ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.022.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 22

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
25ta' Jannar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2013 tal-24 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa tad-WTO għall-ġobon u l-butir tan-New Zealand

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2013 tal-24 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2013 tal-24 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2013 tal-24 ta’ Jannar 2013 dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/52/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

11

 

 

2013/53/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

13

 

 

2013/54/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

15

 

 

2013/55/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2009/1008/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

16

 

 

2013/56/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2010/39/UE li tawtorizza lir-Repubblika Portugiża sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 168, 193 u 250 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

17

 

 

2013/57/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 taħtar membru Ġermaniż u membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

19

 

 

2013/58/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li taħtar żewġ membri Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

20

 

 

2013/59/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru Svediż fil-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

 

2013/60/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li taħtar żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

22

 

 

2013/61/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

23

 

 

2013/62/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li taħtar membru Portugiż u membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

24

 

 

2013/63/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2013 li tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal indikazzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2013

tal-24 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa tad-WTO għall-ġobon u l-butir tan-New Zealand

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148(c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (2), jistabbilixxi r-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tal-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness III.B ta’ dak ir-Regolament. Dawk ir-regoli jipprovdu għall-ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni meta jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ arranġament ta’ sorveljanza minn ġewwa korrispondenti (IMA 1).

(2)

L-esperjenza fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għall-ġobon tan-New Zealand (in-numri tal-kwota 09.4514 u 09.4515) tat prova li amministrazzjoni daqstant effiċjenti ta’ dawk il-kwoti tista’ tintlaħaq ukoll permezz ta’ sistema li tinvolvi anqas piż amministrattiv għall-importaturi u għall-korpi tal-ħruġ tal-liċenzji tal-Istati Membri. Skont dik is-sistema l-funzjonijiet taċ-ċertifikat l-IMA1 għall-prova tal-oriġni u għall-eliġibilità tal-oġġetti waqt l-importazzjoni huma miżmuma iżda l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni m’għadux soġġett għall-preżentazzjoni ta’ dak iċ-ċertifikat. Għalhekk jixraq li dawk il-kwoti jiġu sottomessi għar-regoli tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(3)

Bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni filwaqt li tiġi żgurata l-utilizzazzjoni massima tal-kwoti tat-tariffa għall-ġobon tan-New Zealand, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu limitati għal 25 % tal-kwota rilevanti disponibbli.

(4)

Meta titqies l-istaġonalità fuq il-produzzjoni tal-ħalib fin-New Zealand, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet u ż-żmien meħtieġ biex il-prodotti kkonċernati jinġarru lejn l-Unjoni, huwa xieraq li jkun hemm it-tielet rawnd ta’ allokazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni f”Settembru għall-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I u fil-Parti A tal-Anness III.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex jingħata żmien biżżejjed biex l-applikanti, l-awtoritajiet kompetenti u lill-Istati Membri jikkonformaw mar-regoli l-ġodda, huwa xieraq li dawk ir-regoli japplikaw mis-sena tal-kwota 2014.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-punt li ġej:

“(k)

il-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I.”;

(2)

Fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Anness I jistipula l-kwoti tat-tariffa, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffa tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f’subperjodi.”

(3)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu għal tal-anqas 10 tunnellati u għal mhux aktar mill-kwantità disponibbli fl-ambitu tal-kwota tas-subperjodu kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Madankollu, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu:

(a)

fil-każ tal-kwoti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5, għal mhux aktar minn 10 % tal-kwantità disponibbli;

(b)

fil-każ tal-kwoti msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 5, għal mhux aktar minn 25 % tal-kwantità disponibbli.”

(4)

Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Għall-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jiġu ddepożitati biss:

(a)

mill-20 sat-30 ta’ Novembru, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara;

(b)

mill-1 sal-10 ta’ Ġunju, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru ta’ wara;

(c)

mill-1 sal-10 ta’ Settembru, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru ta’ wara.”

(5)

Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Għall-kwoti msemmija fil-Parti K tal-Anness I, ir-rata tad-dazju mnaqqsa għandha tkun applikata fuq:

(d)

l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera;

(e)

il-preżentazzjoni tal-liċenza tal-importazzjoni; kif ukoll

(f)

il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat IMA 1 kif stabbilit fl-Anness IX, maħruġ minn korp tal-ħruġ elenkat fl-Anness XII u li jkun fih il-partikolaritajiet rilevanti stabbiliti fl-Anness XI, li jagħti prova tar-rekwiżiti tal-eliġibilità u tal-oriġini tal-prodott koperti minn dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jindikaw in-numru tas-serje taċ-ċertifikat tal-IMA 1 fuq il-liċenzja tal-importazzjoni.

L-Artikoli 37(2), (3) u (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(6)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   L-Anness III.A jistipula l-kwoti tat-tariffa, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffa tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f’subperjodi.”

(7)

L-Artikolu 34a jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 34a

1.   Il-kwoti għandhom jiġu mqassma f’żewġ partijiet kif imsemmija fl-Anness III.A:

(a)

il-kwota Nru 09.4195 (minn hawn ‘il quddiem imsejћa parti A) għandhom jitqassmu fost l-importaturi tal-Unjoni li huma approvati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 u li jistgħu jagħtu prova li huma importaw skont waħda mill-kwoti 09.4195 u 09.4182 matul l-24 xahar ta’ qabel ix-xahar ta’ Novembru li jiġi qabel is-sena tal-kwota;

(b)

il-kwota Nru 09.4182 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa parti B) għandha tkun riservata għall-applikanti:

(i)

li huma approvati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7, u

(ii)

li jistgħu jagħtu prova li matul il-perjodu ta’ tnax-il (12) xahar ta’ qabel ix-xahar ta’ Novembru li jiġi qabel is-sena tal-kwota huma importaw fi u/jew esportaw mill-Komunità tal-inqas 100 tunnellata ta’ ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Magħquda f’mhux inqas minn 4 operazzjonijiet separati.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jiġu ddepożitati biss:

(a)

mill-20 sat-30 ta’ Novembru, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara;

(b)

mill-1 sal-10 ta’ Ġunju, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru ta’ wara;

(c)

mill-1 sal-10 ta’ Settembru, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru ta’ wara.

3.   Biex ikunu ammissibbli, l-applikazzjoniet għal-liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jkopru, għal kull applikant:

(a)

għall-parti A, mhux aktar minn 125 % tal-kwantitajiet li kienu importati skont il-kwoti 09.4195 u 09.4182, matul il-perjodu ta’ 24 xahar ta’ qabel ix-xahar ta’ Novembru li jiġi qabel is-sena tal-kwota;

(b)

għall-parti B, mhux inqas minn 20 tunnellata u mhux iżjed minn 10 % tal-kwantità disponibbli għas-subperjodu u sakemm huma jkunu kapaċi jagħtu prova għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt b tal-paragrafu 1.

Soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet tal-eliġibilità, l-applikanti jistgħu japplikaw simultanjament skont iż-żewġ partijiet tal-kwota.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu separati għall-parti A u għall-parti B.

4.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jiġu ddepożitati biss fl-Istat Membru fejn ingħatat l-approvazzjoni skont l-Artikolu 7, u għandu jkollhom in-numru tal-approvazzjoni tal-importatur.

5.   Il-provi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jingħataw skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Dawn il-provi għandhom ikunu sottomessi fil-ħin li jiġu ddepożitati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u għandhom ikunu validi għas-sena tal-kwota rilevanti.”

(8)

Fl-Anness I, tiżdied il-Parti K ġdida, li t-test tagħha huwa stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Il-Parti A tal-Anness III tinbidel bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Fil-Parti B tal-Anness III, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw in-numri tal-kwota 09.4514 u 09.4515.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kwota li tibda mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS I

I.K

KWOTI TAT-TARIFFA SKONT IL-FTEHIMIET GATT/WTO SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI: IN-NEW ZEALAND

Numru tal-kwota

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Kwantità mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

(f’tunnellati)

Kwantità mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Kwantità mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.4515

0406 90 01

Ġobon għall-ipproċessar (1)

In-New Zealand

4 000

4 000

17,06

09.4514

ex 0406 90 21

Ġobniet taċ-Cheddar sħaħ (tal-forma konvenzjonali ċatta ċilindrika ta’ piż nett ta’ mhux inqas minn 33 kg iżda mhux iktar minn 44 kg u ġobniet fi blokok kubiċi jew f’forma ġeometrika magħmula minn sitt parallelogrammi (parallelepiped), ta’ piż nett ta’ 10 kg jew iktar) ta’ kontenut ta’ xaħam ta’ 50 % jew iktar tal-piż fil-materjal niexef, immaturat għal mill-inqas tliet xhur

In-New Zealand

7 000

7 000

17,06


(1)  L-utilizzazzjoni għal dan l-iskop partikolari se tkun sorveljata permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti dwar is-suġġett. Il-ġobniet konċernati huma kkunsidrati bħala proċessati meta dawn ikunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 040630 tan-Nomenklatura Magħquda. L-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 japplikaw.”


ANNESS II

ΙII.A

KWOTA TAT-TARIFFA SKONT IL-FTEHIMIET GATT/WTO SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI: BUTIR TAN-NEW ZEALAND

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Kwantità mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

(f’tunnellati)

Kwantità mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Kwantità mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

(f’tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

ex 0405 10 11

ex 0405 10 19

Butir, li għandu mill-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 % immanifatturat diretattament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess uniku, awtonomu u mingħajr interruzzjoni

In-New Zealand

74 693

Kwota 09.4195

Parti A:

20 540,5

Kwota 09.4195

Parti A:

20 540,5

Kwota 09.4195

Parti A:

70,00 ”

ex 0405 10 30

Butir, li għandu mill-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, immanifatturat direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess fi proċess uniku, awtonomu u mingħajr interruzzjoni, li jista’ jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi kkonċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala “Ammix” u “Spreadable)”

Kwota 09.4182

Parti B:

16 806

Kwota 09.4182

Parti B:

16 806

Kwota 09.4182

Parti B:


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2013

tal-24 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, punt j) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 (2) jistipula fil-parti A ta-Anness III tiegħu, li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna ż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel għal kumpaniji differenti ta’ kummerċjalizzazzjoni u jistabbilixxu l-iskadenzi għall-għoti ta’ tali informazzjoni. Huwa jistabbilixxi wkoll ir-regoli komuni fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(2)

Fl-interess ta’ monitoraġġ aħjar tas-sitwazzjoni tas-suq u fid-dawl tal-esperjenza miksuba f’dan il-qasam, ċerti obbligi tal-komunikazzjoni tal-Istati Membri previsti fil-parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandhom jiġu ssimplifikati, preskritti, miżjuda jew imħassra.

(3)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiżdied obbligu dwar il-komunikazzjoni tal-użu totali taż-żejt taż-żebbuga u tal-ħażniet miżmuma fl-aħħar tas-sena u li jitħassar l-obbligu dwar l-informazzjoni fir-rigward taż-żebbuġ tal-ikel.

(4)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Taqsima A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 hija emendata kif ġej:

1.

Il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Qabel il-15 ta’ Settembru, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni, għas-sena tas-suq preċedenti, dwar il-produzzjoni definittiva u l-konsum intern totali taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll dwar il-ħażniet li jkun baqa’ fl-aħħar tas-sena.

Qabel il-15 ta’ Ottubru u qabel il-15 ta’ April, huma jipprovdu lill-Kummissjoni, għas-sena tas-suq attwali, stima tal-produzzjoni totali taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll stima tal-konsum intern u tal-ħażniet li jkun baqa’ fl-aħħar tas-sena.”

2.

Il-punt c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

Minn Settembru sa Mejju ta’ kull kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ kull xahar, stima xahar b’xahar taż-żejt taż-żebbuġa prodott minn meta tkun bdiet il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata sax-xahar preċedenti, b’dak ix-xahar inkluż.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2013

tal-24 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

64,4

TN

68,9

TR

120,3

ZZ

84,5

0707 00 05

EG

200,0

JO

182,1

MA

158,2

TR

165,1

ZZ

176,4

0709 91 00

EG

119,3

ZZ

119,3

0709 93 10

EG

105,4

MA

89,8

TR

144,3

ZZ

113,2

0805 10 20

EG

58,0

MA

60,3

TN

53,4

TR

63,9

ZA

46,1

ZZ

56,3

0805 20 10

MA

92,5

ZZ

92,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

95,5

KR

138,1

MA

158,2

TR

81,9

ZZ

118,4

0805 50 10

EG

87,0

TR

72,4

ZZ

79,7

0808 10 80

CN

102,2

MK

38,5

US

145,5

ZZ

95,4

0808 30 90

CN

51,8

US

132,9

ZZ

92,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 67/2013

tal-24 ta’ Jannar 2013

dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2013 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, fid-dawl tal-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għas-sejħa parzjali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti li jkunu waslu għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1701 14 10 u 1701 99 10.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas- Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, li fit-23 ta' Jannar 2013 skadielha l-limitu taż-żmien biex jitressqu l-offerti, ġie ffissat dazju doganali minimu kif inhu stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1701 14 10 u 1701 99 10.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2013, p. 7.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 14 10

195,00

1701 99 10

240,00

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


DEĊIŻJONIJIET

25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

(2013/52/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 329(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talbiet magħmula mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ leġislazzjoni li tittratta dwar taxxi fuq it-turnover, dazji tas-sisa u forom oħra ta’ tassazzjoni indiretta sa fejn tali armonizzazzjoni tkun neċessarja sabiex tiżgura l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(3)

Fl-2011, il-Kummissjoni nnutat id-dibattitu li kien għaddej fil-livelli kollha dwar it-tassazzjoni addizzjonali tas-settur finanzjarju. Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod ġust u sostanzjali għall-ispejjeż tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b’mod ekwu fil-konfront ta’ setturi oħrajn fil-ġejjieni, biex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex jiġu kkomplementati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet speċifiċi ta’ politika.

(4)

F’dan l-isfond, fit-28 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (1). L-għan ewlieni ta’ dik il-proposta kien li jkun żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u li tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(5)

Fil-laqgħa tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012, ġie aċċertat li ma kienx hemm appoġġ unanimu għal sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) kif proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda fid-29 ta’ Ġunju 2012 li d-Direttiva proposta ma tiġix adottata mill-Kunsill fi żmien perijodu raġonevoli. Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012, saret referenza għad-differenzi persistenti u essenzjali fl-opinjonijiet fir-rigward tal-ħtieġa tat-twaqqif ta’ sistema komuni ta’ TTF fil-livell tal-Unjoni u ġie kkonfermat li l-prinċipju ta’ taxxa armonizzata fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji mhux se jirċievi appoġġ unanimu fil-Kunsill fil-futur prevedibbli.

(6)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, 11-il Stat Membru, jiġifieri il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja, indirizzaw talbiet lill-Kummissjoni b’ittri li waslu bejn it-28 ta’ Settembru u t-23 ta’ Ottubru 2012 fejn indikaw li xtaqu li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tat-TTF. Dawn l-Istati Membri talbu li l-ambitu u l-għanijiet tal-kooperazzjoni msaħħa tkun ibbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tat-28 ta’ Settembru 2011. Saret ukoll referenza b’mod partikolari għall-bżonn li jiġu evitati azzjonijiet evażivi, distorsjonijiet u trasferimenti lejn ġurisdizzjonijiet oħra.

(7)

Il-kooperazzjoni msaħħa għandha tipprovdi l-qafas legali meħtieġ għall-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ TTF fl-Istati Membri parteċipanti u tiżgura li l-karatteristiċi bażiċi tat-taxxa jkunu armonizzati. Safejn ikun possibbli, l-inċentivi għall-arbitraġġ dwar tassazzjoni u d-distorsjonijiet bejn is-swieq finanzjarji minħabba l-allokazzjoni, kif ukoll il-possibbiltajiet għal tassazzjoni doppja jew għal nuqqas ta’ tassazzjoni, kif ukoll azzjonijiet evażivi, għandhom b’hekk jiġu evitati.

(8)

Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tat-TUE u fl-Artikoli 326 u 329 tat-TFUE huma sodisfatti.

(9)

Fil-laqgħa tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2012 ġie stabbilit, u kkonfermat fl-10 ta’ Lulju 2012, li l-għan li tiġi adottata sistema komuni ta’ TTF ma jistax jintlaħaq fi żmien perijodu raġonevoli mill-Unjoni komplessivament. Konsegwentement, il-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 20(2) tat-TUE li l-kooperazzjoni msaħħa tista’ tiġi adottata bħala l-aħħar għażla hija sodisfatta.

(10)

Il-qasam sostantiv li fih isseħħ il-kooperazzjoni msaħħa, jiġifieri l-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ TTF fi ħdan l-Unjoni, huwa qasam kopert mill-Artikolu 113 tat-TFUE u għalhekk kopert mit-Trattati.

(11)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ TTF għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament korrett tas-suq intern. Fuq l-iskala ta’ din il-kooperazzjoni, hija tevita l-koeżistenza ta’ reġimi nazzjonali differenti u għalhekk frammentazzjoni bla bżonn tas-suq, kif ukoll problemi sussegwenti fil-forma ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, devjazzjonijiet ta’ kummerċ bejn prodotti, atturi u żoni ġeografiċi, u inċentivi għal operaturi biex jevitaw it-taxxi permezz ta’ operazzjonijiet b’valur ekonomiku baxx. Dawn il-kwistjonijiet huma ta’ relevanza partikolari fil-qasam konċernat, li huwa mmarkat minn bażijiet ferm mobbli ta’ tassazzjoni. Għaldaqstant, hija tiffavorixxi l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, tħares l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess tal-integrazzjoni tagħha b’konformità mal-Artikolu 20(1) tat-TUE.

(12)

It-twaqqif ta’ sistema armonizzata komuni ta’ TTF mhuwiex inkluż fil-lista ta’ oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 3(1) tat-TFUE. Billi din isservi l-funzjonament tas-suq intern, b’konformità mal-Artikolu 113 tat-TFUE, hija taqa’ taħt il-kompetenzi kondiviżi tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4 tat-TFUE u għaldaqstant tinsab fi ħdan il-qafas tal-kompetenza mhux esklużiva tal-Unjoni.

(13)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam ikkonċernat tikkonforma mat-Trattati u mal-liġi tal-Unjoni, taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 326 tat-TFUE. B’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 326 tat-TFUE, hija mhijiex se timmina s-suq intern jew il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u lanqas se tikkostitwixxi ostakolu jew diskriminazzjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri jew toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni bejniethom.

(14)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam ikkonċernat tirrispetta l-kompetenzi, drittijiet u obbligi tal-Istati Membri mhux parteċipanti, b’konformità mal-Artikolu 327 tat-TFUE. Tali sistema ma taffettwax il-possibbiltà għal Stati Membri mhux parteċipanti li jżommu jew jintroduċu TTF fuq il-bażi ta’ regoli nazzjonali mhux armonizzati. Sistema komuni ta’ TTF tattribwixxi drittijiet ta’ tassazzjoni lill-Istati Membri parteċipanti biss fuq il-bażi ta’ fatturi ta’ konnessjoni xierqa.

(15)

Suġġett għall-konformità ma’ kwalunkwe kondizzjoni ta’ parteċipazzjoni stabbilita f’din id-Deċiżjoni, il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam imsemmi hija miftuħa f’kull mument għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jikkonformaw mal-atti diġà adottati fi ħdan dan il-qafas taħt l-Artikolu 328 tat-TFUE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka huma b’dan awtorizzati li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, billi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  COM(2011) 594 final tat-28 ta’ Settembru 2011.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/53/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2012, il-Belġju talab awtorizzazzjoni sabiex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE li tippermetti lill-Belġju sabiex jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhux aktar minn EUR 25 000. Permezz ta’ dik il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli se jkomplu jkunu eżenti minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tal-VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Settembru 2012 bit-talba magħmula mill-Belġju. Permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Belġju li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Skont l-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li m’għamlux użu tal-Artikolu 14 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta’ April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq il-fatturat, l-istruttura u l-proċeudri għall-applikazzjoni tas-sitema ta’ komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), jistgħu jeżentaw persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 5 000. Il-Belġju talab li dan il-limitu jiżdied għal EUR 25 000.

(4)

Limitu ogħla għall-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar hu miżura ta’ simplifikazzjoni għaliex jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-iżgħar negozji. Din l-iskema hija fakoltattiva għall-persuni taxxabbli.

(5)

Fil-proposta tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2004 għal Direttiva li temenda d-Direttiva 77/388/KEE, issa d-Direttiva 2006/112/KE, bil-ħsieb li tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limitu tal-fatturat annwali għall-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT sa ammont massimu ta’ EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont ikun aġġornat kull sena. It-talba ppreżentata mill-Belġju hi konformi ma’ dik il-proposta.

(6)

Il-miżura ta’ deroga ser ikollha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont ġenerali ta’ dħul mit-taxxa tal-Belġju miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma hu ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Renju tal-Belġju hu awtorizzat li jeżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 25 000.

Ir-Renju tal-Belġju jista’ jżid l-ogħla limitu sabiex iżomm il-valur tal-eżenzjoni f’termini reali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temenda l-ammonti tal-limiti massimi ta’ fatturat annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal-31 ta’ Diċembru 2015, skont liema data sseħħ l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303/67.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/54/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-30 ta’ Lulju 2012, is-Slovenja talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi regola mill-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, li tkun tippermetti lis-Slovenja teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-EUR 50 000.

(2)

B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, b’ittra datata t-18 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mis-Slovenja. Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lis-Slovenja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba.

(3)

Skont l-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ċerti Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni wara l-1 ta’ Jannar 1978 jistgħu jeżentaw mill-VAT lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla mill-ekwivalenti fil-munita nazzjonali tal-ammonti bir-rata tal-kambju fil-ġurnata tal-adeżjoni tagħhom, kif speċifikat f’dik id-dispożizzjoni. Is-Slovenja talbet li l-limitu massimu korrispondenti tagħha, li huwa stabbilit bħala EUR 25 000 skont il-punt 15 tal-Artikolu 287, jiżdied għal EUR 50 000.

(4)

Limitu massimu ogħla għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar hu miżura ta’ simplifikazzjoni peress li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT għan-negozji ż-żgħar. L-iskema speċjali hija fakultattiva għall-persuni taxxabbli.

(5)

Fil-proposta tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2004 għal Direttiva li temenda d-Direttiva 77/338/KEE, issa d-Direttiva 2006/112/KE, bil-ħsieb li tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limitu tal-fatturat annwali għall-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT sa ammont massimu ta’ EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont ikun aġġornat kull sena. It-talba ppreżentata mis-Slovenja hi konformi ma’ dik il-proposta.

(6)

Il-miżura ta’ deroga se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ dħul mit-taxxa tas-Slovenja miġbura fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubbliak tas-Slovenja hija awtorizzata teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 50 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temendaw l-ammonti tal-limiti massimi ta’ fatturat annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal-31 ta’ Diċembru 2015, skont liema data tiġi l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2009/1008/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/55/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u partikolarment l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fl-20 ta’ April 2012, il-Latvja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mil-Latvija permezz ta’ ittri bid-dati tat-30 u l-31 ta’ Lulju 2012. B’ittra li ġġib id-data tat-2 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba.

(3)

Is-suq tal-injam fil-Latvja għadu ddominat minn impriżi lokali żgħar u minn fornituri individwali. In-natura tas-suq u n-negozji involuti wasslu għal frodi fiskali li l-awtoritajiet tat-taxxa sabuha diffiċli jikkontrollaw. Sabiex tiġi miġġielda dik il-frodi, iddaħħlet dispożizzjoni speċjali fil-leġiżlazzjoni tal-Latvja dwar il-VAT, li tistipula li, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fl-injam, il-persuna responsabbli biex tħallas it-taxxa hija l-persuna taxxabbli li lilha tkun saret il-provvista taxxabbli ta’ prodotti jew servizzi. Dik id-dispożizzjoni tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, li tipprovdi li, bis-sistema interna, il-persuna taxxabbli li tforni prodotti jew servizzi hija normalment responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.

(4)

Is-sitwazzjoni legali u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni tal-miżura derogatorja taħt id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1008/UE tas-7 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) ma nbidlitx u għadha teżisti. Fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut mil-Latvja, jidher li l-livell ta’ riskju ta’ frodi tal-VAT fis-settur għadu għoli. Għalhekk, il-Latvja għandha tiġi awtorizzata tapplika l-miżura ta’ deroga matul perjodu limitat ieħor.

(5)

Fil-każ li l-Latvja tikkunsidra estensjoni oħra tal-miżura ta’ deroga għal wara l-2015, hij għandha sal-31 ta’ Marzu 2015, tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura lill-Kummissjoni flimkien mat-talba tagħha għal estenzjoni.

(6)

Il-miżura ta’ deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2009/1008/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2009/1008/UE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, id-data “31 ta’ Diċembru 2012” hija sostitwita b’dik tal-“31 ta’ Diċembru 2015”;

(2)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2015 u għandha tiġi akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dik il-miżura.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 30.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2010/39/UE li tawtorizza lir-Repubblika Portugiża sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 168, 193 u 250 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/56/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-18 ta’ April 2012, il-Portugall talab awtorizzazzjoni biex ikompli japplika miżura li kienet mogħtija qabel mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/39/UE (2), li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola d-dritt tat-tnaqqis, il-persuna obbligata li tħallas it-taxxa u l-obbligu li tiġi sottomessa denunzja tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn b’ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2012 bit-talba tal-Portugall. Permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Portugall li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Il-miżura derogatorja tal-Portugall tiddevja mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, minħabba li tippermetti l-applikazzjoni ta’ skema speċjali b’għażla li tikkonċerna ditti partikolari li jaġixxu fin-negozju tal-bejgħ fid-djar li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi, fejn awtorizzati mill-awtoritajiet fiskali kompetenti (‘ditti awtorizzati’). Dawk id-ditti awtorizzati japplikaw mudell partikolari tan-negozju billi jbiegħu l-prodotti tagħhom direttament lil rivendituri intermedji li, min-naħa tagħhom, ibigħu l-istess prodotti direttament lill-konsumaturi finali.

(4)

Il-miżura tidderoga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, li jirregola d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas il-VAT imposta fuq oġġetti u servizzi fornuti lilha għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha, billi tagħti lid-ditti awtorizzati d-dritt li jnaqqsu l-VAT dovuta jew imħallsa mir-rivendituri tagħhom għal merkanzija korrispondenti li ġiet fornuta lil dawk ir-rivendituri.

(5)

Il-miżura tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, li jirregola l-obbligu li titħallas il-VAT, billi tistabbilixxi d-ditti awtorizzati li għalihom tapplika l-iskema bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT fuq il-forniment tal-oġġetti mir-rivendituri tagħhom lill-konsumaturi finali.

(6)

Il-miżura tidderoga mill-Artikolu 250 tad-Direttiva 2006/112/KE, li jirregola l-obbligu li tiġi sottomessa denunzja tal-VAT, billi tittrasferixxi lil ditti awtorizzati l-obbligu li jissottomettu denunzja tal-VAT relatata mal-merkanzija li jkunu fornew lir-rivenditur u relatata mal-forniment ta’ dik il-merkanzija lill-konsumaturi finali.

(7)

Il-miżura derogatorja tista’ tiġi applikata biss minn dawn id-ditti li l-fatturat totali tagħhom jinkiseb mill-bejgħ fid-djar magħmul minn rivendituri li jaġixxu f’isimhom u fuq inizjattiva tagħhom, sakemm il-prodotti kollha mibjugħa mid-ditta ikunu inklużi f’lista ta’ prezzijiet stabbilita minn qabel applikabbli fl-istadju finali tal-konsum u li d-ditti jbiegħu il-prodotti tagħhom direttament lir-rivendituri li, min-naħa tagħhom, ibigħuhom direttament lill-konsumaturi finali.

(8)

Il-miżura derogatorja għandha l-effett li tiżgura li l-VAT miġbura fl-istadju tal-kummerċ bl-imnut fuq il-bejgħ tal-prodotti provenjenti minn ditti awtorizzati titħallas kif suppost lit-Teżor u, b’dan il-mod biex tiġi evitata l-frodi fiskali. Hija tiffaċilita wkoll l-amministrazzjoni tat-taxxa billi tissimplifika l-arranġamenti għall-ġbir tal-VAT u tnaqqas l-obbligi tar-rivendituri fir-rigward tal-VAT.

(9)

Skont l-informazzjoni provduta mill-Portugall, is-sitwazzjoni legali u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni tal-miżura derogatorja ma nbidlitx u għadha teżisti. Il-Portugall għandu għalhekk jiġi awtorizzat japplika dik il-miżura għal perijodu ieħor, iżda limitat fiż-żmien sabiex jingħata żmien għal reviżjoni tan-neċessità u l-effettività tal-miżura derogatorja.

(10)

Fejn il-Portugall jikkunsidra li estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2015 himeħtieġa, għandu jressaq rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura derogatorja lill-Kummissjoni, flimkien ma’ talba għall-estensjoni sal-31 ta’ Marzu 2015 sabiex iħalli biżżejjed żmien biex il-Kummissjoni teżamina t-talba u biex, f’każ li l-Kummissjoni tressaq proposta, il-Kunsill jadottaha.

(11)

Il-miżura derogatorja se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ taxxa ta’ dħul tal-Portugall miġbura fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT.

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2010/39/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2010/39/UE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Diċembru 2012” hija sostitwita b’dik tal-“31 ta’ Diċembru 2015”.

(2)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżura prevista f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2015 ugħandha tkun akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dik il-miżura.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Portugall.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 19, 23.1.2010, p. 5.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

taħtar membru Ġermaniż u membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/57/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Niclas HERBST sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Rolf FISCHER sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sinjura Regina POERSCH, Mitglied des Schleswig-Holsteinischen Landtags

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Peter LEHNERT, Mitglied des Schleswig-Holsteinischen Landtags.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li taħtar żewġ membri Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/58/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur J.C. (Co) VERDAAS u s-Sinjura A.E. (Anne) BLIEK-DE JONG,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Annemieke TRAAG, membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Gelderland

Is-Sur A. GIJSBERTS, membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Flevoland.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li taħtar membru Svediż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/59/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Uno ALDEGREN, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Helene FRITZON, Ledamot i kommunfullmäktige, Kristianstads kommun.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li taħtar żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/60/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u t-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Achill RUMPOLD u s-Sinjura Bernadette MENNEL,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Wolfgang WALDNER, Landesrat beim Amt der Kärntner Landesregierung.

Dr Gabriele NUSSΒAUMER, Landtagspräsidentin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/61/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sinjura Dagmar MÜHLENFELD bħala membru sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni (3),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din li ġejja hija b’dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Helma OROSZ, Oberbürgermeisterin der Stadt Dresden.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 287, 18.10.2012, p. 11.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li taħtar membru Portugiż u membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/62/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Carlos CESAR sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur André BRADFORD sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Vasco Ilídio ALVES CORDEIRO, Presidente do Governo Regional dos Açores

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Rodrigo VASCONCELOS DE OLIVEIRA, Subsecretário Regional da Presidência para as Relações Externas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


25.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Jannar 2013

li tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal indikazzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/63/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutriment u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi għal indikazzjonijiet dwar is-saħħa.

(2)

Kemm l-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll kif ukoll l-operaturi fin-negozju tal-ikel qajmu mistoqsijiet dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet tal-kontroll u jiġu żgurati ċarezza u ċertezza akbar għall-operaturi ekonomiċi, huwa xieraq li jinħarġu linji gwida.

(3)

Il-linji gwida stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll u l-operaturi tan-negozju tal-ikel. Il-partijiet interessati, b’mod partikulari l-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-gruppi tal-konsumaturi, ġew ikkonsultati fit-12 ta’ Ottubru 2012.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (2).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  http://ec.europa.eu/food/committees/regulatory/scfcah/general_food/index_en.htm


ANNESS

Linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-indikazzjonijiet dwar is-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Introduzzjoni

Il-linji gwida li ġejjin huma indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll u l-operaturi tan-negozju tal-ikel fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutriment u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (“ir-Regolament”). Indikazzjoni dwar is-saħħa hi kwalunkwe messaġġ jew rappreżentazzjoni kummerċjali volontarja fi kwalunkwe forma bħal kliem, dikjarazzjonijiet, stampi, logos, eċċ. li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn l-ikel li huwa s-suġġett tal-indikazzjoni u s-saħħa.

L-Artikolu 10 jistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu permess tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati. Dawn għandhom jiġi osservat flimkien mal-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali għall-indikazzjonijiet kollha (eż. l-Artikolu 3 tar-Regolament u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-Direttiva 84/450/KEE (2) li l-operaturi li jużaw l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom jirrispettaw ukoll), mal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutriment u s-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 4 u mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-indikazzjonijiet kollha pprovduti fl-Artikolu 5, kif ukoll mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu previst fil-lista ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi. Pereżempju, fil-każ ta’ “tnaqqis fir-riskju tal-mard” l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 14(1), hi mitluba informazzjoni addizzjonali fl-Artikolu 14(2). Huwa importanti li wieħed jinnota li anke indikazzjonijiet tas-saħħa awtorizzati ma jistgħux jintużaw sakemm l-użu tagħhom mhuwiex kompletament konformi mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament. Għaldaqstant, anke fejn l-indikazzjoni tiġi awtorizzata u inkluża fil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu azzjoni jekk l-użu tagħha ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament.

Ikun iktar faċli li wieħed jikseb konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u b’ mod partikolari l-Artikolu 10, jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel ikun kapaċi juri d-diliġenza xierqa u l-passi meħuda biex jikkonforma ma’ kull parti ta’ dan ir-Regolament.

1.   Projbizzjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa mhux awtorizzati u ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa li l-użu tagħhom ma jikkonformax mar-Regolament – l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 10(1) jipprevedi li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa huma pprojbiti sakemm: a) ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni u b) l-użu tagħhom ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament. L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu ġew awtorizzati skont il-proċedura xierqa stipulata fir-Regolament u jkunu ddaħħlu f’waħda mil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi msemmija fl-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(1). L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li mhumiex awtorizzati (mhux imdaħħla f’waħda mil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi) u l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġew awtorizzati (imdaħħla f’waħda mil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi) imma li l-użu tagħhom ma jkunx konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament huma pprojbiti.

2.   Informazzjoni obbligatorja li takkumpanja indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati – l-Artikolu 10(2)

2.1.   Distinzjoni ta’ tliet każijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10(2)

Sabiex jikkonformaw mar-Regolament, l-Artikolu 10(2) jirrikjedi żewġ, jew fejn xieraq, erba’ biċċiet ta’ informazzjoni obbligatorji li jridu jingħataw lill-konsumatur meta tintuża indikazzjoni dwar is-saħħa. L-informazzjoni stabbilita fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 10(2) għandha tkun inkluża fit-tikkettar tal-ikel, jew fil-preżentazzjoni tiegħu u r-reklamar jekk tali tikketta ma teżistix. Din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem fid-dawl tal-iskop tal-leġiżlatur li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u ġenwina biex tgħin lill-konsumaturi jagħmel għażla infurmata.

Tikkettar” hi definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/13/KE u fil-punt (j) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-definizzjoni tistqarr li “‘tikkettar’ tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma’ xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma’ dak l-ikel jew li jirreferi għalih’”; Fil-liġi tal-Unjoni hemm definizzjoni ta’ “reklamar” (4), iżda l-ebda definizzjoni ta’ “preżentazzjoni”, li għandha għalhekk tinftiehem fid-dawl tal-ispjegazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2000/13/KE u l-punt (b) tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

L-indikazzjoni dwar is-saħħa tista’ ssir fuq it-“tikkettar” li jista’ jfisser aktar minn sempliċiment tikketta, billi jinkludi l-informazzjoni kollha mogħtija lill-konsumatur dwar l-ikel u li takkumpanjah jew tirreferi għalih. Id-distinzjoni bejn “tikkettar” u “reklamar” hija li “tikkettjar” huwa kkonċernat ma’ kunsinna tal-ikel lill-konsumatur finali, filwaqt li “reklamar” jirrigwardja l-promozzjoni talprovvista tal-ikel mill-operatur tan-negozju tal-ikel.

(a)

Sabiex tinkiseb konformità mal-Artikolu 10(2), huwa meħtieġ li tkun inkluża l-informazzjoni obbligatorja fit-tikkettar tal-ikel, li għalih tkun saret l-indikazzjoni dwar is-saħħa.

(b)

Fejn ma jeżisti l-ebda “tikkettar”, l-informazzjoni obbligatorja għandha tingħata fir-“reklamar” u l-“preżentazzjoni” tal-ikel li fir-rigward tiegħu ssir l-indikazzjoni dwar is-saħħa. Pereżempju, fejn indikazzjoni dwar is-saħħa tintuża f’reklamar ġeneriku għal ċertu ikel (eż. żejt taż-żebbuġa, prodotti tal-ħalib, laħam, eċċ.) bla rabta ma’ prodott speċifiku li jkollu t-“tikkettar”, allura l-informazzjoni obbligatorja għandha wkoll tingħata fir-“reklamar” u l-“preżentazzjoni” ta’ dak l-ikel.

L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistabbilixxi prinċipju, li l-konsumatur għandu dejjem ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-nformazzjoni obbligatorja meta jieħu deċiżjoni dwar ix-xiri ta’ ikel. Aċċenn speċjali għandu jsir fir-rigward tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar il-bejgħ mill-bogħod. L-informazzjoni obbligatorja għandha tkun disponibbli għall-konsumatur qabel ix-xiri u fil-każijiet tal-bejgħ mill-bogħod fejn l-aċċess għat”tikkettar” huwa ristrett, l-informazzjoni obbligatorja għandha tkun inkluża fil-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel, fil-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod, sew jekk din hi websajt, katalgu, fuljett, ittra, eċċ.

(c)

Teżisti eżenzjoni fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat minn qabel għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari jew lill-kejterers tal-massa u l-ikel ippakkjat fil-punt tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej jew ippakkjat minn qabel bil-ħsieb tal-bejgħ immedjat. Dik l-eżenzjoni tfisser li l-informazzjoni obbligatorja elenkata fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10(2) ma tkunx meħtieġa. Għall-kuntrarju, fejn xieraq, l-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 10(2) hija meħtieġa dejjem.

2.2.   Erba’ biċċiet ta’ informazzjoni obbligatorji

Filwaqt li jippermetti ċerta flessibbiltà lill-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward ta’ kif jesprimu l-informazzjoni obbligatorja, ir-Regolament jipprevedi li l-erba’ biċċiet ta’ informazzjoni li ġejjin għandhom jiġu pprovduti meta tintuża xi indikazzjoni dwar is-saħħa permessa:

(a)

Dikjarazzjoni li tindika l-importanza ta’ dieta varjata u bilanċjata u stil ta’ ħajja san

L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tgħin lill-konsumatur jifhem l-effett ta’ benefiċċju speċifiku tal-ikel li jkollu indikazzjoni dwar is-saħħa. Hija tenfasizza li l-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa li l-konsum ta’ xi ikel partikolari għandu jkun parti minn dieta varjata u bbilanċjata u mhux mittiekel wisq jew kontra il-prattika ta’ dieta tajba (il-premessa 18) sabiex jinkisbu riżultati tajbin għas-saħħa u li l-konsum tal-ikel li jkollu l-indikazzjoni dwar is-saħħa u fil-kuntest ta’ dieta varjata u bbilanċjata huma biss aspett wieħed ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa;

(b)

Il-kwantità tal-ikel u t-tendenza tal-konsum meħtieġa biex jinkiseb l-effett ta’ benefiċċju indikat

Id-dispożizzjoni tirrigwarda l-informazzjoni li operatur tan-negozju tal-ikel għandu jipprovdi, abbażi tal-kompożizzjoni tal-ikel, biex jiġi żgurat li l-effett indikat jista’ jitwassal. Il-mod kif l-ikel jiġi kkunsmat huwa importanti u l-komunikazzjoni ta’ dan lill-konsumatur jista’ wkoll ikun rekwiżit tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu stabbiliti għal indikazzjonijiet dwar is-saħħa mill-Kummissjoni meta tawtorizzahom u telenkahom fir-reġistru tal-Unjoni (5). Madankollu, dik id-dispożizzjoni għandha tiżgura li fil-każ tal-indikazzjonijiet tas-saħħa kollha, il-konsumatur ikun infurmat bis-sħiħ dwar kemm ikel huwa meħtieġ u kif dan għandu jiġi kkunsmat matul il-jum. Pereżempju, għandha tingħata informazzjoni dwar jekk l-effett allegat huwiex probabbli li jinkiseb billi jiġi kkunsmat l-ikel darba biss jew diversi drabi matul il-jum. Barra minn hekk, dik l-informazzjoni ma tridx tħeġġeġ jew tittollera l-konsum eċċessiv ta’ ikel partikolari kif previst fil-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3. Fejn dan ma jkunx possibbli, l-indikazzjoni dwar is-saħħa m’għandhiex issir;

(c)

Fejn xieraq, dikjarazzjoni indirizzata lil persuni li għandhom jevitaw l-użu ta’ dak l-ikel”; kif ukoll

(d)

Twissija adegwata għal prodotti li hemm il-probabbiltà li jkunu ta’ riskju għas-saħħa jekk ikkunsmati eċċessivament”.

Xi indikazzjonijiet jistgħu jkunu awtorizzati b’restrizzjonijiet fuq l-użu tagħhom, jew fil-każ ta’ xi sustanzi, dispożizzjonijiet oħra speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ ikel jistgħu jipprevedu rekwiżiti addizzjonali tal-ittikkettar. Dawn ir-rekwiżiti kollha huma kumulattivi u l-operaturi għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet relevanti kollha li japplikaw għall-ikel u l-indikazzjonijiet. Madankollu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jassumu r-responsabilitajiet tagħhom skont il-liġi ġenerali tal-ikel u jħarsu r-rekwiżit fundamentali biex jiġi kummerċjalizzat ikel li jkun sigur u ma jkunx ta’ ħsara għas-saħħa u jużaw tali dikjarazzjonijiet fuq ir-rikonoxxenza tagħhom stess.

3.   Referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tas-saħħa – l-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 10(3) jippermetti l-użu ta’ dikjarazzjonijiet attraenti faċli, li jagħmlu referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi ta’ ċertu ikel għal saħħa tajba kumplessiva jew benesseri relatat mas-saħħa, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, suġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. L-użu ta’ tali indikazzjonijiet jista’ jkun ta’ għajnuna għall-konsumaturi peress li jwassal messaġġi aktar ċari lill-konsumatur. Madankollu, dawn jistgħu jkunu interpretati ħażin u/jew ma jiftiehmux faċilment mill-konsumaturi u possibbilment iwasslu biex wieħed jifhem li jeżistubenefiċċji għas-saħħa oħrajn/aħjar ta’ ċertu ikel, minn dawk li jeżistu attwalment. Għal din ir-raġuni, meta wieħed jirreferi għal benefiċċji tas-saħħa ġenerali u mhux speċifiċi, huwa meħtieġ li dawn ir-referenzi jiġu akkumpanjati minn indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa misluta mil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi fir-Reġistru tal-Unjoni. Għall-finijiet tar-Regolament, l-indikazzjoni tas-saħħa awtorizzata speċifika li takkumpanja l-istqarrija li tagħmel referenza għall-benefiċċji tas-saħħa ġenerali mhux speċifiċi, għandha ssir “biswit” jew “wara” t-tali stqarrija.

L-indikazzjonijiet speċifiċi misluta mil-listi ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi għandu jkollhom xi rilevanza għar-referenza ġenerali. Hekk kif din ir-referenza ssir aktar wiesgħa, eż. “għal saħħa tajba”, jaf ikunu eliġibbli li jakkumpanjawha aktar indikazzjonijiet dwar is-saħħa mil-listi permessi. Xorta għandha tingħata attenzjoni lill-fatt li l-Artikolu 10 jistabbilixxi regoli rigward il-kuntest li fih l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa huma użati u minħabba li l-Artikolu 10 jirreferi speċifikament għar-regoli tal-Kapitoli II u IV, dawk ir-regoli għandhom jiġu kkunsidrati wkoll jekk l-operaturi jixtiequ jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 10(3). Għalhekk, biex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa, l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom ir-responsabbiltà li juru r-rabta bejn ir-referenza għall-benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tal-ikel u l-indikazzjoni speċifika permessa dwar is-saħħa li takkumpanjaha.

Xi indikazzjonijiet sottomessi għall-awtorizzazzjoni matul il-valutazzjoni xjentifika tagħhom kienu ġġudikati bħala ġenerali wisq jew mhux speċifiċi għal evalwazzjoni. Dawn l-indikazzjonijiet ma setgħux jiġu awtorizzati u għalhekk jistgħu jinstabu fil-lista ta’ indikazzjonijiet mhux awtorizzati fir-Reġistru tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutriment u s-saħħa. Dan ma jeskludix li dawk l-indikazzjonijiet ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(3) u għalhekk jistgħu jiġu użati legalment meta jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni speċifika misluta mil-lista ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi skont dak l-Artikolu.


(1)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(2)  ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17.

(3)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(4)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv tiddikjara li “reklamar” tfisser l-għemil ta’ rappreżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(5)  Ir-Reġistru tal-Unjoni huwa ppubblikat fil-websajt uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, DĠ tas-Saħħa u l-Konsumaturi http://ec.europa.eu/nuhclaims/