ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.361.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2012/826/UE |
|
|
* |
||
|
|
2012/827/UE |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2012
li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u partikolarment l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE tal-10 ta’ Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-intrapriżi jadattaw l-attivitajiet tagħhom fil-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u jipprovduhom b’għażla akbar u b’aktar opportunitajiet jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Il-protezzjoni tal-privattiva uniformi fis-suq intern, jew tal-anqas parti sinifikanti tiegħu, għandha tidher fost l-istrumenti legali li l-intrapriżi għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom. |
(2) |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), miżuri li għandhom jittieħdu fil-kuntest tal-istabiliment u l-funzjonament tas-suq intern jinkludu l-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva uniformi fl-Unjoni kollha u l-istabiliment ta’ arranġamenti ċentralizzati għal-Unjoni kollha ta’ awtorizzazjoni, koordinazzjoni u superviżjoni. |
(3) |
Fl-10 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta id-Deċiżjoni 2011/167/UE li jawtorizza kooperazzjoni imtejba bejn il-Belġium, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, ir-Rumanija, is-Slovenja, l-Islovakkja, il-Filandja, l-Isvezzja u r-Renju Unit (minn issa 'il quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. |
(4) |
Il-protezzjoni tal-privattiva unitarja ser ittrawwem l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-funzjonament tas-suq intern billi tagħmel l-aċċess għas-sistema tal-privattivi aktar faċli, inqas għoli f’termini ta’ flus u legalment sikur. Ser ittejjeb ukoll il-livell ta’ protezzjoni tal-privattiva billi tagħmel possibbli l-kisba ta’ protezzjoni tal-privattiva uniformi fl-Istati Membri parteċipanti u telimina l-ispejjeż u l-kumplessità għall-intrapriżi f’kull parti tal-Unjoni. Għandha tkun disponibbli għall-propjetarji ta’ privattiva Ewropea kemm mill-Istati Membri parteċipanti kif ukoll minn Stati oħra, irrispettivament min-nazzjonalità, ir-residenza jew il-post tal-istabbiliment tagħhom. |
(5) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej tal-5 ta’ Ottubru 1973, kif reveduta fis-17 ta’ Diċembru 1991 u fid-29 ta’ Novembru 2000 (minn hawn 'il quddiem “KEP”), stabbilixxiet l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u fdatha bil-kompitu li tagħti privattivi Ewropej. Dan il-kompitu jitwettaq mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (minn hawn 'il quddiem “EPO”). Privattiva Ewropea mogħtija mill-EPO għandha, fuq talba tal-proprjetarju tal-privattiva, jibbenefika minn effett unitarju permezz ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri parteċipanti. Privattiva bħal din minn hawn 'il quddiem tissejjaħ “privattiva Ewropea b’effett unitarju”. |
(6) |
Skont il-Parti IX tal-KEP grupp ta’ Stati Kontraenti għal-KEP jista’ jipprovdi li privattivi Ewropej mogħtija għal dawk l-Istati jkollhom karattru unitarju. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-KEP, trattat reġjonali dwar il-privattivi fis-sens tal-Artikolu 45(1) tat-Trattat ta’ Kooperazzjoni dwar il-Privattivi tad-19 ta’ Ġunju 1970 kif emendat l-aħħar fit-3 ta’ Frar 2001 u ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, iffirmat f’Pariġi fl-20 ta’ Marzu 1883 u emendat l-aħħar fit-28 ta’ Settembru 1979. |
(7) |
Protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jinkiseb billi jingħata effett unitarju lill-privattivi Ewropej fil-fażi ta’ wara l-għotja permezz ta’ dan ir-Regolament u fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Il-karatteristika ewlenija tal-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tkun il-karattru unitarju tagħha, jiġifieri li jipprovdu protezzjoni uniformi u li għandhom effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Konsegwentement, privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiġi limitata, trasferita jew revokata, jew skaduta biss, fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Għandu jkun possibbli li Privattiva Ewropea b’effett unitarju tkun liċenzjata fir-rigward ta’ wieħed jew aktar tal-Istati Membri parteċipanti. Sabiex jiġi żgurat l-ambitu sostantiv uniformi ta’ protezzjoni mogħtija minn protezzjoni tal-privattiva unitarja, privattivi Ewropej biss li jkunu ngħataw għall-Istati Membri parteċipanti kollha bl-istess sett ta’ talbiet għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju. Fl-aħħar nett, l-effett unitarju attribbwit lil privattiva Ewropea għandu jkollu natura aċċessorja u m’għandux jitqies li nqala’ safejn il-privattiva Ewropea bażika tkun ġiet revokata jew limitata. |
(8) |
Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi dwar il-privattiva u l-Artikolu 64(1) tal-KEP, il-protezzjoni tal-privattiva unitarja għandha sseħħ b’mod retroattiv fl-Istati Membri parteċipanti mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja tal-privattiva Ewropea fil-Bulettin Ewropew tal-Privattiva. Fejn jidħol fis-seħħ il-protezzjoni tal-privattiva unitarju, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-privattiva Ewropea titqies li ma tkunx daħlet fis-seħħ fit-territorju tagħhom bħala privattiva nazzjonali, sabiex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-protezzjoni tal-privattiva. |
(9) |
Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni kwalunkwe parti terza milli twettaq atti li kontrihom tipprovdi protezzjoni l-privattiva. Dan għandu jkun żgurat permezz tal-istabbiliment ta’ Qorti Unifikata tal-Privattivi. Fi kwistjonijiet mhux koperti minn dan ir-Regolament jew mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti għat-traduzzjoni applikabbli (3), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-KEP, il-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi, inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak id-dritt u l-limitazzjonijiet tiegħu, u l-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli tal-liġi internazzjonali privata. |
(10) |
Liċenzji obbligatorji ta’ privattivi Ewropej b’effett unitarju għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet tal-Istati Membri parteċipanti f’dak li jirrigwardja t-territorji rispettivi tagħhom. |
(11) |
Fir-rapport tagħha dwar l-operat ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-limitazzjonijiet applikabbli u, fejn meħtieġ, għandha tagħmel il-proposti adatti, b’kont meħud tal-kontribut tas-sistema tal-privattivi għall-progress fl-innovazzjoni u dak teknoloġiku, l-interessi leġittimi tal-partijiet terzi u l-interessi prevalenti tas-soċjetà. Il-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi ma jipprekludix lill-Unjoni Ewropea milli teżerċita s-setgħat tagħha f’dan il-qasam. |
(12) |
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju tal-eżawriment tad-drittijiet għandu jiġi applikat ukoll għal privattivi Ewropej b’effett unitarju. Għalhekk, id-drittijiet mogħtija minn privattiva Ewropea b’effett unitarju m’għandhomx jiġu estiżi għal atti li jikkonċernaw il-prodott kopert minn dik il-privattiva, li jitwettqu fl-Istati Membri parteċipanti wara li dak il-prodott ikun tqiegħed fis-suq fl-Unjoni mill-proprjetarju tal-privattiva. |
(13) |
Is-sistema applikabbli għad-danni għandha tkun iggvernata mil-liġijiet tal-Istati Membri parteċipanti, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (4). |
(14) |
Bħala oġġett ta’ proprjetà, privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha, u fl-Istati Membri parteċipanti kollha, bħala privattiva nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti iddeterminata skont kriterji speċifiċi bħal, ir-residenza ral-applikant, il-post prinċipali tan-negozju jew il-post tan-negozju. |
(15) |
Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-esplojtazzjoni ekonomika ta’ invenzjoni protetta minn privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jkun jista’ joffri li tiġi lliċenzjata abbażi ta’ kunsiderazzjoni xierqa. Għal dak il-għan, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jkun jista’ jippreżenta dikjarazzjoni lill-EPO li hu huwa ippreparat li jagħti liċenzja abbażi ta’ kunsiderazzjoni xierqa. F’dak il-każ, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jibbenefika minn tnaqqis tat-tariffi ta’ tiġdid minn meta dik id-dikjarazzjoni tasal għand l-EPO. |
(16) |
Il-grupp ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tal-Parti IX tal-KEP jistgħu jagħtu kompiti lill-EPO u jwaqqfu kumitat magħżul tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (minn hawn 'il quddiem “Kumitat Magħżul”). |
(17) |
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu ċerti kompiti amministrattivi relatati ma’ privattivi Ewropej b’effett unitarju lill-EPO, b’mod partikolari fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ talbiet għal effett unitarju, ir-reġistrazzjoni tal-effett unitarju u ta’ kwalunkwe limitazzjoni, liċenzja, trasferiment, revoka jew skadenza ta’ privattivi Ewropej b’effett unitarju, il-ġbir u d-distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid, il-pubblikazzjoni ta’ traduzzjonijiet għall-finijiet ta’ informazzjoni matul perijodu transitorju u l-amministrazzjoni ta’ skema għal rimbors ta’ spejjeż ta’ traduzzjoni mġarrba minn applikanti li qed jippreżentaw applikazzjonijiet għal privattiva Ewropea f’lingwa oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-EPO. |
(18) |
Fil-qafas tal-Kumitat Magħżul, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li t-tmexxija u s-superviżjoni tal-attivitajiet relatati ma’ kompiti fdati lill-EPO mill-Istati Membri parteċipanti, jiżguraw li t-talbiet għal effett unitarju jiġu ppreżentati lill-EPO fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja fil-Bulettin Ewropew tal-Privattiva u jiżguraw li talbiet bħal dawn jkunu ppreżentati fil-lingwa tal-proċeduri quddiem l-EPO flimkien mat-traduzzjoni prevista, matul perjodu tranżitorju, mir-Regolament (UE) Nru 1260/2012. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw ukoll l-istabbiliment, f’konformità mar-regoli għall-votazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 35(2) tal-KEP, tal-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid u s-sehem tad-distribuzzjoni ta’ tariffi ta’ tiġdid f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(19) |
Il-proprjetarji tal-privattiva għandhom iħallsu tariffa ta’ tiġdid waħda annwali għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju. It-tariffi ta’ tiġdid għandhom ikunu progressivi matul it-terminu ta’ protezzjoni tal-privattiva u, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, għandhom ikopru l-ispejjeż kollha assoċjati mal-għotja tal-privattiva Ewropea u mal-amministrazzjoni ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi stabbilit bil-għan li tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u titrawwem il-kompetittività tan-negozji Ewropej, waqt li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ta’ entitajiet speċifiċi bħalma huma l-impriżi żgħar u medji, pereżempju fil-forma ta’ tariffi aktar baxxi. Għandu jirrifletti wkoll id-daqs tas-suq kopert mill-privattiva u jkun simili għal-livell tat-tariffi nazzjonali ta’ tiġdid għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien meta il-livell tat-tariffi tat-tiġdid jiġi stabbilit l-ewwel. |
(20) |
Il-livell xieraq u d-distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi determinat sabiex jiġi żgurat li, f’dak li jirrigwardja l-portezzjoni tal-privattiva unitarja, l-ispejjeż kollha tal-kompiti fdata f’idejn l-EPO huma koperti għal kollox mir-riżorsi ġġenerati mill-privattivi Ewropej b’effett unitarju u li, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, id-dħul mit-tariffi ta’ tiġdid jiżgura baġit ibbilanċjat tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. |
(21) |
It-tariffi ta’ tiġdid għandhom jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. L-EPO għandu jżomm ammont biex ikopri l-ispejjeż li jiġu ġġenerati fl-EPO fit-twettiq ta’ kompiti fir-rigward tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja f’konformità mal-Artikolu 146 tal-KEP. L-ammont li jifdal għandu jiġi distribwit fost l-Istati Membri parteċipanti u għandu jintuża għal finijiet relatati mal-privattiva. Is-sehem tad-distribuzzjoni għandu jiġi stipulat abbażi ta’ kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti, bħall-livell tal-attività tal-privattiva u id-daqs tas-suq, u għandu jiġġarantixxi ammont minimu li għandu jiġi distribwit lil kull Stat Membru parteċipanti sabiex jinżamm funzjonament bilanċjat u sostenibbli tas-sistema. Id-distribuzzjoni għandha tipprovdi kumpens talli jkun hemm lingwa uffiċjali oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-EPO, għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi stabbilit abbażi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea, u/jew għall-ksib ta’ sħubija pjuttost riċenti mal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. |
(22) |
Sħubija msaħħa bejn l-EPO u l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri għandha tippermetti l-EPO l-użu regolari, fejn hu xieraq, tar-riżultat ta’ kull tfittxija li titwettaq mill-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali dwar applikazzjoni ta’ privattiva nazzjonali li l-prijorità tagħha tiġi dikjarata f’applikazzjoni sussegwenti għal privattiva Ewropea. L-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali, inklużi dawk li ma jwettqux tfittxijiet matul il-proċedura tal-għoti ta’ privattiva nazzjonali, jista’ jilgħab rwol essenzjali fis-sħubija msaħħa, fost oħrajn billi jagħtu parir u appoġġ lil applikanti potenzjali għall-privattiva, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, billi jirċievu l-applikazzjonijiet, imexxu 'l quddiem l-applikazzjonijiet lill-EPO u billi jxerrdu l-informazzjoni dwar il-privattivi. |
(23) |
Dan ir-Regolament huwa kkumplimentat mir-Regolament (UE) Nru 1260/2012, adottat mill-Kunsill skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 tat-TFUE. |
(24) |
Il-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ privattivi Ewropej b’effett unitarju għandha tiġi stabbilita u rregolata minn strument li jistabbilixxi sistema unifikata għal-litigazzjoni dwar il-privattiva għall-privattivi Ewropej u għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju. |
(25) |
It-twaqqif ta’ Qorti Unitarja tal-Privattiva biex tisma’ każijiet li jikkonċernaw il-privattiva Ewropea b’effet unitarju hija essenzjali sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb ta’ dik il-privattiva, il-konsistenza ta’ ġurisprudenza u għaldaqstant ta’ ċertezza legali, u ta’ nfiq effettiv għall-propjetarji tal-privattiva. Għalhekk huwa tal-akbar importanza li l-Istati Membri parteċipanti jirratifikaw il-Ftehim dwar Qorti Unitarja tal-Privattiva skont il-proċeduri kostituzzjonali u parlamentari nazzjonali tagħhom u jieħdu l-passi meħtieġa biex dik il-Qorti issir operazzjonali mill-aktar fis possibbli. |
(26) |
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri parteċipanti li jagħtu privattivi nazzjonali u m’għandux jissostitwixxi l-liġijiet tal-Istati Membri parteċipanti dwar il-privattivi. L-applikanti tal-privattiva għandhom jibqgħu liberi li jiksbu jew privattiva nazzjonali, privattiva Ewropea b’effett unitarju, privattiva Ewropea li tidħol fis-seħħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Kontraenti għall-KEP jew privattiva Ewropea b’effett unitarju vvalidata flimkien ma’ Stat Kontraenti wieħed jew aktar għall-KEP li mhumiex fost l-Istati Membri parteċipanti. |
(27) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, ma jistax jiġi milħuq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, fejn xieraq permezz tal-kooperazzjoni msaħħa, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-regolament jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni ta’ privattiva unitarja, kif awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni 2011/167/UE.
2. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej tal-5 ta’ Ottubru 1973, kif reveduta fis-17 ta’ Diċembru 1991 u fid-29 ta’ Novembru 2000 (minn hawn 'il quddiem il-“KEP”).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li jipparteċipa f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja permezz tad-Deċiżjoni Nru 2011/167/UE, jew permezz ta’ deċiżjoni adottata skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE, fiż-żmien meta it-talba għal effet unitarju tkun saret kif imsemmi fl-Artikolu 9; |
(b) |
“Privattiva Ewropea” tfisser privattiva mogħtija mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (minn hawn 'il quddiem EPO) skont ir-regoli u l-proċeduri stabbilti fil-KEP; |
(c) |
“Privattiva Ewropea b’effett unitarju” tfisser privattiva Ewropea li tibbenefika minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti permezz ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
“Reġistru Ewropew tal-Privattivi” tfisser ir-reġistru miżmum mill-EPO skont l-Artikolu 127 tal-KEP; |
(e) |
“Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja” ifisser ir-reġistru li jikkonstitwixxi parti mir-Reġistru Ewropew tal-Privattiva fejn jiġu reġistrati l-effett unitarju u kull limitazzjoni, liċenzja, tresferiment, revoka jew skadenza ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju; |
(f) |
“Bulettin Ewropew tal-Privattiva” tfisser il-pubblikazzjoni perjodika prevista fl-Artikolu 129 tal-KEP. |
Artikolu 3
Privattiva Ewropea b’effett unitarju
1. Privattiva Ewropea mogħtija bl-istess sett ta’ talbiet fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha għandha tibbenefika minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti sakemm l-effett unitarju tagħha jkun ġie reġistrata fir-Reġistru għall-protezzjoni ta’ privattiva unitarja.
Il-privattiva Ewropea mogħtija ma’ gruppi differenti ta’ talbiet għal Stati Membri parteċipanti differenti m’għandhiex tibbenefika minn effett unitarju.
2. Privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha jkollha karattru unitarju. Għandha tipprovdi protezzjoni uniformi u għandha jkollha effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha.
Tista’ tiġi limitata, trasferita jew revokata jew tiskadi biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha.
Tista’ tiġi lliċenzjata fir-rispett tat-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha jew parti minnhom.
3. L-effett unitarju ta’ privattiva Ewropea għandu jitqies li ma jkunx tqajjem sa dak il-punt li l-privattiva Ewropea tkun ġiet revokata jew limitata.
Artikolu 4
Data ta’ dħul fis-seħħ
1. Privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fid-data tal-pubblikazzjoni mill-EPO tar-referenza tal-għotja tal-privattiva Ewropea fil-Bulettin Ewropew tal-Privattiva.
2. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, fejn l-effett unitarju ta’ privattiva Ewropea ikun ġie rreġistrat u jestendi għat-territorju tagħhom, dik il-privattiva Ewropea titqies li ma tkunx daħlet fis-seħħ bħala privattiva nazzjonali fit-territorju tagħhom fid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja fil-Bulettin Ewropew tal-Privattiva.
IL-KAPITOLU II
EFFETTI TA’ PRIVATTIVA EWROPEA B’EFFETT UNITARJU
Artikolu 5
Protezzjoni Uniformi
1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni kwalunkwe parti terza milli twettaq atti li kontrihom tipprovdi protezzjoni dik il-privattiva fit-territorji kollha tal-Istati Membri parteċipanti li fihom hija għandha effett unitarju, soġġett għal limitazzjonijiet applikabbli.
2. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak id-dritt u l-limitazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha li fihom il-privattiva għandha effett unitarju.
3. L-atti li kontrihom il-privattiva tipprovdi l-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-limitazzjonijiet applikabbli għandhom ikunu dawk definiti mil-liġi applikata għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti li l-liġi nazzjonali tagħhom hija applikabbli għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju bħala oġġett ta’ proprjetà f’konformità mal-Artikolu 7.
4. Fir-rapport tagħha msemmi fl-Artikolu 16(1), il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-limitazzjonijiet applikabbli u għandha, fejn meħtieġ, tagħmel il-proposti adatti.
Artikolu 6
Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn privattiva Ewropea b’effett unitarju
Id-drittijiet mogħtija minn privattiva Ewropea b’effett unitarju m’għandhomx jiġu estiżi għal atti li jikkonċernaw prodott kopert minn dik il-privattiva li jitwettqu fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju wara li dak il-prodott ikun tqiegħed fis-suq fl-Unjoni, mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu, ħlief jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi sabiex il-proprjetarju tal-privattiva jopponi aktar kummerċjalizzazjoni tal-prodott.
KAPITOLU III
PRIVATTIVA EWROPEA B’EFFETT UNITARJU BĦALA OĠĠETT TA’ PROPRJETÀ
Artikolu 7
Trattament ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju bħala privattiva nazzjonali
1. Privattiva Ewropea b’effett unitarju bħala oġġett ta’ proprjetà għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha u fl-Istati Membri parteċipanti kollha bħala privattiva nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li fih dik il-privattiva jkollha effett unitarju u li fiha, skont ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi:
(a) |
l-applikant kellu r-residenza jew il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva Ewropea; jew |
(b) |
fejn punt (a) ma japplikax, l-applikant kellu post tan-negozju fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva Ewropea. |
2. Fejn żewġ persuni jew aktar imdaħħla fir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi bħala applikanti konġunti, il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika għall-applikant konġunt indikat l-ewwel. Fejn dan mhuwiex possibbli, il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika għall-applikant konġunt indikat li jkun imiss fl-ordni tar-reġistrazzjoni. Fejn il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal kwalunkwe wieħed mill-applikanti konġunti, punt (b) tal-paragrafu 1 għandu japplika kif meħtieġ.
3. Fejn l-ebda applikant ma jkollu r-residenza, il-post prinċipali tan-negozju jew il-post tan-negozju tiegħu fi Stat Membru parteċipanti li fih dik il-privattiva jkollha effett unitarju għall-finijiet tal-paragrafi 1 jew 2, il-privattiva Ewropea b’effett unitarju bħala oġġett ta’ proprjetà għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha u fl-Istati Membri parteċipanti kollha bħala privattiva nazzjonali tal-Istat fejn l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi għandha l-kwartieri ġenerali tagħha skont l-Artikolu 6(1) tal-KEP.
4. Il-kisba ta’ dritt jista’ ma jkunx jiddependi fuq kwalunkwe reġistrazzjoni f’reġistru nazzjonali tal-privattiva.
Artikolu 8
Il-liċenzjar ta’ dritt
1. Il-proprjetarju ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju jista’ jippreżenta dikjarazzjoni lill-EPO li tgħid li l-propjetarju huwa ppreparat li jħalli lil kwalunkwe persuna tuża l-invenzjoni bħala persuna li għandha l-liċenzja, abbażi ta’ kunsiderazzjoni xieraqa.
2. Liċenzja miksuba taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata bħala liċenzja kuntrattwali.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 9
Kompiti amministrattivi fil-qafas tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi
1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom, fis-sens tal-Artikolu 143 tal-KEP, jagħtu lill-EPO l-kompiti li ġejjin, li jridu jitwettqu skont ir-regoli interni tal-EPO:
(a) |
jamminstra t-talbiet għal effett unitarju minn proprjetarji ta’ privattivi Ewropej; |
(b) |
jinkludi r-Reġistru għal protezzjoni tal-privattiva unitarja fi ħdan ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi u biex jamministra r-Reġistru għal protezzjoni tal-privattiva unitarja; |
(c) |
jirċievi u jirreġistra d-dikjarazzjonijiet dwar il-liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 8, l-impenji tagħhom tal-iritirar u tal-liċenzjar meħuda mill-propjetarju tal-privattiva Ewropea b’effett unitarju f’korpi internazzjonali ta’ standardizzazzjoni; |
(d) |
tippubblika it-traduzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1260/2012 matul il-perijodu tranżitorju msemmi f’dak l-Artikolu; |
(e) |
il-ġbir u l-amminstrazzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid għal privattivi Ewropej b’effett unitarju, fir-rigward tas-snin ta’ wara s-sena li fiha ir-referenza tal-għotja hija ippubblikata fil-Bulettin Ewropew tal-Privattiva; il-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ tariffi addizzjonali għal ħlas tard tat-tariffi ta’ tiġdid fejn dan il-ħlas tard isir fi żmien sitt xhur mid-data meta suppost sar il-ħlas, kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ parti mit-tariffi ta’ tiġdid miġbura lill-Istati Membri parteċipanti; |
(f) |
jamministra skema ta’ kumpens għar-rimbors ta’ spejjeż ta’ traduzzjoni imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1260/2012; |
(g) |
jiżgura li talba għal effett unitarju mill-proprjetarju tal-privattiva Ewropea tiġi sottomessa fil-lingwa tal-proċeduri kif definit fl-Artikolu 14(3) tal-KEP mhux aktar tard minn xahar wara li r-referenza tal-għotja tiġi ppubblikata fil-Bulettin Ewropew tal-Privattiva; u |
(h) |
jiżgura li l-effett unitarju jiġi indikat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja, fejn talba għal effett unitarju tkun ġiet ippreżentata u, matul il-perijodu transitorju previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1260/2012, tkun ġiet sottomessa flimkien mat-traduzzjonijiet msemmija f’dak l-Artikolu u li l-EPO jiġi infurmat bi kwalunkwe limitazzjoni, liċenzji, trasferimenti jew revoki ta’ privattivi Ewropej b’effett unitarju; |
2. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament huma u jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-KEP u għandhom jikkooperaw għal dak il-għan. Fil-kapaċità tagħhom ta’ Stati kontraenti għall-KEP, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-governanza u s-sorveljanza tal-attivitajiet relatati mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jiżguraw l-istabbiliment tal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament u s-sehem tad-distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.
Għal dak il-għan, għandhom iwaqqfu kumitat magħżul tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (minn issa 'il quddiem “il-Kumitat Magħżul”) fis-sens tal-Artikolu 145 tal-KEP.
Il-Kumitat Magħżul għandu jkun kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti u rappreżentant tal-Kummissjoni bħala osservatur, kif ukoll sostituti li jirrappreżentaw lil dawn fl-assenza tagħhom. Il-membri tal-Kumitat Magħżul jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.
Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Magħżul għandhom jittieħdu bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni skont it-regoli stipulati fl-Artikolu 35(2) tal-KEP.
3. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-protezzjoni legali effettiva quddiem qorti kompetenti ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri parteċipanti kontra d-deċiżjonijiet tal-EPO fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 10
Il-prinċipju fuq l-ispejjeż
L-ispejjeż imġarrba mill-EPO fit-twettiq tal-kompiti addizzjonali mogħtija lilu, fis-sens tal-Artikolu 143 tal-KEP, mill-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu koperti mit-tariffi ġġenerati mill-privattivi Ewropej b’effett unitarju.
Artikolu 11
It-tariffi ta’ tiġdid
1. It-tariffi ta’ tiġdid għal privattivi Ewropej b’effett unitarju u t-tariffi addizzjonali għall-ħlas tard tagħhom għandhom jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropew tal-Privattivi mill-proprjetarju tal-privattiva. Dawk it-tariffi għandhom ikunu dovuti fir-rigward tas-snin wara dik is-sena li fiha r-referenza għall-għotja ta’ privattiva Ewropea li tibbenefika minn effett unitarju hija ippubblikata fil-Bullettin Ewropew tal-Privattivi.
2. Privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiskadi jekk it-tariffa ta’ tiġdid u, fejn applikabbli, kwalunkwe tariffa addizzjonali ma tkunx tħallset fiż-żmien dovut.
3. Tariffi ta’ tiġdid li jkunu dovuti wara l-wasla tad-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom jitnaqqsu.
Artikolu 12
Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid
1. It-tariffi ta’ tiġdid għal privattivi Ewropej b’effett unitarju għandhom ikunu:
(a) |
progressivi matul it-terminu ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, u |
(b) |
biżżejjed mhux biss sabiex ikopru l-ispejjeż kollha assoċjati mal-għotja tal-privattiva Ewropea u l-amministrazzjoni tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja, u |
(c) |
biżżejjed, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, sabiex jiġi żgurat baġit ibbilanċjat tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. |
2. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi stabbilit, b’kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tas-sitwazzjoni ta’ entitajiet speċifiċi bħalma huma l-impriżi żgħar u medji, bl-għan li
(a) |
jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni u t-trawwim tal-kompetittività fin-negozji Ewropej, |
(b) |
jirrifletti d-daqs tas-suq kopert mil-privattiva, u |
(c) |
jkun simili għal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid nazzjonali għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien meta l-livell tat-tariffi ta’ tiġdid huwa stabbilit għall-ewwel darba. |
3. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kif stipulati f’dan il-Kapitolu, il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi stabbilit f’livell li:
(a) |
huwa ekwivalenti għal-livell tat-tariffa ta’ tiġdid li trid titħallas għall-kopertura ġeografika medja ta’ privattivi Ewropej attwali, |
(b) |
jirrifletti r-rata ta’ tiġdid ta’ privattivi Ewropej attwali, u |
(c) |
jirrifletti l-għadd ta’ rikjesti għal effett unitarju. |
Artikolu 13
Id-distribuzzjoni
1. L-EPO għandu jżomm 50 fil-mija tat-tariffi ta’ tiġdid imsemmija fl-Artikolu 11 imħallsa għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju. L-ammont li jifdal għandu jiġi distribwit fost l-Istati Membri parteċipanti f’konformità mas-sehem ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid bi qbil mal-Artikolu 9(2).
2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet kif stipulati f’dan il-Kapitolu, is-sehem ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid fost l-Istati Membri parteċipanti għandu jiġi stabbilit fuq il-kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti li ġejjin:
(a) |
l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-privattivi, |
(b) |
id-daqs tas-suq, waqt li jiġi żgurat ammont minimu li għandu jiġi distribwit lil kull Stat Membru parteċipanti, |
(c) |
il-kumpens għall-Istati Membri parteċipanti, li għandhom:
|
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-EPO
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib permezz ta’ ftehim ta’ ħidma mal-EPO fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi skambji regolari ta’ opinjonijiet dwar il-funzjonament tal-ftehim ta’ ħidma u, b’mod partikolari, dwar il-kwistjoni tat-tariffi ta’ tiġdid u l-impatt tagħhom fuq il-baġit tal-Oganizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi.
Artikolu 15
L-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi relatata mal-kompetizzjoni inġusta
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi relatata mal-kompetizzjoni inġusta.
Artikolu 16
Ir-rapport dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament
1. Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ l-ewwel privattiva Ewropea b’effett unitarju, u kull 5 snin minn dak inhar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-emendar tiegħu.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta b’mod regolari rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tat-tariffi ta’ tiġdid imsemmija fl-Artikolu 11, b’enfasi partikolari fuq il-konformità kontinwa mal-Artikolu 12.
Artikolu 17
In-notifika mill-Istati Membri parteċipanti
1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 9 sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(2) sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ Stat Membru parteċipanti li fih il-Qorti Unitarja tal-Privattiva ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fir-rigward tal-privattivi Ewropej b’effett unitarju fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sad-data li minnha l-Qorti Unitarja tal-Privattiva jkollha tali ġurisdizzjoni esklussiva f’dak l-Istat Membru parteċipanti.
Artikolu 18
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 jew mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Qorti Unitarja tal-Privattiva (il-“Ftehim”), skont liema data tkun l-aħħar.
B’deroga mill-Artikoli 3(1), 3(2) u 4(1), privattiva Ewropea li għaliha effett unitarju jkun irreġistrat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jkollha effett unitarju biss f’dawk l-Istati Membri parteċipanti li fihom il-Qorti Unitarja tal-Privattiva jkollha ġurisdizzjoni esklussiva rigward il-privattivi Ewropej b’effett unitarju fid-data tar-reġistrazzjoni.
3. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-ratifikazzjoni tiegħu tal-Ftehim fil-waqt tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u lista tal-Istati Membri li jkunu rratifikaw il-ftehim fid-data tad-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni, għandha b’mod regolari wara dan taġġorna l-lista tal-Istati Membri parteċipanti li jkunu rratifikaw il-Ftehim u għandha tippubblika lista aġġornata bħal din f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 9 ikunu fis-seħħ sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
5. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jiżgura li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(2) ikunu fis-seħħ sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ Stat Membru parteċipanti li fih il-Qorti Unitarja tal-Privattiva ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fir-rigward tal-privattivi Ewropej b’effett unitarju fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sad-data li minnha l-Qorti Unitarja tal-Privattiva jkollha tali ġurisdizzjoni esklussiva f’dak l-Istat Membru parteċipanti.
6. Il-protezzjoni tal-privattiva unitarja tista’ tintalab għal kwalunkwe privattiva Ewropea mogħtija fid-data jew wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2012 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2012.
(3) Ara paġna 89 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/9 |
Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar
L-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Madgaskar iffirmaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fi Brussell fit-6 ta’ Diċembru 2012.
Għaldaqstant il-Protokoll japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2013 skont l-Artikolu 15 tiegħu.
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/10 |
Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja
L-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja ffirmaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, fi Brussell fit-12 ta’ Diċembru 2012 u f'Nouakchott fis-16 ta’ Diċembru 2012 rispettivament.
Għaldaqstant il-Protokoll japplika b'mod proviżorju mis-16 ta’ Diċembru 2012 skont l-Artikolu 9 tiegħu.
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Novembru 2012
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
(2012/826/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Novembru 2007 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn issa "il-Ftehim ta’ Sħubija") (1). |
(2) |
Fl-10 ta’ Mejju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (minn issa "il-Protokoll il-ġdid"). Il-protokoll il-ġdid joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq is-sajd. |
(3) |
Il-Protokoll attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. |
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jkomplu, il-Protokoll il-ġdid jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja li tibda mid-data tal-iffirmar tiegħu u mhux aktar kmieni mill-1 ta’ Jannar 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. |
(5) |
Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (minn issa "il-Protokoll il-ġdid") huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa sabiex jiffirma(w) il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju, skont l-Artikolu15 tiegħu, mid-data tal-firma tiegħu u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
PROTOKOLL
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
Artikolu 1
Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd
1. Għal perjodu ta’ sentejn, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ("il-Ftehim") għandhom ikunu kif ġej:
L-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar) minbarra l-familji Alopiidae u Sphyrnidae, kif ukoll l-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharhinus falciformis, Carcharhinus longimanus:
a) |
40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, |
b) |
34 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ akbar minn 100 TG, |
c) |
22 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ inqas jew ugwali għal 100 TG. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikolu 5 u l-Artikolu 6.
3. Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim l-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Madagaskar biss jekk ikunu fuq il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll u skont l-Anness tiegħu.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ pagament
1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 3 050 000 għat-tul kollu ta’ dan il-Protokoll.
2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha:
a) |
ammont annwali ta’ EUR 975 000 għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 15 000 tunnellata fis-sena, u |
b) |
ammont speċifiku ta’ EUR 550 000 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u dik marittima tal-Madagaskar. |
3. Il-paragrafu 1 japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9.
4. L-Unjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata ta’ EUR 1 525 000 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, li jikkorrispondi għall-ammont totali stabbilit fil-paragrafu 2(a) u (b).
5. Jekk il-kwantità totali ta’ tonn maqbud mill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar taqbeż il-15 000 tunnellata fis-sena, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għad-drittijiet tal-aċċess għandu jkun ta’ EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Jekk il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara skont l-Anness. Sabiex jiġi antiċipat kull qbiż eventwali tal-limitu tat-tunnellaġġ ta’ referenza, iż-żewġ partijiet għandhom jadottaw sistema ta’ monitoraġġ regolari tal-qbid.
6. Il-pagament għandu jsir sa mhux iktar tard minn 90 jum wara l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15 għall-ewwel sena, u sa mhux iktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.
7. Il-Madagaskar għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2.
8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi ddepożitata jew ittrasferita fil-kont uniku tat-Teżor pubbliku tal-Madagaskar miżmum mal-Bank Ċentrali tal-Madagaskar. Id-dettalji tal-kont huma: Agence Comptable Centrale du Trésor public mal-Banque Centrale de Madagascar Antaninarenina, Antananarivo, Madagascar, Numru tal-kont 213 101 000 125 TP EUR.
Artikolu 3
Promozzjoni ta’ sajd responsabbli u attivitajiet ta’ sajd sostenibbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar
1. Mad-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni u l-Madagaskar għandhom jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, dwar programm settorjali multiannwali, skont l-istrateġija nazzjonali tal-Madagaskar fis-settur tas-sajd u l-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:
a) |
il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b); |
b) |
l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-ħsieb li jiġi introdott is-sajd responsabbli u l-attivitajiet ta’ sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Madagaskar fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u politiki oħrajn relatati mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tal-attivajiet ta’ sajd sostenibbli, l-aktar dawk li għandhom x’jaqsmu maż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt fuq din il-promozzjoni; |
c) |
il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali. |
2. Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali trid tiġi approvata miż-żewġ partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1. Iż-żewġ partijiet b’dan jieħdu l-impenn li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar abbażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom ifittxu li jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
3. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal- IOTC kif ukoll il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati minnha fir-rigward tal-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd. Iż-żewġ partijiet jintrabtu wkoll li jirrispettaw il-parir tal-grupp xjentifiku konġunt ta’ ħidma previst fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim.
4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fl-IOTC u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u, fejn ikun meħtieġ, jiftehmu dwar il-miżuri sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Madagaskar.
Artikolu 5
Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ ftehim reċiproku
1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu emendati bi ftehim reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC u tal-grupp xjentifiku konġunt ta’ ħidma jimplikaw li emenda bħal din se tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan.
2. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2(2)(a).
3. Iż-żewġ partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom.
Artikolu 6
Opportunitajiet tas-sajd ġodda
1. F’każ li bastimenti tas-sajd tal-UE jkunu interessati jwettqu attivitajiet ta’ sajd li mhumiex previst fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni possibbli għal kull attività bħal din u, fejn ikun xieraq, għandhom jiftehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan, inkluż li jwettqu l-emendi rilevanti għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.
2. Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment fir-rigward tal-ispeċijiet li mhumiex sfruttati biżżejjed fl-ilmijiet tal-Madagaskar. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta’ parti minnhom, il-partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li jiddeċiedu, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri rilevanti l-oħra.
3. Il-partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-parametri li jiġu miftehma bejn iż-żewġ partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq. Għall-parti tal-Madagaskar, iċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka Oċeanografika u l-Istitut tas-Sajd u tax-Xjenzi tal-Baħar huma assoċjati mad-definizzjoni ta’ dawn il-parametri.
4. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftehma għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.
5. Fil-każ li l-partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali taw riżultati pożittivi, il-Gvern tal-Madagaskar jista’ jalloka opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Konsegwentement tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a). Il-pagamenti u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sidien tal-bastimenti kif previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan.
Artikolu 7
Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – klawżola tal-esklużività
Bla ħsara għall-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-UE jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Madagaskar skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
Artikolu 8
Sospensjoni u reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 9, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) għandha tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ partijiet:
a) |
jekk, fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd għal raġunijiet minbarra fenomeni naturali; |
b) |
wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll; |
c) |
jekk l-Unjoni tiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. F’dan il-każ, l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandhom jiġu sospiżi. |
2. L-Unjoni tirriżerva d-dritt li tissospendi parti mill-pagament jew il-pagament kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2):
a) |
jekk ir-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mill-Ministeru responsabbli għas-Sajd, u analizzata mill-Kumitat Konġunt; |
b) |
f’każ li ma titwettaqx din il-kontribuzzjoni finanzjarja. |
3. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh.
Artikolu 9
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll
1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet, suġġett għal konsultazzjonijiet u qbil bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim:
a) |
jekk minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, minbarra fenomeni naturali, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar; |
b) |
f’każ li l-Unjoni tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) għal raġunijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; |
c) |
fejn tinqala’ tilwima bejn il-partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu li għaliha ma tistax tinstab soluzzjoni; |
d) |
jekk waħda mill-partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu; |
e) |
wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll; |
f) |
jekk waħda mill-partijiet issir taf b’ċertezza li kien hemm ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stipulati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tiegħu; |
g) |
f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali dwar ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) kif previst fl-Artikolu 3(5) tal-Ftehim. |
2. Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.
3. Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 10
Liġi nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet tal-Madagaskar huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Madagaskar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
2. L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika tas-sajd.
Artikolu 11
Kunfidenzjalità
Il-partijiet għandhom jiżguraw li, f’kull waqt, id-dejta kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Madagaskar tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Din id-dejta għandha tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Artikolu 12
Skambju elettroniku tad-dejta
Il-Madagaskar u l-Unjoni jieħdu l-impenn li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-iskambji elettroniċi kollha jrid ikollhom konferma li ġew riċevuti. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
Iż-żewġ partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin b’mod immedjat dwar kwalunkwe tfixkil fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.
Artikolu 13
Tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw għal perjodu ta’ sentejn mill-applikazzjoni provviżorja tagħhom skont l-Artikolu 15, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 14.
Artikolu 14
Terminazzjoni
1. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali terminazzjoni.
2. Il-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.
Artikolu 15
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll, flimkien mal-Anness tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tal-Madagaskar
3а Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l’Union européenne
Per l’Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За правителството на Република Мадагаскар
Por el Gobierno de la República de Madagascar
Za vládu Madagaskarské republiky
For regeringen for Republikken Madagaskar
Für die Regierung der Republik Madagaskar
Madagaskari Vabariigi valitsuse nimel
Για την Κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Μαδαγασκάρης
For the Government of the Republic of Madagascar
Pour le gouvernement de la République de Madagascar
Per il governo della Repubblica del Madagascar
Madagaskaras Republikas valdības vārdā –
Madagaskaro Respublikos Vyriausybės vardu
A Madagaszkári Köztársaság kormánya részéről
Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Madagaskar
Voor de Regering van de Republiek Madagaskar
W imieniu rządu Republiki Madagaskaru
Pelo Governo da República de Madagáscar
Pentru guvernul Republicii Madagascar
Za vládu Madagaskarskej republiky
Za vlado Republike Madagaskar
Madagaskarin tasavallan hallituksen puolesta
På Republiken Madagaskars regerings vägnar
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MADAGASKAR
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Għażla tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma’ jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Madagaskar bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
a) |
għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar; |
b) |
għall-Madagaskar: il-Ministeru responsabbli għas-Sajd. |
2. Żona tas-sajd tal-Madagaskar
Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw esklussivament fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar kif indikat fl-Appendiċi 3 u fl-Appendiċi 4, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
a) |
il-bastimenti tal-UE jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn mill-20 mil nawtiku mil-linja bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ. |
b) |
trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkapti nazzjonali biex jinġema’ l-ħut |
c) |
sabiex jiġi ppreservat l-isfruttar sostenibbli ta’ ċerti speċijiet demersali mill-operaturi nazzjonali, fiż-żoni ta’ Banc de Leven u Banc de Castor, li l-koordinati tagħhom huma indikati fl-Appendiċi 5, mhux permess li jsiru attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konz tal-wiċċ kopruti minn dan il-Protokoll. |
3. Għażla ta’ aġent lokali
Kull bastiment tal-UE li jkun beħsiebu jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi rrappreżentat minn aġent residenti fil-Madagaskar.
4. Kontijiet Bankarji
Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont/tal-kontijiet bankarju/i li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦAT-TONN
1. Kundizzjoni għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti eliġibbli.
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment huwa inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra kollha ta’ qabel tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd fil-Madagaskar skont il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar dwar is-sajd.
2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd.
L-UE għandha tissottometti applikazzjoni lill-Madagaskar għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas ħmistax-il jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi tuża l-formola mehmuża ma’ dan l-Anness bħala l-Appendiċi 1.
L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew miktuba b’mod li tkun tista tinqara b’ittri kapitali.
Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal awtorizzazzjoni tas-sajd abbażi tal-Protokoll fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:
a) |
il-prova tal-ħlas tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba; |
b) |
l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt:
|
c) |
ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri; |
d) |
iċ-ċertifikat ta’ kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa; |
e) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment; |
f) |
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bastiment, maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-UE; |
g) |
id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.). |
Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa.
3. Tariffa tal-ħlas minn qabel
L-ammont tat-tariffa tal-ħlas minn qabel hija stabbilita abbażi tar-rata annwali speċifikata fid-dikjarazzjonijiet tekniċi inklużi fl-Appendiċi 2. Għandha tinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi portwali, it-taxxi tal-ħatt l-art, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti għall-provvista tas-servizzi.
4. Lista provviżorja tal-bastimenti li qed japplikaw għal liċenzja
Ladarba jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti li jkunu qegħdin japplikaw. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE mill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar.
L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Madagaskar jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu u jibgħat kopja lill-UE.
5. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġent lokali tagħhom fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat minnufih lid-delegazzjoni tal-UE għall-Madagaskar.
6. Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu
Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jistabbilixxi minnufih għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE u għandha tieħu post il-lista provviżorja msemmija hawn fuq.
7. Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.
8. Dokumenti li għandhom jinżammu abbord
Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Madagaskar jew f’port tal-Madagaskar, għandu jżomm abbord f’kull ħin id-dokumenti li ġejjin:
a) |
l-oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; madankollu, għal mhux iktar minn xahar sakemm tasal dik l-oriġinali, kopja tal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu kif previst fil-punt 6 tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness, għandha titqies bħala awtentika; |
b) |
id-dokumenti maħruġin minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru:
|
c) |
tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri kubi; |
d) |
jekk ikun sar kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul kumplessiv tiegħu, it-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, il-potenza taż-żwiemel tal-magna ewlenija jew tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istiva tiegħu, ċertifikat, li jkun ġie ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, li jiddeskrivi n-natura tat-tali tibdil; |
e) |
jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħa, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi; |
f) |
fejn applikabbli, għandu jinżamm ġurnal aġġornat dwar il-ġestjoni tal-ilmijet tas-saborra (id-dati u l-ħinijiet tat-teħid tal-ilma flimkien mal-pożizzjonijiet u l-volumi, id-dati u l-ħinijiet tat-tneħħija tal-ilma flimkien mal-pożizzjonijiet u l-volumi, it-trattamenti effettwati fuq dan l-ilma). |
g) |
awtorizzazzjoni sabiex isir sajd barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġa għall-bastiment tas-sajd jew estratt mir-reġistru tal-bastimenti awtorizzati mill-IOTC; |
h) |
kopja tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ fis-settur tas-sajd. |
9. Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli.
Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ force majeure, wara talba tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih, mingħajr il-pagament ta’ ħlas ġdid minn qabel. F’każ bħal dan, id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun bil-friża skont il-Kapitolu IV għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ tipi ta’ bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
It-trasferiment għandu jinvolvi l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun se tinbidel minn sid il-bastiment jew mill-aġent lokali tiegħu fil-Madagaskar u l-istabbiliment minnufih min-naħa tal-Madagaskar tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura.
Il-Madagaskar għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-sajd u lill-UE.
10. Bastimenti ta’ appoġġ
Il-bastimenti ta’ appoġġ li jtajru l-bandiera tal-UE għandhom jiġu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar.
It-tariffa annwali applikabbli tal-liċenzja għall-bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 2 500/sena.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għandhom jibagħtu l-lista ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi regolari, permezz tad-delegazzjoni tal-UE għall-Madagaskar.
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI
Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbuta maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.
Il-bastimenti għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar dwar is-sajd u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).
KAPITOLU IV
DIKJARAZZJONI DWAR IL-QBID
1. Definizzjoni tal-vjaġġ tas-sajd
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-UE għandu jiġi ddefinit kif ġej:
a) |
il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u l-ħruġ minnha, jew |
b) |
iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u t-trażbord fil-port u/jew il-ħatt l-art fil-Madagaskar. |
2. Ġurnal ta’ abbord tas-sajd
Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd tal-IOTC, skont il-mudelli għal kull kategorija tas-sajd fl-Appendiċi 6 u l-Appendiċi 7.
Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jkun konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IOTC 08/04 għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u r-Riżoluzzjoni 10/03 għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun.
Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
Il-kaptan għandu jikteb kuljum, fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut.
Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.
Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.
3. Dikjarazzjoni dwar il-qbid
Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat lill-Madagaskar il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:
a) |
meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Madagaskar, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; kopja tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni tal-Madagaskar; |
b) |
meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien 7 (sebat) ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u f’kull każ fi żmien 15 (ħmistax-il) jum tax-xogħol wara t-tluq miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar:
|
Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal dikjarazzjoni dwar il-qbid ġdida.
Iż-żewġ partijiet għandhom jistabbilixxu, mill-1 ta’ Lulju 2013, protokoll għall-iskambju elettroniku tad-dejta kollha dwar il-qbid u d-dikjarazzjonijiet ibbażati fuq ġurnal ta’ abbord tas-sajd elettroniku: wara, iż-żewġ partijiet għandhom jippjanaw l-implimentazzjoni tal-protokoll u s-sostituzzjoni tal-verżjoni stampata tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid b’verżjoni elettronika sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-Istituti nazzjonali kompetenti: (USTA - Unità Statistika dwar it-Tonn ta’ Antsiranana u ĊMS (Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd) u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:
a) |
IRD (Institut de recherche pour le développement); |
b) |
IEO (Instituto Español de Oceanografía); |
c) |
IPIMAR (Instituto Português de Investigação Maritima). |
Fejn id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni dwar il-qbid ma jitħarsux, il-Madagaskar jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Madagaskar jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.
4. Dikjarazzjoni finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
Għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-UE għandha tistabbilixxi, abbażi tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid tiegħu ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.
L-UE għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali lill-Madagaskar u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. Il-Madagaskar jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi tal-evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tintbagħat. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Jekk il-Madagaskar ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum tax-xogħol, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni finali tkun ġiet adottata.
Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Madagaskar sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment.
KAPITOLU V
ĦATT L-ART U TRAŻBORD
It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. L-operazzjonijiet kollha tat-trażbord fil-port huma mmonitorjati fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd tal-Madagaskar.
Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord għandu jinnotifika liċ-ĊMS u, fl-istess ħin, lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li ġej:
a) |
isem il-bastiment tas-sajd li se jħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC; |
b) |
il-port li fih se jsir il-ħatt l-art jew it-trażbord; |
c) |
id-data u l-ħin skedati għall-ħatt l-art jew għat-trażbord; |
d) |
il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew li għandha tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha); |
L-operazzjoni ta’ trażbord hija suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata miċ-ĊMS tal-Madagaskar lill-kaptan jew lill-aġent lokali tiegħu fi żmien 24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni ta’ trażbord trid titwettaq f’port tal-Madagaskar li jkun awtorizzat għal dan il-għan.
F’każ ta’ trażbord, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punti a) sa d) hawn fuq, il-kaptan għandu jikkomunika wkoll l-isem tal-bastiment riċevitur.
Il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr riċevitur għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-Madagaskar (iċ-ĊMS u l-awtorità tal-port) bil-kwantitajiet tat-tonn u ta’ speċijiet simili għat-tonn ittrażbordati fuq il-bastiment tiegħu u jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni dwar it-trażbord liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar f'24 siegħa.
Il-portijiet tas-sajd magħżula fejn huma awtorizzati operazzjonijiet tat-trażbord fil-Madagaskar huma Antsiranana għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun u Toliary, Ehoala u Toamasina għall-bastimenti tas-sajd bil-konz.
In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar.
Il-bastimenti tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art f’port tal-Madagaskar għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba tal-kumpaniji tas-sajd tal-UE, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru responsabbli għas-Sajd għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar.
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-UE li jħottu l-art minn jeddhom f'port fil-Madagaskar, jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ EUR 5 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq it-tariffa indikata fl-Appendiċi 2 għall-kategorija tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.
Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ EUR 5 fil-każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu lil fabbrika tal-ipproċessar fil-Madagaskar.
KAPITOLU VI
KONTROLLI
1. Dħul fiż-żona u ħruġ minnha
Kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagskar jew ħruġ minnha minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jiġi nnotifikat lill-Madagskar fi żmien tliet sigħat mid-dħul jew mill-ħruġ.
Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:
a) |
id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati; |
b) |
il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali; |
c) |
il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. |
Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown jew numru tal-faks ikkomunikat miċ-ĊMS, billi tintuża l-formola mehmuża bħala l-Appendiċi 8. Iċ-ĊMS għandu jikkonferma li rċieva din in-notifika minnufih permezz tal-posta elettronika jew faks tar-ritorn.
Iċ-ĊMS għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.
Kwalunkwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bhala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.
Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-liġi fis-seħħ tal-Madagaskar.
Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul/tal-ħruġ għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni.
Il-bastimenti tas-sajd tal-UE mhux awtorizzati jistadu għandhom ikollhom fil-pussess dikjarazzjoni ta’ passaġġ innoċenti. Il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni hija l-istess bħal dik preċiżata f'dan il-punt.
2. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU
Bil-għan li jissaħħu l-monitoraġġ tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU (illegali, mhux rapportat u mhux regolat), il-bastimenti tas-sajd tal-UE huma mħeġġa jissenjalaw il-preżenza ta’ kull bastiment ieħor madwarhom liċ-ĊMS.
3. Dikjarazzjoni perjodika dwar il-qbid
Meta bastiment tal-UE jkun qed jopera fl-ilmijiet tal-Madagaskar, il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jinnotifika liċ-ĊMS, kull tlett ijiem, bil-qabdiet magħmula fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-ewwel dikjarazzjoni dwar il-qbid għandha tibda tlett ijiem wara d-data tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
Kull tlett ijiem mad-dikjarazzjoni perjodika tiegħu dwar il-qbid, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:
a) |
id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta tkun qed issir id-dikjarazzjoni; |
b) |
il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali; |
c) |
il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali; |
d) |
il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi skartata l-baħar waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali; |
e) |
il-preżentazzjoni tal-prodotti; |
f) |
għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:
|
g) |
għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet:
|
Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown ikkomunikat miċ-ĊMS, billi tintuża l-formola mehmuża bħala l-Appendiċi 8. Iċ-ĊMS għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.
Kwalunwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jkun innotifika d-dikjarazzjoni perjodika tiegħu dwar il-qbid tat-tlett ijiem kollha, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Madagaskar.
Id-dikjarazzjonijiet perjodiċi dwar il-qbid għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.
4. Spezzjoni fuq il-baħar
L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn spetturi tal-Madagaskar li jkunu identifikati b’mod ċar bħala dawk maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.
Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom jinfurmaw lill-bastiment tal-UE, fuq il-kanal VHF 16, bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.
L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.
L-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.
5. Spezzjoni fil-port fil-każ tal-ħatt l-art u tat-trażbord
L-ispezzjoni f’port tal-Madagaskar ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda tagħhom għandha ssir minn spetturi tal-Madagaskar li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.
L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trażbord u l-merkanzija.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.
Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE.
F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.
KAPITOLU VII
SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS
Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom.
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:
a) |
l-identifikazzjoni tal-bastiment; |
b) |
il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %; |
c) |
id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; |
d) |
il-veloċità u r-rotta tal-bastiment. |
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 9.
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Madagaskar għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Madagaskar, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS
Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
Il-bastimenti tal-UE li jistadu b’sistemi tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
Jekk il-bastiment diġà qed iwettaq attività tas-sajd ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fil-każ ta’ ħsara, is-sistema tal-VMS tal-bastimenti għandha tissewwa jew tiġi sostitwita mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħmistax-il jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona tal-Madagaskar.
Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tal-Madagaskar b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika jew faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madgaskar, mill-inqas kull sitt sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Madagaskar
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura ta’ komunikazzjoni.
Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni
Il-Madagaskar għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.
Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ.
5. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li tipprova ksur, iċ-ĊMS tal-Madagaskar jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni liċ-ĊMS tal-Madagaskar skont il-frekwenza l-ġdida.
Wara, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.
Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull segwitu li jkun meħtieġ.
KAPITOLU VIII
KSUR TAR-REGOLI
In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni dwar is-sajd tal-Madagaskar jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, b'sospensjoni, b'revoka jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment.
1. Trattament tal-ksur
Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.
Fil-każ ta’ spezzjoni abbord, il-firma tar-rapport ta’ spezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ difiża ta’ sid il-bastiment rigward il-ksur misjub. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni, huwa għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “rifjut ta’ firma”.
Għal kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni dwar is-Sajd tal-Madagaskar. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-UE fi żmien 72 siegħa.
2. Detenzjoni tal-bastiment
F’każ ta’ ksur misjub, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, jirritorna lejn port tal-Madagaskar, skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ.
Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE, b’mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-arrest u/jew għad-detenzjoni.
Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jorganizza, mhux aktar tard minn jum ta’ xogħol wara n-notifika ta’ detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.
3. Penalitajiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess
Il-penalità għall-ksur stabbilit għandha tiġi ffissata mill-Madagaskar skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.
Għandu jingħata bidu għal proċedura ta’ kompromess qabel il-proċeduri ġudizzjarji bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u l-bastiment tal-UE sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.
4. Proċedimenti legali – Garanzija bankarja
Jekk il-proċedura ta’ kompromess imsemmija hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja mat-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Madagaskar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:
a) |
kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena; |
b) |
skont l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-penalità tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja. |
Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta jingħata l-ġudizzju.
5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-penalità stabbilita fil-proċedura ta’ kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija fit-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar. Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:
a) |
hekk kif l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew deċiżi meta jintlaħaq kompromess jiġu ssodisfati, jew, |
b) |
wara d-depożitu tal-garanzija msemmija hawn fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-Ministeru responsabbli għas-Sajd, sakemm titlesta l-proċedura ġudizzjarja. |
KAPITOLU IX
TLUGĦ ABBORD TA’ BAĦRIN
1. Għadd ta’ baħrin li għandhom jittellgħu abbord
Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jieħdu l-impenn li jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:
a) |
għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP, |
b) |
għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrim supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar.
2. Kuntratti tal-baħrin
Id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar Prinċipji u Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol għandha tapplika bi dritt għall-baħrin li jitilgħu abbord bastimenti tal-UE. Tirrigwarda, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji ta’ dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f'każ ta’ inċident.
3. Salarju tal-baħrin
Is-salarju tal-baħrin tal-AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin tal-AKP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO.
4. Obbligi tal-baħrin
Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-UE għandhom jirrappurtaw lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għat-tlugħ abbord tagħhom. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta’ dak il-baħri.
KAPITOLU X
OSSERVATURI
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
Iż-żewġ partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jirrispettaw l-obbligi li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku.
Għall-finijiet ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-osservaturi huma kif ġej, għajr fil-każ ta’ limitazzjoni ta’ spazju minħabba rekwiżiti ta’ sigurtà.
Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom itellgħu abbord l-osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tal-Madagaskar skont it-termini stabbiliti hawn taħt.
Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti liċenzjati. Madankollu, il-bastimenti b’inqas minn 100 TG mhumiex soġġetti għal din il-miżura.
2. Bastimenti u osservaturi magħżulin
L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jistabbilixxu lista ta’ bastimenti magħżulin biex itellgħu osservatur abbord. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tiġi stabbilita.
L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jgħarrfu lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati b’isem l-osservatur magħżul biex jittella’ abbord il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel id-data ta’ imbark ippjanata tal-osservatur.
L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
3. Salarju tal-osservatur
L-ispejjeż tat-tlugħ abbord u tal-inżul mill-bastiment tal-osservatur barra mill-Madagaskar jitħallsu minn sid il-bastiment. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Madagaskar.
Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-programm tal-osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS.
4. Kundizzjonijiet tal-imbark
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien preżenti abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent lokali tiegħu u l-Madagaskar.
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni tal-osservatur abbord għandha tqis l-istruttura teknika tal-bastiment.
Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.
L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilita meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom. Huma għandu jkollhom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal kwalunkwe dokument abbord, u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-ġurnal tal-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijiethom.
5. Imbark u żbark tal-osservatur
L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port magħżul minn sid il-bastiment.
Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Madagaskar, b’perjodu ta’ notifika ta’ 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jitla’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.
Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lill-osservatur.
Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd.
Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tal-Madagaskar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni.
Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu fil-mument stabbilit f'port magħżul minn qabel għall-imbark ta’ osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel).
Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu u ma jkunx ta notifika minn qabel liċ-ĊMS, il-Madagaskar jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.
6. Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:
a) |
jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd; |
b) |
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord; |
c) |
jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment. |
L-osservatur għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, b’faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, inkluż il-kwantità ta’ qbid u qbid inċidentali abbord u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ mill-awtorità.
7. Rapport tal-osservatur
Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.
L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Madagaskar, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur.
LISTA TA' APPENDIĊI
Appendiċi 1 |
— |
Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja |
Appendiċi 2 |
— |
Dikjarazzjoni teknika |
Appendiċi 3 |
— |
Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar |
Appendiċi 4 |
— |
Żona tas-sajd tal-Madagaskar |
Appendiċi 5 |
— |
Koordinati ġeografiċi u mappa taż-żona tas-sajd fejn huwa pprojbit is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ |
Appendiċi 6 |
— |
Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun |
Appendiċi 7 |
— |
Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd bil-konz |
Appendiċi 8 |
— |
Formola għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha |
Appendiċi 9 |
— |
Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS |
Appendiċi 1
Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja
MINISTERU RESPONSABBLI GĦAS-SAJD FIL-MADAGASKAR
APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA GĦALL-BASTIMENTI BARRANIN TAS-SAJD INDUSTRIJALI
1. |
Isem tas-sid tal-bastiment: … |
2. |
Indirizz tas-sid tal-bastiment: … |
3. |
Isem tar-rappreżentant jew tal-aġent: … |
4. |
Indirizz tar-rappreżentant jew tal-aġent lokali tas-sid tal-bastiment: … |
5. |
Isem tal-kaptan: … |
6. |
Isem tal-bastiment: … |
7. |
Numru ta’ reġistrazzjoni: … |
8. |
Numru tal-faks: … |
9. |
Indirizz tal-posta elettronika: … |
10. |
Kodiċi tar-radju: … |
11. |
Data u post ta’ kostruzzjoni: … |
12. |
Pajjiż tal-bandiera: … |
13. |
Port ta’ reġistrazzjoni: … |
14. |
Port ta’ manutenzjoni: … |
15. |
Tul (L.O.A.): … |
16. |
Wisgħa (L.O.A.): … |
17. |
Tunnellaġġ Gross (UMS): … |
18. |
Kapaċità tal-istiva: … |
19. |
Kapaċità tar-refriġerazzjoni u l-friża: … |
20. |
Tip u qawwa tal-magna: … |
21. |
Irkaptu tas-sajd: … |
22. |
Għadd ta' baħrin: … |
23. |
Sistema ta' kommunikazzjoni.… |
24. |
Kodiċi tar-radju: … |
25. |
Sinjali ta' identifikazzjoni: … |
26. |
Attivitajiet tas-sajd li se jitwettqu: … |
27. |
Post tal-ħatt l-art: … |
28. |
Żoni tas-sajd: … |
29. |
Speċijiet fil-mira: … |
30. |
Perjodu ta’ validità: … |
31. |
Kundizzjonijiet speċjali: … |
Opinjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Akkwakultura: …
Osservazzjonijiet tal-Ministeru responsabbli għas-Sajd: …
Appendiċi 2
DIKJARAZZJONI TEKNIKA
Żona tas-sajd: |
|||||||||
|
|||||||||
Irkaptu awtorizzat: |
|||||||||
|
|||||||||
Qabdiet inċidentali: |
|||||||||
|
|||||||||
Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien/qabdiet ekwivalenti: |
|||||||||
Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad |
EUR 35/tunnellata |
||||||||
Pagamenti li jridu jitħallsu bil-quddiem kull sena mis-sidien tal-bastimenti |
|
||||||||
Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd |
|
||||||||
Oħrajn |
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
Appendiċi 3
KOORDINATI (LATITUDNIJIET U LONĠITUDNIJIET) TAŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MADAGASKAR
Coordonnées (latitudes et longitudes) de la zone de pêche (ZP) de Madagascar
(voir aussi carte géographique annexée en appendice 4)
|
Coordonnées en deg. déc. |
Coordonnées en deg. mm |
||
Réf |
X |
Y |
X |
Y |
A |
49,40 |
– 10,3 |
49°24′E |
10°18′S |
B |
51 |
– 11,8 |
51°0′E |
11°48′S |
C |
53,3 |
– 12,7 |
53°18′E |
12°42′S |
D |
52,2 |
– 16,3 |
52°12′E |
16°18′S |
E |
52,8 |
– 18,8 |
52°48′E |
18°48′S |
F |
52 |
– 20,4 |
52°0′E |
20°24′S |
G |
51,8 |
– 21,9 |
51°48′E |
21°54′S |
H |
50,4 |
– 26,2 |
50°24′E |
26°12′S |
I |
48,3 |
– 28,2 |
48°18′E |
28°12′S |
J |
45,4 |
– 28,7 |
45°24′E |
28°42′S |
K |
41,9 |
– 27,8 |
41°54′E |
27°48′S |
L |
40,6 |
– 26 |
40°36′E |
26°0′S |
M |
41,8 |
– 24,3 |
41°48′E |
24°18′S |
N |
41,6 |
– 20,8 |
41°36′E |
20°48′S |
O |
41,4 |
– 19,3 |
41°24′E |
19°18′S |
P |
43,2 |
– 17,8 |
43°12′E |
17°48′S |
Q |
43,4 |
– 16,9 |
43°24′E |
16°54′S |
R |
42,55 |
– 15,6 |
42°33′E |
15°36′S |
S |
43,15 |
– 14,35 |
43°9′E |
14°21′S |
T |
45 |
– 14,5 |
45°0′E |
14°30′S |
U |
46,8 |
– 13,4 |
46°48′E |
13°24′S |
V |
48,4 |
– 11,2 |
48°24′E |
11°12′S |
LIMITI TAŻ-ŻONA FEJN HU PPROJBIT IS-SAJD
(f'minuti gradi)
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
1 |
12°18.44S |
47°35.63 |
2 |
11°56.64S |
47°51.38E |
3 |
11°53S |
48°00E |
4 |
12°18S |
48°14E |
5 |
12°30S |
48°05E |
6 |
12°32S |
47°58E |
7 |
12°56S |
47°47E |
8 |
13°01S |
47°31E |
9 |
12°53S |
47°26E |
Appendiċi 4
Appendiċi 5
Koordinati ġeografiċi u mappa taż-żona tas-sajd fejn huwa pprojbit is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
1 |
12°18.44S |
47°35.63 |
2 |
11°56.64S |
47°51.38E |
3 |
11°53S |
48°00E |
4 |
12°18S |
48°14E |
5 |
12°30S |
48°05E |
6 |
12°32S |
47°58E |
7 |
12°56S |
47°47E |
8 |
13°01S |
47°31E |
9 |
12°53S |
47°26E |
Appendiċi 6
Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun
Statement of catch form for tuna seiners / Fiche de déclaration de captures pour thoniers senneurs
DEPART / SALIDA / DEPARTURE |
ARRIVEE / LLEGADA / ARRIVAL |
NAVIRE / BARCO / VESSEL |
PATRON / PATRON / MASTER |
FEUILLE |
PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH |
PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH |
|
|
HOJA / SHEET No |
DATE FECHA DATE |
POSITION (chaque calée ou midi) POSICION (cada lance o mediadia) POSITION (each set or midday) |
CALEE LANCE SET |
CAPTURE ESTIMEE ESTIMACION DE LA CAPTURA ESTIMATED CATCH |
ASSOCIATION ASSOCIACION ASSOCIATION |
COMMENTAIRES OBSERVATIONES COMMENTS |
|
COURANT CORRIENTE CURRENT |
||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AUTRE ESPECE préciser le/les nom(s) OTRA ESPECIE dar el/los nombre(s) OTHER SPECIES give name(s) |
REJETS préciser le/les nom(s) DESCARTES dar el/los nombre(s) DISCARDS give name(s) |
|
|
|
|
|
|
Route/Recherche, problèmes divers, type d'épave (naturelle/artificielle, balisée, bateau), prise accessoire, taille du banc, autres associations, … Ruta/Busca, problemas varios, tipo de objeto (natural/artificial, con baliza, barco), captura accesoria, talla del banco, otras asociaciones, … Steaming/Searching, miscellaneous problems, log type (natural/artificial, with radio beacon, vessel), by catch, school size, other associations, … |
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|
Taille Talla Size |
Capture Captura Catch |
Taille Talla Size |
Capture Captura Catch |
Taille Talla Size |
Capture Captura Catch |
Nom Nombre Name |
Taille Talla Size |
Capture Captura Catch |
Nom Nombre Name |
Taille Talla Size |
Capture Captura Catch |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
Une calée par ligne / Uno lance cada línea / One set by line |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SIGNATURE DATE
Appendiċi 7
Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd bil-konz
Appendiċi 8
Formola għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha
FORMAT TAR-RAPPORTI
1. FORMAT TAR-RAPPORT TAD-DĦUL (TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL)
DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR
KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL
ISEM TAL-BASTIMENT: …
KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: …
STAT TAL-BANDIERA: …
TIP TA' BASTIMENT: …
NUMRU TAL-LIĊENZJA: …
POŻIZZJONI MAD-DĦUL: …
DATA U ĦIN (UTC) TAD-DĦUL: …
KWANTITÀ TOTALI TA' ĦUT ABBORD F'KG: …
— |
YFT (Tonna Safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f'KG: … |
— |
SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f'KG: … |
— |
BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f'KG: … |
— |
ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f'KG: … |
— |
OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f'KG: … |
2. FORMAT TAR-RAPPORT TAL-ĦRUĠ (TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ)
DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR
KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ
ISEM TAL-BASTIMENT: …
KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: …
STAT TAL-BANDIERA: …
TIP TA' BASTIMENT: …
NUMRU TAL-LIĊENZJA: …
POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ: …
DATA U ĦIN (UTC) TAL-ĦRUĠ: …
KWANTITÀ TOTALI TA' ĦUT ABBORD F'KG: …
— |
YFT (Tonna Safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f'KG: … |
— |
SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f'KG: … |
— |
BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f'KG: … |
— |
ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f'KG: … |
— |
OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f'KG: … |
3. FORMAT TAR-RAPPORT TAL-QABDA TA' KULL ĠIMGĦA (KULL TLETT IJIEM META L-BASTIMENT IKUN QED JISTAD FL-ILMIJIET TAL-MADAGASKAR)
DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR
KODIĊI TAL-AZZJONI: ATTIVITÀ TAS-SAJD
ISEM TAL-BASTIMENT: …
KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: …
STAT TAL-BANDIERA: …
TIP TA' BASTIMENT: …
NUMRU TAL-LIĊENZJA: …
KWANTITÀ TOTALI TA' ĦUT ABBORD F'KG: …
— |
YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f'KG: … |
— |
SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f'KG: … |
— |
BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f'KG: … |
— |
ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f'KG: … |
— |
OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f'KG: … |
— |
GĦADD TA' KALATI LI NTEFGĦU MILL-AĦĦAR RAPPORT: … |
Ir-rapporti kollha għandhom ikunu trażmessi lill-awtorità kompetenti f'dan in-numru tal-faks jew fl-indirizz tal-posta elettronika li ġejjin:
Numru tal-faks: +261 20 22 490 14
Posta elettronika: csp-mprh@blueline.mg
Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar, B.P.60 114 Antananarivo
Appendiċi 9
Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-MADAGASKAR RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
Element tad-Dejta |
Kodiċi |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kontenut |
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
Destinatarju |
AD |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż |
Mingħand |
FR |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – min qed jinbgħat. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż |
Stat tal-bandiera |
FS |
F |
|
Tip ta’ messaġġ |
TM |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ “POS” |
Kodiċi tar-Radju |
RC |
O |
Dettall dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |
Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti |
IR |
F |
Dettall dwar il-bastiment – numru uniku tal-Parti Kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit b'numru) |
Numru tar-reġistrazzjoni esterna |
XR |
O |
Dettall dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment |
Latitudni |
LA |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS-84) |
Lonġitudni |
LO |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDDMM (WGS-84) |
Rotta |
CO |
O |
Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° |
Veloċità |
SP |
O |
Veloċità tal-bastimenti f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi |
Data |
DA |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |
Ħin |
TI |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |
Tmiem tar-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall dwar is-sistema – jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Sett ta’ karattri: ISO 8859.1
Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:
— |
linja mmejla doppja (//) u kodiċi jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni, |
— |
linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi mid-dejta. |
Id-dejta fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2012
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn
(2012/827/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1) (minn issa "il-Ftehim ta’ Sħubija"). |
(2) |
Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja protokoll ġdid (minn issa "il-Protokoll il-ġdid") li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta’ Protokoll ġdid fis-26 ta’ Lulju 2012. |
(2) |
Il-Protokoll atytwali għal dan il-Ftehim ta’ Sħubija skada fil-31 ta’ Lulju 2012. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-bastimenti tal-UE jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet tas-sajd tagħhom, il-Protokoll il-ġdid jipprevedi l-possibbiltà li huwa jiġi applikat b'mod provviżorju minn kull Parti sa mid-data tal-iffirmar tiegħu sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. |
(5) |
Dan il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (minn issa "il-Protokoll") huwa awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar il-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 9, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
PROTOKOLL
Li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn l-unjoni ewropea u r-repubblika iżlamika tal-mawritanja għal perijodu ta’ sentejn
Artikolu 1
Perijodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd
1. Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u għal perjodu ta’ sentejn, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim huma stabbiliti fit-tabella mehmuża ma’ dan il-Protokoll.
2. L-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja għandu jingħata lill-flotot barranin sakemm ikun hemm iż-żejjed, kif definit fl-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (1) u wara li tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-flotot nazzjonali li joperaw fil-Mawritanja.
3. Skont il-leġiżlazzjoni tal-Mawritanja, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu f’termini ta’ żvilupp u ta’ ġestjoni sostenibbli, kif ukoll il-volum permess, għandhom ikunu deċiżi għal kull qabda mill-Istat tal-Mawritanja, skont il-pariri tal-aġenzija responsabbli għar-riċerka oċeanografika fil-Mawritanja u tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd rilevanti.
4. Dan il-Protokoll jiżgura aċċess prijoritarju għall-flotot tal-Unjoni Ewropea għaż-żejjed disponibbli fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-flotot tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Anness 1 tal-Protokoll għandhom jittieħdu miż-żejjed disponibbli primarjament għall-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-flotot barranin l-oħra awtorizzati biex jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja.
5. Il-miżuri tekniċi kollha tal-konservazzjoni, tal-ippjanar u tal-ġestjoni tar-riżorsi, kif ukoll it-termini finanzjarji, miżati u ħlasijiet oħrajn, soġġetti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, kif speċifikati għal kull żona ta’ sajd fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw għal kull flotta industrijali barranija li topera fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja f'kundizzjonijiet tekniċi simili għal dawk tal-flotot tal-Unjoni Ewropea.
6. Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta' dan il-Protokoll u kif deskritt fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja — modalitajiet ta’ ħlas
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali marbuta mal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita għal EUR sebgħa u sittin (67) miljun.
2. Minbarra dan, appoġġ finanzjarju annwali ta’ EUR tliet (3) miljun għandu jingħata lejn l-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali ta’ sajd responsabbli u sostenibbli.
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 7, 10 ta’ dan il-Protokoll.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-naħa tal-Unjoni kif previst fil-paragrafu 1 dwar l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja għandu jsir mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara l-applikazzjoni provviżorja fl-ewwel sena u fis-snin sussegwenti sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.
Artikolu 3
Kooperazzjoni xjentifika
1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, iż-żewġ partijiet se jikkooperaw biex jissorveljaw il-bidla fl-istat tar-riżorsi u tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja. Għal dan il-għan, għandha ssir laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti mill-inqas darba fis-sena; darba fil-Mawritanja u darba fl-Ewropa. Minbarra l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti tista’ tiġi estiża kif meħtieġ, għal xjenzati terzi, kif ukoll osservaturi, rappreżentanti ta’ partijiet interessati jew rappreżentanti ta’ korpi reġjonali ta’ ġestjoni tas-sajd, bħas-CECAF.
3. Il-mandat tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti għandu jkopri l-attivitajiet li ġejjin:
a) |
it-tfassil ta’ rapport xjentifiku annwali dwar is-sajd kopert b’dan il-Protokoll; |
b) |
l-identifikazzjoni u l-proposta tal-implimentazzjoni ta’ programmi jew azzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet xjentifiċi speċifiċi li jistgħu jtejbu l-fehim tad-dinamika tar-riżorsi tas-sajd, tal-istat kif ukoll tal-evoluzzjoni tal-ekosistemi tal-baħar lill-Kumitat Konġunt; |
c) |
l-analiżi tal-kwistjonijiet xjentifiċi li jinqalgħu matul l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u, jekk meħtieġ, il-formalizzazzjoni ta’ parir xjentifiku, skont proċedura approvata b’kunsens fi ħdan il-Kumitat; |
d) |
il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar l-isforzi u l-qabdiet ta’ kull taqsima tal-flotot tas-sajd nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi terzi, li joperaw fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja dwar ir-riżorsi u fis-sajd koperti b’dan il-Protokoll; |
e) |
l-ipprogrammar tal-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ valutazzjoni annwali li jikkontribwixxu għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-istokk u li jiddeterminaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-għażliet ta’ użu li jiggarantixxu l-konservazzjoni tar-riżorsi u tal-ekosistemi tagħhom; |
f) |
l-għoti, fuq inizjattiva tiegħu stess jew b’risposta għal talba mill-Kumitat Konġunt jew minn waħda mill-Partijiet, ta’ kwalunkwe parir xjentifiku dwar il-miżuri ta’ ġestjoni li jitqiesu meħtieġa għall-użu sostenibbli tal-istokk u tas-sajd taħt dan il-Protokoll; |
g) |
il-proposta, fejn xieraq, fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ programm ta’ reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll. |
Artikolu 4
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. Il-partijiet jistgħu jadottaw, fi ħdan Kumitat Konġunt, il-miżuri msemmija fl Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll li jinvolvu r-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun riveduta proporzjonalment u pro rata temporis.
2. Fir-rigward ta’ kategoriji li mhumiex koperti mill-Protokoll fis-seħħ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet jistgħu jinkludu opportunitajiet tas-sajd ġodda fuq il-bażi tal-aħjar pariri xjentifiċi, approvati mill-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti u adottati mill-Kumitat Konġunt.
3. L-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandha ssir sa mhux iktar tard minn tliet (3) xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 5
Terminazzjoni minħabba tnaqqis tal-użu tal-opportunitajiet ta’ sajd
Fil-każ li jiġi kkonstatat tnaqqis fl-użu tal-opportunitajiet tas-sajd, l-Unjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Mawritanja, permezz ta’ ittra, dwar l-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll. Din it-terminazzjoni għandha sseħħ fi żmien erba’ (4) xhur wara n-notifika.
Artikolu 6
Appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u sostenibbli
1. L-Appoġġ finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(2) għandu jkun ta’ EUR tliet (3) miljun fis-sena u għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja, skont l-għanijiet strateġiċi ta’ preżervazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u ta’ integrazzjoni akbar tas-settur fl-ekonomija nazzjonali.
2. Dak l-Appoġġ jikkostitwixxi għajnuna pubblika għall-iżvilupp, indipendenti mill-parti tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali settorjali għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd minn naħa waħda, u l-protezzjoni ambjentali ta’ żoni marittimi kostali protetti min-naħa l-oħra, kif ukoll għall-Qafas Strateġiku għall-ġlieda kontra l-faqar fis-seħħ.
3. L-Appoġġ finanzjarju ta’ dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-ammont ta' dak li jkun baqa' mill-Appoġġ Settorjali 2008-2012 (li l-ammont tagħhom għandu jkun stabbilit wara reviżjoni miż-żewġ Partijiet) ikun ġie trasferit fil-kont għall-approprijazzjonijiet speċjali (KAS) tas-Sajd mill-Ministeru tal-Finanzi, u jintuża skont il-pjan ta’ użu kkomunikat minn qabel mill-Mawritanja.
4. L-Appoġġ finanzjarju huwa bbażat fuq approċċ orjentat lejn ir-riżultati. Il-ħlas isir bin-nifs, skont qafas definit fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
5. Il-Mawritanja tintrabat li kull sitt xhur tippubblika l-offerti u l-kuntratti għall-proġetti ffinanzjati minn tali Appoġġ, u li tiżgura l-viżibbiltà tal-azzjonijiet implimentati skont it-termini mogħtija fl-Anness 2.
Artikolu 7
Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll
1. Kull tilwima bejn il-partijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll jew dwar l-Annessi tiegħu u dwar l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, jekk ikun meħtieġ, imlaqqa’ f'laqgħa speċjali.
2. L-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet jekk it-tilwima bejn iż-żewġ partijiet titqies li hija serja u l-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt skont il-paragrafu 1 hawn fuq ma jwasslux għal soluzzjoni amikevoli.
3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha bil-miktub tal-anqas erba’ (4) xhur qabel id-data li fiha s-sospensjoni ssir effettiva.
4. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas. F’dan il-każ, il-Ministeru għandu javża lill-Kummissjoni Ewropea bin-nuqqas ta’ ħlas. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq il-kontrolli xierqa u, jekk meħtieġ, il-ħlas għandu jsir f’terminu massimu ta’ 30 jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tan-notifika.
Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa fiż-żmien speċifikat hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Mawritanja jkollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan mingħajr dewmien.
Dan il-Protokoll għandu jerġa’ jibda japplika hekk kif isiru l-pagamenti.
5. Iż-żewġ partijiet jaqblu li f’każ ta’ ksur ipprovat tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Protokoll jista’ jiġi sospiż fuq il-bażi tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tal-Liġi nazzjonali applikabbli
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Protokoll u l-Anness 1 għalih, l-attivitajiet ta’ servizzi tal-port u x-xiri ta’ provvisti għall-bastimenti li joperaw taħt dan il-Protokoll u l-Anness 1 tiegħu għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fil-Mawritanja.
Artikolu 9
Tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Annessi għalih għandhom japplikaw għal perjodu ta’ sentejn mid-data tal-applikazzjoni provviżorja, li hija d-data tal-iffirmar, sakemm ma jkunx itterminat.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas erba’ (4) xhur qabel id-data effettiva tat-terminazzjoni.
2. L-għoti tan-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Annessi għalih għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Съставено в Брюксел и Нуакшот съответно на дванадесети и шестнадесети декември две хиляди и дванадесета година.
Hecho en Bruselas y en Nuakchot, el doce de diciembre de dos mil doce y el dieciséis de diciembre de dos mil doce respectivamente.
V Bruselu dne dvanáctého prosince dva tisíce dvanáct a v Nouakchott dne šestnáctého prosince dva tisíce dvanáct.
Udfærdiget i Bruxelles og Nouakchott henholdvis den tolvte december og den sekstende december to tusind og tolv.
Geschehen zu Brüssel und Nouakchott am zwölften Dezember beziehungsweise am sechzehnten Dezember zweitausendzwölf.
Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta detsembrikuu kaheteistkümnendal päeval Brüsselis ja kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta detsembrikuu kuueteistkümenendal päeval Nouakchottis
Έγινε στις Βρυξέλλες και στο Νουακσότ, στις δώδεκα Δεκεμβρίου και στις δεκαέξι Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δώδεκα, αντιστοίχως.
Done at Brussels and Nouakchott, on the twelfth day of December and on the sixteenth day of December in the year two thousand and twelve, respectively.
Fait à Bruxelles et à Nouakchott, le douze décembre et le seize décembre deux mille douze, respectivement.
Fatto a Bruxelles e a Nouakchott, rispettivamente addì dodici dicembre e sedici dicembre duemiladodici.
Briselē un Nuakšotā, attiecīgi, divi tūkstoši divpadsmitā gada divpadsmitajā decembrī un sešpadsmitajā decembrī.
Priimta atitinkamai du tūkstančiai dvyliktų metų gruodžio dvyliktą dieną ir gruodžio šešioliktą dieną Briuselyje ir Nuakšote.
Kelt Brüsszelben és Nouakchottban, a kétezer-tizenkettedik év december havának tizenkettedik, illetve tizenhatodik napján.
Magħmul fi Brussell u Nouakchott, fit-tnax-il jum ta’ Diċembru u fis-sittax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u tnax, rispettivament.
Gedaan te Brussel en Nouatchott op twaalf respectievelijk zestien december tweeduizend twaalf.
Sporządzono w Brukseli i w Nawakszut odpowiednio dnia dwunastego grudnia i dnia szesnastego grudnia roku dwa tysiące dwunastego
Feito em Bruxelas e em Nuaquechote, aos doze dias de dezembro e aos dezasseis dias de dezembro de dois mil e doze, respetivamente.
Întocmit la Bruxelles și Nouakchott la doisprezece decembrie și, respectiv, la șaisprezece decembrie două mii doisprezece.
V Bruseli dvanásteho decembra dvetisícdvanásť a v Nouakchotte šestnásteho decembra dvetisícdvanásť
V Bruslju in Nouakchottu, dne dvanajstega decembra oziroma šestnajstega decembra leta dva tisoč dvanajst.
Tehty Brysselissä kahdentenatoista päivänä joulukuuta ja Nouakchottissa kuudentenatoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksitoista
Som skedde i Bryssel och Nouakchott den tolfte december respektive den sextonde december tjugohundratolv.
(1) Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (bl-annessi, l-att finali u l-minuti tar-rettifika tal-att finali tat-3 ta’ Marzu 1986 u s-26 ta’ Lulju 1993), konkluża f’Montego Bay fl-10 ta’ Diċembru 1982 - Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, 1994/11/16, Vol. 1834, I-31363, p. 3-178.
ANNESS 1
IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MAWRITANJA
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħatra tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea jew għall-Mawritanja bħala l-awtorità kompetenti tfisser:
— Għall-Unjoni Ewropea: il-Kummissjoni Ewropea: permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Nouakchott (post ċentrali);
— Għall-Mawritanja: il-Ministeru responsabbli għas-Sajd permezz tad-Direttorat inkarigat mill-Programmazzjoni u l-Kooperazzjoni (post ċentrali), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ministeru”.
2. Żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tal-Mawritanja
Il-Mawritanja għandha tikkomunika lill-Unjoni Ewropea, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, il-koordinati ġeografiċi taż-ŻEE tagħha kif ukoll tal-linja bażi tagħha li hija l-marka tal-aktar livell baxx tal-ilma.
3. Identifikazzjoni tal-bastimenti
3.1. |
Il-marki ta’ identifikazzjoni ta’ kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam. Tali leġislazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Ministeru qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll. Kull modifika għal din il-leġislazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Ministeru tal-anqas xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. |
3.2. |
Kull bastiment li jaħbi l-marki, l-isem jew ir-reġistrazzjoni tiegħu għandu jkun soġġett għall-penalitajiet preskritti mil-liġi tal-Mawritanja fis-seħħ. |
4. Kontijiet bankarji
Il-Mawritanja għandha tikkomunika lill-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll id-dettalji tal-kont(ijiet) bankarju/i (Kodiċi BIC u IBAN) li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom dovuti mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll. L-ispejjeż marbuta mat-trasferimenti bankarji huma taħt ir-responsabbiltà tas-sidien tal-bastimenti.
5. Modalitajiet ta’ ħlas
5.1. |
Il-ħlasijiet għandhom isiru f’Euro kif ġej:
|
5.2 |
L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq huma kkunsidrati bħala effettivament riċevuti jekk it-Teżor jew il-Ministeru jagħtu l-konferma tagħhom, fuq il-bażi ta’ notifiki tal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja. |
KAPITOLU II
LIĊENZJI
Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ddettaljati fil-Kapitolu XI marbuta mal-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet li jpassu ħafna.
Fil-kuntest ta’ dan l-Anness, il-liċenzja maħruġa mill-Mawritanja lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni tas-sajd prevista fir-Regolamenti fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea.
1. Dokumenti meħtieġa għall-applikazzjoni għal-liċenzja
Meta ssir l-ewwel applikazzjoni għal liċenzja minn kull bastiment, l-Unjoni Ewropea għandha tippreżenta formola ta’ applikazzjoni lill-Ministeru għal-liċenzja mimlija għal kull bastiment li jitlob liċenzja skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.
1.1. |
Mal-ewwel applikazzjoni għal liċenzja, sid il-bastiment għandu jippreżenta flimkien mal-applikazzjoni:
|
1.2. |
Kull tibdil fit-tunnellaġġ ta’ bastiment jobbliga lil sid il-bastiment ikkonċernat li jissottometti kopja, iċċertifikata mill-Istat tal-bandiera, taċ-ċertifikat il-ġdid tat-tunnellaġġ, espressi f’TG, kif ukoll li jissottometti d-dokumenti li jiġġustifikaw din il-bidla inkluż, il-kopja tal-applikazzjoni magħmula mis-sid lill-awtoritajiet kompetenti, l-approvazzjoni tal-awtoritajiet u d-dettalji tal-bidliet magħmula. F’każ ta’ modifika fl-istruttura jew fid-dehra esterna tal-bastiment, għandu jiġi ppreżentat ritratt ġdid iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera. |
1.3. |
Jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet għal liċenzji tas-sajd ta’ dawk il-bastimenti li għalihom id-dokumenti meħtieġa taħt il-punti 1.1 u 1.2 hawn fuq ikunu ġew trażmessi. |
2. Eliġibbiltà għas-sajd
2.1. |
Kull bastiment li jixtieq jiżvolġi attività ta’ sajd fil-qafas ta’ dan il-Protokoll għandu jkun irreġistrat fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u eliġibbli għas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja. |
2.2. |
Sabiex bastiment ikun eliġibbli, sid il-bastiment, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Mawritanja. Huma għandhom ikunu f’sitwazzjoni regolari vis-à-vis l-awtoritajiet tal-Mawritanja, jiġifieri jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Mawritanja. |
3. Talbiet għall-ħruġ tal-liċenzji
3.1. |
Għal kull liċenzja, l-Unjoni Ewropea għandha tissottometti lill-Ministeru, kull tliet xhur, il-listi tal-bastimenti, skont il-kategorija tas-sajd, li jitolbu li joperaw fil-limiti stabbiliti fl-iskedi tekniċi tal-Protokoll, xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji mitluba. Dawn il-listi għandhom ikunu akkumpanjati minn prova tal-ħlas. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji li ma jaslux fiż-żmien stipulat hawn fuq ma jistgħux jiġu pproċessati. |
3.2. |
Dawn il-listi għandhom jindikaw, għal kull kategorija ta’ sajd:
|
4. Ħruġ tal-liċenzji
4.1. |
Il-Ministeru għandu joħroġ il-liċenzji għall-bastimenti wara l-preżentazzjoni mir-rappreżentant tas-sid, tal-provi individwali ta’ ħlas għal kull bastiment (irċevuti mfassla mit-Teżor), kif speċifikat fil-Kapitolu I, mill-inqas għaxart (10) ijiem qabel il-liċenzji jsiru validi. Il-liċenzji huma disponibbli mis-servizzi tal-Ministeru f’Nouadhibou jew f’Nouakchott. |
4.2. |
Barra minn hekk il-liċenzji għandhom jindikaw iż-żmien tal-validità, il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment, l-għadd ta’ baħrin mill-Mawritanja u r-referenzi għall-ħlasijiet tat-tariffi u l-kundizzjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta’ sajd kif previsti fid-dokumenti tekniċi xierqa. |
4.3. |
Il-bastimenti li jingħataw liċenzja jitqiegħdu fuq il-lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu li għandha tiġi mibgħuta fl-istess ħin lis-Sorveljanza u lill-Unjoni Ewropea. |
4.4. |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji li ma jkunux inħarġu mill-Ministeru għandhom jiġu nnotifikati lill-Unjoni Ewropea. Fejn applikabbli, għandu jiġi pprovdut mill-Ministeru kreditu fuq il-pagamenti relatati magħhom, wara li jitnaqqas il-bilanċ eventwali tal-multi li jkunu għadhom dovuti. |
5. Validità u użu tal-liċenzji
5.1. |
Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun valida biss għall-perjodu kopert mill-ħlas tat-tariffa taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fid-dokument tekniku. Il-liċenzji jinħarġu għal perjodi ta’ xahrejn għas-sajd għall-gambli u għal 3, 6 jew 12-il xahar għall-kategoriji l-oħra. Dawn jistgħu jiġġeddu. Il-validità tal-liċenzji għandha tibda fl-ewwel jum tal-perjodu mitlub. Biex tkun iddeterminata l-validità tal-liċenzji, għandha ssir referenza għall-perjodi kalendarji annwali, bl-ewwel perjodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena. L-aħħar perjodu jispiċċa fl-aħħar tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. L-ebda liċenzja ma tista’ tibda matul perjodu annwali u tispiċċa matul il-perjodu annwali ta’ wara. |
5.2. |
Kull liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku. Din mhijiex trasferibbli. Madankollu, f’każ ta’ telf jew waqfien fit-tul ta’ bastiment minħabba ħsara teknika gravi, il-liċenzja tal-bastiment inizjali tiġi sostitwita minn liċenzja għal bastiment ieħor li jappartjeni għall-istess kategorija ta’ sajd, sakemm ma jinqabiżx it-tunnellaġġ awtorizzat għal dan tal-aħħar. |
5.3. |
L-aġġustamenti addizzjonali fl-ammonti mħallsa li jistgħu jkunu meħtieġa f’każ ta’ sostituzzjoni tal-liċenzja għandhom isiru qabel il-ħruġ tal-liċenzja ta’ sostituzzjoni. |
6. Spezzjonijiet tekniċi
6.1. |
Darba fis-sena, kif ukoll wara xi tibdil fit-tunnellaġġ jew fil-kategorija ta’ sajd li twassal għall-użu ta’ rkaptu tas-sajd differenti, kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jidħol fil-port ta’ Nouadhibou sabiex issirlu spezzjoni kif stipulat fir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet iridu jitwettqu fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port. L-arranġamenti għall-ispezzjonijiet tekniċi tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ huma stabbiliti fil-Kapitolu XI ta’ dan l-Anness. |
6.2. |
Wara l-ispezzjoni teknika, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat ta’ konformità, b’validità ugwali għal dik tal-liċenzja, li jiġi estiż, mingħajr ħlas, u awtomatikament, għall-bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul dik is-sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord. Għandu wkoll jispeċifika l-kapaċità tal-bastimenti pelaġiċi li jagħmlu trasbord. |
6.3. |
L-ispezzjonijiet tekniċi għandhom iservu għall-kontroll tal-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord u sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ mill-Mawritanja jkunu ġew issodisfati. |
6.4. |
L-ispejjeż relatati mal-ispezzjonijiet għandhom jitħallsu mis-sidien b’rati li jiġu stabbiliti skont ir-rati ffisati mil-liġijiet tal-Mawritanja u kkomunikati lill-Unjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni tal-UE. Ma jistgħux ikunu ogħla mis-somom normalment imħallsa mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizz. |
6.5. |
In-nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet previsti fil-punti 1 u 2 ta’ hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu. |
KAPITOLU III
TARIFFI
1. Tariffi
It-tariffi huma kkalkolati għal kull bastiment abbażi ta’ rati annwali stabbiliti fid-dokumenti tekniċi tal-Protokoll. L-ammonti tal-ħlasijiet jinkludu kull tariffa u taxxa fuqhom, ħlief għat-taxxa parafiskali, taxxi tal-port u ħlasijiet dovuti għal servizzi.
2. Taxxa parafiskali
Ir-rati tat-taxxa parafiskali għall-bastimenti tas-sajd industrijali huma pagabbli fil-valuta lokali, skont id-digriet li jistabbilixxi t-taxxa parafiskali, skont dan li ġej:
|
Kategorija tas-Sajd għal Krustaċi, Ċefalopodi u Demersali:
|
|
Kategorija tas-Sajd (Speċijiet li Jpassu Ħafna u Pelaġiċi):
|
Bl-eċċezzjoni tal-kategoriji 5 u 6, it-taxxa parafiskali hija dovuta għal trimestru sħiħ, jew diversi trimestri, irrispettivament mill-preżenza ta’ perjodu ta’ waqfien bijoloġiku.
Ir-rata tal-kambju (MRO/EUR) li għandha tintuża għall-ħlas tat-taxxa parafiskali għal sena kalendarja għandha tkun ir-rata medja tas-sena preċedenti kkalkulata mill-Bank Ċentrali tal-Mawritanja u mibgħuta mill-Ministeru sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel l-applikazzjoni tagħha.
Trimestru għandu jikkonsisti minn wieħed mill-perjodi ta’ tliet xhur li jibdew fl-1 ta’ Ottubru, fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ April, fl-1 ta’ Lulju, bl-eċċezzjoni tal-ewwel u l-aħħar perjodu tal-Protokoll.
3. Tariffi mhux in natura
Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd pelaġiku tal-Unjoni Ewropea li jistadu taħt dan il-Protokoll għandhom jikkontribwixxu għall-politika ta’ distribuzzjoni tal-ħut lill-popolazzjonijiet fil-bżonn, sa 2 % tal-qabdiet pelaġiċi tagħhom trasbordati. Din id-dispożizzjoni teskludi espressament kull forma oħra ta’ kontribuzzjoni imposta.
4. Dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
L-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet elettroniċi tagħha tal-qabdiet ikkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi pagabbli mill-bastiment fil-kuntest tal-kampanja annwali tagħha għas-sena kalendarja preċedenti, jew għas-sena kurrenti fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll.
L-Unjoni Ewropea għandha tinnotifika din id-dikjarazzjoni finali lill-Mawritanja u lil sid il-bastiment qabel il-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena li fiha jkunu saru l-qabdiet. Meta d-dikjarazzjoni finali tirrigwarda s-sena kurrenti, din għandha tkun innotifikata lill-Mawritanja sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ skadenza tal-Protokoll.
Fi żmien 30 jum wara d-data tat-trażmissjoni, il-Mawritanja tista’ tikkontesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi ta’ evidenza ta’ sostenn. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Mawritanja ma toġġezzjonax fi żmien 30 jum, id-dikjarazzjoni finali titqies adottata.
Jekk id-dikjarazzjoni finali tkun ogħla mill-ħlas imħallas bil-quddiem għall-kisba tal-liċenzja tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ fi żmien 45 jum mill-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni mill-Mawritanja. Jekk id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem, sid il-bastiment ma jistax jirkupra s-somma li jifdal.
KAPITOLU IV
DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET
1. Ġurnal tas-sajd
1.1. |
Il-kaptani tal-bastimenti huma responsabbli li jirreġistraw kuljum kull operazzjoni speċifikata fil-ġurnal tas-sajd, li l-mudell tiegħu huwa mehmuż fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u jista’ jkun soġġett għal tibdil skont il-liġi tal-Mawritanja. Dan id-dokument irid jimtela b’mod korrett u faċilment leġġibbli u ffirmat mill-kaptan. Għall-bastimenti li jistadu għal speċijiet li jpassu ħafna għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI ta’ dan l-Anness. |
1.2. |
Fl-aħħar ta’ kull vjaġġ, il-ġurnal tas-sajd oriġinali għandu jintbagħat mill-kaptan tal-bastiment lis-Sorveljanza. Fi żmien 15-il jum ta’ xogħol, is-sid għandu jgħaddi kopja tal-ġurnal lill-Awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru u lill-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni. |
1.3. |
In-nuqqas ta’ osservanza ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1.1 u 1.2 hawn fuq, mingħajr preġudizzju għas-sanzjonijiet previsti mil-liġi tal-Mawritanja, iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu. |
1.4. |
Sadanittant, il-Mawritanja u l-Unjoni Ewropea għandhom jagħmlu ħilithom sabiex ikollhom ġurnal tas-sajd elettroniku (electronic logbook - ELB) sa mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel sena tal-Protokoll. |
2. Ġurnal tas-sajd supplimentari (Dikjarazzjonijiet tal-iżbark u tat-trasbord)
2.1. |
Meta jsir żbark jew trasbord, il-kaptani tal-bastimenti huma mitluba jimlew b’mod korrett u leġġibbli u li jiffirmaw il-ġurnal tas-sajd mehmuż li l-mudell tiegħu jinsab mehmuż bħala Appendiċi 6 ta’ dan l-Anness. |
2.2. |
Fl-aħħar ta’ kull żbark, is-sid għandu jgħaddi l-oriġinal tal-ġurnal tas-sajd supplimentari lill-awtorità ta’ sorveljanza b’kopja lill-Ministeru, f'perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-30 jum. Fl-istess perjodu, għandha tintbagħat kopja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru u lill-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni. Għall-bastimenti pelaġiċi, l-iskadenza hija ta’ 15-il jum. |
2.3. |
Fl-aħħar ta’ kull trasbord awtorizzat, il-kaptan għandu minnufih jibgħat l-oriġinal tal-ġurnal tas-sajd supplimentari lis-Sorveljanza b’kopja lill-Ministeru. Fi żmien 15-il jum ta’ xogħol, għandha tintbagħat kopja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru u lill-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni. |
2.4. |
In-nuqqas ta’ osservanza ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet previsti fil-punti 2.1, 2.2 u 2.3 hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu. |
3. Affidabbiltà tad-dejta
L-informazzjoni inkluża fid-dokumenti msemmija fil-punti ta’ hawn fuq għandha tirrifletti r-realtà tas-sajd sabiex tkun tista’ tikkostitwixxi waħda mill-bażijiet għas-superviżjoni tat-tibdil fir-riżorsi tas-sajd.
Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Mawritanja dwar id-daqsijiet minimi tal-qabdiet abbord hija applikabbli u pprovduta fl-Appendiċi 4.
Lista ta’ fatturi ta’ konverżjoni għall-qabdiet mingħajr ras/sħaħ u/jew imnaddfa/sħaħ hija pprovduta fl-Appendiċi 5.
4. Tolleranza tad-differenzi
Fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv, it-tolleranza bejn il-qabdiet iddikjarati fil-ġurnal tas-sajd u l-evalwazzjoni ta’ dawn il-qabdiet magħmula matul spezzjoni jew żbark ma għandhiex tkun aktar minn:
— |
9 % għall-ħut frisk, |
— |
4 % għall-ħut mhux pelaġiku iffriżat, |
— |
2 % għall-ħut pelaġiku iffriżat. |
5. Qbid inċidentali
Il-qbid inċidentali huwa speċifikat fl-iskedi tekniċi li jagħmlu parti minn dan il-Protokoll. Id-dispożizzjonijiet regolatorji relatati mal-qabdiet inċidentali għandhom jiddaħħlu fuq il-liċenzji maħruġa. Kull eċċess tal-perċentwali tal-qabdiet inċidentali awtorizzati huwa soġġett għal sanzjonijiet.
6. In-nuqqas ta’ osservanza tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet
In-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tal-qabdiet jirriżulta fis-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-pieni preskritti mill-Protokoll.
7. Dikjarazzjoni tal-qabdiet kumulattivi
L-Unjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Mawritanja, f’forma elettronika, bil-kwantitajiet kumulattivi maqbuda mill-bastimenti tagħha għall-kategoriji kollha qabel it-tmiem ta’ kull trimestru tas-sena kurrenti għat-trimestru ta’ qabel.
Id-dejta għandha tinqasam skont ix-xahar, it-tip ta’ sajd, il- bastiment u l-ispeċi.
Il-fatturi ta’ konverżjoni applikabbli għas-sajd pelaġiku għall-ipproċessar mingħajr ras/sħaħ u/jew imnaddfa/sħaħ jinsabu fl-Appendiċi 5.
KAPITOLU V
ŻBARK U TRASBORD
1. Żbark
1.1. |
Il-flotta demersali hija soġġetta għall-obbligu tal-iżbark. |
1.2. |
Eżenzjonijiet speċifiċi jingħataw fuq talba tas-sid tal-flotta għall-gambli matul il-perjodi ta’ sħana estrema, speċjalment fix-xhur ta’ Awwissu u Settembru. |
1.3. |
L-obbligu tal-iżbark ma jimplikax l-obbligu ta’ ħażna u ta’ pproċessar. |
1.4. |
Il-flotta pelaġika tal-ħut mhux iffriżat għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-iżbark fil-limiti tal-kapaċità tal-unitajiet tal-ipproċessar f’Nouadhibou u għad-domanda tas-suq ippruvata. |
1.5. |
L-aħħar vjaġġ (il-vjaġġ ta’ qabel il-ħruġ miż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja għal assenza li ma tistax tkun anqas minn tliet xhur) m'għandux ikun suġġett għall-obbligu tal-iżbark. Fil-każ tal-bastimenti għall-gambli, dan il-perjodu għandu jkun ta’ xahrejn. |
1.6. |
Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jikkomunika d-data tal-iżbark lill-Awtorità tal-Port ta’ Nouadhibou (PAN) u lis-Sorveljanza marittima, bil-faks jew bil-posta elettronika, b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mill-inqas 48 siegħa qabel (24 siegħa għall-bastimenti li mhumiex mgħammra bi friża), filwaqt li jipprovdi dan li ġej:
Bi tweġiba għall-komunikazzjoni imsemmija hawn fuq, l-awtorità ta’ sorveljanza għandha tinnotifika, fi żmien 12-il siegħa wara, il-qbil tagħha b’faks jew posta elettronika lill-kaptan, jew lir-rappreżentant tiegħu, flimkien ma’ kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
1.7. |
Il-bastiment tal-Unjoni Ewropea li jiżbarka f’port tal-Mawritanja huwa eżenti minn kull taxxa jew ħlas li għandu effett ekwivalenti apparti mill-ħlasijiet u l-imposti tal-port li, taħt l-istess kondizzjonijiet huma applikati għall-bastimenti tal-Mawritanja. Il-prodott tas-sajd jibbenefika minn arranġamenti ta’ kontroll doganali skont il-leġiżlazzjoni tal-Mawritanja fis-seħħ. Għalhekk, huwa eżenti minn kull proċedura doganali u dazju doganali jew imposta b’effett ekwivalenti mad-dħul fil-port tal-Mawritanja jew meta jiġi esportat, u huwa meqjus bħala merkanzija "ammessa temporanjament” (“ħażna temporanja”). Is-sid għandu jiddeċiedi d-destinazzjoni tal-produzzjoni tal-bastiment tiegħu. Din tista tiġi pproċessata, maħżuna taħt sistema kontroll doganali, mibjugħa fil-Mawritanja jew esportata (f’valuta barranija). Il-bejgħ fil-Mawritanja, maħsub għas-suq tal-Mawritanja, huwa soġġett għall-istess taxxi u imposti għal dawk applikati għall-prodotti tas-sajd tal-Mawritanja. Il-benefiċċji jistgħu jiġu esportati mingħajr ħlasijiet supplementari (eżenzjoni tad-dazji doganali u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti). |
2. Trasbord
2.1. |
Kull bastiment pelaġiku mgħammar bi friża li jista’ jittrasborda, skont iċ-ċertifikat ta’ konformità, huwa soġġett għat-trasbord obbligatorju mal-baga 10 tal-Port Awtonomu ta’ Nouadhibou, bl-eċċezzjoni tal-aħħar vjaġġ. |
2.2. |
Il-bastiment tal-Unjoni Ewropea li jittrasborda fil-Port Awtonomu ta’ Nouadhibou huwa eżenti minn kull taxxa jew imposta b’effett ekwivalenti apparti mill-ħlasijiet tal-port u l-imposti li, taħt l-istess kondizzjonijiet huma applikati għall-bastimenti tal-Mawritanja. |
2.3. |
L-aħħar vjaġġ (il-vjaġġ ta’ qabel il-ħruġ miż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja għal assenza li ma tistax tkun anqas minn tliet xhur) ma jkunx suġġett għall-obbligu tat-trasbord. |
2.4. |
Il-Mawritanja tirriżerva d-dritt li tirrifjuta t-trasbord jekk il-bastiment li jkun qiegħed iġorr il-ħut kien involut f’sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat kemm ġewwa kif ukoll barra ż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja. |
KAPITOLU VI
KONTROLL
1. Dħul u ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Mawritanja
1.1. |
Bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-bastimenti bil-konz tal-wiċċ u l-bastimenti tas-sajd pelaġiku (li l-iskadenzi tagħhom isegwu d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI ta’ dan l-Anness), il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw taħt dan il-Ftehim huma obbligati li jikkomunikaw:
|
1.2. |
Is-sidien għandhom jikkomunikaw lill-awtorità ta’ sorveljanza d-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tagħhom miż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja bil-faks, bil-posta elettronika jew bil-posta bin-numru tal-fax u l-indirizz li jinsab fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Fil-każ ta’ diffikultajiet ta’ komunikazzjoni b’dawn il-mezzi, l-informazzjoni tista’ tintbagħat eċċezzjonalment permezz tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe tibdil fin-numri tal-komunikazzjoni u fl-indirizzi għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, fi żmien 15-il jum qabel ma jidħol fis-seħħ. |
1.3. |
Matul il-preżenza tagħhom fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jissorveljaw permanentement il-frekwenzi tas-sejħa internazzjonali (VHF Kanal 16 jew HF 2 182 KHz). |
1.4. |
Mal-wasla tal-messaġġi li jinnotifikaw il-ħruġ miż-żona tas-sajd, l-awtoritajiet tal-Mawritanja jirriżervaw id-dritt li jiddeċiedu li jagħmlu verifika qabel it-tluq tal-bastimenti abbażi ta’ kampjunar li jsir madwar il-port ta’ Nouadhibou jew dak ta’ Nouakchott. Dawn il-kontrolli ma għandhomx idumu aktar minn 6 sigħat għall-pelaġiċi (il-kategoriji 7 u 8) u aktar minn 3 sigħat għall-kategoriji l-oħra. |
1.5. |
In-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq iwassal għal dawn is-sanzjonijiet:
|
1.6. |
F’każ li ma jkunx possibbli li l-bastiment li jwettaq il-ksur jiġi ddevjat, il-Ministeru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati s-sanzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1.5 ta’ hawn fuq. |
2. Spezzjonijiet fuq il-baħar
L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tal-Mawritanja tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom liċenzja ssir minn bastimenti u spetturi mill-Mawritanja identifikabbli b’mod ċar bħala dawk li huma assenjati għall-kontroll tas-sajd.
Qabel l-imbark, l-ispetturi mill-Mawritanja għandhom jinfurmaw lill-bastiment tal-Unjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.
L-ispetturi mill-Mawritanja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. L-ispezzjoni m’għandhiex iddum aktar minn tliet sigħat għall-bastimenti tas-sajd pelaġiku u siegħa u nofs għall-kategoriji l-oħrajn.
Matul l-ispezzjonijiet fuq il-baħar, it-trasbord u l-iżbark, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jiffaċilitaw l-imbark u x-xogħol tal-ispetturi tal-Mawritanja, b'mod partikolari billi jwettqu l-manutenzjoni li l-ispetturi jqisu bħala meħtieġa.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Mawritanja għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu d-dritt jagħmel xi kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea.
L-ispetturi tal-Mawritanja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptani tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea qabel ma jitilqu mill-bastiment. Il-Mawritanja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni Ewropea fi żmien erbat ijiem wara l-ispezzjoni.
3. Spezzjoni fil-port
L-ispezzjoni fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jiżbarkaw jew jittrasbordaw il-qabdiet li jkunu għamlu fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja għandha ssir minn spetturi tal-Mawritanja li jkunu identifikabbli b’mod ċar bħala spetturi maħtura għall-kontroll tas-sajd.
L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Mawritanja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-operazzjoni tal-iżbark jew ta’ trasbord u l-merkanzija. L-ispezzjoni ma għandhiex iddum aktar mill-operazzjoni ta’ żbark jew ta’ trasbord.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispettur tal-Mawritanja għandu jfassal rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea.
L-ispettur tal-Mawritanja għandu jagħti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea kif tintemm l-ispezzjoni. Il-Mawritanja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni Ewropea fi żmien 24 siegħa wara l-ispezzjoni.
4. Sistema ta’ monitoraġġ konġunt tal-kontrolli fuq l-art
Il-partijiet għandhom jistabbilixxu jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ konġunt tal-kontrolli fuq l-art. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru rappreżentanti li jassistu fl-operazzjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni mwettqa mis-servizzi nazzjonali rispettivi tal-kontroll u li jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
Dawn ir-rappreżentanti għandu jkollhom:
— |
kwalifika professjonali; |
— |
esperjenza adegwata fis-sajd; |
— |
għarfien approfondit tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokoll. |
Meta dawn ir-rappreżentanti jattendu l-ispezzjonijiet, dawn jitwettqu mis-servizzi nazzjonali tal-kontroll u dawn ir-rappreżentanti ma jistgħux, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jeżerċitaw is-setgħat ta’ spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali.
Meta dawn ir-rappreżentanti jakkumpanjaw lill-uffiċjali nazzjonali, għandu jkollhom aċċess għall-bastimenti, postijiet u dokumenti li jkunu soġġetti għall-ispezzjoni mill-uffiċjali, sabiex jiġbru informazzjoni mhux personali meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
Ir-rappreżentanti għandhom jakkumpanjaw lis-servizzi nazzjonali tal-kontroll fiż-żjarat tagħhom fil-portijiet abbord il-bastimenti mal-moll, fiċ-ċentri tal-irkant pubbliku, fil-ħwienet tal-bejjiegħa bl-ingrossa, fl-imħażen refriġerati u f’postijiet oħra għall-ħatt u l-ħażna tal-ħut qabel lma jitqiegħed fis-suq u jibda jinbiegħ.
Ir-rappreżentanti għandhom ifasslu u jippreżentaw rapport dwar il-kontrolli li jkunu attendew kull erba' xhur. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-awtoritajiet għandhom jagħtu kopja lill-Parti Kontraenti l-oħra.
Iż-żewġ partijiet jaqblu li jwettqu mill-inqas żewġ spezzjonijiet kull sena alternattivament fil-Mawritanja u fl-Ewropa.
4.1. Kunfidenzjalità
Ir-rappreżentant fl-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ konġunt għandu jirrispetta l-materjal u t-tagħmir abbord il-bastimenti u faċilitajiet oħra, kif ukoll il-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jkollu aċċess għalihom. Iż-żewġ partijiet jaqblu li jiżguraw kunfidenzjalità stretta matul operazzjonijiet bħal dawn.
Ir-rappreżentant għandu jiżvela r-riżultati tal-ħidma tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu biss.
4.2. Lokalizzazzjoni
Dan il-programm japplika għall-portijiet ta’ żbark tal-Unjoni Ewropea u għall-portijiet tal-Mawritanja.
4.3. Finanzjament
Kull parti għandha tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha tar-rappreżentant tagħha fl-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ konġunt inklużi l-ispejjeż tal-ivjaġġar u tal-akkomodazzjoni.
KAPITOLU VII
SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)
Il-monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandu jsir permezz ta’ trażmissjoni doppja skont sistema trijangulari, introdotta b’mod sperimentali matul dan il-Protokoll bil-mod li ġej:
1) |
bastiment tal-UE - FMC Stat tal-bandiera - FMC Mawritanja |
2) |
bastiment tal-UE - FMC Mawritanja - FMC Stat tal-bandiera |
1. Modi ta’ trażmissjoni
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
a) |
l-identifikazzjoni tal-bastiment; |
b) |
il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %; |
c) |
id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; |
d) |
il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa. |
L-FMC tal-Istat tal-bandiera u l-FMC tal-Mawritanja għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, jekk meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati u maħżuna b’mod sigur għal perjodu ta’ tliet snin.
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS
Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett lill-FMC tal-Istat tal-bandiera.
Fil-każ ta’ ħsara teknika jew ħsara fl-apparat ta’ monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, il-kaptan tal-bastiment għandu jittrażmetti l-informazzjoni speċifikata fil-punt 5 bil-faks fil-ħin dovut liċ-Ċentru ta’ Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-FMC tal-Mawritanja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa neċessarju li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull 4 sigħat. Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment fuq bażi ta’ kull siegħa skont ir-rekwiżiti tal-punt 5.
Iċ-Ċentru ta’ Kontroll tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat dawn il-messaġġi minnufih lill-FMC tal-Mawritanja. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien massimu ta’ 5 ijiem. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja jew jidħol f’port tal-Mawritanja. Fil-każ ta’ problema teknika gravi li tkun teħtieġ dewmien supplementari, tista’ tingħata deroga ta’ mhux aktar minn 15-il jum fuq talba tal-kaptan. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 7 għandhom ikomplu japplikaw għall-bastimenti kollha, minbarra għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn, li għandhom jerġgħu lura lejn il-port biex jitla’ abbord osservatur xjentifiku mill-Mawritanja.
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn l-FMC tal-Istat tal-bandiera u l-Mawritanja
L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati lill-FMC tal-Mawritanja u viċe versa. L-FMC tal-Istat tal-bandiera u tal-Mawritanja għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn l-FMC tal-Istat tal-bandiera u l-Mawritanja għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.
L-FMC tal-Mawritanja għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropa b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja.
4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni
Il-Mawritanja għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak tal-FMC tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien b’kull funzjonament ħażin fir-rigward tal-komunikazzjoni u tal-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.
Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għas-sanzjonijiet previsti mill-Protokoll.
KAPITOLU VIII
KSUR
1. Rapport taż-żjara u Dikjarazzjoni ta’ ksur
Ir-rapport taż-żjara li jispjega ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ksur, għandu jkun iffirmat mill-kaptan li fih jista’ jniżżel id-dikjarazzjonijiet tiegħu u li tingħatalu kopja tiegħu mill-awtorità ta’ sorveljanza. Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet tal-kaptan u l-mezzi ta’ difiża jista' jinvoka fil-konfront tar-reat li bih jiġi akkużat.
Id-dikjarazzjoni ta’ ksur għandha tiġi mfassla b'mod preċiż mill-awtorità ta’ sorveljanza fuq il-bażi tal-ksur eventwali stabbilit u rreġistrat fir-rapport ta’ spezzjoni mwettaq wara l-ispezzjoni tal-bastiment.
Il-konformità tal-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta mill-ispezzjoni teknika (Kapitolu II) għandha tiġi kkunsidrata waqt l-ispezzjoni.
2. Notifika tal-ksur
Fil-każ ta’ ksur, l-awtorità ta’ sorveljanza għandha tinnotifika, permezz ta’ ittra, id-dikjarazzjoni ta’ ksur lir-rappreżentant tal-bastiment flimkien mar-rapport taż-żjara ta’ spezzjoni. L-awtorità ta’ sorveljanza għandha tinforma dwar dan lill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien.
Fil-każ ta’ ksur li ma jistax jitwaqqaf fuq il-baħar, il-kaptan, fuq talba tal-awtorità ta’ sorveljanza għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port ta’ Nouadhibou. Fil-każ ta’ reat rikonoxxut mill-kaptan, li jista’ jieqaf fuq il-baħar, il-bastiment jista’ jkompli bis-sajd tiegħu.
Fiż-żewġ każijiet, wara li jieqaf il-ksur, il-bastiment jista’ jkompli bis-sajd tiegħu.
3. Soluzzjoni tal-ksur
Skont dan il-Protokoll, ir-reati jistgħu jiġu solvuti kemm bi proċedura ta’ ftehim bonarju, kif ukoll bi proċedura ġudizzjarja.
Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan tal-bastiment, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri bil-għan li jiġbru l-evidenza, il-Mawritanja għandha torganizza, fuq talba tal-Unjoni Ewropea jekk meħtieġ, fi żmien tlett (3) ijiem ta’ xogħol wara n-notifika tal-immobilizzazzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għall-immobilizzazzjoni tal-bastiment u l-konsegwenzi. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u rappreżentant ta’ sid il-bastiment għandhom jattendu għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni.
Għalhekk, l-awtorità ta’ sorveljanza għandha ssejjaħ lill-Kumitat tal-Ħlas. L-informazzjoni kollha dwar l-andament tal-proċedura bonarja jew ġudizzjarja rigward ir-reati mwettqa minn bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi kkomunikata fil-pront lill-Unjoni Ewropea. Jekk ikun meħtieġ, u b'deroga mogħtija mill-President tal-Kumitat tal-Ħlas, is-sid jista’ jiġi rrappreżentat fil-Kumitat tal-Ħlas minn żewġ persuni.
Il-ħlas eventwali tal-multa għandu jsir permezz ta’ trasferiment ta’ fondi sa mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tranżazzjoni. F’każ li l-bastiment ikun jixtieq joħroġ miż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja, il-ħlas irid ikun sar qabel dan il-ħruġ. L-irċevuta tat-Teżor Pubbliku, jew SWIFT awtentikata mill-Bank Ċentrali tal-Mawritanja (Banque Centrale de Mauritanie - BCM) fil-ġranet mhux tax-xogħol, għandhom iservu bħala prova tal-ħlas tal-multa għar-rilaxx tal-bastiment.
Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli, il-Ministeru għandu jibgħat il-fajl lill-prosekutur pubbliku mingħajr dewmien. Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja li tkopri kwalunkwe multa. Il-bastiment għandu jiġi rilaxxat 72 siegħa wara d-data tad-depożitu tal-garanzija. Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm tintemm il-proċeduri legali. Din għandha tiġi rilaxxata mill-Ministeru hekk kif il-proċedura tispiċċa mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa, il-ħlas tal-multa għandu jsir skont ir-regolamenti fis-seħħ, li jipprovdu b’mod partikolari li l-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata ladarba l-ħlas isir fi żmien 30 jum wara s-sentenza.
Il-bastiment jiġi rilaxxat, u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port meta:
— |
l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ kompromess jiġu ssodisfati; |
— |
l-garanzija bankarja msemmija fil-paragrafu 5 hawn fuq tkun ġiet preżentata u aċċettata mill-Ministeru, sakemm jitlestew il-proċeduri legali. |
KAPITOLU IX
TLUGĦ ABBORD TAL-BAĦRIN TAL-MAWRITANJA
1. |
Ħlief għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jridu bil-fors itellgħu, tal-anqas, baħri mill-Mawritanja għal kull bastiment u l-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief li għandhom, bil-fors, jtellgħu 3 baħrin mill-Mawritanja għal kull bastiment, kull bastiment tal-Unjoni Ewropea huwa obbligat li jtella’ abbord, matul iż-żmien kollu li l-bastiment jagħmel fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja, 60 % tal-baħrin mill-Mawritanja magħżula liberament abbażi ta’ lista mfassla mill-Ministeru, minbarra l-uffiċjali. Madankollu, f’każ ta’ tlugħ abbord ta’ uffiċjali studenti mill-Mawritanja, in-numru tagħhom jitnaqqas minn dak tal-baħrin mill-Mawritanja. |
2. |
Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jikkomunikaw lill-Ministeru l-ismijiet tal-baħrin mill-Mawritanja li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, u jindikaw ir-rwol tagħhom fl-ekwipaġġ kif irreġistrati. |
3. |
Id-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika bi dritt sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Din tikkonċerna b’mod partikolari l-liberta ta’ assoċjazzjoni u ta’ għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet. |
4. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-Mawritanja, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom flimkien mal-awtorità kompetenti tal-Mawritanja. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali li tapplika għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u inċident. |
5. |
Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkomunika, fi żmien xahrejn wara l-għoti tal-liċenzja, kopja tal-imsemmi kuntratt li jkun ittimbrat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, direttament lill-Ministeru. |
6. |
Is-salarju tal-baħrin mill-Mawritanja jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Huwa jiġi stabbilit qabel ma jingħataw il-liċenzji, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin mill-Mawritanja kkonċernati jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin mill-Mawritanja ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Mawritanja, u jridu jkunu konformi, jew superjuri għan-normi tal-ILO. |
7. |
Jekk baħri wieħed jew aktar impjegati abbord ma jiġux fil-ħin iffissat għat-tluq tal-bastiment, dan huwa awtorizzat li jibda l-ħruġ previst wara li jkun informa lill-awtoritajiet kompetenti tal-port tal-imbark bin-nuqqas fl-għadd meħtieġ ta’ baħrin u wara li jkun aġġorna l-lista tal-ekwipaġġ tiegħu. Dawn l-awtoritajiet jinfurmaw lill-awtorità ta’ sorveljanza. |
8. |
Is-sid huwa responsabbli li jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura ruħu li l-bastiment tiegħu jtella’ n-numru ta’ baħrin meħtieġa skont dan il-Ftehim, sa mhux aktar tard mill-ħruġ fuq il-baħar li jkun imiss. |
9. |
Fil-każ li l-baħrin mill-Mawritanja ma jitilgħux abbord għal raġunijiet oħrajn li mhux dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea huma obbligati li jħallsu somma fissa ta’ EUR 20 għal kull jum ta’ sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja għal kull baħri, fi żmien massimu ta’ 3 xhur. |
10. |
Il-ħlas għall-baħrin li ma jittellgħux abbord isir skont l-għadd ta’ jiem ta’ sajd effettivi u mhux skont kemm iddum il-liċenzja. |
11. |
Din is-somma tintuża għat-taħriġ ta’ sajjieda mill-Mawritanja u għandha tiġi ddepożitata fil-kont indikat fil-Kapitolu I, dispożizzjonijiet ġenerali ta’ dan l-Anness. |
12. |
L-Unjoni Ewropea, kull semestru, għandha tibgħat lill-Ministeru l-lista tal-baħrin mill-Mawritanja li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, fejn tissemma’ r-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru tan-nies tal-baħar u l-indikazzjoni tal-bastimenti li fuqhom dawn ittellgħu. |
13. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt 7 hawn fuq, jekk is-sidien jibqgħu ma jirrispettawx, b’mod ripetut, it-tlugħ abbord tan-numru ta’ baħrin mill-Mawritanja previst, il-liċenzja tas-sajd tal-bastiment tiġi awtomatikament sospiża sa ma jitwettaq dan l-obbligu. |
KAPITOLU X
OSSERVATURI XJENTIFIĊI
Sistema ta’ osservazzjoni hija stabbilita abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea.
1. |
Għal kull kategorija ta’ sajd iż-żewġ Partijiet għandhom jagħżlu mill-inqas żewġ bastimenti fis-sena li għandhom jimbarkaw abbord osservatur xjentifiku mill-Mawritanja, ħlief għall-bastimenti tas-sajd tat-tonn bit-tartarun, li għalihom l-imbark isir fuq it-talba tal-Ministeru. Fil-każijiet kollha, jista’ jkun hemm osservatur wieħed biss kull darba għal kull bastiment. L-osservatur xjentifiku għandu jibqa’ abbord bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita ta’ kwalunkwe Parti, dan l-imbark jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. |
2. |
Il-Ministeru għandu jinforma lill-Unjoni Ewropea dwar l-ismijiet tal-osservaturi xjentifiċi maħtura, li jkollhom id-dokumenti meħtieġa, tal-anqas sebat ijiem tax-xogħol qabel id-data prevista għat-tlugħ tagħhom abbord. |
3. |
L-ispejjeż kollha marbuta mal-attivitajiet tal-osservaturi xjentifiċi, inkluż is-salarju, ir-remunerazzjoni, il-kumpens tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-Ministeru. |
4. |
Il-Ministeru għandu jagħmel l-arranġamenti kollha għall-imbark u l-iżbark tal-osservatur xjentifiku. Il-kundizzjonijiet abbord tal-osservatur xjentifiku għandhom ikunu l-istess bħal dawk ta’ uffiċjal tal-bastiment. L-osservatur xjentifiku għandu jkun offrut il-faċilitajiet kollha meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi tal-komunikazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet ta’ sajd tal-bastiment, jiġifieri l-ġurnal tas-sajd, il-ġurnal tas-sajd supplementari u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ osservazzjoni tiegħu. |
5. |
L-osservatur xjentifiku għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment magħżul lejliet id-data stabbilita għat-tlugħ abbord tiegħu. F’każ li l-osservatur xjentifiku ma jippreżentax ruħu, il-kaptan tal-bastiment jinforma lill-Ministeru u lill-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, il-bastiment għandu l-jedd jitlaq mill-port. Madankollu, il-Ministeru jista’ mingħajr dewmien u bi spejjeż tiegħu, itella’ abbord osservatur xjentifiku ġdid, mingħajr ma jtellef l-attività ta’ sajd tal-bastiment. |
6. |
L-osservatur xjentifiku għandu jkollu:
|
7. |
L-osservatur xjentifiku għandu jara li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jaħdmu fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja. Huwa għandu jagħmel rapport ta’ dan. B’mod partikolari, hu għandu:
|
8. |
Il-kompiti kollha ta’ osservazzjoni huma llimitati għall-attivitajiet tas-sajd u għall-attivitajiet relatati li huma rregolati minn dan il-Protokoll. |
9. |
L-osservatur xjentifiku għandu
|
10. |
Fit-tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur xjentifiku għandu jagħmel rapport skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan tal-bastiment meta l-osservatur xjentifiku jitniżżel l-art kif ukoll lill-Ministeru u lill-Unjoni Ewropea. |
KAPITOLU XI
IL-BASTIMENTI LI JISTADU GĦALL-ISPEĊIJIET LI JPASSU ĦAFNA
1. |
Il-liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u għall-bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ jinħarġu għall-perjodi li jaqblu mas-snin kalendarji ħlief għall-ewwel u l-aħħar sena ta’ dan il-Protokoll. Meta jiġu ppreżentati l-provi tal-ħlas bil-quddiem, il-Ministeru joħroġ il-liċenzja u jirreġistra l-bastiment ikkonċernat fuq il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati li jistadu u li għandha tintbagħat lill-awtorità ta’ sorveljanza u lill-Unjoni Ewropea. |
2. |
Qabel ma jirċievi l-liċenzja tiegħu, kull bastiment li jkun qed jopera għall-ewwel darba fil-kuntest tal-ftehim, għandu jersaq għall-ispezzjonijiet previsti mir-regolamentazzjoni fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jseħħu f’port barrani li jrid ikun hemm qbil dwaru. L-ispejjeż kollha marbuta ma’ din l-ispezzjoni għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. |
3. |
Il-bastimenti li jibbenefikaw mil-liċenzji tas-sajd fil-pajjiżi tas-sottoreġjun jistgħu jsemmu fuq l-applikazzjoni għal liċenzja, il-pajjiż, l-ispeċi(jiet) u t-tul tal-validità tal-liċenzji tagħhom bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul u l-ħruġ tagħhom miż-żona tas-sajd. |
4. |
Il-liċenzji jinħarġu wara l-ħlas, permezz ta’ trasferiment f’wieħed mill-kontijiet kif definit fil-Kapitolu I, ta’ somma fissa li tikkorrispondi għall-ħlas bil-quddiem indikat fl-iskedi tekniċi inklużi fil-Protokoll. Din is-somma globali għandha tkun stabbilita pro rata għaż-żmien tal-validità tal-liċenzja għall-ewwel u l-aħħar sena tal-Protokoll. F’dak li jirrigwarda t-taxxa parafiskali, din għandha titħallas pro rata għaż-żmien fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja. Ix-xhur ta’ ħlas jitqiesu bħala perjodi ta’ 30 jum ta’ sajd effettiv. Din id-dispożizzjoni tippreżerva l-karattru integrali ta’ din it-taxxa u għalhekk kull xahar ta’ ħlas mibdi għandu jitħallas. Bastiment li jkun stad bejn 1 u 30 jum f’sena, għandu jħallas taxxa għal xahar. It-tieni xahar ta’ ħlas minn din it-taxxa jkun dovut wara l-ewwel perjodu ta’ 30 jum u kull perjodu bħal dan sussegwenti. Il-ħlasijiet addizzjonali kull xahar għandhom isiru sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara l-ewwel jum ta’ kull perjodu komplementari. |
5. |
Fuq il-bastimenti għandu jinżamm ġurnal ta’ abbord, skont il-mudell mehmuż fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness, għal kull perjodu tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawritanja. Dan għandu jimtela anke f’każ fejn ma jinqabdux ħut. |
6. |
Soġġett għall-verifiki li tkun tixtieq twettaq il-Mawritanja, l-Unjoni Ewropea għandha tissottometti lill-Ministeru, qabel il-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rendikont tat-tariffi dovuti għas-sena tas-sajd preċedenti, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet stabbiliti minn kull sid u vvalidati mill-istituti xjentifiċi responsabbli għall-verifika ta’ dejta dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de recherche pour le développement), l-IEO (Instituto Espanol de Oceanografia), l-INIAP (Instituto Nacional de Investigação Agrária e das Pescas) u l-IMROP (Institut mauritanien de recherches océanographiques et des pêches). |
7. |
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). |
8. |
Għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, ir-rendikont tat-tariffi dovuti għas-sena tas-sajd preċedenti għandu jiġi nnotifikat fl-4 xhur wara li jkun skada il-Protokoll. |
9. |
Ir-rendikont finali għandu jintbagħat lis-sidien ikkonċernati, li għandhom 30 jum, li jibdew jgħoddu min-notifika u l-approvazzjoni tal-ammonti totali mill-Ministeru, biex jonoraw l-obbligi finanzjarji tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti rispettivi. Il-ħlas dovut f’EUR, maħruġ f’isem it-Teżor Pubbliku fil-kont imsemmi fil-Kapitolu I, għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahar u nofs wara n-notifika msemmija. Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni finali huwa anqas mit-total tal-ħlas bil-quddiem stipulat fil-punt 3, id-differenza li tirriżulta minn dan ma titħallasx lura lis-sid. |
10. |
Fit-3 sigħat ta’ qabel kull dħul u ħruġ miż-żona, il-bastimenti għandhom jikkomunikaw direttament lill-awtoritajiet tal-Mawritanja, b’mezz elettroniku, u, jekk dan mhux possibbli, permezz tar-radju, il-pożizzjoni tagħhom u l-qabdiet li jkollhom abbord. L-indirizzi u l-frekwenza tar-radju huma kkomunikati mill-awtorità ta’ sorveljanza. |
11. |
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Mawritanja u bi qbil komuni mas-sidien ikkonċernati, għandhom itellgħu abbord osservatur xjentifiku għal kull bastiment għal perjodu miftiehem. SKEDI TEKNIĊI
|
Appendiċi 1
FTEHIM TAS-SAJD MAWRITANJA – UNJONI EWROPEA
APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD
Test ta 'immaġni
Appendiċi 4
Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, fir-rigward tad-daqsijiet minimi tal-qabdiet miżmuma abbord
Taqsima III: Id-daqsijiet u piżijiet minimi tal-ispeċijiet
1. |
Id-dimensjonijiet minimi tal-ispeċijiet iridu jitkejlu:
Il-ponta tar-rostru tfisser l-estensjoni tal-qoxra li tinsab fil-parti tan-nofs tan-naħa ta’ quddiem taċ-ċefalotoraċi. Għall-awwista roża, il-punt ta’ referenza huwa n-nofs tal-parti mdaħħla l-ġewwa tal-qoxra li tinsab bejn iż-żewġ qrun ta’ quddiem. |
2. |
Id-daqsijiet u l-piżjiet minimi tal-ħut tal-baħar, ċefalopodi u krustaċi li s-sajd għalihom huwa awtorizzat huma:
|
Appendiċi 5
Lista ta’ fatturi ta’ konverżjoni
RATI TA' KONVERŻJONI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦALL-PRODOTTI LESTI TAS-SAJD, MIKSUBA MINN SPEĊIJIET PELAĠIĊI ŻGĦAR IPPROĊESSATI ABBORD IL-BASTIMENTI
Produzzjoni |
Metodu ta’ pproċessar |
Rata ta’ konverżjoni |
Laċċa |
||
Bla ras |
Qtugħ manwali |
1,416 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ manwali |
1,675 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ bil-magni |
1,795 |
Kavalli |
||
Bla ras |
Qtugħ manwali |
1,406 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ manwali |
1,582 |
Bla ras |
Qtugħ bil-magni |
1,445 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ bil-magni |
1,661 |
Sabres |
||
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ manwali |
1,323 |
Flettijiet |
Qtugħ manwali |
1,340 |
Bla ras, imnaddfa (qatgħa speċjali) |
Qtugħ manwali |
1,473 |
Sardin |
||
Bla ras |
Qtugħ manwali |
1,416 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ manwali |
1,704 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ bil-magni |
1,828 |
Sawrell |
||
Bla ras |
Qtugħ manwali |
1,570 |
Bla ras |
Qtugħ bil-magni |
1,634 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ manwali |
1,862 |
Bla ras, imnaddfa |
Qtugħ bil-magni |
1,953 |
NB: Għall-ipproċessar tal-ħut f'għalf, ir-rata ta’ konverżjoni aċċettata hija ta’ 5.5 tunnellati ta’ ħut frisk għal kull tunnellata (1) ta’ għalf.
Appendiċi 7
LIMITI TAŻ-ŻONI TAS-SAJD TAL-MAWRITANJA
Koordinati taż-ŻEE/Protokoll
VMS UE
1 |
Limiti tal-konfini tan-Nofsinhar |
Lat. |
16° |
04′ |
N |
Lonġ. |
19° |
58′ |
W |
2 |
Koordinati |
Lat. |
16° |
30′ |
N |
Lonġ. |
19° |
54′ |
W |
3 |
Koordinati |
Lat. |
17° |
00′ |
N |
Lonġ. |
19° |
47′ |
W |
4 |
Koordinati |
Lat. |
17° |
30′ |
N |
Lonġ. |
19° |
33′ |
W |
5 |
Koordinati |
Lat. |
18° |
00′ |
N |
Lonġ. |
19° |
29′ |
W |
6 |
Koordinati |
Lat. |
18° |
30′ |
N |
Lonġ. |
19° |
28′ |
W |
7 |
Koordinati |
Lat. |
19° |
00′ |
N |
Lonġ. |
19° |
43′ |
W |
8 |
Koordinati |
Lat. |
19° |
23′ |
N |
Lonġ. |
20° |
01′ |
W |
9 |
Koordinati |
Lat. |
19° |
30′ |
N |
Lonġ. |
20° |
04′ |
W |
10 |
Koordinati |
Lat. |
20° |
00′ |
N |
Lonġ. |
20° |
14,5′ |
W |
11 |
Koordinati |
Lat. |
20° |
30′ |
N |
Lonġ. |
20° |
25,5′ |
W |
12 |
Limiti tal-konfini tat-Tramuntana |
Lat. |
20° |
46′ |
N |
Lonġ. |
20° |
04,5′ |
W |
ANNESS 2
APPOĠĠ FINANZJARJU GĦALL-PROMOZZJONI TA’ SAJD RESPONSABBLI U SOSTENIBBLI
1. Suġġett u ammonti
L-Appoġġ finanzjarju jikkostitwixxi għajnuna pubblika għall-iżvilupp, indipendenti mill-komponent kummerċjali msemmi fl-Art. 7 (1)(a) tal-Ftehim u l-Art. 2 (1) ta’ dan il-Protokoll.
L-Appoġġ finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(2) ta’ dan il-Protokoll, jammonta għal EUR 3 miljun fis-sena. Huwa għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sajd responsabbli u sostenibbli fiż-żoni tas-sajd tal-Mawritanja, b’mod konsistenti mal-għanijiet strateġiċi ta’ preżervazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u ta’ integrazzjoni aqwa tas-settur fl-ekonomija nazzjonali.
L-Appoġġ finanzjarju jikkonsisti fi tliet oqsma ta’ intervent, kif ġej:
|
Azzjonijiet |
||
|
Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd (MOFRI, ONISPA, ENEMP) |
||
|
Appoġġ għall-attivitajiet tad-DSPCM |
||
|
Preżervazzjoni tal-ambjent tal-baħar u kostali (PNBA u DNP) |
2. Benefiċjarji
Il-benefiċjarji ta’ dan l-Appoġġ huma, rispettivament, il-Ministeru tas-Sajd u l-Ministeru għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli. Il-benefiċjarji istituzzjonali għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Ministeru tal-Finanzi.
3. Qafas ta’ implimentazzjoni
L-Unjoni Ewropea u l-Mawritanja għandhom jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal dan l-Appoġġ, il-bażi legali, l-ipprogrammar, monitoraġġ u l-evalwazzjoni kif ukoll it-termini ta’ ħlas.
4. Viżibbiltà
Il-Mawritanja tintrabat li tiżgura l-viżibbiltà tal-azzjonijiet implimentati permezz ta’ dan l-Appoġġ. Għal dan il-għan, il-benefiċjarji għandhom jikkoordinaw mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Nouakchott sabiex jimplimentaw il-"linji gwida tal-viżibbiltà" kif definiti mill-Kummissjoni Ewropea. B’mod partikolari, kull proġett għandu jkun akkumpanjat minn klawsola ta’ viżibbiltà għall-Appoġġ tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri permezz tal-preżentazzjoni tal-logo ("EU flag"). Fl-aħħar nett, il-Mawritanja għandha tibgħat pjan tal-inawgurazzjonijiet lill-Unjoni Ewropea.
REGOLAMENTI
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/85 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1258/2012
tat-28 ta’ Novembru 2012
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija”). |
(2) |
Fl-10 ta’ Mejju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (“il-Protokoll il-ġdid”). Il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar għandu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
(3) |
Fit-28 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/826/UE (2) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. |
(4) |
Il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandha tiġi ddefinita għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jipprevedi illi jekk ikun jidher li l-awtorizzazzjonjiet għall-attivitajiet tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll il-ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. F’każ li ma tintbagħatx risposta sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perjodu kkonċernat. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita. |
(6) |
Minħabba li huwa previst li l-Protokoll jiġi applikat b’mod proviżorju mid-data tal-firma tiegħu u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013, huwa xieraq illi dan ir-Regolament jibda japplika mid-data hekk iddeterminata. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (“il-Protokoll”) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
Tip ta’ bastiment |
Stat Membru |
Opportunitajiet tas-sajd |
Bastimenti tas-sajd bit-tartarun għat-tonn |
Spanja |
21 |
Franza |
18 |
|
L-Italja |
1 |
|
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ aktar minn 100 TG |
Spanja |
17 |
Franza |
9 |
|
Il-Portugall |
5 |
|
Ir-Renju Unit |
3 |
|
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ 100 TG jew anqas |
Franza |
22 |
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija.
3. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jeżawrixxux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tinfurmahom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll u, l-aktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
(2) Ara l-paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/87 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1259/2012
tat-3 ta’ Diċembru 2012
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1801/2006
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (“il-Ftehim ta’ Sħubija”) (1). |
(2) |
Fis-26 ta’ Lulju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (“il-Protokoll il-ġdid”). Dan il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
(3) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/827/ UE (2) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. |
(4) |
Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu li fih japplika l-Protokoll il-ġdid. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jipprevendi li f’każ li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll il-ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu kkonċernat. Jeħtieġ li dik l-iskadenza tiġi stabbilita. |
(6) |
Il-Protokoll attwali skada fil-31 ta’ Lulju 2012. Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd iffissati taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (“il-Protokoll”) għandhom iqisu l-qbid li sar bejn l-2008 u l-2012 u għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
(a) |
Kategorija 1 - Bastimenti tas-sajd li jispeċjalizzaw fil-krustaċi ħlief għall-awwisti mxewwka u l-granċijiet (għadd massimu ta’ bastimenti: 36)
|
(b) |
Kategorija 2 - Bastimenti tat-tkarkir (li ma jkunux mgħammra bi friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-marlozz l-iswed (għadd massimu ta’ bastimenti: 11)
|
(c) |
Kategorija 3 -Bastimenti tas-sajd għal speċijiet demersali ħlief il-marlozz l-iswed, b’irkaptu li ma jkunx jinkludi x-xbieki tat-tkarkir (għadd massimu ta’ bastimenti: 9)
|
(d) |
Kategorija 4 — Bastimenti li jistadu għall-granċijiet
|
(e) |
Kategorija 5 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni
|
(f) |
Kategorija 6 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
|
(g) |
Kategorija 7 — Bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd pelaġiku li jkunu mgħammra bi friża (għadd massimu ta’ bastimenti: 19; massimu ta’ żewġ (2) bastimenti jistgħu, f’każ li ma jintużawx, jiżdiedu mal-kategorija 8)
Fi kwalunkwe żmien wieħed massimu ta’ dsatax-il bastiment jistgħu jiġu mibgħuta fl-ibħra tal-Mawritanja. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ użu tal-liċenzji fil-kategorija 8, massimu ta’ sittax-il liċenzja ta’ tliet xhur jistgħu jiżdiedu mal-kategorija 8. Waqt is-sentejn ta’ validità tal-protokoll, in-numru li ġej ta’ liċenzji ta’ tliet xhur għandhom jinżammu mill-Istati Membri:
L-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk ċerti liċenzji jistgħux ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra. |
(h) |
Kategorija 8 - Bastimenti tas-sajd pelaġiku li ma jkunux mgħammra bi friża:
|
Dawn l-opportunitajiet ta’ sajd jistgħu, f’każ li ma jintużawx, jiġu ttrasferiti għall-kategorija 7 skont il-kriterji ta’ allokazzjoni ta’ dik il-kategorija.
Massimu ta’ sittax-il liċenzja ta’ tliet xhur jistgħu jingħataw fl-ibħra tal-Mawritanja. F’każ ta’ nuqqas ta’ użu, dawn il-liċenzji jistgħu jiġu trasferiti għall-kategorija 7.
L-Irlanda għandu jkollha sittax-il liċenzja ta’ tliet xhur (bi trasferiment possibbli għall-kategorija 7 jekk ma jiġux utilizzati(.
L-Irlanda għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena ta’ validità tal-Protokoll, jekk l-opportunitajiet jistgħux isiru disponibbli għal Stati Membri oħra.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija.
3. Jekk l-applikazzjonjiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.
Artikolu 2
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1801/2006 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SYLIKIOTIS
(1) ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.
(2) Ara l-paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.
31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/89 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1260/2012
tas-17 ta’ Diċembru 2012
li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE tal-10 ta’ Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni Nru 2011/167/UE il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit (minn hawn ’il quddiem "l-Istati Membri parteċipanti") ġew awtorizzati sabiex jistabbilixxu l-kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (2), ċerti privattivi Ewropej mogħtija mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (minn hawn 'il quddiem "EPO") skont ir-regoli u l-proċeduri tal-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej tal-5 ta’ Ottubru 1973, kif reveduta fis-17 ta’ Diċembru 1991 u fid-29 ta’ Novembru 2000 (minn hawn ’il quddiem "KEP") għandhom, fuq talba tal-propjetarju tal-privattiva jibbenefikaw minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti. |
(3) |
L-arranġamenti għat-traduzzjoni għal privattivi Ewropej li jibbenefikaw minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti (minn hawn ’il quddiem "Privattiva Ewropea b’effett unitarju") għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ Regolament separat skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(4) |
Skont id-Deċiżjoni 2011/167/UE l-arranġamenti għat-traduzzjoni għal privattivi Ewropej b’effett unitarju għandhom ikunu sempliċi u, kosteffettivi. Huma għandhom jikkorrispondu għal dawk previsti fil-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għat-traduzzjoni għall-privattiva tal-Unjoni Ewropea, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2010, flimkien mal-elementi ta’ kompromess proposti mill-Presidenza f’Novembru 2010 li kellhom appoġġ wiesa’ fil-Kunsill. |
(5) |
Tali arranġamenti għat-traduzzjoni għandhom jiżguraw ċertezza legali u jistimulaw l-innovazzjoni u għandhom, b’mod partikolari, ikunu ta’ benefiċċju għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Għandhom jagħmlu l-aċċess għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju u għas-sistema sħiħa tal-privattivi aktar faċli, inqas għali u legalment sikur. |
(6) |
Ladarba l-EPO huwa responsabbli għall-għoti tal-privattivi Ewropej, l-arranġamenti għat-traduzzjoni għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandhom jibnu fuq il-proċedura attwali fl-EPO. Dawk l-arranġamenti għandhom jimmiraw li jiksbu l-bilanċ meħtieġ bejn l-interessi tal-operaturi ekonomiċi u l-interess pubbliku, f’termini tal-ispejjeż tal-proċedimenti u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni teknika. |
(7) |
Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti transitorji, fejn l-ispeċifikazzjoni ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju tkun ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 14(6) tal-KEP, ma għandux ikun hemm ħtieġa ta’ aktar traduzzjonijiet. L-Artikolu 14(6) tal-KEP jipprevedi li l-ispeċifikazzjoni ta’ privattiva Ewropea tiġi ppubblikata fil-lingwa tal-proċedimenti quddiem l-EPO u tinkludi traduzzjoni tat-talbiet fiż-żewġ lingwi uffiċjali l-oħra tal-EPO. |
(8) |
Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna privattiva Ewropea b’effett unitarju, huwa rekwiżit leġittimu li l-proprjetarju tal-privattiva fuq talba tal-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, għandu jipprovdi traduzzjoni sħiħa tal-privattiva f’lingwa uffiċjali jew tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew l-Istat Membru fejn tkun domiċiljata l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur. Il-proprjetarju tal-privattiva għandu jkun meħtieġ ukoll li jipprovdi, fuq talba tal-qorti kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti għal tilwim li jikkonċerna l-privattiva Ewropea b’effett unitarju, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva fil-lingwa użata fil-proċedimenti ta’ dik il-qorti. Dawn it-traduzzjonijiet m’għandhomx jitwettqu permezz ta’ mezzi awtomatizzati u għandhom jiġu pprovduti bi spejjeż tal-proprjetarju tal-privattiva. |
(9) |
Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna talba għal ħsarat, il-qorti li tkun qed tisma’ t-tilwima għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt, li qabel ma ġiet ipprovduta bi traduzzjoni fil-lingwa tiegħu, il-persuna li allegatament wettqet il-ksur setgħet aġixxiet in buona fede u setgħet ma kinitx taf jew ma kellhiex raġunijiet raġonevoli sabiex tkun taf li qed tikser il-privattiva. Il-qorti kompetenti għandha tivvaluta ċ-ċirkostanzi tal-każ individwali u, inter alia, għandha tqis jekk il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur hijiex SME li topera biss fuq livell lokali, il-lingwa tal-proċedimenti quddiem l-EPO u, matul il-perijodu transitorju, it-traduzzjoni sottomessa flimkien mat-talba għal effett unitarju. |
(10) |
Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju, b'mod partikolari għall-SMEs, l-applikanti għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tal-privattivi tagħhom fl-EPO fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bħala miżura komplementari, ċerti applikanti li jiksbu privattivi Ewropej b’effett unitarju, wara li jkunu daħħlu applikazzjoni għal privattiva Ewropea f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-EPO u li jkollhom ir-residenza jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni, għandhom jirċievu rimborsi addizzjonali tal-ispejjeż tat-traduzzjoni mill-lingwa tal-applikazzjoni tal-privattiva fil-lingwa tal-proċedimenti tal-EPO, lil hinn minn dak li huwa fis-seħħ fl-EPO. Dawn ir-rimborsi għandhom jiġu amministrati mill-EPO skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012. |
(11) |
Sabiex jiġu promossi d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-privattiva u t-tixrid tal-għarfien teknoloġiku, it-traduzzjonijiet awtomatiċi tal-applikazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni għandhom ikunu disponibbli mill-aktar fis possibbli. Qed jiġu żviluppati traduzzjonijiet awtomatiċi mill-EPO li huma għodda importanti ħafna bil-għan li ttejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-privattiva u li xxerred b'mod wiesa’ l-għarfien teknoloġiku. Id-disponibbilità fil-ħin u ta’ kwalita għolja ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ applikazzjonijiet għal privattiva Ewropea u speċifikazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-utenti kollha tas-sistema Ewropea tal-privattiva. Traduzzjonijiet awtomatiċi huma fattur importanti fil-politika tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-traduzzjonijiet awtomatiċi għandhom iservu biss għal finijiet ta’ informazzjoni u m’għandu jkollhom l-ebda effett legali. |
(12) |
Matul perijodu transitorju, qabel ma ssir disponibbli sistema ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ kwalità għolja fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, talba għal effett unitarju skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 għandha tiġi akkumpanjata bi traduzzjoni sħiħa tal-ispeċifikazzjoni tal-privattiva bl-Ingliż fejn il-lingwa tal-proċedimenti quddiem l-EPO hija l-Franċiż jew il-Ġermaniż, jew fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istati Membri li hija lingwa uffiċjali tal-Unjoni fejn il-lingwa tal-proċedimenti quddiem l-EPO hija l-Ingliż. Dawk l-arranġamenti jiżguraw li matul perijodu transitorju, il-privattivi Ewropej kollha b’effett unitarju jsiru disponibbli bl-Ingliż li hija l-lingwa li normalment tintuża fil-qasam tar-riċerka u pubblikazzjonijiet teknoloġiċi internazzjonali. Barra minn hekk, dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw li fir-rigward ta’ privattivi Ewropej b'effett unitarju, it-traduzzjonijiet jiġu ppubblikati f’lingwi uffiċjali oħra tal-Istati Membri parteċipanti. Dawn it-traduzzjonijiet m'għandhomx jitwettqu permezz ta’ mezzi awtomatizzati u l-kwalità għolja tagħhom għandha tikkontribwixxi għat-taħriġ ta’ magni ta’ traduzzjoni mill-EPO. Dawn ser isaħħu wkoll it-tixrid ta’ informazzjoni tal-privattivi. |
(13) |
Il-perijodu transitorju għandu jintemm malli jkunu disponibbli traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ kwalità għolja fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, soġġett għal evalwazzjoni regolari u oġġettiva tal-kwalità minn kumitat espert indipendenti stabbilit mill-Istati Membri parteċipanti fil-qafas tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-EPO u utenti tas-sistema tal-privattiva Ewropea. Meta jitqies l-istat tal-iżvilupp teknoloġiku, il-perijodu massimu għall-iżvilupp ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ kwalità għolja ma għandhux jitqies li jaqbeż it-12-il sena. Konsegwentement, il-perijodu transitorju għandu jiskadi 12-il sena mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx ġie deċiż li dak il-perijodu jintemm qabel. |
(14) |
Ladarba d-dispożizzjonijiet sostantivi applikabbli għal privattiva Ewropea b’effett unitarju jiġu rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 u jiġu kompluti mill-arranġamenti għat-traduzzjoni previsti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) Nru 1257/2012. |
(15) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw il-lingwi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 342 tat-TFUE u għar-Regolament tal-Kunsill Nru. 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (3). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-reġim lingwistiku tal-EPO u m’għandux jitqies bħala li joħloq reġim lingwistiku speċifiku għall-Unjoni, jew li joħloq preċedent għal reġim limitat ta’ lingwa fi kwalunkwe strument legali futur tal-Unjoni. |
(16) |
Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ reġim ta’ traduzzjoni uniformi u sempliċi għal privattivi Ewropej b’effett unitarju, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba ir-raġunijiet ta’ skala u effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri konformement mall-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konfermement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata bid-Deċiżjoni Nru 2011/167/UE fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
"Privattiva Ewropea b’effett unitarju" tfisser privattiva Ewropea li tibbenefika minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti permezz tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012; |
(b) |
"Il-lingwa tal-proċedimenti" tfisser il-lingwa użati fil-proċedimenti quddiem l-EPO kif definita fl-Artikolu 14(3) tal- tal-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej tal-5 ta’ Ottubru 1973, kif reveduta fis-17 ta’ Diċembru 1991 u fid-29 ta’ Novembru 2000 (minn hawn ’il quddiem "KEP"). |
Artikolu 3
Arranġamenti għat-traduzzjoni għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 6 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-ispeċifikazzjoni tal-privattiva Ewropea, li tibbenefika minn effett unitarju tkun ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 14(6) tal-KEP, ma għandhux ikun hemm ħtieġa ta’ aktar traduzzjonijiet.
2. Talba għal effett unitarju kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 għandha tiġi sottomessa fil-lingwa tal-proċedimenti.
Artikolu 4
Traduzzjoni fil-każ ta’ tilwima
1. Fil-każ ta’ tilwima relatata ma’ allegat ksur tal-privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi fuq it-talba u l-għażla tal-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva Ewropea b'effett unitarju f’lingwa uffiċjali jew tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew tal-Istat Membru fejn tkun domiċiljata l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur.
2. Fil-każ ta’ tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi matul il-proċedimenti legali, fuq it-talba tal-qorti kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti għal tilwim li jikkonċerna l-privattivi Ewropej b'effett unitarju, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva fil-lingwa użata fil-proċedimenti ta’ dik il-qorti.
3. L-ispejjeż tat-traduzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-proprjetarju tal-privattiva.
4. Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna talba għal ħsarat, il-qorti li qed tisma' t-tilwima għandha tevalwa u tqis, b'mod partikolari fejn il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur tkun SME, persuna fiżika jew organizzazjoni mhux bi profitt, università jew organizzazjoni pubblika ta’ riċerka, jekk il persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur aġixxiet mingħajr ma kienet taf jew mingħajr ma kellha raġunijiet raġonevoli sabiex tkun taf li hi qedha tikser il-privattiva Ewropea b'effett unitarju qabel ma ġiet ipprovduta bit-traduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 5
Amministrazzjoni ta’ skema għal kumpens
1. Minħabba li l-applikazzjonijiet għall-privattiva Ewropea jistgħu jiġu ppreżentati f'kull lingwa taħt l-Artikolu 14(2) tal-KEP, l-Istat Membru parteċipanti għandu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 jagħti lill-EPO, skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-KEP, il-kompitu tal-amministrazzjoni għal skema ta’ kumpens ta’ rimbors għall-ispejjeż kollha ta’ traduzzjoni sa limitu, għall-applikanti li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-privattiva fl-EPO f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li mhijiex lingwa uffiċjali tal-EPO.
2. L-iskema ta’ kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun iffinanzjata mit-tariffi imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 u għandu jkun disponibbli biss għal SMEs, persuni fiżiċi, organizzazjoni mhux bi profitt, universitajiet, u organizazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka li għandhom ir-residenza tagħhom u l-post prinċipali tan-negozju fi ħdan Stat Membru.
Artikolu 6
Miżuri transitorji
1. Matul perijodu transitorju li jibda mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament talba għal effett unitarju kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 għandha tkun sottomessa flimkien ma’ dan li ġej:
(a) |
fejn il-lingwa tal-proċedimenti hija l-Franċiż jew il-Ġermaniż, traduzzjoni sħiħa tal-ispeċifikazzjonijiet tal-privattiva Ewropea bl-Ingliż; jew |
(b) |
fejn il-lingwa tal-proċedimenti hija l-Ingliż, traduzzjoni sħiħa tal-ispeċifikazzjonijiet tal-privattiva Ewropea fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni. |
2. Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-EPO, skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-KEP, il-kompitu tal-pubblikazzjoni tat-traduzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-aktar fis possibbli wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għal effett unitarju kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012. It-test ta’ dawn it-traduzzjonijiet m’għandu jkollu l-ebda effett legali u għandu jkun għall-finijiet ta’ informazzjoni biss.
3. Sitt snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kull sentejn minn dak inhar, kumitat espert indipendenti għandu jwettaq evalwazzjoni oġġettiva tad-disponibbiltà ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ kwalità għolja ta’ applikazzjonijiet tal-privattiva u speċifikazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni kif żviluppata mill-EPO. Dan il-kumitat espert għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri parteċipanti fil-qafas tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-EPO u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jirrappreżentaw utenti tas-sistema tal-privattiva Ewropea mistiedna mill-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi bħala osservaturi skont l-Artikolu 30(3) tal-KEP.
4. Abbażi tal-ewwel evalwazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u kull sentejn minn dak inhar abbażi tal-evalwazzjonijiet sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, rapport lill-Kunsill u, jekk ikun adatt, tagħmel proposti għat-terminazzjoni tal-perijodu transitorju.
5. Jekk il-perijodu transitorju ma jintemmx abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, għandu jiskadi 12-il sena mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-Qorti Unitarja tal-Privattiva, liema tiġi l-aħħar.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
(1) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU 17, 06.10.1958, p. 385/58.