ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.016.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
19ta' Jannar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/36/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet ta’ zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 17011410 u 17019910 b’dazju doganali mnaqqas

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 38/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2013

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/37/UE

 

*

Deċizjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2013 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

16

 

 

Rettifika

 

*

Addendum

18

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru

(2013/36/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa (“il-Ftehim”) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2011 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati.

(2)

Il-Ftehim ġie inizjalat fl-24 ta’ April 2012.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru b’dan huwa awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Il-Ftehim għandu japplika fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 13.1 tal-Ftehim, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

1.   L-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma’ Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill, għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, anke fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Annessi tal-Ftehim, u l-adozzjoni ta’ emendi għal dawk l-Annessi tal-Ftehim.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa taħt l-Artikoli 5, 6, 8, 9, 10 u 11 tal-Ftehim.

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa

L-UNJONI EWROPEA (UE)

u

L-ORGANIZZAZZJONI EWROPEA GĦAS-SIGURTÀ TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU (EUROCONTROL)

Minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “TFUE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 218 u 220 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-EUROCONTROL dwar il-Kooperazzjoni għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-13 ta’ Diċembru 1960, kif emendata mill-Protokoll iffirmat fi Brussell fit-12 ta’ Frar 1981 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni tal-EUROCONTROL”), u b’mod partikolari l-Artikoli 7.2 u 11.3 tagħha,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Miżura Nru 11/174 tat-12 ta’ Mejju 2011 meħuda mill-Kummissjoni Permanenti tal-EUROCONTROL li tiddelega l-awtorità lill-Aġenzija biex tiftaħ in-negozjati għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Livell Għoli mal-UE u l-Miżura Nru 12/181 tal-10 ta’ Mejju 2012 meħuda mill-Kummissjoni Permanenti tal-EUROCONTROL li tapprova l-Ftehim innegozjat,

WARA LI KKUNSIDRAW il-kuntesti istituzzjonali u legali preżenti rispettivi tal-Partijiet u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (SES, Single European Sky) fl-UE u lil hinn minnha,

WARA LI KKUNSIDRAW il-kompetenza mogħtija lill-UE f’materji relatati mas-SES,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-rwol tal-EUROCONTROL bħala l-organizzazzjoni intergovernattiva pan-Ewropea ċivili u militari speċjalizzata fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM, air traffic management),

BILLI l-Partijiet jikkondividu l-viżjoni tal-ksib ta’ netwerk Ewropew ottimu u integrat tal-ATM, li joffri, fil-fażijiet kollha tat-trasport bl-ajru, u flimkien ma’ mezzi oħra tat-trasport, livell għoli ta’ sigurtà, kosteffiċjenza, kapaċità u ħarsien ambjentali għall-benefiċċju tal-passiġġieri u taċ-ċittadini,

BILLI l-leġiżlazzjoni tal-UE tagħti lill-Kummissjoni Ewropea għadd ta’ kompiti relatati mal-implimentazzjoni tas-SES, li għalihom huwa meħtieġ appoġġ mingħand l-esperti,

BILLI l-EUROCONTROL evolva, mill-1960 ‘l hawn, f’ċentru uniku ta’ ħila fil-qasam tal-ATM, u ġab miegħu dimensjonijiet militari u pan-Ewropej bħala valur miżjud u għajnuna lill-Istati fit-twettiq ta’ servizzi u funzjonijiet tal-qasam pubbliku, u billi dan għandu jkompli jgħin lill-Istati Membri tiegħu, inkluż fl-implimentazzjoni tas-SES u ta’ politiki relatati oħrajn tal-UE u jkompli jipprovdi pjattaforma pan-Ewropea biex jiġi ffaċilitat it-tisħiħ tal-kooperazzjoni militari fil-qasam tal-ATM,

BILLI l-leġiżlazzjoni tal-UE tistipula li l-Kummissjoni Ewropea tista’ toħroġ mandati lill-EUROCONTROL sabiex dan jiżviluppa regoli ta’ implimentazzjoni relatati mal-istabbiliment tas-SES,

BILLI l-UE tirrikonoxxi l-kontribut essenzjali tal-EUROCONTROL biex jappoġġa lill-UE fir-rwol tagħha bħala regolatur sabiex jiġu implimentati s-SES u politiki relatati oħrajn tal-UE,

BILLI l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u l-EUROCONTROL, fit-8 ta’ Mejju 2003, ikkonkludew Memorandum ta’ Kooperazzjoni,

BILLI l-Kummissjoni Ewropea u l-EUROCONTROL, fit-22 ta’ Diċembru 2003, ikkonkludew Memorandum dwar qafas għall-kooperazzjoni,

BILLI L-EUROCONTROL inħatar, permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Lulju 2010, bħala l-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tas-SES, skont ir-Regolament (UE) Nru 691/2010, u l-EUROCONTROL aċċetta din il-ħatra permezz tad-Direttiva Nru 10/74 tal-Kummissjoni Permanenti tal-15 ta’ Settembru 2010,

BILLI L-EUROCONTROL inħatar, permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Lulju 2011, bħala l-Maniġer tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM, skont ir-Regolament (UE) Nru 677/2011, u l-EUROCONTROL aċċetta din il-ħatra permezz tad-Direttiva Nru 11/77 tal-Kummissjoni Permanenti tal-1 ta’ Settembru 2011,

BILLI l-Partijiet għandhom relazzjoni u storja ta’ kooperazzjoni li ilha għaddejja fil-qasam tal-ATM u fl-implimentazzjoni tas-SES u ta’ politiki relatati oħrajn, u huma jixtiequ jsaħħu din ir-relazzjoni u jikkoordinaw bis-sħiħ aktar azzjonijiet,

BILLI l-Partijiet għandhom jiżguraw li jkun hemm is-sinerġiji u jevitaw ix-xogħol doppju f’materji tal-ATM relatati mas-sigurtà u fi kwistjonijiet ambjentali,

BILLI l-applikazzjoni fit-tul tal-ftehimiet eżistenti bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-EUROCONTROL għandha tiġi eżaminata fid-dawl ta’ dan il-Ftehim u, fejn huwa xieraq, għandha tiġi kkonfermata u msaħħa permezz tiegħu,

BILLI l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandhiex twassal għal finanzjament doppju tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni msemmija f’dan il-Ftehim u għalhekk ma għandhiex twassal għal kontribuzzjoni nominali min-naħa tal-UE għall-baġit tal-EUROCONTROL,

BILLI l-għan tal-UE huwa li twessa’ l-kopertura ġeografika tas-SES lil hinn mill-UE,

BILLI, mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u l-Istati Membri rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni tal-EUROCONTROL u t-TFUE rispettivament, ta’ min jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni kumplimentari li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku bejn l-UE u l-EUROCONTROL fl-implimentazzjoni tas-SES u ta’ politiki relatati oħrajn, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, inkluż it-tibdil fil-klima, u tar-riċerka u l-iżvilupp, bil-ħsieb li l-ħila u l-appoġġ tal-EUROCONTROL jintużaw b’mod aħjar,

BILLI l-appoġġ ipprovdut mill-EUROCONTROL lill-UE għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-imparzjalità u tal-indipendenza,

BILLI għandha tiġi ffaċilitata l-evoluzzjoni tal-organizzazzjoni tal-EUROCONTROL, b’mod partikolari, billi din tallinja ruħha b’mod progressiv biex tgħin lill-UE fl-implimentazzjoni tas-SES bil-ħsieb li tittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk tal-ATM Ewropew,

FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI ĠENERALI

1.1

Il-Partijiet jiftiehmu li jsaħħu u jikkonsolidaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-EUROCONTROL sabiex l-EUROCONTROL ikun jista’ jgħin lill-UE fl-implimentazzjoni tas-SES u ta’ politiki relatati tal-UE fl-UE u lil hinn minnha f’dawk l-Istati li jaqblu li jintrabtu bis-SES.

1.2

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri bħala membri tal-EUROCONTROL jew tal-UE.

2.   GĦANIJIET

L-għanijiet ta’ dan il-Ftehim huma:

li jiġu stabbiliti l-elementi ewlenin ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn il-Partijiet sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni f’waqtha u konsistenti tas-SES fl-UE u lil hinn minnha f’dawk l-Istati li jaqblu li jintrabtu bis-SES, u li tiġi stabbilita sistema effiċjenti tat-trasport bl-ajru permezz ta’ attivitajiet li jirriflettu l-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Partijiet;

li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni ċivili u militari meħtieġa dwar l-ATM fis-SES;

li tiġi rrikonoxxuta u użata l-ħila tal-EUROCONTROL, inkluża l-kooperazzjoni ċivili u militari, biex l-UE tkun megħjuna fl-implimentazzjoni tas-SES u ta’ politiki relatati oħrajn, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, inkluż it-tibdil fil-klima, u tar-riċerka u l-iżvilupp, sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tan-netwerk tal-ATM Ewropew;

li jiġi rrikonoxxut il-valur tal-fatt li l-EUROCONTROL jibqa’ jwettaq, kif xieraq, attivitajiet u funzjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tas-SES;

li tiġi stabbilita l-kooperazzjoni meħtieġa biex ikun appoġġat u ffaċilitat l-involviment ta’ Stati li mhumiex membri tal-UE fis-SES, bil-ħsieb li l-implimentazzjoni tas-SES titwessa’ lil hinn mill-UE u li, progressivament, il-qafas leġiżlattiv tas-SES jibda jiġi applikat fl-istati kollha li huma membri tal-EUROCONTROL;

li jiġu żgurati s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol imwettaq mill-EASA f’materji tal-ATM relatati mas-sigurtà u fi kwistjonijiet ambjentali, inkluż, fejn ikun xieraq, permezz tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmi sodi ta’ kooperazzjoni bejn l-EASA u l-EUROCONTROL, filwaqt li jitqiesu r-responsabbiltajiet pan-Ewropej tal-EUROCONTROL.

3.   OQSMA TA’ KOOPERAZZJONI

3.1

L-oqsma ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim huma dawk meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-SES, inkluż is-SESAR, u ta’ politiki relatati oħrajn tal-UE, b’mod partikolari l-ambjent, inkluż it-tibdil fil-klima, u l-politiki ta’ riċerka u żvilupp marbutin mal-ATM.

3.2

Il-kooperazzjoni għandha tittratta s-suġġetti li ġejjin:

a)

il-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru;

b)

l-Awtoritajiet Superviżjorji Nazzjonali;

c)

l-appoġġ fil-qasam tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS), inkluż l-appoġġ lill-EASA, kif stipulat fl-Artikolu 2;

d)

il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ċivili u militari;

e)

il-koordinazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari mal-ICAO u ma’ stati li mhumiex Stati Membri tal-Partijiet;

f)

is-Servizzi ta’ Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru u ta’ Komunikazzjoni/Navigazzjoni/Sorveljanza (ATM/CNS), inkluż fl-ispazju;

g)

l-istatistika u d-dejta relatati mat-trasport bl-ajru;

h)

il-kwistjonijiet ambjentali relatati mal-avjazzjoni;

i)

il-politika tal-ajruporti.

3.3

Il-kooperazzjoni tista’ tittratta wkoll is-suġġetti li ġejjin:

a)

is-sigurtà tal-ATM;

b)

il-politika tal-ispettru;

c)

is-Sistemi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ (UAS).

3.4

Is-suġġetti u l-modalitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu ddefiniti f’aktar dettall f’Annessi separati ta’ dan il-Ftehim.

4.   METODI TA’ KOOPERAZZJONI

4.1

Il-Ftehim ser jiġi esegwit permezz tal-metodi ta’ kooperazzjoni li ġejjin:

a)

l-għoti ta’ appoġġ reċiproku;

b)

mekkaniżmi għall-kooperazzjoni msaħħa, il-mekkaniżmi u l-uffiċċji ta’ kollegament, u l-koordinazzjoni ta’ studji u programmi u l-attivitajiet konġunti;

c)

mekkaniżmi għall-ġbir u l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni, dejta u statistika, kif ikun xieraq;

d)

il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni fuq materji tekniċi fil-livell ta’ ħidma fil-kuntest tal-ICAO.

4.2

Fir-rigward tal-aspetti militari tas-SES, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-proċessi rilevanti ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati jintużaw bl-aħjar mod.

4.3

Il-koordinazzjoni u l-iffaċilitar tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom jitwettqu mill-Aġenzija tal-EUROCONTROL f’isem din l-organizzazzjoni, u mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE. L-EUROCONTROL jista’ jappoġġa wkoll korpi oħra tal-UE, kif xieraq, permezz ta’ strumenti speċifiċi, bil-ħsieb li jittejbu kemm jista’ jkun il-ħila u r-riżorsi eżistenti u li dawn jiġu integrati flimkien.

5.   KONSULTAZZJONI U INFORMAZZJONI

5.1

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin regolarment sabiex jikkoordinaw bis-sħiħ l-attivitajiet tagħhom li huma relatati ma’ dan il-Ftehim. Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, mingħajr preġudizzju għall-proċessi rispettivi tagħhom ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, bi kwalunkwe inizjattiva li tkun rilevanti għal dan il-Ftehim fl-oqsma tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 u li tista’ tkun ta’ interess għall-Parti l-oħra.

5.2

Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, suġġett għar-regoli rispettivi tagħhom. Ħlief meta jkun stipulat mod ieħor, il-Partijiet ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni skambjata b’rabta ma’ dan il-Ftehim lil kwalunkwe persuna, ħlief lil dawk impjegati magħhom jew li huma uffiċjalment intitolati jittrattaw it-tali informazzjoni, u lanqas ma għandhom jużawha għal għanijiet kummerċjali. It-tali żvelar għandu jsir biss sal-punt li jkun meħtieġ għall-għan ta’ dan il-Ftehim u għandu jsir b’mod strettament kunfidenzjali.

5.3

Il-korpi rilevanti tal-Partijiet għandhom jiltaqgħu flimkien, jekk ikun meħtieġ, biex jiskambjaw l-opinjonijiet tagħhom.

6.   KUNFIDENZJALITÀ

6.1

Kull Parti għandha tieħu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha meħtieġa biex tipproteġi l-informazzjoni li tkun waslitilha taħt dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu minn żvelar mhux awtorizzat. Meta tipprovdi l-informazzjoni lill-Parti l-oħra, Parti tista’ tagħżel il-partijiet tal-informazzjoni li hija tqis li ma jistgħux jiġu żvelati.

6.2

Il-Partijiet jiftiehmu li jissalvagwardjaw, sal-punt li jkun meħtieġ skont ir-regoli rispettivi tagħhom, il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata li tkun waslitilhom mingħand il-Parti l-oħra b’applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, jekk ikun hemm.

6.3

B’mod partikolari, suġġetti għar-regoli rispettivi tagħhom, il-Partijiet ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tkun waslitilhom mingħand il-Parti l-oħra taħt dan il-Ftehim u li tkun meqjusa bħala informazzjoni proprjetarja. It-tali informazzjoni għandha tkun immarkata bħala informazzjoni proprjetarja kif xieraq skont ir-regoli rispettivi tagħhom.

6.4

Il-Partijiet għandhom jiftiehmu rigward arranġamenti tax-xogħol dwar proċeduri ulterjuri għall-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata pprovduta skont dan il-Ftehim, kif meħtieġ. It-tali proċeduri għandhom jinkludu l-possibbiltà li kull Parti tivverifika liema miżuri ta’ protezzjoni l-Parti l-oħra tkun daħħlet fis-seħħ.

7.   ĠESTJONI TAL-FTEHIM

7.1

Qed jitwaqqaf Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentant minn kull Parti, li jista’ jkollu miegħu osservaturi mill-Istati Membri tal-Partijiet u esperti. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-funzjonament tajjeb ta’ dan il-Ftehim.

7.2

Għandha ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt mill-anqas darba fis-sena biex tiġi vvalutata u eżaminata l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u din għandha tiġi organizzata b’mod kosteffiċjenti. Kull Parti tista’ ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat Konġunt fi kwalunkwe mument.

7.3

Il-Kumitat Konġunt jista’ jqis kwalunkwe materja relatata mal-funzjonament u mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, għandu jkun responsabbli biex:

a)

jirriżolvi kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

b)

iqis modi kif tista’ tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet għall-emendar tiegħu, kif xieraq;

c)

jidentifika oqsma ġodda ta’ kooperazzjoni;

d)

jadotta u jemenda l-Annessi u l-arranġamenti tax-xogħol li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

e)

jirriżolvi kwalunkwe differenza jew disputa relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

7.4

Il-Kumitat Konġunt għandu jaħdem abbażi ta’ ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet.

7.5

Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

8.   FINANZJAMENT

8.1

Il-Parti li tkun qed titlob lill-Parti l-oħra twettaq attivitajiet ta’ appoġġ taħt dan il-Ftehim għandha tiżgura l-finanzjament tat-tali attivitajiet.

8.2

L-aspetti finanzjarji relatati mal-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom jiġu ddefiniti skont ir-regoli applikabbli għall-baġits rispettivi tal-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehimiet separati b’rabta ma’ dan, fejn ikun xieraq.

9.   RELAZZJONIJIET ESTERNI U KOOPERAZZJONI

9.1

Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra bl-attivitajiet tagħha ta’ dimensjoni internazzjonali li jkunu rilevanti għal dan il-Ftehim u li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra.

9.2

Kull meta jkun xieraq, Parti tista’ tikkonsulta lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe materja li tkun rilevanti għall-attivitajiet internazzjonali tagħha.

10.   RIŻOLUZZJONI TA’ DISPUTI

10.1

Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jirriżolvu kwalunkwe differenza li jkun hemm bejniethom li tkun ġejja mill-kooperazzjoni tagħhom taħt dan il-Ftehim.

10.2

F’każ li xi differenza tibqa’ ma tirriżolviex, kull Parti tista’ tressaq id-disputa quddiem il-Kumitat Konġunt, li għandu jikkonsulta dwar il-kwistjoni bil-għan li jirriżolviha permezz tan-negozjar.

11.   SKAMBJU TA’ PERSUNAL

Suġġetti għar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħhom, il-Partijiet jistgħu jiskambjaw u jissekondaw il-persunal kif meħtieġ biex iwettqu l-attivitajiet deskritti f’dan il-Ftehim jew fl-Annessi tiegħu. It-tali skambji kollha għandhom isiru skont it-termini u l-kundizzjonijiet li l-Partijiet ikunu qablu dwarhom.

12.   ANNESSI

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

13.   DĦUL FIS-SEĦĦ U TERMINAZZJONI

13.1

Sa meta jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar.

13.2

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin, bil-miktub, li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew u huwa għandu jibqa’ fis-seħħ sa ma jiġi tterminat.

13.3

Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat fi kwalunkwe waqt minn kull Parti. It-tali terminazzjoni għandha ssir b’notifika bil-miktub mibgħuta sitt xhur bil-quddiem minn Parti waħda lill-Parti l-oħra, sakemm in-notifika ta’ terminazzjoni msemmija ma tiġix irtirata b’kunsens reċiproku min-naħa tal-Partijiet qabel jiskadi dan il-perjodu.

Magħmul fi Brussell fi,

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru


REGOLAMENTI

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 36/2013

tat-18 ta’ Jannar 2013

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet ta’ zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Matul is-sena tas-suq taz-zokkor tal-2011/2012, il-prezz medju tal-Unjoni għaz-zokkor abjad bil-kwantità mal-ħruġ mill-fabbrika laħaq livell ta’ 175 % tal-prezz ta’ referenza ta’ EUR 404/tunnellata u kien ta’ madwar EUR 275/tunnellata ogħla mill-prezz tas-suq dinji. Il-prezz tal-Unjoni issa huwa stabbli u jinsab f’livell ta’madwar EUR 700/tunnellata, li huwa l-ogħla livell milħuq wara r-riforma fl-organizzazzjoni tas-suq taz-zokkor u jfixkel il-fluwidità ottima tal-provvista taz-zokkor fis-suq tal-Unjoni. Iż-żieda mistennija f’dan il-livell tal-prezz li diġà huwa għoli matul is-sena tas-suq tal-2012/2013 tissostanzja r-riskju ta’ disturbi (tfixkil) serju fis-suq li għandu jiġi evitat bis-saħħa tal-miżuri neċessarji.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jistgħu jittieħdu miżuri bil-għan li jiġi ttrattat ir-riskju ta’ disturbi fis-suq, b’mod partikolari minħabba prezzijiet għoljin sostnuti, sakemm dan l-għan ma jkunx jista’ jintlaħaq permezz ta’ miżuri oħrajn disponibbli skont dak ir-Regolament. Madankollu, minħabba ċ-ċirkostanzi tas-suq attwali, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma jipprovdix għal xi miżuri speċifiċi mmirati biex inaqqsu s-sikkatura fis-suq taz-zokkor u li jippermettu provvista taz-zokkor bi prezzijiet raġonevoli minbarra dawk ibbażati fuq l-Artikolu 186 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fuq il-bażi tal-provvista u tad-domanda stmati għall-2012/2013, l-istokkijiet aħħarin għas-suq taz-zokkor mistennija jkunu inqas minn dawk tal-2011/2012 b’tal-anqas 0.5 miljun tunnellata. Din iċ-ċifra diġà tqis l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn ċerti ftehimiet preferenzjali.

(4)

Sabiex titjieb il-qagħda tal-provvista fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu ffaċilitati l-importazzjonijiet billi jitnaqqas id-dazju tal-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet taz-zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas. Il-kwantità u t-tnaqqis tad-dazju għandhom jiġu vvalutati fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni u tal-iżvilupp prevedibbli fih. Għaldaqstant, il-kwantità u t-tnaqqis għandhom ikunu bbażati fuq sistema ta’ sejħa għall-offerti.

(5)

Għandhom jiġi speċifikati r-rekwiżiti minimi tal-eliġibbiltà biex wieħed iressaq offerta.

(6)

Għandha tiġi ddepożitata garanzija għal kull offerta. Dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni f’każ li l-offerta tintagħżel u għandha tiġi rrilaxxata jekk l-offerta ma tintagħżilx.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-offerti ammissibbli. Sabiex dawk in-notifiki jiġu ssimplifikati u standardizzati, għandhom jingħataw mudelli għal dawn in-notifiki

(8)

Għal kull sejħa parzjali għall-offerti, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tistipula, jew biex tiddeċiedi li ma tistipulax, dazju doganali minimu u, jekk ikun xieraq, koeffiċjent tal-allokazzjoni sabiex jitnaqqsu l-kwantitajiet aċċettati.

(9)

Fi żmien qasir l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

(10)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqiegħed mudelli għad-dispożizzjoni tagħhom.

(11)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tinfetaħ sejħa għall-offerti għas-sena tas-suq tal-2012/2013 għall-importazzjonijiet taz-zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas, li għandha n-numru ta’ referenza 09.4312.

Dak id-dazju doganali għandu jieħu post id-dazju tat-tariffa doganali komuni u d-dazji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 951/2006 (2).

Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (3), għajr meta huwa previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jintemm fit-23 ta’ Jannar 2013 f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell.

2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Għandhom jintemmu f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, fis-27 ta’ Frar 2013, fil-15 ta’ Mejju 2013 u fit-12 ta’ Ġunju 2013.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi t-tressiq tal-offerti għal xi sejħa parzjali għall-offerti jew għal aktar minn waħda.

Artikolu 3

1.   L-offerti għandhom jitressqu minn operaturi stabbiliti fl-Unjoni. Għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih operator ikun irreġistrat għall-finijiet tal-VAT.

2.   L-offerti għandhom jitressqu permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni pprovduta fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

3.   Il-formola ta’ applikazzjoni tista’ tintbagħat b’mezzi elettroniċi, permezz tal-metodu li l-Istat Membru kkonċernat iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jirrikjedu li l-offerti elettroniċi jkollhom magħhom firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

4.   L-offerti għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-offerti għandhom jindikaw:

(i)

fil-kaxxa nru 4, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT tal-offerent;

(ii)

fil-kaxxi nru 17 u 18, il-kwantità taz-zokkor li għaliha qed issir l-offerta, li għandha tkun tal-anqas ta’ 20 tunnellata u li ma għandiex taqbeż il-45 000 tunnellata, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ mingħajr punti deċimali;

(iii)

fil-kaxxa nru 20, l-ammont propost tad-dazju doganali, f’euro għal kull tunnellata zokkor, imqarreb għal ċifra b’mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(iv)

fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmien ċifri;

(b)

għandha tingħata prova li l-offerent ikun iddepożita l-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(1) qabel l-iskadenza tal-perjodu taż-żmien stabbilit għat-tressiq tal-offerti;

(c)

l-offerta għandha titressaq fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed titressaq;

(d)

l-offerta għandha tirreferi għal dan ir-Regolament u għandha turi d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti;

(e)

l-offerta ma għandha tinkludi l-ebda kundizzjoni addizzjonali miżjuda mill-offerent ħlief għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

5.   Offerta li ma titressaqx skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tkun ammissibbli.

6.   L-applikanti ma għandhomx iressqu aktar minn offerta waħda għal kull kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri għall-istess sejħa parzjali għall-offerti.

7.   L-offerti ma jistgħux jiġi rtirati jew emendati wara li jkunu tressqu.

Artikolu 4

1.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (5), kull offerent għandu jiddepożita garanzija ta’ EUR 150 għal kull tunnellata zokkor li jkun se jiġi importat skont dan ir-Regolament.

2.   Meta offerta tingħażel, dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija għal-liċenzja tal-importazzjoni.

3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrilaxxata fil-każ tal-offerenti li l-offerta tagħhom ma tkunx ġiet magħżula.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-validità tal-offerti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.   Il-persuni awtorizzati li jirċievu u jeżaminaw l-offerti għandhom ikunu kostretti li ma jiżvelaw l-ebda dettall relatat magħhom lil xi persuna mhix awtorizzata.

3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu li offerta mhix valida, dawn għandhom jinfurmaw lill-offerent b’dan.

4.   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bil-faks, dwar l-offerti ammissibbli mressqin fi żmien sagħtejn wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żmien għat-tressiq stabbilit fl-Artikolu 2(1) u (2). Dik in-notifika ma għandux ikun fiha d-dejta msemmija fl-Artikolu 3(4)(a)(i).

5.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Meta ma titressaq l-ebda offerta, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, bil-faks, dwar dan fl-istess perjodu taż-żmien.

Artikolu 6

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni u tal-iżvilupp prevedibbli fih, il-Kummissjoni għandha, għal kull sejħa parzjali għall-offerti u għal kull kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri, jew tistipula dazju doganali minimu jew tiddeċiedi li ma tistipulax dazju doganali minimu billi tadotta Regolament ta’ Implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

B’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistipula wkoll, fejn meħtieġ, koeffiċjent tal-allokazzjoni li jkun applikabbli għall-offerti li jkunu tressqu fil-livell tad-dazju doganali minimu. F’dan il-każ, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi rrilaxxata b’mod li jkun proporzjonat mal-kwantitajiet allokati.

Artikolu 7

1.   F’każ li ma jkunx ġie stipulat dazju doganali minimu, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha.

2.   L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika lill-applikanti, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

Artikolu 8

1.   Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja tal-importazzjoni lil kull offerent li l-offerta tiegħu tikkwota dazju doganali għall-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri li jkun ugwali għal inkella jissupera d-dazju doganali minimu stipulat mill-Kummissjoni għal dak il-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri. Il-kwantitajiet mogħtija għandhom iqisu l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx joħorġu liċenzji għal offerti li ma kinux innotifikati kif ipprovdut fl-Artikolu 5(4).

2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-entrati li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmien ċifri;

(b)

fil-kaxxi nri 17 u 18, il-kwantità taz-zokkor mogħtija;

(c)

fil-kaxxa nru 20, tal-anqas waħda mill-entrati elenkati fil-Parti A tal-Anness;

(d)

fil-kaxxa nru 24, id-dazju doganali applikabbli bl-użu ta’ waħda mill-entrati elenkati fil-Parti B tal-Anness.

3.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, l-obbligazzjonijiet (id-drittijiet) li joħorġu mil-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

4.   L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom japplikaw.

Artikolu 9

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin b’rabta ma’ sejħa parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ tagħhom sa tmiem it-tielet xahar wara dak li fih ikun ġie ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar is-sejħa parzjali msemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 10

Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni skont dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat elettronikament skont il-mudelli u l-metodi li l-Kummissjoni tkun qegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(5)  ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4.


ANNESS

A.

L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(c)

bil-Bulgaru

:

Внесена при намалена ставка на митото съгласно Регламент за изпълнение (ЕС) № 36/2013; Референтен номер 09.4312

bl-Ispanjol

:

Importado con derecho de aduana reducido en virtud del Reglamento de Ejecución (UE) no 36/2013; Número de referencia 09.4312

biċ-Ċek

:

Dovezeno se sníženou celní sazbou v souladu s prováděcím nařízením (EU) č. 36/2013; Referenční číslo 09.4312

bid-Daniż

:

Importeret til en nedsat toldsats i henhold til gennemførelsesforordning (EU) nr. 36/2013; Referencenummer 09.4312

bil-Ġermaniż

:

Eingeführt zum ermäßigten Zollsatz gemäß der Durchführungsverordnung (EU) Nr. 36/2013; Referenznummer 09.4312

bl-Estonjan

:

Imporditud vähendatud tollimaksuga vastavalt rakendusmäärusele (EL) nr 36/2013; viitenumber 09.4312

bil-Grieg

:

Εισαγωγή με μειωμένο δασμό δυνάμει του εκτελεστικού κανονισμού (ΕΕ) αριθ. 36/2013 αριθμός αναφοράς 09.4312

bl-Ingliż

:

Imported at reduced customs duty pursuant to Implementing Regulation (EU) No 36/2013; reference number 09.4312

bil-Franċiż

:

Importés à des taux de droits réduits conformément au règlement d’exécution (UE) no 36/2013; numéro de référence 09.4312

bit-Taljan

:

Importato applicando un’aliquota ridotta del dazio doganale, a norma del regolamento di esecuzione (UE) n. 36/2013; Numero di riferimento 09.4312

bil-Latvjan

:

Importēts ar samazinātu muitas nodokli saskaņā ar Īstenošanas regulu (ES) Nr. 36/2013; Atsauces numurs 09.4312

bil-Litwan

:

Importuota taikant sumažintą muitą pagal Įgyvendinimo reglamentą (ES) Nr. 36/2013; Nuorodos numeris 09.4312

bl-Ungeriż

:

Behozatal csökkentett vámtétel mellett a(z) 36/2013/EU végrehajtási rendelet alapján; Hivatkozási szám 09.4312

bil-Malti

:

Impurtat b’dazju doganali mnaqqas skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013; Numru ta’ referenza 09.4312

bl-Olandiż

:

Ingevoerd tegen verlaagd douanerecht overeenkomstig Uitvoeringsverordening (EU) nr. 36/2013; Referentienummer 09.4312

bil-Pollakk

:

Przywóz z zastosowaniem obniżonych stawek celnych zgodnie z rozporządzeniem wykonawczym (UE) nr 36/2013; Numer referencyjny 09.4312

bil-Portugiż

:

Importado a taxa reduzida de direito aduaneiro ao abrigo do Regulamento de Execução (UE) n.o 36/2013; Número de referência 09.4312

bir-Rumen

:

Importat cu taxă vamală redusă conform Regulamentului de punere în aplicare (UE) nr. 36/2013; Număr de referință 09.4312

bis-Slovakk

:

Dovoz so zníženým clom podľa vykonávacieho nariadenia (EÚ) č. 36/2013; referenčné číslo 09.4312

bis-Sloven

:

Uvoz po znižani carini v skladu z Izvedbeno uredbo (ES) št. 36/2013; Referenčna številka 09.4312

bil-Finlandiż

:

Tuonti alennetuin tullein täytäntöönpanoasetuksen (EU) N:o 36/2013 mukaisesti; Viitenumero 09.4312

bl-Isvediż

:

Importerad till nedsatt tullsats enligt genomförandeförordning (EU) nr 36/2013; Referensnummer 09.4312

B.

L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(d)

bil-Bulgaru

:

Мито (мито върху приетата оферта)

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana (derecho de aduana de la oferta seleccionada)

biċ-Ċek

:

Clo: (clo platné pro vybranou nabídku)

bid-Daniż

:

Toldsats: (toldsats for det antagne bud)

bil-Ġermaniż

:

Zollsatz: (Zollsatz für das erfolgreiche Angebot)

bl-Estonjan

:

Tollimaks: (hankelepingu suhtes kohaldatav tollimaks)

bil-Grieg

:

Δασμός: (δασμός της κατακυρωθείσας προσφοράς)

bl-Ingliż

:

Customs duty: (customs duty of the awarded tender)

bil-Franċiż

:

Droit de douane: (droit de douane du marché attribué)

bit-Taljan

:

Dazio doganale: (dazio doganale dell’aggiudicazione)

bil-Latvjan

:

Muitas nodoklis: (konkursā uzvarējušā piedāvājuma muitas nodoklis)

bil-Litwan

:

Muitas (konkursą laimėjusiam pasiūlymui taikomas muitas)

bl-Ungeriż

:

Vámtétel: (a nyertes ajánlat szerinti vámtétel)

bil-Malti

:

Dazju doganali:(dazju doganali tal-offerta magħżula)

bl-Olandiż

:

Douanerecht: (douanerecht voor de gegunde inschrijving)

bil-Pollakk

:

Cło: (cło zatwierdzonej oferty)

bil-Portugiż

:

Direito aduaneiro: (direito aduaneiro aplicável à proposta adjudicada)

bir-Rumen

:

Taxă vamală: (taxa vamală aplicabilă ofertei selecționate)

bis-Slovakk

:

Clo: (clo vybranej ponuky)

bis-Sloven

:

Carina: (carina dodeljene ponudbe)

bil-Finlandiż

:

Tulli: (voittaneeseen tarjoukseen sovellettava tulli)

bl-Isvediż

:

Tullsats: (tullsats för det antagna anbudet)


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 37/2013

tat-18 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

70,6

TN

83,9

TR

121,1

ZZ

91,9

0707 00 05

EG

200,0

JO

182,1

MA

158,2

TR

161,3

ZZ

175,4

0709 91 00

EG

119,3

ZZ

119,3

0709 93 10

EG

105,4

MA

95,9

TR

139,5

ZZ

113,6

0805 10 20

EG

53,3

MA

63,2

TN

69,9

TR

64,6

ZZ

62,8

0805 20 10

IL

162,4

MA

90,9

ZZ

126,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

115,4

KR

139,7

TR

82,7

ZZ

112,6

0805 50 10

EG

87,0

TR

80,3

ZZ

83,7

0808 10 80

CN

86,0

MK

35,9

US

172,9

ZZ

98,3

0808 30 90

CN

56,2

US

132,9

ZZ

94,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 38/2013

tat-18 ta’ Jannar 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2013, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina.

(3)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2013 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2013 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2013 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

100  %

Importaturi ġodda

09.4099

100  %

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

31,840168  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,402717  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

100  %


DEĊIŻJONIJIET

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/16


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2013

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

(2013/37/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3), l-ewwel u r-raba’ subparagrafu, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedu li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni

(2)

Dak il-persentaġġ jiġi kkalkolat konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem “ir-Regoli ta’ Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 2(2) tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill, konformement mad-data li jkunu disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, għandu jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness għat-Trattati, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu kompriż bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013, għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Ġermanja

81 843,7

Franza

65 397,9

Renju Unit

62 989,6

Italja

60 820,8

Spanja

46 196,3

Polonja

38 538,4

Rumanija

21 355,8

Pajjiżi l-Baxxi

16 730,3

Greċja

11 290,9

Belġju

11 041,3

Portugall

10 541,8

Repubblika Ċeka

10 505,4

Ungerija

9 957,7

Svezja

9 482,9

Awstrija

8 443,0

Bulgarija

7 327,2

Danimarka

5 580,5

Slovakkja

5 404,3

Finlandja

5 401,3

Irlanda

4 582,8

Litwanja

3 007,8

Slovenja

2 055,5

Latvja

2 041,8

Estonja

1 339,7

Ċipru

862,0

Lussemburgu

524,9

Malta

416,1

Total

503 679,7

Livell minimu (62 %)

312 281,4 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


Rettifika

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/18


Addendum

Id-Deċiżjoni Nru 6/91 tal-Kumitat Konġunt bejn il-KEE u Andorra għanda tiġi kkunsidrata bħala parti mill-Edizzjoni Speċjali bil-Malti ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (Kapitolu 11, volum 01)

DEĊIŻJONI Nru 6/91 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN IL-KEE U ANDORRA

tat-12 ta' Lulju 1991

dwar l-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-assistenza reċiproka stabbilita bl-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn il-Komunità u Andorra

(91/471/KEE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi l-funzjonament proprju tal-Ftehim jeħtieġ kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Partijiet Kontraenti responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċedura kif għandhom jaħdmu flimkien l-awtoritajiet amministrattivi tal-Komunità u ta' Andorra li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim biex jiżguraw il-konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 2

Skont it-tifsira ta' din id-Deċiżjoni:

"dispożizzjonijiet" tirreferi għad-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim ħlief għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tiegħu,

"awtorità rikjedenti" tirreferi għall-awtorità rilevanti, ta' waħda mill-Partijiet tal-Ftehim, li tippreżenta talba għal assistenza,

"awtorità riċevitur" tirreferi għall-awtorità rilevanti, ta' waħda mill-Partijiet tal-Ftehim, li tirċievi talba għal assistenza.

Artikolu 3

L-obbligu li tingħata assistenza fejn għandu x'jaqsam ma' din id-Deċiżjoni ma għandux jinkludi l-komunikazzjoni tal-informazzjoni jew id-dokumenti miksuba mill-awtoritajiet amministattivi msemmija fl-Artikolu 1 skont is-setgħat li dawn jeżerċitaw b'talba tal-awtoritajiet ġuridiċi.

Madankollu, billi l-assistenza inkwistjoni tingħata bi tweġiba għal talba, il-komunikazzjoni ta' materjal bħal dan għandha ssir f'kull każ li fih l-awtoritajiet ġuridiċi ġew ikkonsultati u taw il-kunsens tagħhom.

TITOLU I

ASSISTENZA BI TWEĠIBA GĦAL TALBA

Artikolu 4

1.   L-awtorità riċevitur għandha tagħti lill-aworità rikjedenti, b'talba tagħha, l-informazzjoni kollha li tista' tgħinha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba, l-awtorità riċevitur jew l-awtorità amministrattiva li għaliha ġiet riferuta l-kwistjoni mill-awtorità riċevitur għandha taġixxi skont is-setgħat tagħha daqslikieku f'isimha jew bi tweġiba għal talba minn awtorità oħra fl-istess territorju tagħha.

Artikolu 5

L-awtorità riċevitur għandha tgħaddi lill-awtorità rikjedenti, b'talba ta' din tal-aħħar, kull stqarrija uffiċjali, bħala dokument jew bħala kopja ċċertifikata vera ta' dak id-dokument li għandha aċċess għaliha jew li tikseb fil-kwistjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) li għandha x'taqsam mal-operazzjonijiet koperti mid-dispożizzjonijiet.

Artikolu 6

1.   B'talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità riċevitur għandha tgħarraf lill-indirizzat jew tirranġa biex l-indirizzat jiġi mgħarraf, f'konformità mar-regoli li japplikaw għat-territorju li fih hija bbażata, bl-atti u d-deċiżjonijiet kollha tal-awtorità amministrattiva li għandhom x'jaqsamu mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet.

2.   It-talbiet għal notifika, li jesprimu s-suġġett tal-att jew tad-deċiżjoni għal notifika, għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni għal-lingwa uffiċjali jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali tat-territorju li fih hija bbażata l-awtorità riċevitur. Dan ma għandux jaffettwa l-jedd tal-awtorità riċevitur li tieqaf milli tagħti traduzzjoni bħal din.

Artikolu 7

B'talba mal-awtorità rikjedenti, l-awtorità riċevitur għandha twettaq jew tkun wettqet sorveljanza speċjali ta':

(a)

persuni li raġonevolment huma suspettati li kisru d-dispożizzjonijiet, b'attenzjoni speċjali tingħata lill-movimenti ta' dawn il-persuni;

(b)

il-postijiet fejn jitwasslu l-oġġetti f'ċirkostanzi li jagħtuk x'tifhem b'mod raġonevoli li huma qed iħallu għaddejjin l-operazzjonijiet li jiksru d-dispożizzjonijiet;

(c)

il-movimenti tal-oġġetti identifikati li x'aktarx huma involuti f'operazzjonijiet li jiksru d-dispożizzjonijiet;

(d)

il-mezzi ta' trasport li b'mod raġonevoli huma suspettati li huma involuti f'operazzjonijiet li jiksru d-dispożizzjonijiet.

Artikolu 8

B'talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità riċevitur għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li għandha aċċess għaliha jew li tikseb fil-kwistjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) li għandha x'taqsam mal-operazzjonijiet ippjanati jew li qed isiru u li l-awtorità rikjedenti taf jew jidhrilha li qed jiksru d-dispożizzjonijiet. Informazzjoni bħal din, b'mod notevoli, għandu jkollha l-għamla ta' rapporti u ta' dokumenti oħra jew kopji ċċertifikati veri tagħhom jew estratti minnhom.

Artikolu 9

1.   B'talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità riċevitur għandha twettaq jew tkun wettqet investigazzjonijiet xierqa relatati mal-operazzjonijiet li l-awtorità rikjedenti taf jew jidhrilha li qed jiksru d-dispożizzjonijiet.

Fit-twettiq ta' investigazzjonijiet bħal dawn, l-awtorità riċevitur jew l-awtorità amministrattiva li għaliha ġiet riferuta l-kwistjoni mill-awtorità riċevitur għandha taġixxi skont is-setgħat tagħha daqslikieku f'isimha jew bi tweġiba għal talba minn awtorità oħra fl-istess territorju tagħha.

L-awtorità riċevitur għandha tikkomunika r-riżultati tal-investigazzjonijiet lill-awtorità rikjedenti.

2.   Bi qbil bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità riċevitur, l-uffiċjali maħtura mill-awtorità rikjedenti jistgħu jkunu preżenti matul l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 10

Bi qbil bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità riċevitur, u skont proċedura stabbilita minn din tal-aħħar, l-uffiċjali hekk maħtura mill-awtorità rikjedenti jistgħu jiġbru l-informazzjoni fl-uffiċċji tal-awtoritajiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 1 li jinsabu fit-territorji li fihom hija bbażata l-awtorità riċevitur. L-informazzjoni għandha tkun relatata mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet u għandha tkun dik meħtieġa mill-awtorità rikjedenti. Din għandha tinkiseb mid-dokumenti li għandhom aċċess għalihom il-persunal tal-uffiċċji. L-uffiċjali jistgħu jagħmlu kopji ta' dawn id-dokumenti.

TITOLU II

ASSISTENZA B'VOLONTARJAT

Artikolu 11

L-awtoritajiet rilevanti ta' kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Parti Kontraenti l-oħra qabel ma jkunu rċivew talba għal assistenza skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 12 u 13.

Artikolu 12

F'dawk il-każijiet li azzjoni bħal din titqies siewja biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet jiġu osservati, l-awtoritajiet rilevanti tal-Parti Kontraenti:

(a)

għandhom iwettqu jew ikunu wettqu sorveljanza tat-tip stabbilit fl-Artikolu 7 sa kemm ikun possibbli;

(b)

għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-Parti Kontraenti l-oħra b'kull informazzjoni li jkollhom u li għandha x'taqsam mal-operazzjonijiet li din jidhrilha li jkunu qed jiksru d-dispożizzjonijiet. Din l-informazzjoni, b'mod notevoli, għandu jkollha l-għamla ta' rapporti u ta' dokumenti oħra jew kopji ċċertifikati veri tagħhom jew estratti minnhom.

Artikolu 13

L-awtoritajiet rilevanti ta' kull waħda mill-Partijiet Kontraenti mingħajr dewmien għandha tgħaddi lill-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti l-oħra kull informazzjoni siewja li għandha x'taqsam mal-operazzjonijiet huma jafu jew jidhrilhom li qed jiksru d-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari informazzjoni li għandha x'taqsam ma' oġġetti li huma involuti f'operazzjonijiet bħal dawn u ma' riżorsi jew metodi ġodda użati f'operazzjonijiet bħal dawn.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

1.   L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, inklużi t-trattament tat-talbiet u l-iskambju tal-informazzjoni, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali ċentrali tal-Prinċipalità ta' Andorra u d-dipartimenti kkonċernati tal-Kummissjoni. Dawn għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti u l-miżuri kollha meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħaddu lil xulxin il-lista tal-awtoritajiet rilevanti magħżula għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Din l-informazzjoni għandha tiġi supplimentata bil-listi tad-dipartimenti responsabbli mill-prevenzjoni u l-intraċċar ta' irregularitajiet relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Dawn il-listi għandhom jiżdiedu kull meta meħtieġ.

Sabiex id-Deċiżjoni tkun effettiva kemm jista' jkun, il-Partijiet Kontraenti għandhom apparti hekk, jieħdu l-passi xierqa biex id-dipartimenti kkonċernati jkunu jistgħu jibnu kuntatti personali bil-possibbiltà li jiġu ffaċilitati l-iskambju tal-informazzjoni u t-trattament tat-talbiet.

3.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lil xulxin infurmaw bil-passi li ttieħdu biex tiġi implimentata d-Deċiżjoni.

Artikolu 15

1.   Din id-Deċiżjoni ma tobbligax lill-Partijiet Kontraenti biex jagħtu assistenza lil xulxin f'każijiet li fihom din l-assistenza tista' tkun detrimentali għall-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi vitali oħra tal-Parti Kontraenti.

2.   Iridu jingħataw raġunijiet meta jiġi rifjut li tingħata assistenza.

Artikolu 16

Id-dokumenti li jridu jiġu supplimentati skont din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu sostitwiti b'informazzjoni f'kull għamla u għall-istess skopijiet iġġenerata bit-teknoloġija tal-informatika.

Artikolu 17

1.   L-informazzjoni kkomunikata skont din id-Deċiżjoni f'kull għamla għandha tkun kunfidenzjali. Din għandha tkun koperta b'kunfidenzjalità professjonali u tgawdi l-protezzjoni li jagħtu l-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tal-Parti Kontraenti li tirċievi l-informazzjoni għal informazzjoni ta' natura simili u l-protezzjoni ta' regoli korrispondenti li japplikaw għall-korpi tal-Komunità.

B'mod partikolari, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tintbagħat lil persuni li mhumiex fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li d-dmirijiet tagħhom huma tali li għandu jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni. Bl-istess mod, l-informazzjoni inkwistjoni ma għandhiex tintuża għal finijiet li mhumiex dawk stipulati f'din id-Deċiżjoni sakemm l-awtorità li qed tagħti l-informazzjoni espressament ma taqbilx mod ieħor u sakemm ir-regoli li japplikaw fit-territorju li fih hija bbażata l-awtorità li qed tirċievi l-informazzjoni ma jipprojbixxuhiex milli tibgħatha jew tużaha.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux ifixkel l-użu tal-informazzjoni miksuba skont din id-Deċiżjoni b'azzjoni jew proċedimenti legali li jirriżultaw meta l-konformità mad-dispożizzjonijiet ma tkunx irnexxiet.

L-awtorità rilevanti tal-Parti Kontraenti li qed tagħti l-informazzjoni kkonċernata għandhom tkun mgħarrfa mingħajr dewmien jekk l-informazzjoni hix użata fit-tali kuntest.

Artikolu 18

Il-Partijiet Kontraenti ma għandhom iressqu l-ebda talba għal rifużjonijiet ta' spejjeż imġarrba bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ħlief, fejn xieraq, għal tariffi mħallsa lil esperti.

Artikolu 19

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tar-regoli li għandhom x'jaqsam mal-assistenza legali reċiproka fil-każijiet kriminali.

Artikolu 20

Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 21

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1991.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fl-intier tagħha u hija applikabbli direttament fil-Partijiet Kontraenti.

Magħmul f'Andorra-la-Vella, it-12 ta' Lulju 1991.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Oscar RIBAS REIG