ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.035.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
6 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2013 tal-5 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi għall-melamina f’ikel fil-laned għall-annimali domestiċi ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 108/2013 tal-5 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/75/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2013 li taħtar membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

5

 

 

2013/76/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2013) 435)  ( 1 )

6

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 107/2013

tal-5 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi għall-melamina f’ikel fil-laned għall-annimali domestiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit.

(2)

Ġie pprovdut tagħrif li l-melamina tintuża fil-kisi ta’ laned li fihom ikel għall-annimali domestiċi u li tista’ titħallat ma’ dan l-ikel għall-annimali domestiċi. Il-bottijiet bl-istess kisi jintużaw għal ikel fil-laned u skont opinjoni xjentifika dwar il-melamina fl-ikel u l-għalf tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (2), limitu ta’ migrazzjoni speċifika (LMS) ta’ 2,5 mg/kg għal ikel fil-laned bħala tali ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt mal-ikel (3) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1282/2011 (4).

(3)

Il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius stabbiliet il-livelli massimi għall-melamina fl-għalf u l-ikel (5) li għandhom japplikaw għall-għalf kif jinbiegħ, filwaqt li l-livelli massimi stabbiliti fid-Direttiva 2002/32/KE jikkonċernaw għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.

(4)

Informazzjoni pprovduta dan l-aħħar uriet li l-melamina tista’ temigra fl-ikel niedi għall-annimali domestiċi mill-kisi tal-landa f’livell ogħla minn 2,5 mg/kg relattivament ma’ għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % iżda taħt l-LMS ta’ 2,5 mg/kg fl-ikel niedi għall-annimali domestiċi. Fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku, huwa xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu ta’ 2,5 mg/kg għall-melamina għall-ikel niedi fil-laned għall-annimali domestiċi fuq bażi ta’ kif jinbiegħ u dan skont dak li hu previst għal ikel fil-laned.

(5)

Għalhekk, id-Direttiva 2002/32/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) u Bord tal-EFSA dwar il-Materjali ta’ Kuntatt mal-Ikel, Enżimi, Ħwawar u Għajnuniet għall-Ipproċessar (CEF); Opinjoni Xjentifika dwar il-Melamina fl-Ikel u l-Għalf. Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(4):1573. [145 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1573. Jinsab onlajn: http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/1573.pdf.

(3)   ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.

(4)   ĠU L 328, 10.12.2011, p. 22.

(5)  Report on the Thirty-Third Session of the Joint FAO/WHO Food Standards Programme, Codex Alimentarius Commission, Ġinevra, l-Isvizzera, 5-9 ta’ Lulju 2010 (ALINORM 10/33/REP).


ANNESS

Ir-ringiela sebgħa tat-Taqsima I tal-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Kontenut massimu f’mg/kg (ppm) relattivament ma’ għalf b’kontenut niedi ta’ 12 %

“7.

Melamina (9)

Għalf

2,5

ħlief:

 

ikel fil-laned għall-annimali domestiċi

2,5  (*1)

l-addittivi tal-għalf li ġejjin:

 

- -

l-aċidu aċetiku gwanidino (GAA);

- -

urea;

- -

bjuret.


(*1)  Il-livell massimu huwa applikabbli għal ikel fil-laned għall-annimali domestiċi kif jinbiegħ.”


6.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 108/2013

tal-5 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

44,9

PS

160,8

TN

79,0

TR

112,8

ZZ

99,4

0707 00 05

MA

124,7

TR

169,8

ZZ

147,3

0709 91 00

EG

97,7

ZZ

97,7

0709 93 10

MA

50,2

TR

152,9

ZZ

101,6

0805 10 20

EG

53,9

IL

64,5

MA

58,7

TN

51,9

TR

63,5

ZZ

58,5

0805 20 10

IL

130,2

MA

93,0

ZZ

111,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

123,5

KR

134,4

MA

120,1

TR

67,4

ZZ

111,4

0805 50 10

TR

70,4

ZZ

70,4

0808 10 80

AR

86,6

CN

99,8

MK

25,7

US

178,2

ZZ

97,6

0808 30 90

CN

53,8

TR

158,2

US

140,7

ZA

111,7

ZZ

116,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Frar 2013

li taħtar membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/75/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Martin MERRILD, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Erik FLYVHOLM, Borgmester i Lemvig Kommune.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


6.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Frar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 435)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/76/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-programmi annwali ta’ monitoraġġ għall-Istati Membri li jkunu wrew li sar titjib fil-qagħda epidemjoloġika tagħhom, skont ċerti kriterji, jistgħu jiġu riveduti.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (2), kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/358/UE (3) jelenka 25 Stat Membru awtorizzati jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom skont l-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-UE-25).

(3)

Rigward il-monitoraġġ ta’ annimali bovini soġġetti għal qatla normali għall-konsum mill-bniedem, l-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2009/719/KE jipprevedi li għall-BSE, l-UE-25 għandhom jittestjaw l-annimali bovini kollha b’aktar minn 72 xahar, billi l-Artikolu 2(3) jipprovdi li mill-1 ta’ Jannar 2013 l-UE-25 jistgħu jiddeċiedu li jittestjaw biss kampjun annwali minimu ta’ bhejjem b’saħħithom maqtula li għandhom aktar minn 72 xahar.

(4)

Fit-8 ta’ Ottubru 2012 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) approvat rapport ta’ assistenza xjentifika u teknika dwar id-daqs minimu tal-kampjun li jrid jiġi ttestjat jekk tkun awtorizzata sistema annwali għall-ittestjar statistiku tal-BSE tal-bhejjem b’saħħithom maqtula (4).

(5)

L-EFSA, fir-rapport tagħha kkonkludiet li, skont l-estimi minn mudell żviluppat biex iwieġeb għall-mandat tal-Kummissjoni (il-mudell C-TSEMM), l-ebda annimal b’saħħtu maqtul ma għandu bżonn jiġi ttestjat sabiex is-sistema attwali ta’ sorveljanza tas-sottopopolazzjonijiet f’riskju (bhejjem mejta, qtil aċċidentali u suspetti kliniċi) tilħaq, fil-grupp tal-UE-25 meqjus b’mod sħiħ, prevalenza prevista ta’ każ wieħed traċċabbli f’100 000 bhima adulta b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %, l-istandard internazzjonali stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dwar il-prestazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-BSE. Jekk ma jkun ġie ttestjat l-ebda annimal b’saħħtu maqtul fl-2011, is-sistema ta’ sorveljanza xorta tkun żgurat prevalenza prevista ta’ każ wieħed għal kull 5 355 627 fil-popolazzjoni adulta tal-UE-25 b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

(6)

Jekk titqies ix-xejra ta’ tnaqqis tal-BSE fl-Unjoni Ewropea, l-EFSA tistma li fl-UE-25, is-sistema ta’ sorveljanza bbażata biss fuq l-ittestjar ta’ sottopopolazzjonijiet f’riskju faċilment tilħaq l-istandard internazzjonali dwar ir-rendiment tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-BSE, u jekk jitqies il-fatt li mhu meħtieġ l-ebda ttestjar ta’ annimali b’saħħtu maqtula biex jintlaħaq l-istandard internazzjonali stabbilit mill-OIE għall-monitoraġġ tal-BSE, diment li jiġu ttestjati annimali mit-tliet sottopopolazzjonijiet f’riskju, l-ittestjar ta’ bhejjem b’saħħithom maqtula jista’ jitwaqqaf fl-UE-25. Id-dispożizzjonijiet għal sistema ta’ sorveljanza ta’ bhejjem b’saħħithom maqtula fl-UE-25 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/719/KE jinbidel b’dan li ġej:

“3.   B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, mill-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jiddeċiedu li ma jittestjawx l-annimali fis-sottopopolazzjoni msemmija f’dan il-punt.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)   ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35.

(3)   ĠU L 161, 21.6.2011, p. 29.

(4)   The EFSA Journal 2012; 10(10):2913.