ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.020.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 20

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
23ta' Jannar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/40/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

1

Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 49/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 50/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 51/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar il-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf ( 1 )

33

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 52/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 li jimmodifika l-Anness XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna l-inbid semifrizzanti, l-inbid semifrizzanti bil-gass u most tal-għeneb konċentrat rettifikat

44

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 53/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

46

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 54/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/41/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP NESTOR/1/2013 tal-11 ta' Jannar 2013 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

50

 

 

2013/42/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUCAP NESTOR/2/2013 tal-11 ta’ Jannar 2013 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ Stati terzi għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta’ Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/43/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 dwar il-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet tal-Unjoni f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/44/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

57

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/45/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

60

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/46/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

65

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2012 tal-5 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet ta’ monitoraġġ u tbassir ( ĠU L 240, 6.9.2012 , rettifikat f' ĠU L 255, 21.9.2012 )

70

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Mejju 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

(2013/40/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikoli l-Artikoli 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja Ftehim Qafas mar-Repubblika tal-Korea, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”.

(2)

In-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim ġie inizjalat fl-14 ta’ Ottubru 2009.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iżjed tard, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b’mod provviżorju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja. L-applikazzjoni provviżorja tibda fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni provviżorja.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


FTEHIM QAFAS

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħin ‘l-Istati Membri’,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KOREA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Partijiet”,

WAQT LI JQISU r-rabtiet tradizzjonali tagħhom ta’ ħbiberija u r-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi li jgħaqqduhom;

WAQT LI JFAKKRU l-Ftehim Qafas għall-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Ottubru 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2001;

KONXJI mill-proċess mgħaġġel li bih l-Unjoni Ewropea qiegħda tikseb l-identità tagħha stess fil-politika barranija u fil-qasam tas-sigurtà u l-ġustizzja;

KONXJI mir-rwol u r-responsabbiltà li qegħdin dejjem jikbru u li qiegħda tassumi r-Repubblika tal-Korea fil-komunità internazzjonali;

WAQT LI JENFASIZZAW in-natura komprensiva tar-relazzjoni tagħhom u l-importanza ta’ sforzi kontinwi sabiex tinżamm il-koerenza globali;

WAQT LI JIKKONFERMAW ix-xewqa tagħhom li jżommu u li jiżviluppaw id-djalogu politiku regolari tagħhom, li huwa bbażat fuq valuri u aspirazzjonijiet komuni;

WAQT LI JESPRIMU r-rieda komuni tagħhom li jgħollu r-relazzjonijiet tagħhom għal sħubija msaħħa li tinkludi l-oqsma politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali;

DETERMINATI f’dan ir-rigward li jikkonsolidaw, japprofondixxu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet f’oqsma ta’ interess reċiproku, fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali u fuq il-bażi tal-ugwaljanza, ir-rispett tas-sovranità, in-nondiskriminazzjoni u l-ġid reċiproku;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rabta qawwija tal-Partijiet mal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll mal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-governanza tajba;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID id-determinazzjoni tagħhom li jiġġieldu kontra reati serji ta’ tħassib internazzjonali u l-konvinzjoni tagħhom li l-prosekuzzjoni effettiva tal-iżjed reati serji ta’ tħassib internazzjonali trid tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fuq livell nazzjonali u billi titkabbar il-kollaborazzjoni globali;

WAQT LI JQISU li t-terroriżmu huwa theddida għas-sigurtà globali u li jixtiequ jintensifikaw id-djalogu u l-koperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, skont l-istrumenti internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 1373 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u waqt li jaffermaw mill-ġdid li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt huwa l-bażi fundamentali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

WAQT LI JIKKONDIVIDU l-fehma li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom joħolqu theddida kbira għas-sigurtà internazzjonali, waqt li jirrikonoxxu l-impenn tal-komunità internazzjonali sabiex tiġġieled kontra proliferazzjoni bħal din kif imfisser fl-adozzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 1540, u waqt li jixtiequ li jsaħħu d-djalogu u l-koperazzjoni tagħhom f’dan il-qasam;

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-ħtieġa għal koperazzjoni akbar fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà;

WAQT LI JFAKKRU f’dan ir-rigward li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti III, it-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti tal-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea (skont il-każ) tinnotifika lir-Repubblika tal-Korea li wieħed jew l-ieħor intrabat fuq dawn il-kwistjonijiet bħala parti mill-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li l-istess japplika għad-Danimarka, skont il-Protokoll rilevanti dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż ma’ dawk it-Trattati;

WAQT LI JIRRIKONOXXU x-xewqa tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu;

WAQT LI JESPRIMU l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u d-determinazzjoni tagħhom sabiex jikkoperaw fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

WAQT LI JFAKKRU l-appoġġ tagħhom għal globalizzazzjoni ġusta u għall-miri ta’ impjieg sħiħ u produttiv kif ukoll xogħol diċenti għal kulħadd;

WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-flussi ta’ kummerċ u investiment żdiedu bejn il-Partijiet fuq il-bażi tas-sistema kummerċjali bbażata fuq regoli globali taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);

XEWQANA LI jiżguraw il-kondizzjonijiet għal u li jippromwovu ż-żieda u l-iżvilupp sostenibbli tal-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet għall-vantaġġ reċiproku tagħhom, fost l-oħrajn billi jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles;

WAQT LI JAQBLU dwar il-ħtieġa ta’ sforzi kollettivi sabiex jirrispondu għal kwistjonijiet globali bħat-terroriżmu, ir-reati serji ta’ tħassib internazzjonali, il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom, it-tibdil fil-klima, in-nuqqas ta’ sigurtà fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, il-faqar u l-kriżi finanzjarja;

DETERMINATI li jsaħħu l-koperazzjoni f’setturi ta’ interess reċiproku, b’mod partikolari l-promozzjoni tal-prinċipji demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet umani, it-twaqqif tal-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva; il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ armi żgħar u armamenti ħfief; it-teħid ta’ miżuri kontra l-iżjed reati serji ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali; il-ġlieda kontra t-terroriżmu; il-koperazzjoni f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali; il-kummerċ u l-investiment; id-djalogu dwar il-politika ekonomika; il-koperazzjoni kummerċjali; it-tassazzjoni; id-dwana; il-politika dwar il-kompetizzjoni; is-soċjetà tal-informazzjoni; ix-xjenza u t-teknoloġija; l-enerġija; it-trasport; il-politika dwar it-trasport marittimu; il-politika dwar il-konsumatur; is-saħħa; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali; l-ambjent u r-riżorsi naturali; it-tibdil fil-klima; l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-forestrija; il-baħar u s-sajd; l-għajnuna għall-iżvilupp; il-kultura, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, l-awdjoviżiv u l-medja; l-edukazzjoni; l-istat tad-dritt; il-koperazzjoni legali; il-protezzjoni tad-data personali; il-migrazzjoni; il-ġlieda kontra d-drogi illeċiti; il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu; il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità; l-infurzar tal-liġi; it-turiżmu; is-soċjetà ċivili; l-amministrazzjoni pubblika; u l-istatistika;

KONXJI mill-importanza li jiffaċilitaw l-involviment fil-koperazzjoni tal-individwi u l-entitajiet direttament ikkonċernati, b’mod partikolari l-operaturi ekonomiċi u l-korpi li jirrappreżentawhom;

WAQT LI JIRRIKONOXXU x-xewqa li jgħollu r-rwoli u l-profili taż-żewġ Partijiet fir-reġjuni ta’ xulxin u li jippromwovu l-kuntatti interpersonali bejn il-Partijiet;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TITOLU I

BAŻI U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Bażi għall-koperazzjoni

1.   Il-Partijiet jikkonfermaw ir-rabta tagħhom mal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt. Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jirriflettu l-prinċipju tal-istat tad-dritt, isejjes il-linji ta’ politika interni u internazzjonali taż-żewġ Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jikkonfermaw ir-rabta tagħhom mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-appoġġ tagħhom għall-valuri kondiviżi mfissrin fiha.

3.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, it-tkabbir ekonomiku, il-kontribut biex jinkisbu l-miri ta’ żvilupp maqbula internazzjonalment, u l-koperazzjoni sabiex jiġu indirizzati sfidi ambjentali globali, b’mod partikolari t-tibdil fil-klima.

4.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rabta tagħhom mal-prinċipji ta’ governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, partikolarment b'kont meħud tal-obbligi internazzjonali tagħhom.

5.   Il-Partijiet jenfasizzaw ir-rabta kondiviża tagħhom lejn in-natura komprensiva tar-relazzjonijiet bilaterali u lejn iż-żamma tal-koerenza globali f’dan ir-rigward.

6.   Il-Partijiet jaqblu li jgħollu r-relazzjonijiet tagħhom fi sħubija msaħħa u li jiżviluppaw oqsma ta’ koperazzjoni fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali.

7.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim bejn Partijiet li jikkondividu l-istess valuri u rispett għandha għalhekk tkun ibbażata fuq il-prinċipji tad-djalogu, ir-rispett reċiproku, is-sħubija ugwali, il-multilateraliżmu, il-kunsens u r-rispett għal-liġi internazzjonali.

Artikolu 2

Għanijiet tal-koperazzjoni

1.   Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koperazzjoni ta’ bejniethom, il-Partijiet jintrabtu li jintensifikaw id-djalogu politiku tagħhom u li jsaħħu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom. L-isforzi tagħhom ser ikunu partikolarment immirati biex:

a)

jilħqu ftehim dwar viżjoni futura għat-tisħiħ tas-sħubija tagħhom u jiżviluppaw proġetti konġunti sabiex tiġi implimentata din il-viżjoni;

b)

ikollhom djalogi politiċi regolari;

c)

jippromwovu sforzi kollettivi fil-fora u l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha sabiex jirrispondu għal kwistjonijiet globali;

d)

jippromwovu l-koperazzjoni ekonomika f’oqsma ta’ interess reċiproku, fosthom il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika, bil-ħsieb ta' diversifikazzjoni fil-kummerċ għall-vantaġġ reċiproku tagħhom;

e)

jinkoraġġixxu l-koperazzjoni bejn in-negozji billi jiffaċilitaw l-investiment fuq iż-żewġ naħat u billi jippromwovu fehim reċiproku aħjar;

f)

isaħħu l-parteċipazzjoni rispettiva fil-programmi ta’ koperazzjoni ta’ xulxin miftuħin għall-Parti l-oħra;

g)

jgħollu r-rwoli u l-profili taż-żewġ Partijiet fir-reġjuni ta’ xulxin, permezz ta’ diversi mezzi inklużi skambji kulturali, l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-edukazzjoni;

h)

jippromwovu l-kuntatti u l-fehim interpersonali.

2)   jibnu fuq is-sħubija stabbilita sew u l-valuri kondiviżi tagħhom, il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw il-koperazzjoni u d-djalogu ta’ bejniethom fuq il-kwistjonijiet kollha ta’ interess komuni. L-isforzi tagħhom ser ikunu partikolarment immirati biex:

a)

isaħħu d-djalogu politiku u l-koperazzjoni, b’mod partikolari dwar id-drittijiet tal-bniedem; in-non-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva; l-armi żgħar u armamenti ħfief; l-aktar reati serji ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali; u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;

b)

isaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha ta’ interess reċiproku relatati mal-kummerċ u l-investiment u jiżguraw il-kondizzjonijiet għaż-żieda sostenibbli fil-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet għall-vantaġġ reċiproku tagħhom;

c)

isaħħu l-koperazzjoni fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika, b’mod partikolari d-djalogu dwar il-politika ekonomika; il-koperazzjoni kummerċjali; it-tassazzjoni; id-dwana; il-politika dwar il-kompetizzjoni; is-soċjetà tal-informazzjoni; ix-xjenza u t-teknoloġija; l-enerġija; it-trasport; il-politika dwar it-trasport marittimu; u l-politika dwar il-konsumatur;

d)

isaħħu l-koperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari s-saħħa; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali; l-ambjent u r-riżorsi naturali; it-tibdil fil-klima; l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-forestrija; il-baħar u s-sajd; l-għajnuna għall-iżvilupp;

e)

isaħħu l-koperazzjoni fil-qasam tal-kultura, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, l-awdjoviżiv u l-medja; u l-edukazzjoni;

f)

isaħħu l-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, b’mod partikolari l-istat tad-dritt; il-koperazzjoni legali; il-protezzjoni tad-data personali; il-migrazzjoni; il-ġlieda kontra d-drogi illeċiti; il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu; il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità; u l-infurzar tal-liġi;

g)

isaħħu l-koperazzjoni f’oqsma oħrajn ta’ interess komuni, b’mod partikolari t-turiżmu; is-soċjetà ċivili; l-amministrazzjoni pubblika; u l-istatistika.

TITOLU II

DJALOGU POLITIKU U KOPERAZZJONI

Artikolu 3

Djalogu politiku

1.   Għandu jiġi stabbilit djalogu politiku regolari bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Unjoni Ewropea, li jkun ibbażat fuq valuri u aspirazzjonijiet komuni. Dan id-djalogu se jsir skont il-proċeduri li jkun sar qbil fuqhom bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Unjoni Ewropea.

2.   Id-djalogu politiku se jfittex li:

a)

jenfasizza l-impenn tal-Partijiet lejn id-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem;

b)

jippromwovi soluzzjonijiet paċifiċi għall-konflitti internazzjonali jew reġjonali u t-tisħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

c)

iżid il-konsultazzjonijiet politiċi dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà internazzjonali bħall-kontroll tal-armi u d-diżarm, in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta' qerda massiva, u t-trasferiment internazzjonali ta’ armi konvenzjonali;

d)

jirrifletti fuq kwistjonijiet internazzjonali importanti ta’ interess komuni billi jżid l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn iż-żewġ partijiet u fi ħdan fora internazzjonali;

e)

iżid il-konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ interess partikolari għall-pajjiżi tar-reġjun tal-Asja-Paċifiku u Ewropew, għall-promozzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità fiż-żewġ reġjuni.

3.   Id-djalogu bejn il-Partijiet se jseħħ permezz ta’ kuntatti, skambji u konsultazzjonijiet, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:

a)

laqgħat f’summits fil-livell ta’ kapijiet kull meta l-Partijiet iħossu l-ħtieġa;

b)

konsultazzjonijiet annwali fil-livell ministerjali kull meta jaqblu l-Partijiet;

c)

għoti ta’ informazzjoni dwar żviluppi barranin u domestiċi importanti fil-livell ta’ uffiċjali anzjani;

d)

djalogi settorjali dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni;

e)

skambji ta’ delegazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Korea.

Artikolu 4

Ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ Armi ta' Qerda Massiva

1.   Il-Partijiet iqisu li l-proliferazzjoni ta’ armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom, kemm lil atturi statali kif ukoll lil atturi mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-aktar theddidiet serji għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali.

2.   Għalhekk, il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw u li jikkontribwixxu sabiex jiġġieldu kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligi legali eżistenti rispettivi tagħhom relatati mad-diżarm u n-nonproliferazzjoni u strumenti rilevanti oħrajn li sar qbil fuqhom miż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet jaqblu li din id-dispożizzjoni tikkostittwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

3.   Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkoperaw u jikkontribwixxu sabiex jiġġieldu kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom billi:

a)

jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu, kif adatt, u jimplimentaw b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali rilevanti l-oħrajn kollha;

b)

jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontrolli nazzjonali fuq l-esportazzjoni sabiex timpedixxi l-proliferazzjoni ta’ armi ta' qerda massiva u ta’ prodotti u teknoloġiji relatati, fosthom kontrolli fuq l-utent finali u penali ċivili u kriminali adatti għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni.

4.   Il-Partijiet jaqblu li d-djalogu politiku tagħhom ser jakkumpanja u jikkonsolida dawn l-elementi.

Artikolu 5

Armi żgħar u armamenti ħfief

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illegali ta’ armi żgħar u armamenti ħfief, inkluż il-munizzjoni tagħhom, u l-akkumulazzjoni eċċessiva tagħhom, il-ġestjoni ħażina, il-ħażniet mhux assigurati sewwa u l-firxa mhux ikkontrollata tagħhom, ikomplu joħolqu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jimplimentaw l-impenji rispettivi tagħhom sabiex jindirizzaw il-kummerċ illeċitu ta’ armi żgħar u armamenti ħfief, inkluż il-munizzjon tagħhom, fil-qafas ta’ strumenti internazzjonali fosthom il-Programm ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex jiġi Impedut, Miġġieled u Meqrud il-Kummerċ Illegali ta’ Armi Żgħar u Armamenti Ħfief fl-Aspetti Kollha Tiegħu (UN PoA) u l-Istrument Internazzjonali li Jippermetti lill-Istati li Jidentifikaw u Jintraċċaw, Mingħajr Dewmien u b’Mod Affidabbli, Armi Żgħar u Armamenti Ħfief Illegali (ITI) kif ukoll l-obbligi li joħorġu mir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkoperaw u li jiżguraw koperazzjoni, kumplementarjetà u sinerġija fl-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw il-kummerċ illeċitu ta’ armi żgħar u armamenti ħfief u tal-munizzjon, fuq livelli globali, reġjonali, subreġjonali u nazzjonali.

Artikolu 6

L-aktar reati serji li huma ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li l-aktar reati serji ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali b’mod ġenerali ma jistgħux ma jiġux puniti u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom trid tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fil-livell nazzjonali u billi tiżdied il-koperazzjoni internazzjonali, kif adatt, fosthom il-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Partijiet jaqblu li jappoġġaw b’mod sħiħ l-universalità u l-integrità tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u strumenti relatati.

2.   Il-Partijiet jaqblu li djalogu bejniethom fuq dawn il-kwistjonijiet ikun ta’ benefiċċju.

Artikolu 7

Koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

1.   Il-Partijiet, waqt li jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u b’mod konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, inkluż il-liġi umanitarja internazzjonali, dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-refuġjati, kif ukoll il-leġislazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom, u, waqt li jikkunsidraw l-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, li hemm fir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 60/288 tat-8 ta’ Settembru 2006, jaqblu li jikkoperaw sabiex jiġu evitati u mrażżna atti terroristiċi.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu dan b’mod partikolari:

a)

fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-obbligi rispettivi tagħhom taħt konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali rilevanti oħra;

b)

bi skambju ta’ informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u n-netwerks ta’ appoġġ tagħhom, skont il-liġi internazzjonali u nazzjonali;

c)

permezz ta' skambji ta’ opinjonijiet dwar mezzi u metodi użati sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, inkluż f’oqsma u taħriġ tekniku, u permezz ta' skambju ta’ esperjenzi dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu;

d)

billi jikkoperaw sabiex jissaħħaħ il-kunsens internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu li jinkludi d-definizzjoni legali ta’ atti terroristiċi, kif adatt, u b’mod partikolari l-ħidma favur ftehim dwar il-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali;

e)

billi jaqsmu l-aħjar prattika rilevanti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

TITOLU III

KOPERAZZJONI F’ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI U INTERNAZZJONALI

Artikolu 8

Koperazzjoni f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jiskambjaw opinjonijiet u jikkoperaw f’fora reġjonali u internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), id-WTO, il-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u l-Forum Reġjonali tal-ASEAN (ARF).

TITOLU IV

KOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-IŻVILUPP EKONOMIKU

Artikolu 9

Kummerċ u investiment

1.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkoperaw sabiex jiżguraw il-kondizzjonijiet għal, u l-promozzjoni taż-żieda u l-iżvilupp sostenibbli tal-kummerċ u l-investiment bejniethom għall-vantaġġ reċiproku tagħhom. Il-Partijiet għandhom jinvolvu ruħhom fi djalogu u jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha ta’ interess reċiproku relatati mal-kummerċ u l-investiment, sabiex jiffaċilitaw il-flussi ta’ kummerċ u investiment sostenibbli, sabiex jevitaw u jneħħu l-ostakoli għall-kummerċ u l-investiment, u sabiex jippromwovu s-sistema ta’ kummerċ multilaterali.

2.   Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jagħtu effett lill-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment permezz tal-ftehim li jistabbilixxi żona ta’ kummerċ ħieles. Il-ftehim imsemmi hawn fuq għandu jikkostitwixxi ftehim speċifiku li jagħti effett lid-dispożizzjonijiet kummerċjali ta’ dan il-Ftehim, fit-termini tal-Artikolu 43.

3.   Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati u jiskambjaw opinjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ kummerċ bilaterali u internazzjonali, l-investiment u linji ta’ politika u kwistjonijiet relatati.

Artikolu 10

Djalogu dwar il-politika ekonomika

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu d-djalogu bejn l-awtoritajiet tagħhom u li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-qsim tal-esperjenzi dwar linji ta’ politika u xejriet makroekonomiċi.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu d-djalogu u l-koperazzjoni bil-ħsieb li jtejbu l-kontabbiltà, il-verifika, is-sistemi superviżorji u regolatorji fis-settur bankarju, l-assigurazzjoni u partijiet oħra tas-settur finanzjarju.

Artikolu 11

Koperazzjoni kummerċjali

1.   B'kont meħud tal-linji ta’ politika u l-objettivi ekonomiċi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-koperazzjoni dwar il-politika industrijali fl-oqsma kollha meqjusa adatti b'mod partikolari bil-ħsieb ta' titjib fil-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), fost l-oħrajn billi:

a)

jiskambjaw informazzjoni u esperjenzi dwar il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet ta’ qafas għall-SMEs sabiex itejbu l-kompetittività tagħhom u dwar proċeduri relatati mal-ħolqien ta’ SMEs;

b)

jippromwovu kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi, jinkoraġġixxu investimenti konġunti u jistabbilixxu impriżi konġunti u netwerks ta’ informazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-programmi eżistenti;

c)

jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi u l-promozzjoni kummerċjali, billi jipprovdu l-informazzjoni u jistimolaw l-innovazzjoni;

d)

jiffaċilitaw l-attivitajiet stabbiliti minn SMEs taż-żewġ naħat;

e)

jippromwovu responsabbiltà u kontabbiltà soċjali korporattiva u jinkoraġġixxu prattika kummerċjali responsabbli, inklużi l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli.

2.   Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw l-attivitajiet rilevanti ta’ koperazzjoni stabbiliti mis-setturi privati taż-żewġ naħat.

Artikolu 12

Tassazzjoni

Bil-ħsieb li jissaħħu u jiġu żviluppati l-attivitajiet ekonomiċi b'kont meħud tal-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ qafas regolatorju adatt, il-Partijiet jirrikonoxxu u jimpenjaw ruħhom li fil-qasam tat-taxxi jimplimentaw il-prinċipji tat-trasparenza, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta fit-taxxi. Għal dak il-għan, b’mod konformi mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom itejbu l-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa, jiffaċilitaw il-ġbir tad-dħul tat-taxxa leġittimu, u jiżviluppaw miżuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji msemmija hawn fuq.

Artikolu 13

Dwana

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fil-qasam doganali fuq bażi bilaterali u multilaterali. Għal dan il-għan, huma għandhom b’mod partikolari jaqsmu esperjenzi u jeżaminaw possibbiltajiet sabiex jissimplifikaw il-proċeduri, iżidu t-trasparenza u jiżviluppaw il-koperazzjoni. Huma għandhom ifittxu wkoll konverġenza tal-opinjonijiet u azzjoni konġunta f’oqfsa internazzjonali rilevanti.

Artikolu 14

Politika dwar il-kompetizzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu kompetizzjoni ġusta fl-attivitajiet ekonomiċi billi jinfurzaw b’mod sħiħ il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom dwar il-kompetizzjoni.

2.   Sabiex jintlaħaq l-għan tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u b’mod konformi mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u rigward il-koperazzjoni dwar attivitajiet anti-kompetittivi, il-Partijiet għandhom ifittxu li jikkoperaw:

a)

fir-rikonoxximent tal-importanza tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u fil-ħidma sabiex jinfurzaw b’mod proattiv il-liġi bil-għan li jinħoloq ambjent għal kompetizzjoni ġusta;

b)

fil-qsim tal-informazzjoni u fit-tkabbir tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni.

Artikolu 15

Soċjetà tal-informazzjoni

1.   Billi jirrikonoxxu li t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni huma elementi prinċipali tal-ħajja moderna u ta’ importanza vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar il-linji ta’ politika rispettivi tagħhom f’dan il-qasam.

2.   Il-koperazzjoni f’dan il-qasam għandha, fost l-oħrajn, tiffoka fuq:

a)

l-iskambju ta’ fehmiet dwar l-aspetti differenti tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, b’mod partikolari l-linji ta’ politika u r-regolazzjoni dwar il-komunikazzjoni elettronika inkluż is-servizz universali, il-liċenzjar u l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, il-ħarsien tal-privatezza u tad-data personali, u l-indipendenza u l-effiċjenza tal-awtorità regolatorja;

b)

l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks u s-servizzi ta’ riċerka, inkluż f’kuntest reġjonali;

c)

l-istandardizzazzjoni u t-tixrid ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

d)

il-promozzjoni tal-koperazzjoni dwar ir-riċerka bejn il-Partijiet fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;

e)

kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u aspetti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inkluża l-promozzjoni tas-sigurtà online, il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u l-użu ħażin tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-forom kollha ta’ mezzi elettroniċi.

3.   Għandha tiġi mħeġġa l-koperazzjoni bejn negozju u ieħor.

Artikolu 16

Xjenza u teknoloġija

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw attivitajiet ta’ koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija għal skopijiet paċifiċi, skont il-Ftehim dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea.

Artikolu 17

Enerġija

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-enerġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u għandhom ifittxu, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jtejbu l-koperazzjoni f’dan il-qasam bil-ħsieb li:

a)

jiddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija sabiex isaħħu s-sigurtà fl-użu tal-enerġija u jiżviluppaw forom ġodda, sostenibbli, innovattivi u rinnovabbli ta’ enerġija, inklużi, fost l-oħrajn, il-bijokarburanti u l-bijomassa, l-enerġija mir-riħ u solari kif ukoll il-ġenerazzjoni ta’ enerġija idrika;

b)

jappoġġaw l-iżvilupp ta’ linji ta’ politika sabiex jagħmlu l-enerġija rinnovabbli iżjed kompetittiva;

c)

jiksbu użu razzjonali tal-enerġija bil-kontributi kemm ta’ min iforni kif ukoll ta’ min jagħmel id-domanda, billi jippromwovu l-effiċjenza tal-enerġija fil-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu finali tal-enerġija;

d)

jippromwovu t-trasferiment tat-teknoloġija mmirat lejn il-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-enerġija;

e)

iżidu l-bini ta’ kapaċità u jiffaċilitaw l-investiment fil-qasam tal-enerġija b'kont meħud tal-prinċipji tat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-kompatibbiltà tas-suq;

f)

jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija;

g)

jiskambjaw fehmiet dwar żviluppi fis-swieq globali tal-enerġija, inkluż l-impatt fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

2.   Għal dawn il-finijiet, il-Partijiet ser jaħdmu kif meħtieġ sabiex jippromwovu, b’mod partikolari permezz tal-oqfsa reġjonali u internazzjonali eżistenti, l-attivitajiet ta’ koperazzjoni li ġejjin:

a)

koperazzjoni fit-tiswir tal-politika dwar l-enerġija u skambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-politika dwar l-enerġija;

b)

skambju ta’ informazzjoni dwar l-istatus u x-xejriet fis-suq tal-enerġija, l-industrija u t-teknoloġija;

c)

twettiq ta’ studji u riċerka konġunti;

d)

żieda fil-kummerċ u l-investiment fis-settur tal-enerġija.

Artikolu 18

Trasport

1.   Il-Partijiet ser jaħdmu sabiex jikkoperaw fl-oqsma rilevanti kollha tal-politika dwar it-trasport, inkluża l-politika integrata dwar it-trasport, bil-ħsieb ta' titjib fil-moviment tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-promozzjoni tas-sigurtà u s-sikurezza fit-trasport bil-baħar u tal-avjazzjoni, il-ħarsien tal-ambjent u ż-żieda fl-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport tagħhom.

2.   Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet f’dan il-qasam għandha timmira li tippromwovi:

a)

skambji ta’ informazzjoni dwar il-linji ta’ politika u l-prattika rispettivi tagħhom dwar it-trasport, speċjalment fir-rigward tat-trasport urban, rurali, tas-sistemi tal-ilmijiet interni, tal-ajru u tal-baħar, inklużi l-loġistika u l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta’ trasport multimodali, kif ukoll l-immaniġġar tat-toroq, tal-linji tal-ferrovija, tal-portijiet u tal-ajruporti;

b)

djalogu u azzjonijiet konġunti fil-qasam tat-trasport bl-ajru f’oqsma ta’ interess reċiproku, inkluż il-ftehim dwar ċertu aspett tas-servizzi bl-ajru u l-eżami tal-possibbiltajiet ta’ aktar żvilupp tar-relazzjonijiet, kif ukoll koperazzjoni teknika u regolatorja f’oqsma bħas-sikurezza fl-avjazzjoni, is-sigurtà, l-ambjent, l-immaniġġar tat-traffiku tal-ajru, l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u r-regolazzjoni ekonomika tal-industrija tat-trasport bl-ajru, bil-ħsieb tas-sostituzzjoni tal-konverġenza regolatorja u t-tneħħija tal-ostakoli għan-negozju. Fuq din il-bażi, il-Partijiet għandhom jesploraw koperazzjoni aktar komprensiva fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili;

c)

koperazzjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tat-trasport;

d)

koperazzjoni f’termini ta’ fora internazzjonali dwar it-trasport;

e)

l-implimentazzjoni ta’ standards dwar is-sigurtà, is-sikurezza, u l-prevenzjoni tat-tniġġis, speċjalment fir-rigward tat-trasport bil-baħar u l-avjazzjoni, f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti applikabbli għaż-żewġ Partijiet, inkluża l-koperazzjoni fil-fora internazzjonali adatta mmirata sabiex jiġi żgurat infurzar aħjar tar-regolamenti internazzjonali.

3.   Rigward in-navigazzjoni ċivili globali bis-satellita, il-Partijiet għandhom jikkoperaw skont il-Ftehim ta’ Koperazzjoni dwar Sistema ta’ Navigazzjoni Ċivili Globali bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra.

Artikolu 19

Politika dwar it-trasport marittimu

1.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jimxu lejn il-mira ta’ aċċess bla restrizzjonijiet għas-suq u t-traffiku marittimu internazzjonali msejjes fuq kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2.   Sabiex tintlaħaq il-mira tal-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom:

a)

ma jintroduċux arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-merkanzija fi ftehimiet bilaterali futuri ma’ pajjiżi terzi dwar servizzi ta’ trasport bil-baħar, inkluż kummerċ f'tagħbija niexfa u likwida u kummerċ tal-linji tat-tbaħħir, u ma jattivawx tali arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-merkanzija f’każ li jkunu jeżistu fi ftehimiet bilaterali preċedenti;

b)

joqogħdu lura milli jimplimentaw, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, miżuri amministrattivi u tekniċi u leġislattivi li jistgħu jkollhom l-effett li jiddiskriminaw bejn iċ-ċittadini jew il-kumpanniji tagħhom stess u dawk tal-Parti l-oħra fil-provvista ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali;

c)

jagħtu trattament mhux inqas favorevoli għall-vapuri mħaddma minn ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra, minn dak mogħti lill-vapuri tagħha stess, fir-rigward tal-aċċess għall-portijiet miftuħa għall-kummerċ internazzjonali, l-użu tal-infrastruttura u s-servizzi marittimi awżiljarji tal-portijiet, kif ukoll il-miżati u l-ħlasijiet relatati, il-faċilitajiet tad-dwana u l-assenjazzjoni ta’ rmiġġi u faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt;

d)

jippermettu lill-kumpanniji tat-tbaħħir tal-Parti l-oħra li jkollhom il-preżenza kummerċjali tagħhom fit-territorju tagħha bl-iskop li jwettqu attivitajiet ta’ aġenzija tat-tbaħħir taħt kondizzjonijiet ta’ stabbiliment u operat mhux inqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-kumpanniji tagħha stess jew lil sussidjarji jew fergħat ta’ kumpanniji ta’ kwalunkwe pajjiż mhux membru, liema minnhom ikun l-aħjar.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-aċċess għas-suq marittimu internazzjonali għandu jinkludi, fost l-oħrajn, id-dritt għall-fornituri tat-trasport marittimu internazzjonali ta’ kull Parti li jorganizzaw servizzi ta’ trasport bieb bieb li jinvolvu parti mill-vjaġġ bil-baħar, u għal dan il-għan li jagħmlu kuntratti direttament ma’ fornituri lokali ta’ modi tat-trasport differenti mit-trasport marittimu fit-territorju tal-Parti l-oħra mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet applikabbli dwar in-nazzjonalità rigward il-ġarr ta’ prodotti u passiġġieri minn dawn il-modi oħra ta’ trasport.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-kumpanniji tal-Unjoni Ewropea u għall-kumpanniji Koreani. Il-benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu wkoll kumpanniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Korea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Korea, jekk il-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati f’dak l-Istat Membru jew fir-Repubblika tal-Korea skont il-leġislazzjonijiet rispettivi tagħhom.

5.   Il-ħruġ tal-operazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea u fir-Repubblika tal-Korea, tal-attivitajiet tal-aġenziji tat-tbaħħir, għandu jiġi indirizzat minn ftehimiet speċifiċi, kif ikun adatt.

6.   Il-Partijiet għandhom isegwu djalogu fil-qasam tal-politika dwar it-trasport marittimu.

Artikolu 20

Politika dwar il-Konsumatur

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkoperaw fil-qasam tal-politika dwar il-konsumatur sabiex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur. Il-Partijiet jaqblu li l-koperazzjoni f’dan il-qasam tista’ tinvolvi, safejn ikun possibbli:

a)

iż-żieda fil-kompatibbiltà tal-leġislazzjonijiet dwar il-konsumatur sabiex jiġu evitati l-ostakoli għall-kummerċ filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur;

b)

il-promozzjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar sistemi tal-konsumatur, fosthom il-liġijiet dwar il-konsumatur, is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur, l-infurzar tal-leġislazzjoni dwar il-konsumatur, l-edukazzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur, u r-rimedju għall-konsumatur;

c)

l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet tal-konsumatur indipendenti u kuntratti bejn rappreżentanti tal-konsumatur.

TITOLU V

KOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Artikolu 21

Saħħa

1.   Il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu l-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni b'mod reċiproku fl-oqsma tas-saħħa u l-ġestjoni effettiva tal-problemi tas-saħħa transkonfinali.

2.   Il-Partijiet għandhom ifittxu li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-koperazzjoni reċiproka, fost l-oħrajn, kif ġej:

a)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sorveljanza ta’ mard infettiv, inkluża l-influwenza pandemika, u dwar it-twissija u l-kontromiżuri bikrija;

b)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-istrateġiji għas-saħħa u l-pjanijiet dwar is-saħħa pubblika;

c)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar linji ta’ politika għall-promozzjoni tas-saħħa, bħall-kampanji kontra t-tipjip, il-prevenzjoni tal-obeżità u l-kontroll tal-mard;

d)

l-iskambju ta’ informazzjoni safejn possibbli fil-qasam tas-sigurtà u l-approvazzjoni tal-farmaċewtiċi;

e)

l-iskambju ta’ informazzjoni safejn possibbli, kif ukoll riċerka konġunta fil-qasam tas-sikurezza fl-ikel bħalma huma l-liġijiet u r-regolamenti dwar l-ikel, l-allerti ta’ emerġenza, eċċ.;

f)

il-koperazzjoni f’aspetti relatati mar-R&Ż, bħat-trattament avvanzat u mediċini innovattivi orfni;

g)

l-iskambju ta’ informazzjoni u l-koperazzjoni dwar il-politika tas-saħħa elettronika.

3.   Il-Partijiet għandhom jirsistu biex jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali dwar is-saħħa bħalma huma r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa u l-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Artikolu 22

Impjiegi u affarijiet soċjali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jtejbu l-koperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, inkluż fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku. Għandhom isiru sforzi sabiex jiġu promossi l-koperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi rigward l-impjiegi u kwistjonijiet tax-xogħol. L-oqsma ta’ koperazzjoni jistgħu jinkludu l-koeżjoni reġjonali u soċjali, l-integrazzjoni soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali, l-iżvilupp ta’ ħiliet tul il-ħajja, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn is-sessi u x-xogħol diċenti.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jappoġġaw proċess ta’ globalizzazzjoni li jkun ta’ benefiċċju għal kulħadd u li jippromwovu l-impjieg sħiħ u produttiv u x-xogħol diċenti bħala element prinċipali tal-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar.

3.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenji tagħhom sabiex jirrispettaw, jippromwovu u jwettqu standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali dwar ix-xogħol u soċjali, kif stabbilit b’mod partikolari fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol.

4.   Il-forom ta’ koperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, programmi u proġetti speċifiċi, kif sar qbil fuqhom reċiprokament, kif ukoll djalogu, koperazzjoni u inizjattivi dwar suġġetti ta’ interess komuni fuq livell bilaterali jew multilaterali.

Artikolu 23

Ambjent u riżorsi naturali

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jikkonservaw u jamministraw b’mod sostenibbli, ir-riżorsi naturali u d-diversità bijoloġika bħala bażi għall-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.

2.   Il-Partijiet għandhom jirsistu sabiex ikomplu, u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom dwar il-ħarsien tal-ambjent, inkluż f’kuntest reġjonali, b’mod speċifiku fir-rigward ta':

a)

it-tibdil fil-klima u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

b)

is-sensibilizzazzjoni ambjentali;

c)

il-parteċipazzjoni fi u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali, inklużi l-bijodiversità, il-bijosikurezza u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu;

d)

il-promozzjoni ta’ teknoloġiji, prodotti u servizzi ambjentali, inklużi sistemi għall-immaniġġar tal-ambjent u l-ittikkettjar ambjentali;

e)

il-prevenzjoni tal-moviment transkonfinali illegali ta’ sustanzi perikolużi, skart perikoluż u forom oħra ta’ skart;

f)

l-ambjent kostali u tal-baħar, il-konservazzjoni, it-tniġġis, u l-kontroll tad-degradazzjoni;

g)

il-parteċipazzjoni lokali fil-ħarsien ambjentali bħala element ewlieni tal-iżvilupp sostenibbli;

h)

l-immaniġġar tal-ħamrija u l-art;

i)

l-iskambju ta’ informazzjoni, kompetenza esperta u prattika.

3.   Għandu jittieħed kont tal-eżitu tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti, skont kif adatt.

Artikolu 24

Tibdil fil-klima

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu t-theddida globali komuni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittieħed azzjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet bil-għan li jiġu stabbilizzati l-konċentrazzjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta' serra fl-atmosfera, f’livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. Fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, u mingħajr preġudizzju għad-diskussjonijiet dwar it-tibdil fil-klima f’fora oħra, bħalma hija l-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), il-Partijiet għandhom iżidu l-koperazzjoni f’dan il-qasam. Tali koperazzjoni għandha tkun immirata sabiex:

a)

jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, bil-mira globali ta’ transizzjoni rapida għal soċjetajiet b’livell baxx ta’ karbonju, permezz ta’ azzjonijiet xierqa ta’ mitigazzjoni u adattament fil-livell nazzjonali;

b)

jiġi promoss l-użu effiċjenti tar-riżorsi, fost l-oħrajn permezz tal-użu mifrux tal-aħjar teknoloġiji disponibbli u ekonomikament vijabbli b’livell baxx ta’ karbonju u standards għall-mitigazzjoni u l-addattament;

c)

tiġi skambjata kompetenza esperta u informazzjoni dwar il-benefiċċji u l-arkitettura tal-iskemi ta’ negozjar;

d)

jittejbu l-istrumenti ta’ finanzjament mis-settur pubbliku u privat, fosthom mekkaniżmi tas-suq u sħubiji pubbliċi privati li jistgħu jappoġġaw b’mod effettiv l-azzjoni sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima;

e)

ikun hemm kollaborazzjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp, it-tixrid, l-użu u t-trasferiment ta’ teknoloġija b’livell baxx ta’ karbonju bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra filwaqt li jinżamm it-tkabbir ekonomiku;

f)

tiġi skambjata esperjenza u kompetenza esperta, fejn adatt, dwar il-monitoraġġ u l-analiżi tal-effetti tal-gassijiet b’effett ta' serra u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ mitigazzjoni u adattament;

g)

tiġi sostnuta, fejn adatt, l-azzjoni ta’ mitigazzjoni u adattament ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fosthom permezz tal-Mekkaniżmi Flessibbli tal-Protokoll ta’ Kyoto.

2.   Għal dawn il-miri, il-Partijiet jaqblu li jintensifikaw id-djalogu u l-koperazzjoni fuq livell politiku, ta’ politika u dak tekniku.

Artikolu 25

Agrikoltura, żvilupp rurali u forestrija

Il-Partijiet jaqblu li jinkoraġġixxu l-koperazzjoni fl-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-forestrija. Il-Partijiet ser jiskambjaw informazzjoni u ser jiżviluppaw koperazzjoni b’mod partikolari dwar:

a)

il-politika agrikola u dwar il-forestrija u l-prospetti agrikoli internazzjonali u tal-forestrija b’mod ġenerali;

b)

ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi;

c)

il-produzzjoni organika;

d)

ir-riċerka fil-kamp tal-agrikoltura u l-forestrija;

e)

il-politika dwar l-iżvilupp għaż-żoni rurali u b’mod partikolari d-diversifikazzjoni u r-ristrutturar tas-setturi agrikoli;

f)

l-agrikoltura sostenibbli, il-forestrija u l-integrazzjoni ta’ rekwiżiti ambjentali fil-politika agrikola;

g)

ir-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-forestrija u l-ambjent u l-politika dwar l-iżvilupp għaż-żoni rurali;

h)

il-promozzjoni ta’ attivitajiet għall-prodotti tal-ikel agrikoli;

i)

il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM) sabiex tiġi evitata d-deforestazzjoni u jiġi mħeġġeġ il-ħolqien ta’ foresti ġodda, inkluża attenzjoni dovuta lill-interessi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, minn fejn joriġina l-injam.

Artikolu 26

Baħar u sajd

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni fir-rigward tal-baħar u s-sajd, fuq livell bilaterali u multilaterali, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-promozzjoni tal-iżvilupp u l-immaniġġjar sostenibbli u responsabbli tal-baħar u s-sajd. L-oqsma ta’ koperazzjoni jistgħu jinkludu:

a)

l-iskambju ta’ informazzjoni;

b)

l-appoġġ għal politika sostenibbli u responsabbli fit-tul dwar il-baħar u s-sajd, inkluż il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi kostali u tal-baħar; u

c)

il-promozzjoni tal-isforzi sabiex jiġu evitati u miġġielda l-prattika ta’ sajd illegali, mhux irrapportati u mhux ikkontrollati.

Artikolu 27

Għajnuna għall-iżvilupp

1.   Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw informazzjoni dwar il-linji ta’ politika tagħhom dwar l-għajnuna għall-iżvilupp bil-ħsieb li jiġi stabbilit djalogu regolari dwar l-objettivi ta’ dawn il-linji ta’ politika u l-programmi rispettivi tagħhom ta’ għajnuna għall-iżvilupp f’pajjiżi terzi. Huma ser jistudjaw safejn hija vijabbli koperazzjoni iżjed sostanzjali, skont il-leġislazzjonijiet rispettivi tagħhom u l-kondizzjonijiet applikabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u jaqblu li jsaħħu l-koperazzjoni bil-ħsieb li jtejbu aktar il-prestazzjoni tal-iżvilupp.

TITOLU VI

KOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-EDUKAZZJONI U L-KULTURA

Artikolu 28

Koperazzjoni fil-kultura, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, l-awdjoviżiv u l-midja

1.   Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-koperazzjoni sabiex iżidu l-fehim reċiproku u l-għarfien dwar il-kulturi rispettivi tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jistinkaw biex jieħdu miżuri adatti biex jippromwovu skambji kulturali u biex iwettqu inizjattivi konġunti f’dan il-qasam.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw mill-qrib f’fora internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), u l-ASEM, bil-għan li jsegwu objettivi komuni u jippromwovu d-diversità kulturali, waqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw mezzi kif jinkoraġġixxu l-iskambji, il-koperazzjoni u d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet rilevanti fl-oqsma tal-awdjoviżiv u l-midja.

Artikolu 29

Edukazzjoni

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-kontribut kruċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp ta’ riżorsi umani li jkunu kapaċi jipparteċipaw fl-ekonomija globali bbażata fuq l-għarfien; u jagħrfu li għandhom interess komuni li jikkoperaw fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

2.   B’mod konformi mal-interessi reċiproki tagħhom u l-miri tal-linji ta’ politika tagħhom dwar l-edukazzjoni, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jappoġġaw flimkien attivitajiet adatti ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, b’enfasi partikolari fuq l-edukazzjoni għolja. Din il-koperazzjoni tista’ tieħu l-forma, b’mod partikolari, ta’:

a)

appoġġ għal proġetti konġunti ta’ koperazzjoni bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea, bil-ħsieb tal-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kurrikulu, programmi konġunti ta’ studju u l-mobilità tal-istudenti;

b)

djalogu, studji, u skambju ta’ informazzjoni u għarfien fil-qasam tal-politika dwar l-edukazzjoni;

c)

il-promozzjoni tal-iskambju ta’ studenti, persunal akkademiku u amministrattiv ta’ istituzzjonijiet edukattivi għolja, u ħaddiema taż-żgħażagħ, fosthom permezz tal-implimentazzjoni tal-programm Erasmus Mundus;

d)

koperazzjoni f’setturi edukattivi ta’ interess komuni.

TITOLU VII

KOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA, IL-LIBERTÀ U S-SIGURTÀ

Artikolu 30

Stat tad-dritt

Fil-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-Partijiet għandhom jagħtu importanza partikolari lill-promozzjoni tal-istat tad-dritt, inkluża l-indipendenza tal-ġudikatura, l-aċċess għall-ġustizzja, u d-dritt għal proċess ġust.

Artikolu 31

Koperazzjoni legali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ konvenzjonijiet multilaterali dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja ċivili, inklużi l-Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fil-qasam tal-koperazzjoni legali internazzjonali u l-litigazzjoni kif ukoll il-protezzjoni tat-tfal.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu s-soluzzjoni arbitrali ta’ tilwimiet ċivili u kummerċjali privati, kull meta jkun possibbli, skont l-istrumenti internazzjonali applikabbli.

3.   Rigward il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-Partijiet ser ifittxu li jtejbu l-arranġamenti dwar l-għajnuna legali reċiproka u l-estradizzjoni. Dan għandu jinkludi, fejn adatt, l-adeżjoni ma’, u l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti fosthom l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 32

Protezzjoni tad-data personali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw sabiex itejbu l-livell ta’ protezzjoni tad-data personali għall-ogħla standards internazzjonali bħal dawk li hemm fil-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Kontroll tal-Fajls Kompjuterizzati b’Data Personali (Riżoluzzjoni 45/95 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-14 ta’ Diċembru 1990).

2.   Il-koperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali tista’ tinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta’ informazzjoni u kompetenza esperta.

Artikolu 33

Migrazzjoni

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu u jintensifikaw il-koperazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ persuni, kif ukoll li jinkludu t-tħassib dwar il-migrazzjoni fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żoni li minnhom joriġinaw il-migranti.

2.   Fil-qafas tal-koperazzjoni sabiex tiġi evitata u kkontrollata l-immigrazzjoni illegali, il-Partijiet jaqblu li jerġgħu jdaħħlu liċ-ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin jgħixu b’mod illegali fit-territorju tal-Parti l-oħra. Għal dan il-għan, il-Partijiet ser jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b'dokumenti tal-identità adatti għal tali finijiet. F’każijiet fejn iċ-ċittadinanza tkun dubjuża, il-Partijiet jaqblu li jidentifikaw iċ-ċittadini allegati tagħhom.

3.   Il-Partijiet jippruvaw jikkonkludu, jekk ikun meħtieġ, ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi għall-ammissjoni mill-ġdid taċ-ċittadini tagħhom. Dan għandu jindirizza wkoll il-kondizzjonijiet relatati ma’ ċittadini ta’ pajjiżi oħra u tal-persuni mingħajr stat.

Artikolu 34

Ġlieda kontra d-drogi illeċiti

1.   B’mod konformi mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, il-Partijiet ser jimmiraw li jitnaqqas il-forniment u t-traffikar ta’, u d-domanda għad-drogi illeċiti kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-utenti tad-drogi u s-soċjetà b’mod ġenerali, u li tinkiseb prevenzjoni aktar effettiva kontra d-devjazzjoni tal-prekursuri kimiċi li jintużaw għall-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi. Fil-koperazzjoni tagħhom, il-Partijiet għandhom jiżguraw li fl-insegwiment ta’ din il-mira għandu jittieħed approċċ komprensiv u bbilanċjat permezz ta’ regolamenti legali dwar is-suq u azzjoni u koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti, inklużi dawk mis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni, soċjali, tal-infurzar tal-liġi u tal-ġustizzja.

2.   Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-mezzi ta’ koperazzjoni sabiex jinkisbu dawn l-objettivi. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji maqbula b’mod komuni skont il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, id-Dikjarazzjoni Politika u d-Dikjarazzjoni Speċjali dwar il-prinċipji ta’ gwida rigward it-tnaqqis fid-domanda għad-drogi, li ġew approvati mis-Sessjoni Speċjali dwar id-Drogi tal-Għoxrin Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġunju 1998.

Artikolu 35

Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni

Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw dwar, u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ekonomika u finanzjarja u l-korruzzjoni, l-iffalsifikar u t-transazzjonijiet illegali, billi jikkonformaw b’mod sħiħ mal-obbligi internazzjonali reċiproki tagħhom attwali f’dan il-qasam, inkluża l-koperazzjoni effettiva fl-irkupru ta’ assi jew fondi li ġejjin minn atti ta’ korruzzjoni. Il-Partijiet ser jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokolli li jissuplimentawha u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni.

Artikolu 36

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jaħdmu flimkien u li jikkoperaw sabiex jiġi evitat l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom biex isir ħasil tal-qligħ mill-attivitajiet kriminali kollha inkluż it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni u għall-finanzjament tat-terroriżmu. Din il-koperazzjoni testendi għall-irkupru ta’ assi jew fondi li ġejjin mill-qligħ mir-reati.

2.   Il-Partijiet jistgħu jiskambjaw informazzjoni rilevanti fil-qafas tal-leġislazzjonijiet rispettivi u japplikaw standards adatti sabiex jikkumbattu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li jkunu ekwivalenti għal dawk adottati minn korpi internazzjonali rilevanti attivi f’dan il-qasam, bħat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja dwar il-ħasil tal-flus (FATF).

Artikolu 37

Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità

1.   Il-Partijiet għandhom isaħħu l-koperazzjoni biex jimpedixxu u jiġġieldu kontra r-reati ta’ teknoloġija għolja, ċibernetiċi u elettroniċi u t-tqassim ta’ kontenut terroristiku permezz tal-Internet billi jiskambjaw informazzjoni u esperjenzi prattiċi f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom fil-limiti tar-responsabbiltà tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-investigaturi taċ-ċiberkriminalità, l-investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità, u x-xjenza forensika diġitali.

Artikolu 38

Koperazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi

Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw bejn l-awtoritajiet, l-aġenziji u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi u li jikkontribwixxu sabiex ifixklu u jżarmaw theddidiet ta’ kriminalità transnazzjonali komuni għall-Partijiet. Il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet, l-aġenziji u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi tista’ tieħu l-forma ta’ assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet, kondiviżjoni ta’ metodi investigattivi, edukazzjoni u taħriġ konġunti għall-persunal tal-infurzar tal-liġi u kwalunkwe tip ieħor ta’ attivitajiet u għajnuna konġunti kif jista’ jsir qbil fuqu b’mod reċiproku mill-Partijiet.

TITOLU VIII

KOPERAZZJONI F’OQSMA OĦRA

Artikolu 39

Turiżmu

Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu koperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu, bil-ħsieb ta' żieda fil-fehim reċiproku aħjar u l-promozzjoni ta' żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tat-turiżmu.

Din il-koperazzjoni tista’ tieħu l-forma b’mod partikolari ta’:

a)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni li jirrigwardaw it-turiżmu;

b)

l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti dwar it-turiżmu;

c)

l-iskambji dwar it-turiżmu;

d)

il-koperazzjoni fil-preservazzjoni u l-immaniġġar tal-wirt kulturali;

e)

il-koperazzjoni fl-immaniġġar tat-turiżmu.

Artikolu 40

Is-Soċjetà Ċivili

Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol u l-kontribut potenzjali tas-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess ta’ djalogu u koperazzjoni taħt dan il-Ftehim u jaqblu li jippromwovu djalogu effettiv mas-soċjetà ċivili organizzata u l-parteċipazzjoni effettiva tagħha.

Artikolu 41

Amministrazzjoni pubblika

Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw billi jiskambjaw esperjenzi u l-aħjar prattika, jibnu fuq l-isforzi eżistenti, fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika f’oqsma bħal:

a)

it-titjib fl-effiċjenza organizzattiva;

b)

iż-żieda fl-effiċjenza tal-istituzzjonijiet fil-prestazzjoni tas-servizzi;

c)

l-iżgurar ta’ amministrazzjoni trasparenti tar-riżorsi pubbliċi u l-kontabbiltà;

d)

it-titjib tal-qafas legali u istituzzjonali;

e)

it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika.

Artikolu 42

Statistika

1.   Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni ta’ bejniethom dwar kwistjonijiet ta’ statistika, u b’hekk jikkontribwixxu għall-mira fuq perijodu fit-tul li jipprovdu fil-ħin, data statistika komparabbli u affidabbli fuq livell internazzjonali. Huwa mistenni li sistemi statistiċi sostenibbli, effiċjenti u professjonalment indipendenti għandhom jipproduċu informazzjoni rilevanti għaċ-ċittadini tal-Partijiet, għan-negozji u għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Partijiet, u b’hekk jippermettulhom li jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-Partijiet għandhom, fost l-oħrajn, jiskambjaw informazzjoni u kompetenza esperta u jiżviluppaw koperazzjoni b'kont meħud tal-esperjenza diġà akkumulata.

Il-koperazzjoni għandha tkun immirata lejn:

a)

l-armonizzazzjoni progressiva bejn is-sistemi statistiċi taż-żewġ Partijiet;

b)

l-irfinar tal-iskambju ta’ data bejn il-Partijiet b'kont meħud tal-applikazzjoni tal-metodoloġiji internazzjonali rilevanti;

c)

it-titjib fil-kapaċità professjonali tal-persunal statistiku sabiex tippermettilhom li japplikaw l-istandards statistiċi rilevanti;

d)

il-promozzjoni tal-iskambju ta’ esperjenza bejn il-Partijiet dwar l-iżvilupp tal-għarfien statistiku.

2.   Il-forom ta’ koperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, programmi u proġetti speċifiċi, kif sar qbil fuqhom reċiprokament, kif ukoll djalogu, koperazzjoni u inizjattivi dwar suġġetti ta’ interess komuni fuq livell bilaterali jew multilaterali.

TITTOLU IX

QAFAS ISTITUZZJONALI

Artikolu 43

Ftehimiet oħra

1.   Il-Ftehim Qafas dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Ottubru 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2001 b’dan qed jiġi revokat.

2.   Dan il-Ftehim jaġġorna u jieħu post il-Ftehim imsemmi hawn fuq. Ir-referenzi għall-Ftehim imsemmi hawn fuq fil-ftehimiet kollha bejn il-Partijiet għandhom jinftiehmu li jirreferu għal dan il-Ftehim.

3.   Il-Partijiet jistgħu jikkumplementaw dan il-Ftehim billi jikkonkludu ftehimiet speċifiċi fi kwalunkwe qasam ta’ koperazzjoni li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Tali ftehimiet speċifiċi għandhom ikunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali globali regolati minn dan il-Ftehim u għandhom jiffurmaw parti minn qafas istituzzjonali komuni.

4.   Ftehimiet eżistenti relatati ma’ oqsma speċifiċi ta’ koperazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jitqiesu wkoll parti mir-relazzjonijiet bilaterali globali kif regolati minn dan il-Ftehim u li jiffurmaw parti minn qafas istituzzjonali komuni.

Artikolu 44

Kumitat Konġunt

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu taħt dan il-Ftehim, Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, minn naħa waħda, u rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra.

2.   Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-Kumitat Konġunt sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u biex javvanzaw l-għanijiet ġenerali ta’ dan il-Ftehim kif ukoll biex iżommu l-koerenza ġenerali fir-relazzjonijiet u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb ta’ kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-Partijiet.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu:

a)

jiżgura li dan il-Ftehim jaħdem sewwa;

b)

jissorvelja l-iżvilupp tar-relazzjoni komprensiva bejn il-Partijiet;

c)

jitlob, skont il-bżonn, informazzjoni minn kumitati jew korpi oħrajn stabbiliti taħt ftehimiet oħrajn li jaqgħu fil-qafas istituzzjonali komuni u jikkunsidra kwalunkwe rapport ippreżentat lilu;

d)

jiskambja opinjonijiet u jagħmel suġġerimenti dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ interess komuni, inklużi azzjonijiet futuri u r-riżorsi disponibbli sabiex jitwettqu;

e)

jistabbilixxi prijoritajiet fir-rigward tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim;

f)

ifittex metodi adatti biex jiġu evitati l-problemi li jistgħu jinħolqu fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim;

g)

isolvi kwalunkwe differenza li tinqala’ fl-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ kunsens skont l-Artikolu 45(3);

h)

jeżamina l-informazzjoni kollha ppreżentata minn Parti rigward in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi u jagħmel konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra sabiex ifittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet skont l-Artikolu 45(3).

4.   Il-Kumitat Konġunt normalment għandu jiltaqa’ darba fis-sena fi Brussell u f’Seoul b’mod li jalterna. Għandhom isiru laqgħat speċjali tal-Kumitat meta jintalbu minn xi waħda mill-Partijiet. Il-Kumitat Konġunt għandu jitmexxa b’mod alternat minn kull waħda mill-Partijiet. Normalment għandu jiltaqa’ fil-livell ta’ uffiċjali anzjani.

Artikolu 45

Modalitajiet għall-implimentazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika li tkun meħtieġa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim u għandhom jiżguraw li huma jikkonformaw mal-għanijiet stipulati f’dan il-Ftehim.

2.   L-implimentazzjoni hija koperta b’kunsens u djalogu. Jekk, madankollu, ikun hemm diverġenza ta’ fehmiet fl-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tirreferi għall-Kumitat Konġunt.

3.   Jekk xi waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra ma ssodisfatx l-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim, hija tista’ tieħu miżuri adatti skont il-liġi internazzjonali. Qabel ma tagħmel dan, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, il-Parti għandha tippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kumitat Konġunt għal eżami komprensiv tas-sitwazzjoni. Il-Partijiet għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt u, jekk jaqblu ż-żewġ Partijiet, dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jiġu ffaċilitati minn medjatur maħtur minn Kumitat Konġunt.

4.   F’każijiet ta’ urġenza speċjali, il-miżura għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-Parti l-oħra. Fuq talba tal-Parti l-oħra, il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu għal perijodu sa għoxrin (20) ġurnata. Wara dan il-perijodu, għandha tapplika din il-miżura. F’dan il-każ, il-Parti l-oħra tista’ titlob arbitraġġ skont l-Artikolu 46 bil-ħsieb li teżamina kwalunkwe aspett ta’, jew il-bażi għall-miżura.

Artikolu 46

Proċedura ta' arbitraġġ

1.   It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jkun iffurmat minn tliet (3) arbitri. Kull Parti għandha taħtar arbitru wieħed u l-Kumitat Konġunt għandu jaħtar it-tielet arbitru fi żmien erbatax (14)-il jum, kif adatt, fuq talba ta’ kwalunkwe Parti għall-arbitraġġ. Il-ħatra ta’ arbitru minn Parti għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-Parti l-oħra bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi. Id-deċiżjoni tal-arbitri għandha tittieħed b’maġġoranza tal-voti. L-arbitri għandhom jaħdmu biex jilħqu deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet (3) xhur mid-data tal-ħatra tal-arbitri. Il-Kumitat Konġunt għandu jiftiehem il-proċeduri fid-dettall għat-twettiq malajr tal-arbitraġġ.

2.   Kull Parti fit-tilwima trid tieħu l-passi meħtieġa biex timplimenta d-deċiżjoni tal-arbitri. L-arbitri għandhom, meta mitluba, joħorġu rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha tiġi implimentata d-deċiżjoni tagħhom bil-ħsieb tar-restawr tal-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi taħt dan il-Ftehim.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 47

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-terminu ‘il-Partijiet’ ifisser l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra.

Artikolu 48

Sigurtà nazzjonali u żvelar ta' informazzjoni

Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jiġi interpretat li jitlob lil xi Parti li tipprovdi xi informazzjoni, li l-iżvelar tagħha, hija tqis li jmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha.

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ, terminu u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar l-ikkompletar tal-proċeduri legali meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sakemm jidħol fis-seħħ. L-applikazzjoni provviżorja tibda fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bl-ikkompletar tal-proċeduri meħtieġa.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun validu b’mod indefinit. Kwalunkwe Parti tista’ tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddenunzja dan il-Ftehim. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika.

Artikolu 50

Notifiki

In-notifiki magħmula skont l-Artikolu 49 għandhom isiru lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea, rispettivament.

Artikolu 51

Dikjarazzjonijiet u Annessi

Id-Dikjarazzjonijiet u l-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 52

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u bil-kondizzjonijiet stipulati f’dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika tal-Korea.

Artikolu 53

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Koreana, b’kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на десети май две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el diez de mayo de dos mil diez.

V Bruselu dne desátého května dva tisíce deset

Udfærdiget i Bruxelles den tiende maj to tusind og ti.

Geschehen zu Brüssel am zehnten Mai zweitausendzehn.

Kahe tuhande kümnenda aasta maikuu kümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα Μαΐου δύο χιλιάδες δέκα.

Done at Brussels on the tenth day of May in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le dix mai deux mille dix.

Fatto a Bruxelles, addì dieci maggio duemiladieci.

Briselē, divtūkstoš desmitā gada desmitajā maijā.

Priimta du tūkstančiai dešimtų metų gegužės dešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év május tizedik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-għaxar jum ta' Mejju tas-sena elfejn u għaxra.

Gedaan te Brussel, de tiende mei tweeduizend tien.

Sporządzono w Brukseli dnia dziesiątego maja roku dwa tysiące dziesiątego.

Feito em Bruxelas, em dez de Maio de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles, la zece mai douã mii zece.

V Bruseli dňa desiateho mája dvetisícdesať.

V Bruslju, dne desetega maja leta dva tisoč deset.

Tehty Brysselissä kymmenentenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakymmenen.

Som skedde i Bryssel den tionde maj tjugohundratio.

Image

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallone, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

За Европейския сьюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Image

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TA’ INTERPRETAZZJONI RIGWARD L-ARTIKOLI 45 U 46

Il-Partijiet huma demokraziji. Huma jixtiequ jaħdmu flimkien biex jippromwovu l-valuri kondiviżi tagħhom lid-dinja. Il-Ftehim ta’ bejniethom huwa sinjal tar-rieda kondiviża tagħhom li jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, in-nonproliferazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu madwar id-dinja. Għalhekk, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim bejn il-Partijiet li jikkondividu l-istess valuri għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tad-djalogu, ir-rispett reċiproku, is-sħubija indaqs, il-multilateraliżmu, il-kunsens, u r-rispett lejn id-dritt internazzjonali.

Il-Partijiet jaqblu li għall-iskop tal-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “miżuri adatti” fl-Artikolu 45(3) huma miżuri proporzjonati man-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim. Jistgħu jittieħdu miżuri fir-rigward ta’ dan il-Ftehim jew ta’ ftehim speċifiku li jaqa’ taħt il-qafas istituzzjonali komuni. Fl-għażla tal-miżuri, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas li jfixklu l-operat tal-ftehimiet, b'kont meħud tal-użu possibbli ta’ rimedji domestiċi disponibbli.

Il-Partijiet jaqblu li għall-finijiet tal-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-Ftehim, it-terminu "każi ta’ urġenza speċjali" fl-Artikolu 45(4) ifisser każ ta’ ksur materjali ta’ dan il-Ftehim minn xi waħda mill-Partijiet. Ksur materjali jikkonsisti jew minn ċaħda ta’ dan il-Ftehim mhux sanzjonata mir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali jew ksur partikolarment serju u sostanzjali ta’ element essenzjali tal-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jivvalutaw ksur materjali possibbli tal-Artikolu 4(2), b'kont meħud tal-pożizzjoni uffiċjali, fejn disponibbli, tal-aġenziji internazzjonali rilevanti.

Fir-rigward tal-Artikolu 46, fejn ikunu ttieħdu miżuri fir-rigward ta’ ftehim speċifiku li jaqa’ taħt il-qafas istituzzjonali komuni, kwalunkwe proċedura rilevanti tal-ftehim speċifiku għas-soluzzjoni tat-tilwimiet għandha tapplika fir-rigward tal-proċedura għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ f’każijiet fejn l-arbitri jiddeċiedu li l-miżura ma kinitx ġustifikata jew proporzjonata.

DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-UNJONI EWROPEA DWAR L-ARTIKOLU 12

Il-plenipotenzjarji tal-Istati Membri u l-plenipotenzjarju tar-Repubblika tal-Korea jieħdu nota tad-Dikjarazzjoni Unilaterali li ġejja:

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-Istati Membri huma marbuta taħt l-Artikolu 12 biss safejn huma impenjaw rwieħhom fir-rigward ta’ dawn il-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni Ewropea.


REGOLAMENTI

23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/25


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 49/2013

tat-22 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 (2) impona ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK (3) (li sussegwentement ġiet imħassra u sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (4), b’rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà ta’ dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru 2009.

(2)

Fis-26 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/665/PESK li emendat id-Deċiżjoni 2010/638/PESK fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri relatati mat-tagħmir militari u tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

(3)

Ċerti aspetti ta’ dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(g)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ splussivi u ta’ tagħmir relatat kif elenkat fil-punt 4 tal-Anness I, intenzjonat biss għal użu ċivili f’investimenti ta’ estrazzjoni mill-minjieri u infrastruttura, dment li l-ħżin u l-użu tal-isplussivi u tat-tagħmir u tas-servizzi relatati jkunu kkontrollati u vverifikati minn korp indipendenti u l-fornituri tas-servizzi relatati jkunu identifikati;

(h)

il-provvista ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ splussivi u ma’ tagħmir relatat intenzjonat biss għal użu ċivili f’investimenti ta’ estrazzjoni mill-minjieri u infrastruttura dment li l-ħżin u l-użu tal-isplussivi u tat-tagħmir u tas-servizzi relatati jkunu kkontrollati u vverifikati minn korp indipendenti u l-fornituri tas-servizzi relatati jkunu identifikati.”;

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra mill-inqas ġimagħtejn qabel bl-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1.”.

(2)

L-Anness III huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 45.

(2)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

(4)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.


ANNESS

“ANNESS III

Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), 12 u 17 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.   Awtoritajiet kompetenti għal kull Stat Membru:

 

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

 

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

 

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

 

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548IS

 

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:

Il-Kummissjoni Ewropea

Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË”


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 50/2013

tat-22 ta’ Jannar 2013

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra li ma għadx hemm raġunijiet għaż-żamma ta' entità waħda fil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(3)

L-entrata għal persuna waħda għandha titneħħa mil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 u għandha tiġi inkluża fil-lista li tinsab fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

(4)

L-informazzjoni relatata ma' ċerti individwi elenkati fl-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandha tiġi aġġornata.

(5)

L-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu emendati kif jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1


ANNESS

L-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II:

(a)

l-entrati 1 sa 6 u 8 sa 12 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-Passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbilità għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-Passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'kustodja fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"8.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms, il-Libja.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Status/Post preżunt: Mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-Passaport: a) 014797. b) 524521. Data tat-twelid: a) 27.5.1973. b) 01.01.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: in-Niġer.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.";

(b)

tiżdied l-entrata li ġejja:

"14.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja.

Ilha miżżewġa lil Muammar QADHAFI mill-1970. Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.6.2011."

(2)

Fl-Anness III:

(a)

taħt "Persuni", l-entrati 6 u 26 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

Data tal-elenkar

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji.

Numru tal-Passaport: B010574.

Data tat-twelid: 1.7.1950.

Status/Post preżunt: f'ħabs fit-Tuneżija.

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

26.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Status/Post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

12.4.2011

(b)

taħt "Persuni", l-entrata 10 (AL-BARASSI, Safia Farkash) hija mħassra;

(c)

taħt "Entitajiet", l-entrata 50 (Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Ċentri Amministrattivi (ODAC)) hija mħassra.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 51/2013

tas-16 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar il-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (2), jipprovdi li l-għalf lir-ruminanti bi proteina li ġejja mill-annimali huwa pprojbit. Din il-projbizzjoni hija estiża għall-annimali għajr ir-ruminanti u ristretta, fir-rigward tal-għalf ta’ dawk l-annimali bi prodotti ta’ oriġini mill-annimali, skont l-Anness IV għal dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (3) jipprojbixxi l-għalf tal-annimali terrestri ta’ speċi partikolari għajr l-annimali bil-fer bi proteina pproċessata tal-annimali li ġejja minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma tal-annimali tal-istess speċi, kif ukoll l-għalf tal-ħut ikkultivat bi proteina pproċessata tal-annimali li ġejja minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma tal-ħut ikkultivat tal-istess speċi.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (4) jistabilixxi fl-Anness VI tiegħu l-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf. Il-metodu mikroskopiku, li bħalissa huwa l-uniku metodu vvalidat biex tiġi individwata l-preżenza ta’ proteini tal-annimali fl-għalf, huwa kapaċi jiddistingwi l-preżenza ta’ kostitwenti li ġejjin mill-annimali terrestri mill-preżenza ta’ kostitwenti li ġejjin mill-ħut, iżda mhuwiex kapaċi jikkwantifika b’livell suffiċjenti ta’ preċiżjoni l-ammont ta’ kostitwenti mill-annimali preżenti fl-għalf, u għalhekk ma għandux jintuża għal dan l-iskop.

(4)

Metodu ġdid tal-iskoperta tal-individwazzjoni tal-kostitwenti mill-annimali msejjes fuq reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) kien ivvalidat mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-proteini tal-annimali fl-għalf. L-istudju ta’ implimentazzjoni, organizzat mal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali tal-Istati Membri, wera li l-metodu ġdid huwa robust biżżejjed biex jintuża bħala metodu ta’ kontroll uffiċjali fl-Unjoni. Dan il-metodu ġdid jista’ jindividwa l-preżenza ta’ kostitwenti mill-annimali fl-għalf, u jista’ wkoll jidentifika l-oriġini tal-ispeċi ta’ dawn il-kostitwenti. L-użu ta’ dan il-metodu ġdid flimkien mal-metodu mikroskopiku jew minfloku, skont kif xieraq, ikun siewi ferm għall-kontroll tal-implimentazzjoni korretta tal-projbizzjonijiet relatati mal-għalf stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 999/2001 u (KE) Nru 1069/2009.

(5)

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 152/2009 għandu għalhekk jiġi sostitwit skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 152/2009 qed jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.


ANNESS

“ANNESS VI

METODI TA’ ANALIŻI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAl-KOSTITWENTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI GĦALL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-GĦALF

1.   L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Id-determinazzjoni tal-kostitwenti tal-oriġini mill-annimali fl-għalf għandha ssir permezz ta’ mikroskopija ottika jew ta’ reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.

Dawn iż-żewġ metodi jagħmluha possibbli li tiġi individwata l-preżenza tal-kostitwenti tal-oriġini mill-annimali f’materjali tal-għalf u fl-għalf kompost. Madankollu, dawn ma jagħmluhiex possibbli li jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dawn il-kostitwenti fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost. Iż-żewġ metodi għandhom limitu ta’ individwazzjoni ta’ inqas minn 0,1 % (w/w).

Il-metodu PCR jagħmilha possibbli li jiġi identifikat il-grupp tassonomiku tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali preżenti fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost.

Dawn il-metodi għandhom japplikaw għall-kontroll tal-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Skont it-tip ta’ għalf li qed jiġi ttestjat, dawn il-metodi jistgħu jintużaw, fi protokoll operazzjonali uniku wieħed, jew waħedhom jew flimkien skont il-proċeduri operattivi standard (SOP) stabbiliti mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-proteini tal-annimali fl-għalf (EURL-AP) u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu (1).

2.   IL-METODI

2.1.   Mikroskopija ottika

2.1.1.   Il-prinċipju

Il-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jkunu preżenti fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost mibgħuta għall-analiżi huma identifikati fuq il-bażi tal-karatteristiċi tipiċi u identifikabbli mikroskopikament bħall-fibri tal-muskoli u partiċelli oħra tal-laħam, il-qarquċa, l-għadam, il-qrun, ix-xagħar, il-lanżit, id-demm, ir-rix, il-qxur tal-bajd, ix-xewk u l-qxur tal-ħut.

2.1.2.   Ir-reaġenti u t-tagħmir

2.1.2.1.   Ir-reaġenti

2.1.2.1.1.   Aġent ta’ konċentrazzjoni

2.1.2.1.1.1.   Tetrakloroetilen (gravità speċifika 1,62)

2.1.2.1.2.   Ir-reaġent għat-tilwin

2.1.2.1.2.1.   Soluzzjoni tal-Aħmar tal-Aliżarina (dewweb 2,5 ml 1M aċidu idrokloriku f’100 ml ilma u żid 200 mg Aħmar Alżarin ma’ din is-soluzzjoni)

2.1.2.1.3.   Il-mezzi tal-immuntar

2.1.2.1.3.1.   Lissija (NaOH 2,5 % w/v jew KOH 2,5 % w/v)

2.1.2.1.3.2.   Gliċerol (mhux dilwit, viskożità: 1 490 cP)

2.1.2.1.3.3.   Norland ® Optical Adhesive 65 (viskożità: 1 200 cP) jew raża bi proprjetajiet ekwivalenti għall-preparazzjoni tas-slajd permanenti

2.1.2.1.4.   Il-mezzi tal-immuntar bi proprjetajiet tat-tilwin

2.1.2.1.4.1.   Is-soluzzjoni lugol (dewweb 2 g jodur tal-potassju f’100 ml ilma u żid 1 g jodur filwaqt li tħawwad ta’ spiss)

2.1.2.1.4.2.   Ir-reaġent ċistina (2 g aċetat taċ-ċomb, 10 g NaOH/100 ml ilma)

2.1.2.1.4.3.   Ir-reaġent Fehling (ippreparat qabel l-użu minn partijiet indaqs (1/1) ta’ żewġ soluzzjonijiet ewlenin A u B. Soluzzjoni A: Dewweb 6,9 g sulfat tar-ram (II) pentaidrat f’100 ml ilma. Soluzzjoni B: dewweb 34,6 g tartrat tal-potassju u tas-sodju, tetraidrat u 12 g NaOH f’100 ml ilma)

2.1.2.1.4.4.   Tetrametilbenżidina/Perossidu tal-idroġenu. (dewweb 1 g 3,3’,5,5’ tetrametilbenżidina (TMB) f’100 ml aċidu aċetiku glaċjali u 150 ml ilma. Qabel l-użu, ħallat 4 partijiet ta’ din is-soluzzjoni TMB ma’ parti waħda 3 % perossidu tal-idroġenu)

2.1.2.1.5.   L-aġenti tat-tlaħliħ

2.1.2.1.5.1.   Etanol ≥ 96 % (grad tekniku)

2.1.2.1.5.2.   Aċeton (grad tekniku)

2.1.2.1.6.   Ir-reaġent għall-ibbliċjar

2.1.2.1.6.1.   Is-soluzzjoni kummerċjali ipoklorit tas-sodju (9 – 14 % kloru attiv)

2.1.2.2.   It-tagħmir

2.1.2.2.1.   Miżien analitiku bi preċiżjoni ta’ 0,001 g

2.1.2.2.2.   Tagħmir tat-tħin: mitħna - jew mehrież

2.1.2.2.3.   Għeriebel bi xbieki kwadri ta’ 0,25 mm u 1 mm wisa’

2.1.2.2.4.   Il-lenbut għas-separazzjoni koniku tal-ħġieġ b’kontenut ta’ 250 ml b’tapp tal-ħġieġ matt jew tat-Teflon fil-qiegħ tal-lenbut. Id-dijametru tal-fetħa tat-tapp għandu jkun ≥ 4 mm. Alternattivament, jista’ jintuża bekk bil-qiegħ koniku għall-ġbir tas-sediment b’kundizzjoni li l-laboratorju jkun wera li l-livelli ta’ individwazzjoni huma ekwivalenti għal dawk miksuba bl-użu tal-lenbut għas-separazzjoni koniku tal-ħġieġ.

Il-lenbut għas-separazzjoni

Image

2.1.2.2.5.   L-isterjomikroskopju li jkopri mill-inqas firxa ta’ manjetizzazzjoni finali bejn 6,5 × u 40 ×

2.1.2.2.6.   Mikroskopju kompost li jkopri mill-inqas firxa ta’ manjetizzazzjoni finali bejn 100 × u 400 × bi sfond ċar permezz tat-trażmissjoni tad-dawl. Jistgħu jintużaw ukoll id-dawl polarizzat u l-kuntrast interferenzjali differenzjali

2.1.2.2.7.   L-oġġetti tal-ħġieġ standard tal-laboratorju

2.1.2.2.8.   It-tagħmir għall-preparazzjoni tas-slajd: is-slajds tal-mikroskopju klassiċi, is-slajds vojta, il-coverslips (20 × 20 mm), il-pinzetti, l-ispatula fina

2.1.3.   It-teħid ta’ kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni

2.1.3.1.   It-teħid tal-kampjuni

Għandu jintuża kampjun rappreżentattiv, meħud b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

2.1.3.2.   Il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu

Sabiex tiġi evitata t-transkontaminazzjoni tal-laboratorju, it-tagħmir kollu li jista’ jerġa’ jintuża għandu jitnaddaf bir-reqqa qabel ma jintuża. Il-biċċiet tal-lenbut għas-separazzjoni għandu jiġi żarmat qabel it-tindif. Il-biċċiet tal-lenbut għas-separazzjoni u l-oġġetti tal-ħġieġ għandhom jinħaslu minn qabel bl-idejn u mbagħad jinħaslu fil-magna tal-ħasil. L-għeriebel għandhom jitnaddfu permezz ta’ xkupilja bix-xagħar sintetiku u iebes. Huwa rrakomandat li l-għeriebel jitnaddfu bl-aċeton u bl-arja kkompressata wara t-tgħarbil tal-materjal xaħmi bħall-ħut mitħun.

2.1.3.3.   Il-preparazzjoni tal-kampjuni għajr ix-xaħam jew iż-żejt

2.1.3.3.1.   It-tnixxif tal-kampjun: il-kampjuni b’kontenut ta’ umdità > 14 % għandhom jitnixxfu qabel ma jiġu trattati.

2.1.3.3.2.   Tgħarbil minn qabel tal-kampjun: Huwa rakkomandat it-tgħarbil minn qabel f’1 mm ta’ għalf granulat u qlub u biex sussegwentement jiġu ppreparati u analizzati ż-żewġ frazzjonijiet li rriżultaw bħala kampjuni distinti.

2.1.3.3.3.   It-teħid ta’ sottokampjuni u t-tħin: għandu jittieħed is-sottokampjun ta’ mill-inqas 50 g tal-kampjun għall-analiżi u sussegwentement mitħun.

2.1.3.3.4.   L-estrazzjoni u l-preparazzjoni tas-sediment: porzjon ta’ 10 g (bi preċiżjoni sa 0,01 g) tas-sottokampjun mitħun għandu jiġi trasferit fil-lenbut għas-separazzjoni jew fil-bekk bil-qiegħ koniku għall-ġbir tas-sediment u għandu jiġi miżjud 50 ml ta’ tetrakloroetilen. Il-porzjon trasferit fil-lenbut għandu jkun limitat għal 3 g fil-każ tal-ħut mitħun jew prodotti tal-annimali puri oħrajn, ingredjenti minerali jew taħlitiet lesti minn qabel li jiġġeneraw aktar minn 10 % tas-sediment. It-taħlita għandha tiġi mħawda vigorożament għal mill-inqas 30 sekonda u għandu jiġi miżjud bir-reqqa mill-inqas 50 ml aktar ta’ tetrakloroetilen waqt il-ħasil tal-wiċċ ta’ ġewwa tal-lenbut biex titneħħa kull partiċella li tkun imwaħħla. It-taħlita li tirriżulta għandha titħalla toqgħod għal mill-anqas 5 minuti qabel ma s-sediment jiġi sseparat billi jinfetaħ it-tapp.

Jekk jintuża bekk bil-qiegħ koniku għall-ġbir tas-sediment, it-taħlita għandha mbagħad titħawwad vigorożament għal mill-anqas 15-il sekonda u kull partiċella mwaħħla mal-ġenb tal-bekk għandha tinħasel bir-reqqa biex titneħħa mill-wiċċ ta’ ġewwa b’mill-inqas 10 ml ta’ tetrakloroetilen nadif. It-taħlita għandha titħalla toqgħod għal 3 minuti u mbagħad terġa’ titħawwad għal 15-il sekonda u kull partiċella mal-ġenb tal-bekk għandha tinħasel bir-reqqa biex titneħħa minn mal-wiċċ ta’ ġewwa b’mill-inqas 10 ml ta’ tetrakloroetilen nadif. It-taħlita li tirriżulta għandha titħalla toqgħod għal mill-anqas 5 minuti u mbagħad il-frazzjoni likwida titneħħa u tintrama b’dikantazzjoni bir-reqqa, filwaqt li tingħata attenzjoni biex ma jintilef l-ebda sediment.

Is-sediment għandu jitnixxef u sussegwentement jintiżen (bi preċiżjoni sa 0,001 g). Jekk aktar minn 5 % tas-sediment jikkonsisti f’partiċelli > 0,50 mm, dan għandu jintgħarbel f’0,25 mm u ż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu eżaminati.

2.1.3.3.5.   L-estrazzjoni u l-preparazzjoni tal-flotate: wara l-irkupru tas-sediment permezz tal-metodu deskritt hawn fuq, għandu jifdal żewġ fażijiet fil-lenbut għas-separazzjoni: waħda likwida magħmula minn tetrakloroetilen u waħda solida magħmula minn materjal li jżomm fil-wiċċ. Din il-fażi solida hija l-flotate u għandha tiġi rkuprata billi t-tetrakloroetilen jitferra ‘l barra kompletament mil-lenbut billi jinfetaħ it-tapp. Billi jinqaleb il-lenbut għas-separazzjoni, il-flotate għandu jiġi trasferit f’dixx Petri kbir u mnixxef bl-arja f’kabinett għad-dħaħen. Jekk aktar minn 5 % tal-flotate jikkonsisti f’partiċelli > 0,50 mm, dan għandu jintgħarbel f’0,25 mm u ż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu eżaminati.

2.1.3.3.6.   Preparazzjoni tal-materja prima: għandu jitħejja porzjon ta’ mill-anqas 5 g tas-sottokampjun mitħun. Jekk aktar minn 5 % tal-materjal jikkonsisti f’partiċelli > 0,50 mm, dan għandu jintgħarbel f’0,25 mm u ż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu eżaminati.

2.1.3.4.   Il-preparazzjoni ta’ kampjuni li jikkonsistu f’xaħam jew żejt

Il-protokoll li ġej għandu jiġi segwit għall-preparazzjoni ta’ kampjuni li jikkonsistu f’xaħam jew żejt:

jekk ix-xaħam huwa solidu, dan għandu jiġi msaħħan fil-forn sakemm isir likwidu;

bl-użu ta’ pipetta, għandu jiġi trasferit 40 ml ta’ xaħam jew żejt mill-qiegħ tal-kampjun lejn tubu taċ-ċentrifugazzjoni;

iċċentrifuga għal 10 minuti f’4 000 r.p.m.;

jekk ix-xaħam ikun solidu wara ċ-ċentrifugazzjoni, dan għandu jiġi msaħħan fil-forn sakemm isir likwidu;

irrepeti ċ-ċentrifugazzjoni għal 5 minuti f’4 000 r.p.m.;

bl-użu ta’ mgħarfa żgħira jew spatula, għandhom jiġu trasferiti nofs l-impuritajiet dekantati għas-slajds mikroskopiċi għal eżami, u l-Gliċerol huwa rakkomandat bħala l-mezz tal-immuntar;

l-impuritajiet li jkun fadal għandhom jintużaw għall-preparazzjoni tas-sediment kif deskritt fil-punt 2.1.3.3..

2.1.3.5.   L-użu ta’ reaġenti għat-tilwin

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta tal-kostitwenti tal-oriġini mill-annimali, l-operatur jista’ juża r-reaġenti għat-tilwin matul il-preparazzjoni tal-kampjun skont il-linji gwida maħruġa mill-EURL-AP u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu.

Fil-każ li tintuża s-soluzzjoni tal-Aħmar tal-Aliżarina għat-tilwin tas-sediment, għandu japplika l-protokoll li ġej:

is-sediment imnixxef għandu jiġi trasferit f’test tube tal-ħġieġ u mlaħlaħ darbtejn b’madwar 5 ml ta’ etanol (kull darba għandu jintuża vortiċi ta’ 30 sekonda, is-solvent għandu jitħalla joqgħod għal madwar minuta u 30 sekonda u mbagħad imferra’ ‘l barra);

is-sediment għandu jiġi bbliċjat billi jiżdied mill-anqas 1 ml tas-soluzzjoni ipoklorit tas-sodju. Ir-reazzjoni għandha titħalla tissokta għal 10 min. It-tubu għandu jimtela bl-ilma, is-sediment għandu jitħalla joqgħod minn 2 sa 3 minuti, u l-ilma u l-partiċelli sospiżi għandhom jitferrgħu ‘l barra bil-mod;

is-sediment għandu jitlaħlaħ darbtejn aktar b’madwar 10 ml ta’ ilma (għandu jintuża vortiċi għal 30 sekonda, jitħalla joqgħod, u l-ilma jitferra’ ‘l barra kull darba);

Għandhom jiżdiedu bejn 2 u 10 taqtiriet tas-soluzzjoni tal-Aħmar tal-Aliżarina u t-taħlita għandha titħawwad bil-qawwi. Ir-reazzjoni għandha titħalla sseħħ għal 30 sekonda u s-sediment ikkulurit għandu jitlaħlaħ darbtejn b’madwar 5 ml etanol segwit bi tlaħliħa waħda bl-aċeton (kull darba għandu jintuża vortiċi ta’ 30 sekonda, is-solvent għandu jitħalla joqgħod għal madwar minuta u mferra’ ‘l barra);

is-sediment ikkulurit għandu jitnixxef.

2.1.4.   L-eżami mikroskopiku

2.1.4.1.   Il-preparazzjoni tas-slajd

Għandhom jiġu ppreparati slajds mikroskopiċi mis-sediment u, skont l-għażla tal-operatur, jew mill-flotate jew mill-materja prima. Fil-każ li jintuża t-tgħarbil matul il-preparazzjoni tal-kampjun, għandhom jiġu ppreparati ż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw (dik fina u dik mhux raffinata). Il-porzjonijiet tat-test ta’ frazzjonijiet mifruxa fuq is-slajds għandhom ikunu rappreżentattivi tal-frazzjoni sħiħa.

Għandu jiġi ppreparat numru suffiċjenti ta’ slajds sabiex jiġi żgurat li jista’ jitwettaq il-protokoll ta’ eżami komplut kif stabbilit fil-punt 2.1.4.2.

Is-slajds mikroskopiċi għandhom jiġu mmuntati bil-mezz tal-immuntar adegwat skont l-SOP stabbiliti mill-EURL-AP u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu. Is-slajds għandhom ikunu mgħottija b’coverslips.

2.1.4.2.   Il-protokolli ta’ osservazzjoni għall-individwazzjoni ta’ partiċelli tal-annimali fl-għalf kompost u fil-materjal tal-għalf

Is-slajds mikroskopiċi ppreparati għandhom jiġu osservati skont il-protokolli ta’ oservazzjoni stabbiliti fil-dijagramma 1 għall-għalf kompost u għall-materjali tal-għalf għajr il-ħut mitħun pur, jew fid-dijagramma 2 għall-ħut mitħun pur.

L-osservazzjonijiet mikroskopiċi għandhom jitwettqu billi jintuża mikroskopju kompost fuq is-sediment u, skont l-għażla tal-operatur, jew fuq il-flotate jew fuq il-materja prima. L-isterjomikroskopju jista’ jintuża flimkien mal-mikroskopju kompost għall-frazzjonijiet mhux raffinati. Kull slajd għandha tiġi skrinjata kompletament f’diversi manjetizzazzjonijiet.

In-numri minimi ta’ slajds li għandhom jiġu osservati f’kull stadju tal-protokoll ta’ osservazzjoni għandhom jiġu rrispettati rigorożament ħlief meta l-materjal kollu tal-frazzjoni ma jkunx jippermetti li jintlaħaq in-numru ta’ slajds stipulat. Għandhom jiġu osservati mhux aktar minn 6 slajds għal kull determinazzjoni.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tan-natura u l-oriġini tal-partiċelli, l-operatur jista’ juża għodod ta’ appoġġ bħal sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet, il-libreriji tal-immaġnijiet u l-kampjuni ta’ referenza.

Dijagramma 1

Il-protokoll ta’ osservazzjoni għall-individwazzjoni ta’ partiċelli tal-annimali fl-għalf kompost u fil-materjal tal-għalf, għajr il-ħut mitħun

Image

Dijagramma 2

Il-Protokoll ta’ osservazzjoni għall-individwazzjoni ta’ partiċelli tal-annimali fil-ħut mitħun

Image

2.1.4.3.   In-numru ta’ determinazzjonijiet

Jekk wara li ssir l-ewwel determinazzjoni skont il-protokoll ta’ osservazzjoni stabbilit fid-dijagramma 1 jew fid-dijagramma 2 kif relevanti, ma tiġi individwata l-ebda partiċella tal-annimali ta’ natura partikolari (jiġifieri annimali terrestri jew ħut), ma tkun meħtieġa l-ebda determinazzjoni addizzjonali u r-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.1.

Jekk, wara li ssir l-ewwel determinazzjoni skont il-protokolli ta’ osservazzjoni stabbiliti fid-dijagramma 1 jew fid-dijagramma 2 kif relevanti, in-numru totali tal-partiċelli tal-annimali ta’ natura partikolari (jiġifieri annimali terrestri jew ħut) individwat ikun ivarja minn 1 sa 5, għandha ssir it-tieni determinazzjoni minn sottokampjun ġdid ta’ 50 g. Jekk, wara din it-tieni determinazzjoni, in-numru ta’ partiċelli tal-annimali ta’ din in-natura partikolari jkun ivarja minn 0 sa 5, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat billi tinuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.2., jew inkella għandha ssir it-tielet determinazzjoni minn sottokampjun ġdid ta’ 50 g. Madankollu, jekk wara l-ewwel u t-tieni determinazzjoni, it-total ta’ partiċelli ta’ natura partikolari individwat matul iż-żewġ determinazzjonijiet ikun ogħla minn 15, ma tkun meħtieġa l-ebda determinazzjoni addizzjonali u r-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat direttament billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.3. Jekk, wara t-tielet determinazzjoni, it-total ta’ partiċelli tal-annimali ta’ natura partikolari individwat matul it-tliet determinazzjonijiet ikun ogħla minn 15, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat billi tinuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.3. Inkella, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.2.

Jekk wara li ssir l-ewwel determinazzjoni skont il-protokolli ta’ osservazzjoni stabbiliti fid-dijagramma 1 jew fid-dijagramma 2 kif relevanti, jiġu individwati aktar minn 5 partiċelli tal-annimali ta’ natura partikolari (jiġifieri annimali terrestri jew ħut), ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.3.

2.1.5.   L-espressjoni tar-riżultati

Meta jirrapporta r-riżultati, il-laboratorju għandu jindika fuq liema tip ta’ materjal tkun twettqet l-analiżi (is-sediment, il-flotate jew il-materja prima) u kemm ikunu saru determinazzjonijiet.

Ir-rapport tal-laboratorju għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ kostitwenti miksuba mill-annimali terrestri u mill-ħut.

Is-sitwazzjonijiet differenti għandhom jiġu rrapportati b’dawn il-modi:

2.1.5.1.   Ma tiġi individwata l-ebda partiċella tal-annimali ta’ natura partikolari:

sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma ġiet individwata l-ebda partiċella miksuba minn annimali terrestri fil-kampjun ippreżentat,

sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma ġiet individwata l-ebda partiċella miksuba mill-ħut fil-kampjun ippreżentat,

2.1.5.2.   Jiġu individwati bħala medja bejn 1 u 5 partiċelli tal-annimali ta’ natura partikolari:

sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ġew individwati, bħala medja, mhux aktar minn 5 partiċelli miksuba mill-annimali terrestri għal kull determinazzjoni fil-kampjun ippreżentat. Il-partiċelli ġew identifikati bħala … [għadam, qarquċa, muskolu, xagħar, qrun …]. Din il-preżenza ta’ livell baxx, li tkun taħt il-limitu ta’ indivdwazzjoni tal-metodu mikroskopiku, tfisser li ma jistax jiġi eskluż ir-riskju ta’ riżultat pożittiv falz.

Jew, kif rilevanti,

sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ġew individwati, bħala medja, mhux aktar minn 5 partiċelli miksuba mill-ħut għal kull determinazzjoni fil-kampjun ippreżentat. Il-partiċelli ġew identifikati bħala … [xewk tal-ħut, qxur tal-ħut, qarquċa, muskolu, otolit, garġi …]. Din il-preżenza ta’ livell baxx, li tkun taħt il-limitu ta’ individwazzjoni tal-metodu mikroskopiku, tfisser li ma jistax jiġi eskluż ir-riskju ta’ riżultat pożittiv falz.

Fil-każ ta’ tgħarbil minn qabel tal-kampjun, ir-rapport tal-laboratorju għandu jsemmi f’liema frazzjoni (frazzjoni mgħarbla, frazzjoni granulata jew qlub) ġew individwati l-partiċelli tal-annimali kemm-il darba l-individwazzjoni tal-partiċelli tal-annimali fil-frazzjoni mgħarbla biss tista’ tkun sinjal ta’ kontaminazzjoni ambjentali.

2.1.5.3.   Jiġu individwati bħala medja aktar minn 5 partiċelli tal-annimali ta’ natura partikolari

sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ġew individwati, bħala medja, aktar minn 5 partiċelli miksuba mill-annimali terrestri għal kull determinazzjoni fil-kampjun ippreżentat. Il-partiċelli ġew identifikati bħala … [għadam, qarquċa, muskolu, xagħar, qrun …].

Jew, kif rilevanti,

sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ġew individwati, bħala medja, aktar minn 5 partiċelli miksuba mill-ħut għal kull determinazzjoni fil-kampjun ippreżentat. Il-partiċelli ġew identifikati bħala … [xewk tal-ħut, qxur tal-ħut, qarquċa, muskolu, otolit, garġi …].

Fil-każ ta’ tgħarbil minn qabel tal-kampjun, ir-rapport tal-laboratorju għandu jsemmi f’liema frazzjoni (frazzjoni mgħarbla, frazzjoni granulata jew qlub) ġew individwati l-partiċelli tal-annimali kemm-il darba l-individwazzjoni tal-partiċelli tal-annimali fil-frazzjoni mgħarbla biss tista’ tkun sinjal ta’ kontaminazzjoni ambjentali.

2.2.   Il-PCR

2.2.1.   Il-prinċipju

Il-frammenti tal-aċidu deossiribonukleiku (DNA) ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jkunu preżenti fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost, jiġu individwati b’teknika ta’ amplifikazzjoni ġenetika permezz tal-PCR, li timmira lejn is-sekwenzi tad-DNA speċifiku għall-ispeċi.

Il-metodu tal-PCR l-ewwel jirrikjedi stadju tal-estrazzjoni tad-DNA. Wara għandu jiġi applikat l-istadju tal-amplifikazzjoni għall-estrazzjoni tad-DNA miksuba b’dan il-mod, sabiex jiġu individwati l-ispeċi tal-annimali li jinsabu fil-mira tat-test.

2.2.2.   Ir-reaġenti u t-tagħmir

2.2.2.1.   Ir-reaġenti

2.2.2.1.1.   Ir-reaġenti għall-istadju tal-estrazzjoni tad-DNA

Għandhom jintużaw biss ir-reaġenti approvati mill-EURL-AP u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu.

2.2.2.1.2.   Ir-reaġenti għall-istadju ta’ amplifikazzjoni ġenetika

2.2.2.1.2.1.   Il-primers u s-sondi

Għandhom jintużaw biss primers u sondi b’sekwenzi ta’ oligonukleotidi vvalidati mill-EURL-AP (2).

2.2.2.1.2.2.   Il-Master Mix

Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet tal-Master Mix li ma jkunx fihom reaġenti suxxettibbli li jwasslu għal riżultati foloz minħabba l-preżenza ta’ DNA tal-annimali (3).

2.2.2.1.2.3.   Ir-reaġenti ta’ dekontaminazzjoni

2.2.2.1.2.3.1.   Is-soluzzjoni tal-aċidu idrokloriku (0,1N)

2.2.2.1.2.3.2.   Il-bliċ (is-soluzzjoni tal-ipoklorit tas-sodju f’0,15 % ta’ kloru attiv)

2.2.2.1.2.3.3.   Ir-reaġenti mhux korrużivi għad-dekontaminazzjoni tal-apparat li jiswa l-flus bħal imwieżen analitiċi (eż. id-DNA EraseTM tal-MP Biomedicals)

2.2.2.2.   It-tagħmir

2.2.2.2.1.   Miżien analitiku bi preċiżjoni ta’ 0,001 g

2.2.2.2.2.   It-tagħmir tat-tħin

2.2.2.2.3.   Ċiklatur termali li jippermetti li ssir PCR f’ħin reali

2.2.2.2.4.   Mikroċentrifugu għal tubi mikrofugi

2.2.2.2.5.   Sett ta’ mikropipetti li tippermetti li jitferra’ minn 1 μl sa 1 000 μl

2.2.2.2.6.   Oġġetti tal-plastik standard għall-bijoloġija molekulari: tubi mikrofugi, kontenituri tal-plastik bil-filtru għall-mikropipetti, platti adattati għaċ-ċiklatur termali.

2.2.2.2.7.   Friżers għall-ħżin tal-kampjuni u tar-reaġenti

2.2.3.   It-teħid ta’ kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni

2.2.3.1.   It-teħid ta’ kampjuni

Għandu jintuża kampjun rappreżentattiv, meħud b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

2.2.3.2.   Il-preparazzjoni tal-kampjun

Il-preparazzjoni tal-kampjuni tal-laboratorju sal-estrazzjoni tad-DNA għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Anness II. Għandu jittieħed sottokampjun ta’ mill-inqas 50 g tal-kampjun għall-analiżi u sussegwentement jiġi mitħun.

Il-preparazzjoni tal-kampjun għandha titwettaq f’kamra differenti minn dawk maħsuba għall-estrazzjoni tad-DNA u għar-reazzjonijiet ta’ amplifikazzjoni ġenetika kif deskritt minn ISO 24276.

Għandhom jiġu preparati żewġ porzjonijiet tat-test ta’ mill-inqas 100 mg kull waħda.

2.2.4.   L-estrazzjoni tad-DNA

L-estrazzjoni tad-DNA għandha titwettaq fuq kull porzjon tat-test ippreparata bl-użu tal-SOP stabbiliti mill-EURL-AP u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu.

Għandhom jiġu preparati żewġ kontrolli tal-estrazzjoni għal kull serje ta’ estrazzjonijiet kif deskritt minn ISO 24276.

kontroll tal-estrazzjoni in bjank,

kontroll tal-estrazzjoni tad-DNA pożittiv.

2.2.5.   Amplifikazzjoni ġenetika

L-amplifikazzjoni ġenetika għandha titwettaq billi jintużaw il-metodi vvalidati għal kull speċi li tirrikjedi l-identifikazzjoni. Dawn il-metodi huma stipulati fl-SOP stabbiliti mill-EURL-AP u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu. Kull estratt tad-DNA għandu jiġi analizzat mill-inqas f’żewġ dilwizzjonijiet differenti sabiex tiġi evalwata l-inibizzjoni.

Għandhom jiġu preparati żewġ kontrolli ta’ amplifikazzjoni għal kull speċi fil-mira kif deskritt minn ISO 24276.

għandu jintuża kontroll pożittiv tad-DNA fil-mira għal kull platt jew serje ta’ testijiet tal-PCR,

għandu jintuża kontroll tar-reaġent ta’ amplifikazzjoni (imsejjaħ ukoll kontroll negattiv) għal kull platt jew serje ta’ testijiet tal-PCR.

2.2.6.   L-interpretazzjoni u l-espressjoni tar-riżultati

Meta jirrapporta r-riżultati, il-laboratorju għandu jindika mill-inqas il-piż tal-porzjonijiet tat-test użati, it-teknika tal-estrazzjoni użata, in-numru ta’ determinazzjonijiet imwettqa u l-limitu ta’ individwazzjoni tal-metodu.

Ir-riżultati ma għandhomx jiġu interpretati u rrappurtati jekk il-kontroll pożittiv tal-estrazzjoni tad-DNA u l-kontrolli pożittivi tad-DNA fil-mira ma jipprovdux riżultati pożittivi għall-ispeċi li qed tiġi ttestjata filwaqt li l-kontroll tar-reaġent ta’ amplifikazzjoni jkun negattiv.

Fil-każ li r-riżultati miż-żewġ porzjonijiet tat-test ma jkunux konsistenti, għandu jiġi ripetut mill-inqas l-istadju tal-amplifikazzjoni ġenetika. Jekk il-laboratorju jissuspetta li l-estratti tad-DNA jistgħu jkunu l-kważa tal-inkonsistenza, għandha titwettaq estrazzjoni ġdida tad-DNA segwita minn amplifikazzjoni ġenetika qabel ma jiġu interpretati r-riżultati.

L-espressjoni finali tar-riżultati għandha tissejjes fuq l-integrazzjoni u l-interpretazzjoni tar-riżultati taż-żewġ porzjonijiet tat-test skont l-SOP stabbiliti mill-EURL-AP u ppubblikati fuq il-websajt tiegħu.

2.2.6.1.   Ir-riżultat negattiv

Ir-riżultat negattiv għandu jiġi rrappurtat kif ġej:

Ma ġie indivdwat l-ebda DNA minn X fil-kampjun ippreżentat (fejn X huwa l-ispeċi tal-annimal jew il-grupp tal-ispeċi tal-annimal li jinsab fil-mira tat-test).

2.2.6.2.   Ir-riżultat pożittiv

Ir-riżultat pożittiv għandu jiġi rrappurtat kif ġej:

Ġie individwat id-DNA minn X fil-kampjun ippreżentat (fejn X huwa l-ispeċi tal-annimal jew il-grupp tal-ispeċi tal-annimal li jinsab fil-mira tat-test).”


(1)  http://eurl.craw.eu/

(2)  Il-lista ta’ dawn il-primers u s-sondi għal kull speċi tal-annimali fil-mira tat-test hija disponibbli fuq il-websajt tal-EURL-AP.

(3)  Eżempji ta’ Master Mixes li huma funzjonali huma disponibbli fuq il-websajt tal-EURL-AP.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 52/2013

tat-22 ta’ Jannar 2013

li jimmodifika l-Anness XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna l-inbid semifrizzanti, l-inbid semifrizzanti bil-gass u most tal-għeneb konċentrat rettifikat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment it-tieni paragrafu, tal-Artikolu 113(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Anness XI tar-Regolament imsemmi jelenka l-kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli li jistgħu jiġu użati fl-Unjoni għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jikkonforma mal-kundizzjonijiet elenkati f’dak l-Anness.

(2)

Fir-rigward tal-inbid semifrizzanti u l-inbid semifrizzanti bil-gass, il-punti 8 u 9 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipulaw li dawn l-inbejjed għandhom jinkisbu mill-inbid. Madankollu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2) fil-punti 17 u 18 tal-Anness I, jipprevedi wkoll li dawn il-prodotti jinkisbu minn prodotti oħra adattati għall-produzzjoni tal-inbid. Ir-riforma tas-settur tal-inbid li ġiet introdotta permezz tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tal-Kunsill (3) ma kellhiex il-ħsieb li temenda l-lista tal-prodotti biex tikseb inbid semifrizzanti u nbid semifrizzanti bil-gass. Hemm għalhekk lok li jiġi previst mill-ġdid li l-inbid semifrizzanti u l-inbid semifrizzanti bil-gass ikunu jistgħu jinkisbu wkoll minn inbid ġdid li għadu fl-istadju tal-fermentazzjoni, minn most tal-għeneb jew minn most tal-għeneb parzjalment iffermentat.

(3)

Il-proċessi ġodda tal-produzzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat jippermettu li jinkiseb most ikkonċentrat, rettifikat u kristallizzat. Id-definizzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat imsemmija fil-punt 14 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tipprevdi biss forma likwida. Jeħtieġ li d-definizzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettfikat tiġi emendata sabiex tinkludi l-forma kristallizzata tiegħu.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Regolamentazzjoni stabbilit bit-tielet paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qed jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 8a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“a)

miksub minn inbid, minn inbid ġdid li għadu fl-istadju tal-fermentazzjoni, minn most tal-għeneb jew minn most tal-għeneb parzjalment iffermentat kemm-il darba dawn il-prodotti jkollhom qawwa alkoħolika totali ta’ mhux inqas minn 9 % vol;”.

2.

Il-punt 9a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“a)

miksub minn inbid, minn inbid ġdid li għadu fl-istadju tal-fermentazzjoni, minn most tal-għeneb jew minn most tal-għeneb parzjalment iffermentat;”.

3.

Il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“14.   Most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat

B’“most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat” nifhmu:

(a)

il-prodott likwidu mhux karamellizzat li:

(i)

jinkiseb permezz ta’ deidratazzjoni parzjali ta’ most tal-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b’tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skont metodu li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 120 g, f’temperatura ta’ 20 °C, ma tkunx anqas minn 61,7 %;

(ii)

ikun għadda minn trattament ta’ deaċidifikazzjoni u eliminazzjoni ta’ kostitwenti minbarra zokkor;

(iii)

ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

pH ta’ mhux aktar minn 5 f’valur ta’ 25 °Brix,

densità ottika ta’ 425 nm għal ħxuna ta’ 1 cm ta’ mhux aktar minn 0,100 f’most ikkonċentrat f’valur ta’ 25° Brix,

kontenut ta’ sukrożju li ma jinqabadx b’metodu ta’ analiżi li għandu jkun iddefinit,

indiċi Folin-Ciocalteu ta’ mhux aktar minn 6,00 f’valur ta’ 25 Brix,

aċidità titrattabbli ta’ mhux aktar minn 15 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

kontenut ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

kontenut totali ta’ katjoni ta’ mhux aktar minn 8 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

konduttività f’valur ta’ 25 °Brix u 20 °C ta’ mhux aktar minn 120 mikro-Siemens/cm,

kontenut ta’ idrossimetilfurfural ta’ mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

preżenza ta’ meżoinositol;

(b)

il-prodott likwidu mhux karamellizzat li:

(i)

jinkiseb permezz tal-kristallizzazzjoni tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat f’forma likwida mingħajr l-użu ta’ solvent;

(ii)

ikun għadda minn trattament għal deaċidifikazzjoni u eliminazzjoni ta’ kostitwenti minbarra zokkor;

(iii)

ikollu l-karatteristiċi li ġejjin wara d-dilwizzjoni f’soluzzjoni ta’ 25 Brix:

pH ta’ mhux aktar minn 7,5,

densità ottika ta’ 425 nm għal ħxuna ta’ 1 cm ta’ mhux aktar minn 0,100,

kontenut ta’ sukrożju li ma jinqabadx b’metodu ta’ analiżi li għandu jkun iddefinit,

indiċi Folin-Ciocalteu ta’ mhux aktar minn 6,00,

aċidità titrattabbli ta’ mhux aktar minn 15 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

kontenut ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ mhux aktar minn 10 milligrammi għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

kontenut totali ta’ katjoni ta’ mhux aktar minn 8 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

konduttività f’valur ta’ 20 °C ta’ mhux aktar minn 120 mikro-Siemens/cm,

kontenut ta’ idrossimetilfurfural ta’ mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramma ta’ zokkor totali,

preżenza ta’ meżoinositol.

Qawwa alkoħolika reali tal-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat ta’ mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 53/2013

tat-22 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament.

(2)

Fil-31 ta’ Diċembru 2012 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied żewġ persuni fiżiċi u żewġ entitajiet mal-lista tal-individwi u tal-entitajiet soġġetti għall-iffriżar tal-assi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “A. PERSUNI FIŻIĊI”:

(a)

“Eric Badege. Data tat-twelid: 1971. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 31.12.2012.”

(b)

“Jean-Marie Lugerero Runiga. Data tat-twelid: Madwar l-1960. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 31.12.2012.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “B. PERSUNI LEGALI, ENTITAJIET U KORPI”:

(a)

“Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda (alias (a) FDLR, (b) Force Combattante Abacunguzi, (c) FOCA, (d) Combatant Force for the Liberation of Rwanda). Indirizzi tal-posta elettronika: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net. Post: Kivu ta’ Fuq u t’Isfel, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 31.12.2012.”

(b)

“M23 (alias Mouvement Du 23 Mars). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 31.12.2012.”


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 54/2013

tat-22 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

66,0

TN

88,5

TR

118,0

ZZ

90,8

0707 00 05

EG

200,0

JO

182,1

MA

158,2

TR

157,7

ZZ

174,5

0709 91 00

EG

128,6

ZZ

128,6

0709 93 10

EG

105,4

MA

95,6

TR

140,1

ZZ

113,7

0805 10 20

EG

55,6

MA

58,1

TN

60,2

TR

62,9

ZA

46,1

ZZ

56,6

0805 20 10

MA

88,4

ZZ

88,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

111,4

KR

138,5

TR

82,7

ZZ

110,9

0805 50 10

EG

87,0

TR

74,7

ZZ

80,9

0808 10 80

CN

91,3

MK

35,9

US

164,1

ZZ

97,1

0808 30 90

CN

68,8

US

132,9

ZZ

100,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP NESTOR/1/2013

tal-11 ta' Jannar 2013

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

(2013/41/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ("KPS") biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet għall-EUCAP NESTOR minn Stati terzi u biex jistabbilixxi Kumitat ta' Kontributuri ("KtK").

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Göteborg tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2001 stabbilixxew il-prinċipji gwida u l-arranġamenti għall-kontribut minn Stati terzi għall-missjonijiet tal-pulizija. Fl-10 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill approva d-dokument bit-titlu "Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontribut ta' Stati mhux fl-UE għall-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet" li kompla jiżviluppa l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet ċivili ta' maniġġar ta' kriżijiet, inkluż l-istabbiliment ta' KtK.

(3)

Il-KtK għandu jkun forum għad-diskussjoni tal-problemi kollha relatati mal-ġestjoni tal-EUCAP NESTOR mal-Istati Terzi li jikkontribwixxu. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUCAP NESTOR, għandu jieħu kont tal-fehmiet espressi mill-KtK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

1.   B'dan huwa stabbilit Kumitat ta' Kontributuri ("KtK") għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

2.   It-termini ta' referenza tal-KtK huma stabbiliti fid-dokument bit-titolu "Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontribut ta' Stati mhux fl-UE għall-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet".

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-membri tal-KtK għandhom ikunu kif ġej:

rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, u

rappreżentanti ta' Stati terzi li jipparteċipaw fil-missjoni u li jipprovdu kontribuzzjonijiet,

2.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jista' wkoll jattendi għal-laqgħat tal-KtK.

Artikolu 3

Informazzjoni mill-Kap tal-Missjoni

Il-KtK għandu jirċievi regolarment informazzjoni mill-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 4

President

Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Il-KtK għandu jitlaqqa' mill-President fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, jistgħu jissejħu laqgħat ta' emerġenza fuq inizjattiva tal-President, jew fuq talba ta' membru.

2   Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda provviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal lill-KPS l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (2), ir-regoli ta' sigurtà tal-Kunsill għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B'mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta' awtorizzazzjoni ta' sigurtà adegwata.

2.   Id-deliberazzjonijiet fil-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu ta' segretezza professjonali, sakemm il-KtK ma jiddeċidix unanimament mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUCAP NESTOR/2/2013

tal-11 ta’ Jannar 2013

dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ Stati terzi għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta’ Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

(2013/42/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet għall-EUCAP NESTOR minn Stati terzi.

(2)

Il-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili rrakkomanda li l-KPS jaċċetta l-kontribuzzjoniproposta min-Norveġja għall-EUCAP NESTOR u jqisha bħala sinifikanti,

(3)

In-Norveġja għandha tkun eżenti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUCAP NESTOR.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjonijiet ta’ Stati Terzi

1.   Il-kontribuzzjoni min-Norveġja lill-EUCAP NESTOR hija aċċettata u hija meqjusa bħala sinifikanti.

2.   In-Norveġja hija eżenti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUCAP NESTOR.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/43/PESK

tat-22 ta’ Jannar 2013

dwar il-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet tal-Unjoni f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà li appellat għal ordni internazzjonali bbażat fuq multilateraliżmu effettiv. L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali. Ir-rinfurzar tan-NU, billi jingħatawlha l-mezzi biex tkun tista’ tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha biex taġixxi b’mod effettiv, hi prijorità tal-Unjoni.

(2)

Fis-6 ta’ Diċembru 2006, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 61/89 bit-titolu “Lejn Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi: l-istabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali”, li permezz tagħha fittxet il-fehmiet tal-Istati Membri tan-NU dwar Trattat potenzjali, u stabbiliet Grupp ta’ Esperti Governattivi (GGE) biex ikomplu jikkunsidrawha, u b’hekk inbeda l-proċess tan-NU għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (il-“proċess ATT”).

(3)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 64/48 intitolata “Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi”, li biha ddeċidiet li fl-2012 tlaqqa’ Konferenza tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi biex jiġi elaborat strument legalment vinkolanti dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli għat-trasferimenti tal-armi konvenzjonali.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2006, l-10 ta’ Diċembru 2007, it-12 ta’ Lulju 2010, u l-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill laqa’ l-istadji differenti tal-proċess tal-ATT u esprima l-impenn l-aktar qawwi tiegħu għas-suċċess tan-negozjati ta’ strument internazzjonali legalment vinkolanti ġdid li għandu jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli biex jiġi rregolat il-kummerċ legali fl-armi konvenzjonali, u li għandu jkun rilevanti għall-Istati Membri kollha tan-NU u jista’ għalhekk ikun universali.

(5)

Sabiex jiġu pomossi l-inklużività u r-rilevanza tal-proċess tal-ATT, fid-19 ta’ Jannar 2009 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/42/PESK dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (1), u fl-14 ta’ Ġunju 2010 d-Deċiżjoni 2010/336/PESK dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (2), li jikkonsistu minn serje ta’ seminars reġjonali ta’ kopertura dinjija. L-għan ta’ dawk l-avvenimenti ta’ informazzjoni kien li jiġi appoġġat il-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU tal-2012 dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, billi jwessa’ d-diskussjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti; u jappoġġa lill-Istati tan-NU fl-iżvilupp u t-titjib tal-għarfien espert biex jiġu implimentati kontrolli ta’ trasferiment tal-armi effettivi, ladarba t-Trattat jidħol fis-seħħ.

(6)

Il-Konferenza tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tlaqqgħet fil-Kwartieri Ġenerali tan-NU fi New York mit-2 sas-27 ta’ Lulju 2012, biex jiġi elaborat strument legalment vinkolanti dwar l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għat-trasferiment tal-armi konvenzjonali. Il-Konferenza ma setgħatx taqbel dwar dokument konklussiv fil-perijodu ta’ żmien stabbilit għaliha. Madankollu, inkiseb progress konsiderevoli matul in-negozjati, kif rifless fl-abbozz ta’ test tat-Trattat ippreżentat mill-President tal-Konferenza fis-26 ta’ Lulju 2012.

(7)

Fis-7 ta’ Novembru 2012, l-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU adotta l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni intitolata “It-Trattat tal-Kummerċ tal-Armi”, li ddeċidiet li tlaqqa’ fi New York mit-18 sat-28 ta’ Marzu 2013 il-Konferenza Finali tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, li għandha tiġi rregolata bir-regoli ta’ proċedura adottati għall-Konferenza ta’ Lulju 2012, sabiex tiġi ffinalizzata l-elaborazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi abbażi tal-abbozz ta’ test tat-trattat ippreżentat mill-President tal-Konferenza tan-NU preċedenti fis-26 ta’ Lulju 2012.

(8)

Waqt li tikkunsidra l-eżitu tal-Konferenza tan-NU ta’ Lulju 2012, l-attivitajiet stabbiliti bid-Deċiżjoni 2009/42/PESK u d-Deċiżjoni 2012/336/PESK, u l-ħtieġa tal-kontribut għall-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa l-proċess tal-ATT biex jiġi żgurat li jwassal għall-adozzjoni ta’ Trattat legalment vinkolanti effettiv u implimentabbli mingħajr dewmien. L-appoġġ kontinwu tal-Unjoni għall-proċess tal-ATT għandu jikkontribwixxi għat-tlestija b’suċċess tan-negozjati fil-Konferenza tan-NU mit-18 sat-28 ta’ Marzu 2013, u jippromwovi sforzi ta’ implimentazzjoni f’pajjiżi terzi li jkollhom ikunu konformi ma’ Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi futur,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li jiġi appoġġat it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (l-“ATT”), l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet bl-objettivi li ġejjin:

li tappoġġa t-tlestija b’suċċess tan-negozjati tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi;

li tappoġġa lill-Istati Membri tan-NU fl-iżvilupp u t-titjib tal-għarfien espert nazzjonali u reġjonali għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli effettivi tat-trasferimenti tal-armi, sabiex jiġi żgurat li l-ATT futur, meta jidħol fis-seħħ, ikun effettiv kemm jista’ jkun.

2.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha twettaq l-attività ta’ proġett li ġej:

l-organizzazzjoni ta’ żewġ seminars għall-esperti governattivi bil-għan li tiġi ffaċilitata l-konklużjoni tan-negozjati u l-implimentazzjoni futura tal-ATT.

Deskrizzjoni dettaljata tal-attività tal-proġett imsemmija f’dan il-paragrafu hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentat Għoli”) għandu jkun responsabbli sabiex jimplimenta ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-attività tal-proġett imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni (“il-Konsorzju”).

3.   Il-Konsorzju għandu iwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentat Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-Konsorzju.

Artikolu 3

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-attività tal-proġett msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 160 800.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-Konsorzju tal-UE. Il-ftehim għandu jistipula li l-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni għandu jiżgura viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni xierqa għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tipprova tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hi għandha tinforma lill-Kunsill bid-diffikultajiet f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari wara l-organizzazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn is-seminars. Ir-rapporti għandhom jitħejjew mill-Konsorzju u għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attività tal-proġett imsemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jiġi konkluż f’dak il-perjodu.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 17, 22.1.2009, p. 39.

(2)  ĠU L 152, 18.6.2010, p. 14.


ANNESS

ATTIVITÀ TA’ PROĠETT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

1.   Objettiv

L-objettiv ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tiġi appoġġata t-tlestija b’suċċess tan-negozjati tal-UN dwar Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT), u li jiġu appoġġati Stati Membri tan-NU bi tħejjija għall-kisba tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ATT ladarba dan jidħol fis-seħħ.

2.   Deskrizzjoni tal-attività tal-proġett

2.1.   Objettivi

L-attività tal-proġett ser tassisiti l-isforzi tal-Unjoni li għandhom l-għan li tiġi appoġġata l-finalizzazzjoni tan-negozjati tal-ATT li ser ‘jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli biex jiġi rregolat il-kummerċ legali f’armi konvenzjonali’ u bħala riżultat ‘jagħmel il-kummerċ tal-armi aktar responsabbli u trasparenti, u b’hekk jikkontribwixxi biex jiġu rinfurzati l-paċi u s-sigurtà, l-istabbiltà reġjonali u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli’. B’mod partikolari, l-attività ta-proġett għandha:

tikkontribbwixxi biex jiġi preżentat ATT b’saħħtu u robust abbażi tal-abbozz tat-test tat-Trattat tas-26 ta’ Lulju 2012;

tkompli l-isfozi tal-Unjoni biex pajjiżi terzi jiġu inkoraġġuti jappoġġaw l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ATT legalment vinkolanti, li jistabbilixxi standards komuni għall-kummerċ dinji f’armi konvenzjonali;

tippromwovi l-isforzi tal-Unjoni biex jissaħħu l-kontrolli tat-trasferimenti ta’ armi f’pajjiżi terzi; u

tappoġġa l-isforzi ta’ pajjiżi terzi fil-livell nazzjonali bi tħejjija għall-kisba tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ATT ladarba dan jidħol fis-seħħ.

2.2.   Riżultati

L-implimentazzjoni tal-attività tal-proġett ser tirriżulta fi:

forum għal grupp ta’ partijiet interessati governattivi ewlenin biex jgħin lill-Istati Membri tan-NU jħejju għall-Konferenza tan-NU dwar l-ATT li għandha tiltaqa’ f’ Marzu 2013, u biex jgħin lill-Istati jħejju għad-dħul fis-seħħ bikri u l-implimentazzjoni sħiħa ta’ ATT. Dan il-Forum ser jesplora wkoll modi ta’ kif attivitajiet eżistenti fil-qasam tal-assistenza internazzjonali għat-tisħiħ tal-kontroll tal-esportazzjoni ta’ armi tista’ tiġi kkoordinata u massimizzata;

rapport ta’ 20 paġna disponibbli pubblikament. Dan ir-rapport ser jiddeskrivi fil-qosor kif wieħed jista’ jibni fuq attivitajiet ta’ informazzjoni u assistenza tal-Unjoni u internazzjonali eżistenti biex jiġu appoġġati l-isforzi ta’ pajjiżi terzi biex jiġu stabbiliti sistemi ta’ kontroll tat-trasferimenti li jissodisfaw l-obbligi skont ATT.

2.3.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet

Biex jintlaħqu l-objettivi deskritti fil-punt 2.1, dan il-proġett ser jinkludi tliet attivitajiet: żewġ seminars u rapport.

2.3.1.   Seminars għal rappreżentanti governattivi

Il-proġett ser jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ żewġ seminars residenzjali ta’ jumejn għal 30 sa 40 espert governattiv. Il-post u d-dati ta’ kull wieħed miż-żewġ seminars ser jiġu determinati f’konsultazzjonijiet mar-Rappreżentant Għoli u l-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(a)   L-istruttura tas-seminars

Iż-żewġ seminars ser jipprevedu diskussjoni dwar serje ta’ kwistjonijiet, inkluż:

modi ta’ kif tintlaħaq it-tlestija b’suċċess tan-negozjati għal ATT fil-Konferenza tan-NU ta’ Marzu 2013, abbażi tal-abbozz tat-test tat-Trattat tas-26 ta’ Lulju 2012;

mezzi biex jiġi żgurat l-aktar dħul fis-seħħ bikri possibbli ta’ ATT;

l-aħjar prattiki ta’ assistenza nazzjonali, regjonali u internazzjonali biex jgħinu għall-kisba tad-dħul fis-seħħ u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ATT;

l-elementi legali, tekniċi, materjali u finanzjarji meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ sistemi nazzjonali neċessarji biex jiġu sodisfatti l-obbligi taħt ATT.

Qabel kull seminar ser jitħejja dokument qasir ta’ ‘spunti ta’ riflessjoni’ li jissottolinja l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi. Ftit wara l-konklużjoni tiegħu, ser titħejja taqsira tas-seminar u tiġi ppreżentata lir-Rappreżentant Għoli u lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

L-aġenda dettaljata u finali tas-seminars ser tiġi determinata f’konsultazzjonijiet mar-Rappreżentant Għoli u l-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(b)   Parteċipanti fis-seminars

Il-parteċipanti fis-seminars ser jinkludu mhux aktar minn 40 rappreżentant governattiv ta’ Stati Membri magħżula tan-NU li jipparteċipaw fin-negozjati dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi. Il-lista dettaljata u finali tal-parteċipanti għal kull wieħed miż-żewġ seminars ser tiġi determinata f’konsultazzjonijiet mar-Rappreżentant Għoli u l-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

2.3.2.   Rapport dwar l-assistenza tal-Unjoni u internazzjonali għal pajjiżi terzi fl-implimentazzjoni ta’ ATT

Wara li jitlestew iż-żewġ seminars, ser jiġi ppublikat rapport ta’ 20 paġna li jiddeskrivi fil-qosor kif l-attivitajiet ta’ informazzjoni u assistenza tal-Unjoni u internazzjonali eżistenti li għandhom l-għan li jissaħħu l-kontrolli tat-trasferimenti jistgħu jiġu żviluppati u estiżi biex jgħinu lill-Istati Membri tan-NU jissodisfaw l-obbligi skont ATT. L-għan ewlieni tar-rapport ser ikun li jirrakkomanda miżuri biex jiġi appoġġat id-dħul fis-seħħ bikri tal-ATT.

Ir-rapport ser ikun maħsub biex jassisti fid-deliberazzjonijiet dwar informazzjoni u assistenza futura biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ATT. Huwa previst li dan ir-rapport ser ikun output pubbliku li jirriżulta minn din id-Deċiżjoni u ser jiżgura l-viżibbiltà kontinwa tal-kontribut tal-Unjoni biex jiġi żgurat ATT b’saħħtu u robust.

3.   Tul ta’ żmien

Il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-attività ta’ proġett huwa ta’ 12-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3).

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji ta’ din l-attività ta’ proġett ser ikunu l-Istati Membri tan-NU, b’enfasi partikolari fuq l-awtoritajiet tal-istat responsabbli li jistabbilixxu politika nazzjonali fir-rigward tal-ATT u l-implimentazzjoni futura tiegħu. L-għażla tal-benefiċjari tal-istat speċifiċi ser tiġi determinata f’konsultazzjonijiet mar-Rappreżentant Għoli u l-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

5.   Entità ta’ implementazzjoni

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lill-Konsorzju. Il-Konsorzju ser iwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Il-Konsorzju għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/44/PESK

tat-22 ta’ Jannar 2013

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK (1).

(2)

Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/483/PESK (2) li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK għal perijodu ulterjuri ta’ sena.

(3)

Fl-14 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill issottolinja l-importanza li fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbiltajiet ta’ sigurtà jiġu ttrasferiti lill-awtoritajiet Somali, u għal dak il-għan, li jissaħħaħ l-appoġġ internazzjonali lill-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja (SNSF). Huwa faħħar il-kontribut ta’ suldati Somali mħarrġa biex iġibu s-sigurtà fis-Somalja u ntrabat li jkompli jappoġġa, permezz tal-missjoni militari tal-UE, l-iżvilupp tal-SNSF inkluż l-istruttura ta’ kmand u kontroll tagħhom, f’kooperazzjoni mal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), l-Uganda, l-Istati Uniti tal-Amerika u atturi rilevanti oħra.

(4)

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fir-rapport tiegħu lill-Kunsill tas-Sigurtà bid-data tal-1 ta’ Mejju 2012, irrakkomanda li l-komunità internazzjonali tiġi inkoraġġuta tinvesti b’mod serju fl-irkupru u l-iżvilupp fit-tul tas-Somalja, inkluż permezz tal-appoġġ għat-tisħiħ tas-settur tas-sigurtà.

(5)

It-tieni Konferenza Internazzjonali dwar is-Somalja, li saret f’Istanbul fil-31 ta’ Mejju u 1- ta’ Ġunju 2012, faħħret lill-Unjoni għall-appoġġ tagħha lill-AMISOM u lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà Somali. Il-Konferenza għarfet il-ħtieġa li l-komunità internazzjonali tkompli tappoġġa l-istabbiliment mill-ġdid ta’ apparat ta’ sigurtà li jkun professjonali, inklużiv, dixxiplinat u mgħammar sew, inklużi l-armata nazzjonali, il-pulizija, il-flotta navali, il-gwardja kostali u l-aġenziji ta’ intelligence Somali, u enfasizzat il-ħtieġa li l-forzi Somali kollha jinġiebu taħt kmand unifikat.

(6)

Il-President tar-Repubblika tas-Somalja adotta politika b’sitt pilastri li għandha l-għan li tippromwovi l-istabbiltà, l-irkupru ekonomiku, il-bini tal-paċi, l-għoti ta’ servizzi, ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-unità, fejn ir-riforma tas-settur tas-sigurtà titqies pedament bażiku li jikkostitwixxi stat Somalu vijabbli, u talab lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) biex jitkompla l-impenn tal-Unjoni b’appoġġ għas-Somalja.

(7)

Il-Gvern tal-Uganda esprima s-sodisfazzjon tiegħu bis-sħubija mal-Unjoni mibnija madwar il-missjoni militari tal-UE u r-rieda tiegħu li jkompli jikkoopera f’dan il-kuntest.

(8)

Fis-27 ta’ Novembru 2012, il-Prim Ministru tar-Repubblika tas-Somalja indirizza ittra ta’ stedina lir-RGħ fir-rigward tal-iskjerament tal-missjoni militari tal-UE, u laqa’ l-appoġġ tal-Unjoni għat-taħriġ tal-Forzi Armati Somali.

(9)

Fl-10 ta’ Diċembru 2012, il-Kunsill approva l-kunċett rivedut ta’ ġestjoni tal-kriżijiet għall-missjoni militari tal-UE.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta’ din il-missjoni.

(11)

Il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi estiża ulterjorment b’mandat adattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Missjoni

1.   L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta’ taħriġ militari, sabiex tikkontribwixxi għall-bini u t-tisħiħ tal-Forzi Armati Nazzjonali Somali ("SNAF") li jirrispondu għall-Gvern Nazzjonali Somalu, konsistenti mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet Somali.

2.   Sabiex tikseb l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi skjerata fis-Somalja u fl-Uganda sabiex tagħti gwida, parir u appoġġ lill-awtoritajiet Somali fir-rigward tal-bini ta’ SNAF, l-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali ta’ Sigurtà u Stabbilizzazzjoni għas-Somalja u l-attivitajiet ta’ taħriġ għas-SNAF. Il-missjoni militari tal-UE għandha wkoll tkun lesta tipprovdi appoġġ, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, lil atturi oħra tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-mandati rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża fis-Somalja.

3.   L-implimentazzjoni fis-Somalja tal-attivitajiet li ngħata mandat għalihom għandha tiddependi fuq il-kondizzjonijiet ta’ sigurtà fis-Somalja u l-gwida politika mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà.”.

(2)

L-Artikolu 2(1) jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Brigadier Ġenerali Gerald AHERNE huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE b’effett mill-1 ta’ Frar 2013.”.

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni

1.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni għandhom inizjalment jibqgħu fl-Uganda bil-ħsieb tat-trasferiment possibbli tagħhom għas-Somalja matul il-mandat skont id-dokumenti ta’ ppjanar. Dawn għandhom iwettqu l-funzjonijiet kemm ta’ Kwartieri Ġenerali Operattivi kif ukoll ta’ Kwartieri Ġenerali tal-Forza.

2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni għandhom jinkludu uffiċċju ta’ kollegament f’Najrobi u ċellola ta’ appoġġ fi Brussell.”.

(4)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

1.   Ir-RGħ għandu jiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni inġenerali, inklużi l-programmi ta’ żvilupp tal-Unjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-katina ta’ kmand, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika u minn delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni fir-reġjun.

3.   Il-missjoni militari tal-UE għandha żżomm u ssaħħaħ il-koordinazzjoni mal-EUNAVFOR Atalanta u l-EUCAP Nestor. Iċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għandu, f’konformità mal-mandat tiegħu stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/173/PESK tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar l-attivazzjoni taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fil-Qarn tal-Afrika (*), jiffaċilita tali koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bil-ħsieb li jiżdiedu l-koerenza, l-effiċjenza, u s-sinerġiji bejn il-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fir-reġjun.

4.   Il-missjoni militari tal-UE għandha topera f'kooperazzjoni mill-qrib ma' atturi internazzjonali oħra fir-reġjun, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti l- AMISOM, u l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Uganda f'konformità mar-rekwiżiti maqbula tal-Gvern Nazzjonali Somalu.

(*)  ĠU L 89, 27.3.2012, p. 66.”."

(5)

L-Artikolu 10 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (**) (“ATHENA”).

2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu sad-9 ta’ Awwissu 2011 għandu jkun ta’ EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 60 %.

3.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mid-9 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ ta’ dan l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 30 %.

4.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 għandu jkun ta’ EUR 11,6 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 20 %, u l-persentaġġ għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(3) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 30 %.

(**)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35.”."

(6)

L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Rilaxx ta’ informazzjoni

1.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif adatt u f’konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (***):

(a)

sal-livell previst mill-Ftehimiet applikabbli dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni u l-Istat terz ikkonċernat;

(b)

jew sal-livell ‧CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL‧ f’każijiet oħra.

2.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-Unjoni Afrikana (UA) f’konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/ EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-UA għandhom jitfasslu għal dan il-għan.

3.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll li jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE /EU RESTRICTED” li tiġi ġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dak l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

4.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE relatat mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (****).

5.   Ir-RGħ jista’ jiddelega tali awtorizzazzjonijiet, kif ukoll l-abbiltà li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija hawn fuq lil persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u/jew lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

(***)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17."

(****)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”."

(7)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta’ Marzu 2015.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)  ĠU L 198, 30.7.2011, p. 37.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/45/PESK

tat-22 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1).

(2)

Fir-rigward tal-persuni elenkati fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK, sabiex jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta' fondi miżapproprjati lill-Istat Libjan, id-derogi previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom jiġu emendati biex ikun permess ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn dawn ikunu meħtieġa biex jissodisfaw deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja inforzabbli fi Stat Membru, qabel jew wara d-data tan-nomina tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati.

(3)

Il-Kunsill jikkunsidra li ma għadx hemm raġunijiet għaż-żamma ta' entità waħda fil-lista li tinsab fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(4)

L-entrata għal persuna waħda għandha titneħħa mil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK u għandha tiġi inkluża fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III għal dik id-Deċiżjoni.

(5)

L-informazzjoni relatata ma' ċerti individwi elenkati fl-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi aġġornata.

(6)

L-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5b.   Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV, u b'deroga mill-paragrafu 1(b), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja meħuda qabel id-data meta l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fil-paragrafu 1(b) ġie elenkat fl-Anness IV jew id-data ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja inforzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet magħmula bis-saħħa ta' tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Annessi II u IV; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.";

(2)

Fl-Artikolu 6(6), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(c)

pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrarji li jittieħdu fl-Unjoni jew li jkunu inforzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV;”;

(3)

L-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS

L-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I:

(a)

l-entrati 1, 4, 5, 7 sa 15 u 18 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Numru tal-Passaport: B010574. Data tat-twelid: 1.7.1950.

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'ħabs fit-Tuneżija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"4.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms, il-Libja.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u fi vjolenza.

Status/Post preżunt: Mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"7.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

8.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-Passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbilità għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

13.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-Passaport: a) 014797. b) 524521. Data tat-twelid: a) 27.5.1973. b) 01.01.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: in-Niġer.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

14.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

15.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-Passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'kustodja fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"18.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Status/Post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011.";

(b)

tiżdied l-entrata li ġejja:

"19.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja.

Ilha miżżewġa lil Muammar QADHAFI mill-1970. Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.6.2011."

(2)

Fl-Anness II, l-entrata 7 (AL-BARASSI, Safia Farkash) hija mħassra.

(3)

Fl-Anness III:

(a)

l-entrati 1 sa 6 u 8 sa 12 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-Passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbilità għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-Passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'kustodja fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"8.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms, il-Libja.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u fi vjolenza.

Status/Post preżunt: Mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-Passaport: a) 014797. b) 524521. Data tat-twelid: a) 27.5.1973. b) 01.01.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: in-Niġer.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.";

(b)

tiżdied l-entrata li ġejja:

"14.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja.

Ilha miżżewġa lil Muammar QADHAFI mill-1970. Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.6.2011."

(4)

Fl-Anness IV:

(a)

taħt "Persuni", l-entrati 6 u 26 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

Data tal-elenkar

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji.

Numru tal-Passaport: B010574. Data tat-twelid: 1.7.1950.

Status/Post preżunt: f'ħabs fit-Tuneżija.

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

26.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Status/Post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

12.4.2011

(b)

taħt "Persuni", l-entrata 10 (AL-BARASSI, Safia Farkash) hija mħassra;

(c)

taħt "Entitajiet", l-entrata 50 (Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Ċentri Amministrattivi (ODAC)) hija mħassra.


23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/65


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/46/PESK

tat-22 ta’ Jannar 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà mwaqqaf, taħt ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo aġġorna l-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi imposti taħt il-paragrafi 13 u 15 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK għandu għalhekk jiġi aġġornat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


ANNESS

Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

(a)   Persuni

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid/post tat-twelid

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni

BADEGE, Eric

 

1971

 

Skont rapport finali tal-15 ta’ Novembru 2012 mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, “… LTL. Col. Eric Badege kien sar il-punt ċentrali ta’ M23 f’Masisi u mexxa operazzjonijiet konġunti…” ma’ mexxej militari ieħor. Barra minn hekk, “serje ta’ attakki kkoordinati li saru f’Awwissu [2012] minn LTL. Col. Badege … ippermettew lill-M23 iddestabbilizza parti konsiderevoli mit-territorju tal-Masisi.”“Skont ex kombattenti, LTL Col. Badege … aġixxa skont l-ordnijiet ta’ Col. Makenga meta orkestra l-attakki.

31.12.2012

 

 

 

 

Bħala kmandant militari tal-M23, Badege hu responsabbli għal vjolazzjonijiet serji li fil-mira għandhom it-tfal u n-nisa f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat. Skont ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, kien hemm diversi inċidenti kbar ta’ qtil bla diskriminazzjoni ta’ ċivili, fosthom nisa u tfal. Minn Mejju 2012 Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta’ ċivili f’serje ta’ attakki kkoordinati. F’Awwissu, Badege wettaq attakki konġunti li involvew il-qtil bla diskriminazzjoni ta’ ċivili. Ir-rapport ta’ Novembru tal-Grupp ta’ Esperti jiddikjara li dawn l-attakki ġew orkestrati b’mod konġunt ma’ Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Skont ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti, mexxejja lokali minn Masisi ddikjaraw li Badege ikkmanda dawn l-attakki tar-Raia Mutomboki fuq l-art.

 

 

 

 

 

Skont artikolu tar-Radju Okapi tat-28 ta’ Lulju 2012, “l-amministratur ta’ Masisi ħabbar dan is-Sibt, 28 ta’ Lulju, l-abbandun tal-kmandant tat-Tieni Battaljun tal-410 Reġiment tal-bażi FARDC Nabiondo, daqs tletin kilometru Majjistral ta’ Goma fit-Tramuntana ta’ Kivu. Skont dan, il-Kurunell Eric Badege u iktar minn mitt suldat nhar il-Ġimgħa mxew lejn Rubay, 80 kilometru Tramuntana ta’ Nabiondo. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermanta minn diversi sorsi.”

Skont artikolu tal-BBC tat-23 ta’ Novembru 2012, l-M23 ġie iffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu integrati fl-FARDC bdew jipprotestaw kontra l-ħlas u l-kundizzjonijiet ħżiena, u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta’ paċi tat-23 ta’ Marzu 2009 bejn is-CNDP u d-DRC li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC.

 

 

 

 

 

L-M23 huwa involut f’operazzjonijiet militari attvi sabiex jikseb kontroll ta’ territorju fil-Lvant tad-DRC, skont ir-rapport tal-IPIS ta’ Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu fuq il-kontroll ta’ diversi bliet u rħula fil-Lvant tad-DRC fl-24 u l-25 ta’ Lulju 2012; L-M23 attakka l-FARDC f’Rumangabo fis-26 ta’ Lulju 2012; L-M23 keċċa lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta’ Novembru 2012; u l-M23 ħadu l-kontroll ta’ Goma fl-20 ta’ Novembru 2012.

Skont ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu għexieren ta’ tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ntgħażlu bħala suldati tfal tal-M23.

 

 

 

 

 

Skont rapport tal-11 ta’ Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel ta’ 18-il sena mir-Rwanda, li ħarab wara li ġie reklutat b’mod infurzat qal lill-HRW li ra l-eżekuzzjoni ta’ tifel ta’ 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li pprova jaħrab. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem rekluti oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu sussegwentement allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa riedjabbandunana,” bħala spjegazzjoni għala t-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 reklut ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu meta ppruvaw jaħarbu. Uħud intrabtu u sparawlhom quddiem rekluti oħra bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Reklut żagħżugħ ieħor qal lill-HRW, “[m]eta konna mal-M23, qalulna [li kelna għażla] u li stajna nogħqodu magħhom jew stajna nmutu. Bosta persuni ppruvaw jaħarbu. Uħud instabu u immedjatament dik kienet mewthom.”

 

RUNIGA, Jean-Marie Lugerero

 

Bejn wieħed u ieħor 1960

 

Dokument tad-9 ta’ Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-qasam politiku tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta’ Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23.

Runiga hu msemmi bħala l-‘President’ tal-M23 f’entrati fis-sit tal-grupp. Ir-rwol mexxej tiegħu huwa kkorraborat mir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-‘mexxej tal-M23’.

31.12.2012

 

 

 

 

Skont artikolu tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Associated Press, Runiga wera lill-Associated Press lista ta’ talbiet li hu qal ser jiġu ppreżentati lill-gvern tal-Kongo. Inklużi fit-talbiet huma r-riżenja ta’ Kabila u x-xoljiment tal-assemblea nazzjonali. Runiga indika li jekk jingħata l-opportunità, l-M23 jista’ jerġa’ jieħu Goma. “U f’dan il-waqt mhux se nirtiraw,” qal Runiga lill-Associated Press. Huwa indika wkoll li l-fergħa politika tal-M23 għandha tkompli bil-kontroll tagħha ta’ Goma bħala prekondizzjoni għan-negozjati. “Naħseb li l-membri tagħna li jinsabu f’Kampala jirrappreżentawna. Maż-żmien jien ser inkun hemmhekk ukoll. Qed nistenna li kollox jiġi organizzat u meta Kabila jkun hemm, jien immur hemm ukoll,” qal Runiga.

 

 

 

 

 

Skont artikolu f’Le Figaro tas-26 ta’ Novembru 2012, Runiga ltaqa’ mal-President tar-RDK Kabila fl-24 ta’ Novembru 2012 biex jibda diskussjonijiet. Separatament, f’intervista ma’ Le Figaro, Runiga stqarr, “l-M23 hija komposta primarjament minn eks-membri militari tal-FARDC li telqu biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta’ osservanza tal-patti tat-23 ta’ Marzu 2009.” Huwa kompla, “is-suldati tal-M23 huma diżerturi mill-armata li telqu bl-armi tagħhom f’idejhom. Reċentement, aħna rkuprajna ħafna tagħmir minn bażi militari fi Bunagana. Għal issa, dan jippermettielna li kull jum nieħdu lura t-territorju u li nimbuttaw lura l-attakki kollha mill-FARDC...Ir-rivoluzzjoni tagħna hija Kongoliża, immexxjia mill-Kongoliżi, għall-poplu Kongoliż.”

Skont artikolu ta’ Reuters tat-22 ta’ Novembru 2012, Runiga stqarr li l-M23 kellu l-kapaċità li jżomm Goma wara li l-forzi tal-M23 ġew imsaħħa minn suldati Kongoliżi li rribellaw tal-FARDC: “L-ewwel nett għandna armata dixxiplinata, u għandna wkoll is-suldati tal-FARDC li ngħaqdu magħna. Dawn huma ħutna, ser jitħarrġu mill-ġdid u jiġu riabilitati, imbagħad ser naħdmu magħhom.”

 

 

 

 

 

Skont artikolu tas-27 ta’ Novembru 2012 ippubblikat f’The Guardian, Runiga indika li l-M23 ser jirrifjuta li jobdi appell minn mexxejja reġjonali tal-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar li jitilqu minn Goma sabiex iħejju t-triq għal taħdidiet ta’ paċi. Minflok, Runiga stqarr li l-irtirar tal-M23 minn Goma jkun ir-riżultat, mhux prekondizzjoni, ta’ negozjati.

Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, Uganda fid-29 ta’ Lulju 2012 u ffinalizzat l-aġenda ta’ 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati previsti fil-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar.

Skont artikolu tat-23 ta’ Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta eks-membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta’ paċi tat-23 ta’ Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC.

 

 

 

 

 

L-M23 huwa involut f’operazzjonijiet militari attivi biex jittieħed kontroll ta’ territorju fir-RDK tal-lvant, skont ir-rapport tal-IPIS ta’ Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu fuq il-kontroll ta’ diversi bliet u rħula fir-RDK tal-lvant fl-24 ta’ Lulju u l-25 ta’ Lulju 2012; L-M23 attakka lill-FARDC f’Rumangabo fis-26 ta’ Lulju 2012; L-M23 keċċa lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta’ Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta’ Goma fl-20 ta’ Novembru 2012.

Skont ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, diversi eks-kumbattenti tal-M23 jallegaw li mexxejja tal-M23 iġġustizzjaw b’mod sommarju għexieren ta’ tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23.

 

 

 

 

 

Skont rapport tal-11 ta’ Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta’ 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta’ tifel ta’ 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f’Ġunju. It-tifel ġie maqbud u msawwat għall-mewt minn ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħrajn. Kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħrajn “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala spjegazzjoni għar-raġuni tal-qtil tat-tifel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li xhieda allegaw li tal-inqas 33 rekluti ġodda u ġellieda oħrajn tal-M23 ġew iġġustizzjati b’mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħid instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom”.

 


(b)   Entitajiet

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid/post tat-twelid

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni

Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda (FDLR)

Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda

FDLR.

Force Combattante Abacunguzi

FOCA

Combatant Force for the Liberation of Rwanda

 

Fdlr@fmx.de

fldrrse@yahoo.fr

fdlr@gmx.net

Lokalità: Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, RDK

Il-Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda (FDLR) huma wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u kif deskritt hawn taħt, wettaq vjolazzjonijiet serji tad-dritt internazzjonali li jinvolvu sparar fuq nisa u tfal f’konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil, l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat.

Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-RDK, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta’ sitta u disgħin persuna ċivili f’Busurguni, territorju ta’ Walikali. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f’darhom.

31.12.2012

 

 

 

 

Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-RDK, f’Ġunju 2010, ċentru mediku NGO irrapporta madwar sittin każ kull xahar ta’ tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta’ Lubero, minn gruppi armati ta’ Kivu tat-Tramuntana inklużi l-FDLR.

Skont rapport tal-20 ta’ Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li l-FDLR attivament kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta’ 18-il sena, uħud saħansitra ta’ 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR.

 

 

 

 

 

F’Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kumbattenti tal-FDLR attakkaw għadd ta’ rħula fit-territorju ta’ Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna li għadu mhux magħruf fejn qiegħdin. Skont rapport ta’ Ġunju 2012 mill-HRW, f’Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f’Kamananga u Lumenje, fil-provinċja ta’ Kivu tan-Nofsinhar, kif ukoll f’Chambucha, territorju ta’ Walikale, u rħula fiż-żona ta’ Ufumandu tat-territorju ta’ Masisi, provinċja ta’ Kivu tat-Tramuntana. F’dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b’machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta’ persuni ċivili, inklużi ħafna tfal.

 

 

 

 

 

Skont ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Ġunju 2012, il-FDLR attakka diversi rħula f’Kivu tan-nofsinhar mill-31 ta’ Diċembru 2011 sal-4 ta’ Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inklużi 9 tfal u 6 nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom, matul l-attakk. Barra minn hekk, mara u tifla ġew stuprati Ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakraw tal-inqas 14-il persuna ċivili, inklużi 5 nisa u 5 tfal f’Kivu tan-Nofsinhar f’Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Novembru 2012, in-NU iddokumentaw tal-inqas 106 inċidenti ta’ vjolenza sesswali mwettqin mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, il-FDLR stupraw seba’ nisa fil-lejl tal-10 ta’ Marzu 2012, inkluża minuri, f’Kalinganya, fit-territorju ta’ Kabare. Il-FDLR reġgħu attakkaw ir-raħal fl-10 ta’ April 2012 u stupraw tlieta minn nisa għat-tieni darba. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Novembru 2012 jirrapporta wkoll il-qtil ta’ 11-il persuna mill-FDLR f’Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta’ April 2012, u l-involviment tal-FDLR fi qtil ta’ 19-il persuna oħra fit-territorju ta’ Masisi, inklużi ħames minuri u sitt nisa, f’Mejju.

 

M23

 

 

 

Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) li rċieva armi u materjal relatat fit-territorju tar-RDK, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma’ attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta’ xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta’ armi u munizzjon barra minn sostenn ta’ materjal għal operazzjonijiet ta’ ġlied.

31.12.2012

 

 

 

 

L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq vjolazzjonijiet serji tad-dritt internazzjonali li jinvolvu sparar fuq nisa u tfal f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont ħafna rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta’ massakri ta’ persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta’ nisa u tfal f’diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta’ nisa u tfajliet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta’ vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta’ reklutaġġ furzat ta’ tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta’ 146 żagħżugħ u tifel unikament fit-territorju ta’ Rutshuru fir-RDK tal-lvant minn Lulju 2012. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena.

 

 

 

 

 

L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta’ reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b’mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f’xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

 


Rettifika

23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/70


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2012 tal-5 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet ta’ monitoraġġ u tbassir

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 240 tas-6 ta’ Settembru 2012 , rettifikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 255 tal-21 ta’ Settembru 2012 )

F’paġna 55, fil-punt 1.4:

minflok:

F105: pagament b’sanzjoni

Il-format meħtieġ: iva = iva; le = le”;

aqra:

F105: pagament b’sanzjoni

Il-format meħtieġ: iva = Y; le = N”.

F’paġna 56 u 57, fil-punt 2.6:

minflok:

F205: azjenda f’reġjun żvantaġġat

Fil-każ ta’ appoġġ għal kumpanija f’żona żvantaġġata, dan irid ikun indikat hawnhekk.

Il-format meħtieġ: iva = iva; le = le.”;

aqra:

F205: azjenda f’reġjun żvantaġġat

Fil-każ ta’ appoġġ għal kumpanija f’żona żvantaġġata, dan irid ikun indikat hawnhekk.

Il-format meħtieġ: iva = Y; le = N.”.

F’paġna 60, fil-punt 6.3:

minflok:

F602: tnaqqis tal-applikazzjoni

Jekk minħabba spezzjoni titnaqqas it-talba tal-applikazzjoni, dan għandu jiġi indikat hawnhekk. Din it-taqsima trid timtela meta tiġi indikata spezzjoni fuq il-post fit-taqsima F600.

Il-format meħtieġ: Iva, Le.”;

aqra:

F602: tnaqqis tal-applikazzjoni

Jekk minħabba spezzjoni titnaqqas it-talba tal-applikazzjoni, dan għandu jiġi indikat hawnhekk. Din it-taqsima trid timtela meta tiġi indikata spezzjoni fuq il-post fit-taqsima F600.

Il-format meħtieġ: iva = Y, le = N.”.