ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.026.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 69/2013
tat-23 ta’ Jannar 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||
|
8521 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 8521 u 8521 90 00 . Fid-dawl tal-karatteristiki tiegħu, prinċipalment li jista’ jirċievi, jirrekordja u jirriproduċi sinjali tal-vidjo minn sorsi varji u d-daqs tal-ħardisk, l-appaarat huwa kkunsidrat li huwa apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-vidjos tal-intestatura 8521 . Huwa għalhekk għandu jkun klassifikat bħala apparat li jirrekordja u jirriproduċi l-vidjos skont in-NM 8521 90 00 . |
||||||||||||||||||
|
8521 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8521 u 8521 90 00 . Fid-dawl li l-apparat għandu l-elettronika neċessarju biex iwettaq il-funzjonijiet ta’ rrekordjar jew ripproduzzjoni tal-vidjo tal-intestatura 8521 għajr il-ħardisk, huwa għandu jkun ikkunsidrat, skont ir-Regola Ġenerali 2(a), il-karattru essenzjali ta’ prodott lest jew komplut tal-intestatura 8521 . L-apparat għandu għalhekk ikun klassifikat bħala apparat li jirrekordja jew jirriproduċi skont in-NM 8521 90 00 . |
||||||||||||||||||
|
8519 89 19 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8519 , 8519 89 u 8519 89 19 . Fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, l-appart huwa iddisinjat biex jirċievi u jipproċessal-ħsejjes jew direttament mill-Internet jew permezz ta’ makkinarju ADP lil apparati awdjo varji. Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8519 89 19 bħala apparat li jirreġistra jew jirriproduċi l-ħsejjes, li ma jinkorporax tagħmir li jirrekordja l-ħsejjes. |
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 70/2013
tat-23 ta’ Jannar 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
Il-prodott għandu l-kompożizzjoni li ġejja (% tal-piż):
Il-prodott huwa ttrasportat bil-kwantità. |
2207 20 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2207 u 2207 20 00 . L-Intestatura 2207 tipprovdi deskrizzjoni aktar speċifika meta mqabbla mal-intestatura 3824 li tipprovdi deskrizzjoni aktar ġenerali. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3824 hija eskluża bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali 3(a). Il-prodott huwa taħlita sempliċi ta’ alkoħol etiliku u ta’ ETBE. Il-livell ta’ persentaġġ ta’ ETBE fil-prodott irendih mhux tajjeb għall-konsum uman, però ma jimpedixxix l-użu tal-prodott għal skopijiet industrijali (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA ta’ mal-intestatura 2207 , ir-raba’ paragrafu). Għaldaqstant, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 2207 20 00 bħala alkoħol etiliku denaturat. |
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 71/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward id-dħul tal-Urugwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom li huma awtorizzati biex idaħħlu l-laħam frisk fl-Unjoni u li jsewwi lil dan ir-Regolament fejn għandu x’jaqsam mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini u kaprini maħsubin għat-tgħammir jew għall-produzzjoni wara li jiġu importati
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), u l-Artikolu 13(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, ta’ territorji jew partijiet minnhom, li jissodisfaw ċerti kriterji u li minnhom jistgħu jiġu introdotti l-kunsinni fl-Unjoni. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jawtorizza l-importazzjoni ta’ laħam bovin frisk iddissussat u mmaturat mit-territorju kollu tal-Urugwaj. |
(3) |
L-Urugway huwa ħieles mill-marda tal-ilsien u tad-dwiefer iżda jagħti l-vaċċin. Għalhekk għandu status ta’ saħħa ġenerali tal-annimali bovini li hu differenti minn dak tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, l-Urugwaj għandu permess biex jesporta biss laħam ta’ annimali bovini li jkun iddissussat u mmaturat. Ir-rekwiżiti tal-importazzjoni jistipulaw li l-annimali bovini maħsubin għall-qatla biex il-laħam tagħhom frisk jiġi esportat lejn l-Unjoni jintbagħtu direttament mill-istabbiliment oriġinali tagħhom għall-biċċerija. Din ir-regola teskludi ħafna stabbilimenti żgħar mill-produzzjoni għas-suq tal-Unjoni minħabba li l-annimali ta’ dawn dejjem jgħaddu minn ċentri tal-ġbir jew minn swieq tal-annimali qabel ma jmorru għat-tbiċċir. |
(4) |
Verifika tal-Unjoni f’Marzu 2012 ikkonfermat li s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-identifikazzjoni u tal-moviment tippermetti lill-veterinarji li jkunu qed jagħmlu ċ-ċertifikat li jivverifikaw fejn kienu l-annimali qabel. B’hekk is-sistema tiżgura li l-annimali jkunu qagħdu 40 jum fl-istess stabbiliment qabel ma jinġarru lejn il-biċċerija. L-Urugwaj jista’ jiggarantixxi wkoll li r-rekwiżiti tas-saħħa tal-Unjoni għall-importazzjon ta’ annimali bovini maħsubin għat-tbiċċir, għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ laħam bovin frisk iddissossat u mmaturat, jiġu rispettati anki jekk dawn l-annimali jgħaddu minn ċentri ta’ ġbir u/jew swieq qabel jitbiċċru, minħabba sistema li tidentifika l-annimali bovini kollha b’mod individwali biex ikun jista’ jiġi ttraċċat minn fejn oriġinaw. |
(5) |
B’hekk l-Urugwaj joffri biżżejjed garanziji li jiżguraw li l-annimali bovini kollha li l-laħam tagħhom huwa maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jkollhom l-istess stat ta’ saħħa meta jagħddu minn ċentri tal-ġbir (li jinkludu s-swieq) fl-Urugwaj qabel it-tbiċċir. Għalhekk, l-entrata li tikkorrispondi għal dan il-pajjiż fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi addattata. |
(6) |
Kien hemm żball f’żewġ referenzi għan-noti ta’ qiegħ il-paġna fil-Parti II.2 tal-mudell taċ-ċertifikat “OVI-X” fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat u msewwi skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ta’ emenda
Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-linja li tirreferi għall-Urugwaj tinbidel b’dan li ġej:
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz |
Kodiċi tat-Territorju |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta’ parti minnu |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Data ta’ għeluq(2) |
Data tal-ftuħ(3) |
|
Mudell(i) |
SG |
||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
“UY – L-Urugwaj |
UY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
BOV |
A u J |
1 |
|
fl-1 ta’ Novembru 2001.” |
|||
OVI |
A |
1 |
|
|
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ta’ tiswija
Fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat “OVI-X” jissewwa kif ġej:
(a) |
fil-punt II.2.8, il-frażi:
hija mibdula b’dan li ġej:
|
(b) |
fil-punt II.2.9, il-frażi ta’ introduzzjoni: “huma/kienu(1) mibgħuta mill-istabbiliment(i) tagħhom tal-oriġini, mingħajr ma għaddew minn ebda suq,” hija mibdula b’dan li ġej: “huma/kienu(2) mibgħuta mill-istabbiliment(i) tagħhom tal-oriġini, mingħajr ma għaddew minn ebda suq,” |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004; p. 321.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 fir-rigward tal-perjodu tal-għażla ta’ ċerti laboratorji bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 19(d) tagħha,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni nnominat l-ANSES bil-laboratorji tagħha għas-saħħa tal-annimali u għall-mard tal-ekwini, Franza, bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2008 u jistabbilixxu l-funzjonijiet, il-ħidmiet u l-proċeduri tagħha rigward il-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-djanjosi ta’ mard tal-equidae li jittieħed fl-Istati Membri. |
(2) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni ħatret iċ-Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (is-Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-krustaċji għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2008. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata kwalità għolja u uniformità ta’ riżultati analitiċi u djanjostiċi fl-Unjoni, huwa importanti li l-laboratorji ta’ referenza tal-UE magħżula għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u għall-mard tal-krustaċi jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom għal ħames snin oħra. |
(4) |
Il-perjodu li għalih dawk il-laboratorji ġew maħtura bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE għandu għalhekk jiġi estiż. |
(5) |
Wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, il-laboratorji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 737/2008, dawk li qabel kienu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Komunità’ għandhom issa jiġu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (UE)’. |
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 180/2008, id-data “it-30 ta’ Ġunju 2013” tinbidel għad-data “it-30 ta’ Ġunju 2018”.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 737/2008 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘Artikolu 1
Iċ-Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (is-Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, hu hawnhekk maħtur bħala l-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċi mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2018.’
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(4) ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 73/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem (“proċedura PIC”) għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2). |
(2) |
Huwa xieraq li tittieħed inkonsiderazzjoni azzjoni regolatorja fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (5) tal-Kummissjoni. |
(3) |
Deċiżjonijiet li ttieħdu rigward ċerti sustanzi kimiċi taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar pollutanti organiċi persistenti (“il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma”), iffirmata fit-22 ta’ Mejju 2001 u approvata, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6) u azzjoni regolatorja sussegwenti li ttieħdet fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (7).għandhom jittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni. |
(4) |
Is-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8) mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (9). Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra wasslet għad-deċiżjoni li s-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite ma jiġux approvati bħala sustanzi attivi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bir-riżultat li s-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite jibqgħu projbiti għall-użu bħala pestiċidi u li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(5) |
Is-sustanza flufenoxuron ma ġietx approvata bħala sustanza attiva taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u s-sustanza flufenoxuron ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 18, bl-effett li l-flufenoxuron huwa ristrett severament għall-użu bħala pestiċida u għalhekk għandu jiġi miżjud mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għaliex virtwalment l-użu kollu huwa projbit minkejja l-fatt li l-flufenoxuron ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 8 u għalhekk jista’ jiġi awtorizzat mill-Istati Membri għall-użu fil-preservattivi tal-injam soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. Iż-żieda tal-flufenoxuron mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra wasslet għad-deċiżjoni li s-sustanza flufenoxuron ma tiġix approvata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bl-effett li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza flufenoxuron għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(6) |
Is-sustanza naled ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE u s-sustanza naled ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I tad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanza naled hija pprojbita għall-użu bħala pestiċida u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(7) |
Is-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda ta’ aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra wasslet għad-deċiżjoni li s-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil ma jiġux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil jibqgħu projbiti għall-użu bħala pestiċidi u r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(8) |
Fil-ħames laqgħa tagħha f’Ġunju 2011, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tinkludi l-alachlor, l-aldicarb u l-endosulfan fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li l-alachlor, l-aldicarb u l-endosulfan ġew soġġetti għall-proċedura tal-PIC skont dik il-Konvenzjoni u għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ kimiċi li hemm fil-Parti 2 u jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(9) |
Is-sustanza dichlorvos ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE u d-dichlorvos ma ġiex inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li d-dichlorvos huwa projbit għall-użu bħala pestiċida. Minħabba li d-dichlorvos huwa diġà inkluż fil-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008, dawk l-entrati għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-aktar żviluppi legali riċenti. |
(10) |
Is-sustanzi bifenthrin u metam ġew approvati bħala sustanzi attivi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-bifenthrin u l-metam ma għadhomx aktar projbiti għall-użu bħala pestiċidi. Konsegwentement is-sustanzi attivi għandhom jitħassru mill-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(11) |
Is-sustanza cyanamide għandha titneħħa mill-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 minħabba li ġiet imressqa evidenza li l-projbizzjoni fis-subkategorija “pestiċidi fil-grupp ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti” ma tirrappreżentax restrizzjoni severa dwar l-użu tas-sustanza fil-livell tal-kategorija “pestiċidi” minħabba l-fatt li s-cyanamide għandha użi importanti bħala bijoċida. Is-cyanamide ġiet identifikata u notifikata għal evalwazzjoni skont id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk, prodotti bijoċidali li fihom is-cyanamide jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri skont ir-regoli nazzjonali tagħhom, sakemm tittieħed deċiżjoni taħt dik id-Direttiva. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 (10) jimplimenta d-deċiżjoni meħuda taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma biex l-endosulfan tiġi elenkata fil-Parti 1 tal-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma billi s-sustanza kimika tiżdied mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Konsegwentement, dik il-kimika għandha tiġi miżjuda mal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod. |
(14) |
Sabiex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex tieħu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandu jiġi diferit. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.
(3) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(4) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.
(7) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
(8) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(10) ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008, huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(3) |
fil-Parti 3 għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ANNESS II
Fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
Deskrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi/prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni |
Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.) |
|
|
“Endosulfan |
Nru KE 204-079-4 Nru CAS: 115-29-7 Kodiċi NM 2920 90 85 ” |
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1125/2010 rigward iċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali fil-Ġermanja, fi Spanja u fis-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 (2) jistabbilixxi, fl-Anness tiegħu, iċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3), il-Ġermanja, Spanja u s-Slovakkja nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista emendata taċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali tagħhom kif ukoll bil-lista tal-postijiet tal-ħżin (4) ta’ dawn iċ-ċentri li kienu ġew approvati bħala konformi mal-istandards minimi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1125/2010 jiġi emendat skont dan, u li fuq l-Internet tiġi ppubblikata l-lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1125/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
(4) L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/agriculture/cereals/legislation/index_en.htm
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1125/2010 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-taqsima bit-titolu “IL-ĠERMANJA” tiġi sostitwita b’dan li ġej: “IL-ĠERMANJA Aschersleben Augsburg Bad Gandersheim Bad Oldesloe Beverungen Brandenburg Bremen Bülstringen Buttstädt Dessau-Roßlau Drebkau Ebeleben Eilenburg Emden Flensburg Gransee Großschirma Güstrow Hamburg Hameln Herzberg Hildesheim Holzminden Itzehoe Kappeln Karstädt Kiel Klötze Krefeld Kyritz Lübeck Ludwigshafen Magdeburg Malchin Neustadt Nienburg Northeim Pollhagen Querfurt Regensburg Rethem/Aller Riesa Rosdorf Rostock Schwerin Tangermünde Trebsen Uelzen Wismar Witzenhausen” |
2. |
It-taqsima bit-titolu “SPANJA” tiġi sostitwita b’dan li ġej: “SPANJA Andalucia Aragon Castilla y Leon Castilla La Mancha Extremadura Navarra” |
3. |
It-taqsima bit-titolu “S-SLOVAKKJA” tiġi sostitwita b’dan li ġej: “IS-SLOVAKKJA Bratislava Trnava Dunajská Streda Nitra Dvory nad Žitavou Bánovce nad Bebravou Martin Veľký Krtíš Rimavská Sobota Šurany Košice” |
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2012/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux raffinat u ta’ ċerti ġuleppijiet ġew stabbiliti għas-sena tas-suq 2012/2013 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2012 (2). |
(2) |
L-Artikolu 141(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi li ma għandhomx jiġu imposti dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fejn l-importazzjonijiet ma jfixklux is-suq Komunitarju, jew fejn l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub. |
(3) |
Għal perjodu ta’ żmien sinifikanti, il-prezzijiet taz-zokkor fis-suq tal-Unjoni kienu ferm ogħla mill-prezz ta’ referenza u, abbażi tat-tbassir attwali tas-suq, mhuwiex mistenni li l-prezz tas-suq dinji taz-zokkor jonqos għal tali livelli li, meta jitqiesu t-tariffi attwali tal-importazzjoni, l-importazzjonijiet taz-zokkor jistgħu jiddisturbaw is-suq taz-zokkor tal-UE fin-nuqqas ta’ dazji addizzjonali. F’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ prezzijiet relattivament għoljin fis-suq dinji taz-zokkor, l-importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor koperti mill-Artikolu 36(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (3) mhumiex mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni u għalhekk l-ebda dazji addizzjonali fuq dawn l-importazzjonijiet ma għandhom jiġu imposti. Fid-dawl tal-bażi tas-swieq taz-zokkor dinjija u tal-Unjoni, din is-sitwazzjoni probabbli mhix se tgħaddi minn tibdil sinifikanti fis-sentejn tas-suq li ġejjin, jiġifieri sal-aħħar tar-reġim tal-kwota tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tissorvelja s-suq taz-zokkor kontinwament, u jekk ikun meħtieġ se tieħu kwalunkwe miżura xierqa. |
(4) |
Sakemm ma jiġux imposti dazji addizzjonali, ma hemmx il-ħtieġa ta’ ffissar ta’ prezzijiet rappreżentattivi li huma użati biex jikkalkulawhom. |
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm deroga mill-applikazzjoni tal-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015. |
(6) |
Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għandu jitħassar. |
(7) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, id-dazji addizzjonali tal-importazzjoni ma għandhomx japplikaw għall-prodotti msemmija f’dak l-Artikolu sat-30 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 huwa mħassar. Madankollu, għandu jibqa’ japplika għal dazji addizzjonali imposti qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 263, 28.9.2012, p. 37.
(3) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 76/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
64,0 |
TN |
75,6 |
|
TR |
111,8 |
|
ZZ |
83,8 |
|
0707 00 05 |
MA |
158,2 |
TR |
150,0 |
|
ZZ |
154,1 |
|
0709 91 00 |
EG |
119,3 |
ZZ |
119,3 |
|
0709 93 10 |
MA |
83,6 |
TR |
165,0 |
|
ZZ |
124,3 |
|
0805 10 20 |
EG |
56,7 |
MA |
58,9 |
|
TN |
60,7 |
|
TR |
63,6 |
|
ZA |
46,1 |
|
ZZ |
57,2 |
|
0805 20 10 |
MA |
89,7 |
ZZ |
89,7 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
103,1 |
KR |
138,1 |
|
MA |
158,2 |
|
TR |
79,1 |
|
ZZ |
119,6 |
|
0805 50 10 |
EG |
87,0 |
TR |
73,7 |
|
ZZ |
80,4 |
|
0808 10 80 |
BR |
86,6 |
CN |
101,1 |
|
MK |
38,5 |
|
US |
176,4 |
|
ZZ |
100,7 |
|
0808 30 90 |
CN |
51,8 |
US |
138,2 |
|
ZZ |
95,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 77/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' Jannar 2013 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi (kwoti tariffarji) fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi (kwoti tariffarji) għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur, li jitkisser mill-pajjiż tal-oriġini u li jinqasam f'diversi subperjodi skont l-Anness I għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
(2) |
Jannar huwa l-ewwel subperjodu għall-kwoti pprovduti fl-Artikolu 1(1)(a), (b), (c) u (d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(3) |
In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2013, skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwoti kkonċernati. |
(4) |
Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2013, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjonu (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli. |
(5) |
Jeħtieġ ukoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, tiġi ffissata l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart (10) ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2013, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' Jannar 2013 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
(a) |
Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(b) |
Kwota ta' ross bla ħliefa kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
|
(c) |
Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
|
(d) |
Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
|
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(2) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.
(3) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(4) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(5) L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni ta' liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.
DIRETTIVI
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/27 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/1/UE
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Direttiva 93/109/KE dwar ċerti arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqgħodu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Waqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-dritt ta’ kull ċittadin tal-Unjoni għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 20(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 39(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (2) tipprevedi arranġamenti sabiex jiġi eżerċitat dak id-dritt. |
(2) |
Ir-rapporti tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2006 u tas-27 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/109/KE għall-elezzjonijiet tal-2004 u għall-elezzjonijiet tal-2009, rispettivament, urew il-ħtieġa li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/109/KE. |
(3) |
Id-Direttiva 93/109/KE tipprevedi li kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni li tneħħielu d-dritt li jkun kandidat kemm permezz tal-ligi tal-Istat Membru ta’ residenza jew il-liġi tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza, għandu jiġi eskluż milli jeżerċita dak id-dritt fl-Istat Membru ta’ residenza f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Għal dak il-għan, id-Direttiva 93/109/KE teħtieġ li ċittadin tal-Unjoni, meta jissottometti l-applikazzjoni tiegħu biex joħroġ bħala kandidat fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru taċ-ċittadinanza, għandu jippreżenta ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza li tiċċertifika li l-persuna kkonċernata ma ġietx imċaħħda mid-dritt li toħroġ bħala kandidat fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza jew li huma ma jafu bl-ebda tali skwalifika. |
(4) |
Id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom tali ċittadini biex jidentifikaw l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li joħorġu din iċ-ċertifikazzjoni, u biex tkun għandhom fiż-żmien stipulat huma ta’ xkiel fl-eżerċizzju tad-dritt li joħorġu bħala kandidati u jikkontribwixxi għan-numru baxx ta’ parteċipazzjoni fl-elezzjoniiet tal-Parlament Ewropew ta’ ċittadini tal-Unjoni eliġibbli fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom. |
(5) |
Il-ħtieġa għal dawk il-kandidati li jissottomettu tali ċertifikazzjoni għandha għalhekk titneħħa u minflok tiġi sostitwita b’dikjarazzjoni li tokkonferma li dik il-persuna kkonċernata ma ġietx imċaħħda mid-dritt li tkun kandiddata fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, li tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni formali li dawk iċ-ċittadini huwa meħtieġa jipproduċu bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom. |
(6) |
L-Istat Membru ta’ residenza għandu jkun meħtieġ li jinnotifika lill-Istat Membru taċ-ċittadinanza b’tali dikjarazzjonijiet, sabiex ikun ivverifikat jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni ġiex fil-fatt imċaħħad mid-dritt li jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza. Malli jirċievi dik in-notifika, l-Istat Membru taċ-ċittadinanzagħandu jipprovdi lill-Istat Membru ta’ residenza b’informazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien li jippermetti li l-ammissibbiltà tal-kandidatura tiġi vvalutata b’mod effettiv. |
(7) |
In-nuqqas tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza li jipprovdi dik l-informazzjoni fil-ħin m’għandux jirriżulta fiċ-ċaħda tad-dritt għall-kandidatura fl-Istat Membru ta’ residenza. F’każijiet fejn l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta fi stadju aktar tard, l-Istat Membru ta’ residenza għandu jiżgura, permezz ta’ miżuri adatti u skont il-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali tiegħu, li ċ-ċittadini tal-Unjoni mċaħħdin mid-dritt għall-kandidatura fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom li ġew irreġistrati fir-reġistru elettorali jew li diġà ġew eletti, jiġu prevenuti milli jiġu eletti jew milli jeżerċitaw il-mandat tagħhom. |
(8) |
Minħabba li l-proċedura ta’ ammissibbiltà fi Stat Membru neċessarjament tinkludi passi amministrattivi addizzjonali għal ċittadin ta’ Stat Membru ieħor minn dawk għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu skadenza differenti għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ kandidatura miċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini nazzjonali minn dik stabbilita għaċ-ċittadini nazzjonali. Kwalunkwe differenza fl-iskadenza għandha tkun limitata sal-punt li dan ikun meħtieġ u proporzjonali sabiex ikun permess li n-notifika tal-informazzjoni mill-Istat Membru ta’ domiċilju tittieħed f’konsiderazzjoni f’ħin tajjeb, bil-ħsieb li applikazzjoni tiċċaħħad qabel in-nomina tal-kandidati. L-istabbiliment ta’ tali skadenza separata m’għandux jaffettwa skadenzi għal obbligi għal Stati Membri oħrajn li jaffettwaw notifiki skont id-Direttiva 93/109/KE. |
(9) |
Biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt wieħed li jkun responsabbli għan-notifika tal-informazzjoni dwar tali kandidati. |
(10) |
Biex tkun żgurata identifikazzjoni aktar effiċjenti tal-kandidati rreġistrati kemm fil-lista tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom kif ukoll f’dik tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, il-lista tad-data li għandha tkun meħtieġa miċ-ċittadini tal-Unjoni meta jibagħtu applikazzjoni għall-kandidatura fl-Istat Membru ta’ residenza għandha tinkludid-data u l-post tat-twelid tagħhom u l-aħħar indirizz ta’ residenza fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom. |
(11) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trasmissjoni ta’ tali dokumenti bħala ġustifikata. |
(12) |
Id-Direttiva 93/109/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 93/109/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-28 ta’ Jannar 2014. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b’dan.
Meta Stati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU
(1) Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 193) u tal-20 ta’ Novembru 2012 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.
DEĊIŻJONIJIET
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/30 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2013/64/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 2011/344/UE (2), il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għamlet is-sitt analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt il-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju (“il-Programm”) kif ukoll tal-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. |
(2) |
Wara tnaqqis qawwi ta’ 3 % fl-2012 f’termini reali, l-attività ekonomika hija mistennija li tirkupra gradwalment mill-bidu tat-tieni nofs tal-2013 b’rati ta’ tkabbir trimestrali li jirritornaw fuq in-naħa pożittiva. B’ħarsa ‘l quddiem, l-irkupru ekonomiku huwa mistenni li jħaffef il-pass fl-2014 minkejja r-riskji għall-prospettiva makroekonomika. Din tinkludi pressjonijiet kuntrarji mill-konsum domestiku u deterjorament aktar qawwi milli kien mistenni fil-klima ekonomika f’xi Stati Membri taż-żona tal-euro, li se jkollhom effetti ta’ riperkussjoni fuq il-Portugall. |
(3) |
Il-mira għal defiċit baġitarju ta’ 5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) għall-2012 tibqa’ valida, anke jekk hemm xi riskji. Filwaqt li l-eżekuzzjoni baġitarja fuq in-naħa tan-nefqa tibqa’ taħt kontroll, id-dħul sa Ottubru kompla ma laħaqx il-miri diġà riveduti ‘l isfel. Miżuri addizzjonali ta’ ffrankar li jammontaw għal madwar 0,3 % tal-PDG qed jiġu implimentati biex jilħqu l-mira għad-defiċit, iżda hemm xi inċertezzi fir-rigward tar-rendiment finali tagħhom. Finalment, l-awtoritajiet tal-istatistika għadhom qed jivvalutaw jekk il-bejgħ tal-koncessjoni tal-ajruport (ANA), stmat 0,7 % tal-PDG, jistax jiġi ttrattat bħala operazzjoni ta’ tnaqqis tad-defiċit. |
(4) |
Il-liġi tal-baġit għall-2013, li ġiet adottata fis-27 ta’ Novembru 2012, tinkludi miżuri diskrezzjonarji ta’ aktar minn 3 % tal-PDG biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit ta’ 4,5 % tal-PDG fl-2013. Fuq in-naħa tan-nefqa, il-baġit jipprevedi tnaqqis imdaqqas fin-nefqa fuq il-pagi tas-settur pubbliku permezz ta’ tnaqqis fl-impjiegi flimkien ma’ tnaqqis fil-pagamenti tas-sahra u kumpensi oħra. Se jkunu approfonditi l-isforzi ta’ razzjonalizzazzjoni fis-settur tas-saħħa, fl-intrapriżi tal-Istat (SOEs) u fl-isħubiji pubbliċi-privati (PPPs), filwaqt li l-infiq soċjali se jiġi razzjonalizzat aktar. Min-naħa tad-dħul, il-baġit tal-2013 jipprovdi għal ristrutturazzjoni komprensiva tat-taxxa fuq id-dħul personali li se tnaqqas l-għadd ta’ faxex u żżid ir-rata tat-taxxa medja b’konformità mal-istandards Ewropej, filwaqt li tippreserva fil-progressività u taqta’ mill-benefiċċji fiskali. Barra minn hekk, soprataxxa ta’ 3,5 % se tiġi imposta fuq il-parti tad-dħul taxxabbli ‘l fuq mill-paga minima u soprataxxa ta’ solidarjetà ta’ 2,5 % fuq fuq id-dħul ta’ aktar minn EUR 80 000 u ta’ 5 % fuq id-dħul ta’ aktar minn EUR 250 000. L-introjti mit-taxxa fuq id-dħul korporattiv se jiżdiedu billi ġiet limitata d-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-imgħax, jitbaxxa l-limitu għall-applikazzjoni tal-ogħla sovrimposta fuq il-profitti u nbidlet il-metodoloġija għal prepagament speċjali lil kumpaniji taħt it-tassazzjoni ta’ gruppi, fost oħrajn. Il-baġit tal-2013 jinkludi wkoll tibdiliet fit-tassazzjoni indiretta, partikolarment żieda fid-dazji tas-sisa fuq it-tabakk, l-alkoħol u l-gass naturali, twessigħ tal-bażi tat-tassazzjoni fuq il-proprjetà wara rivalwazzjoni tal-proprjetajiet u l-ħolqien ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet soċjali se jiżdiedu billi dawn se jkunu imposti wkoll fuq ħlasijiet supplimentari għal impjegati pubbliċi u fuq benefiċċji tal-qgħad. |
(5) |
Meta jitqiesu l-miżuri fil-baġit tal-2013, iż-żidiet fid-dħul se jikkontribwixxu għal 80 % tal-aġġustament fiskali fl-2013 filwaqt li l-20 % li jifdal se jiġi minn tnaqqis fin-nefqa (wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-introduzzjoni mill-ġdid tat-13-il salarju fis-settur pubbliku u ta’ pensjonijiet ta’ 1,1 kull xahar, wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali). Fid-dawl tar-riskji assoċjati ma’ aġġustament ibbażat b’mod qawwi fuq id-dħul, l-awtoritajiet Portugiżi qed iħejju miżuri ta’ kontinġenza li jammontaw għal 0,5 % tal-PDG li se jiġu attivati jekk ir-riskji jimmaterjalizzaw ruħhom. Il-miżuri se jikkonsistu l-aktar f’iffrankar fin-nefqa, notevolment tnaqqis ulterjuri fl-ispejjeż fuq il-pagi, u se jiġu speċifikati aktar fil-bidu tal-2013 fil-ħin għas-seba’ analiżi. |
(6) |
Il-proċess ta’ aġġustament baġitarju huwa mirfud minn sensiela ta’ miżuri strutturali biex jitjieb il-kontroll fuq in-nefqa tal-gvern u jitjieb il-ġbir tad-dħul. B’mod partikolari, hija prevista riforma komprensiva tal-qafas baġitarju biex iġġibu konformi mal-aqwa prattiki fil-proċeduri u l-ġestjoni baġitarji. Is-sistema ġdida ta’ kontroll tal-impenji qed tibda turi r-riżultati iżda l-implimentazzjoni trid tiġi mmonitorjata mill-qrib biex jiġi żgurat li l-impenji huma konformi mal-finanzjament. Ir-riformi fl-amministrazzjoni pubblika, li diġà wasslu għal iffrankar sinifikanti, se jkomplu. Ir-riformi ewlenin biex jirristrutturaw l-amministrazzjoni tad-dħul kważi tlestew u l-awtoritajiet qed iżidu l-monitoraġġ u jsaħħu l-konformità tad-dħul. In-negozjar mill-ġdid tal-PPPs beda u huwa pproġettat iffrankar sinifikanti għall-2013 u wara. L-SOEs huma mistennija li jilħqu bilanċ operattiv, bħala medja, sa tmiem tal-2012. Ir-riformi fis-settur tal-kura tas-saħħa qed jipproduċu ffrankar sinifikanti u l-implimentazzjoni qed tkompli b’mod ġeneralment konformi mal-miri. |
(7) |
Inbdiet analiżi komprensiva tan-nefqa bl-għan li tżdied l-effiċjenza u l-ekwità tas-servizzi pubbliċi, filwaqt li jiġi ġġenerat iffrankar fl-infiq ta’ madwar EUR 4 biljun jew 2,5 % tal-PDG. L-eżerċizzju għandu l-għan li jnaqqas is-sensji fil-funzjonijiet u entitajiet tas-settur pubbliku, u li jalloka mill-ġdid riżorsi lejn oqsma ta’ nfiq li jiffavorixxu t-tkabbir. L-identifikazzjoni, il-kwantifikazzjoni u l-iskeda tal-implimentazzjoni tal-miżuri għandhom jiġu speċifikati sa Frar 2013. Il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2013 se jagħti aktar informazzjoni dwar pjan ta’ konsolidazzjoni fiskali fuq medda ta’ żmien medja. |
(8) |
Bil-projezzjonijiet attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir tal-PDG nominali (- 1,0 % fl-2011, - 2,7 % fl-2012, 0,3 % fl-2013 u 2 % fl-2014) u l-miri fiskali ta’ 5 % tal-PDG fl-2012, 4,5 % fl-2013 u 2,5 % fl-2014, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa mistenni li jiżviluppa kif ġej: 108,1 % fl-2011, 120 % fl-2012, 122,2 % fl-2013 u 122,3 % fl-2014. Il-proporzjon tad-dejn mal-PDG se jistabbilizza mill-2012 ‘il quddiem u jitqiegħed fuq perkors ‘l isfel wara l-2014, dejjem jekk ikun hemm progress ulterjuri fit-tnaqqis tad-defiċit. Id-dinamika tad-dejn hija affetwata minn diversi operazzjonijiet barra mill-baġit, inkluż akkwiżizzjonijiet imdaqqsa ta’ assi finanzjarji, b’mod partikolari għall-possibbiltà tar-rikapitalizzazzjoni bankarja u l-finanzjament tal-SOEs u d-differenzi bejn il-pagamenti fi flus ta’ imgħax dovut u mħallas. |
(9) |
L-eżerċizzju ta’ żieda kapitali li jammonta għal EUR 8,2 biljun kważi tlesta u se jippermetti lill-banek parteċipanti li jilħqu l-bafers kapitali regolatorji tal-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll il-mira għall-aħħar tas-sena tal-2012 ta’ proporzjon ta’ Core Tier 1 ta’ 10 %. Il-mira indikattiva ta’ self għal depożitu ta’ 120 % sal-2014 x’aktarx se tintlaħaq billi xi banek diġà qiegħdin taħt il-limitu f’dan l-istadju. L-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta’ finanzjament għas-settur korporattiv qegħdin jissaħħu. L-atti legali dwar ir-riżoluzzjoni bankarja inklużi pjanijiet ta’ rkupru, banek tranżitorji u fond tar-riżoluzzjoni qegħdin jiġu ffinalizzati. |
(10) |
Sar aktar progress fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-kompetittività. Minbarra t-tisħiħ tal-politiki tas-suq tax-xogħol attiv, l-awtoritajiet huma impenjati li jnaqqsu l-ħlasijiet relatati mas-sensji biex jippromwovu l-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi. L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-iskejjel sekondarji u t-taħriġ vokazzjonali b’mod ġenerali qed tavvanza kif skedat. |
(11) |
It-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3) bl-għan li jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul u tingħata spinta lill-kompetizzjoni u l-attività ekonomika, billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal parteċipanti ġodda biex jidħlu fis-suq f’reġimi ekonomiċi differenti, għaddejja b’ritmu tajjeb. Proċeduri ta’ ħruġ ta’ liċenzji u piżijiet amministrattivi oħra wkoll qed jiġu semplifikati f’setturi ekonomiċi differenti bħall-ambjent u l-ippjanar territorjali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-industrija, u l-ġeoloġija. Qed titħejja liġi qafas sabiex jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali tal-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-aktar importanti, inklużi billi jingħataw indipendenza u awtonomija b’saħħithom. |
(12) |
Ir-riformi tas-sistema ġudizzjarja tkompli tavvanza skont l-iskeda miftiehma. Sar iktar progress fit-tnaqqis ta’ każijiet pendenti u f’riformi usa’ bħar-riorganizzazzjoni ġeografika tad-distretti tal-qrati u r-riforma tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. |
(13) |
Kull miżura meħtieġa minn din id-Deċiżjoni hija strumentali biex tiġi stabbilita mill-ġdid qagħda ekonomika u finanzjarja soda fil-Portugall u biex terġa’ tiġi rrestawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq. |
(14) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2013, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
|
(2) |
il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “9. Bil-għan li tiġi restawrata l-fiduċja fis-settur finanzjarju, il-Portugall għandu jirrikapitalizza b’mod adegwat is-settur bankarju tiegħu u jiżgura proċess ta’ diżingranaġġ b’mod ordinat. F’dak ir-rigward, il-Portugall għandu jimplimenta l-istrateġija għas-settur bankarju Portugiż kif miftiehem mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI biex tiġi mħarsal-istabbiltà finanzjarja. B’mod partikolari, il-Portugall għandu:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
(2) ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.