ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.032.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
1 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 85/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 86/2013 tal-31 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jikkoreġi l-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċerti laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni ( 1 )

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 89/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2013

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/68/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

16

 

 

2013/69/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

2013/70/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/71/PESK tal-31 ta’ Jannar 2013 dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/73/PESK tal-31 ta’ Jannar 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

21

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port ( ĠU L 131, 28.5.2009 )

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 85/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/812/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) 1483(2003), l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (2), jiffriża b’mod partikolari l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ Saddam Hussein u ta’ uffiċjali anzjani oħrajn tar-reġim Iraqi l-antik.

(2)

Skont il-paragrafu 23 tar-Riżoluzzjoni UNSC 1483(2003), l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu tali fondi u riżorsi ekonomiċi disponibbli mill-ġdid għall-fini tat-trasferiment tagħhom lejn il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq.

(3)

Fil-15 ta’ Diċembru 2010, il-UNSC adotta r-Riżoluzzjoni 1956(2010) li permezz tagħha ddeċieda, taħt il-paragrafu 5, li d-dħul kollu mill-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq għandu jiġi ttrasferit lejn il-kont jew kontijiet tal-arranġamenti li se jistabbilixxi minfloku l-Gvern tal-Iraq u li l-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq għandu jispiċċa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 biex jippermetti t-trasferiment ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji oħrajn jew riżorsi ekonomiċi lejn l-arranġamenti li stabbilixxa l-Gvern tal-Iraq minflok il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq skont il-kundizzjonijiet imniżlin fir-Riżoluzzjonijiet UNSC 1483(2003) u 1956(2010).

(5)

Huwa wkoll xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi aġġornat b’tagħrif riċenti pprovdut mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fiċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha, il-fondi, ir-riżorsi ekonomiċi u d-dħul mir-riżorsi ekonomiċi ffriżati skont l-Artikolu 4 għandhom jerġgħu jsiru disponibbli biss biex jiġu ttrasferiti lejn l-arranġamenti li l-Gvern tal-Iraq stabbilixxa minflok il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet UNSC 1483(2003) u 1956(2010).”;

(2)

L-Anness V huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 352, 21.12.2012, p. 54.

(2)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 10, Volum 03, p. 260.


ANNESS

“ANNESS V

Siti elettroniċi li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 6, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.   Awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru:

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/MT/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:

Kummissjoni Ewropea

Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu”.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 86/2013

tal-31 ta' Jannar 2013

li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fid-19 u t-28 ta' Diċembru 2012 u fil-15 ta' Jannar 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit f'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.   L-entrata fil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuna ta' hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975-1979. Post tat-twelid: Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. (d) Allegatament miet tard f'Awwissu 2012. Data tal-indikazzjoni min-NU: 11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljat mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq quddiem nett fl-attività ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Mohammad Ibrahim Omari u ta' Khalil Ahmed Haqqani.

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin huwa membru fix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

Badruddin huwa preżunt li huwa wieħed mill-mexxejja u mill-pjanifikaturi militari l-aktar importanti ta' attakki suwiċida fin-Network ta' Haqqani li għandu madwar 1 000 ġellied. In-Netwerk ta' Haqqani huwa responsabbli għal għadd kbir mill-attakki li saru fix-Xlokk tal-Afganistan u f'Kabul. Huwa meqjus li Badruddin kien involut direttament f'attakki kontra l-forzi barranin u dawk Afgani kif ukoll kontra persuni ċivili; huwa jikkoopera mill-qrib ma' organizzazzjonijiet terroristiċi oħra bħal Al-Qaida u l-Moviment Islamiku ta' Uzbekistan.

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jitħassru.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Razaq Ekhtiyar Mohammad.

2.

Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir).

3.

Abdul Wahab Abdul Ghafar (magħruf ukoll bħala Abdul Wahab).


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 87/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jikkoreġi l-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 113(1)(a) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 121, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta’ Jannar 2012, dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (2) fih żball. It-test tal-ewwel żewġ tikketti stipulati fil-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jirreferi inkorrettament għal “l-ilbieba miksuba wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa” minflok “il-prodott miksub wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa”. Konsegwentement, it-tifsiriet taż-żewġ tikketti fil-verżjoni Pollakka tar-Regolament jirkbu fuq xulxin.

(2)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 għandu jigi emendat.

(3)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju lejn l-interessi ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu żammu mal-obbligu inkorrett kif stipulat fil-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012, dawn għandhom jitħallew ikomplu jużaw tikketti inkorretti għal ċertu perjodu. Sabiex jitnaqqas it-tul ta’ dan il-perjodu, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni Pollakka.

Artikolu 2

Prodotti mmanifatturati u ttikkettati fl-Unjoni jew impurtati ġewwa l-Unjoni u mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa skont il-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu kkumerċjalizzati sat-2 ta’ Frar 2014.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 12, 14.1.2012, p. 14.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċerti laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-stonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3), tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata fl-Unjoni l-introduzzjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu f’konformità mat-trattament msemmi f’dik il-lista. Fejn il-pajjiżi terzi jiġu reġjonalizzati biex jiġu inklużi f’dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom jiġu inklużi fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, imniżżlin mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistipula li ċerti prodotti għandhom jiġu importati biss lejn u jgħaddu mill-Unjoni meta ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-kommoditajiet.

(5)

L-Ukraina attwalment mhix elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE kif inhu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, għasafar li ma jtirux mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi. Barra minn hekk, l-Ukraina mhix elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(6)

L-Ukraina talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tagħmel importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija, għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jkunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku “A”, skont il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Barra minn hekk, l-Ukraina talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tagħmel importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd.

(7)

Esperti tal-Kummissjoni wettqu diversi verifiki fl-Ukraina. Dawk il-verifiki urew li l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ dan il-pajjiż terz tipprovdi garanziji xierqa rigward il-konformità mar-regoli tal-Unjoni għall-importazzjoni lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati tat-tjur, tjur tal-kaċċa, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa selvaġġi mrobbija fl-irziezet, tal-laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem u għasafar tal-kaċċa selvaġġi u tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd. Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata l-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 sabiex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti.

(8)

Barra minn hekk, l-Ukraina pprovdiet garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali rigward il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-importazzjoni tal-bajd u ppreżentat programm ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jkun hemm fl-ikel (6). Madankollu, l-approvazzjoni ta’ dak il-programm ma ġietx iffinalizzata. Għalhekk, importazzjonijiet tal-bajd tal-Gallus gallus mill-Ukraina biss huma permessi kif indikat skont “S4” fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(9)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(5)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.


ANNESS I

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Ukraina tinbidel b’dan li ġej:

“UA

L-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

A

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX”


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ukraina tiddaħħal bejn l-annotazzjoni għat-Turkija u l-annotazzjoni għall-Istati Uniti:

“UA — L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

E, EP, POU, RAT, WGM

 

 

 

 

 

 

S4”


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 89/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

52,4

PS

161,2

TN

66,6

TR

128,7

ZZ

102,2

0707 00 05

EG

206,0

MA

124,7

TR

148,4

ZZ

159,7

0709 91 00

EG

82,2

ZZ

82,2

0709 93 10

EG

194,1

MA

62,0

TR

151,0

ZZ

135,7

0805 10 20

EG

54,1

MA

48,6

TN

49,8

TR

62,2

ZZ

53,7

0805 20 10

MA

85,8

ZZ

85,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

153,7

IL

115,6

KR

135,8

MA

104,3

TR

79,2

ZZ

117,7

0805 50 10

TR

71,6

ZZ

71,6

0808 10 80

AR

86,6

BR

86,6

CN

81,6

MK

36,4

US

178,8

ZZ

94,0

0808 30 90

CN

82,6

TR

177,0

US

140,8

ZA

105,9

ZZ

126,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 90/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Frar 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Frar 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Frar 2013

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

16.1.2013-30.1.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

251,63

214,02

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

296,41

286,41

266,41

Primjum tal-Golf

73,66

15,71

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

14,53  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2013

li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/68/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jos CHABERT sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Wara l-ħatra tas-Sur Jean-Luc VANRAES bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Jean-Luc VANRAES, Brussels Volksvertegenwoordiger in het Brussels Hoofdstedelijk Parlement

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sinjura Brigitte GROUWELS, Minister van het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2013

li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/69/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur David RATH, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Václav NOVOTNÝ, radní hl. města Prahy.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2013

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/70/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Francesco MUSOTTO, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Rosario CROCETTA, Presidente della Regione Siciliana.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/71/PESK

tal-31 ta’ Jannar 2013

dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/845/PESK dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (2) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta' permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 78.

(2)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/72/PESK

tal-31 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1).

(2)

Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2013. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2014. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.


1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/73/PESK

tal-31 ta’ Jannar 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fid-19 u t-28 ta' Diċembru 2012 u fil-15 ta' Jannar 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit f'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.   L-entrata fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuna t'hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975-1979. Post tat-twelid: Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. (d) Allegatament miet tard f'Awwissu 2012. Data tal-indikazzjoni min-NU: 11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljat mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq quddiem nett fl-attività ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Mohammad Ibrahim Omari u ta' Khalil Ahmed Haqqani.

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin huwa membru fix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

Badruddin huwa preżunt li huwa wieħed mill-mexxejja u mill-pjanifikaturi militari l-aktar importanti ta' attakki suwiċida fin-Network ta' Haqqani li għandu madwar 1 000 ġellied. In-Netwerk ta' Haqqani huwa responsabbli għal għadd kbir mill-attakki li saru fix-Xlokk tal-Afganistan u f'Kabul. Huwa meqjus li Badruddin kien involut direttament f'attakki kontra l-forzi barranin u dawk Afgani kif ukoll kontra persuni ċivili; huwa jikkoopera mill-qrib ma' organizzazzjonijiet terroristiċi oħra bħal Al-Qaida u l-Moviment Islamiku ta' Uzbekistan.

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni t'hawn taħt għandhom jitħassru.

A   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Razaq Ekhtiyar Mohammad.

2.

Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir).

3.

Abdul Wahab Abdul Ghafar (magħruf ukoll bħala Abdul Wahab).


Rettifika

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/23


Rettifika għad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 131 tat-28 ta’ Mejju 2009 )

F’paġna 87, Anness X, it-tieni sentenza,

flok:

“Il-punt 3 jinkludi eżempji ta’ nuqqasijiet li jistgħu minnhom infushom jesiġu detenzjoni tal-vapur involut (Ara l-Artikolu 19(4)).”

aqra:

“Il-punt 3 jinkludi eżempji ta’ nuqqasijiet li jistgħu minnhom infushom jesiġu detenzjoni tal-vapur involut (Ara l-Artikolu 19(3)).”