ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.034.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 101/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
dwar l-użu tal-aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ fuq karkassi bovini
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) jistipula regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, fejn b’mod partikolari jitqies il-prinċipju dwar l-implimentazzjoni ġenerali ta’ proċeduri bbażati fuq l-analiżi tal-periklu u l-punt kritiku ta’ kontroll (HACCP). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Huwa jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel ma għandhom jużaw l-ebda sustanza għajr ilma tax-xorb biex ineħħu l-kontaminazzjoni tal-wiċċ mill-prodotti li joriġinaw mill-annimali, sakemm l-użu tas-sustanza ma jkunx ġie approvat skont dak ir-Regolament. |
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti tal-ikel (3) jistabbilixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Huwa jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jiżguraw li l-oġġetti tal-ikel jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji mikrobijoloġiċi. |
(4) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-użu ta’ aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-wiċċ ta’ karkassi u laħam ta’ annimali bovini. |
(5) |
Fis-26 ta’ Lulju 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza u l-effikaċja tal-aċidu lattiku għat-tneħħija tal-kontaminazzjoni mikrobika tal-wiċċ minn karkassi, qatgħat u trufijiet taċ-ċanga (4). |
(6) |
Fl-Opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet li t-trattamenti permezz tal-aċidu lattiku għad-dekontaminazzjoni ma huma tal-ebda tħassib għas-sikurezza, sakemm is-sustanza użata tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni għall-addittivi tal-ikel. Barra minn hekk, l-EFSA tikkonkludi li trattamenti bl-aċidu lattiku jipprovdu tnaqqis sinifikanti tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika meta mqabbla ma’ nuqqas ta’ trattament jew trattament bl-ilma tax-xorb u li huwa improbabbli li trattamenti bħal dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ reżistenza mikrobika. |
(7) |
L-EFSA tirrakkomanda li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jivvalidaw l-effikaċja antimikrobika ta’ trattamenti bħal dawn skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom għall-ipproċessar u jivverifikaw il-konċentrazzjoni tal-aċidu lattiku, it-temperatura tal-applikazzjoni u fatturi oħra li jaffettwaw l-effikaċja tiegħu bħala aġent tad-dekontaminazzjoni. L-Opinjoni tal-EFSA kkonkludiet ukoll li ma hemm l-ebda implikazzjoni negattiva fuq l-ambjent li tirriżulta minn dan l-użu tal-aċidu lattiku. |
(8) |
Skont l-Opinjoni tal-EFSA, l-ammont residwu assorbit mil-laħam taċ-ċanga wara trattament bl-aċidu lattiku mhux se jkun aktar minn 190 mg/kg. Dan l-ammont huwa kkunsidrat bħala residwu meta mqabbel mal-ammont attiv meħtieġ għall-fini tat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni mikrobika tal-wiċċ. Barra minn hekk, dan ma għandu l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott finali. Ukoll, l-ammont residwu ta’ aċidu lattiku użat biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobika tal-wiċċ huwa negliġibbli meta mqabbel mal-ammont ta’ aċidu lattiku preżenti b’mod naturali fil-laħam taċ-ċanga u dan ma huwa tal-ebda tħassib fir-rigward tas-sikurezza. F’ċerti preparazzjonijiet tal-laħam, l-imlieħ tal-aċidu lattiku huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel għall-fini ta’ preservazzjoni. Għal dan il-għan, ġeneralment jintużaw livelli ta’ 20 000 mg/kg. Għalhekk, l-użu tal-aċidu lattiku għall-fini tat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni mikrobika tal-wiċċ huwa distint b’mod ċar mill-użu tiegħu bħala addittiv tal-ikel. |
(9) |
Fid-dawl tal-Opinjoni tal-EFSA, meta jitqies li l-aċidu lattiku jista’ joffri tnaqqis sinifikanti fil-kontaminazzjoni mikrobijoloġika possibbli, huwa xieraq li l-użu tiegħu biex titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-wiċċ ikun approvat. Dan l-użu għandu, madankollu, ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. L-użu tiegħu għandu jkun limitat għall-użu fuq karkassi jew nofs karkassi jew kwarti fil-livell tal-biċċerija u għandu jiġi integrat fi prattiki ta’ iġjene tajbin u sistemi bbażati fuq l-HACCP. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal addittivi tal-ikel li jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-oriġini, il-kriterji ta’ purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra. |
(11) |
Skont l-Opinjoni tal-EFSA, l-aċidu lattiku użat biex titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-wiċċ f’karkassi bovini għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-aċidu lattiku stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, fejn l-aċidu lattiku huwa użat biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ skont dan ir-Regolament, huwa xieraq li dan l-aċidu lattiku jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
(12) |
L-użu tal-aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ fuq karkassi bovini jew nofs karkassi jew kwarti ma għandux jaffettwa l-obbligi tal-operatur tan-negozju tal-ikel li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iġjene fl-ikel, kif stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 2073/2005 u ma għandu bl-ebda mod jitqies bħala sostituzzjoni għal prattiki iġjeniċi tajbin waqt il-qatla u fil-proċeduri tal-operat jew bħala alternattiva għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk ir-Regolamenti. |
(13) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Għalhekk il-Kummissjoni ressqet quddiem il-Kunsill proposta dwar din il-miżura u fl-istess żmien bagħtitha lill-Parlament Ewropew. |
(14) |
Fid-dawl tal-fatt li l-Kunsill ma ħax azzjoni u l-Parlament Ewropew ma opponiex il-miżura fi żmien il-perjodi applikabbli, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jużaw l-aċidu lattiku biex inaqqsu l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ fuq karkassi bovini jew nofs karkassi jew kwarti fil-livell tal-biċċerija f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(4) The EFSA Journal 2011; 9(7):2317.
ANNESS
PARTI I
Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ ta’ karkassi bovini jew nofs karkassi jew kwarti fil-livell tal-biċċerija
1. |
Is-soluzzjonijiet tal-aċidu lattiku għandhom jiġu ppreparati biss minn aċidu lattiku li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
2. |
Is-soluzzjonijiet ta’ aċidu lattiku jridu:
|
3. |
Is-soluzzjonijiet tal-aċidu lattiku ma għandhomx jiġu applikati fuq karkassi b’kontaminazzjoni fekali viżibbli. |
4. |
L-applikazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-aċidu lattiku ma għandhom jirriżultaw fl-ebda modifika fiżika irriversibbli tal-laħam. |
PARTI II
Il-kriterji minimi tal-HACCP u l-parametri ta’ kontroll
1. |
It-teħid tal-kampjuni ta’ karkassi għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jsir qabel l-applikazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-aċidu lattiku fuq il-karkassi jew in-nofs karkassi jew il-kwarti. |
2. |
Il-konċentrazzjoni tal-aċidu lattiku matul it-trattament trid tkun, bħala parti mill-pjan tal-HACCP, ivverifikata b’monitoraġġ perjodiku, iddokumentat u rreġistrat. |
3. |
It-temperatura tas-soluzzjoni tal-aċidu lattiku matul it-trattament trid, bħala parti mill-pjan tal-HACCP, tkun issorveljata kontinwament permezz ta’ kejl bl-istrumenti, iddokumentata u rreġistrata. |
PARTI III
Informazzjoni dwar it-trattament
L-operaturi tan-negozji tal-ikel li joperaw biċċeriji li fihom jintużaw soluzzjonijiet tal-aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ ta’ karkassi sħaħ jew nofs karkassi jew kwarti għandhom jinformaw lill-operatur tan-negozju tal-ikel li jirċievi l-karkassi jew in-nofs karkassi jew il-kwarti ttrattati dwar dan l-użu. Din l-informazzjoni għandha tiġi ddokumentata.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 102/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Istati Uniti fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni ta’ annimali ungulati ħajjin fl-Unjoni, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” u l-protokolli għall-ittestjar għall-istomatite vesikulari
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), l-Artikolu 9(d), u l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu fl-Unjoni ta’ ċerti annimali ungulati ħajjin. Hija tistipula li dispożizzjonijiet speċifiċi, inklużi mudelli ta’ ċertifikati veterinarji, jistgħu jiġu stabbiliti għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ungulati ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tiegħu minn pajjiżi terzi awtorizzati. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistipula, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali bid-difer mifruq ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2004/68/KE. L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni. Dan jipprovdi wkoll mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw dawk il-kunsinni. |
(3) |
Bħalissa, l-ungulati jistgħu jiġu importati biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew fil-każ ta’ partijiet reġjonalizzati ta’ pajjiżi terzi, li huma ħielsa mill-istomatite vesikulari għal mill-inqas sitt xhur qabel id-dispaċċ tal-annimali. |
(4) |
L-Istati Uniti talbu li jkunu awtorizzati għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni. |
(5) |
Tifqigħat tal-istomatite vesikulari ġew notifikati mill-Istati Uniti. Madankollu, dawn it-tifqigħat huma sporadiċi u limitati għal ċerti żoni. Ir-riskju tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-istomatite vesikulari permezz tal-importazzjoni ta’ ħnieżer ħajjin minn dak il-pajjiż terz huwa negliġibbli, jekk il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma deskritti fil-Kapitolu 8.15.6. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) jiġu applikati, li jinkludu l-kwarantina tal-ħnieżer matul iż-żmien ta’ residenza ta’ qabel l-esportazzjoni fi stabbilimenti ħielsa mill-marda, il-protezzjoni ta’ vettur matul il-kwarantina ta’ qabel l-esportazzjoni u t-trasport għall-post tat-tagħbija u l-ittestjar tal-annimali kollha li jiġu esportati. |
(6) |
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex iżżid l-Istati Uniti mal-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn kunsinni ta’ annimali ungulati ħajjin jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni li jindikaw il-garanziji xierqa fir-rigward tal-ittestjar għall-istomatite vesikulari. L-implimentazzjoni ta’ dawk il-garanziji għandhom jiġu kkonfermati fiċ-ċertifikat veterinarju għall-ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni li jakkumpanja l-annimali fiż-żmien tal-introduzzjoni fl-Unjoni. |
(7) |
Iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ annimali porċini domestiċi ħajjin, “POR-X”, stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, għandu għalhekk jiġi emendat kif inhu xieraq biex ikunu introdotti l-kondizzjonijiet għar-residenza u l-kwarantina ta’ qabel l-esportazzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti tat-test tal-laboratorju. |
(8) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li fejn it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar ikunu meħtieġa permezz ta’ ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, dawn għandhom isiru skont il-protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u proċeduri għall-ittestjar stabbilit fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness. Huwa għalhekk meħtieġ illi tiġi emendata l-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex jiżdiedu l-protokoll rilevanti u l-proċedura tal-ittestjar tal-istomatite vesikulari. It-test għandu jitwettaq u jiġi interpretat skont il-protokolli għat-testijiet seroloġiċi għall-istomatite vesikulari stipulata għall-kummerċ internazzjonali fil-Kapitolu 2.1.19 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1, tiżdied l-entrata li ġejja għall-Istati Uniti:
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fil-Parti 6, jiżdied il-punt li ġej: “ It-test tan-newtralizzazzjoni tal-vajrus (VN) għandu jsir skont il-protokolli għall-ittestjar għall-istomatite vesikulari stabbiliti fil-Kapitolu 2.1.19 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE. Is-sera li tipprevjeni l-effett ċitopatiku (CPE) b’dilwiz’zjonijiet ta’ 1 fi 32 jew aktar għandha tiġi kkunsidrata li fiha l-antikorpi għall-vajrus tal-istomatite vesikulari tal-ħnieżer.” |
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 786/2007 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-prepazzjoni tal-endo-1,4-beta-mannanażi KE 3.2.1.78 (Hemicell)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
ChemGen Corp. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla f’isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2007 (2) rigward l-awtorizzazzjoni għal 10 snin ta’ tħejjija tal-endo-1,4-beta-mannanażi KE 3.2.1.78 (Hemicell) li hija parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. |
(2) |
L-applikant iddikjara li b’effett mill-10 ta’ Frar 2012, ChemGen Corp. ħaditha Eli Lilly and Company Ltd. li issa hija s-sid tad-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan l-addittiv. L-applikant ressaq dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu. |
(3) |
Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni. |
(4) |
Sabiex Eli Lilly and Company Ltd. tkun tista’ tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 786/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda li dan ir-Regolament għamel lir-Regolament (KE) Nru 786/2007, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 786/2007 il-kelmiet “ChemGen Corp., irrappreżentata minn Disproquima S.L.” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.
Artikolu 2
Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 104/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi li r-regoli ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jistgħu jippermettu l-użu ta’ tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) u ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) għall-iskrinjar ta’ persuni (ta’ passiġġieri u ta’ persuni oħra barra l-passiġġieri). |
(2) |
L-esperjenza wriet li tfittxija bl-idejn ta’ passiġġieri u persuni għajr il-passiġġieri ma tkunx dejjem l-aktar mod effiċjenti ta’ skrinjar ta’ ċerti partijiet tal-persuna, b’mod partikolari meta dawk il-partijiet ma jkunux faċilment aċċessibbli bħal ċerti lbies għar-ras, forom tal-ġibs jew proteżi. |
(3) |
F’każijiet bħal dawn il-provi wrew l-effikaċja tal-użu flimkien tal-ETD u l-HHMD. Barra minn hekk, l-użu tal-ETD u l-HHMD jista’ jħaffef il-proċess ta’ skrinjar u jkun esperjenzat bħala mezz inqas intrużiv ta’ skrinjar minn tfittxija bl-idejn, u b’hekk jikkostitwixxi titjib fl-esperjenza tal-persuni skrinjati. |
(4) |
Għalhekk huwa utli u ġġustifikat li jkunu permessi dawn il-metodi għall-iskrinjar ta’ dawk il-partijiet tal-persuna fejn tfittxija bl-idejn titqies ineffiċjenti u/jew mhux mixtieqa bħal ċerti lbies għar-ras, forom tal-ġibs jew proteżi. |
(5) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dinjità tal-bniedem, il-libertà tar-reliġjon, in-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, u d-dritt għal-libertà u għas-sigurtà. Safejn dan jillimita dawk id-drittijiet u l-prinċipji, din il-limitazzjoni hija magħmula ġenwinament biex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali u tal-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, filwaqt li tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 (3) għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-ittra (f) għandha tiżdied mal-punt 1.3.1.1 kif ġej:
|
2. |
Il-punt 1.3.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
3. |
L-ittra (e) għandha tiżdied mal-punt 4.1.1.2 kif ġej:
|
4. |
Jiżdied il-punt ġdid 4.1.1.11 bil-kliem li ġej:
|
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 105/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Taminco N.V. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla f’isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 (2) rigward l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina, li huwa parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. |
(2) |
L-applikant iddikjara li huwa bidel il-forma legali tiegħu f’kumpanija privata b’responsabbiltà limitata b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2012. L-applikant ressaq dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu. |
(3) |
Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni. |
(4) |
Sabiex l-applikant ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tiegħu tal-kummerċjalizzazzjoni taħt l-isem ta’ Taminco BVBA, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni. |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda li dan ir-Regolament għamel lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 il-kelmiet “Taminco N.V.” jinbidlu bil-kelmiet “Taminco BVBA”.
Artikolu 2
Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 106/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
47,6 |
PS |
160,8 |
|
TN |
74,1 |
|
TR |
116,6 |
|
ZZ |
99,8 |
|
0707 00 05 |
MA |
124,7 |
TR |
170,3 |
|
ZZ |
147,5 |
|
0709 91 00 |
EG |
113,1 |
ZZ |
113,1 |
|
0709 93 10 |
MA |
52,7 |
TR |
157,3 |
|
ZZ |
105,0 |
|
0805 10 20 |
EG |
52,3 |
IL |
64,5 |
|
MA |
64,2 |
|
TN |
46,0 |
|
TR |
66,3 |
|
ZZ |
58,7 |
|
0805 20 10 |
IL |
130,2 |
MA |
91,5 |
|
ZZ |
110,9 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
153,7 |
IL |
121,2 |
|
KR |
135,0 |
|
MA |
110,6 |
|
TR |
77,9 |
|
ZZ |
119,7 |
|
0805 50 10 |
TR |
69,5 |
ZZ |
69,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
86,6 |
CN |
92,2 |
|
MK |
30,8 |
|
US |
177,5 |
|
ZZ |
96,8 |
|
0808 30 90 |
CN |
58,9 |
TR |
174,9 |
|
US |
140,7 |
|
ZA |
106,8 |
|
ZZ |
120,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
LINJI GWIDA
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/18 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta’ Jannar 2013
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral
(BĊE/2013/2)
(2013/74/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3. u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Artikolu 2 tal-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (1) jistipula illi l-Eurosistema tista’ tiddeċiedi illi l-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis jew terminazzjoni minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħin “ripagament bikri”). Artikolu 2 jkompli jispeċifika illi l-kundizzjonijiet għal dan ir-ripagament bikri għandhom ikunu ppubblikati fl-avviz ta’ sejħa għall-offerti relevanti jew f’format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema. |
(2) |
Il-proċedura applikabbli għar-ripagament bikri minn kontropartijiet għandha tkun aktar speċifika biex tiżgura li l-istess kundizzjonijiet jiġu applikati mill-banek ċentrali nazzjonali kollha tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-“BĊNi”) fir-rigward ta’ ripagament bikri. B’mod partikolari, ir-reġim ta’ penalitajiet finanzjarji stipulat fl-Appendiċi 6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2) għandu japplika fejn il-kontropartijiet jonqsu milli jagħmlu saldu tal-ammont li jrid jitħallas lill-BĊN relevanti, kollu jew ta’ parti minnu, sad-data dovuta meta jkunu għażlu ripagament bikri. |
(3) |
Għalhekk, il-Linja ta’ Gwida BĊE/2012/18 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
Artikolu 2 tal-Linja Gwida BCE/2012/18 huwa mibdul b’dan li gej:
“Artikolu 2
Għażla biex jitnaqqas l-ammont ta’, jew jiġu tterminati, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal
1. L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi illi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis jew terminazzjoni minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħin ‘ripagament bikri’). L-avviż tas-sejħa għal offerti għandu jispeċifika jekk tapplikax l-għażla biex jitnaqqas l-ammont ta’, jew jiġu tterminati, l-operazzjonijiet ikkonċernati qabel il-maturità, kif ukoll id-data minn meta din l-għażla tistà tiġi eżerċitata. Alternattivament, din l-informazzjoni tista’ tingħata wkoll f’format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema.
2. Kontroparti jista’ jeżerċita l-għażla li jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità billi jinnotifika lill-BĊN relevanti bl-ammont li għandu l-ħsieb li jħallas lura taħt il-proċedura ta’ ripagament bikri, kif ukoll bid-data li fiha għandu l-ħsieb li jkagħmel dan ir-ripagament bikri, tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data tar-ripagament bikri. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Eurosistema, ripagament bikri jista’ jsir f’kull jum li jikkoinċidi mal-jum tas-saldu ta’ operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija tal-Eurosistema, sakemm il-kontroparti tagħmel in-notifikazzjoni msemmja f’dan il-paragrafu tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data.
3. In-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir torbot fuq il-kontroparti ġimgħa qabel id-data tar-ripagament bikri li tirreferi għaliha. In-nuqqas tal-kontroparti li tagħmel saldu tal-ammont dovut, kollu jew ta’ parti minnu, taħt il-proċedura ta’ ripagament bikri sad-data dovuta jista’ jirriżulta fl-impożizzjoni ta’ penalità finanzjarja kif stipulat f’Taqsima 1 ta’ Appendiċi 6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-dispożizzjonijiet ta’ Taqsima 1 ta’ Appendiċi 6 li japplikaw għall-ksur ta’ regoli relatati ma' operazzjonijiet ta’ sejħa għal-offerti japplikaw fejn kontroparti tonqos li tagħmel saldu tal-ammont dovut, kollu jew ta’ parti minnu, fid-data ta’ ripagament bikri msemmija fil-paragrafu 2. L-impożizzjoni ta’ penalità finanzjarja għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊN li juża r-rimedji li għalihom hemm provvediment meta jseħħ avveniment ta’ inadempjenza kif stipulat f’Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifikazzjoni tagħha lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi ser jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-7 ta’ Marzu 2013. Huma ser jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Frar 2013.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 218, 20.1.2009, p. 20.
(2) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.