ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.341.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
13 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 164/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 166/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 174/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 178/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 180/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 181/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 182/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 183/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 184/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 185/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 186/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 188/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 190/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) għall-Ftehim ŻEE

44

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 153/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 739/2011 tas-27 ta' Lulju 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 rigward il-Metodi Ekwivalenti għall-ittestjar tat-Trichinella  (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/898/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (3) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/899/UE tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġislazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I għall-Ftehim ŻEE u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, l-Annessi I u II għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12 (Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“—

32011 R 0739: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 739/2011 tas-27 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 196, 28.7.2011, p. 3).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-ewwel inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE) taħt l-intestatura “L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin japplikaw:” fil-punti 16 (Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 17 (Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“—

32011 D 0898: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/898/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 22).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mat-tieni inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) taħt l-intestatura “L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin japplikaw:” fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“—

32011 D 0899: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/899/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 28).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005) fil-Parti 6.2:

“—

32011 R 1109: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 23).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mat-tieni inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE) taħt l-intestatura “L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin japplikaw:” fil-punt 54zzzh (Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitlu XII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“—

32011 D 0898: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/898/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 22).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 739/2011 u (UE) Nru 1109/2011 u tad-Deċiżjonijiet 2011/898/UE u 2011/899/UE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li ser ikunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 4.11.2011, p. 23.

(3)  ĠU L 345, 29.12.2011, p. 22.

(4)  ĠU L 345, 29.12.2011, p. 28.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 154/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/648/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE dwar l-inklużjoni tal-Belġju fil-lista tal-Istati Membri li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/879/UE tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Annessi II u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/112/UE tas-17 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-annimali minn azjendi u annimali, semen, ova u embrijuni minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġislazzjoni rigward annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijun u s-semen. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Islanda.

(5)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Din id-Deċiżjoni għaldaqstant m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 4.1 u fil-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 8.1:

“—

32012 D 0112: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/112/UE tas-17 ta' Frar 2012 (ĠU L 50, 23.2.2012, p. 51).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 84 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32011 D 0648: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/648/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 (ĠU L 260, 5.10.2011, p. 19).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 3a (Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KEE) fil-parti 8.1 u fil-punt 4a (Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE) fil-parti 4.1:

“—

32011 D 0879: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/879/UE tal-21 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 105).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2011/648/UE, 2011/879/UE u 2012/112/UE bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 260, 5.10.2011, p. 19.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 105.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2012, p. 51.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġislazzjoni dwar oġġetti tal-għalf. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 51 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011) fil-Kapitolu II tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:

“52.

32011 H 0025: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 156/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010) tal-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim:

“45zzn.

32012 R 0130: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 43, 16.2.2012, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 130/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-DeċIżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 29.

(2)  ĠU L 43, 16.2.2012, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 157/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0065: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011):

“kif emendat permezz ta’:

32012 R 0064: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 28, 31.1.2012, p. 1). ’

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45zzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2012):

“45zzo.

32012 R 0065: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 64/2012 u (UE) Nru 65/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 28, 31.1.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 158/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill Nru 73/44/KEE (2) u d-Direttivi 96/73/KE (3) u 2008/121/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XI tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test ta’ punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE), 4a (id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 4c (id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 4c (id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“4d.

32011 R 1007: ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 83, 30.3.1973, p. 1.

(3)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 159/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza fenossimetilpeniċillina (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza altrenogest (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2012 tal-1 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza Lasaloċidu (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2012 tat-8 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi attivi farmakoloġikament u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza diidroklorur oktenidin (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 122/2012 tat- 13 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza metilpredniżolon (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2012 tat- 13 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza monepantel (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza nitroxinil (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness mar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 13 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32012 R 0084: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2012 tal- 1 ta’ Frar 2012 (ĠU L 30, 2.2.2012, p. 1),

32012 R 0085:Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2012 tal- 1 ta’ Frar 2012 (ĠU L 30, 2.2.2012, p. 4),

32012 R 0086: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2012 tal- 1 ta’ Frar 2012 (ĠU L 30, 2.2.2012, p. 6),

32012 R 0107: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2012 tat-8 ta’ Frar 2012 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 25),

32012 R 0122: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 122/2012 tat-13 ta’ Frar 2012 (ĠU L 40, 14.2.2012, p. 2),

32012 R 0123: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2012 tat-13 ta’ Frar 2012 (ĠU L 40, 14.2.2012, p. 4),

32012 R 0201: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 37),

32012 R 0202: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 40).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 84/2012, (UE) Nru 85/2012, (UE) Nru 86/2012, (UE) Nru 107/2012, (UE) Nru 122/2012, (UE) Nru 123/2012, (UE) Nru 201/2012 u (UE) Nru 202/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 31.

(2)  ĠU L 30, 2.2.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 30, 2.2.2012, p. 4.

(4)  ĠU L 30, 2.2.2012, p. 6.

(5)  ĠU L 36, 9.2.2012, p. 25.

(6)  ĠU L 40, 14.2.2012, p. 2.

(7)  ĠU L 40, 14.2.2012, p. 4.

(8)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 37.

(9)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 40.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 160/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2012 tas-27 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 15h (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0273: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2012 tas-27 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 90, 28.3.2012, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 273/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 90, 28.3.2012, p. 11.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 161/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 223/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I u IV għall-progress tekniku (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0223: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 223/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 75, 15.3.2012, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 223/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 75, 15.3.2012, p. 12.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 162/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/2/UE tad-9 ta’ Frar 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-ossidu tar-ram (II), l-idrossidu tar-ram (II) u l-karbonat tar-ram bażiku jiġu inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għaliha (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/3/UE tad-9 ta’ Frar 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi il-bendiocarb bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/77/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 L 0002: Direttiva tal-Kummissjoni 2012/2/UE tad-9 ta’ Frar 2012 (ĠU L 37, 10.2.2012, p. 60).

32012 L 0003: Direttiva tal-Kummissjoni 2012/3/UE tad-9 ta’ Frar 2012 (ĠU L 37, 10.2.2012, p. 65).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 12zzf (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2010):

“12zzg.

32012 D 0077: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/77/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 47).

12zzh.

32012 D 0078: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2012/2/UE u 2012/3/UE u tad-Deċiżjonijiet 2012/77/UE u 2012/78/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 65.

(3)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 47.

(4)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 163/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward l-Anness XVII (Sustanzi CMR) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12zc (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0109: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 (ĠU L 37, 10.2.2012, p. 1),

32012 R 0125: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 109/2012 u (UE) Nru 125/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 41, 15.2.2012, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 164/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/886/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (2), kif irrettifikat permezz ta’ ĠU L 348, 29.12.2009, p. 94, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/869/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/886/KE li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/108/KE (4) li għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendata permezz ta’:

32011 L 0100: Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 50).”

2.

L-ewwel inċiż fil-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE) għandu jitħassar.

3.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE):

“—

32009 D 0886: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/886/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 25), kif irrettifikat permezz ta’ ĠU L 348, 29.12.2009, p. 94,

32011 D 0869: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/869/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/100/UE u d-Deċiżjoni 2009/886/KE, kif irrettifikati permezz ta’ ĠU L 348, 29.12.2009, p. 94, u 2011/869/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 25.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2012, p. 63.

(4)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 34.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 165/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru E3 tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar il-perijodu transitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness VI għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 4.2 (id-Deċiżjoni Nru E2) tal-Anness VI tal-Ftehim ŻEE:

“4.3.

32012 D 0114(01): Deċiżjoni Nru E3 tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar il-perijodu transitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 12, 14.1.2012, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru E3 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU C 12, 14.1.2012, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 166/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru U4 tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proċeduri tar-rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness VI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 9.3 (id-Deċiżjoni Nru U3) tal-Anness VI għall-Ftehim ŻEE:

“9.4

32012 D 0225(01): id-Deċiżjoni Nru U4 tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proċeduri tar-rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru U4 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 167/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 29b (id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 L 0073: id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 29d (id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 L 0073: id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/73/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 168/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/43/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/44/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni (4), kif korretta mill-ĠU L 179, 14.7.2010, p. 16, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 30b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE) tal-Anness IX għall-Ftehim ŻEE:

“30c.

32010 R 0583: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 1).

30d.

32010 R 0584: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u l-attestazzjoni UCITS standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 16)

30e.

32010 L 0043: id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/43/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 42).

30f.

32010 L 0044: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/42/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 28), kif korretta minn ĠU L 179, 14.7.2010, p. 16.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 583/2010 u (UE) Nru 584/2010 u d-Direttivi 2010/43/UE u 2010/44/UE, kif korretti permezz tal-ĠU L 179, 14.7.2010, p. 16, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 176, 10.7.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 10.7.2010, p. 16.

(3)  ĠU L 176, 10.7.2010, p. 42.

(4)  ĠU L 176, 10.7.2010, p. 28.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 169/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 1a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0251: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/251/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 170/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/978/UE tas-16 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5ch (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat permezz ta’:

32009 D 0978: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/978/UE tas-16 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 50).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/978/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 50.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 171/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cp (ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“—

32011 R 0580: ir-Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 165, 24.6.2011. p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 580/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 165, 24.6.2011, p. 3.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 172/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cr (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0485: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 173/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hu inkorporat fil-Ftehim u li għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(3)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5cu (ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu jinbidel b’li ġej:

32012 R 0531: ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 1(6):

‘Fin-nuqqas ta’ rata tal-kambju tal-euro mal-króna Islandiża ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li tinkorpora dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE, ser tapplika r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Islandiż fl-istess ġurnata.

Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti u t-tariffi massimi previsti fl-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 12(1), ir-rati tal-kambju ta’ referenza applikati biex jiġu ddeterminati l-valuri riveduti, fil-każ tal-króna Islandiża u fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni korrispondenti mill-Bank Ċentrali Ewropew, ser ikunu dawk ippubblikati mill-Bank Ċentrali Islandiż xahrejn qabel id-data mil-liema l-valuri riveduti japplikaw.’

(b)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 1(7):

‘Fin-nuqqas ta’ rata tal-kambju tal-euro mal-króna Islandiża ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li tinkorpora dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE, ser tapplika r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Islandiż f’dik l-istess ġurnata.

Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti u t-tariffi massimi previsti fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(2), ir-rati tal-kambju ta’ referenza applikati biex jiddeterminaw il-valuri riveduti, fil-każ tal-króna Islandiża u fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni korrispondenti mill-Bank Ċentrali Ewropew, ser ikunu l-medja tar-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Islandiż xahrejn, tlieta u erba’ qabel id-data mil-liema l-valuri riveduti japplikaw.’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), liema wieħed minnhom jiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.

(2)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 174/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), speċjalment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UE tat-8 ta’ Settembru 2011 dwar appoġġ għal servizz ta’ sejħiet elettroniċi offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (“Sejħiet elettroniċi”) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 26j (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/698/KE) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“26k.

32011 H 0750: ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UE tat-8 ta’ Settembru 2011 dwar appoġġ għal servizz ta’ sejħiet elettroniċi offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (‘Sejħiet elettroniċi’) (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 46).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2011/750/UE bil-lingwa l-Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 303, 22.11.2011, p. 46.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 175/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 26k (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UE) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“26 l.

32010 H 0572: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 176/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE Nru 135/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “Lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema konvenzjonali trans-Ewropea tal-ferroviji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 37db (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0291: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE tat-26 ta’ April 2011 (ĠU L 139, 26.5.2011, p. 1).”

2.

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37dh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/274/UE):

“37di.

32011 D 0291: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ‘Lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri’ tas-sistema konvenzjonali trans-Ewropea tal-ferroviji (ĠU L 139, 26.5.2011, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, għandhom jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Dan li ġej għandu jiżdied fit-Taqsima 7.3.2.3 tal-Anness għad-Deċiżjoni:

Każ speċifiku tan-Norveġja

(“P”) Għal aċċess mhux ristrett għan-netwerk Norveġiża l-unitajiet għandhom jibqgħu fil-kejl kinematiku NO1. Linji li jaċettaw kejl ikbar huma speċifikati fid-Dikjarazzjoni tan-Netwerk.

Dan ma jxekkilx l-aċċess tal-materjal fuq ir-roti konformi mat-TSI għan-netwerk nazzjonali.’

(b)

It-taqsima li ġejja għandha tiżdied wara s-Sezzjoni 7.3.2.13 tal-Anness għad-Deċiżjoni:

‘7.3.2.13 bis

Il-fattur tal-enerġija (4.2.8.2.6)

Każ speċifiku tan-Norveġja

(“P”) Għal tħadim mhux ristrett fuq in-netwerk Norveġiża, dan li ġej japplika għall-unitajiet tal-ġbid elettriku:

Il-fattur tal-enerġija kapaċitattiva m’għandux ikun inqas minn 0,95 meta l-vultaġġi tal-linji ta’ kuntatt ikunu iktar minn 16,5 kV meta l-unità tal-ġbid tkun qed tikkonsma l-enerġija b’mod attiv.

L-enerġija kapaċitattiva m’għandhiex taqbeż is-60 kVAr meta l-unità tal-ġbid tiġġenera mill-ġdid l-enerġija.

Il-fattur tal-enerġija induttiva m’għandux ikun inqas minn 0,95 meta l-vultaġġi tal-linji ta’ kuntatt ikunu inqas minn 16,5 kV meta l-unità tal-ġbid tiġġenera mill-ġdid l-enerġija.’

(c)

Dan li ġej għandu jiżdied fit-Taqsima 7.3.2.16 tal-Anness għad-Deċiżjoni:

Każ speċifiku tan-Norveġja

(“T”) Dan il-każ speċifiku hu applikabbli għal unitajiet li joperaw fuq linji b’sistema katenarja mhux aġġornata. Linji ma’ sistema katenarja konformi mat-TSI huma indikati fid-dikjarazzjoni tan-netwerk.

Il-ġeometrija tal-parti ta’ fuq tal-pantografu għandha tkun skont EN 50367:2011 Figure B.6 (1 800 mm).’

(d)

It-taqsima li ġejja għandha tiddaħħal wara t-taqsima 7.3.2.16 tal-Anness għad-Deċiżjoni:

‘7.3.2.16 bis

Forza statika tal-kuntatt tal-pantografu (4.2.8.2.9.5)

Każ speċifiku tan-Norveġja

(“P”) Dan il-każ speċifiku hu applikabbli għal unitajiet li joperaw fuq linji b’sistema katenarja mhux aġġornata. Linji ma’ sistema katenarja konformi mat-TSI huma indikati fid-dikjarazzjoni tan-netwerk.Meta weqfin, il-pantografi għandu jkollhom forza statika tal-kuntatt ta’ 55 N.’

(e)

Dan li ġej għandu jiżdied fit-Taqsima 7.3.2.17 tal-Anness għad-Deċiżjoni:

Każ speċifiku tan-Norveġja

(“P”) Dan il-każ speċifiku hu applikabbli għal unitajiet li joperaw fuq linji b’sistema katenarja mhux aġġornata. Linji b’sistema katenarja konformi mat-TSI huma indikati fid-dikjarazzjoni tan-netwerk.

Barra r-rekwiżiti tat-TSI, il-pantografi għandhom ikunu konformi ma’ kurva ibbażata fuq il-formola li ġejja: Fm = 0,00097v2 + 55, b’tolleranza ta’ ± 10 %.’

(f)

Dan li ġej għandu jiżdied fit-Taqsima 7.4 tal-Anness għad-Deċiżjoni:

Kondizzjonijiet speċifiċi għan-Norveġja

(“P”) Għal aċċess mhux ristrett tal-materjal fuq ir-roti fin-netwerk Norveġiża taħt kondizzjonijiet xitwin, għandu jintwera li l-materjal fuq ir-roti jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Għandha tintgħażel iż-żona tat-Temperatura T2 kif speċifikat fil-klawżola 4.2.6.1.2.

Għandhom jintgħażlu l-kondizzjonijiet ta’ borra, ġlata u silġ kif speċifikat fil-klawżola 4.2.6.1.5.’ ”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/291/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm i n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 16.

(2)  ĠU L 139, 26.5.2011, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 177/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37di (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“37dj.

32011 R 0454: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 454/2010 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 16.

(2)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.

(*)  Ma hija indikata ebda ħtieġa kostituzzjonali.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 178/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE Nru 135/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tas-sistemi għall-individwazzjoni tal-esplożivi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66ha (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009):

“—

32011 R 1141: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):

“—

32011 R 1087: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1087/2011 u r-Regolament (UE) Nru 1141/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 16.

(2)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 12.

(3)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 179/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 u li jimplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tal-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8042/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):

“—

32011 R 1147: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 294, 12.11.2011, p. 7).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66hf (id-Deċiżjoni C tal-Kummissjoni (2010) 774 final):

“—

32011 D 8042: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8042/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1147/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 16.

(2)  ĠU L 294, 12.11.2011, p. 7.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 180/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32011 R 1149: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 298, 16.11.2011, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1149/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 (3) tad-19 ta’ Diċembru 2011, skont liema wieħed ikun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 16.

(2)  ĠU L 298, 16.11.2011, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 51.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 181/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2011/83/UE tirrevoka, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2014, id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE (2) u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma inkorportati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement ser jiġu rrevokati skont il-Ftehim ŻEE b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2014.

(3)

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7h (Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“7i.

32011 L 0083: id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).”

2.

Dan li ġej ser jiżdied fil-punti 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE) u 7e (id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendant minn:

32011 L 0083: id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).”

3.

It-test tal-punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE) u 3a (id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ser jitħassar b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/83/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(2)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

(3)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 182/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 954/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE:

“—

32011 R 0954: ir-Regolament (UE) Nru 954/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 259, 4.10.2011. p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 954/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 270, 4.10.2012, p. 31.

(2)  ĠU L 259, 4.10.2011, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 183/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/631/UE tal-21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/631/UE tħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

(3)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1fc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE):

“1fd.

32011 D 0631: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/631/UE tal-21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 47).”

2.

It-test tal-punt 1fc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/631/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 247, 24.9.2011, p. 47.

(2)  ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 184/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/740/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2007/506/KE, 2007/742/KE, 2009/543/KE u 2009/544/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2d (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE), 2da (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE), 2y (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE) and 2zc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE):

“—

32011 D 0740: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/740/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2v (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE) u 2z (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE):

“, kif emendata permezz ta’:

32011 D 0740: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/740/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/740/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), skont liema waħda tiġi l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(2)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 185/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 tad-9 ta’ Lulju 2010 dwar l-approvazzjoni ta’ għodda simplifikata żviluppata mill-organizzazzjoni Ewropea għas-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru (Eurocontrol) sabiex tistima l-konsum tal-fjuwil ta’ ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 21apd (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE) tal-Anness XX għall-Ftehim:

“21ape.

32010 R 0606: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 tad-9 ta’ Lulju 2010 dwar l-approvazzjoni ta’ għodda simplifikata żviluppata mill-organizzazzjoni Ewropea għas-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru (Eurocontrol) sabiex tistima l-konsum tal-fjuwil ta’ ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 25).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 606/2010 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.

(2)  ĠU L 175, 10.7.2010, p. 25.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 186/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/92/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li tintroduċi l-kwestjonarju li għandu jintuża għall-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 21at (Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim:

“21ata.

32011 D 0092: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/92/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li tintroduċi l-kwestjonarju li għandu jintuża għall-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (ĠU L 37, 11.2.2011, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/92/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (3), skont liema tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.

(2)  ĠU L 37, 11.2.2011, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 270, 4.10.2012, p. 38.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 187/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/37/UE tat-30 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 32e (Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE:

“—

32011 L 0037: Direttiva tal-Kummissjoni 2011/37/UE tat-30 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 85, 31.3.2011, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/37/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 85, 31.3.2011, p. 3.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 188/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni 2012/186/UE tat-3 Frar 2012 li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 7b (id-Direttiva 2009/42/KE) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

“—

32012 D 0186: id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni 2012/186/UE tat-3 ta’ Frar 2012 (ĠU L 101, 11.4.2012, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Delega 2012/186/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 270, 4.10.2012, p. 43.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2012, p. 5.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 189/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18zl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011) tal-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE:

“18z2.

32011 R 0349: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal- 11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 349/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 190/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 670/2011 tat-12 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1793/2003 (2), li hu inkorporat fil-Ftehim, skada u konsegwentement ser jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni rigward l-inbid. Il-leġislazzjoni rigward l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 47 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 7 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1793/2003) ser jitħassar.

2.

Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 11 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009):

“—

32011 R 0670: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 670/2011 tat-12 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 183, 13.7.2011, p. 6).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan li ġej jiżdied fl-Artikolu 70a:

‘L-Istati tal-EFTA għandhom, meta kkonċernati, isegwu l-proċeduri li jinsabu fl-Artikolu 70a(1)(b), 70a(2) u 70a(4).’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 670/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2012 tat-30 ta’ April 2012 (3), skont liema tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 183, 13.7.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 262, 14.10.2003, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 40.