex tinkiser il-leġiżlazzjoni doganali.

Artikolu 5

Assistenza spontanja

Il-Partijiet Kontraenti jassistu lil xulxin fil-materji li għalihom huma responsabbli fil-każi li fihom huma jikkonsidraw tali azzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, partikolarment jekk jirċievu informazzjoni dwar:

operazzjonijiet li kisru, qegħdin jiksru jew jistgħu jiksru dik il-leġiżlazzjoni u li jistgħu jkunu ta’ interess għal Partijiet Kontraenti oħra;

modi jew mezzi ġodda ta’ kif jitwettqu dawk l-operazzjonijiet;

oġġetti magħrufa li huma konnessi ma’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni doganali li tirregola l-importazzjoni, it-tranżitu jew kull proċedura doganali oħra.

Artikolu 6

Informazzjoni mibgħuta/notifika

Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità riċevitriċi tieħu l-passi kollha meħtieġa, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha:

biex tgħaddi kull dokument, jew

tipprovdu notifika ta’ kwalunkwe deċiżjoni,

li jkunu jaqgħu taħt l-ambitu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll lil destinatarju li huwa residenti jew stabbilit fit-territorju tagħha. F’każi bħal dawn, japplika l-Artikolu 7(3).

Artikolu 7

Forma u kontenut ta’ talbiet għall-assistenza

1.   It-talbiet skont dan il-Protokoll isiru bil-miktub. It-talba tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa sabiex tiġi pprovduta tweġiba. Jekk l-urġenza ta’ sitwazzjoni partikolari tkun titlob dan, it-talba tista’ ssir verbalment, iżda din trid tiġi kkonfermata bil-miktub minnufih.

2.   Talbiet li jsiru skont it-termini tal-paragrafu 1 ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja:

(a)

dettalji tal-awtorità rikjedenti li tissottometti l-applikazzjoni;

(b)

il-miżura mitluba;

(c)

ir-raġunijiet għat-talba u l-għan tagħha;

(d)

il-leġiżlazzjoni, regoli u dokumenti legali oħra rilevanti;

(e)

dettalji tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom tkun relatata investigazzjoni, f’forma kemm jista’ jkun sħiħa u preċiża;

(f)

sommarju tal-fatti pertinenti, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

3.   It-talbiet jitfasslu b’waħda mill-ilsna uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jew b’lingwa adatta għal dik l-awtorità.

4.   Jekk talba ma tkunx konformi mar-rekwiżiti formali, tista’ ssir sejħa sabiex din tiġi kkoreġuta jew issirilha żieda. Madankollu, jistgħu jiġu ordnati miżuri ta’ prekawzjoni.

Artikolu 8

Tweġibiet għat-talbiet

1.   Bi tweġiba għal talba għal assistenza, l-awtorità riċevitriċi, jew, f’każijiet fejn dik l-Awtorità ma tistax taġixxi weħidha, id-dipartiment amministrattiv li għalih l-awtorità tkun irreferiet it-talba, iforni l-informazzjoni li tkun diġà għad-dispożizzjoni tiegħu u jwettaq jew jikkummisjona inkjesti xierqa bħallikieku qiegħed jaġixxi f’isimu stess jew f’isem awtorità oħra tal-istess Parti Kontraenti.

2.   It-talbiet għall-għajnuna jiġu mwieġba skont il-liġijiet, ir-regoli jew l-istrumenti legali l-oħra tal-Parti Kontrattanti riċevitriċi.

3.   Bi ftehim bejn Parti Kontraenti u Parti Kontraenti oħra kkonċernata, u bil-mod stabbilit minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati kif dovut mit-tieni Parti Kontraenti jistgħu jiġbru fl-uffiċċji tal-awtorità riċevitriċi, jew awtorità oħra taħt ir-responsabbiltà tagħha, informazzjoni dwar ksur tal-leġiżlazzjoni doganali li hija meħtieġa mill-awtorità rikjedenti għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll.

4.   L-uffiċjali ta’ Parti Kontraenti waħda, bi ftehim mal-Parti Kontraenti l-oħra, jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti mwettqa fit-territorju ta’ din tal-aħħar.

Artikolu 9

Informazzjoni mibgħuta

1.   L-awtorità riċevitriċi tibgħat ir-riżultati tal-inkjesti lill-awtorità rikjedenti fil-forma ta’ dokumenti, kopji awtentikati ta’ dokumenti, rapporti u materjal ieħor miktub simili.

2.   Il-materjal deskritt fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sostitwit minn tagħrif kompjuterizzat prodott f’kull għamla għall-istess skop.

Artikolu 10

Derogi mill-obbligu li tiġi provduta għajnuna

1.   Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw l-assistenza taħt dan il-Protokoll jekk din l-assistenza:

(a)

x ‘aktarx tkun tagħmel ħsara lis-sovranità, l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi vitali oħra;

(b)

tkun tinvoka regola jew regolament dwar it-taxxi jew skambju li mhux parti mir-regoli u regolamenti li jikkonċernaw id-dazji doganali;

(c)

jew tkun tinvolvi vjolazzjoni ta’ sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2.   Jekk l-awtorità rikjedenti titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni li hija nfisha ma tkunx f’pożizzjoni li tforni jekk tiġi mitluba, tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Hija mbagħad ir-responsabbiltà tal-awtorità riċevitriċi biex tiddeċiedi kif tirrispondi għal dik it-talba.

3.   Jekk l-assistenza tkun miċħuda, l-awtorità rikjedenti trid tiġi infurmata immedjatament bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 11

Salvagwardjar tas-segretezza

1.   L-informazzjoni kkomunikata skont dan il-Protokoll fi kwalunkwe forma, tkun kunfidenzjali. Hija tkun koperta b’kunfidenzjalità professjonali u tgawdi l-protezzjoni li hemm provduta fil-liġijiet fis-seħħ fit-territorju tal-Parti Kontraenti li tirċievi l-informazzjoni u l-protezzjoni tar-regoli korrispondenti li japplikaw għall-korpi tal-Komunità.

2.   Id-dejta personali ma tiġix mgħoddija f’każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-forniment ta’ tali informazzjoni jkun jippreżenta kunflitt mal-prinċipji legali fundamentali ta’ waħda mill-Partijiet, speċjalment jekk l-individwu inkwistjoni jsofri ħsara mhux ġustifikata bħala riżultat. Jekk hekk mitluba, il-Parti li tirċievi l-informazzjoni tipprovdi lill-parti li tipprovdi.informazzjoni bid-dettalji tal-użu li jsir minnha u r-riżultati miksuba.

3.   Id-dejta personali tista’ tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet amministrattivi, u f’każijiet fejn tkun meħtieġa għal proċedimenti legali, lill-ministeru tal-ġustizzja nazzjonali u lill-awtoritajiet ġudizzjarji. Ebda individwu jew awtorità oħra ma jistgħu jiġbru tali l-informazzjoni mingħajr permess minn qabel mingħand l-awtorità li tforni dik l-informazzjoni.

4.   Il-Parti li tipprovdi l-informazzjoni tivverifika l-eżattezza tagħha. Jekk isir evidenti li l-informazzjoni pprovduta mhix eżatta jew għandha tinqered, il-Parti riċevitriċi tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien, u tkun mistennija tikkoreġi jew teqred l-informazzjoni.

5.   L-individwu inkwistjoni jista’ jitlob informazzjoni dwar id-dejta miżmuma u r-raġuni li għalihom tkun ġiet miżmuma. Dan mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn l-interess pubbliku jkun kunsiderazzjoni prevalenti.

Artikolu 12

L-użu tal-informazzjoni

1.   L-informazzjoni miġbura trid tintuża biss għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Tista’ tintuża mill-Partijiet Kontraenti għal għanijiet oħra biss b’permess minn qabel bil-miktub mill-awtorità amministrattiva li tforni l-informazzjoni, u barra minn hekk tkun suġġetta għar-restrizzjonijiet imposti minn dik l-awtorità. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal informazzjoni dwar reati konnessi ma’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi; informazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tiġi mgħoddija lill-awtoritajiet li huma involuti direttament fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, fil-limiti tal-Artikolu 3.

2.   It-termini tal-paragrafu 1 ma jipprekludux l-użu tal-informazzjoni fi proċeduri legali jew amministrattivi istitwiti sussegwentement fir-rigward ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

3.   L-informazzjoni miġbura u d-dokumenti konsultati skont it-termini ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu kkwotati bħala prova f’dikjarazzjonijiet tal-Parti Kontraenti, f’rapporti u xhieda u matul il-proċedimenti legali u matul il-proċeduri.

Artikolu 13

Esperti u xhieda

Aġent tal-awtorità riċevitriċi jista’ jingħata permess, fil-limiti tal-awtorizzazzjoni li jkun irċieva, li jidher bħala espert jew xhud fi proċeduri legali jew amministrattivi istitwiti fi ħdan l-oqsma koperti minn dan il-Protokoll, fil-ġurisdizzjoni ta’ Parti Kontraenti oħra, u biex jipproduċi oġġetti u dokumenti jew kopji attestati tad-dokumenti meħtieġa għal dawk il-proċedimenti. It-taħrika trid tipprovdi dettalji ċari tal-każ ikkonċernat u trid tiddikjara dwar liema konnessjoni u fuq liema kapaċità jkun se jiġi interrogat l-aġent.

Artikolu 14

L-ispiża tal-assistenza

Ebda Parti Kontraenti ma tissottometti xi talba għal rifużjonijiet ta’ spejjeż imġarrba bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, ħlief, fejn xieraq, għal tariffi mħallsa lil esperti u xhieda u interpreti u tradutturi mhux konnessi mal-awtoritajiet.

Artikolu 15

Implimentazzjoni

1.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tar-Repubblika ta’ San Marino u tad-dipartimenti adatti tal-Kummissjoni. Huma jiddeċiedu dwar il-passi prattiċi kollha meħtieġa f ‘dan ir-rigward, filwaqt li jitqiesu r-regoli attwali tal-protezzjoni tad-dejta. Huma jistgħu jipproponu lill-korpi rilevanti t-tibdiliet għal dan Protokoll li jqisu meħtieġa.

2.   Il-Partijiet Kontraenti jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement jinnotifikaw lil xulxin dwar ir-regoli implimentattivi, li jiġu adottati skont il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Komplimentarjetà

1.   Dan il-Protokoll jissupplimenta u ma jwaqqafx milli sseħħ l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ għajnuna attwali jew potenzali bejn wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità jew aktar u San Marino. Bl-istess mod, ma jagħmel xejn li jipprevjeni l-għajnuna reċiproka ta’ ambitu usa’ li tiġi pprovduta taħt dawk il-ftehimiet.

2.   Mingħajr preġudizzju għat-termini tal-Artikolu 12, il-ftehimiet ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-mogħdija bejn id-dipartimenti xierqa tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ kull informazzjoni relatata mad-dwana li x’aktarx tkun ta’ interess għall-Komunità.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 1992.

Għall-Kumitat ta’ Kooperazzjoni

Il-President

Pietro GIACOMINI