|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.353.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1229/2012
tal-10 ta’ Diċembru 2012
li jemenda l-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) u (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi ġodda kollha. B’mod partikolari, hija tinkludi l-atti regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi li l-vetturi jridu jkunu konformi magħhom sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE. |
|
(2) |
Il-Parti 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE tinkludi lista ta’ atti regolatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi prodotti f’serje mhux limitati. Id-Direttiva 2007/46/KE ġiet emendata diversi drabi u dik il-lista ġiet aġġornata skont dan. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-magna, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (2), jipprovdi għar-revoka ta’ diversi Direttivi. Id-Direttivi rrevokati ġew sostitwiti minn Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u minn Regolamenti tal-Kummissjoni korrispondenti. Dawk il-bidliet għandhom ikunu riflessi fl-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE. |
|
(4) |
Huwa essenzjali li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar jiġu adattati sabiex ikun żgurat li l-manifatturi li jipproduċu serje żgħar ta’ vetturi jista’ jkompli jkollhom aċċess għas-suq intern. Għal dawn il-finijiet, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri simplifikati sabiex jitnaqqas il-kost meħtieġ mill-proċess tal-approvazzjoni tat-tip filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza fit-toroq u ta’ protezzjoni tal-ambjent. |
|
(5) |
Peress li l-vetturi N1 juru karatteristiċi tal-kostruzzjoni simili għal dawk tal-vetturi M1, huwa wkoll xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi armonizzati għall-vetturi tal-kategorija N1 sabiex tali vetturi li jiġu prodotti f’serje żgħar ikun jista’ jkollhom aċċess għas-suq intern. |
|
(6) |
Huwa essenzjali li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1 għall-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE japplikaw għall-vetturi ġodda kollha. Madankollu, għandu jingħata biżżejjed żmien lill-manifatturi sabiex ikunu jistgħu jadattaw il-vetturi tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(7) |
It-Taqsimiet 1 u 2 tal-Parti A tal-Anness XII għad-Direttiva 2007/46/KE jinkludu limiti kwantitattivi għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar. Huwa xieraq, meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar tiġi estiża għall-vetturi tal-kategorija N1, li jiġi introdott limitu kwantitattiv għall-vetturi ta’ dik il-kategorija. Bl-istess mod, meta jitqies il-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jiġifieri li jitrawwem aċċess għas-suq intern, in-numru ta’ vetturi tal-kategorija N1 li jistgħu jibbenefikaw mill-approvazzjoni tat-tip nazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu ristretti għall-minimu meħtieġ. Għalhekk, il-kwantità ta’ dawk il-vetturi għandha tiġi stabbilita wkoll. |
|
(8) |
L-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Magna, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar mogħtija qabel l-1 ta’ Novembru 2012 għandha tieqaf tkun valida fil-31 ta’ Ottubru 2016. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità għall-vetturi bħala li ma għadhomx iktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46/KE, sakemm l-approvazzjonijiet tat-tip ikkonċernati ma jkunux ġew aġġornati skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punt (1)(b) tal-Anness għandu japplika skont id-dati stabbiliti fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-Parti A tal-Anness XII hija emendata kif ġej:
|
(1) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg. Fuq talba tal-manifattur tista’ tapplika għal vetturi b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 840 kg.
(2) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’installazzjoni LPG jew CNG, hija meħtieġa approvazzjoni tat-tip tal-vettura skont ir-Regolament UNECE Nru 67 jew skont ir-Regolament UNECE Nru 110.
(3) L-immuntar ta’ sistema ta’ kontroll tal-istabbiltà elettronika (‘ESC’) huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi kif ukoll għar-reġistrazzjoni, għall-bejgħ u għad-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 21 għar-Regolament UNECE Nru 13. Id-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandhom japplikaw minflok id-dati stabbiliti fir-Regolament UNECE Nru 13.
(4) L-immuntar ta’ sistema ESC huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi kif ukoll għar-reġistrazzjoni, għall-bejgħ u għad-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness 9 għar-Regolament UNECE Nru 13-H. Id-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandhom japplikaw minflok id-dati stabbiliti fir-Regolament UNECE Nru 13-H.
|
(4A) |
Jekk jiġi mmuntat, it-tagħmir protettiv għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament UNECE Nru 18. |
|
(4B) |
Dan ir-Regolament japplika għal sits li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament UNECE Nru 80. |
(5) Il-vetturi ta’ din il-kategorija għandhom jiġu mgħammra b’tagħmir xieraq li jneħħi l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin.
(6) Il-vetturi ta’ din il-kategorija għandhom jiġu mgħammra b’tagħmir xieraq li jaħsel u jimsaħ il-windskrin.
(7) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’power train elettrika, hija meħtieġa approvazzjoni tat-tip tal-vettura skont ir-Regolament UNECE Nru 85.
(8) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg u li ma bbenefikawx mill-possibbiltà offruta fin-nota (1).
(9) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg li ma jkollhomx approvazzjoni tat-tip (fuq talba tal-manifattur u sakemm il-massa ta’ referenza tagħhom ma taqbiżx l-2 840 kg) skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Għal possibbiltajiet oħrajn, ara l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.
|
(9A) |
Tapplika biss f’każijiet meta t-tali vetturi jkunu mgħammra bl-apparat kopert mir-Regolament tal-UNECE Nru 64. Is-sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għall-vetturi M1 tapplika fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. |
(10) Tapplika biss għal vetturi mgħammra bi gganċjar.
(11) Tapplika għall-vetturi b’massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati.
(12) Applikabbli biss għall-vetturi fejn il-“Punt ta’ Referenza ta’ Postijiet Bilqiegħda (punt ‘R’)” tal-iktar sit baxx ma jkunx iktar minn 700 mm ‘il fuq mil-livell tal-art.
(13) Tapplika biss meta l-manifattur japplika għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża.
(14) Tapplika biss għal vetturi tal-kategorija N1, Klassi I kif ġew deskritti fl-ewwel tabella fil-punt 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE.
(15) Fuq talba tal-manifattur, approvazzjoni tat-tip tista’ tingħata taħt dan il-punt, bħala alternattiva għall-kisba ta’ approvazzjonijiet tat-tip taħt il-punti 3 A, 3B, 4 A, 5 A, 6 A, 6B, 7 A, 8 A, 9 A, 9B, 10 A, 12 A, 13 A, 13B, 14 A, 15 A, 15B, 16 A, 17 A, 17B, 18 A, 19 A, 20 A, 21 A, 22 A, 22B, 22C, 23 A, 24 A, 25 A, 25B, 25C, 25D, 25E, 25F, 26 A, 27 A, 28 A, 29 A, 30 A, 31 A, 32 A, 33 A, 34 A, 35 A, 36 A, 37 A, 38 A, 42 A, 43 A, 44 A, 45 A, 46 A, 46B, 46C, 46D, 46E, 47 A, 48 A, 49 A, 50 A, 50B, 51 A, 52 A, 52B, 53 A, 54 A, 56 A, 57 A u 64 sa 70.”;
(16) In-noti ta’ spjegazzjoni marbuta mal-Parti I tal-Anness IV japplikaw ukoll għat-Tabella 1.
(17) In-noti ta’ spjegazzjoni marbuta mal-Parti I tal-Anness IV japplikaw ukoll għat-Tabella 2. L-ittri fit-Tabella 2 għandhom l-istess tifsira bħal fit-Tabella 1.
|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1230/2012
tat-12 ta’ Diċembru 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-5 ta’ Settembru 2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2), (3) u (5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip prevista fid-Direttiva 2007/46/KE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar il-mases u d-dimensjonijiet ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 (3), kif ukoll id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-mases u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (4). Ir-rekwiżiti dwar il-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom stipulati f’dawn id-Direttivi għandhom jitpoġġew f’dan ir-Regolament u fejn meħtieġ, emendati sabiex jiġu adattati għall-iżvilupp ta’ għarfien xjentifiku u tekniku. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti wkoll il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal dan it-tip ta’ approvazzjoni tat-tip. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (5), tistabbilixxi ċerti dimensjonijiet massimi awtorizzati kemm għat-traffiku nazzjonali kif ukoll għat-traffiku internazzjonali fl-Istati Membri. Għalhekk huwa importanti li jitqiesu, għall-finijiet tal-kostruzzjoni tal-vetturi, id-dimensjonijiet li diġà ġew armonizzati fl-Unjoni sabiex titrawwem u tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija. |
|
(5) |
Id-Direttiva 97/27/KE ippermettiet lill-Istati Membri jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi li d-dimensjonijiet ta’ barra nett tagħhom ma kienux jaqblu mad-dimensjonijiet massimi awtorizzati previsti f ‘dik id-Direttiva. Ippermettiet ukoll lill-Istati Membri jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tal-vetturi li kienu ngħataw l-approvazzjoni tat-tip KE meta d-dimensjonijiet ta’ barra nett tagħhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti il-liġi nazzjonali tagħhom. Huwa importanti li tinżamm il-possibbiltà li tiġi permessa taħt ċerti kundizzjonijiet l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi li jaqbżu l-limiti awtorizzati fejn din tirriżulta li tkun vantaġġjuża għat-traffiku tat-triq u għall-ambjent fl-Istati Membri fejn l-infrastruttura tat-toroq huwa adattat għal dik is-sitwazzjoni. Għalhekk, il-possibbltà li tapprova tali vetturi taħt serje żgħar tal-approvazzjoni tat-tip jew skemi ta’ approvazzjoni individwali għandha tiġi żgurata, sakemm il-kwantità ta’ vetturi li jistgħu jibbenefikaw minn deroga skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward tad-dimensjonijiet massimi awtorizzati tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-Anness XII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu għalhekk jiġi emendat biex jinkludi limiti kwantitattivi bħal dawn. |
|
(6) |
Id-Direttiva 96/53/KE tistabbilixxi mases massimi awtorizzati li huma applikabbli biss għat-traffiku internazzjonali. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jkomplu japplikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għat-traffiku nazzjonali. Bħala konsegwenza, l-armonizzazzjoni tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli u l-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien jew fuq grupp ta’ fusien għall-finijiet taċ-ċirkolazzjoni fl-Istati Membri ma jidhirx fattibbli fi żmien qasir. Madankollu, minħabba l-eżistenza ta’ regoli mhux armonizzati dwar il-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-toroq, huwa xieraq li jinħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw il-mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu tal-vetturi li jitħallew jintużaw fit-traffiku nazzjonali jew fit-traffiku internazzjonali taħt id-Direttiva 96/53/KE u li jistabbilixxu proċedura għal din id-determinazzjoni. |
|
(7) |
Minħabba l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi, huwa meħtieġ li jiġu previsti kunċetti definiti biċ-ċar. Uħud minn dawn il-kunċetti diġà ġew definiti fid-Direttivi 97/27/KE u 92/21/KEE. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li jittieħdu dawk id-definizzjonijiet u, fejn meħtieġ, jiġu adattati fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku. |
|
(8) |
Minħabba li d-definizzjoni tal-massa attwali ta’ vettura individwali ġiet inkluża f’dan ir-Regolament, huwa meħtieġ, sabiex tiġi evitata konfużjoni meta jimtela ċ-ċertifikat tal-konformità, li jiġi emendat l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE. kif xieraq. |
|
(9) |
Billi l-White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti (6)” enfasizzat il-ħtieġa li jittejjeb ir-rendiment aerodinamiku tal-vetturi tat-triq u r-riċerka wriet illi l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur u għalhekk l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti bit-twaħħil ta’ apparat aerodinamiku fuq il-vetturi, huwa importanti li jiġi permess it-twaħħil ta’ dan l-apparat aerodinamiku fuq il-vetturi. Minħabba li l-apparat aerodinamiku jikkonsisti f’żidiet li, minħabba d-disinn tagħhom, jisporġu lil hinn mill-parti ta’ barra nett tal-vetturi fuq wara jew fuq il-ġenb, huma għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ apparat jew tagħmir li mhumiex meqjusa għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ barra nett. Madankollu, huwa essenzjali li jiġi limitat kemm dawn jisporġu fuq wara u fuq il-ġenb sabiex is-sikurezza fit-toroq ma tkunx imfixkla u l-intermodalità fit-trasport tibqa’ possibbli. Ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa għandhom għalhekk jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Is-softwer disponibbli jagħmilha possibbli li jintużaw metodi ta’ ttestjar virtwali bbażati fuq tekniki megħjuna mill-kompjuter. Minħabba li dawn it-tekniki jippermettu ttestjar aktar kost-effiċjenti u inqas ta’ piż, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li jintużaw biex jiġi vverifikat jekk vettura hijiex kapaċi li timmanuvra f’trajettorja sħiħa ta’ 360° u għal-kejl tat-tperpir massimu fuq wara meta l-vettura tkun qed timmanuvra ġewwa t-trajettorja. Huwa għalhekk meħtieġ ukoll li dan ir-Regolament jiżdied mal-lista ta’atti regolatorji inklużi fl-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. |
|
(11) |
Bil-ħsieb li jiġi żgurat it-tħaddim kif suppost tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip, huwa xieraq li jiġu aġġornati l-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE. |
|
(12) |
L-Annessi I, III, IX, XII u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. Minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Anness XII huma dettaljati biżżejjed u ma jeħtiġux aktar traspożizzjoni mill-Istati Membri, huwa għalhekk xieraq li dan jiġi sostitwit permezz ta’ Regolament skont l-Artikolu 39(8) tad-Direttiva 2007/46/KE. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom.
2. Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi mhux kompluti, kompluti u kkompletati tal-kategoriji M, N u O.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda mad-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 661/2009:
|
(1) |
“tip ta’ vettura” tfisser sett ta’ vetturi kif definit fil-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE; |
|
(2) |
“tagħmir standard” tfisser il-konfigurazzjoni bażika ta’ vettura li hija mgħammra bil-karatteristiċi kollha li huma meħtieġa skont l-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV u l-Anness XI tad-Direttiva 2007/46/KE, inklużi l-karatteristiċi kollha li jitwaħħlu mingħajr ma jwasslu għal kwalunkwe speċifikazzjoni oħra dwar il-konfigurazzjoni jew il-livell tat-tagħmir; |
|
(3) |
“tagħmir fakoltattiv” tfisser il-karatteristiċi kollha mhux inklużi fit-tagħmir standard li jitwaħħal ma’ vettura taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur li jista’ jiġi ordnat mill-klijent; |
|
(4) |
“massa fi stat ta’ tħaddim” tfisser
|
|
(5) |
“massa tat-tagħmir fakoltattiv” tfisser il-massa tat-tagħmir li jista’ jitwaħħal mal-vettura minbarra t-tagħmir standard, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur; |
|
(6) |
“massa attwali tal-vettura” tfisser il-massa tal-vettura fi stat ta’ tħaddim flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv mwaħħal ma’ vettura individwali; |
|
(7) |
“massa mgħobbija massima teknikament permissibbli” (M) tfisser il-massa massima allokata lill-vettura fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħha; il-massa mgħobbija teknikament permissibbli ta’ trejler jew ta’ semitrejler tinkludi l-massa statika trasferita lill-vettura tal-irmonk meta tkun igganċjata; |
|
(8) |
“massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni” (MC) tfisser il-massa massima allokata lill-kombinazzjoni ta’ vettura bil-mutur u trejler wieħed jew aktar fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħha jew il-massa massima allokata lill-kombinazzjoni ta’ unità ta’ trattur u semitrejler; |
|
(9) |
“massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata” (TM) tfisser il-massa massima ta’ trejler wieħed jew aktar li jistgħu jiġu rmunkati minn vettura tal-irmonk li tikkorrispondi mat-tagħbija totali trasmessa lejn l-art mir-roti ta’ fus jew grupp ta’ fusien fuq kull trejler igganċjat mal-vettura tal-irmonk; |
|
(10) |
“fus” tfisser il-fus komuni ta’ rotazzjoni ta’żewġ roti jew aktar kemm misjuqa mill-magna jew iduru waħedhom, u kemm f’segment wieħed jew aktar li jinsabu fl-istess pjan perpendikulari għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura; |
|
(11) |
“grupp ta’ fusien” tfisser numru ta’ fusien li għandhom l-ispazju tal-fusien li huwa ristrett għal wieħed mill-ispazji tal-fusien imsemmija bħala d-distanza “d” fl-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE u li jinteraġixxu minħabba d-disinn speċifiku tas-saspenxin; |
|
(12) |
“fus waħdieni” tfisser fus li ma jistax jitqiesu bħala parti minn grupp ta’ fusien; |
|
(13) |
“massa massima teknikment permissibbli fuq il-fus” (m) tfisser il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli trasmessa fl-art mir-roti tal-fus, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-fus u tal-vettura u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħhom; |
|
(14) |
“massa massima teknikament permissibbli fuq grupp ta’ fusien” (μ) tfisser il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli trasmessa fl-art mir-roti tal-grupp ta’ fusien, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-grupp ta’ fusien u tal-vettura u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħhom; |
|
(15) |
“agganċ” tfisser apparat mekkaniku li jinkludi oġġetti ta’ komponenti kif definit fil-punti minn 2.1 sa 2.6 tar-Regolament Nru 55 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku ta’ vetturi magħquda (7) u apparat ta’ agganċ mill-qrib kif definit fil-punt 2.1.1 tar-Regolament Nru 102 tal-UNECE — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ I. Close-coupling device (CCD) II. Vetturi fir-rigward tat-twaħħil ta’ tip ta’ CCD approvat (8); |
|
(16) |
“punt tal-agganċ” tfisser iċ-ċentru fejn jiltaqa’ l-agganċ li jitwaħħal ma’ vettura rmunkata ġewwa l-agganċ imwaħħal ma’vettura tal-irmonk; |
|
(17) |
“massa ta’ gganċjar” tfisser il-massa tal-agganċ innifsu u tal-partijiet meħtieġa għat-twaħħil tal-agganċ mal-vettura; |
|
(18) |
“massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ” tfisser:
|
|
(19) |
“massa tal-passiġġieri” tfisser il-massa mkejla skont il-kategorija tal-vettura multiplikata bin-numru ta’ postijiet bilqiegħda inklużi, jekk hemm, il-postijiet bilqiegħda għall-membri tal-ekwipaġġ u n-numru ta’ passiġġieri bilwieqfa, iżda mhux inkluż is-sewwieq; |
|
(20) |
“massa tas-sewwieq” tfisser massa mkejla ta’ 75 kg li tinsab fil-punt ta’ referenza ta’ fejn qiegħed bilqiegħda s-sewwieq; |
|
(21) |
“massa utli (pay-mass)” tfisser id-differenza bejn il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli u l-massa fi stat ta’ tħaddim miżjuda bil-massa tal-passiġġieri u l-massa tat-tagħmir fakoltattiv; |
|
(22) |
“tul” tfisser id-dimensjoni definita fil-punti 6.1.1, 6.1.2 u 6.1.3 tal-Istandard ISO 612:1978; din id-definizzjoni tapplika wkoll għall-vetturi artikolati magħmula minn żewġ sezzjonijiet jew aktar; |
|
(23) |
“wisa’” tfisser id-dimensjoni definita fil-punt 6.2 tal-Istandard ISO 612:1978; |
|
(24) |
“għoli” tfisser id-dimensjoni definita fil-punt 6.3 tal-Istandard ISO 612:1978; |
|
(25) |
“bażi tar-roti” tfisser dan li ġej:
|
|
(26) |
“spazju bejn il-fusien” tfisser id-distanza bejn żewġ fusien konsekuttivi msemmija fil-punt 6.4 tal-Istandard ISO 612:1978 fil-każ ta’ vetturi b ‘aktar minn żewġ fusien; meta l-vettura tkun mgħammra b’żewġ fusien biss, jew fil-każ ta’ semitrejler, trejler bil-ganċ tal-irmonk jew trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu, l-ispazju bejn il-fusien msemmi fil-punt 6.4.2 tal-Istandard ISO 612:1978 għandha t-tifsira ta’ “bażi tar-roti” kif definit fil-punt (25); |
|
(27) |
“track” tfisser id-distanza msemmija fil-punt 6.5 tal-Istandard ISO 612:1978; |
|
(28) |
“distanza tal-fifth wheel” tfisser id-distanza msemmija fil-punt 6.19.2 tal-Istandard ISO 612:1978 filwaqt li titqies in-nota msemmija fil-punt 6.19 tal-istess Standard; |
|
(29) |
“raġġ ta’ quddiem tas-semi trejler” tfisser id-distanza orizzontali mill-assi tal-kingpin għal kwalunkwe punt fuq quddiem tas-semitrejler; |
|
(30) |
“sporġenza ta’ quddiem” tfisser id-distanza orizzontali bejn l-pjan vertikali li jgħaddi fl-ewwel fus jew il-fus kingpin fil-każ ta’ semitrejler u l-punt ta’ quddiem nett tal-vettura; |
|
(31) |
“sporġenza ta’ wara” tfisser id-distanza orizzontali bejn l-pjan vertikali li jgħaddi fl-aħħar fus ta’ wara u l-punt ta’ wara nett tal-vettura; meta l-vettura tkun mgħammra b’agganċ li ma jinqalax, l-punt ta’ wara nett tal-vettura huwa l-punt tal-agganċ; |
|
(32) |
“tul taż-żona tat-tagħbija” tfisser id-distanza mill-punt intern ta’ quddiem nett sal-punt intern ta’ wara nett taż-żona tat-tagħbija, imkejjel orizzontalment fil-pjan lonġitudinali tal-vettura; |
|
(33) |
“tperpir fuq wara” tfisser id-distanza bejn il-punt estrem reali milħuq mill-parti ta’ wara tal-vettura waqt l-immanuvrar fil-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 7 tal-Parti B jew fit-Taqsima 6 tal-Parti C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(34) |
“apparat għall-irfigħ tal-fusien” tfisser mekkaniżmu mwaħħal ma’ vettura bl-iskop li jgħolli l-fus mill-art u jbaxxieh lura mal-art; |
|
(35) |
“fus li jista’ jintrefa’ jew fus li jista’ jinġibed lura” tfisser fus li jista’ jintrefagħ mill-pożizzjoni normali tiegħu u jerġa’ jitbaxxa b’apparat għall-irfigħ tal-fusien; |
|
(36) |
“fus li jista’ jiġi mgħobbi” tfisser fus li t-tagħbija fuqu tista’ tiġi varjata mingħajr ma jiġi merfugħ il-fus bl-użu ta’ apparat għall-irfigħ tal-fusien; |
|
(37) |
“saspenxin tal-arja” tfisser sistema ta’ saspenxin li fuqha mill-inqas 75 % tal-effett tal-molol ikun ikkawżat mill-molla tal-arja; |
|
(38) |
“klassi ta’ xarabank jew kowċ” tfisser sett ta’ vetturi kif definiti fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 tar-Regolament UNECE Nru 107 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom (9); |
|
(39) |
“vettura artikolata” tfisser vettura tal-kategorija M2 jew M3 kif definit fil-punt 2.1.3 tar-Regolament UNECE Nru 107; |
|
(40) |
“tagħbija li ma tistax tinqasam” tfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskopijiet ta’ ġarr bit-triq, tinqasam f’żewġ tagħbiet jew aktar mingħajr infieq żejjed jew riskju ta’ ħsara u li, minħabba l-massa jew id-dimensjoni tagħha, ma tkunx tista’ tinġarr minn vettura li l-mases u d-dimensjonijiet tagħha jkunu konformi mal-mases u d-dimensjonijiet massimi awtorizzati applikabbli fi Stat Membru. |
Artikolu 3
Obbligi tal-manifatturi
1. Il-manifattur għandu jiddetermina, għal kull verżjoni fi ħdan tip ta’ vettura, irrispettivament mill-istat ta’ ikkompletar tal-vettura, il-mases li ġejjin:
|
(a) |
il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli; |
|
(b) |
il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni; |
|
(c) |
il-massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata; |
|
(d) |
il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien jew il-massa massima teknikament permissibbli fuq grupp ta’ fusien; |
|
(e) |
il-mases massimi teknikament permissibbli fuq il-punt(i) tal-agganċ meta jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tal-agganċ li jkun imwaħħal jew jista’ jkun imwaħħal mal-vettura skont il-każ. |
2. Fid-determinazzjoni tal-mases imsemmija fil-paragrafu 1, il-manifattur għandu jqis l-aħjar prattika ta’ inġinerija tajba u l-aħjar għarfien tekniku disponibbli sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ħsara mekkanika, partikolarment dawk minħabba l-għeja tal-materjali, u biex tiġi evitata l-ħsara lill-infrastruttura tat-toroq.
3. Fid-determinazzjoni tal-mases imsemmija fil-paragrafu 1, il-manifattur għandu jqis il-veloċità massima fil-kostruzzjoni tal-vettura.
Meta l-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’apparat li jillimita l-veloċità, il-veloċità massima fil-kostruzzjoni għandha tkun il-veloċità reali permessa mill-apparat li jillimita l-veloċità.
4. Fid-determinazzjoni tal-mases imsemmija fil-paragrafu 1, il-manifattur m’għandux jimponi restrizzjonijiet fuq l-użu tal-vettura ħlief dawk dwar il-kapaċitajiet tat-tajers li jistgħu jiġu aġġustati għall-veloċità fil-kostruzzjoni kif huwa permess skont ir-Regolament UNECE Nru 54 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u għat-trejlers tagħhom (10) u fit-Taqsima 5 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 (11).
5. Għall-vetturi mhux kompluti, inklużi l-vetturi xażi-kabina, li jeħtieġu stadju ulterjuri ta’ tlestija, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-manifatturi tal-istadju li jmiss sabiex ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikomplu jiġu ssodisfati.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-manifattur għandu jispeċifika l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-massa li tikkorrispondi għas-somma tat-tagħbija.
6. Il-vetturi mhux kompluti tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, mhux mgħammra b’karozzerija għandhom jiġu ddisinjati sabiex jippermettu lill-manifatturi tal-istadju sussegwenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 7 u 8 tal-Parti B u t-Taqsimiet 6 u 7 tal-Parti C tal-Anness I.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħha
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward il-mases u d-dimensjonijiet tagħha.
2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont id-dokument ta’ informazzjoni dwar il-mudell stipulat fil-Parti A tal-Anness V.
3. Għall-finijiet tal-kalkoli tad-distribuzzjoni tal-massa, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip ta’ vettura kif determinat mis-sett ta’ valuri tal-punti rilevanti fl-Anness V, l-informazzjoni meħtieġa biex tidentifika il-mases li ġejjin:
|
(a) |
il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli; |
|
(b) |
il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien jew grupp ta’ fusien; |
|
(c) |
il-massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata; |
|
(d) |
il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt(i) tal-agganċ; |
|
(e) |
il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni. |
L-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f’forma ta’ tabella jew kwalunkwe format xieraq ieħor, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.
4. Fejn it-tagħmir fakoltattiv sinifikament jaffettwa il-mases u d-dimensjonijiet tal-vettura, il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku il-post, il-massa u l-pożizzjoni ġeometrika taċ-ċentru tal-gravità fir-rigward tal-fusien tat-tagħmir fakoltattiv li jista’ jitwaħħal mal-vettura.
5. B’deroga mill-paragrafu 4, meta t-tagħmir falkoltattiv ikun magħmul minn bosta partijiet li jinsabu fi spazji varji fil-vettura, il-manifattur jista’ jipprovdi d-distribuzzjoni tal-massa tat-tagħmir fakoltattiv fuq il-fusien biss lis-servizz tekniku.
6. Għall-gruppi ta’ fusien, il-manifattur għandu jindika d-distribuzzjoni tat-tagħbija bejn il-fusien tal-massa totali applikata lill-grupp.
Fejn meħtieġ, il-manifattur għandu jiddikjara l-formuli tad-distribuzzjoni jew jipproduċi l-graffs tad-distribuzzjoni rilevanti.
7. Meta l-awtorità tal-approvazzjoni jew is-servizz tekniku jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jitolbu lill-manifattur biex jagħmel disponibbli rappreżentant tal-vetturi tat-tip li għandu jiġi approvat għall-finijiet ta’ spezzjoni.
8. Il-manifattur tal-vetturi jista’ jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ saspenxin għal saspenxin tal-arja lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirrikonoxxi l-ekwivalenza ta’ saspenxin għal saspenxin tal-arja meta jiġu ssodisfati ir-rekwiżiti tal-Anness III.
Meta s-servizz tekniku jkun irrekonoxxa l-ekwivalenza, dan għandu joħroġ rapport tat-test. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tehmeż ir-rapport tat-test u deskrizzjoni teknika tas-saspenxin maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE.
9. Meta ir-rekwiżiti stipulati fl-Annessi minn I sa IV ta’dan ir-Regolament huma ssodisfati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
10. Għall-finijiet tal-paragrafu 9, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti B tal-Anness V.
11. Id-devjazzjonijiet permissibbli msemmija fl-Appendiċi 2 tal-Anness I għandhom japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 5
Mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu
1. Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni u l-bidu tal-użu tal-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeterminaw, għal kull varjant u verżjoni fi ħdan it-tip tal-vettura, il-mases kollha li ġejjin li huma permessi għat-traffiku nazzjonali jew għat-traffiku internazzjonali skont id-Direttiva 96/53/KE:
|
(a) |
il-massa mgħobbija massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu; |
|
(b) |
il-massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu fuq il-fus(ien); |
|
(c) |
il-massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu fuq il-grupp ta’ fusien; |
|
(d) |
il-massa massima permissibbli li tista’ tiġi rmunkata tar-reġistrazzjoni/fl-użu; |
|
(e) |
il-massa mgħobbija massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu tal-kombinazzjoni. |
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-proċedura għad-determinazzjoni tal-mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu msemmija fl-ewwel subparagrafu. Huma għandhom jinnominaw l-awtorità kompetenti fdata bid-determinazzjoni ta’ dawk il-mases, u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li għanda tkun ipprovduta lil dik l-awtorità kompetenti.
2. Il-mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu ddeterminati skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jeċċedu l-mases massimi msemmija fl-Artikolu 3(1).
3. Il-manifattur għandu jiġi kkonsultat mill-awtorità kompetenti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien jew grupp ta’ fusien sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistemi tal-vettura, partikolarment is-sistema tal-brejk u tal-istering.
4. Fid-determinazzjoni tal-mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV u l-Anness XI tad-Direttiva 2007/46/KE jkomplu jiġu ssodisfati.
5. Meta l-awtoritajiet nazzjonali jikkonkludu li r-rekwiżiti ta’ wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV u l-Anness XI tad-Direttiva 2007/46/KE, bl-eċċezzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma għadhomx jiġu ssodisfati, huma għandhom jeħtieġu li jitwettqu testijiet ġodda u approvazzjoni tat-tip ġdida jew tingħata estensjoni skont il-każ, mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali skont l-att regolatorju in kwistjoni.
Artikolu 6
Derogi
1. Bla ħsara għall-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 96/53/KE, l-approvazzjoni tat-tip KE tista’ tingħata għall-vetturi li d-dimensjonijiet tagħhom jeċċedu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma maħsuba għall-ġarr ta’ tagħbijiet indiviżibbli. F’dan il-każ, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat tal-konformità għandhom jindikaw biċ-ċar li l-vettura hija maħsuba għat-trasport ta’ tagħbijiet indiviżibbli biss.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu approvazzjonijiet skont l-Artikoli 23 u 24 tad-Direttiva 2007/46/KE għall-vetturi li jeċċedu d-dimensjonijiet massimi awtorizzati stabbiliti fil-punt 1.1 tal-partijiet B, C u D tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-approvazzjonijiet tat-tip skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fit-Taqsima 3 tal-Parti A tal-Anness XII ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta’ vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont it-termini tad-Direttiva 92/21/KEE u d-Direttiva 97/27/KE.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-approvazzjonijiet tat-tip KE mogħtija skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/27/KE għandhom jieqfu jkunu validi fid-data msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirreġistraw u jippermettu l-bejgħ jew l-użu ta’ vetturi ta’ tmiem is-serje li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tagħhom ma jkunx aktar validu meta il-fabbrikant jitlob hekk, skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2007/46/KE.
3. Mill-10 ta’ Jannar 2014 l-manifatturi għandhom jipprovdu ċertifikati tal-konformità li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.
Sad-9 ta’ Jannar 2014 dawn għandhom jindikaw il-massa reali tal-vettura fl-annotazzjoni 52 taċ-ċertifikat tal-konformità, sakemm ma tkunx indikata f’waħda mill-annotazzjonijiet l-oħra taċ-ċertifikat tal-konformità.
Artikolu 8
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
L-Annessi I, III, IX, u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.
L-Anness XII tad-Direttiva 2007/46/KE jinbidel bl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għal tipi ġodda ta’ vetturi li għalihom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 1.
(4) ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.
(5) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.
(6) (COM(2011)144).
(7) ĠU L 227, 28.8.2010, p. 1.
(8) ĠU L 351, 20.12.2008, p. 44.
(9) ĠU L 255, 29.9.2010, p. 1.
LISTA TAL-ANNESSI
|
Anness I |
|
||||||||||||||||||
|
Anness II |
Grad ta’ inklinabilità tal-vetturi off-road. |
||||||||||||||||||
|
Anness III |
Kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza ta’ saspenxin għal saspenxin tal-arja. |
||||||||||||||||||
|
Anness IV |
Rekwiżiti tekniċi għall-istallazzjoni ta’ fus li jista’ jintrefa’ jew fus li jista’ jiġi mgħobbi fuq il-vetturi. |
||||||||||||||||||
|
Anness V |
|
||||||||||||||||||
|
Anness VI |
Emendi għall-Annessi I, III, IX, u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. |
||||||||||||||||||
|
Anness VII |
L-Anness XII tad-Direttiva 2007/46/KE. |
ANNESS I
REKWIŻITI TEKNIĊI
PARTI A
Vetturi tal-kategoriji M1 u N1
1. Dimensjonijiet massimi awtorizzati
|
1.1. |
Id-dimensjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
|
|
1.2. |
Għall-finijiet ta’ kejl tat-tul, il-wisa' u l-għoli, il-vettura għandha tkun fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim, impoġġija fuq wiċċ ċatt u orizzontali bit-tajers minfuħa bil-pressjoni rrakkomandata mill-manifattur. |
|
1.3. |
L-apparat u t-tagħmir imsemmi fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness biss ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, l-wisa' u l-għoli. |
2. Distribuzzjoni tal-massa
2.1. Is-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien ma għandhiex tkun inqas mill-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.
2.2. Il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ma għandhiex tkun inqas mill-massa tal-vettura fi stat ta’ tħaddim b'żieda tal-massa tal-passiġġieri u l-massa tat-tagħmir fakoltattiv u l-massa tal-agganċ jekk mhux inklużi fil-massa fi stat ta’ tħaddim.
2.3. Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli, il-massa fuq kull fus ma għandhiex teċċedi il-massa massima teknikament permissibbli fuq dak il-fus.
2.4. Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli, il-massa fuq il-fus ta’ quddiem ma għandha fl-ebda każ tkun inqas minn 30 % tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.
2.4.1. Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli u l-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ, il-massa fuq il-fus ta’ quddiem ma’ għandha fl-ebda każ tkun inqas minn 20 % tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.
2.5. Meta vettura hija magħmmra b'sedili li jistgħu jitneħħew, il-proċedura ta’ verifika għandha tkun limitata għall-kundizzjoni bin-numru massimu ta’ postijiet bilqiegħda.
2.6. Għall-finijiet tal-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2.2, 2.3 u 2.4:
|
(a) |
Is-sedili għandhom jiġu aġġustati kif preskritt fil-punt 2.6.1; |
|
(b) |
il-mases tal-passiġġieri, il-massa utli (pay-mass) u l-massa tat-tagħmir fakoltattiv għandhom jitqassmu kif preskritt fil-punti minn 2.6.2 sa 2.6.4.2.3. |
2.6.1. Aġġustament tas-sedili.
2.6.1.1. Is-sedili meta jkunu aġġustabbli għandhom jitressqu fil-pożizzjoni l-aktar lura tagħhom.
2.6.1.2. Fejn hemm pożizzjonijiet oħra għall-aġġustament tas-sedil (vertikali, angolat, dahar tas-sedil, eċċ.) il-pożizzjonijiet aġġustati għandhom ikunu kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
2.6.1.3. Fil-każ tas-sedili bis-saspenxin, is-sedil għandu jkun maqful fil-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur.
2.6.2. Id-distribuzzjoni tal-massa tal-passiġġieri.
2.6.2.1. Il-massa li tirrappreżenta kull passiġġier għandha tkun 75 kg.
2.6.2.2. Il-massa għal kull passiġġier għandha tkun fuq il-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda (jiġifieri il-“punt R” tas-sedil).
2.6.2.3. Fil-każ ta’ vettura għal skopijiet speċjali, ir-rekwiżit tal-punt 2.6.2.2 għandu japplika mutatis mutandis (pereżempju, il-massa ta’ persuna korruta mimduda fuq streċer fil-każ ta’ ambulanza).
2.6.3. Distribuzzjoni tal-massa tat-tagħmir fakoltattiv.
2.6.3.1. L-massa tat-tagħmir fakoltattiv għandha titqassam skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
2.6.4. Id-distribuzzjoni tal-massa utli (pay-mass).
2.6.4.1. Vetturi M1.
|
2.6.4.1.1. |
Fir-rigward tal-vetturi M1, il-massa utli (pay-mass) għandha titqassam skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur bi qbil mas-servizz tekniku. |
|
2.6.4.1.2. |
Fir-rigward tal-karavans bil-mutur il-massa utli (pay-mass) minima (PM) għandha tissodisfa ir-rekwiżit li ġej:
Fejn
|
2.6.4.2. Vetturi N1
|
2.6.4.2.1. |
Fir-rigward tal-vetturi bil-karozzerija, il-massa utli (pay-mass) għandha tkun distribwita b'mod uniformi fuq il-kaxxa għat-tagħbija; |
|
2.6.4.2.2. |
Fir-rigward tal-vetturi mingħajr karozzerija (pereżempju xażi-kabina), il-manifattur għandu jiddikjara l-pożizzjonijiet estremi permissibbli taċ-ċentru tal-gravità tal-massa utli (pay-mass) miżjuda bil-massa tat-tagħmir maħsub biex iġorr il-merkanzija (pereżempju: karozzerija, tank, eċċ.) (pereżempju: minn 0,50 m sa 1,30 m quddiem l-ewwel fus ta’ wara); |
|
2.6.4.2.3. |
Fir-rigward tal-vetturi maħsuba biex ikunu mgħammra b'agganċ tal-fifth wheel, il-manifattur għandu jiddikjara id-distanza massima u minima tal-fifth wheel. |
2.7. Ir-rekwiżiti addizzjonali meta l-vettura hija kapaċi tirmonka trejler
2.7.1. Ir-rekwiżiti msemmija fil-punti 2.2, 2.3 u 2.4 għandhom japplikaw filwaqt li titqies il-massa tal-agganċ u l-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ.
2.7.2. Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-punt 2.4, il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus(ien) tista' tinqabeż b'mhux aktar minn 15 %.
2.7.2.1. Meta l-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus(ien) tinqabeż b'mhux aktar minn 15 %, ir-rekwiżiti tal-punt 5.2 tal-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 (1) għandhom japplikaw.
2.7.2.2. Fl-Istati Membri fejn il-leġiżlazzjoni tat-traffiku tippermetti, il-manifattur jista' jindika f'dokument ta’ appoġġ xieraq, bħall-manwal tas-sid jew il-ktieb tal-manutenzjoni li l-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura tista' tinqabeż b'mhux aktar minn 10 % jew 100 kg, skont liema valur huwa aktar baxx.
Din il-konċessjoni għandha tapplika biss meta jiġi rmunkat trejler fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 2.7.2.1 sakemm il-veloċità tat-tħaddim hija ristretta għal 100 km/h jew inqas.
3. Massa rmunkabbli u massa fl-agganċ
3.1. Rigward il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:
3.1.1. Trejler mgħammar b'sistema ta’ brejk ta’ servizz.
|
3.1.1.1. |
Il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata tal-vettura għandha tkun l-inqas fost il-valuri li ġejjin:
|
|
3.1.1.2. |
Madankollu, il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata ma għandha fl-ebda każ teċċedi 3 500 kg. |
3.1.2. Trejler mingħajr sistema ta’ brejk ta’ servizz
|
3.1.2.1. |
Il-massa permessibbli li tista' tiġi rmunkata għandha tkun l-inqas fost il-valuri li ġejjin:
|
|
3.1.2.2. |
Madankollu, il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata ma għandha fl-ebda każ teċċedi 750 kg. |
3.2. Il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ m'għandhiex tkun inqas minn 4 % tal-massa massima permissibbli li tista' tiġi rmunkata u inqas minn 25 kg.
3.3. Il-manifattur għandu jispeċifika fil-manwal tas-sid il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ, il-punti tal-immuntar tal-agganċ fuq il-vettura tal-irmonk u l-isporġenza ta’ wara massima permissibbli għall-punt tal-agganċ.
3.4. Il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata ma għandhiex tiġi definita b'referenza għan-numru ta’ passiġġieri.
4. Massa tal-kombinazzjoni
Il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni ma għandhiex taqbeż is-somma tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata.
5. Abbiltà li tistartja fit-telgħa
|
5.1. |
Il-vettura tal-irmonk għandha tkun kapaċi tistartja l-kombinazzjoni tal-vettura ħames darbiet fuq inklinazzjoni fit-telgħa ta’ mill-inqas 12 % f'ħames minuti. |
|
5.2. |
Sabiex twettaq it-test deskritt fil-punt 5.1, il-vettura tal-irmonk u t-trejler għandhom ikunu mgħobbija biex ikunu daqs il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni. |
PARTI B
Vetturi tal-kategoriji M2 u M3
1. Dimensjonijiet massimi awtorizzati
|
1.1. |
Id-dimensjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
|
|
1.2. |
Għall-finijiet ta’ kejl tat-tul, il-wisa' u l-għoli, il-vettura għandha tkun fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim, impoġġija fuq wiċċ ċatt u orizzontali bit-tajers minfuħa bil-pressjoni rrakkomandata mill-manifattur. |
|
1.3. |
L-apparat u t-tagħmir imsemmi fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness biss ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, l-wisa' u l-għoli. |
2. Distribuzzjoni tal-massa għall-vetturi mgħammra bil-karozzerija
2.1. Proċedura tal-kalkolazzjoni
Notazzjonijiet:
|
“M” |
massa mgħobbija massima teknikament permissibbli; |
|
“TM” |
massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata; |
|
“MC” |
massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni; |
|
“mi” |
massa mgħobbija massima teknikament permissibbli fuq il-fus waħdieni imsejjaħ “i”, fejn “i” tvarja minn 1 san-numru totali ta’ fusien tal-vettura, |
|
“mc” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ; |
|
“μj” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-grupp ta’ fusien imsejħa “j”, fejn “j” tvarja minn 1 san-numru totali ta’ gruppi ta’ fusien. |
2.1.1. Għandhom isiru kalkolazzjonijiet xierqa sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip.
2.1.2. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b'fusien li jistgħu jiġu mgħobbija, għandhom isiru l-kalkolazzjonijiet li ġejjin bis-saspenxin tal-fusien mgħobbija fil-konfigurazzjoni ta’ tħaddim normali.
2.2. Rekwiżiti ġenerali
2.2.1. Is-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus waħdieni flimkien mas-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-gruppi ta’ fusien ma għandhiex tkun inqas mill-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.
2.2.2. Il-massa tal-vettura fi stat ta’ tħaddim, flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv, il-massa tal-passiġġieri, il-mases “WP” u “B” imsemmija fil-punt 2.2.3, flimkien mal-massa tal-agganċ jekk ma tkun inkluża fil-massa fi stat ta’ tħaddim, flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ, ma għandhiex teċċedi l-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli.
2.2.3. Distribuzzjoni tat-tagħbija
2.2.3.1. Notazzjonijiet
|
“P” |
numru ta’ postijiet bilqiegħda, eskluż is-sewwieq u l-membru(i) tal-ekwipaġġ; |
|
“Q” |
massa ta’ passiġġier wieħed f'kg; |
|
“Qc” |
massa ta’ membru tal-ekwipaġġ wieħed f'kg; |
|
“S1” |
erja f'm2 għall-passiġġieri bilwieqfa; |
|
“SP” |
numru ta’ passiġġieri bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur; |
|
“Ssp” |
spazju mkejjel għal passiġġier wieħed bilwieqfa f'm2; |
|
“WP” |
numru ta’ spazji għas-siġġijiet bir-roti mmultiplikat b'250 kg li jirrappreżenta l-massa ta’ siġġu bir-roti u l-utent; |
|
“V” |
volum totali tal-kumpartimenti tal-bagolli f'm3 inklużi l-kumpartimenti għall-bagalji, l-ixkafef u l-kaxxa għall-iski; |
|
“B” |
massa massima permissibbli tal-bagalji f'kg iddikjarata mill-manifattur, inkluża l-massa massima permissibbli (B') li tista' tiġi trasportata fil-kaxxa tal-iski jekk ikun hemm. |
2.2.3.2. Il-massa Q u Qc tal-passiġġieri bilqiegħda għandha tkun fuq il-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda (jiġifieri il-“punt R” tas-sedil).
2.2.3.3. Il-massa li tikkorrispondi għan-numru SP ta’ passiġġieri bilwieqfa tal-massa Q għandha tiġi distribwita b'mod uniformi fuq il-wiċċ disponibbli għall-passiġġier bilwieqfa S1.
2.2.3.4. Fejn xieraq, il-massa WP għandha tkun distribwita b'mod uniformi fuq kull spazju għas-siġġijiet bir-roti.
2.2.3.5. Massa ugwali għal B (kg) għandha tkun distribwita b 'mod uniformi fil-kumpartimenti tal-bagalji.
2.2.3.6. Massa ugwali għal B' (kg) għandha tkun fiċ-ċentru tal-gravità tal-kaxxa tal-iski.
2.2.3.7. Il-massa massima teknikament permissibbli fil-punt tal-aġġanċ għandha tkun fil-punt tal-agganċ li l-isporġenza ta’ wara tiegħu tkun iddikjarata mill-manifattur tal-vettura.
2.2.3.8. Valuri ta’ Q u valuri Ssp
|
Klassi tal-vettura |
Q (kg) |
Ssp (m2) |
|
Klassi I u A |
68 |
0,125 m2 |
|
Klassi II |
71 |
0,15 m2 |
|
Klassi III u B |
71 |
Not applicable |
Il-massa ta’ kull membru tal-ekwipaġġ għandha tkun 75 kg.
2.2.3.9 In-numru ta’ passiġġieri bilwieqfa ma’ għandux jeċċedi l-valur S1/Ssp, fejn Ssp huwa l-ispazju mkejjel ipprovdut għal passiġġier wieħed bilwieqfa kif speċifikat fit-tabella fil-punt 2.2.3.8.
2.2.3.10. Il-valur tal-massa massima permissibbli tal-bagalja għandu jkun mhux inqas minn:
2.2.4. Kalkolazzjonijiet
2.2.4.1 Ir-rekwiżiti tal-punt 2.2.2 għandhom jiġu vverifikati fil-konfigurazzjonijiet kollha tal-arranġamenti ta’ ġewwa.
2.2.4.2. Fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 2.2.3 il-massa fuq kull fus waħdieni u fuq kull grupp ta’ fusien ma’ għandhiex teċċedi il-massa massima teknikament permissibbli fuq dak il-fus jew il-grupp ta’ fusien.
2.2.4.3. Fil-każ ta’ vettura mgħammra b'kapaċità ta’ postijiet bilqiegħda varjabbli, b'żona disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (S1) u mgħammra għall-ġarr tas-siġġijiet bir-roti, il-konformità mar-rekwiżiti tal-punti 2.2.2. u 2.2.4.2 għandha tiġu vverifikata għal kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin skont kif japplika:
|
(a) |
bis-sedili kollha possibbli okkupati flimkien maż-żona li fadal għall-passiġġieri bilwieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta’ nies bil-wieqfa iddikjarat mill-manifattur, jekk jintlaħaq) u, jekk jifdal spazju, kull spazju għas-siġġijiet bir-roti okkupat; |
|
(b) |
bl-ispazji bilwieqfa kollha possibbli okkupati (sal-limitu tal-kapaċità ta’ nies bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur) flimkien mas-sedili li fadal għall-passiġġieri bilqiegħda u, jekk jifdal spazju, kull spazju għas-siġġijiet bir-roti okkupat; |
|
(c) |
bl-ispazji kollha possibbli għas-siġġijiet bir-roti okkupati flimkien maż-żona li jkun fadal għall-passiġġieri bilwieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta’ nies bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, jekk jintlaħaq) u mbagħad is-sedili li jifdal disponibbli biex jintużaw okkupati. |
2.2.5. Meta l-vettura tkun mgħobbija kif speċifikat fil-punt 2.2.2 il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija fuq il-fus(ien) direzzjonali ta’ quddiem għandu fl-ebda każ ma għandha tkun inqas minn 20 % tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli “M”.
2.2.6. Meta vettura trid tingħata approvazzjoni tat-tip għal aktar minn klassi waħda, ir-rekwiżiti tat-Taqsima 2 għandhom japplikaw għal kull klassi.
3. Kapaċità tal-irmonk
|
3.1. |
Il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni ma għandhiex taqbeż is-somma tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata.
|
|
3.2. |
Il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata ma’ għandhiex teċċedi 3 500 kg. |
4. Massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ
|
4.1. |
Il-massa massima teknikament permissibbli fil-punt tal-aġġanċ għandha tkun mill-inqas ugwali għal 4 % tal-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata, jew 25 kg, liema minnhom tkun l-itqal. |
|
4.2. |
Il-manifattur għandu jispeċifika fil-manwal tas-sid il-kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-agganċ mal-vettura bil-mutur. |
|
4.2.1. |
Fejn ikun xieraq il-kundizzjonijiet msemmija fil-punt 4.2 għandhom jinkludu l-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ tal-vettura tal-irmonk, il-massa massima permissibbli tal-apparat tal-agganċ, il-punti tal-immuntar tal-agganċ u l-isporġenza ta’ wara massima permessibbli tal-agganċ. |
5. Abbiltà li tistartja fit-telgħa
|
5.1. |
Il-vetturi maħsuba biex jirmunkaw trejler għandhom ikunu kapaċi jistartjaw ħames darbiet fi żmien ħames minuti fuq inklinazzjoni fit-telgħa ta’ mill-inqas 12 %. |
|
5.2. |
Għat-twettiq tat-test deskritt fil-punt 5.1, il-vettura tal-irmonk u t-trejler għandhom ikunu mgħobbija biex ikunu daqs il-massa mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni. |
6. Potenza tal-magna
|
6.1. |
Il-magna għandha tipproduċi potenza ta’ mill-inqas 5 kW għal kull tunnellata tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni jew tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura waħedha meta l-vettura ma tkunx maħsuba biex tirmonka trejler. |
|
6.2. |
Il-potenza tal-magna għandha titkejjel skont id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE (2) jew ir-Regolament UNECE Nru 85 (3). |
7. Manuvrabilità
|
7.1. |
Il-vettura għandha tkun kapaċi li timmanuvra fuq kull naħa ta’ trajettorja sħiħa ta’ 360° kif muri fil-figura 1 fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness mingħajr ma kwalunkwe punt ta’ barra nett tal-vettura jisporġi lil hinn miċ-ċirku ta’ barra jew li jidħlu ġewwa ċ-ċirku ta’ ġewwa skont il-każ. |
|
7.1.1. |
It-test għandu jitwettaq bil-vettura kemm fil-kundizzjonijiet mhux mgħobbija (jiġifieri fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim) kif ukoll mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tagħha. |
|
7.1.2. |
Għall-finijiet tal-punt 7.1, il-partijiet permessi li jisporġu 'l barra mill-wisa' tal-vettura msemmija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness ma għandhomx jitqiesu. |
|
7.2. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b'fus li jista' jiġi mgħobbi, ir-rekwiżit tal-punt 7.1 għandu japplika wkoll meta l-fus(ien) li jista' jiġi mgħobbi ikun qed jintuża. |
|
7.3. |
Ir-rekwiżiti tat-taqsima 7.1 għandhom ikunu vverifikati kif ġej:
|
8. Tperpir fuq wara
8.1. Vettura b'sezzjoni waħda
8.1.1. Il-vettura għandha tkun ttestjata skont il-metodu tat-test drive-in deskritt fil-punt 8.1.2.
8.1.2. Metodu tat-test drive-in
Il-vettura għandha tkun wieqfa u għandu jiġi stabbilit pjan vertikali tanġenzjali man-naħa tal-vettura u li jħares 'il barra miċ-ċirku billi tiġi mmarkata linja fuq l-art.
Il-vettura għandha titressaq minn approċċ b'linja dritta fiż-żona ċirkolari deskritta fil-Figura 1 bir-roti ta’ quddiem tagħha mdawwra sabiex il-punt ta’ quddiem ta’ barra nett isegwi l-linja taċ-ċirku ta’ barra (ara l-Figura 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness).
8.1.3. Il-vettura għandha tkun issettjata għall-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim.
8.1.4. It-tperpir massimu fuq wara ma għandu jaqbeż 0,60 m.
8.2. Vetturi b'żewġ sezzjonijiet jew aktar
8.2.1. Ir-rekwiżiti tal-punt 8.1 għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-vetturi b'żewġ sezzjonijiet jew aktar.
F'tali każ, iż-żewġ sezzjonijiet riġidi jew aktar għandhom jiġu allinjati mal-pjan kif muri fil-Figura 2b tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.
PARTI C
Vetturi tal-kategorija N2 u N3
1. Dimensjonijiet massimi awtorizzati
|
1.1. |
Id-dimensjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
|
|
1.2. |
Għall-finijiet ta’ kejl tat-tul, il-wisa' u l-għoli, il-vettura għandha tkun fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim, impoġġija fuq wiċċ ċatt u orizzontali bit-tajers minfuħa bil-pressjoni rrakkomandata mill-manifattur. |
|
1.3. |
L-apparat u t-tagħmir imsemmi fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness biss ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, l-wisa ' u l-għoli. |
2. Distribuzzjoni tal-massa għall-vetturi mgħammra bil-karozzerija
2.1. Proċedura tal-kalkolazzjoni
Notazzjonijiet
|
“M” |
massa mgħobbija massima teknikament permissibbli; |
|
“TM” |
massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata; |
|
“MC” |
massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni |
|
“mi” |
il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus waħdieni msejjaħ “i”, fejn “i” tvarja minn 1 san-numru totali ta’ fusien tal-vettura; |
|
“mc” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ; |
|
“μj” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-grupp ta’ fusien imsejħa “j”, fejn “j” tvarja minn 1 san-numru totali ta’ gruppi ta’ fusien. |
|
2.1.1. |
Għandhom isiru kalkolazzjonijiet xierqa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2.2 u 2.3 huma ssodisfati għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip. |
|
2.1.2. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b'fusien li jistgħu jiġu mgħobbija, il-kalkolazzjonijiet meħtieġa skont il-punti 2.2 u 2.3 għandhom jitwettqu bis-sospension tal-fusien li jistgħu jiġu mgħobbija fil-konfigurazzjoni ta’ tħaddim normali. |
|
2.1.3. |
Fil-każ ta'vetturi mgħammra f'fusien li jistgħu jintrefgħu, il-kalkolazzjonijiet meħtieġa skont il-punti 2.2 u 2.3 għandhom jitwettqu bil-fusien imniżżla. |
2.2. Rekwiżiti ġenerali
|
2.2.1. |
Is-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus waħdieni flimkien mas-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-gruppi ta’ fusien ma għandhiex tkun inqas mill-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.
|
|
2.2.2. |
Għal kull grupp ta’ fusien imsemmija “j”, is-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien tiegħu ma għandhiex tkun inqas mill-massa massima teknikament permissibbli fuq il-grupp ta’ fusien.
Barra minn hekk, kull waħda mill-mases mi ma għandhiex tkun inqas mill-parti ta’ μj li tapplika fuq il-fus “i” kif determinata mid-distribuzzjoni tal-massa għal dak il-grupp ta’ fusien. |
2.3. Rekwiżiti speċifiċi
|
2.3.1. |
Il-massa tal-vettura fi stat ta’ tħaddim, flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv flimkien mal-massa tal-passiġġieri, flimkien mal-massa tal-agganċ jekk mhux inkluża fil-massa fi stat ta’ tħaddim flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ma għandhiex teċċedi l- massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura. |
|
2.3.2. |
Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tagħha, il-massa distribwita fuq fus “i” ma għandhiex teċċedi l-massa mi fuq dak il-fus, u il-massa fuq il-grupp ta’ fusien “j” ma għandiex teċċedi l-massa μj. |
|
2.3.3. |
Ir-rekwiżiti tal-punt 2.3.2 għandhom ikunu mħarsa fil-konfigurazzjonijiet ta’ tagħbija li ġejjin:
|
|
2.3.4. |
Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli, flimkien mal-massa tal-agganċ jekk mhux inkluża fil-massa fi stat ta’ tħaddim, flimkien mal-massa massima permissibbli fuq il-punt tal-agganċ b'tali mod li l-massa massima permissibbli fuq il-grupp ta’ fusien ta’ wara (μ) jew il-massa massima permissibbli fuq il-fus ta’ wara (m) tintlaħaq, il-massa fuq il-fus(ien) direzzjonali ta’ quddiem ma għandiex tkun inqas minn 20 % tal- massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura. |
|
2.3.5. |
Fir-rigward tal-vetturi għal skopijiet speċjali tal-kategorija N2 u N3, is-servizz tekniku għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 bi ftehim mal-manifattur, filwaqt li jitqies id-disinn speċifiku tal-vettura (pereżempju, il-krejnijiet mobbli). |
3. Kapaċità tal-irmonk
|
3.1. |
Il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni ma għandhiex taqbeż is-somma tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmunkata.
|
4. Abbiltà li tistartja fit-telgħa u grad ta’ inklinabilità
|
4.1. |
Il-vetturi li huma maħsuba biex jirmunkaw trejler u mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tagħhom tal-kombinazzjoni, għandhom ikunu kapaċi jistartjaw ħames darbiet fi żmien ħames minuti fuq inklinazzjoni fit-telgħa ta’ mill-inqas 12 %. |
|
4.2. |
Fir-rigward tal-grad ta’ inklinabilità, il-vetturi off road għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II. |
|
4.2.1. |
Ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom japplikaw ukoll. |
5. Potenza tal-magna
|
5.1. |
Il-vetturi għandhom jipprovdu potenza tal-magna ta’ mill-inqas 5 kW għal kull tunnellata tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni. |
|
5.1.1. |
Fil-każ ta’ trattur tat-triq, jew ta’ unità ta’ trattur għal semitrejler maħsuba għat-trasport ta’ tagħbijiet indiviżibbli, il-potenza tal-magna għandha tkun mill-inqas 2 kW għal kull tunnellata tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni. |
|
5.2. |
Il-potenza tal-magna għandha titkejjel skont id-Direttiva 80/1269/KEE jew ir-Regolament UNECE Nru 85. |
6. Manuvrabilità
|
6.1. |
Il-vettura għandha tkun kapaċi li timmanuvra fuq kull naħa ta’ trajettorja sħiħa ta’ 360° kif muri fil-figura 1 fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness mingħajr ma kwalunkwe punt ta’ barra nett tal-vettura jisporġi lil hinn miċ-ċirku ta’ barra jew li jidħlu ġewwa ċ-ċirku ta’ ġewwa skont il-każ. |
|
6.1.1. |
It-test għandu jitwettaq bil-vettura kemm fil-kundizzjonijiet mhux mgħobbija (jiġifieri fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim) kif ukoll mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tagħha. |
|
6.1.2. |
Għall-finijiet tal-punt 6.1, il-partijiet permessi li jisporġu 'l barra mill-wisa' tal-vettura msemmija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness ma għandhomx jitqiesu. |
|
6.2. |
Għal vetturi mgħammra b'apparati għall-irfigħ tal-fusien, ir-rekwiżit tal-punt 6.1 għandu japplika wkoll għall-fus(ien) li jista' jintrefa' fil-pożizzjoni mgħollija u fejn ikun qed jintuża l-fus(ien) li jista' jiġi mgħobbi. |
|
6.3. |
Ir-rekwiżiti tal-punt 6.1 għandhom ikunu vverifikati kif ġej:
|
7. Tperpir massimu fuq wara
7.1. Il-vettura għandha tkun ttestjata skont il-metodu tat-test steady-state deskritt fil-punt 7.1.1.
7.1.1. Il-metodu tat-test steady-state
|
7.1.1.2. |
Il-vettura għandha tkun wieqfa u għandu jkollha r-roti ta’ quddiem mdawwra b'mod li jekk il-vettura timxi, il-punt ta’ barra nett tagħha jiddeskrivi ċirku b'raġġ ta’ 12,50 m.
Għandu jiġi stabbilit pjan vertikali tanġenzjali man-naħa tal-vettura u li jħares 'il barra miċ-ċirku billi tiġi mmarkata linja fuq l-art. Il-vettura għandha timxi 'il quddiem b'mod li l-punt fuq quddiem ta’ barra nett isegwi l-linja taċ-ċirku ta’ barra b'raġġ ta’ 12,50 m. |
7.2. It-tperpir massimu fuq wara ma għandu jaqbeż: (ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness)
|
(a) |
0,80 m; |
|
(b) |
1,00 m meta l-vettura tkun mgħammra b'apparat għall-irfigħ tal-fusien u l-fus ikun mgħolli mill-art; |
|
(c) |
1,00 m meta l-fus ta’ wara nett ikun fus direzzjonali. |
PARTI D
Vetturi tal-kategorija O
1. Dimensjonijiet massimi awtorizzati
|
1.1. |
Id-dimensjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
|
|
1.2. |
Għall-finijiet ta’ kejl tat-tul, il-wisa' u l-għoli, il-vettura għandha tkun fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim, impoġġija fuq wiċċ ċatt u orizzontali bit-tajers minfuħa bil-pressjoni rrakkomandata mill-manifattur. |
|
1.3. |
Il-kejl tat-tul, l-għoli u r-raġġ ta’ quddiem għandu jitwettaq meta l-wiċċ ta’ tagħbija jew il-wiċċ ta’ referenza msemmija fil-punt 1.2.1 tat-tieni subparagrafu tal-Anness 7 tar-Regolament tal-UNECE Nru 55 huwa orizzontali.
Il-ganċijiet tal-irmonk aġġustabbli għandhom ikunu orizzontali u allinjati mal-linja ċentrali tal-vettura. Għandhom ikunu ssettjati fil-pożizzjoni l-aktar orizzontali tawwalija tagħhom. |
|
1.4. |
L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness biss ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet msemmija fil-punt 1.1. |
2. Distribuzzjoni tal-massa għall-vetturi mgħammra bil-karozzerija
2.1. Proċedura tal-kalkolazzjoni
Notazzjonijiet
|
“M” |
massa mgħobbija massima teknikament permissibbli; |
|
“m0” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ quddiem; |
|
“mi” |
il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus imsejjaħ “i”, fejn “i” tvarja minn 1 san-numru totali ta’ fusien tal-vettura; |
|
“mc” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ wara; |
|
“μj” |
massa massima teknikament permissibbli fuq il-grupp ta’ fusien imsejħa “j”, fejn “j” tvarja minn 1 san-numru totali ta’ gruppi ta’ fusien. |
2.1.1. Għandhom isiru kalkolazzjonijiet xierqa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2.2 u 2.3 huma ssodisfati għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip.
2.1.2. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b'fusien li jistgħu jiġu mgħobbija, il-kalkolazzjonijiet meħtieġa skont il-punti 2.2 u 2.3 għandhom jitwettqu bis-sospension tal-fusien li jistgħu jiġu mgħobbija fil-konfigurazzjoni ta’ tħaddim normali.
2.1.3. Fil-każ ta'vetturi mgħammra f'fusien li jistgħu jintrefgħu, il-kalkolazzjonijiet meħtieġa skont il-punti 2.2 u 2.3 għandhom jitwettqu bil-fusien imniżżla.
2.2. Rekwiżiti ġenerali
2.2.1. Is-somma tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ quddiem, flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien waħedhom jew il-grupp ta’ fusien flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ wara ma għandhiex tkun anqas mill-massa mgħobbija massisma teknikament permissibbli tal-vettura.
2.2.2. Għal kull grupp ta’ fusien imsejjaħ “j”, it-total tal-mases mi fuq il-fusien tiegħu ma għandux ikun inqas mill-massa μj.
Barra minn hekk, kull waħda mill-mases mi ma għandhiex tkun inqas mill-parti ta’ μj li tapplika fuq il-fus “i” kif determinata mid-distribuzzjoni tal-massa għal dak il-grupp ta’ fusien.
2.3. Rekwiżiti speċifiċi
2.3.1. Il-massa tal-vettura fi stat ta’ tħaddim, flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt(i) tal-agganċ ma għandhiex teċċedi l-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.
2.3.2. Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli, il-massa distribwita fuq fus waħdieni “i” ma għandha la teċċedi l-massa mi fuq dak il-fus, u lanqas il-massa μj fuq il-grupp ta’ fusien, u lanqas il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ m0.
2.3.3. Ir-rekwiżiti tal-punt 2.3.2 għandhom ikunu mħarsa fil-konfigurazzjonijiet ta’ tagħbija li ġejjin:
2.3.3.1. Distribuzzjoni uniformi tal-massa utli (pay-mass)
Il-vettura għandha tkun fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv flimkien mal-massa utli (pay-mass) li qed tiġi distribwita b'mod uniformi fuq iż-żona tat-tagħbija;
2.3.3.2. Distribuzzjoni mhux uniformi tal-massa utli (pay-mass)
Il-vettura għandha tkun fil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv flimkien flimkien mal-massa utli (pay-mass) lokalizzata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
Għall-finijiet bħal dawn, il-manifattur għandu jiddikjara l-pożizzjonijiet estremi permissibbli possibbli taċ-ċentru tal-gravità tal-massa utli (pay-mass) u/jew il-karozzerija u/jew it-tagħmir jew l-aċċessorji interni (per eżempju: minn 0,50 m sa 1,30 m quddiem l-ewwel fus ta’ wara);
2.3.3.3 Kombinazzjoni ta’ distribuzzjoni uniformi u mhux uniformi:
Ir-rekwiżiti tal-punti 2.3.3.1 u 2.3.3.2 għandhom jiġu ssodisfati simultanjament.
2.3.3.4. Ir-rekwiżiti tal-punti 2.3.3.1 għandhom dejjem ikunu ssodisfati fejn il-vettura hija mgħammra b'żona ta’ tagħbija ċatta.
2.3.4. Rekwiżiti speċifiċi għall-karavans bit-trejler
2.3.4.1 Il-massa utli (pay-mass) minima (PM) għandha tissodisfa r-rekwiżit li ġej:
Fejn
|
“n” |
hija n-numru massimu ta’ rmiġġi u |
|
“L” |
hija t-tul globali tat-tul tal-karozzerija kif definit fil-punt 6.1.2 tal-Istandard ISO 7237:1981. |
3. Rekwiżiti tal-manuvrabilità
|
3.1. |
It-trejlers u s-semitrejlers għandhom ikunu iddisinjati b'tali mod li, meta jkunu agganċjati ma'vettura tal-irmonk, il-kombinazzjoni tkun kapaċi timmanuvra fuq kull naħa ta’ trajettorja sħiħa ta’ 360° magħmula minn żewġ ċrieki konċentriċi, biċ-ċirku ta’ barra li b'raġġ ta’ 12,50 m u ċirku ta’ ġewwa b'raġġ ta’ 5,30 m mingħajr ma kwalunkwe punt ta’ barra nett tal-vettura tal-irmonk jisporġi lil hinn miċ-ċirku ta’ barra jew kwalunkwe punt ta’ barra nett tat-trejler jew tas-semitrejler jidħol ġewwa ċ-ċirku ta’ ġewwa. |
|
3.2. |
Semitrejler għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżit tal-punt 3.1 jekk il-bażi tar-roti ta’ referenza “RWB” tissodisfa r-rekwiżit li ġej:
fejn: “RWB” hija distanza bejn l-assi kingpin u l-linja ċentrali tal-fusien mhux direzzjonali. “W” hija l-wisa' tas-semitrejler |
|
3.3. |
Fejn fus mhux direzzjonali wieħed jew aktar ikollu apparat għall-irfigħ tal-fusien, għandha titqies il-bażi tar-roti ta’ referenza bil-fus imniżżel jew il-fus mgħolli, skont liema minnhom huwa l-itwal. |
(1) ĠU L 124, 13.5.2011, p. 11.
Appendiċi 1
Lista ta’ apparat u tagħmir li mhumiex meħtieġa li jitqiesu għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ barra nett
|
1. |
Suġġetti għal restrizzjonijiet addizzjonali pprovduti fit-tabelli li ġejjin, l-apparat u t-tagħmir elenkati fit-Tabelli I, II u III mhumiex meħtieġa li jitqiesu għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ barra nett meta r-rekwiżiti li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-apparat għall-viżjoni indiretta. |
Tabella I
Tul tal-vettura
|
Oġġett |
Kategoriji tal-vetturi |
||||||||||
|
|
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|
|
1. |
Apparat għall-viżjoni indiretta kif definit fil-punt 2.1 tar-Regolament UNECE Nru 46 (1) |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
2. |
Apparti tal-wajpers u tal-waxers |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
3. |
Viżieri esterni tax-xemx |
— |
— |
— |
— |
x |
x |
— |
— |
— |
— |
|
4. |
Sistema ta’ protezzjoni frontali bl-apparovazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) |
x |
|
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
5. |
Tarġiet ta’ aċċess u mqabad |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
6. |
Agganċ (meta jinqala’) |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
— |
— |
— |
— |
|
7. |
Agganċ addizzjonali fuq in-naħa ta’ wara ta’ trejler (meta jinqala’) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
|
8. |
Apparat għall-ġarr tar-rota (bike) (meta jinqala’ jew jinġibed lura) |
x |
|
|
x |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
9. |
Pjattaformi għall-irfigħ, rampi għall-aċċess jew tagħmir simili (meta jkunu magħluqa u ma jisporġux b ‘aktar minn 300 mm) sakemm il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura ma tiġix miżjuda. |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
10. |
Għajnuniet biex wieħed jara u għad-detezzjoni inklużi radars |
— |
x |
x |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
11. |
Inġizz elastiku u tagħmir simili |
— |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
12. |
Mezzi ta’ ssiġillar doganali u l-protezzjonijiet tagħhom |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
13. |
Mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
14. |
Waqqafiet għal partijiet li jistgħu jiżżarmaw |
— |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
15. |
Driegħ ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku |
— |
— |
x |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
16. |
Il-pjanċi tal-immarkar fuq quddiem jew fuq wara |
— |
x |
x |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
X |
|
17. |
Fanali fakultattivi kif definit fit-Taqsima 2 tar-Regolament tal-UNECE Nru 48 (3). |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
18. |
Apparat li jintlewa u tagħmir maħsub biex inaqqas il-ġibda erodinamika sakemm ma jesporġux fuq wara b’aktar minn 500 mm mit-tul ta’ barra nett tal-vettura u li ma jżidux t-tul taż-żona tat-tagħbija. Tali apparat għandu jkun iddisinjat li jista’ jinġibed lura meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li t-tul massimu awtorizzat ma jinqabiżx u li ma jfixklux il-kapaċità tal-vettura li tintuża għat-trasport intermodali. |
— |
x |
x |
— |
x |
x |
— |
— |
x |
x |
Tabella II
Wisa’ tal-vettura
|
Oġġett |
Kategoriji tal-vetturi |
||||||||||||
|
|
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|||
|
1. |
Apparat għall-viżjoni indiretta kif definit fil-punt 2.1 tar-Regolament UNECE Nru 46 |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
2. |
Il-parti li toħroġ ’il barra tal-ħitan tat-tajers fil-punt tal-kuntatt mal-wiċċ tat-triq |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
3. |
Strumenti li jindikaw ħsara fit-tajers |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
4. |
Indikaturi tal-pressjoni tat-tajers |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
5. |
Fanali li jimmarkaw il-ġnub |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
6. |
Tagħmir tad-dawl |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
|
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
|
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
|
|
— |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
|
|
— |
x |
x |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
||
|
7. |
rampi għall-aċċess, pjattaformi għall-irfigħ u tagħmir simili (meta jkun magħluq u sakemm ma jaqbiżx 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-kantunieri tar-rampi li jħarsu ’l quddiem jew wara jinġiebu għat-tond għal raġġ ta’ mhux inqas minn 5 mm; it-truf għandhom jinġiebu fit-tond għal raġġ ta’ mhux inqas minn 2,5 mm |
— |
x |
x |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
8. |
Apparat ta’ gwida fil-ġenb li jista’ jinġibed ’il ġewwa maħsub għall-użu fuq sistema ta’ xarabank iggwidat, jekk mhux miġbud ’il ġewwa. |
— |
— |
x |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
||
|
9. |
Tarġiet li jistgħu jinġibdu lura meta użati u meta l-vettura tkun f’pożizzjoni wieqfa; |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
10. |
Għajnuniet biex wieħed jara u għad-detezzjoni inklużi radars |
— |
x |
x |
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
11. |
Apparat u tagħmir maħsub apposta biex inaqqas il-ġibda erodinamika sakemm ma jesporġux b’aktar minn 50 mm fuq kull naħa mill-wisà ta’ barra nett tal-vettura u li ma jżidux il-kapaċità tat-tagħbija. Tali apparat għandu jkun iddisinjat li jista’ jinġibed lura meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata ma tinqabiżx u li ma jfixklux il-kapaċità tal-vettura li tintuża għat-trasport intermodali. Fejn l-apparat u t-tagħmir ikunu qed jintużaw, il-wisa’ tal-vettura ma għandhiex taqbeż 2 650 mm. |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
12. |
Mezzi ta’ ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
13. |
Mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f ‘postu u l-protezzjoni tagħhom li ma jisporġux b’aktar minn 20 mm meta jkunu mhux aktar minn 2,0 m mil-livell tal-art u mhux aktar minn 50 mm meta jkunu aktar minn 2,0 m mil-livell tal-art. It-trufijiet it-truf għandhom jinġiebu għat-tond għal raġġ ta’ mhux inqas minn 2,5 mm. |
— |
— |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
14. |
Partijiet flessibbli li jisporġu ’l barra ta’ sistema tas-soppressjoni tat-titjir msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011 (4). |
— |
— |
— |
— |
x |
x |
— |
— |
x |
x |
||
|
15. |
Mudgards flessibbli mhux koperti fl-annotazzjoni 14. |
— |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
16. |
Ktajjen għall-borra |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
17. |
Balavostri tas-sikurezza fuq it-trasportaturi tal-vetturi. Biss għall-vetturi ddisinnjati u mibnija għat-trasport ta’ mill-inqas żewġ vetturi oħra u li għalihom il-balavostri tas-sikurezza jinsabu f’għoli ta’ aktar minn 2,0 m iżda mhux aktar minn 3,70 m mill-art u ma jisporġux b’aktar minn 50 mm min-naħa ta’ barra nett tal-vettura. Il-wisa’ tal-vettura ma għandhiex taqbeż 2 650 mm. |
— |
— |
— |
— |
x |
x |
— |
— |
x |
x |
||
Tabella III
Għoli tal-vettura
|
|
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|
|
1. |
Antenna tar-radju jew tar-radjunavigazzjoni |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
2. |
Pantografi jew driegħ fil-pożizzjoni mgħollija tagħhom |
— |
— |
x |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
(1) ĠU L 177, 10.7.2010, p. 211.
Appendiċi 2
Devjazzjonijiet permissibbli għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni
1. Dimensjonijiet
|
1.1. |
Il-kejl tat-tul, il-wisa’ u l-għoli globali għandu jitwettaq skont punt 1.2 tal-Partijiet minn A sa D ta’dan l-Anness. |
|
1.2. |
Bil-kundizzjoni li l-limiti speċifikati fil-punt 1.1 tal-Partijiet minn A sa D ta’ dan l-Anness ma jinqabżux, id-dimensjonijiet reali jistgħu jkunu differenti minn dawk iddikjarati mill-manifattur b’mhux aktar minn 3 %. |
2. Massa fi stat ta’ tħaddim u massa reali tal-vettura
|
2.1. |
Il-massa fi stat ta’ taħddim għandha tiġi vverifikata mill-massa reali billi tintiżen il-vettura titnaqqas il-massa tat-tagħmir fakoltattiv imwaħħal. Għal tali finijiet l-istrument tal-użin għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
2.2. |
Il-massa fi stat ta’ taħddim iddeterminata skont ir-rekwiżiti tal-punt 2.1 tista’ tiddevja mill-valur nominali ddikjarat fil-punt 2.6(b) tal-Anness I jew fil-Parti I, it-Taqsima A jew B tal-Anness III tad-Direttiva 2007/46/KE jew fl-annotazzjoni rilevanti taċ-ċertifikat tal-konformità b’mhux iktar minn:
|
Appendiċi 3
Figuri fir-rigward tar-rekwiżiti tal-manuvrabilità
Figura 1
Ċirku tal-manuvrabilità
Figura 2
Metodu drive-in għall-vetturi M2 u M3
|
|
|
Figura 3
Metodu steady-state għall-vetturi N2 u N3
ANNESS II
GRAD TA’ INKLINABILITÀ TAL-VETTURI OFF-ROAD
1. Ġenerali
1.1. Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti tekniċi għall-finijiet tal-verifika tal-grad ta’ inklinabilità ta’ vettura biex tkun ikkategorizzata bħala vettura off-road skont Taqsima 4 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
1.2. Is-servizz tekniku għandu jivverifika jekk il-vettura kompluta jew kkompletata, jew unità ta’ trattur għal semitrejler għandhiex titqies bħala vettura off-road skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ 2007/46/KE.
1.3. Għall-vetturi mhux kompluti, din il-verifika għandha ssir biss fuq it-talba tal-manifattur.
2. Kundizzjonijiet tat-test
2.1. Kundizzjonijiet tal-vettura
|
2.1.1. |
Il-vettura għandha titqiegħed fil-kundizzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur u mgħammra bit-tagħmir imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE. |
|
2.1.2. |
L-aġġustament tal-brejkijiet, il-klaċċ (jew ekwivalenti), il-magna u l-gerboks għandu jkun skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur għall-finijiet tal-użu ’il barra mit-toroq normali. |
|
2.1.3. |
It-tajers għandhom ikunu dawk irrakkomandati għall-użu off-road. Huma għandhom ikollhom wiċċ ta’ barra tat-tajer ta’mhux inqas minn 90 % tal-wiċċ ta’ barra ta’ tajer ġdid. Il-pressjoni tat-tajer għandu jiġi aġġustat sal-valur irrakkomandat mill-manifattur tat-tajer. |
|
2.1.4. |
Il-vettura għandha tkun mgħobbija sal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tagħha b’distribuzzjoni tat-tagħbija proporzjonali għad-distribuzzjoni tal-massa massima fuq il-fusien kif iddikjarat mill-manifattur.
Pereżempju vettura ta’ 7,5 tunnellati b’massa massima fuq il-fus ta’ quddiem ta’ 4 tunnellati u massa massima fuq il-fus ta’ wara ta’ 6 tunnellati, għandha tiġi ttestjata b’massa ta’ 3 tunnellati (40 %) fuq il-fus ta’ quddiem u 4,5 tunnellati (60 %) fuq il-fus ta’ wara. |
2.2. Kundizzjonijiet tal-korsa tat-test
|
2.2.1. |
Il-wiċċ tal-korsa tat-test għandu jkun xott, magħmul mill-asfalt jew il-konkrit |
|
2.2.2. |
L-inklinazzjoni għandha turi perċentwali kontinwu ta’ 25 % b’ tolleranza ta’ + 3 % (θ = 14-il grad). |
|
2.2.3. |
Bi ftehim mal-manifattur, it-test jista’ jsir fuq inklinazzjoni li turi perċentwali akbar minn 25 %. It-test għandu jsir bil-mases massimi mnaqqsa skont il-kundizzjonijiet tat-test.
Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati. |
|
2.2.4. |
Il-wiċċ tal-korsa għandu juri koeffiċjent tajjeb ta ‘adeżjoni.
L-Indiċi ta’ Reżistenza kontra ż-Żliq (Skid Resistance Index — SRI) tal-wiċċ għandu jitkejjel skont l-Istandard CEN/TS 13036-2: 2010 Karatteristiċi tal-uċuħ tat-toroq u tal-mitjar — Metodi tal-ittestjar — Parti 2: Valutazzjoni tar-reżistenza kontra ż-żliq ta’ wiċċ bankina fit-triq permezz tal-użu ta’ sistemi ta’ kejl dinamiċi. Il-valur medju tal-SRI għandu jiġi rrappurtat. |
3. Proċedura tat-test
3.1. Il-vettura l-ewwel għandha titqiegħed fuq wiċċ orizzontali.
3.2. Il-mod ta’ trazzjoni għandu jiġi stabbilit bħal dak tal-użu off-road. Il-ger(ijiet) użat għandu jippermetti veloċità stabbli.
3.3. It-Taqsimiet 4 u 5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom japplikaw.
ANNESS III
KUNDIZZJONIJIET TA’ EKWIVALENZA TA’ SASPENXIN GĦAL SASPENXIN TAL-ARJA
1. Dan l-Anness jistipula l-kundizzjonijiet tekniċi dwar l-ekwivalenza ta’ saspenxin għal saspenxin tal-arja għall-fus(ien) misjuq tal-vettura.
2. Sabiex tkun rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal saspenxin tal-arja, saspenxin għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2.1. |
Matul l-oxxillazzjoni vertikali ta’ frekwenza baxxa temporanja u libera tal-massa sospiża fuq fus misjuq jew grupp ta’ fusien, il-frekwenza mkelja u d-damping bis-saspenxin iġġorr it-tagħbija massima tagħha għandha tkun fil-limiti ddefiniti fil-punti minn 2.3 sa 2.6. |
|
2.2. |
Kull fus għandu jkun mgħammar b’dampers idrawliċi. Fuq gruppi ta’ fusien, id-dampers għandhom ikunu mqiegħda sabiex jimminimizzaw l-oxxillazzjoni tal-gruppi ta’ fusien. |
|
2.3. |
Il-proporzjon medju tad-damping Dm għandu jkun akbar minn 20 % tad-damping kritiku għas-saspenxin fil-kundizzjoni normali tagħha b’dampers idrawliċi f’posthom u operattivi. |
|
2.4. |
Il-proporzjon tad-damping Dr tas-saspenxin bid-dampers idrawliċi kollha mneħħija jew inkapaċitati ma għandux jkun aktar minn 50 % ta’ Dm. |
|
2.5. |
Il-frekwenza tal-massa sospiża ’l fuq mill-fus misjuq jew grupp ta’ fusien f’oxxillazzjoni vertikali temporanja u libera ma għandhiex tkun aktar minn 2,0 Hz. |
|
2.6. |
Il-proċeduri tat-test għall-kejl tal-frekwenza u d-damping għandhom jiġu stabbiliti fil-punt 3. |
3. Proċedura tat-test
3.1. Frekwenza u damping
|
3.1.1. |
L-oxxillazzjoni libera tal-massa sospiża għandha tingħata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
|
3.1.2. |
Il-frekwenza tal-oxxillazzjoni (“F” f’Hz) tal-massa sospiża għandha tingħata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
|
|
3.1.3. |
Id-damping ikun kritiku meta C = Co
fejn:
Il-proporzjon tad-damping bħala frazzjoni tal-kritiku huwa C/Co. |
|
3.1.4. |
Matul l-oxxillazzjoni temporanja libera tal-massa sospiża il-moviment vertikali tal-massa isegwi kurva sinusojdali mmewta (Figura 2). Il-frekwenza tista’ tkun ikkalkolata billi jittieħed il-ħin għal kemm ikunu jistgħu jiġu osservati ċikli tal-oxxillazzjoni. Id-damping jista’ jkun ikkalkolat billi jitkejjel l-għoli ta’ qċaċet suċċessivi tal-oxxillazzjoni fl-istess direzzjoni. |
|
3.1.5. |
Jekk l-estensjonijiet massimi tal-ewwel u t-tieni ċiklu tal-oxxillazzjoni huma A1 u A2, il-proporzjon tad-damping D jingħata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
“ln” tkun il-logaritmu naturali tal-proporzjon tal-estensjoni. |
3.2. Proċedura tat-test
Sabiex jiġi stabbilit permezz ta’ test il-proporzjon tad-damping Dm, il-proporzjon tad-damping Dr bid-dampers idrawliċi mneħħija, u l-frekwenza F tas-saspenxin, il-vettura mgħobbija tkun jew:
|
(a) |
misjuqa b’veloċità baxxa (5 km/h ± 1 km/h) fuq tarġa ta’ 80 mm bil-profil muri fil-Figura 1. L-oxxillazzjoni temporanja li għandha tkun analizzata għall-frekwenza u d-damping isseħħ wara li r-roti tal-fus misjuq jkunu skorrew it-tarġa; |
|
(b) |
miġbuda bix-xażi tagħha sabiex it-tagħbija tal-fus misjuq tkun darba u nofs il-valur massimu statiku tagħha. Il-vettura miżmuma tkun mitluqa f’daqqa u l-oxxillazzjoni sussegwenti tiġi analizzata; |
|
(c) |
merfugħa mix-xażi tagħha sabiex il-massa sospiża tintrefa’ bi 80 mm ’l fuq mill-fus misjuq. Il-vettura miżmuma ’l fuq tkun mitluqa f’daqqa u l-oxxillazzjoni sussegwenti tkun analizzata; |
|
(d) |
soġġetta għal proċeduri oħra sakemm tkun ingħatat prova mill-manifattur, għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li jkunu ekwivalenti. |
3.3. Tagħmir tat-test u l-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-vettura
|
3.3.1 |
Il-vettura għandu jkollha transdjuser ta’ spostament vertikali mwaħħal fuqha bejn il-fus misjuq u x-xażi, direttament fuq il-fus misjuq. Mit-traċċa, l-interval ta’ ħin bejn l-ewwel u t-tieni quċċata ta’ kompressjoni għandu jitkejjel sabiex jinkiseb id-damping.
Għall-gruppi ta’ fusien doppji misjuqa, għandhom jitwaħħlu transdjusers ta’ spostament vertikali bejn kull fus misjuq u x-xażi direttament fuqu. |
|
3.3.2. |
It-tajers għandhom jintefħu sal-pressjoni xierqa rrakkomandata mill-manifattur. |
|
3.3.3. |
It-test sabiex tkun ivverifikata l-ekwivalenza tas-saspenxins għandu jsir fil-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus jew grupp ta’ fusien, u l-ekwivalenza titqies li tkun tkopri il-mases il-baxxi kollha. |
Figura 1
Tarġa għat-testijiet tas-saspenxin
Figura 2
Rispons transitorju mmewwet
ANNESS IV
REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-ISTALLAZZJONI TA FUS(IEN) LI JOGĦLA JEW LI JISTA’ JIĠI MGĦOBBI FUQ IL-VETTURI
|
1. |
Jekk vettura hija mgħammra b’fus li jista’ jintrefa’ jew fus li jista’ jiġi mgħobbi wieħed jew aktar minn wieħed għandu jiġi żgurat li taħt il-kundizzjonijiet normali tas-sewqan il-mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu fuq il-fusien waħedhom jew gruppi ta’ fusien ma jinqabżux. Għal dak il-għan il-fus(ien) li jogħla jew fus(ien) li jista’ jiġi mgħobbi għandu jitbaxxa mal-art jew jitgħabba awtomatikament jekk l-eqreb fus(ien) tal-grupp jew il-fus(ien) ta’ quddiem tal-vettura bil-mutur hija/huma mgħobbija sal-massa(mases) massima(i) permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu tagħhom.
Meta fus li jista’ jintrefa’ jkun f’pożizzjoni elevata, għandu jiġi żgurat li l-massa fuq il-fus(ien) direzzjonali tkompli tkun biżżejjed biex tiżgura s-sewqan sikur tal-vettura fiċ-ċirkostanzi kollha. Għal tali finijiet, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika, fil-każ ta’ vetturi mhux kompluti, l-massa minima fuq il-fus(ien) direzzjonali. |
|
2. |
Kull apparat għall-irfigħ tal-fusien imwaħħal fuq vettura, kif ukoll is-sistemi għat-tħaddim tiegħu, għandu jkun iddisinnjat u installat b’tali mod li jkun protett minn kwalunkwe użu mhux xieraq jew tbagħbis. |
|
3. |
Rekwiżiti biex il-vetturi jibdew jimxu fuq uċuħ jiżolqu u biex tittejjeb il-manuvrabilità tagħhom |
|
3.1. |
B’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 1 u sabiex jiġu megħjuna l-vetturi bil-mutur jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jibdew jimxu fuq art tiżloq u sabiex tiżdied it-trazzjoni tat-tajers fuq dawn l-uċuħ kif ukoll biex titjieb il-manuvrabilità tagħhom, apparat għall-irfigħ tal-fusien jista’ jazzjona l-fus(ien) li jogħla jew fus(ien) li jista’ jiġi mgħobbi ta’ vettura bil-mutur jew semitrejler biex tiżdied jew titnaqqas il-massa fuq il-fus misjuq tal-vettura bil-mutur, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
ANNESS V
PARTI A
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI
MUDELL LI GĦANDU JINTUŻA
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet ta’ vettura.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull illustrazzjoni trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
0. ĠENERALI
0.1. Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.4. Kategorija tal-vettura (c): …
0.5. Isem u indirizz il-kumpanija tal-manifattur: …
0.8. Isem/ismijiet u indirizz/i tal-impjant/i tal-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti): …
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva: …
1.2. Illustrazzjoni dimensjonali tal-vettura kollha: …
1.3. Numru ta’ fusien u roti: …
1.3.1. Numru u pożizzjoni tal-fusien b’roti doppji: …
1.3.2. Numru u pożizzjoni ta’ fusien direzzjonali: …
1.3.3. Fusien misjuqa mill-magna (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni): …
1.4. Xażi (jekk hemm) (illustrazzjoni globali): …
1.7. Kabina tas-sewqan (kontroll minn quddiem jew imsaqfa) (e): …
1.9. Speċifika jekk il-vettura tal-irmonk tkunx maħsuba sabiex tirmonka semitrejlers jew trejlers oħra u jekk it-trejler huwiex semitrejler, trejler b’ganċ għall-irmonk, trejler b’fus ċentrali jew trejler b’ganċ tal-irmonk riġidu: …
1.10. Speċifika jekk il-vettura hijiex iddisinjata apposta għall-ġarr ta’ merkanzija f’temperatura kkontrollata: …
2. MASES U DIMENSJONIJIET (f) (g) (7)
(f’kg u mm) (Irreferi għall-illustrazzjoni fejn applikabbli)
2.1. Bażi(jiet) tar-roti (b’tagħbija sħiħa) (1): …
2.1.1. Vetturi b’żewġ fusien: …
2.1.2. Vetturi bi tliet fusien jew aktar
2.1.2.1. L-ispazju bejn fusien konsekuttivi mill-fus ta’ quddiem nett sal fus ta’ wara nett: …
2.1.2.2. Spazju totali bejn il-fusien: …
2.2. Fifth wheel
2.2.1. Fil-każ ta’ semitrejlers
2.2.1.1. Distanza bejn l-assi tal-kingpin tal-fifth wheel u t-tarf ta’ wara nett tas-semitrejler: …
2.2.1.2. Distanza massima bejn l-assi tal-kingpin tal-fifth wheel u kwalunkwe punt fuq quddiem tas-semitrjeler: …
2.2.1.3. Il-bażi tar-roti ta’ referenza tas-semitrejler (kif mitlub fil-punt 3.2 tal-Parti D tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012: …
2.2.2. Fil-każ ta’ vetturi semitrejler tal-irmonk
2.2.2.1. Id-distanza tal-fifth wheel (massima u minima; indika l-valuri permissibbli fil-każ ta’ vettura mhux kompluta) (2): …
2.3. Karreġġjata(i) u wisa’(wisgħat) tal-fus
2.3.1. Karreġġata ta’ kull fus direzzjonali (3): …
2.3.2. Karreġġata tal-fusiien l-oħra kollha (3): …
2.4. Firxa tad-dimensjonijiet tal-vettura (globali)
2.4.1. Għax-xażi mingħajr il-karozzerija
2.4.1.1. Tul (4): …
2.4.1.1.1. Tul massimu permissibbli: …
2.4.1.1.2. Tul minimu permissibbli: …
2.4.1.1.3. Fil-każ tat-trejlers, it-tul massimu permissibbli tal-ganċ tal-irmonk (5): …
2.4.1.2. Wisa’ (6): …
2.4.1.2.1. Wisa’ massima permissibbli: …
2.4.1.2.2. Wisa’ minima permissibbli: …
2.4.1.3. Għoli (7) (għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista’ jiġi aġġustat, indika l-pożizzjoni normali waqt it-tħaddim): …
2.4.1.4. Sporġenza ta’ quddiem (8): …
2.4.1.4.1. Angolu tal-approċċ (9) (4): … gradi.
2.4.1.5. Sporġenza ta’ wara (10): …
2.4.1.5.1. Angolu tat-tluq (11) (4): … gradi.
2.4.1.5.2. Sporġenza minima u massima permissibbli tal-punt tal-agganċ (12): …
2.4.1.6. Qtugħ mill-art (kif definit fil-punti 3.1.1 u 3.2.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE)
2.4.1.6.1. Bejn il-fusien: …
2.4.1.6.2. Taħt il-fus(ien) ta’ quddiem: …
2.4.1.6.3. Taħt il-fus(ien) ta’ wara: …
2.4.1.8. Pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-karozzerija u/jew tal-aċċessorji interni u/jew tagħmir u/jew il-massa utli (pay-mass) (minima u massima): …
2.4.2. Għal xażi bil-karozzerija
2.4.2.1. Tul (4): …
2.4.2.1.1. Tul taż-żona tat-tagħbija: …
2.4.2.2. Wisa’ (6): …
2.4.2.2.1. Ħxuna tal-ħitan (fil-każ ta’ vetturi ddisinjati għall-ġarr ta’ merkanzija f’temperatura kkontrollata): …
2.4.2.3. Għoli (7) (għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista’ jiġi aġġustat, indika l-pożizzjoni normali waqt it-tħaddim): …
2.4.2.4. Sporġenza ta’ quddiem (8): …
2.4.2.4.1. Angolu tal-approċċ (9) (4): … gradi.
2.4.2.5. Sporġenza ta’ wara (10): …
2.4.2.5.1. Angolu tat-tluq (11) (4): … gradi.
2.4.2.5.2. Sporġenza minima u massima permissibbli tal-punt tal-agganċ (12): …
2.4.2.6. Qtugħ mill-art (kif definit fil-punti 3.1.1 u 3.2.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE) (4)
2.4.2.6.1. Bejn il-fusien: …
2.4.2.6.2. Taħt il-fus(ien) ta’ quddiem: …
2.4.2.6.3. Taħt il-fus(ien) ta’ wara: …
2.4.2.8. Pożizzjonijiet taċ-ċentru tal-gravità tal-massa utli (pay-mass) (fil-każ ta’ tagħbija mhux uniformi): …
2.4.3. Għal karozzerija approvata mingħajr xażi (vetturi M2 u M3)
2.4.3.1. Tul (4): …
2.4.3.2. Wisa’ (6): …
2.4.3.3. Għoli (7) fuq it-tip(i) ta’ xażi maħsub (għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista’ jiġi aġġustat, indika l-pożizzjoni normali waqt it-tħaddim): …
2.5. Massa minima fuq il-fus(ien) direzzjonali għall-vetturi mhux kompluti: …
2.6. Massa fi stat ta’ tħaddim (h)
(a) minimu u massimu għal kull varjant: …
2.6.1. Distribuzzjoni ta’ din il-massa fost il-fusien u, fil-każ ta’ semitrejler, trejler bil-fus ċentrali jew trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu, il-massa fuq il-punt tal-agganċ: …
(a) minimu u massimu għal kull varjant: …
2.6.2. Massa tat-tagħmir fakoltattiv (ara d-definizzjoni Nru 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012: …
2.8. Massa mgħobbija massima teknikament permissibbli (i): …
2.8.1. Distribuzzjoni ta’ din il-massa fost il-fusien u, fil-każ ta’ semitrejler, trejler bil-fus ċentrali jew trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu, it-tagħbija fuq il-punt tal-agganċ: …
2.9. Massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus: …
2.10. Massa massima teknikament permissibbli fuq kull grupp ta’ fusien: …
2.11. Massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata tal-vettura tal-irmonk
fil-każ ta’:
2.11.1. Trejler bil-ganċ tal-irmonk: …
2.11.2. Semitrejler: …
2.11.3. Trejler bil-fus ċentrali: …
2.11.4. Trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu: …
2.11.4.1. Proporzjon massimu tal-isporġenza tal-agganċ (j) mal-bażi tar-roti: …
2.11.4.2. Valur-V massimu: … kN.
2.11.5 Massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni: …
2.11.6. Massa massima tat-trejler mingħajr brejkijiet: …
2.12. Massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ:
2.12.1. ta’ vettura tal-irmonk: …
2.12.2. ta’ semitrejler, trejler bil-fus ċentali jew trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu: …
2.12.3. Massa massima permissibbli tal-apparat tal-agganċ (jekk ma jkunx imwaħħal mill-manifattur): …
2.16. Mases massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu maħsuba (fakoltattiva)
2.16.1. Massa mgħobbija massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu (5): …
2.16.2. Massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu fuq kull fus, u fil-każ ta’ semitrejler jew trejler bil-fus ċentrali, it-tagħbija maħsuba fuq il-punt tal-agganċ iddikjarat mill-manifattur jekk tkun inqas mill-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ (5): …
2.16.3. Massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu fuq kull grupp ta’ fusien (5): …
2.16.4. Massa massima permissibbli li tista’ tiġi rmunkata tar-reġistrazzjoni/fl-użu (5): …
2.16.5. Massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fl-użu tal-kombinazzjoni (5): …
3. IMPJANT TAL-ENERĠIJA (k)
3.1. Manifattur tal-magna: …
3.2. Magna li taħdem bil-kombustjoni interna
3.2.1.8. Potenza massima netta (n): … kW fi … min–1 (il-valur iddikjarat mill-manifattur)
|
Note: |
għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa permess li tirreferi għall-magna li turi l-inqas potenza |
3.3. Mutur tal-elettriku
3.3.1.1. Output massimu fis-siegħa: … kW
3.4. Kombinazzjoni ta’ magna jew mutur
3.4.1. Vettura tal-elettriku ibrida: iva/le (1)
3.4.5.4. Potenza massima: … kW
4. TRAŻMISSJONI (p)
4.1. Illustrazzjoni tat-trasmissjoni (4): …
5. FUSIEN
5.1. Deskrizzjoni ta’ kull fus: …
5.2. Ditta: …
5.3. Tip: …
5.4. Pożizzjoni tal-fus(ien) li jista’ jintrefa’: …
5.5. Pożizzjoni tal-fus(ien) li jista’ jiġi mgħobbi: …
6. SASPENXIN
6.1. Illustrazzjoni tal-arranġamenti tas-saspenxins: …
6.2. Tip u disinn tas-saspenxin ta’ kull fus jew grupp ta’ fusien jew rota: …
6.2.3. Saspenxin tal-arja għall-fus(ien) misjuq: iva/le (1)
6.2.3.1. Saspenxin tal-fus(ien) misjuq ekwivalenti għal saspenxin tal-arja: iva/le (1)
6.2.3.2. Frekwenza u damping tal-oxxillazzjoni tal-massa sospiża: …
6.2.4. Saspenxin tal-arja għall-fus(ien) mhux misjuq: iva/le (1)
6.2.4.1. Saspenxin tal-fus(ien) mhux misjuq ekwivalenti għal saspenxin tal-arja: iva/le (1)
6.2.4.2. Frekwenza u damping tal-oxxillazzjoni tal-massa sospiża: …
6.3. Distribuzzjoni tal-massa bejn il-fusien li huma parti minn grupp ta’ fusien (fejn meħtieġ, ipprovdi graffs xierqa): …
6.6. Tajers u roti
6.6.1. Kombinazzjoni(jiet) tajer/rota (r)
|
(a) |
għat-tajers indika
|
6.6.1.1. Fusien
6.6.1.1.1. Fus 1: …
6.6.1.1.2. Fus 2: …
eċċ.
9. KAROZZERIJA
9.1. Tip ta’ karozzerija bl-użu tal-kodiċijiet definiti fil-Parti C tal-Anness II: …
9.10.3. Sedili
9.10.3.1. Numru ta’ postijiet bilqiegħda (s): …
9.10.3.1.1. Post u arranġament: …
9.10.3.5. Koordinati jew illlustrazzjoni tal-punt R (t)
9.10.3.5.1. Sedil tas-sewwieq: …
9.10.3.5.2. Il-postijiet ta’ bilqiegħda l-oħra kollha: …
9.25. Apparat iddisinjat biex inaqqas il-ġibda erodinamika
9.25.1. Illustrazzjoni u deskrizzjoni tal-apparat
11. KONNESSJONIJIET BEJN IL-VETTURI TAL-IRMONK U T-TREJLERS U S-SEMITREJLERS
11.1. Klassi u tip tal-apparat(i) tal-agganċ imwaħħal jew li jrid jitwaħħal: …
11.2. Karatteristiċi D, U, S u V tal-apparat(i) tal-agganċ imwaħħal jew karatteristiċi minimi D, U, S u V tal-apparat(i) tal-agganċ li jrid jitwaħħal: … daN
13. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAX-XARABANKIJIET U L-KOWĊIS
13.1. Klassi tal-vettura: Klassi I/Klassi II/Klassi III/Klassi A/Klassi B (1)
13.2. Żona għall-passiġġieri (m2)
13.2.1. Total (S0): …
13.2.2. Sular ta’ fuq (S0a) (1): …
13.2.3. Sular ta’ isfel (S0b) (1): …
13.2.4. Għall-passiġġieri bilwieqfa (S1): …
13.3. Numru ta’ passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa)
13.3.1. Total (N): …
13.3.2. Sular ta’ fuq (Na) (1): …
13.3.3. Sular ta’ isfel (Nb) (1): …
13.4. Numru ta’ passiġġieri bilqiegħda
13.4.1. Total (A): …
13.4.2. Sular ta’ fuq (Aa) (1): …
13.4.3. Sular ta’ isfel (Ab) (1): …
13.4.4. Numru ta’ postijiet għas-siġġijiet bir-roti għal vetturi tal-kategoriji M2 u M3: …
13.7. Volum ta’ kumpartimenti għall-bagalji (m3): …
13.12. Illustrazzjoni bid-dimensjonijiet li juru l-arranġament intern fir-rigward tal-postijiet bilqiegħda, iż-żona għall-persuni bilwieqfa, l-utent(i) tas-siġġijiet bir-roti, il-kumpartimenti għall-bagalji inklużi l-ixkafef u l-kaxxa għall-iski, jekk ikun hemm.
Noti ta’ spjegazzjoni
|
(b) |
Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??). |
|
(g3) |
|
|
(g14) |
|
|
(l) |
Din iċ-ċifra għandha tiżdied jew titnaqqas sal-eqreb parti minn għaxra ta’ millimetru. |
|
(o) |
Mkejla skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE (4). |
PARTI B
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
|
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħha |
||
|
|||
|
|||
|
|
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru …/…,
Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE:
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip:
0.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):
0.4. Kategorija tal-vettura (2):
0.5. Isem u indirizz il-kumpanija tal-manifattur:
0.8. Isem/ismijiet u indirizz/i tal-impjant/i tal-assemblaġġ:
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli):
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:
3. Id-data tar-rapport tat-test:
4. In-numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk ikun hemm):
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
|
Dokumenti mehmuża |
: |
|
(c) Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness II.
(e) “Kontroll minn quddiem” kif iddefinit fil-Punt 2.7 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE (1).
(1) ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16.
(f) Meta hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ gruppi ta’ mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati.
(g) Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq — Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmonkati - termini u definizzjonijiet.
(7) Għandu jiġi speċifikat it-tagħmir falkoltattiv li jaffettwa d-dimensjonijiet tal-vettura.
|
(g1) |
|
|
(g2) |
|
|
(g4) |
|
|
(g5) |
|
|
(g6) |
|
|
(g7) |
|
|
(g8) |
|
|
(g9) |
|
|
(g10) |
|
(4) Għall-fini tad-definizzjoni ta’ vetturi off-road biss.
|
(g11) |
|
|
(g12) |
|
|
(g13) |
|
(h) Il-massa tas-sewwieq hija stmata għal 75 kg.
Is-sistemi li fihom il-likwidi (għajr dawk għall-ilma użat li għandhom jibqgħu vojta) jimtlew sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.
L-informazzjoni msemmija fil-punti 2.6(a) u 2.6.1(a) ma għandhiex bżonn tiġi pprovduta għall-vetturi tal-kategoriji N2, N3, M2, M3, O3, u O4.
(i) Għal trejlers jew semitrejlers, u għal vetturi bi trejler jew semitrejler, li japplikaw tagħbija vertikali sinifikanti fuq l-apparat tal-agganċ jew il-fifth wheel, din it-tagħbija, diviża bl-aċċelerazzjoni standard tal-gravità, hija inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.
(j) “Sporġenza tal-agganċ” hija d-distanza orizzontali bejn l-agganċ għat-trejlers bil-fus ċentrali u l-linja taċ-ċentru tal-fus(ien) ta’ wara.
(5) Imniżżla b’tali mod li l-valur reali jkun ċar għal kull konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura.
(k) Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem jew bil-petrol, diżil, eċċ., jew inkella b’taħlita ma’ fjuwil ieħor, il-punti għandhom jiġu ripetuti.
Fil-każ ta’ magni u ta’ sistemi mhux konvenzjonali, il-partikolaritajiet ekwivalenti għal dawk imsemmija hawnhekk għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur.
(n) Mkejla skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE (2).
(2) ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46.
(1) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn ma jkun meħtieġ li jitħassar xejn fejn tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda).
(p) Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
(r) Għat-tajers tal-kategorija Z maħsuba għal fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom taqbeż it-300 km fis-siegħa għandha tiġi pprovduta informazzjoni ewkivalenti.
(s) In-numru ta’ postijiet bilqiegħda li jridu jissemmew għandu jkun dak ta’ meta l-vettura tkun miexja. Tista’ tiġi speċifikata medda f’każ ta’ arranġament modulari.
(t) “Il-punt “R” jew “il-punt ta’ referenza ta’ postijiet bilqiegħda” jfissru punt ta’ disinn iddefinit mill-manifattur tal-vettura għal kull post bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza kif speċifikata fl-Anness III tad-Direttiva 77/649/KEE (3).
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …
Rimarki
|
1. |
L-vettura ingħatat approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament (jiġifieri d-dimensjonijiet ta’ barra nett tal-vettura jeċċedu d-dimensjonijiet massimi msemmija fil-Parti A, B, C jew D tal-Anness I): … iva/le (1) |
|
2. |
Il-vettura hija mgħammra b’saspenxins tal-arja: … iva/le (1) |
|
3. |
Il-vettura hija mgħammra b’saspenxin li hija rikonoxxuta li tkun ekwivalenti għal saspenxin tal-arja: … iva/le (1) |
|
4. |
Il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-vetturi off-road: … iva/le (1) |
Spjegazzjoni:
|
(2) |
Kif iddefinit fl-Anness II, Taqsima A. |
(1) Ħassar fejn ma japplikax
ANNESS VI
Emendi għall-Annessi I, III, IX, u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti I tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
|
3. |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Anness XVI huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS VII
“ANNESS XII
LIMITI TA’ SERJE ŻGĦIRA U TA’ TMIEM IS-SERJE
A. LIMITI TA’ SERJE ŻGĦIRA
|
1. |
In-numru ta’ unitajiet ta’ tip wieħed ta’ vettura li għandhom jiġu rreġistrati, mibjugħa jew jibdew jintużaw kull sena fl-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 22 ma jistax jaqbeż iċ-ċifri li qed jidhru hawn taħt għall-kategorija ta’ vetturi in kwistjoni:
|
|
2. |
In-numru ta’ unitajiet ta’ tip wieħed ta’ vettura li għandhom jiġu rreġistrati, mibjugħa jew jibdew jintużaw kull sena fi Stat Membru wieħed skont l-Artikolu 23 għandu jiġi ddeterminat minn dak l-Istat Membru iżda ma għandux jaqbeż iċ-ċifri li qed jidhru hawn taħt għall-kategorija ta’ vetturi in kwistjoni:
|
|
3. |
In-numru ta’ unitajiet ta’ tip wieħed ta’ vettura li għandhom jiġu rreġistrati, mibjugħa jew jibdew jintużaw kull sena fi Stat Membru wieħed għall-finijiet tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru iżda ma għandux jaqbeż iċ-ċifri li qed jidhru hawn taħt għall-kategorija ta’ vetturi in kwistjoni:
|
B. LIMITI TA’ TMIEM IS-SERJE
In-numru massimu ta’ vetturi kompluti u kkompletati li jibdew jintużaw f’kull Stat Membru skont il-proċedura “Tmiem is-Serje” għandu jiġi ristrett permezz ta’ wieħed mill-modi li ġejjin li għandu jintgħażel mill-Istat Membru:
|
1. |
in-numru massimu ta’ vetturi ta’ tip wieħed jew aktar ma jistax jaqbeż 10 % fil-każ tal-kategorija M1, u ma jistax jaqbeż 30 % tal-vetturi tat-tipi kollha kkonċernati li jibdew jintużaw f’dak l-Istat Membru matul is-sena preċedenti, fil-każ tal-kategoriji l-oħra kollha. Jekk 10 %, rispettivament 30 %, ikun inqas minn 100 vettura, l-Istat Membru jista’ jippermetti li jibdew jintużaw massimu ta’ 100 vettura. |
|
2. |
il-vetturi ta’ kwalunkwe tip għandhom jiġu ristretti għal dawk li għalihom ikun inħareġ ċertifikat ta’ konformità validu fid-data tal-manifattura jew warajha u li jkun baqa’ validu għal mill-inqas tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu iżda li sussegwentement ikun tilef il-validità tiegħu minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ att regolatorju.” |
DIRETTIVI
|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353/80 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/46/UE
tas-6 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwardja l-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u l-partikulati minn magni ta’ compression ignition li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwardja l-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u l-partikulati minn magni ta’ compression ignition li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (2) introduċiet Stadji IIIA, IIIB u IV ġodda tal-emissjonijiet għad-Direttiva 97/68/KE, sabiex iżżid il-ħarsien ambjentali u tippreserva s-saħħa tal-bniedem. Il-metodi tat-test ġew emendati skont dan, l-ewwel permezz tad-Direttiva 2004/26/KE u aktar tard permezz tad-Direttiva 2010/26/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (3). |
|
(2) |
Il-valuri limiti tal-Istadju IV se jsiru mandatorji għal approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 għal magni tal-kategorija Q u mill-1 ta’ Ottubru 2013 għal magni tal-kategorija R. Abbażi tal-esperjenza miksuba bil-magni heavy duty Euro V u VI skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (4), ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fir-rekwiżiti tat-test għall-magni tal-Istadju IV. Sabiex tippermetti approvazzjoni tat-tip tal-magni tal-Istadju IV tal-kategoriji Q u R, filwaqt li tikkunsidra l-progress tekniku, u sabiex iżżid l-armonizzazzjoni globali, huwa meħtieġ li jiġu riveduti u jiġu kkumplimentati ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE. Huwa meħtieġ ukoll sabiex jitnaqqas il-marġni ta’ interpretazzjoni tar-riżultati tat-test u biex tillimita l-iżbalji fiż-żieda tal-emissjonijiet tal-magna. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2010/26/UE introduċiet dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-NOx li huma meħtieġa biex jiżguraw li s-sistemi sofistikati ta’ wara t-trattament, li meħtieġa sabiex jissodisfaw il-limiti l-ġodda tal-emissjonijiet għall-magni tal-Istadju IIIB u IV, jiffunzjonaw tajjeb. B’mod partikolari, biex jiġi evitat li l-operaturi jevitaw milli jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet, huwa xieraq li jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-NOx billi jintroduċu sistema ta’ twissija għall-operatur ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għal vetturi heavy duty (Euro VI), flimkien ma’ sistema ta’ inċentiv f’2 stadji li tnaqqas b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tat-tagħmir u għaldaqstant issaħħaħ il-konformità. |
|
(4) |
Bl-introduzzjoni ta’ magni kkontrollati elettronikament, huwa meħtieġ li l-proċedura tat-test tiġi adattata sabiex tiżgura li t-testijiet tal-magna jirriflettu aħjar il-kundizzjonijiet tal-użu reali, li jipprevjeni milli jiġu evitati r-rekwiżiti tal-emissjoni [cycle beating]. Għaldaqstant, matul l-approvazzjoni tat-tip, il-konformità għandha tintwera f’żona tax-xogħol tal-magna li ġiet ittestjata u li ntgħażlet fuq il-bażi tal-istandard ISO 8178. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li skonthom topera l-magna u li skonthom isiru dawn it-testijiet u biex jiġu modifikati l-metodi ta’ kalkolu għal emissjonijiet speċifiċi sabiex jikkorrispondu ma’ dawk meħtieġa għal vetturi heavy duty (Euro VI) u biex jallinjawhom mad-dispożizzjonijiet tal-imsieħba ewlenin tal-kummerċ tal-Unjoni. |
|
(5) |
Id-Direttiva 97/68/KE teħtieġ li l-manifattur jispeċifika l-prestazzjoni tal-emissjoni tal-magna f’kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kontroll ambjentali li huma marbuta mal-altitudni jew il-pressjoni u t-temperatura. Sabiex jiġi rifless aħjar l-użu reali tal-magni, huwa xieraq li jiġu estiżi l-kriterji tat-temperatura/pressjoni u tal-altitudni billi d-dispożizzjonijiet jiġu allinjati aktar fil-qrib mar-rekwiżiti għall-magni Euro VI heavy duty. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti ta’ durabbiltà għandhom jiġu riveduti wkoll biex jiggarantixxu l-effiċjenza tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ladarba l-magna tkun qed topera. Minħabba l-bidliet teknoloġiċi assoċjati mal-magni tal-Istadju IV u s-sistema rispettiva tagħhom ta’ wara t-trattament, id-dispożizzjonijiet tad-durabbiltà stipulati fid-Direttiva 97/68/KE mhumiex adattati għal dawk il-magni, u għaldaqstant dispożizzjonijiet ibbażati fuq dawk tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 rigward magni Euro VI heavy duty għandhom jiġu integrati fid-Direttiva 97/68/KE. |
|
(7) |
Ġiet adottata proċedura globali armonizzata tat-test għal magni tal-Istadju IV fil-livell tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEENU Regolament Nru 96, is-serje 03 ta’ emendi). Huwa xieraq li jiġi stipulat li dik il-proċedura tapplika wkoll għall-ittestjar ta’ dawk il-magni fl-Unjoni. |
|
(8) |
Id-Direttiva 97/68/KE tistipula li approvazzjonijiet li nħarġu skont leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni jew tal-KEENU huma ekwivalenti għal approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont dik id-Direttiva. Ir-referenzi għall-atti legali li huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għandhom jiġu adattati għall-verżjonijiet attwali li huma fis-seħħ. Fir-rigward ta’ magni Euro VI heavy duty, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-ekwivalenza tista’ biss tintlaħaq jekk ċerti rekwiżiti addizzjonali ta’ inċentivi jkunu rispettati. |
|
(9) |
Ir-rappurtar tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) jipprovdi aktar indikazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ magna. Ir-rappurtar tal-emissjonijiet CO2 fuq iċ-ċikli tat-testijiet tal-magna huwa parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għal vetturi heavy duty (Euro VI u l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali (EPA) 40CFR Standards tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu introdotti tali dispożizzjonijiet fid-Direttiva 97/68/KE wkoll. |
|
(10) |
Id-Direttiva 97/68/KE ma tinkludix rekwiżiti speċifiċi għal emissjonijiet tal-crankcase li huma emissjonijiet sekondarji tal-magna. Sabiex jiġu evitati problemi tal-interpretazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat kif l-emissjonijiet tal-crankcase jiġu kkunsidrati biex jiġġudikaw jekk it-test tal-emissjoni għaddiex jew le. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma’ dispożizzjonijiet (EPA 40CFR il-parti 1039) Heavy Duty Euro VI u US Tier 4. |
|
(11) |
Id-Direttiva 97/68/KE tispeċifika li l-magni huma kategorizzati f’kategoriji differenti tas-saħħa tal-magna minħabba s-saħħa netta tal-magna u għaldaqstant ir-rekwiżiti tal-limitu tal-emissjonijiet. Permezz ta’ magni kkontrollati elettronikament, is-saħħa massima tal-magna tista’ tkun differenti mis-saħħa stmata tal-magna. Sabiex tiżgura li r-rekwiżiti tal-emissjonijiet jiġu sodisfati, is-saħħa tal-magna li se tiġi kkunsidrata għandha tkun is-saħħa massima tal-magna. |
|
(12) |
Id-dokumenti ta’ informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 97/68/KE għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu l-progress tekniku u l-bidliet introdotti. Id-dokumenti l-ġodda għandhom jippermettu rappurtar sħiħ. |
|
(13) |
Id-Direttiva 97/68/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku għall-Vetturi Motorizzati li huwa kompetenti skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 97/68/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 97/68/KE
Id-Direttiva 97/68/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Direttiva; |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Direttiva; |
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Direttiva; |
|
(4) |
L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Direttiva; |
|
(5) |
L-Anness VII huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Direttiva; |
|
(6) |
L-Anness XI huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness VI għal din id-Direttiva; |
|
(7) |
L-Anness XII huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness VII għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva mhux aktar tard mill-21 ta' Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
L-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE hu emendat kif ġej:
|
(1) |
it-taqsimiet 3.2.3 u 3.2.4 li ġejjin huma miżjuda:
|
|
(2) |
it-taqsima 8.3.2.2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fit-taqsima 8.3.2.3, il-punt (b) hu sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
it-titlu tat-taqsima 8.4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-rekwiżiti dwar miżuri ta’ kontroll NOx għall-magni tal-Istadju IIIB” |
|
(5) |
it-taqsimiet 8.5, 8.6 u 8.7 li ġejjin huma miżjuda: “8.5. Ir-rekwiżiti dwar miżuri ta’ kontroll NOx għall-magni tal-Istadju IV 8.5.1. Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni li tiddeskrivi b’mod sħiħ il-karatteristiċi funzjonali tal-operat tal-miżuri ta’ kontroll tal-NOx, billi juża d-dokumenti stabbiliti fit-taqsima 2 tal-Appendiċi 1 għall-Anness II u fit-taqsima 2 tal-Appendiċi 3 għall-Anness II. 8.5.2. L-istrateġija tal-kontroll tal-emissjonijiet mill-magna għandha tiġi applikata fil-kundizzjonijiet ambjentali regolari kollha relevanti għat-territorju tal-Unjoni, b’mod partikolari f’temperaturi ambjentali baxxi. Dan ir-rekwiżit mhuwiex ristrett għall-kundizzjonijiet li fihom għandha tintuża strateġija bażi għall-kontroll tal-emissjoni kif speċifikat fit-taqsima 8.3.2.2. 8.5.3. Meta jintuża reaġent, il-manifattur għandu juri li l-emissjoni ta’ ammonja fuq l-NRTC jew NRSC jaħarqu fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip ma taqbiżx valur medju ta’ 10 ppm. 8.5.4. Jekk il-kontenituri tar-reaġent jkunu installati fi jew imqabbdin ma’ makkinarju mobbli mhux tat-triq, għandu jkun hemm mezz biex jittieħed kampjun tar-reaġent li jkun hemm fil-kontenituri. Il-punt tat-teħid tal-kampjuni għandu jkun aċċessibbli faċilment mingħajr il-ħtieġa li jintużaw għodda jew apparat speċjalizzat. 8.5.5. L-approvazzjoni tat-tip għandha ssir kundizzjonali, skont l-Artikolu 4(3), fuq dawn li ġejjin:
8.6. Żona ta’ kontroll għall-istadju IV F’konformità mal-paragrafu 4.1.2.7 ta’ dan l-Anness, għal magni tal-istadju IV l-emissjonijiet li ttieħdu f’kampjun fiż-żona ta’ kontroll definiti fl-Anness I, l-Appendiċi 2, ma għandhomx jaqbżu l-100 % tal-valuri limitu tal-emissjonijiet fit-tabella 4.1.2.6 ta’ dan l-Anness. 8.6.1. Rekwiżiti għad-dimostrazzjoni Is-servizz tekniku għandu jagħżel sa tliet punti każwali ta’ tagħbija u ta’ veloċità fiż-żona tal-kontroll għall-ittestjar. Is-servizz tekniku għandu jiddetermina wkoll ordni kif ġie ġie tat-tmexxija tal-punti tat-test. It-test għandu jsir skont ir-rekwiżiti prinċipali tal-NRSC, iżda kull punt tat-test għandu jiġi evalwat separatament. Kull punt tat-test għandu jissodisfa l-valuri limitu definiti fit-taqsima 8.6. 8.6.2. Rekwiżiti tat-test It-test għandu jsir immedjatament wara ċ-ċikli tat-test f’modalità diskreta kif deskritt fl-Anness III. Madankollu, meta l-manifattur, skont il-punt 1.2.1 tal-Anness III, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96 is-serje 03 ta’ emendi, t-test għandu jsir kif ġej:
8.7. Il-Verifiki tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Crankcase għal magni tal-istadju IV 8.7.1. L-ebda emissjonijiet mill-crankcase ma għandhom jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ambjentali, bl-eċċezzjoni mogħtija fil-paragrafu 8.7.3. 8.7.2. Il-magni jistgħu jirrilaxxaw emissjonijiet mill-crankcase fl-egżost ‘il fuq minn kwalunkwe tagħmir ta’ wara t-trattament matul l-operazzjoni kollha. 8.7.3. Magni mgħammra b’turbochargers, pompi, blowers, jew superchargers għall-induzzjoni tal-arja jistgħu jirrilaxxaw l-emissjonijiet mill-crankcase għal ġol-atmosfera ambjentali. F’dan il-każ, l-emissjonijiet mill-crankcase għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet tal-egżost (fiżikament jew matematikament) matul l-ittestjar kollu tal-emissjonijiet f’konformità mal-paragrafu 8.7.3.1 ta’ din it-taqsima. 8.7.3.1. Emissjonijiet mill-crankcase L-ebda emissjonijiet mill-crankcase ma għandhom jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ambjentali, bl-eċċezzjoni li ġejja: magni mgħammra b’turbochargers, pompi, blowers, jew superchargers għall-induzzjoni tal-arja jistgħu jirrilaxxaw emissjonijiet mill-crankcase għal ġol-atmosfera ambjentali jekk l-emissjonijiet jiżdiedu mal-emissjonijiet tal-egżost (fiżikament jew matematikament) matul l-ittestjar kollu tal-emissjonijiet. Il-fabbrikanti li jużaw din l-eċċezzjoni għandhom jinstallaw il-magna b’mod li l-emissjoni kollha mill-crankcase tkun tista’ tiġi indirizzata għal ġo s-sistema ta’ kampjunar tal-emissjonijiet. Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, l-emissjonijiet mill-crankcase li jiġu indirizzati fl-egżost ‘il fuq mit-trattament ta’ wara l-egżost waqt l-operazzjoni sħiħa ma jitqisux li huma mormija direttament fl-atmosfera ambjentali. L-emissjonijiet ta’ crankcase miftuħa għandhom jiġu indirizzati għal ġo s-sistema tal-egżost għall-kejl tal-emissjoni, kif ġej:
|
|
(6) |
it-taqsima 9 il-ġdida hija miżjuda kif ġej: “9. L-GĦAŻLA TAL-KATEGORIJA TAS-SAĦĦA TAL-MAGNA
|
|
(7) |
jiżdiedu l-Appendiċijiet 1 u 2 kif gej: “Appendiċi 1 Rekwiżiti biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett ta’ miżuri ta’ kontroll tal-NOx 1. Introduzzjoni Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett ta’ miżuri ta’ kontroll tal-NO x . Dan l-Anness jinkludi wkoll rekwiżiti għal magni li jiddependu mill-użu ta’ reaġent sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet. 1.1. Tifsiriet u taqsiriet ‘Sistema Dijanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD)’ tfisser sistema fuq il-magna li kapaċi
‘Malfunzjoni tal-Kontroll tal-NOx (NCM)’ tfisser li xi ħadd ipprova jbagħbas is-sistema ta’ kontroll tal-NOx ta’ magna jew malfunzjoni li taffettwa dik is-sistema li tista’ tkun minħabba t-tbagħbis, siwtazzjonijiet meqjusa minn din id-Direttiva li jeħtieġu l-attivazzjoni ta’ twissija jew ta’ sistema ta’ inċentiv hekk kif jinstabu. ‘Kodiċi dijanjostiku tal-ħsarat (DTC)’ jfisser identifikatur numeriku jew alfanumeriku li jidentifika jew jimmarka Malfunzjoni tal-Kontroll tal-NOx. ‘DTC attiv u kkonfermat’ ifisser DTC li huwa maħżun fil-ħin li fih is-sistema NCD tikkonkludi li teżisti malfunzjoni. ‘Għodda għall-iskanjar’ tfisser tagħmir estern tal-ittestjar li jintuża għal komunikazzjoni off-board mas-sistema NCD. ‘Familja tal-magni NCD’ tfisser l-iggruppjar mill-manifattur tas-sistemi tal-magna li jkollhom metodi komuni ta’ monitoraġġ/dijanjosi ta’ NCMs. 2. Rekwiżiti ġenerali Is-sistema tal-magna għandha tkun mgħammra b’sistema Dijanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD) li kapaċi tidentifika l-malfunzjonijiet tal-kontroll NOx (NCMs) ikkunsidrati f’dan l-Anness. Kwalunkwe sistema ta’ magna koperta b’din it-taqsima għandha tkun iddisinjata, mibnija u installata b’tali mod li tkun tista’ tissodisfa dawn ir-rekwiżiti matul il-ħajja normali tal-magna f’kundizzjonijiet normali tal-użu. Permezz tal-kisba ta’ dan l-objettiv, huwa aċċettabbli li magni li jkunu ntużaw iktar mill-perjodu utli tal-ħajja kif speċifikat fit-taqsima 3.1 tal-Appendiċi 5 tal-Anness III ta’ din id-Direttiva juru xi deterjorazzjoni fil-prestazzjoni u s-sensittività tas-sistema Dijanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD), b’tali mod li l-limiti stabbiliti speċifikati f’dan l-Anness jistgħu jinqabżu qabel tiġi attivata s-sistema tat-twissija u/jew ta’ inċentiv. 2.1. Informazzjoni meħtieġa 2.1.1. Jekk is-sistema tal-kontroll tal-emissjoni tkun teħtieġ reaġent, il-karatteristiċi ta’ dak ir-reaġent, inkluż it-tip ta’ reaġent, l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni meta r-reaġent ikun f’soluzzjoni, il-kundizzjonijiet tat-temperatura waqt it-tħaddim kif ukoll ir-referenza għall-istandards internazzjonali fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-kwalità għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur, fit-taqsima 2.2.1.13 tal-Appendiċi 1 u fit-taqsima 2.2.1.13 tal-Appendiċi 3 għall-Anness II. 2.1.2. Informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi l-karatteristiċi funzjonali tat-tħaddim tas-sistema ta’ twissija tal-operatur fil-paragrafu 4 u tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur fil-paragrafu 5 għandhom jiġu provduti lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tat-tip. 2.1.3. Il-manifattur għandu jipprovdi dokumenti ta’ installazzjoni li, meta jintużaw mill-OEM, jiżguraw li l-magna, inkluża s-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni li hija parti mit-tip ta’ magna approvata, meta installata fil-magna, se topera, f’konġunzjoni mal-partijiet meħtieġa tal-makkinarju, b’tali mod li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati u d-dispożizzjonijiet tas-sistema tal-magna (software, hardware, u komunikazzjoni) meħtieġa għall-installazzjoni korretta tas-sistema tal-magna fil-makkinarju. 2.2. Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim 2.2.1. Is-sistema djanjostika ta’ kontroll tal-NOx għandha topera fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
Din it-taqsima ma tapplikax fil-każ ta’ monitoraġġ għal-livell tar-reaġent fit-tank tal-ħżin, meta l-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet kollha fejn il-kejl ikun teknikament fattibbli (pereżempju, fil-kundizzjonijiet kollha meta reaġent likwidu ma jkunx iffriżat). 2.3. Protezzjoni tar-reaġenti mill-iffriżar 2.3.1. Huwa permess li jintuża tank imsaħħan jew mhux imsaħħan għar-reaġent u sistema ta’ dożaġġ. Sistema msaħħna għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.2. Sistema mhux imsaħħna għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.3. 2.3.1.1. L-użu ta’ tank u sistema ta’ dożaġġ tar-reaġenti mhux imsaħħna għandu jkun indikat lil sid il-makkinarju permezz ta’ struzzjonijiet bil-miktub. 2.3.2. Tank u sistema ta’ dożaġġ tar-reaġenti 2.3.2.1. Jekk ir-reaġent iffriża, ir-reaġent għandu jkun disponibbli għall-użu f’perjodu massimu ta’ ħin ta’ 70 minuta wara li tiġi startjata l-magna f’temperatura ambjentali ta’ 266 K (– 7 °C). 2.3.2.2. Il-kriterji tat-tfassil għal sistema msaħħna Sistema msaħħna għandha tkun imfassla b’tali mod li tissodisfa l-prestazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-taqsima meta tiġi ttestjata bil-proċedura definita.
2.3.2.3. L-evalwazzjoni tal-kriterji tat-tfassil tista’ titwettaq f’kompartiment imkessaħ taċ-ċellola tat-test billi jintuża makkinarju sħiħ jew partijiet rappreżentattivi ta’ dawk li jridu jiġu installati fuq makkinarju jew ibbażati fuq testijiet fuq il-post. 2.3.3. L-attivazzjoni tas-sistema tat-twissija u tal-inċentiv tat-tħaddim għal sistema mhux imsaħħna 2.3.3.1. Is-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4 għandha tiġi attivata jekk ma jseħħ l-ebda dożaġġ tar-reaġent f’temperatura ambjentali ta’ ≤ 266 K (– 7 °C). 2.3.3.2. Is-sistema ta’ inċentiv qawwi deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk ma jseħħ l-ebda dożaġġ tar-reaġent f’temperatura ambjentali ta’ ≤ 266 K (– 7 °C) f’perjodu massimu ta’ ħin ta’ 70 minuta wara li tiġi startjata l-magna. 2.4. Rekwiżiti djanjostiċi 2.4.1. Is-sistema Djanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD) għandha tkun tista’ tidentifika l-malfunzjonijiet tal-kontroll tal-NOx (NCMs) ikkunsidrati f’dan l-Anness permezz tal-Kodiċijiet tad-Dijanjostika tal-Ħsarat (DTCs) maħżuna fil-memorja tal-kompjuter u biex tikkomunika dik l-informazzjoni off-board fuq talba. 2.4.2. Ir-rekwiżiti għall-irrekordjar tal-Kodiċijiet tad-Dijanjostika tal-Ħsarat (DTCs) 2.4.2.1. Is-sistema NCD għandha tirrekordja DTC għal kull Malfunzjoni distinta tal-Kontroll tal-NOx (NCM). 2.4.2.2. Is-sistema tal-NCD għandha tikkonkludi jekk malfunzjoni li tidher hijiex preżenti f’ħin ta’ madwar 60 minuta tat-tħaddim tal-magna. F’dan il-waqt, għandu jinħażen DTC ‘ikkonfermat u attiv’ u s-sistema ta’ twissija trid tiġi attivata skont il-paragrafu 4. 2.4.2.3. F’każijiet fejn hu meħtieġ aktar minn 60 minuta ta’ ħin għall-moniters biex isibu b’mod preċiż u jikkonfermaw NCM (eż. moniters li jużaw mudelli tal-istatistika jew fir-rigward ta’ konsum tal-fluwidu fuq il-makkinarju), l-Awtorità ta’ Approvazzjoni tista’ tippermetti perjodu itwal għall-monitoraġġ sakemm il-manifattur jiġġustifika l-ħtieġa għal perjodi itwal (pereżempju b’raġunar tekniku, riżultati tal-esperimenti, esperjenza fuq il-post, eċċ.). 2.4.3. Ir-rekwiżiti għat-tħassir tal-Kodiċijiet tad-Dijanjostika tal-Ħsarat (DTCs)
2.4.4. Is-sistema NCD m’għandhiex tkun ipprogrammata jew inkella ddisnjata biex tiddiżattiva parzjalment jew totalment fuq il-bażi tal-età tal-makkinarju matul it-terminu proprju tal-magna, u s-sistema lanqas ma għandha jkollha xi algoritmu jew strateġija ddisinjata biex tnaqqas l-effikaċja tas-sistema NCD matul iż-żmien. 2.4.5. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter għal programmazzjoni mill-ġdid jew parametri ta’ tħaddim tas-sistema NCD għandhom ikunu reżistenti għat-tbagħbis. 2.4.6. Il-familja tal-magni NCD Il-manifattur huwa responsabbli biex jiddetermina l-kompożizzjoni ta’ familja tal-magni NCD. L-iggruppjar tas-sistemi tal-magna fi ħdan il-familja tal-magni NCD għandu jkun ibbażat fuq ġudizzju tajjeb fl-inġinerija u jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-Awtorita ta’ Approvazzjoni. Il-magni li ma jagħmlux parti mill-istess familja ta’ magna jistgħu xorta jagħmlu parti mill-istess familja ta’ magni NCD. 2.4.6.1. Parametri li jiddefinixxu familja ta’ magni NCD Il-familja tal-magni NCD tista’ tkun ikkaratterizzata minn parametri ta’ disinn bażiku li għandhom ikunu komuni għas-sistemi tal-magna fil-familja. Sabiex is-sistemi ta’ magna jistgħu jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess familja ta’ magni NCD, il-lista li ġejja ta’ parametri bażiċi għandha tkun simili:
Dawn is-similaritajiet għandhom jintwerew mill-fabbrikant permezz ta’ dimostrazzjoni ta’ inġinerija rilevanti jew proċeduri xierqa oħrajn u jkunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Awtorità ta’ Approvazzjoni. Il-manifattur jista’ jitlob approvazzjoni mill-Awtorità ta’ Approvazzjoni ta’ differenzi minuri fil-metodi ta’ monitoraġġ/dijanjożi tas-sistema NCD minħabba varjazzjoni fil-konfigurazzjoni tas-sistema tal-magna, meta dawn il-metodi jkunu meqjusa simili mill-manifattur u jkunu differenti biss sabiex jaqblu mal-karatteristiċi speċifiċi tal-komponenti li qed jiġu kkunsidrati (pereżempju d-daqs, il-fluss tal-egżost, eċċ.); jew is-similaritajiet tagħhom huma bbażati fuq ġudizzju tajjeb tal-inġinerija. 3. Rekwiżiti ta’ manutenzjoni
4. Sistema ta’ twissija tal-operatur
5. Sistema ta’ inċentiv tal-operatur 5.1. Il-makkinarju għandu jinkorpora sistema ta’ inċentiv tal-operatur ibbażata fuq waħda mill-prinċipji li ġejjin:
5.2. Bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, il-magna tista’ tiġi ffittjata sabiex twaqqaf l-inċentiv tal-operatur matul emerġenza ddikjarata minn gvern nazzjonali jew reġjonali, is-servizzi tagħhom tal-emerġenza jew is-servizzi armati tagħhom. 5.3. Sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx
Figura 1 Skema ta’ tnaqqis tat-torque ta’ inċentiv ta’ livell baxx 5.4. Sistema ta’ inċentiv qawwi
5.5. Sabiex jitqies it-tħassib dwar is-sikurezza u sabiex jippermettu għal djanjożi ta’ tiswija individwali, l-użu ta’ funzjoni ta’ eliminazzjoni ta’ inċentiv għar-rilaxx tas-saħħa sħiħa tal-magna huwa permess sakemm:
5.6. Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tagħha ma jeżistux aktar. Is-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq ma għandhiex tiġi diżattivata b’mod awtomatiku mingħajr ma tiġi rimedjata r-raġuni għall-attivazzjoni tagħha. 5.7. Dettalji dwar il-proċeduri għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni ta’ inċentiv tas-sewwieq huma deskritti fit-taqsima 11. 5.8. Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont din id-Direttiva, il-fabbrikant għandu juri l-mod ta’ tħaddim tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur, kif speċifikata fit-taqsima 11. 6. Disponibilità tar-reaġent 6.1. Indikatur tal-livell tar-reaġent Il-makkinarju għandu jinkludi wkoll indikatur li jinforma b’mod ċar lill-operatur dwar il-livell tar-reaġent fit-tank tal-ħażna tar-reaġent. Il-livell minimu ta’ prestazzjoni aċċettabbli għall-indikatur tar-reaġent huwa li għandu jindika, b’mod kontinwu l-livell tar-reaġent waqt li s-sistema ta’ twissija tal-operatur imsemmija fil-paragrafu 4 tkun attivata. L-indikatur tar-reaġent jista’ jkun fil-forma viżwali ta’ tip analogu jew diġitali, u jista’ juri l-livell bħala proporzjon tal-kapaċità massima tat-tank, l-ammont tar-reaġent li baqa’, jew is-sigħat ta’ ħidma stmati li baqa’. 6.2. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur
6.3. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur
7. Monitoraġġ tal-kwalità tar-reaġent 7.1. Il-magna jew il-makkinarju għandu jinkludi mezz biex tiġi ddeterminata l-preżenza ta’ reaġent mhux xieraq abbord makkinarju.
7.2. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur Meta s-sistema ta’ monitoraġġ tikkonferma li l-kwalità tar-reaġent mhijiex korretta, għandha tiġi attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wiri ta’ messaġġi, din għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni għat-twissija (pereżempju ‘identifikata urea mhux xierqa’, ‘identifikat AdBlue mhux xieraq’, jew ‘identifikat reaġent mhux xieraq’). 7.3. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur
8. Attività ta’ dożaġġ tar-reaġent 8.1. Il-magna għandha tinkludi mezzi sabiex tiġi determinata l-interruzzjoni tad-dożaġġ. 8.2. Attività dwar l-għadd ta’ dożaġġ tar-reaġent
8.3. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur Is-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4. għandha tiġi attivata fil-każ ta’ interruzzjoni ta’ dożaġġ li jistabbilixxi l-apparat għall-għadd tal-attività ta’ dożaġġ skont il-paragrafu 8.2.1. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wirja tal-messaġġ, din għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni tat-twissija (eż. ‘malfunzjoni tad-dożaġġ tal-urea’, ‘malfunzjoni tad-dożaġġ AdBlue’, jew malfunzjoni tad-dożaġġ tar-reaġent’). 8.4. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur
9. Falliment tal-monitoraġġ li jista’ jiġi attribwit għat-tbagħbis 9.1. Flimkien mal-livell tar-reaġent fit-tank tar-reaġent, il-kwalità tar-reaġent, u l-interruzzjoni tad-dożaġġ, in-nuqqasijiet li ġejjin għandhom jiġu mmonitorjati minħabba li jistgħu jirriżultaw minħabba tbagħbis:
9.2. Rekwiżiti għall-monitoraġġ 9.2.1. Is-sistema Djanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD) għandha tiġi tiġi mmonitorjata għal ħsarat elettriċi u għat-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe senser li jżommha milli ssib u tidentifika kwalunkwe nuqqasijiet oħra msemmija fil-paragrafi 6 sa 8 (monitoraġġ tal-komponenti). Lista mhux eżawrjenti ta’ sensers li jaffettwaw il-kapaċità dijanjostika huma dawk li jkejlu l-konċentrazzjoni NOx b’mod dirett, sensers tal-kwalità tal-urea, sensers tal-ambjent, u sensers li jintużaw għall-monitoraġġ tal-attività ta’ dożaġġ tar-reaġent, il-livell tar-reaġent, jew il-konsum tar-reaġent. 9.2.2. Apparat għall-għadd tal-valvola EGR
9.2.3. Apparat(i) għall-għadd tas-sistema NCD
9.3. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur Is-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4. għandha tiġi attivata f’każ li jseħħ kwalunkwe wieħed mill-fallimenti speċifikati fil-paragrafu 9.1, u għandha tindika li hija meħtieġa tiswija urġenti. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wiri ta’ messaġġi, it-twissija viżwali għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni għat-twissija (pereżempju, ‘valvola tad-dożaġġ tar-reaġent mhux imqabbda’, jew ‘ħsara kritika relatata mal-emissjonijiet’). 9.4. Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur 9.4.1. Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fil-paragrafu 5.3 għandha tiġi attivata jekk ħsara speċifikata fil-paragrafu 9.1 ma tiġix rimedjata fi żmien massimu ta’ 36 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 9.3. 9.4.2. Is-sistema ta’ inċentiv qawwi deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk ħsara speċifikata fil-paragrafu 9.1 ma tiġix rimedjata fi żmien massimu ta’ 100 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 9.3. 9.4.3. L-għadd ta’ sigħat qabel l-attivazzjoni tas-sistemi ta’ inċentiv għandu jitnaqqas f’każ li l-malfunzjonament jibqa’ jseħħ, skont il-mekkaniżmu deskritt fit-taqsima 11. 9.5. B’mod alternattiv għar-rekwiżiti fil-paragrafu 9.2, il-manifattur jista’ juża senser NOx li jinsab fil-gass tal-egżost. F’dan il-każ,
10. Rekwiżiti ta’ dimostrazzjoni 10.1. Ġenerali Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għandha tiġi murija waqt l-approvazzjoni tat-tip billi jitwettqu d-dimostrazzjonijiet li ġejjin, kif muri fit-Tabella 1 u kif speċifikat f’din it-taqsima
Tabella 1 Illustrazzjoni tat-kontenut tal-proċess ta’ dimostrazzjoni skont id-dispożizzjonijiet fit-taqsimiet 10.3 u 10.4 ta’ dan l-Appendiċi
10. 2. Familji tal-magni u familji tal-magni NCD Il-konformità ta’ familja ta’ magni jew familja ta’ magni NCD mar-rekwiżiti ta’ din it-taqsima 10 tista’ tintwera billi jiġi ttestjat wieħed mill-membri tal-familja li tkun qed tiġi kkunsidrata, sakemm il-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li s-sistemi ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness huma simili għall-magni kollha tal-istess familja. 10.2.1. Id-dimostrazzjoni li s-sistemi ta’ monitoraġġ għal membri oħra tal-familja NCD huma simili tista’ titwettaq billi jiġu ppreżentati dawn l-elementi bħall-algoritmi, analizi funzjonali, eċċ. lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni. 10.2.2. Il-magna għall-ittestjar tintgħażel mill-manifattur bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni. Din tista’ tkun jew tista’ ma tkunx il-magna rappreżentattiva tal-familja li tkun qed tiġi kkunsidrata. 10.2.3. F’każijiet fejn magni ta’ familja ta’ magni li huma parti minn familja ta’ magni NCD li tkun diġà ġiet approvata skont il-paragrafu 10.2.1 (Figura 3), il-konformità ta’ dik il-familja ta’ magni għandha titqies bħala li tkun ġiet murija mingħajr bżonn ta’ aktar testijiet, sakemm il-manifattur juri lill-awtorità li s-sistemi ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness huma simili għall-magni kollha tal-istess familji u għall-magni tal-istess familji. Figura 3 Konformità ta’ familja ta’ magni NCD murija qabel 10.3. Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija 10.3.1. Il-konformità tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha tintwera billi jsiru żewġ testijiet nuqqas ta’ reaġent, u kategorija waħda ta’ ħsara kkunsidrata fit-taqsima 7 sa 9 ta’ dan l-Anness. 10.3.2. Għażla tal-ħsarat li għandhom jiġu ttestjati 10.3.2.1. Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f’każ ta’ kwalità ħażina ta’ reaġent, għandu jintgħażel reaġent b’konċentrazzjoni tal-ingredjent attiv ugwali għall-konċentrazzjoni kkomunikata mill-manifattur b’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 7 ta’ dan l-Anness. 10.3.2.2. Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f’każ ta’ ħsarat ikkawżati minn tbagħbis, kif definnit fit-taqsima 9 ta’ dan l-Anness, l-għażla għandha ssir b’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
10.3.3. Dimostrazzjoni 10.3.3.1. Għall-iskop ta’ din id-dimostrazzjoni, għandu jsir test separat għal kull waħda mill-ħsarat fit-taqsima 10.3.1. 10.3.3.2. Waqt li jkun qed isir test, ma għandu jkun hemm preżenti l-ebda ħsara oħra għajr dik indirizzata mit-test. 10.3.3.3. Qabel ma jibda test, għandhom jitħassru d-DTC kollha. 10.3.3.4. Fuq talba tal-manifattur, u bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, il-ħsarat soġġetti għall-ittestjar jistgħu jiġu simulati. 10.3.3.5. Sejbien ta’ ħsarat għajr dawk tan-nuqqas tar-reaġent Għal ħsarat għajr dawk ta’ nuqqas ta’ reaġent, ladarba l-ħsara installata jew simulata, is-sejbien ta’ dik il-ħsara għandu jitwettaq kif ġej:
10.3.3.6. Sejbien f’każ ta’ nuqqas ta’ reaġent Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f’każ ta’ nuqqas ta’ reaġent, is-sistema tal-magna għandha titħaddem fuq ċiklu wieħed jew aktar ta’ testijiet NCD skont kif magħżul mill-manifattur.
10.3.3.7. Ċiklu tat-test NCD
10.3.4. Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha titqied bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-taqsima 10.3.3, is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b’mod xieraq. 10.4. Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv 10.4.1. Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv għandha ssir permezz ta’ testijiet imwettqa fuq bank tat-test għall-magni. 10.4.1.1. Kwalunkwe komponent jew subsistemi li mhumiex armati fiżikament fuq is-sistema tal-magna bħal, iżda mhux limitati għal sensers tat-temperatura ambjentali, sensers tal-livell, u sistemi ta’ twissija u informazzjoni tal-operatur, li huma meħtieġa biex iwettqu d-dimostrazzjonijiet għandhom ikunu mqabbda mas-sistema tal-magna għal dak il-għan, jew għandhom ikunu simulati, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni. 10.4.1.2. Jekk il-manifattur jagħżel hekk, u soġġett għal qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, it-testijiet ta’ dimostrazzjoni jistgħu jitwettqu fuq makkinarju komplut jew billi l-makkinarju jiġi mmuntat fuq pjattaforma għall-ittestjar xierqa, jew billi tiġi misjuqa fuq mogħdija għall-ittestjar f’kundizzjonijiet ikkontrollati. 10.4.2. Is-sekwenza tat-test għandha turi l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv fil-każ ta’ nuqqas ta’ reaġent u fil-każ ta’ wieħed mill-ħsarat definiti fit-taqsimiet 7, 8, jew 9. 10.4.3. Għall-għan ta’ din id-dimostrazzjoni:
10.4.4. Il-manifattur għandu barra minn hekk juri l-operazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv f’dawk il-kundizzjonijiet ta’ ħsara definiti fit-taqsimiet 7, 8 jew 9 ta’ dan l-Anness li ma jkunux intgħażlu għall-użu fit-testijiet ta’ dimostrazzjoni deskritti fit-taqsimiet 10.4.1 sa 10.4.3. Dawn id-dimostrazzjonijiet addizzjonali jistgħu jitwettqu billi l-awtorità tal-approvazzjoni tiġi ppreżentata b’każ tekniku li fih ikun sar użu minn evidenza bħal algoritmi, analiżi funzjonali, u r-riżultati ta’ testijiet li jkunu saru qabel. 10.4.4.1. Dawn id-dimostrazzjonijiet addizzjonali għandhom juru, b’mod partikolari, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, l-inklużjoni tal-mekkaniżmu xieraq tat-tnaqqis tal-forza fl-ECU tal-magna. 10.4.5. Test ta’ dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx. 10.4.5.1. Din id-dimostrazzjoni tibda meta s-sistema ta’ twissija, jew meta s-sistema ta’ twissija ‘kontinwa’ xierqa, tkun ġiet attivata bħala riżultat tas-sejba ta’ ħsara magħżula mill-awtorità tal-approvazzjoni. 10.4.5.2. Meta s-sistema tkun qed tiġi kkontrollata għar-reazzjoni tagħha f’każ ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem sakemm id-disponibilità tar-reaġent tilħaq valur ta’ 2,5 fil-mija tal-kapaċità sħiħa nominali, jew il-valur iddikjarat mill-fabbrikant skont it-taqsima 6.3.1, li fih hija maħsuba biex topera s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx.
10.4.5.3. Meta s-sistema tiġi kkontrollata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta’ nuqqas għajr dak ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem għan-numru rilevanti ta’ sigħat operattivi indikati fit-Tabella 3 ta’ dan l-Appendiċi jew, jekk jagħżel hekk il-manifattur, sakemm l-apparat għall-għadd rilevanti jilħaq il-valur li fih tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx. 10.4.5.4. Id-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-taqsimiet 10.4.5.2 u 10.4.5.3, il-manifattur ikun wera lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-ECU tal-magna jkun attiva l-mekkaniżmu tat-tnaqqis tat-torque. 10.4.6. Test ta’ dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi. 10.4.6.1. Din id-dimostrazzjoni għandha tibda minn kundizzjoni fejn is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx tkun ġiet attivata minn qabel, u tista’ ssir bħala kontinwazzjoni tat-testijiet li jkunu twettqu biex tintwera s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx. 10.4.6.2. Meta s-sistema tiġi ċċekkjata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha taħdem sakemm it-tank tar-reaġent ikun vojt, jew ikun laħaq il-livel ta’ taħt it-2,5 fil-mija tal-kapaċità nominali sħiħa tat-tank li biha l-manifattur ikun iddikjara biex jattiva s-sistema ta’ inċentiv qawwi.
10.4.6.3. Meta s-sistema tiġi ċċekkjata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta’ ħsara li mhuwiex dak ta’ nuqqas operattiv ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem għan-numru rilevanti ta’ sigħat operattivi indikati fit-Tabella 3 ta’ dan l-Appendiċi jew, jekk jagħżel hekk il-manifattur, sakemm l-apparat għall-għadd rilevanti jilħaq l-valur li fih tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi. 10.4.6.4. Id-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont il-paragrafi 10.4.6.2. u 10.4.6.3, il-manifattur ikun wera lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-mekkaniżmu ta’ inċentiv ta’ livell qawwi kkunsidrat f’dan l-Anness ġie attivat. 10.4.7. B’mod alternattiv, jekk il-manifattur jagħżel hekk, u soġġett għall-awtorità tal-approvazzjoni, id-dimostrazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ inċentiv jistgħu jitwettqu fuq makkinarju sħiħ b’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 5.4, jew billi l-vettura tiġi mmuntata fuq pjattaforma għall-ittestjar xierqa, jew billi tiġi misjuqa fuq mogħdija għall-ittestjar f’kundizzjonijiet ikkontrollati. 10.4.7.1. Il-makkinarju għandu jitħaddem sakemm l-indikatur assoċjat man-nuqqas magħżul jilħaq l-għadd rilevanti ta’ sigħat operattivi indikati fit-Tabella 3 ta’ dan l-Appendiċi jew, kif xieraq, sakemm it-tank tar-reaġent ikun vojt, jew ikun laħaq il-livell li hu ta’ inqas minn 2,5 fil-mija tal-kapaċità sħiħa nominali tat-tank, li l-manifattur ikun għażel bħala l-punt li fih għandha tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi. 11. Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ twissija u ta’ inċentiv tal-operatur 11.1. Biex jikkumplimentaw ir-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness rigward il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ twissija u ta’ inċentiv, din it-taqsima 11 tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi għal implimentazzjoni ta’ dawk il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni. 11.2. Il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema ta’ twissija 11.2.1. Is-sistema ta’ twissija tal-operatur għandha tiġi attivata meta l-kodiċi dijanjostiku tal-problemi (DTA) assoċjat ma’ NCM li tiġġustifika l-attivazzjoni tagħha jkollu l-istatus definit fit-Tabella 2 ta’ dan l-Appendiċi. Tabella 2 Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur
11.2.2. Is-sistema ta’ twissija tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta s-sistema dijanjostika tikkonkludi li l-malfunzjoni rilevanti għal dik it-twissija ma għadhiex preżenti jew meta l-informazzjoni li tiġġustifika l-attivazzjoni tagħha, u li tinkludi DTCs relatati mal-ħsarat operattivi, tiġi mħassra permezz ta’ għodda għall-iskanjar. 11.2.2.1. Rekwiżiti għat-tħassir ta’ ‘informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx’ 11.2.2.1.1. Tħassir/issettjar mill-ġdid tal-‘informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx’ permezz ta’ għodda għall-iskanjar. Fuq talba tal-għodda tal-iskannjar, id-dejta li ġejja għandha titħassar jew tiġi ssettjata mill-ġdid għall-valur speċifikat f’dan l-Appendiċi mill-memorja tal-kompjuter (ara t-Tabella 3). Tabella 3 Tħassir/issettjar mill-ġdid tal-‘informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx’ permezz ta’ għodda għall-iskanjar
11.2.2.1.2. L-informazzjoni dwar il-kontroll tal-NOx ma għandhiex titħassar bl-iskonnettjar tal-batterija(i) tal-makkinarju. 11.2.2.1.3. It-tħassir ta’ ‘informazzjoni dwar il-kontroll tal-NOx ’ għandu jkun possibbli biss f’kundizzjonijiet ta’ ‘magna mitfija’. 11.2.2.1.4. Meta ‘l-informazzjoni dwa il-kontroll tal-NOx ’ inklużi d-DTCs jitħassru, kwalunkwe apparat li jaqra l-għadd assoċjat ma’ dawn il-ħsarat u li huwa speċifikat f’dan l-Anness ma għandux jitħassar, iżda jiġi ssettjat mill-ġdid bil-valur speċifikat fit-taqsima x-xierqa ta’ dan l-Anness. 11.3. Il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur 11.3.1. Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur għandha tiġi attivata meta s-sistema ta’ twissija tkun attiva u meta l-apparat rilevanti għall-għadd għat-tip ta’ NCM li jiġġustifika l-attivazzjoni tagħha jilħaq il-valur speċifikat fit-Tabella 4 ta’ dan l-Appendiċi. 11.3.2. Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta s-sistema ma tibqax tidentifika malfunzjoni li tiġġustifika l-attivazzjoni tagħha, jew jekk l-informazzjoni, inklużi d-DTCs, relatati mal-NCMs li jiġġustifikaw l-attivazzjoni tagħha jkunu tħassru permezz ta’ għodda għall-iskanjar jew permezz ta’ għodda għall-manutenzjoni. 11.3.3. Is-sistemi ta’ twissija u ta’ inċentiv tal-operatur għandhom jiġu attivati jew diżattivati immedjatament kif xieraq skont id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6 ta’ dan l-Anness wara li tkun saret evalwazzjoni tal-kwantità tar-reaġent fit-tank tar-reaġent. F’dak il-każ, il-mekkaniżmi ta’ attivazzjoni jew ta’ diżattivazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq l-istatus tal-ebda DTC assoċjat. 11.4. Mekkaniżmu tal-apparat għall-għadd 11.4.1. Ġenerali 11.4.1.1. Biex tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, is-sistema għandha tinkludi mill-inqas 4 apparati għall-għadd biex jirreġistraw in-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna waqt li s-sistema tkun identifikat kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
11.4.1.1.1. B’mod alternattiv, il-manifattur jista’ juża apparat wieħed jew aktar għall-għadd biex jiggruppja l-ħsarat indikati fit-taqsima 11.4.1.1. 11.4.1.2. Kull wieħed minn dawn l-apparati għall-għadd għandu jgħodd sal-valur massimu stipulat f’apparat għall-għadd tat-tip 2 byte b’riżoluzzjoni ta’ siegħa (1h), u għandu jżomm dak il-valur sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-indikatur jiġi ssettjat mill-ġdid għal żero. 11.4.1.3. Fabbrikant jista’ juża apparat wieħed jew multiplu għall-għadd tas-sistema tal-NCD. L-apparat għall-għadd jista’ jakkumula n-numru ta’ sigħat ta’ 2 malfunzjonijiet differenti jew aktar, rilevanti għal dak it-tip ta’ apparat għall-għadd filwaqt li l-ebda waħda minnhom ma tkun laħqet il-ħin indikat mill-apparat għall-għadd. 11.4.1.3.1. Meta l-fabbrikant jiddeċiedi li juża diversi apparati għall-għadd tas-sistema tal-NCD, is-sistema għandha tkun tista’ talloka sistema speċifika ta’ monitoraġġ lil kull malfunzjonament li huwa rilevanti għal dak it-tip ta’ apparat għall-għadd, b’konformità ma’ dan l-Anness. 11.4.2. Prinċipji tal-mekkaniżmu tal-apparat għall-għadd 11.4.2.1. Kull wieħed mill- apparati għall-għadd għandu jopera kif ġej:
11.5. L-illustrazzjoni tal-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni u tal-mekkaniżmi tal-apparat għall-għadd 11.5.1. Dan il-paragrafu juri l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni u l-mekkaniżmi tal-apparat għall-għadd għal xi każijiet tipiċi. Id-dijagrammi u d-deskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 11.5.2, 11.5.3 u 11.5.4 huma pprovduti għal finijiet ta’ spjegazzjoni biss u ma għandhomx jintużaw bħala eżempji kemm tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew bħala stqarrijiet definittivi tal-proċessi involuti. L-apparat għall-għadd fil-figuri 6 u 7 jirreferu għall-valuri massimi ta’ inċentiv qawwi fit-Tabella 4. Għal skopijiet ta’ simplifikazzjoni, pereżempju, il-fatt li s-sistema ta’ twissija tkun attiva wkoll meta s-sistema ta’ inċentiv hija attiva ma ssemmitx fl-illustrazzjonijiet mogħtija. Figura 4 Attivazzjoni mill-ġdid u ssettjar mill-ġdid għal żero ta’ apparat għall-għadd wara perjodu meta l-valur tiegħu ikun ġie mwaqqaf 11.5.2. Id-Dijagramma 5 turi l-ħidma tal-mekkaniżmi ta’ attivazzjoni u ta’ diżattivazzjoni meta jkun qed isir il-monitoraġġ tad-disponibilità tar-reaġent għal ħames każijiet:
Figura 5 Disponibilità tar-reaġent 11.5.3. Id-dijagramma 6 turi tliet każijiet ta’ kwalità mhux xierqa tar-reaġent:
Figura 6 Riforniment b’reaġent ta’ kwalità ħażina 11.5.4. Id-dijagramma 7 turi tliet każijiet ta’ ħsara tas-sistema ta’ dożaġġ tal-urea. Din id-dijagramma turi wkoll il-proċess li japplika fil-każ tan-nuqqasijiet ta’ monitoraġġ deskritti fit-taqsima 9 ta’ dan l-Anness.
Figura 7 Ħsara fis-sistema ta’ dożaġġ tar-reaġent 12. Dimostrazzjoni tal-konċentrazzjoni minima aċċettabbli tal-konċentrazzjoni tar-reaġent cdmin
“Appendiċi 2 Rekwiżiti għaż-Żona ta’ Kontroll għal magni tal-istadju IV 1. Żona ta’ kontroll tal-magna Iż-żona ta’ kontroll (ara d-Dijagramma 1) hija definita kif ġej: il-firxa tal-veloċità: il-veloċità A għal veloċità għolja fejn: il-veloċità A = veloċità baxxa + 15 % (veloċità għolja – veloċità baxxa); Veloċità għolja u veloċità baxxa kif definiti fl-Anness III jew, jekk il-manifattur, ibbażat fuq l-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1. ta’ dan l-Anness III, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi d-definizzjoni tal-paragrafi 2.1.33 u 2.1.37 tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu jintuża. Jekk il-veloċità A mkejla tal-magna, hija bejn ± 3 % tal-veloċità tal-magna ddikjarata mill-manifattur, għandha tintuża l-veloċità dikjarata tal-magna. Jekk tinqabeż it-tolleranza għal xi waħda mill-veloċitajiet li ġew ittestjati, il-veloċitajiet mkejla tal-magna għandhom jintużaw. 2. Il-kundizzjonijiet operattivi li ġejjin tal-magna għandhom jiġu esklużi mill-ittestjar:
Il-manifattur jista’ jitlob li s-Servizzi Tekniċi jeskludu l-punti ta’ tħaddim miż-żona ta’ kontroll definita fit-taqsima 1 u 2 ta’ dan l-Appendiċi matul l-approvazzjoni taċ-ċertifikazzjoni/tat-tip. Soġġett għall-opinjoni pożittiva tal-Awtorità għall-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jaċċetta din l-esklużjoni jekk il-manifattur ikun jista’ juri li l-magna ma tkun qatt kapaċi li taħdem f’tali punti meta tintuża fi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ makkinarju. Figura 1 Żona ta’ kontroll |
ANNESS II
L-Anness II għad-Direttiva 97/68/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(*2) Jekk ma japplikax, immarka ‘mhux applikabbli’ ” ”
(*3) Għad-dettalji kollha ara l-Appendiċi 1.
(*4) Għad-dettalji kollha ara l-Appendiċi 3.”
ANNESS III
L-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-taqsima 1.2 hija sostitwita b’dan li ġej: “1.2. Għażla tal-proċedura tat-test It-test għandu jitwettaq bil-magna mtella’ fuq il-bank tat-test u mqabbda mad-dinamometru. 1.2.1. Proċedura tat-test għal stadji I, II, IIA, IIIB u IV It-test għandu jsir f’konformita mal-proċedura f’dan l-Anness jew, skont l-għażla tal-manifattur, għandha tiġi applikata l-proċedura tat-test kif speċifikata fl-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:
|
|
(2) |
L-Appendiċi 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 5 Ħtiġijiet tad-durabilità 1. VERIFIKA TAD-DURABILITÀ TAL-MAGNI FL-ISTADJU IIIA U L-ISTADJU IIIB CI Dan l-Appendiċi għandu japplika għal magni CI fl-Istadju IIIA u IIIB biss. 1.1. Il-manifatturi għandhom jiddeterminaw il-valur tal-Fattur tad-Deterjorazzjoni (DF) għal kull materjal tat-tniġġiż regolat għall-familji tal-magni fl-Istadju IIIA u IIIB kollha. Dawn id-DFs għandhom jintużaw għall-approvazzjoni tat-tip u ttestjar tal-linja tal-produzzjoni. 1.1.1. Test sabiex jistabbilixxi DFs għandu jitwettaq kif ġej:
1.2. Informazzjoni DF fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni 1.2.1. DFs addittivi għandhom ikunu speċifikati għal kull materjal tat-tniġġiż fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ familja ta’ magna għal magni CI li ma jużawx apparat ta’ wara t-trattament. 1.2.2. DFs multiplikattivi għandhom ikunu speċifikati għal kull materjal tat-tniġġiż fl-applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ familja ta’ magna għal magni CI li ma jużawx apparat ta’ wara t-trattament. 1.2.3. Il-manifattur għandu, fuq talba, jforni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bl-informazzjoni bħala sostenn għall-valuri DF. Dan għandu tipikament jinkludi r-riżultati tat-test tal-emissjoni, skeda tal-akkumulazzjoni tal-użu, proċeduri ta’ manutenzjoni, flimkien mal-informazzjoni għas-sostenn tal-ġudizzji tal-inġinerija ta’ ekwivalenza teknoloġika, jekk applikabbli. 2. VERIFIKA TAD-DURABILITÀ TA’ MAGNI CI FL-ISTADJU IV 2.1. Ġenerali 2.1.1. Din it-taqsima għandha tapplika għal magni CI tal-Istadju IV. Fuq talba tal-manifattur jista’ jiġi applikat ukoll għal magni CI tal-istadju IIIA u IIIB bħala alternattiv għar-rekwiżiti fit-taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi. 2.1.2. Din it-taqsima 2 tagħti dettalji dwar il-proċeduri għall-għażla tal-magni li għandhom jiġu ttestjati skont skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għall-iskopijiet li jiddeterminaw fatturi ta’ deterjorazzjoni għal magni tal-Istadju IV tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-valutazzjonijiet tal-produzzjoni. Il-fatturi ta’ deterjorazzjoni għandhom jiġu applikati skont il-paragrafu 2.4.7 għall-emissjonijiet mkejla skont l-Anness III ta’ din id-Direttiva. 2.1.3. It-testijiet tal-akkumulazzjoni ta’ waqt l-użu jew it-testijiet tal-emissjonijiet imwettqa għad-determinazzjoni tad-deterjorazzjoni m’għandhomx ikollhom ix-xhieda tal-awtorità tal-approvazzjoni. 2.1.4. Din it-taqsima 2 tiddeskrivi wkoll il-manutenzjoni relatata u dik mhux relatata mal-emissjoni li għandha jew li tista’ titwettaq fuq magni li qed issirilhom skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. Manutenzjoni ta’ dan it-tip għandha tkun konformi mal-manutenzjoni mwettqa fuq magni fis-servizz u għandha tiġi komunikata lis-sidien ta’ magni ġodda. 2.1.5. Fuq talba tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tippermetti l-użu ta’ fatturi ta’ deterjorazzjoni li ġew stabbiliti bl-użu ta’ proċeduri alternattivi għal dawk speċifikati fit-taqsimiet 2.4.1 sa 2.4.5 F’dan il-każ, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni li l-proċeduri alternattivi li ntużaw mhumiex anqas strettu minn dawk li jinsabu fit-taqsimiet 2.4.1 sa 2.4.5. 2.2. Definizzjonijiet Applikabbli għat-taqsima 2 tal-Appendiċi 5. 2.2.1. ‘Ċiklu ta’ tiqdim’ tfisser it-tħaddim tal-makkinarju jew tal-magna (veloċità, tagħbija, saħħa) li għandu jiġi eżegwit matul il-perjodu ta’ akkumulazzjoni tas-servizz; 2.2.2. ‘Komponenti relatati mal-emissjonijiet kritiċi’ tfisser il-komponenti li huma maħsuba primarjament għall-kontroll ta’ emissjonijiet, jiġifieri, kwalunkwe sistema ta’ trattament ta’ wara tal-egżost, ‘ECU’ u s-sensers u l-azzjonaturi assoċjati magħha, u s-sistema tal-EGR inklużi l-filtri, it-tagħmir għat-tkessiħ, il-valvoli ta’ kontroll u t-tubatura kollha relatati; 2.2.3. ‘Manutenzjoni relatata mal-emissjonijiet kritiċi’ tfisser il-manutenzjoni li għandha titwettaq fuq komponenti relatati mal-emissjonijiet kritiċi; 2.2.4. ‘manutenzjoni relatata mal-emissjonijiet’ tfisser il-manutenzjoni li taffettwa b’mod sostanzjali l-emissjonijiet jew li x’aktarx taffettwa d-deterjorament tal-emissjonijiet tal-vettura jew tal-magna waqt tħaddim normali; 2.2.5. ‘Familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna’ tfisser l-iggruppjar tal-manifattur tal-magni li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ familja ta’ magni, iżda li jkomplu jiġu raggruppati f’familja ta’ familji ta’ magni li jużaw sistema simili ta’ trattament ta’ wara tal-egżost; 2.2.6. ‘Manutenzjoni mhux relatata mal-emissjonijiet’ tfisser manutenzjoni li ma taffetwax l-emissjonijiet b’mod sostanzjali u li ma għandhiex effett dejjiemi fuq id-deterjorament tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-makkinarju jew tal-magna waqt it-tħaddim normali wara li tkun twettqet il-manutenzjoni; 2.2.7. ‘Skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz’ tfisser iċ-ċiklu ta’ tiqdim u l-perjodu ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ deterjorament għall-familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna; 2.3. Għażla ta’ magni biex jiġu stabbiliti fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni 2.3.1. Il-magni għandhom jintagħżlu mill-magni tal-familja definita fit-taqsima 6 tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għall-ittestjar tal-emissjoni biex jiġu stabbiliti fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni. 2.3.2. Magni minn familji differenti ta’ magni jistgħu wkoll jiġu magħquda flimkien f’familji skont it-tip ta’ sistema ta’ trattament ta’ wara l-egżost li tintuża. Sabiex magni b’għadd ta’ ċilindri b’konfigurazzjonijiet differenti, iżda li għandhom l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi u l-istess installazzjoni għas-sistemi tat-trattament ta’ wara tal-egżost jiġu fl-istess familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna, il-manifattur għandu jipprovdi dejta lill-awtorità tal-approvazzjoni li turi li l-prestazzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sistemi ta’ magni ta’ dak it-tip hija simili. 2.3.3. Magna waħda li tirrappreżenta l-familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna kif determinat skont il-paragrafu 2.3.2, għandha tintgħażel mill-manifattur tal-magna għall-ittestjar tul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz definita fil-paragrafu 2.4.2, u għandha tiġi rrappurtata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip qabel jinbdew it-testijiet. 2.3.3.1. Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li l-agħar każ ta’ emissjoni tal-familja ta’ sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magni jista’ jiġi kkaratterizzat aħjar b’magna oħra, il-magna tat-test mbagħad tingħażel mill-awtorita’ tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-manifattur tal-magna. 2.4. Jiġu stabbilit fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni. 2.4.1. Ġenerali Fatturi ta’ deterjorament applikabbli għal familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magni huma żviluppati mill-magni magħżula skont skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz li tinkludi testijiet perjodiċi għal emissjonijiet partikulati u gassużi tul it-testijiet NRSC u NRTC. 2.4.2. Skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz Skedi ta’ akkumulazzjoni tas-servizz jistgħu jitwettqu skont l-għażla tal-fabbrikant billi vettura mgħammra bil-magna magħżula titħaddem fuq skeda ta’ akkumulazzjoni ta’ waqt is-servizz, jew billi l-magna magħżula titħaddem fuq skeda ta’ akkumulazzjoni tad-dinamometru. 2.4.2.1. Akkumulazzjoni fis-servizz u akkumulazzjoni tas-servizz tad-dinamometru
2.4.2.2. Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li jkun hemm bżonn ta’ kejl addizzjonali bejn il-punti magħżula mill-manifattur, hija għandha tinnotifika lill-manifattur. L-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz riveduta għandha tiġi ppreparata mill-manifattur u jkun intlaħaq qbil dwarha mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. 2.4.3. Ittestjar tal-magna 2.4.3.1. Stabilizzazzjoni tas-sistemi tal-magna
2.4.3.2. Ittestjar tal-akkumulazzjoni tas-servizz
2.4.4. Rappurtar 2.4.4.1. Ir-riżultati tat-testijiet kollha ta’ emissjoni (NRTC u NRSC sħan) li jsiru waqt l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk test tal-emissjonijiet jiġi ddikjarat null, il-manifattur għandu jipprovdi spjegazzjoni għaliex it-test ikun ġie ddikjarat null. F’każ bħal dan, għandha titwettaq serje oħra ta’ testijiet tal-emissjonijiet fil-100 siegħa ta’ akkumulazzjoni tas-servizz li jsegwu. 2.4.4.2. Il-manifattur għandu jżomm rekords tal-informazzjoni kollha dwar it-testijiet u l-manutenzjoni relatati mal-emissjonijiet imwettqa fuq il-magna matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni flimkien mar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet imwettqa matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. 2.4.5. Determinazzjoni tal-fatturi ta’ deterjorament 2.4.5.1. Għal kull inwkinant imkejjel fuq iċ-ċikli NRTC u NRSC sħan f’kull punt tat-test waqt l-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, trid issir analiżi ta’ rigressjoni lineari tal-“aħjar riżultat” fuq il-bażi tar-riżultati kollha tat-test. Ir-riżulati ta’ kull test għal kull inkwinant għandhom jiġu espressi sal-istess numru ta’ punti deċimali bħall-valur ta’ limitu għal dan l-inkwinant, kif inhu applikabbli għall-familja tal-magni, flimkien ma punt deċimali ieħor. F’konformità mat-taqsima 2.4.2.1.4 jew it-taqsima 2.4.2.1.5, jekk ikun sar ċiklu wieħed biss tat-test (NRTC jew NRSC sħan) f’kull punt tat-test, l-analiżi ta’ rigressjoni għandha ssir fuq il-bażi tar-riżultati tat-test miċ-ċiklu tat-test li jkun sar f’kull punt tat-test. Fuq talba tal-manifattur, u bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, mhux permess li ssir rigressjoni mhux lineari. 2.4.5.2. Il-valuri tal-emissjonijiet għal kull inkwinant fil-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz u fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni li huma applikabbli għall-magna li tkun qed tiġi ttestjata għandhom jiġu kkalkulati mill-ekwazzjoni ta’ rigressjoni. Jekk l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz hija iqsar mill-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni, il-valuri tal-emissjonijiet fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni għandhom jiġu determinati permezz ta’ estrapolazzjoni tal-ekwazzjoni ta’ rigressjoni, kif stipulat fit-taqsima 2.4.5.1. Fil-każ li l-valuri tal-emissjonijiet jintużaw għal familji tal-magni fl-istess familja ta’ trattament ta’ wara tal-magna iżda b’perjodi differenti ta’ durabilità tal-emissjoni, imbagħad il-valuri tal-emissjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ durabilità għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid għal kull perjodu ta’ durabilità permezz ta’ estrapolazzjoni jew interpolazzjoni tal-ekwazzjoni ta’ rigressjoni kif stabbilita fit-taqsima 2.4.5.1. 2.4.5.3. Il-fattur ta’ deterjorament (DF) għal kull inkwinant huwa definit bħala l-proporzjon tal-valuri tal-emissjonijiet applikati fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità u fil-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz (fattur ta’ deterjoramenti multiplikattiv). Fuq talba tal-manifattur u bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jista’ jiġi applikat DF ta’ addizzjoni għal kull inkwinant. Id-DF ta’ addizzjoni għandu jitqies bħala d-differenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet ikkalkulati fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità u fil-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. Eżempju għad-DFs permezz tal-użu ta’ rigressjoni lineari qed jintwera fid-Dijagramma 1 għall-emissjoni NOx. Ma għandux ikun permess it-taħlit ta’ DFs multiplikattivi u ta’ addizzjoni f’sett wieħed ta’ inkwinanti. Jekk il-kalkolu jirriżulta f’valur ta’ inqas minn 1,00 għal DF multiplikattiv, jew inqas minn 0,00 għal DF ta’ addizzjoni, il-fattur ta’ deterjorament għandu jkun ta’ 1,0 jew 0,00 rispettivament. Skont it-taqsima 2.4.2.1.4, jekk ikun ġie miftiehem li għandu jsir ċiklu wieħed biss ta’ ttestjar (NRTC jew NRSC sħun) f’kull punt tat-test, u li ċ-ċiklu l-ieħor ta’ ttestjar (NRTC jew NRSC sħun) isir biss fil-bidu u t-tmiem tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz, il-fattur ta’ deterjorament ikkalkulat għaċ-ċiklu tal-ittestjar li jkun sar f’kull punt tal-ittestjar għandu jkun applikabbli wkoll għaċ-ċiklu tal-ittestjar l-ieħor. Figura 1 Eżempju ta’ determinant tad-DF 2.4.6. Fatturi ta’ deterjorament assenjati 2.4.6.1. Bħala alternattiva għall-użu ta’ skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz biex jiġu determinati d-DFs, il-manifatturi tal-magni jistgħu jagħżlu li jużaw id-DFs multiplikattivi li ġejjin:
DFs ta’ addizzjoni assenjati ma jingħatawx. Mhuwiex permess li DFs multiplikattivi assenjati jiġu trasformati f’DFs addittivi Meta jintużaw DFs assenjati, il-manifattur għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip evidenza robusta li l-komponenti ta’ kontroll tal-emissjoni jistgħu jkunu mistennija li jkollhom durabilità tal-emissjoni b’mod raġonevoli, marbuta ma’ dawk il-fatturi assenjati. Din l-evidenza tista’ tkun ibbażata fuq analiżi mfassla, jew testijiet, jew taħlita tat-tnejn; 2.4.7. Applikazzjoni ta’ fatturi ta’ deterjorazzjoni 2.4.7.1. Il-magni għandhom jissodifaw il-limiti rispettivi tal-emissjonijiet għal kull inkwinant, kif applikabbli għall-familja tal-magna, wara l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ deterjorazzjoni għar-riżultat tat-test kif imkejjel f’konformità mal-Anness III (ċiklu peżat emissjoni speċifika għal partikulat u kull gass individwali). Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw skont it-tip ta’ DF:
Jekk il-manifattur, abbażi tal-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament Nru 96.03 serje ta’ emendi, ċiklu peżat emissjoni speċifika jista’ jinkludi l-aġġustament għal riġenerazzjoni mhux frekwenti, meta jkun applikabbli. 2.4.7.2. Għal NOx + HC DF, multiplikattiv, HC u NOx DFs separati għandhom ikunu determinati u applikati b’mod separat meta jkunu kalkolati l-livelli tal-emissjonijiet deterjorati mir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet qabel ma jkun tħallat ir-riżultat tal-valuri NOx u HC deterjorati sabiex jistabbilixxi konformità mal-limiti tal-emissjoni. 2.4.7.3. Il-manifattur jista’ jagħżel li jagħmel użu mid-DFs stabbiliti għal familja ta’ sistemi ta’ trattament ta’ wara tal-magni għal sistema ta’ magni li mhijiex kategorizzata fl-istess familja ta’ sistemi ta’ trattament ta’ wara tal-magni. F’każijiet bħal dawn, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li s-sistema tal-magna li għaliha l-familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara kienet ġiet oriġinarjament ttestjata u s-sistema tal-magna li għaliha qed jintużaw id-DFs għandhom l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi u rekwiżiti ta’ installazzjoni fuq il-vettura, u li l-emissjonijiet tal-magna jew tas-sistema tal-magna huma simili. Fil-każ ta’ DFs li jsiru għal sistema ta’ magna b’perjodu differenti tad-durabilita tal-emissjoni, id-DFs għandhom ikunu kkalkulati mill-ġdid għal perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni minn estrapolazzjoni jew interpolazzjoni tal-ekwazzjoni ta’ rigressjoni kif determinat fit-taqsima 2.4.5.1. 2.4.7.4. Id-DF għal kull inkwinant għal kull ċiklu tat-test applikabbli għandu jiġi rrekordjat fis-sett tad-dokument tar-riżultat tat-test stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness VII. 2.4.8. Verifikar tal-konformità tal-produzzjoni 2.4.8.1. Il-konformità tal-produzzjoni għall-konformità tal-emissjonijiet hija ċċekkjata fuq il-bażi tat-taqsima 5 ta’ dan l-Anness. 2.4.8.2. Il-manifattur jista’ jagħżel li jkejjel l-emissjonijiet tal-inkwinanti qabel ma jaslu fis-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-egżost fl-istess waqt li tkun qed issir il-prestazzjoni tat-test tal-approvazzjoni tat-tip. Meta jagħmel hekk, il-manifattur jista’ jiżviluppa DFs informali separatament għall-magna u għas-sistema ta’ trattament ta’ wara li tista’ tintuża mill-fabbrikant bħala għajnuna sa tmiem il-verifika tal-linja ta’ produzzjoni. 2.4.8.3. Għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip, id-DFs dteterminati skont il-paragrafu 2.4.5 jew 2.4.6 biss għandhom jitniżlu fid-dokument tar-riżultat tat-test stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness VII. 2.5. Manutenzjoni Għall-iskop tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz, il-manutenzjoni għandha ssir skont il-manwal tal-manifattur għas-servizz u l-manutenzjoni. 2.5.1. Manutenzjoni skedata relatata mal-emissjonijiet 2.5.1.1. Il-manutenzjoni skedata relatata mal-emissjonijiet waqt it-tħaddim tal-magna,għall-finijiet tat-twettiq ta’ skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għandha sseħħ fl-istess intervalli ekwivalenti għal dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-manutenzjoni mogħtija lil sid il-makkinarju jew lil sid il-magna. Din l-iskeda ta’ manutenzjoni tista’ tiġi aġġornata kif meħtieġ matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz bil-kundizzjoni li ma tiġi mħassra l-ebda operazzjoni mill-iskeda ta’ manutenzjoni wara li tkun ġiet imwettqa l-operazzjoni fuq il-magna għall-ittestjar. 2.5.1.2. Il-manifattur tal-magna għandu jispeċifika l-aġġustament għall-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz, it-tindif u l-manutenzjoni (fejn meħtieġ) u l-iskambju skedat tal-oġġetti li ġejjin:
2.5.1.3. Manutenzjoni kritika skedata marbuta mal-emissjonijiet għandha titwettaq biss jekk hi maħsuba li twettaq waqt l-użu u r-rekwiżit biex titwettaq din il-manutenzjoni għandu jiġi komunikar lil sid il-makkinarju. 2.5.2. Tibdil fil-manutenzjoni skedata 2.5.2.1. Il-manifattur għandu jippreżenta talba lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għall-approvazzjoni ta’ kwalunkwe manutenzjoni skedata ġdida li jixtieq iwettaq matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz u li jkun biħsiebu sussegwentament jirrakkomanda lil sidien ta’ makkinarji jew magni. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn dejta li turi l-ħtieġa għall-manutenzjoni skedata l-ġdida u għall-intervall ta’ manutenzjoni. 2.5.3. Manutenzjoni skedata mhux relatata mal-emissjonijiet 2.5.3.1. Manutenzjoni skedata mhux relatata ma’ emissjoni li hija raġonevoli u teknikament meħtieġa (pereżempju bdil ta’ żejt, bdil ta’ filtru taż-żejt, bdil ta’ filtru tal-karburant, bdil ta’ filtru tal-arja, manutenzjoni ta’ sistema ta’ tkessiħ, aġġustament tal-veloċità mhux ingranata, it-tagħmir li jikkontrolla (governor), torque tal-bolt tal-magna, il-lash tal-valvola, il-lash tal-injettur, l-aġġustament tat-tensjoni ta’ kwalunkwe ċinturin tas-sewqan, eċċ.) tista’ ssir fuq magni jew makkinarji magħżula għall-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz fl-inqas intervalli frekwenti rrakkomandati mill-manifattur lis-sid (eż. mhux fl-intervalli rrakkomandati għal servizz serju). 2.5.4. Tiswija 2.5.4.1. Tiswijiet tal-komponenti ta’ sistema tal-magna magħżula għall-ittestjar fuq skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għandha titwettaq biss bħala riżultat ta’ ħsara tal-komponent jew malfunzjoni tas-sistema tal-magna. Tiswija tal-magna nnifisha, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni jew is-sistema tal-karburant mhijiex permessa ħlief sa fejn hu definit fil-paragrafu 2.5.4.2. 2.5.4.2. Jekk il-magna nnifisha, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni jew is-sistema tal-karburant tfalli matul l-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, l-akkumulazzjoni tas-servizz għandha titqies nulla, u għandha tinbeda akkumulazzjoni ġdida tas-servizz b’sistema tal-magna ġdida, sakemm il-komponenti li mhux jaħdmu huma sostitwiti b’komponenti ekwivalenti li kienu soġġett għal numru simili ta’ sigħat ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. 3. PERJODI TAD-DURABILITÀ TA’ EMISSJONI GĦALL-MAGNI TAL-ISTADJU IIIA, IIIB U IV 3.1. Manifatturi għandhom jutizzaw il-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni fit-Tabella 1 ta’ din it-taqsima. Tabella 1 Perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni għal Magni CI tal-Istadju IIIA, IIIB u IV (sigħat)
|
|
(3) |
jiżdiedu l-Appendiċijiet 6 u 7 kif gej: “Appendiċi 6 Determinazzjoni tal-emissjonijiet CO2 għal magni tal-istadju I, ii, iiiA, iiib u iv 1. Introduzzjoni 1.1. Dan l-Appendiċi jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri tat-test għall-irrappurtar tal-emissjonijiet CO2 għall-istadji kollha minn I sa IV. Jekk il-manifattur, abbażi tal-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament Nru 96.03 serje ta’ emendi, l-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness għandu japplika. 2. Rekwiżiti ġenerali 2.1. L-emissjonijiet CO2 għandhom ikunu determinati skont iċ-ċiklu tat-test applikabbli speċifikat fit-taqsima 1.1 tal-Anness III skont it-taqsima 3 (NRSC) jew it-taqsima 4 (NRTC bi startjar sħun), rispettivament, tal-Anness III. Għal emissjonijiet CO2 tal-Istadju IIIB għandhomj jiġu determinati skont iċ-ċiklu tat-test NRTC ta’ startjar sħun. 2.2. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati bħala valuri medji taċ-ċiklu speċifiċi għall-qawwa tal-magna u espressi permezz tal-unità g/kWh. 2.3. Jekk, skont l-għażla tal-manifattur, l-NRSC jitħaddem bħala ramped modal cycle, jew ir-referenzi għall-NRTC stabbiliti f’dan l-Appendiċi, jew ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 7 għall-Anness III għandhom japplikaw. 3. Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet CO2 3.1. Kejl mhux trattat Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost mhhux trattat. 3.1.1. Kejl CO2 fil-gass tal-egżost mhux trattat maħruġ mill-magna sottomess għall-ittestjat għandu jitkejjel b’analizzatur tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 1.4.3.2 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.3.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 1.5 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 1.4.1 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.1 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. 3.1.2. Evalwazzjoni tad-dejta Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 3.7.4 (NRSC) jew it-taqsima 4.5.7.2 (NRTC), rispettivament, tal-Anness III. 3.1.3. Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu Jekk imkejjel fuq bażi xotta, il-korezzjoni xotta/imxarrba skont it-taqsima 1.3.2 (NRSC) jew it-taqsuma 2.1.2.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 3 tal-Anness III għandu japplika. Għall-NRSC, il-massa ta’ CO2 (g/h) għandha tiġi kkalkulata għal kull modalità individwali skont it-taqsima 1.3.4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-fluss tal-gass tal-egżost għandu jiġi determinat skont it-taqsimiet 1.2.1 sa 1.2.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. Għall-NRTC, il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata skont it-taqsima 2.1.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-fluss tal-gass tal-egżost għandu jiġi determinat skont it-taqsima 2.2.3 tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. 3.2. Kejl ta’ gass dilwit Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost dilwit. 3.2.1. Kejl CO2 fil-gass tal-egżost dilwit maħruġ mill-magna sottomessa għall-ittestjat għandu jitkejjel b’analizzatur infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 1.4.3.2 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.3.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. Id-dilwizzjoni tal-egżost għandha ssir b’arja ambjentali ffiltrata, arja sintetika jew nitroġenu. Il-kapaċità tal-fluss tas-sistema sħiħa ta’ fluss għandha tkun kbira biżżejjed sabiex telimina kompletament il-kondensazzjoni tal-ilma fis-sistemi ta’ dilwizzjoni u ta’ teħid ta’ kampjuni. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 1.5 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 1.4.1 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.1 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. 3.2.2. Evalwazzjoni tad-dejta Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 3.7.4 (NRSC) jew it-taqsima 4.5.7.2 (NRTC), rispettivament, tal-Anness III. 3.2.3. Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu Jekk imkejjel fuq bażi xotta, il-korezzjoni xotta/imxarrba skont it-taqsima 1.3.2 (NRSC) jew it-taqsuma 2.1.2.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 3 tal-Anness III għandu japplika. Għall-NRSC, il-massa ta’ CO2 (g/h) għandha tiġi kkalkulata għal kull modalità individwali skont it-taqsima 1.3.4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-flussi tal-gass tal-egżost dilwit għandu jiġi determinat skont it-taqsima 1.2.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. Għall-NRTC, il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata skont it-taqsima 2.2.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-fluss tal-gass tal-egżost dilwit għandu jiġi determinat skont it-taqsima 2.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Korrezzjoni tal-isfond għandha tiġi applikata skont it-taqsima 2.2.3.1.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. 3.3. Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk 3.3.1. NRSC L-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk e CO2(g/kWh) għandhom jiġu kalkulati kif ġej:
fejn
u
3.3.2. NRTC Ix-xogħol taċ-ċiklu meħtieġ għall-kalkolazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi għall-brejk għandu jiġi stabbilit b’konformità mat-taqsima 4.6.2 tal-Anness III. L-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk e CO2(g/kWh) għandhom jiġu kalkulati kif ġej:
fejn
“Appendiċi 7 Determinazzjoni alternattiva ta’ emissjonijiet ta’ CO2 1. Introduzzjoni Jekk il-manifattur, ibbażat fuq l-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri tat-test għall-irappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan l-Appendiċi għanhom japplikaw. 2. Rekwiżiti ġenerali 2.1. Emissjonijiet CO2 għandhom jiġu determinati fuq it-test taċ-ċiklu NRTC ta’ startjar sħun skont it-taqsima 7.8.3 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. 2.2. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu reġistrati bħala valuri medji taċ-ċiklu speċifiċi għall-brejk u espressi permezz tal-unità g/kWh. 3. Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet CO2 3.1. Kejl mhux trattat Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost mhux trattat. 3.1.1. Kejl Is-CO2 fil-gass tal-egżost mhux trattat li joħroġ mill-magna li jiġi ppreżentat għall-ittestjar għandu jitkejjel permezz ta’ analizzatur infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 9.4.6 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 8.1.4 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 8.1.9 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. 3.1.2. Evalwazzjoni tad-dejta Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 7.8.3.2 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. 3.1.3. Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu Jekk jitkejjel fuq bażi xotta, il-korrezzjoni xott/imxarrab skont it-taqsima A.8.2.2 tal-Appendiċi 8 jew tat-taqsima A.7.3.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu japplika għall-valuri ta’ konċentrazzjoni istantanja qabel ma jsiru kalkoli ulterjuri. Il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ multiplikazzjoni tal-ħin allinjat instantanjament tal-konċentrazzjonijiet CO2 u flussi tal-gass tal-egżost u integrazzjoni fiċ-ċiklu tat-test f’konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:
3.2. Kejl ta’ gass dilwit Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost dilwit. 3.2.1. Kejl Is-CO2 fil-gass tal-egżost dilwit li joħroġ mill-magna sottomess għall-ittestjar għandu jitkejjel permezz ta’ analizzatur infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 9.4.6 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. Id-dilwizzjoni tal-egżost għandha ssir b’arja ambjentali ffiltrata, arja sintetika jew nitroġenu. Il-kapaċità tal-fluss tas-sistema sħiħa ta’ fluss għandha tkun kbira biżżejjed sabiex telimina kompletament il-kondensazzjoni tal-ilma fis-sistemi ta’ dilwizzjoni u ta’ teħid ta’ kampjuni. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 8.1.4 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 8.1.9 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. 3.2.2. Evalwazzjoni tad-dejta Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 7.8.3.2 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. 3.2.3. Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu Jekk jitkejjel fuq bażi xotta, il-korrezzjoni xott/imxarrab skont it-taqsima A.8.3.2 tal-Appendiċi 8 jew tat-taqsima A.7.4.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu japplika għall-valuri ta’ konċentrazzjoni istantanja qabel ma jsiru kalkoli ulterjuri. Il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ multiplikazzjoni tal-konċentrazzjonijiet CO2 u flussi tal-gass tal-egżost f’konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:
Korrezzjoni tal-isfond għandha tiġi applikata skont it-taqsima A.8.3.2.4 tal-Appendiċi 8 jew tat-taqsima A.7.4.1 tal-Apendiċi 8 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. 3.3. Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk Ix-xogħol taċ-ċiklu meħtieġ għall-kalkolazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi għall-brejk għandu jiġi stabbilit b’konformità mat-taqsima 7.8.3.4 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. L-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk eCO2(g/kWh) għandhom jiġu kalkulati kif ġej:
fejn
|
ANNESS IV
Fl-Anness VI tad-Direttiva 97/68/KE it-taqsima 1.a li ġejja hija miżjuda:
|
“1.a. |
Dan l-Anness japplika kif ġej:
|
ANNESS V
Fl-Anness VII tad-Direttiva 97/68/KE l-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Appendiċi 1
Rapport tat-test għal magni b’ignixin b’kompressjoni riżultati tat-test (1)
Informazzjoni dwar il-magna tat-test
Tip ta’ magna:. …
Numru ta’ identifikazzjoni tal-magna:. …
1. Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test:. …
1.1. Karburant ta’ referenza użat għat-test
1.1.1. Numru tas-cetane:. …
1.1.2. Kontenut tal-kubrit. …
1.1.3. Densità:. …
1.2. Lubrikant
1.2.1. Għamla(/iet):. …
1.2.2. Tip(i):. …
(perċentwali tal-istat taż-żejt fit-taħlita jekk jitħalltu l-lubrikant u l-karburant)
1.3. Tagħmir imħaddem mill-magna (jekk applikabbli)
1.3.1. Enumerazzjoni u dettalji ta’ identifikazzjoni: …
1.3.2. Saħħa assorbita f’veloċitajiet tal-magna indikati (kif speċifikat mill-manifattur):
|
|
Is-saħħa PAE (kW) assorbita f’bosta veloċitajiet tal-magna (2), (3)), filwaqt li tikkundisdra l-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness |
||
|
Tagħmir |
Veloċità intermedja (jekk applikabbli) |
Veloċità b’saħħa massima (jekk differenti mir-rata stmata) |
Veloċità stmata (4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total: |
|
|
|
1.4. Il-prestazzjoni tal-magna
1.4.1. Il-veloċitajiet tal-magna:
Tħaddim ta’ magna li mhix ingranata: … min–1
Intermedju: … min–1
Saħħa massima: … min–1
Stmata (5) … min–1
1.4.2. Is-saħħa tal-magna (6)
|
|
Issettjar tas-saħħa (kW) f’veloċitajiet differenti tal-magna |
||
|
Kundizzjoni |
Veloċità intermedja (jekk applikabbli) |
Veloċità b’saħħa massima (jekk differenti mir-rata stmata) |
Veloċità stmata (7) |
|
Saħħa massima mkejla b’veloċità speċifika tat-test (PM) (kW) (a) |
|
|
|
|
Is-saħħa totali assorbita permezz ta’ tagħmir immexxi mill-magna skont il-paragrafu 1.3.2. ta’ dan l-Appendiċi filwaqt li jiġi kkunsidrat l-Appendiċi 3 (kW) (b) |
|
|
|
|
Saħħa nett tal-magna kif speċifikata fit-taqsima 2.4 tal-Anness I (kW) (c) |
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test NRSC:
2.1. Issettjar tad-dinamometru (kW)
|
|
Issettjar tad-dinamometru (kW) f’veloċitajiet differenti tal-magna |
||||
|
Tagħbija kull mija |
Veloċità intermedja (jekk applikabbli) |
63 % (jekk applikabbli) |
80 % (jekk applikabbli) |
91 % (jekk applikabbli) |
Veloċità stmata (8) |
|
10 (jekk applikabbli) |
|
|
|
|
|
|
25 (jekk applikabbli) |
|
|
|
|
|
|
50 |
|
|
|
|
|
|
75 (jekk applikabbli) |
|
|
|
|
|
|
100 |
|
|
|
|
|
2.2. Riżultati tal-emissjonijiet tal-magna/magna ġenitur (9)
Fattur ta’ Deterjorazzjoni (DF): ikkalkulat/fiss (9)
Speċifika l-valuri DF u r-riżultati tal-emissjonijiet fit-tabella (9) li ġejja:
|
Test NRSC |
||||||
|
DF mult/żid3 |
CO |
HC |
NOx |
HC + NOx |
PM |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Emissjonijiet |
CO (g/kWh) |
HC (g/kWh) |
NOx (g/kWh) |
HC + NOx (g/kWh) |
PM (g/kWh) |
CO2 (g/kWh) |
|
Riżultat tat-test |
|
|
|
|
|
|
|
Riżultat finali tat-test bid-DF |
|
|
|
|
|
|
|
Punti addizzjonali tat-test taż-żona ta’ kontroll (jekk applikabbli) |
||||||
|
Emissjonijiet fil-punt tat-test |
Veloċità tal-magna |
Tagħbija (%) |
CO (g/kWh) |
HC (g/kWh) |
NOx (g/kWh) |
PM (g/kWh) |
|
Riżultat tat-test 1 |
|
|
|
|
|
|
|
Riżultat tat-test 2 |
|
|
|
|
|
|
|
Riżultat tat-test 3 |
|
|
|
|
|
|
2.3. Sistema ta’ teħid ta’ kampjuni għat-test NRSC:
2.3.1. Emissjonijiet gassużi (10). …
2.3.2. PM (10):. …
2.3.2.1. Metodu (11) filter uniku/bosta filtri
3. Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test NRTC (jekk applikabbli):
3.1. Riżultati tal-emissjonijiet tal-magna/magna ġenitur (11)
Fattur ta’ Deterjorazzjoni (DF): ikkalkulat/fiss (12)
Speċifika l-valuri DF u r-riżultati tal-emissjonijiet fit-tabella (12) li ġejja:
Dejta marbuta mar-riġenerazzjoni tista’ tiġi rappurtata għal magni tal-Istadju IV.
|
Test NRTC |
||||||
|
DF mult/żid (12) |
CO |
HC |
NOx |
HC + NOx |
PM |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Emissjonijiet |
CO (g/kWh) |
HC (g/kWh) |
NOx (g/kWh) |
HC + NOx (g/kWh) |
PM (g/kWh) |
|
|
Bidu kiesaħ |
|
|
|
|
|
|
|
Emissjonijiet |
CO (g/kWh) |
HC (g/kWh) |
NOx (g/kWh) |
HC + NOx (g/kWh) |
PM (g/kWh) |
CO2 (g/kWh) |
|
Bidu sħun mingħajr riġenerazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
Bidu sħun bir-riġenerazzjoni (12) |
|
|
|
|
|
|
|
kr,u (mult/żid) (12) kr,u (mult/żid) (12) |
|
|
|
|
|
|
|
Riżultat tat-test peżat |
|
|
|
|
|
|
|
Riżultat finali tat-test bid-DF |
|
|
|
|
|
|
Ħidma f’ċiklu għal bidu sħun mingħajr riġenerazzjoni kWh
3.2. Sistema ta’ teħid ta’ kampjuni użata għat-test NRSC:
Emissjonijiet gassużi (13). …
PM (13):. …
Metodu (14) filter uniku/bosta filtri
(1) Għall-każ ta’ bosta magni ġenitur, dan li ġej għandu jiġi indikat għal kull waħda minnhom
(2) Ħassar kif xieraq.
(3) Ma għandux ikun akbar minn 10 fil-mija tas-saħħa mkejla matul it-test.
(4) Daħħal il-valuri bil-veloċità tal-magna li jikkorrispondu għal veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.
(5) Daħħal il-veloċità tal-magna li tikkorrispondi mal-veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.
(6) Saħħa mhux korretta mkejla skont it-taqsima 2.4 tal-Anness I.
(7) Issostittwixxi bil-valuri tal-veloċità tal-magna li jikkorrispondu mal-veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.
(8) Issostittwixxi bil-valuri tal-veloċità tal-magna li jikkorrispondu mal-veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.
(9) Ħassar kif xieraq.
(10) Indika numru f’figura ta’ sistema użata kif definit fl-Anness VI taqsima 1 jew taqsima 9 tal-Anness 4B tal-ECE R96 03 serje ta’ emendi, kif applikabbli
(11) Ħassar kif xieraq.
(12) Ħassar kif xieraq.
(13) Indika numru f’figura ta’ sistema użata kif definit fl-Anness VI taqsima 1 jew taqsima 9 tal-Anness 4B tal-ECE R96 03 serje ta’ emendi, kif applikabbli
(14) Ħassar kif xieraq.”
ANNESS VI
“ANNESS XI
KARTA TA’ DEJTA B’MAGNI B’APPROVAZZJONI TAT-TIP
1. Magni SI
Timbru tal-amministrazzjoni
|
Approvazzjoni tat-tip tal-magna rappurtata |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
Numru tal-approvazzjoni tat-tip |
|
|
|
|
|
|
Data tal-approvazzjoni |
|
|
|
|
|
|
Isem il-manifattur |
|
|
|
|
|
|
Tip ta’ magna/familja |
|
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tal-magna |
Informazzjoni ġenerali (1) |
|
|
|
|
|
Metodu ta’ tkessiħ (1) |
|
|
|
|
|
|
Numru ta’ ċilindri |
|
|
|
|
|
|
Ċilindrata (cm3) |
|
|
|
|
|
|
Tip ta’ trattament ta’ wara (2) |
|
|
|
|
|
|
Veloċità stmata (min–1) |
|
|
|
|
|
|
Saħħa netta stmata (kW) |
|
|
|
|
|
|
Emissjonijiet (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
Timbru tal-amministrazzjoni
2.1. Informazzjoni ġenerali dwar il-magna
|
Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
Numru tal-approvazzjoni tat-tip |
|
|
|
|
|
|
Data tal-approvazzjoni tat-tip |
|
|
|
|
|
|
Isem il-manifattur |
|
|
|
|
|
|
Tip ta’ magna/familja |
|
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tal-magna |
Informazzjoni ġenerali (5) |
|
|
|
|
|
Metodu ta’ tkessiħ (6) |
|
|
|
|
|
|
Numru ta’ ċilindri |
|
|
|
|
|
|
Ċilindrata (cm3) |
|
|
|
|
|
|
Tip ta’ trattament ta’ wara (7) |
|
|
|
|
|
|
Veloċità stmata (min–1) |
|
|
|
|
|
|
Veloċità massima tas-saħħa (min–1) |
|
|
|
|
|
|
Saħħa netta stmata (kW) |
|
|
|
|
|
|
Is-saħħa massima nett (kW) |
|
|
|
|
|
2.2. Riżultat finali tal-emissjoni
|
Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
Riżultat finali tat-test NRSC inluż id-DF (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
|
NRSC CO2 (g/kWh) |
|
|
|
|
|
|
Riżultat finali tat-test NRSC inluż id-DF (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
|
Ċiklu sħun NRTC tas-CO2 (g/kWh) |
|
|
|
|
|
|
Tħaddim taċ-ċiklu sħun NRTC (kWh) |
|
|
|
|
|
2.3. Fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-NRSC u riżultati tat-test tal-emissjoni
|
Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
DF mult/żid (8) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
|
Riżultati tat-test NRSC esklussiv tad-DF (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
2.4. Fatturi ta’ deterjorazzjoni NRTC u riżultati tat-test tal-emissjoni
|
Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
DF mult/żid (9) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
|
Riżultat tat-test NRTC ta’ startjar kiesaħ esklussiv tad-DF (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
|
Riżultat tat-test NRTC ta’ startjar sħun esklussiv tad-DF (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
2.5. Riżultati tat-test tal-emissjoni NRTC ta’ startjar sħun
Dejta marbuta mar-riġenerazzjoni tista’ tiġi rappurtata għal magni tal-Istadju IV.
|
Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
|
Startjar NRTC sħun mingħajr riġenerazzjoni (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM |
|
|
|
|
|
|
Startjar NRTC sħun b’riġenerazzjoni (g/kWh) |
CO |
|
|
|
|
|
HC |
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
HC + NOx |
|
|
|
|
|
|
PM” |
|
|
|
|
|
(1) Likwidu jew arja.
(2) Qassar: CAT = katalist, PT = nassa partikulata, SCR = riduzzjoni katalitika selettiva.
(3) F’każ ta’ familja ta’ magni, daħħal id-dettalji tal-magna ġenitur.
(4) Imla l-oġġetti kollha li huma applikabbli għall-magna tat-tip/familja.
(5) Qassar: DI = injezzjoni diretta, PC = kabinett ta’ qabel/tat-tidwir, NA = aspirat b’mod naturali, TC = turbocharged inkluż tkessiħ ta’ wara, EGR = riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost. Eżempji: PC NA, DI TCA EGR.
(6) Likwidu jew arja.
(7) Qassar: CAT = katalist, PT = nassa partikulata, SCR = riduzzjoni katalitika selettiva.
(8) Ħassar kif xieraq.
(9) Ħassar kif xieraq.
ANNESS VII
“ANNESS XII
RIKONOXXIMENT TA’ APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP ALTERNATTIVI
|
1. |
L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin u, fejn applikabbli, il-marki ta’ approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni ta’ din id-Direttiva għal magni ta’ kategoriji A, B u C kif definit fl-Artikolu 9(2):
|
|
2. |
Għal kategoriji tal-magni D, E, F u G (stadju II) kif definit fl-Artikolu 9(3), l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħjom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:
|
|
3. |
Għal kategoriji tal-magni H, I, J u K (stadju IIIA) kif definit fl-Artikolu 9(3a) u l-Artikolu 9(3b), l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:
|
|
4. |
Għal kategoriji tal-magni L, M, N u P (stadju IIIB) kif definit fl-Artikolu 9(3c) u l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:
|
|
5. |
Għal kategoriji tal-magni Q, u R (stadju IV) kif definit fl-Artikolu 9(3d), l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:
|