ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.326.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
24 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1096/2012 tal-14 ta’ Novembru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aischgründer Karpfen (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva fir-rigward għad-dispaċċ ta’prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1098/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/38/UE tat-23 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex is-cis-Trikos-9-en jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/717/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2012 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

16

 

 

2012/718/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/458/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument C(2012) 6408)

17

 

 

2012/719/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-kontenut massimu ammissibbli ta’ kadmju fil-fertilizzanti u notifikati mir-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 114(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2012) 7177)  ( 1 )

19

 

 

2012/720/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8054)  ( 1 )

25

 

 

2012/721/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (notifikata bid-dokument C(2012) 8055)  ( 1 )

38

 

 

2012/722/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa Roundtable on Sustainable Palm Oil RED biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

53

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1017/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ungerija għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013( ĠU L 348, 29.12.2009 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1096/2012

tal-14 ta’ Novembru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aischgründer Karpfen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ġermanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aischgründer Karpfen”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 64, 3.3.2012, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut frisk, molluski u krostaċji friski u prodotti derivati minnhom

IL-ĠERMANJA

Aischgründer Karpfen (IĠP)


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1097/2012

tat-23 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva fir-rigward għad-dispaċċ ta’prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5)(a), 23(3) u 48(2), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Huwa jipprovdi wkoll regoli għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera taħt dik id-Direttiva (2), jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-operaturi, il-kontenut ta’ dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati fil-kummerċ bejn l-Istati Membri u t-tqassim tal-formola tan-notifika li għandha tiġi pprovduta għal ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(3)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati jkunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-katina tal-manifattura, użu u rimi, biex b’hekk ikunu evitati interruzzjonijiet bla bżonn tas-suq intern fil-każ ta’ avvenimenti li jkollhom rabta ma’ riskji attwali jew potenzjali għas-saħħa pubblika jew tal-annimali.

(4)

L-operaturi jridu jiżguraw li l-attivitajiet koperti mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali huma reġistrati jew approvati. Madankollu, l-immaniġġjar ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali tal-Kategorija 2 u 3 jistgħu jippreżentaw riskju negliġibbli jekk dawn joriġinaw minn żoni fejn l-ebda marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali ma tkun ġiet innotifikata. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati biex jippermettu attivitajiet partikolari mingħajr reġistrazzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru (KE) 1069/2009. Tali deroga għandha tkun limitata biss għal attivitajiet li jikkonċernaw il-provvista diretta tal-prodotti f’dak ir-reġjun lill-utent aħħari, fis-suq lokali jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut.

(5)

Kull kunsinna ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jiġu nnegozjati bejn l-Istati Membri għandha tkun akkumpanjata minn dokument kummerċjali. Madankollu, huwa neċessarju li jiġu emendati u estiżi r-rekwiżiti attwali dwar id-dokument kummerċjali biex jiġi żgurat li jkun jinkludi l-informazzjoni neċessarja kollha dwar l-immaniġġar sikur, it-trattament u l-użu maħsub jew ir-rimi tal-materjal kkonċernat.

(6)

Fuq id-dokument kummerċjali l-operatur għandu jispeċifika ċerta informazzjoni fuq il-kunsinna, partikolarment il-kategorija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, in-natura tal-prodott u t-tip ta’ trattament. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 ma hemm l-ebda ħtieġa li jinħareġ dokument kummerċjali għall-prodotti dderivati ġew iddikjarati bħala l-punt aħħari fil-katina tal-manifattura. Ir-referenza għall-istandards ta’ pproċessar fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ukoll jistgħu jitneħħew. L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Bosta prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 48 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom ikunu awtorizzat minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni malli ssir l-applikazzjoni mill-operatur. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi format standard għall-awtorizzazzjoni biex jintbagħtu prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal Stat Membru ieħor. Dak il-format għandu jiġi emendat biex jinkludi informazzjoni dwar id-data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet, il-volum jew il-massa tal-kunsinna, l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur, l-oriġini tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 20, il-punt (a) tal-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

l-operaturi li jittrasportaw suf u xagħar nexfin mhux trattati, sakemm dawn ikunu magħluqin b’mod sikur f’pakketti, u jintbagħtu direttament f’impjant li jipproduċi prodotti derivati biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf jew f’impjant li jwettaq operazzjonijiet intermedji, b’kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tixrid ta’ aġenti patoġeniċi;

(d)

operaturi li jużaw kwantitajiet żgħar ta’ materjali tal-Kategorija 2 u 3 msemmija fl-Artikolu 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew ta’ prodotti derivati minnhom, bil-għan ta’ forniment dirett tal-prodotti fi ħdan ir-reġjun lill-utent aħħari, fis-suq lokali jew lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut, jekk l-awtorità kompetenti ma tqisx li din l-attività tippreżenta riskju ta’ tixrid ta’ xi marda serja li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali; dan il-punt m’għandux japplika meta dawk il-materjali jintużaw bħala għalf għal annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil.”

(2)

L-Annessi VIII u XVI huma emendati skont it-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness VIII, il-Kapitolu III, il-mudell tad-dokument kummerċjali huwa sostitwit b’dan li ġej:

Dokument kummerċjali

Għat-trasportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti dderivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

fl-Anness XVI, Kapitolu III, it-Taqsima 10 tinbidel b’dan li ġej:

Taqsima 10

Format standard għall-applikazzjonijiet għal ċerti awtorizzazzjonijiet fil-kummerċ fl-Unjoni

L-operaturi għandhom japplikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jintbagħtu prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 skont il-format li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1098/2012

tat-23 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

41,5

MA

46,2

MK

32,3

TN

73,5

ZZ

48,4

0707 00 05

AL

63,5

MK

58,4

TR

88,7

ZZ

70,2

0709 93 10

MA

102,5

TR

110,9

ZZ

106,7

0805 20 10

MA

137,8

ZZ

137,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

65,5

HR

37,0

TR

84,6

ZZ

62,4

0805 50 10

TR

83,0

ZA

49,1

ZZ

66,1

0808 10 80

CN

79,8

MK

38,5

NZ

138,3

US

127,1

ZA

145,8

ZZ

105,9

0808 30 90

CN

69,9

TR

113,2

US

136,8

ZZ

106,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/13


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/38/UE

tat-23 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex is-cis-Trikos-9-en jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi s-cis-Trikos-9-en.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-cis-Trikos-9-en ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 19, repellanti u attrattanti, kif iddefinit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

(3)

L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Novembru 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-25 ta’ Mejju 2012, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mill-evalwazzjonijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala attrattanti u li fihom is-cis-Trikos-9-en huma previsti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li s-cis-Trikos-9-en jiġi inkluż fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali u x-xenarji ta’ esponiment kollha fil-livell tal-Unjoni. Pereżempju l-użu fuq barra u l-esponiment tal-ikel jew tal-għalf ma ġewx ivvalutati. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jivvalutaw dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u l-kompartimenti ambjentali li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(7)

Fid-dawl tal-possibbiltà ta’ esponiment uman indirett permezz tal-konsum tal-ikel b’riżultat ta’ dawk l-użi rappreżentati fil-valutazzjoni, huwa xieraq li tkun meħtieġa, fejn rilevanti, verifika tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti livelli massimi ġodda tar-residwi jew li jiġu emendati dawk eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Għandhom jiġu adottati miżuri li jiżguraw li l-livelli massimi ta’ residwi applikabbli ma jinqabżux.

(8)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 19 li fihom is-sustanza attiva cis-Trikos-9-en, u wkoll biex jiġi ffaċilitat l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali inġenerali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u biex jiġi żgurat li l-applikanti li ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni.

(10)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(11)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, tat-28 ta’ Settembru 2011 (5), dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2013.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(5)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) (għajr għall-prodotti li fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza biex jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħha).

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodotti

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“59

cis-trikos-9-en(Muscalure)

cis-Trikos-9-en; (Z)-Trikos-9-en

Nru tal-KE: 248-505-7

Nru tal-CAS: 27519-02-4

801  g/kg

fl-1 ta’ Ottubru 2014.

fit-30 ta’ Settembru 2016.

fit-30 ta’ Settembru 2024.

19

Il-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni ma kinetx tindirizza l-użi potenzjali u x-xenarji ta’ esponiment kollha; ċerti użi u xenarji ta’ esponiment, bħall-użu fuq barra u l-esponiment tal-ikel jew tal-għalf, ġew esklużi. Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi vvalutata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u għall-kompartimenti ambjentali li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni.

Għall-prodotti li fihom is-cis-trikos-9-en li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-ħtieġa li jiġu stabbiliti livelli massimi ġodda tar-residwi (MRLs) jew li jiġu emendati dawk eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u jieħdu kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa biex jiġi żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Novembru 2012

li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/717/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Esperanza AGUIRRE GIL DE BIEDMA, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

Is-Sur Ignacio GONZÁLEZ GONZÁLEZ, Presidente de la Comunidad Autónoma de Madrid.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2008/458/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument C(2012) 6408)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2012/718/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” (1), u partikolarment l-Artikolu 35(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-objettiv ġenerali tal-Fond Ewropew għar-Ritorn huwa li jappoġġja l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex itejbu l-ġestjoni tar-ritorn fid-dimensjonijiet kollha tagħha filwaqt li jqisu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam u b’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali.

(2)

Skont l-objettivi speċifiċi indikati fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE, il-Fond għar-Ritorn għandu jikkontribwixxi biex “jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u uniformi ta’ standards komuni dwar ir-ritorn skont l-iżviluppi tal-politika f’dan il-qasam”.

(3)

F’dan il-kuntest, il-Fond għar-Ritorn jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (2) li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (id-Direttiva għar-Ritorn) permezz tal-kofinanzjament ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva għar-Ritorn mill-Istati Membri, huwa xieraq li jissaħħaħ ulterjorment l-appoġġ tal-Fond billi jiġi estiż l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri eliġibbli, b’mod partikolari, biex ikunu indirizzati l-bżonnijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Artikolu 16 tad-Direttiva għar-Ritorn li jistipula li d-detenzjoni għandha titwettaq bħala regola f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn mindu ġie varat il-Fond Ewropew għar-Ritorn u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jiżguraw it-trasport effettiv ta’ dawk li jkunu se jirritornaw waqt il-proċeduri tar-ritorn u l-operazzjonijiet tar-ritorn, huwa xieraq li jingħataw il-possibbiltajiet taħt il-Fond, għall-finanzjament tal-mezzi meħtieġa għat-trasport, bħall-karozzi tal-linja.

(5)

Meta jitqies li l-programmi annwali tal-2011 u tal-2012 tal-Istati Membri taħt il-Fond Ewropew għar-Ritorn għadhom għaddejjin, huwa xieraq li r-regoli mmodifikati japplikaw mill-programm annwali tal-2011 ‘il quddiem.

(6)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit hu marbut bl-att bażiku u, b’konsegwenza, hu marbut b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda hi marbuta bl-att bażiku u, b’konsegwenza, hi marbuta b’din id-Deċiżjoni.

(8)

Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas mhija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” stabbilita mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(10)

Id-Deċiżjoni 2008/458/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI ta’ mad-Deċiżjoni 2008/458/KE hu emendat kif ġej:

1.

Fil-punt II.1.3.3, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Għall-oġġetti individwali li jiswew inqas minn EUR 20 000 il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli, sakemm, bl-eċċezjoni ta’ dawk il-każijiet debitament iġġustifikati, it-tagħmir ikun inxtara qabel l-aħħar tliet xhur tal-proġett. Oġġetti individwali li jiswew EUR 20 000 jew aktar huma eliġibbli biss abbażi ta’ deprezzament. Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, għall-mezzi tat-trasport li jiswew inqas minn EUR 250 000 il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli.”

2.

Il-punt II.1.4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.4.2.   Ix-xiri, il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni

1.

Fejn l-akkwist tal-proprjetà immobbli huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett u huwa marbut b’mod ċar mal-għanijiet tiegħu, ix-xiri ta’ proprjetà immobbli, jiġifieri bini diġà mibni, jew il-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, huma eliġibbli għall-kofinanzjament fuq il-bażi ta’ spejjeż totali jew parzjali, jew fuq il-bażi tad-deprezzament, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

għandu jinkiseb ċertifikat minn stimatur indipendenti kkwalifikat jew minn korp uffiċjali debitament awtorizzat li jistabbilixxi li l-prezz ma jeċċedix il-valur tas-suq. Barra minn hekk, dan iċ-ċertifikat għandu jew jistabbilixxi li l-proprjetà immobbli hija f’konformità mar-regolamenti nazzjonali jew jispeċifika l-punti li mhumiex konformi u li l-benefiċjarju finali bi ħsiebu jirrettifika bħala parti minn dak il-proġett;

(b)

il-proprjetà immobbli ma nxtratx permezz ta’ għotja Komunitarja fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tal-proġett;

(c)

il-proprjetà immobbli għandha tintuża biss għall-għanijiet stabbiliti fil-proġett għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin wara d-data tat-tmiem tal-proġett, sakemm il-Kummissjoni ma tawtorizzax mod ieħor b’mod speċifiku fil-każ ta’ kofinanzjament għall-ispejjeż kollha jew parzjali; fil-każ ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ deprezzament dan il-perjodu jitnaqqas għal ħames snin;

(d)

ix-xiri tal-proprjetà immobbli jirrispetta l-prinċipji tal-affinità bejn il-kwalità u l-prezz kif ukoll tal-kosteffettività, u qed jiġi kkunsidrat bħala proporzjonali mal-għan li għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni tal-proġett;

(e)

fil-każ ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ deprezzament, huwa biss il-porzjon tad-deprezzament ta’ dawn l-assi li jikkorrespondi għat-tul tal-użu għall-proġett u r-rata tal-użu attwali għall-proġett, li huwa eliġibbli; id-deprezzament jiġi kkalkulat skont ir-regoli nazzjonali tal-kontabilità.

2.

L-ispejjeż għar-rinnovazzjoni, għax-xogħol ta’ tiġdid u għall-modernizzazzjoni ta’ proprjetà immobbli huma eliġibbli għall-kofinanzjament fuq il-bażi tal-ispiża sħiħa jew parzjali, jew fuq il-bażi ta’ deprezzament. Fil-każ ta’ spejjeż ta’ rinnovazzjoni, japplikaw biss il-kundizzjonijiet (c) u (e) fil-paragrafu 1.”

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 japplika mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-bidliet fir-rigward tal-proġetti li għaddejjin bħalissa jew li ġejjin, sa mill-programmi annwali tal-2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lill-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45.

(2)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

(3)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ottubru 2012

dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-kontenut massimu ammissibbli ta’ kadmju fil-fertilizzanti u notifikati mir-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 114(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2012) 7177)

(It-test bl-Isvediż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/719/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(6) tiegħu,

Billi:

I.   FATTI

(1)

Fis-17 ta’ Ottubru 2011, ir-Renju tal-Isvezja nnotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 114(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bl-intenzjoni tiegħu li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali biex inaqqas il-kontenut tal-kadmju permess fil-fertilizzanti bil-fosfru għal livell massimu ta’ 46 gramma ta’ kadmju għal kull tunnellata ta’ fosfru (ekwivalenti għal 20 mg Cd/kg P2O5). Dawk il-miżuri jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1) u jbaxxu l-livell massimu ta’ 100 gramma ta’ kadmju għal kull tunnellata ta’ fosfru (ekwivalenti għal 44 mg Cd/kg P2O5) li għalih diġà saret deroga għar-Renju tal-Isvezja.

1.   L-Artikolu 114(5) u (6) tat-TFUE

(2)

L-Artikolu 114, paragrafi (5) u (6) tat-TFUE jistipula:

“5.   […] Jekk, wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.

6.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika […] tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni f’dan it-terminu ta’ żmien, id-dispożizzjonijiet nazzjonali previsti fil-paragrafi […] 5 għandhom jitqiesu li ġew approvati.

Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m’hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu jista’ jittawwal b’perjodu ieħor sa sitt xhur.”

2.   Il-leġiżlazzjoni tal-UE

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti (2), stipulat ir-rekwiżiti li l-fertilizzanti għandhom jilħqu sabiex jitqiegħdu fis-suq bid-deżinjazzjoni “fertilizzant KE”.

(4)

L-Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE stipula d-deżinjazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti korrispondenti, pereżempju fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu, li kull fertilizzant kellu jissodisfa sabiex ikun eleġibbli biex jingħata d-deżinjazzjoni “fertilizzant KE”. Id-deżinjazzjonijiet tat-tip f’din il-lista tpoġġew f’kategoriji, skont il-kontenut tan-nutrijenti primarji, jiġifieri l-elementi nitroġenu, fosfru u potassju.

(5)

Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/116/KEE (3) l-Istati Membri ma ngħatawx permess, għal raġunijiet ta’ kompożizzjoni, identifikazzjoni, tikkettjar jew ippakkjar, li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kummerċjalizzazzjoni tal-fertilizzanti li huma mmarkati “fertilizzant KE” u li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/399/KE tal-24 ta’ Mejju 2002 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE rigward il-kontenut massimu ammissibbli ta’ kadmju fil-fertilizzanti (4), ippermettiet li ssir deroga mid-Direttiva 76/116/KEE, bl-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Isvezja li kienu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-Isvezja ta’ fertilizzanti li jkollhom iktar minn 100 gramma kadmju għal kull tunnellata fosfru. Din id-deroga kienet valida sal-31 ta’ Diċembru 2005.

(7)

Id-Direttiva 76/116/KEE ġiet sostitwita mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 dwar il-fertilizzanti.

(8)

L-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li d-derogi mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/116/KEE li ngħataw mill-Kummissjoni skont dak li kien l-Artikolu 95(6) tat-Trattat KE, għandhom jitqiesu bħala derogi mill-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament u għandhom ikomplu jipproduċu l-effetti tagħhom minkejja d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(9)

Il-premessa 15 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tħabbar li l-Kummissjon se tindirizza l-kwistjoni tal-kontenut ta’ kadmju mhux intenzjonat f’fertilizzanti minerali u, fejn huwa xieraq, se tħejji proposta għal Regolament u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni wettqet xogħol preparatorju estensiv iżda minħabba l-kumplessità tad-diversi fatturi li għandhom jitqiesu għadha ma adottatx proposta.

(10)

Minħabba li d-deroga tal-Isvezja ngħatat biss sal-31 ta’ Diċembru 2005, f’Ġunju 2005 l-Isvezja talbet għal estensjoni tad-deroga eżistenti. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/347/KE tat-3 ta’ Jannar 2006 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE rigward il-kontenut massimu ammissibbli ta’ kadmju fil-fertilizzanti (5) tippermetti li l-awtoritajiet Svediżi jżommu l-miżuri nazzjonali sakemm jiġu applikati miżuri armonizzati dwar il-kadmju fil-fertilizzanti fil-livell tal-UE.

3.   Dispożizzjonijiet nazzjonali

(11)

“L-Ordinanza tal-Prodotti Kimiċi (Il-Projbizzjonijiet tal-Ġarr, l-Importazzjoni u l-Esportazzjoni)” (1998:944) (6) fiha dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, inter alia, il-kontenut massimu permess ta’ kadmju fil-fertilizzanti, inklużi l-fertilizzanti li jingħataw id-deżinjazzjoni KE. Il-paragrafu 1 tat-Taqsima 3, jistipula li l-fertilizzanti li huma koperti bin-numri tat-tariffi tad-dwana 25.10, 28.09, 28.35, 31.03 u 31.05 u li fihom aktar minn 100 gramma kadmju għal kull tunnellata fosfru, ma jistgħux jiġu offruti għall-bejgħ jew trasferiti.

(12)

Il-miżura nazzjonali prevista nnotifikata skont l-Artikolu 114(5) TFUE tbaxxi l-kontenut ta’ kadmju permess fil-fertilizzanti bil-fosfru, mil-livell massimu attwali ta’ 100 gramma kadmju għal kull tunnellata fosfru għal-livell ta’ 46 gramma kadmju għal kull tunnellata fosfru (46 mg Cd/kg P, ekwivalenti għal 20 mg Cd/kg P2O5).

II.   PROĊEDURA

(13)

Fl-ittra tas-17 ta’ Mejju 2011, ir-Renju tal-Isvezja nnotifika lill-Kummissjoni li, skont l-Artikolu 114(5) TFUE, kien qed jitlob approvazzjoni għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali biex jitnaqqas il-kontenut ta’ kadmju permess fil-fertilizzanti bil-fosfru għal konċentrazzjoni massima ta’ 46 gramma għal kull tunnellata fosfru. L-awtoritajiet Svediżi għalhekk jitolbu li jitnaqqas il-kontenut tal-kadmju permess bid-deroga prevista fid-Deċiżjoni 2006/347/KE.

(14)

Fl-ittra tas-17 ta’ Ottubru 2011, l-awtoritajiet Svediżi bagħtu informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni biex jipprovdu t-test tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ li jirrifletti l-emendi introdotti mill-Ordinanzi 2008:255 u 2009:654 (7).

(15)

Fl-ittra tal-14 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Svediżi li l-perjodu ta’ sitt xhur biex isir eżami tiegħu skont l-Artikolu 114(6) beda fit-18 ta’ Ottubru 2011.

(16)

Fl-ittra tas-17 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn dwar it-talba li waslet mingħand l-Isvezja. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll avviż dwar it-talba f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8) biex tgħarraf lill-partijiet interessati l-oħra dwar il-miżuri nazzjonali li l-Isvezja kien beħsiebha tintroduċi, kif ukoll bir-raġunijiet għal dawn il-miżuri. B’reazzjoni għal dan, il-Latvja appoġġat it-talba tal-Isvezja. Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti oħra.

(17)

Fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u dawk Ambjentali (SCHER) jippreżenta opinjoni dwar il-kwalità ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Isvezja, kull nuqqas sinifikanti, l-adegwatezza tax-xenarji studjati u l-preżunzjonijiet li saru, kif ukoll l-kredibbiltà u l-validità tal-konklużjonijiet dwar ir-riskji identifikati għall-ambjent.

(18)

L-SCHER adotta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta’ Frar 2012 (9). L-SCHER ikkonkluda li r-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju mħejji mill-awtoritajiet Svediżi huwa ta’ kwalità xjentifika tajba u li, b’mod ġenerali, ix-xenarji studjati kienu adegwati u li ħafna mill-valuri ta’ parametru użati fix-xenarji kienu aċċettabbli. Madankollu, l-SCHER jikkunsidra li għadd ta’ dikjarazzjonijiet fir-rapport ma kinux appoġġati minn biżżejjed evidenza.

(19)

Minħabba l-inċertezzi li baqa’ identifikati mill-SCHER dwar il-preżunzjonijiet prinċipali użati mill-awtoritajiet Svediżi biex jikkonkludu li hemm riskju għall-organiżmi akkwatiċi fin-nixxigħat fl-Isvezja, li huwa l-uniku riskju ambjentali identifikat mill-awtoritajiet Svediżi, u fin-nuqqas ta’ evidenza li tenfasizza periklu għas-saħħa tal-bniedem marbut ma’ estensjoni tal-perjodu għall-valutazzjoni tat-talba mill-Isvezja, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 114(6).

(20)

Fit-18 ta’ April 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju tal-Isvezja bid-Deċiżjoni (10) tagħha, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 114(6) tat-TFUE, li testendi l-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tiegħu biex tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati għal perjodu addizzjonali li jiskadi fit-18 ta’ Ottubru 2012.

(21)

Fl-ittra tas-27 ta’ April 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Svediżi dwar l-inċertezzi identifikati fl-opinjoni tal-SCHER u stednithom jipprovdu aktar kjarifiki li jippermettu lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni finali.

(22)

Fl-ittra tat-2 ta’ Lulju 2012, l-awtoritajiet tal-Isvezja wieġbu lill-Kummissjoni mingħajr ma indirizzaw l-inċertezzi identifikati mill-SCHER u, minflok, argumentaw li l-idea ta’ ħarsien tal-ambjent skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE tkopri l-aspetti tas-saħħa. Għalhekk, l-eżami tan-notifika tal-Isvezja għandu jinkludi argumenti fin-notifika marbutin mal-aspetti tas-saħħa tal-bniedem.

III.   VALUTAZZJONI

1.   Kunsiderazzjoni tal-ammissibbiltà

(23)

Fid-Deċiżjoni 2012/230/UE, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-applikazzjoni ppreżentata mir-Renju tal-Isvezja bil-għan li tingħatalu awtorizzazzjoni biex jintroduċi miżuri nazzjonali aktar stretti rigward il-kontenut massimu ammissibbli ta’ kadmju fil-fertilizzanti hija ammissibbli.

2.   Valutazzjoni tal-merti

(24)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha taċċerta li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li jagħtu s-setgħa lil Stat Membru li jagħmel użu mill-possibbiltajiet għal deroga previsti f’dak l-artikolu.

(25)

L-Artikolu 114(5) tat-TFUE jirrikjedi li meta Stat Membru jqis li huwa neċessarju li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu ġustifikati abbażi ta’ evidenza xjentifika ġdida marbuta mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol, abbażi ta’ problema speċifika għal dak l-Istat Membru li tinqala’ wara l-adozzjoni tal-miżura ta’ armonizzazzjoni.

(26)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 114(6) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha, tapprova jew tiċħad l-abbozz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti wara li tkun ivverifikat jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew inkella restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jekk humiex ta’ xkiel għall-operat tas-suq intern.

(27)

It-tħassib dwar l-effetti negattivi tal-kadmju fil-fertilizzanti fuq l-ambjent (u s-saħħa tal-bniedem) diġà kien tqajjem b’mod estensiv waqt in-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja mal-Unjoni Ewropea. Kif ġie indikat hawn fuq, dawk it-tliet Stati Membri ngħataw derogi temporanji mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-fertilizzanti sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji mill-kadmju fil-fertilizzanti fil-livell tal-UE.

(28)

Fl-2002, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) jagħti opinjoni (11) dwar il-probabbiltà ta’ akkumulazzjoni tal-kadmju fil-ħamrija permezz tal-użu tal-fertilizzanti bil-fosfru. Abbażi tal-istudji dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn tmien Stati Membri u analiżi addizzjonali, l-SCTEE stima li l-fertilizzanti bil-fosfru li għandhom 60 mg jew aktar ta’ kadmju/kg ta’ P2O5 huma mistennija li jwasslu għal akkumulazzjoni ta’ kadmju f’ħafna mill-ħamrija tal-UE, filwaqt li l-fertilizzanti bil-fosfru li għandhom 20 mg jew anqas ta’ kadmju/kg ta’ P2O5 mhumiex mistennija li jikkawżaw akkumulazzjoni fil-ħamrija fit-tul fuq firxa 100 sena, jekk sorsi oħra ta’ kadmju ma jiġux ikkunsidrati.

(29)

Fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (12), il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju ġew identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità għall-evalwazzjoni,

(30)

Meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx valur ta’ limitu għall-kadmju fil-fertilizzanti iżda għarfet il-bżonn li tindirizza dan it-tħassib speċifiku ladarba l-informazzjoni mill-valutazzjoni tar-riskju tal-UE dwar il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju ssir disponibbli.

(31)

Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju tal-UE għall-kadmju u l-ossidu tal-kadmju nħareġ f’Diċembru 2007 (13). Abbażi tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Istrateġija għat-Tnaqqis tar-Riskju għall-kadmju u l-ossidu tal-kadmju rrakkomandat miżuri konkreti biex jitnaqqas il-kontenut tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel, fit-taħlitiet tat-tabakk u għall-fertilizzanti bil-fosfru, b’kunsiderazzjoni tal-varjetà ta’ kundizzjonijiet madwar l-Unjoni (14).

(32)

Qed isir xogħol fil-livell tal-UE biex jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu adegwati għall-kadmju fil-fertilizzanti, b’kunsiderazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi inkluża wkoll il-varjetà ta’ kundizzjonijiet madwar l-UE, kif ukoll id-disponibbiltà, l-oriġini ġeografika u l-kompożizzjoni tal-fosfati għall-produzzjoni tal-fertilizzanti. Il-Kummissjoni beħsiebha tinkludi limiti adegwati għall-kontaminanti fil-materjali li jiffertilizzaw (inkluż il-kadmju) fil-proposta għal reviżjoni tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti li hija prevista għall-2013.

(33)

Biex jappoġġaw it-talba tagħhom biex jitbaxxa l-valur ta’ limitu eżistenti fl-Isvezja, l-awtoritajiet Svediżi wettqu valutazzjoni tar-riskju ġdida tal-kadmju fl-ambjent Svediż, li kienet iffinalizzata f’Jannar 2011. Din tqabbel il-konċentrazzjonijiet ta’ bla effett previsti (PNECs) għall-organiżmi li jirrappreżentaw id-diversi kumpartimenti ambjentali mal-konċentrazzjonijiet tal-kadmju fl-ambjent Svediż meħudin abbażi ta’ diversi xenarji għall-introduzzjoni tal-kadmju minn fertilizzanti u sorsi oħra. Fin-notifika, issir referenza wkoll għal ċerti studji disponibbli fil-qafas tat-talbiet preċedenti ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 114(4) tat-TFUE (li diġà kienu ġew ikkunsidrati biex tiġi ġustifikata d-deroga attwali li tippermetti lill-Isvezja żżomm livell massimu ta’ 100 gramma ta’ kadmju għal kull tunnellata ta’ fosfru) u għall-valutazzjoni tar-riskju tal-UE għall-kadmju u l-ossidu tal-kadmju.

(34)

Il-konċentrazzjoni ta’ bla effett previst (PNEC) għall-ilma ħelu tiddependi mill-ammont ta’ minerali fl-ilma. Billi l-Isvezja għandha ilma ħelu ħafif ħafna, huwa mistenni li l-organiżmi akkwatiċi jkunu esposti għat-tossiċità f’konċentrazzjonijiet iktar baxxi ta’ kadmju, meta mqabbel ma’ partijiet oħra tal-Ewropa. Għaldaqstant, huwa probabbli li l-organiżmi akkwatiċi fl-ilmijiet Svediżi, b’mod ġenerali, huma iktar sensittivi għall-kadmju meta mqabbla mal-ilmijiet fl-Ewropa Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

(35)

Ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ fl-Isvezja fl-2006 u l-2009 juru li madwar 1 % tax-xmajjar u 7 % tal-ilmijiet kostali għandhom konċentrazzjonijiet ta’ kadmju ogħla mill-valuri għall-konċentrazzjonijiet ta’ bla effett previst. Reviżjoni mwettqa fl-2008 ikkonkludiet li fir-rigward ta’ bosta metalli, il-miżuri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet wasslu konċentrazzjonijiet imnaqqsa fl-organiżmi akkwatiċi, iżda għall-kadmju s-sitwazzjoni mhix daqstant ċara. Jidher li t-tendenza ta’ effetti miżjuda fuq is-sistema immunoloġika fil-ħut (eelpout) tul l-aħħar snin tikkorrelata mal-konċentrazzjonijiet li qed jiżdiedu ta’ kadmju fil-ħut. Inħareġ rapport ieħor fl-2011 bl-għan li jiddeskrivi t-tendenzi futuri tal-kadmju fil-ħamrija tajba għaż-żrigħ u fl-għelejjel, biex tinħareġ stima tal-konċentrazzjonijiet f’100 sena u r-riżultati ntużaw f’xenarji tal-agħar każ, biex jiġi stmat ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi li jgħixu fl-ilmijiet qrib għelieqi fertilizzati tul il-100 sena li ġejjin.

(36)

L-awtoritajiet Svediżi, fil-valutazzjoni tagħhom jikkonkludu li jista’ jkun hemm riskju miżjud għall-organiżmi akkwatiċi li jgħixu f’ilmijiet tassew ħfief (livell ta’ minerali inqas minn 5 mg CaCO3/l) fit-tul. Iżda dan huwa probabbli biss f’nixxigħat żgħar b’dilwizzjoni baxxa tal-ilma li jissaffa mill-ħamrija agrikola. L-awtoritajiet Svediżi ma identifikawx riskji ambjentali oħra li jirriżultaw mill-użu tal-kadmju fil-fertilizzanti.

(37)

Fid-dawl tal-kumplessità tar-relazzjonijiet bejn l-introduzzjoni tal-kadmju fil-ħamrija permezz tal-fertilizzanti bil-fosfati, l-akkumulazzjoni possibbli fil-ħamrija u r-riskji għall-ambjent, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u dawk Ambjentali (SCHER) jippreżenta opinjoni dwar il-kwalità ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Isvezja, kull nuqqas sinifikanti, l-adegwatezza tax-xenarji studjati u l-preżunzjonijiet li saru, kif ukoll l-kredibbiltà u l-validità tal-konklużjonijiet dwar ir-riskji identifikati għall-ambjent.

(38)

L-SCHER adotta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta’ Frar 2012 (15). Kif diġà ġie ppreżentat fid-Deċiżjoni 2012/230/UE, l-SCHER ikkonkluda li r-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju mħejji mill-awtoritajiet Svediżi huwa ta’ kwalità xjentifika tajba u li, b’mod ġenerali, ix-xenarji studjati huma adegwati u li ħafna mill-valuri ta’ parametru użati fix-xenarji huma aċċettabbli. Madankollu, l-SCHER ikkunsidra li numru ta’ dikjarazzjonijiet u/jew preżunzjonijiet fir-rapport ma kinux apooġġati minn biżżejjed evidenza u li għal ċerti xenarji pjuttost intużaw l-kundizzjonijiet fl-agħar każ. L-SCHER ikkunsidra li l-preżunzjonijiet proposti mill-awtoritajiet Svediżi biex jipprevedu l-konċentrazzjoni tal-kadmju fl-ilma ħafif jistgħu jwasslu għal stima akbar tar-riskju u, kosegwentement, ma appoġġawx ir-riżultati ppreżentati mill-awtoritajiet Svediżi għan-nixxigħat, li huma l-uniku kumpartiment li għalih l-awtoritajiet Svediżi kienu identifikaw ir-riskji. B’mod ġenerali, l-SCHER ma kkunsidrax li l-preżunzjonijiet li saru fir-rapport tal-Isvezja kienu adegwati biex jiġi kkalkolat ir-riskju fl-ambjent Svediż.

(39)

Madankollu, l-SCHER fakkar fil-valutazzjoni li saret aktar kmieni tas-CSTEE fl-2002, li stmat li l-konċentrazzjonijiet tal-kadmju fil-ħamrija ma kinux mistennija li jiżdiedu f’ħafna mill-ħamrija fl-Ewropa, b’limitu ta’ 46 mg Cd/kg P. Għalkemm din mhix evidenza xjentifika ġdida, l-SCHER ikkonferma li tali stima jista’ jkun li għadha applikabbli anki għall-ħamrija agrikola tal-Isvezja u nnota li d-derivazzjoni kienet ibbażata fuq “prinċipju ta’ stat kostanti”, mhux fuq valutazzjoni tar-riskju bħal dik li wettqu l-awtoritajiet Svediżi fil-ġustifikazzjoni attwali tagħhom.

(40)

Fl-ittra tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2012, l-awtoritajiet Svediżi ma tawx aktar kjarifiki li jindirizzaw il-punti dgħajfa identifikati mill-SCHER fir-rigward tar-riskji possibbli għall-ambjent. Waqt li tinnota li l-opinjoni tas-CSTEE fl-2002 ingħatat qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Svediżi ma wrewx li hemm riskju għall-ambjent abbażi ta’ evidenza xjentifika ġdida minħabba problema speċifika għall-Isvezja li nqalgħet wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

(41)

Fl-ittra tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2012, l-awtoritajiet Svediżi argumentaw li l-idea ta’ “ħarsien tal-ambjent” fl-Artikolu 114(5) tat-TFUE tkopri l-aspetti tas-saħħa u li eżami tan-notifika Svediża għandu, għalhekk, jinkludi argumenti marbutin mal-aspetti tas-saħħa.

(42)

Bla ħsara għall-interpretazzjoni legali korretta tal-Artikolu 114(5), il-Kummissjoni estendiet l-analiżi tagħha għall-valutazzjoni ta’ riskji possibbli ppreżentati mill-kadmju fil-fertilizzanti għall-popolazzjoni Svediża permezz tal-ambjent, jiġifieri notevolment permezz tad-dieta.

(43)

Fil-ġustifikazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet Svediżi jidentifikaw ir-raġunijiet relatati mas-saħħa biex ikomplu jnaqqsu l-esponiment għall-kadmju fost il-popolazzjoni fl-Isvezja, bħal pereżempju l-frekwenza għolja ta’ osteoporożi, aktar każijiet ta’ għadam fraġli u ksur fl-gaħdam, impatti fuq il-funzjonament tal-kliewi f’partijiet tal-popolazzjoni fejn il-kontenut tal-kadmju jaqbeż il-1 mg/g ta’ kreatinina, kif ukoll ir-riskji għall-gruppi sensittivi tal-popolazzjoni (dijabetiċi u persuni li jsofru minn nuqqas ta’ ħadid, żewġ gruppi li qegħdin fi proporzjon għoli fl-Isvezja). Skont l-awtoritajiet Svediżi, il-livell aktar baxx tal-pH fil-ħamrija fl-Isvezja jista’ jwassal għal assorbiment akbar ta’ kadmju mill-għelejjel, li mbagħad jista’ jwassal għal esponiment akbar tal-popolazzjoni, billi l-esponiment jiddependi ħafna mill-inġestjoni tal-kadmju mill-ikel, notevolment l-ikel li ġej mill-pjanti.

(44)

Il-Kummissjoni talbet opinjoni oħra tal-SCHER dwar jekk ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem identifikati mill-awtoritajiet tal-Isvezja humiex speċifiċi għall-Isvezja u jekk irriżultawx wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (16).

(45)

Fir-rigward tal-kwistjoni jekk is-sitwazzjoni hix differenti fl-Isvezja meta mqabbla ma’ partijiet oħra tal-Ewropa, l-SCHER qabel li l-pH tal-ħamrija b’mod ġenerali hija aktar baxxa fl-Isvezja milli f’partijiet oħra tal-Ewropa. Madankollu, billi t-tneħħija tal-kadmju mill-ħamrija permezz tal-lissija bl-ilma qed tiżdied ukoll bil-valuri aktar baxxi tal-pH tal-ħamrija, l-akkumulazzjoni totali ta’ kadmju fil-ħamrija hija aktar baxxa fl-Isvezja milli f’ħafna partijiet tal-Ewropa fejn hemm konċentrazzjonijiet kumparabbli ta’ kadmju u rati kumparabbli ta’ applikazzjoni ta’ fertilizzant. L-SCHER jinnota li r-rapport tal-Isvezja stess (sommarju tal-Anness IV) jappoġġa l-konklużjoni tal-SCHER li tgħid: “Kien diffiċli li jintwera bla ambigwità jekk hemmx kundizzjonijiet speċifiċi fl-Isvezja li jagħmlu l-ħamrija Svediża aktar vulnerabbli għall-introduzzjoni tal-Cd minn dik fl-Ewropa Ċentrali. Madankollu, il-pH hija fattur importanti li jirregola t-teħid ta’ kadmju mill-ħamrija mill-għelejjel u l-pH fil-ħamrija tal-Isvezja jidher li hi madwar unità waħda tal-pH aktar baxxa mill-medja ġenerali għall-Ewropa. Probabbilment dan huwa marbut mal-iskarsezza ta’ blat tal-qiegħ li jipproduċi l-ġir fl-Isvezja. Il-qamħ tal-Isvezja wkoll għandu fih livelli ta’ kadmju li huma kumparabbli ma’ dawk f’ħafna pajjiżi Ewropej oħra, minkejja li l-konċentrazzjonijiet tal-kadmju fil-ħamrija tal-Isvezja huma relattivament baxxi.” L-SCHER jikkummenta li filwaqt li d-dejta dwar id-depożizzjoni atmosferika ġiet aġġornata fir-rapport tal-Isvezja, ix-xenarji għall-kalkolu tal-bilanċ tal-massa kienu diġà ġew inklużi fix-xenarji kkunsidrati fl-opinjoni tas-CSTEE tal-2002, u ma hemmx informazzjoni ġdida li tindika li din mhix se tibqa’ applikabbli.

(46)

L-SCHER jaqbel li l-pH aktar baxxa żżid il-bijodisponibbiltà tal-kadmju u t-teħid tiegħu mill-għelejjel, u b’hekk hemm disponibbiltà pjuttost akbar ta’ kadmju għall-qamħ milli f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej. Madankollu, l-SCHER jinnota li jekk tinżamm dik il-pH baxxa, it-tendenzi futuri għall-konċentrazzjonijiet tal-kadmju fl-għelejjel huma aktar baxxi (żieda anqas) fl-Isvezja meta mqabbla ma’ ħafna mit-tendenzi l-oħra fl-Ewropa, billi l-kadmju fil-ħamrija jiżdied b’rata aktar baxxa meta jkun hemm l-istess introduzzjoni.

(47)

Fir-rigward tal-esponiment djetetiku għall-kadmju, l-SCHER jikkonkludi li r-rapport tal-Isvezja ma jipprovdix dejta li tindika li l-esponiment djetetiku għall-kadmju huwa akbar fl-Isvezja milli fil-bqija tal-Ewropa, la fil-medja u lanqas fl-ogħla perċentwali tal-esponiment. It-tendenzi reċenti ma jissuġġerixxux tendenza li qed tiżdied fl-esponiment djetetiku, inkluż l-ammont totali ta’ kadmju fil-ġisem fil-popolazzjoni ġenerali. Fl-aħħar nett, l-SCHER jinnota li r-rapport tal-Isvezja jipprovdi evidenza li l-effetti tal-kadmju fuq is-saħħa tal-bniedem fl-Isvezja jistgħu jiġu nnutati f’ammont totali ta’ kadmju fil-ġisem li huwa anqas minn dak irrappurtat qabel, iżda ma jipprovdix evidenza li l-popolazzjoni Svediża hija aktar sensittiva għall-kadmju jew saret aktar sensittiva għalih minn popolazzjonijiet oħra f’partijiet oħra tal-Ewropa.

(48)

B’mod ġenerali, l-SCHER jikkonkludi li r-rapport tal-Isvezja jinkludi valutazzjoni dettaljata u aġġornata tal-effetti fit-tul tal-kadmju mill-fertilizzanti fuq is-saħħa tal-bniedem permezz tal-katina alimentari. L-SCHER jinnota li dak ir-rapport ma jipprovdix argumenti konvinċenti li juru li l-każ tal-Isvezja huwa uniku jew li d-dejta ta’ wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tindika raġunijiet speċifiċi għal tħassib addizzjonali.

(49)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju tal-Isvezja ma tax ġustifikazzjoni għall-miżura nazzjonali maħsuba fir-rigward tal-kontenut massimu ta’ kadmju fil-fertilizzanti abbażi ta’ evidenza xjentifika ġdida relatata mal-ħarsien tal-ambjent minħabba problema speċifika fl-Isvezja li nqalgħet wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

(50)

Il-Kummissjoni tinnota li n-notifika mill-Isvezja ma tirreferix għall-ħarsien tal-ambjent tax-xogħol bħala bażi għall-introduzzjoni tal-miżura notifikata.

IV.   KONKLUŻJONI

(51)

L-Artikolu 114(5) tat-TFUE jesiġi li, jekk Stat Membru jqis li tkun meħtieġa l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali b’deroga mill-miżuri ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet nazzjonali jridu jkunu ġustifikati minn evidenza xjentifika ġdida li tirrigwarda l-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol, irid ikun hemm problema speċifika għall-Istat li jippreżenta t-talba, u l-problema trid tkun inqalgħet wara l-adozzjoni tal-miżura ta’ armonizzazzjoni.

(52)

F’dan il-każ, wara li eżaminat it-talba tal-Isvezja, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju tal-Isvezja ma tax evidenza xjentifika ġdida marbuta mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol li turi li hemm problema speċifika fit-territorju tiegħu li qamet wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 marbut mal-fertilizzanti, u li tagħmilha neċessarju li jiġu introdotti l-miżuri nazzjonali notifikati.

(53)

Konsegwentement, it-talba mir-Renju tal-Isvezja għall-introduzzjoni ta’ miżuri nazzjonali biex jitnaqqas il-kontenut tal-kadmju permess fil-fertilizzanti bil-fosfru għal livell massimu ta’ 46 gramma ta’ kadmju għal kull tunnellata ta’ fosfru ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 114(5).

(54)

Skont l-Artikolu 114(6) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni għandha, tapprova jew tiċħad l-abbozz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni wara li tkun ivverifikat jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew inkella restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jekk humiex ta’ xkiel għall-funzjonament tas-suq intern.

(55)

Billi t-talba li għamel ir-Renju tal-Isvezja ma tissodisfax l-kundizzjonijiet bażiċi stipulati fl-Artikolu 114(5), ma hemmx bżonn li l-Kummissjoni tivverifika l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 114(6).

(56)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal, jista’ jiġi konkluż li t-talba tar-Renju tal-Isvezja biex jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija ammissibbli iżda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 114(5) tat-TFUE, billi l-Isvezja ma tatx evidenza xjentifika ġdida marbuta mal-ħarsien tal-ambjent minħabba problema speċifika għat-territorju tagħha li nqalgħet wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

(57)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li d-dispożizzjonijijet nazzjonali notifikati ma jistgħux jiġu approvati skont l-Artikolu 114(6) tat-TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali previsti maħsubin biex ibaxxu l-kontenut tal-kadmju permess fil-fertilizzanti bil-fosfru mil-livell massimu ta’ bħalissa ta’ 100 gramma ta’ kadmju għal kull tunnellata ta’ fosfru għal livell ta’ 46 gramma, li r-Renju tal-Isvezja nnotifika lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ottubru 2011, huma miċħudin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1976, p. 21, sostitwita mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

(3)  Sostitwit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

(4)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 24.

(5)  ĠU L 129, 17.5.2006, p. 19

(6)  Il-Kodiċi tal-Istatut Svediż (SFS Svensk Förattningssamling) ta l-14 ta’ Lulju 1998.

(7)  Il-Kodiċi tal-Istatuti Svediżi (SFS Svensk Förattningssamling) tal-4 ta’ Ġunju 2009.

(8)  ĠU C 309, 21.10.2011, p. 8 u ĠU C 339, 19.11.2011, p. 24.

(9)  http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/environmental_risks/docs/scher_o_156.pdf.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/230/UE tat-18 ta’ April 2012 li testendi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 114(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-kontenut massimu ammissibbli ta’ kadmju fil-fertilizzanti, notifikat mir-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE (ĠU L 116, 28.4.2012, p. 29).

(11)  http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/sct/documents/out162_en.pdf.

(12)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(13)  http://esis.jrc.ec.europa.eu/doc/risk_assessment/REPORT/cdoxidereport302.pdf.

(14)  ĠU C 149, 14.6.2008, p. 6.

(15)  http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/environmental_risks/docs/scher_o_156.pdf

(16)  L-opinjonijiet tal-SCHER huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/environmental_risks/opinions/index_en.htm#id5


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Novembru 2012

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8054)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/720/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali” għandu jinkludi deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti li jkunu ta’ komponent wieħed jew ta’ komponenti multipli, kif ukoll aġenti għat-tlaħliħ u għat-tixrib minn qabel, maħsubin għall-użu f’magni tal-ħasil tal-platti professjonali.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-grupp ta’ prodotti: deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti għall-konsumatur, deterġenti maħsubin għall-użu f’magni għall-ħasil ta’ tagħmir mediku, jew magni speċjali għall-ħasil tat-tagħmir industrijali, inkluż f’magni speċjali għall-industrija tal-ikel.

L-isprejs li ma jkunux iddożati b’pompi awtomatiċi huma esklużi minn dan il-grupp ta’ prodotti.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-magna awtomatika tal-ħasil tal-platti għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jikkonforma mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali” għandu jkun “038”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi, u li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet ittestjata.

KRITERJI

Ġew stabbiliti kriterji għal kull wieħed minn dawn l-aspetti:

1.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

2.

Bijodegradabbiltà

3.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Rekwiżiti ta’ imballaġġ

5.

Prestazzjoni tal-ħasil (idonejtà għall-użu)

6.

Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

7.

Informazzjoni għall-utenti — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(1)   Valutazzjoni u verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati għal kull kriterju.

Meta jkun meħtieġ li l-applikant jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, u/jew minn fornitur/i oħra eċċ, kif xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għall kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

L-Appendiċi I jirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi s-sustanzi l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tas-sustanzi. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)   Livelli limitu tal-kejl

Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hija meħtieġa għas-sustanzi li jiżdiedu intenzjonalment, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima li l-konċentrazzjoni tagħhom tkun ta’ 0,010 % tal-piż tal-formulazzjoni aħħarija jew taqbeż dan l-ammont.

Għall-bijoċidi u l-aġenti koloranti, il-konformità mal-kriterji tibqa’ meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom.

Is-sustanzi li jilħqu l-limitu massimu kif imsemmi hawn fuq, jissemmew minn hawn ’il quddiem bħala “Sustanzi mdaħħla”.

(2)   Unità funzjonali

L-unità funzjonali għal dan il-grupp ta’ prodotti għandha tiġi espressa fi g/l ta’ soluzzjoni għall-ħasil (grammi għal kull litru ta’ soluzzjoni għall-ħasil).

Rekwiżiti marbutin mal-valutazzjoni u l-verifika tal-unità funzjonali:

 

Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID (*), il-kwantità li tiddaħħal bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma, u l-funzjoni u l-forma tal-ingredjenti kollha mdaħħla (irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rigward id-dożaġġ.

 

Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent li jiddaħħal skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-Partijiet A u B tal-lista DID huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE:

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 —   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

Il-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDVkroniku) ta’ sistema ta’ komponent wieħed jew ta’ komponenti multipli ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin (fl-ogħla doża rakkomandata):

CDV fl-ogħla doża rakkomandata

Artab

Medju

Iebes

Tip ta’ prodott

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

2 000

2 000

2 000

Deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti

3 000

5 000

10 000

Sistema ta’ komponenti multipli

3 000

4 000

7 000

Aġenti għat-tlaħliħ

3 000

3 000

3 000

Il-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDVkroniku) huwa kkalkulat għas-sustanzi mdaħħla kollha (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

piż

=

il-piż tas-sustanza li tiddaħħal għal kull doża rakkomandata

DF

=

il-fattur ta’ degradazzjoni

TF

=

il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID.

Il-bijoċidi u l-aġenti koloranti preżenti fil-prodott għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,010 % (100 ppm).

Minħabba d-degradazzjoni tas-sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għas-sustanzi li ġejjin:

Perossidu tal-idroġenu (H2O2) — m’għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV

Aċtu peraċetiku — għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċtu aċetiku.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għall-kalkolu tal-valur tas-CDV.

Il-valuri tal-parametri DF u TF għandhom ikunu kif mogħtija fil-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fil-lista DID, il-parametri għandhom ikunu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u għandha tiġi annessa d-dokumentazzjoni assoċjata.

Kriterju 2 —   Bijodegradabbiltà

(a)   Bijodegradabbiltà ta’ aġenti tensjoattivi

L-aġenti kollha tensjoattivi għandhom ikunu bijodegradabbli f’kundizzjonijiet aerobiċi u anaerobiċi.

(b)   Bijodegradabbiltà tas-sustanzi organiċi

Il-kontenut tas-sustanzi organiċi kollha fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr) (aNBO), u/jew anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO), ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:

aNBO

Tip ta’ prodott

(g/l soluzzjoni għall-ħasil)

Artab

Medju

Iebes

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

0,4

0,4

0,4

Deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti/Sistema ta’ komponenti multipli

0,4

0,4

0,4

Aġenti għat-tlaħliħ

0,04

0,04

0,04


anNBO

Tip ta’ prodott

(g/l soluzzjoni għall-ħasil)

Artab

Medju

Iebes

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

0,4

0,4

0,4

Deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti/Sistema ta’ komponenti multipli

0,6

1,0

1,5

Aġenti għat-tlaħliħ

0,04

0,04

0,04

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u tal-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-użu fil-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u tal-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-aġenti tensjoattivi kif ukoll għall-valuri aNBO u anNBO, għandha ssir referenza għal-lista tad-DID. Għas-sustanzi mdaħħla li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mid-dokumentazzjoni jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli, kif inhu deskritt fl-Appendiċi I.

Innota li t-TAED għandu jitqies bħala anaerobikament bijodegradabbli.

Fin-nuqqas ta’ dokumentazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, sustanza li ma tkunx aġent tensjoattiv tista’ tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ degradabbiltà anaerobika jekk tiġi sodisfatta waħda minn dawn it-tliet alternattivi:

1.

Hija faċilment degradabbli u jkollha livell ta’ adsorbiment baxx (A < 25 %); jew

2.

Hija faċilment degradabbli u jkollha livell ta’ desorbiment għoli (D < 75 %); jew

3.

Hija faċilment degradabbli u mhijiex bijoakkumulattiva.

L-ittestjar għall-adsorbiment/desorbiment jista’ jsir skont il-linjigwida tal-OECD nru 106.

Kriterju 3 —   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi mdaħħla esklużi speċifikati

Is-sustanzi mdaħħla li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

EDTA (tetraaċetat tal-etilendiammina)

Fwejjaħ

Komposti reattivi tal-kloru

APEO (alkilfenoletossilati) u APD (alkilfenoli u d-derivati tagħhom)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità kompluta u ffirmata.

(b)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3), u lanqas ma għandu/ma għandha jinkludi/tinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, jekk ma tistax tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:

Dikjarazzjoni ta’ periklu (4)

Frażi ta’ riskju (5)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi sensitizzanti

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Innota li dan il-kriterju japplika wkoll għal prodotti ta’ degradazzjoni magħrufa, bħall-formaldeid mir-rilaxxaturi tal-formaldeid.

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jgħaddu minn modifika kimika li tneħħi l-periklu li kien ġie identifikat qabel) huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-prodott aħħari ma għandux jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ riskju ta’ hawn fuq.

Derogi

Is-sustanzi li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

Aġenti tensjoattivi

< 15 % fil-prodott aħħari

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni (**)

(biss għal likwidi b’pH ta’ bejn 2 u 12, u b’massimu ta’ 0,10 % w/w tal-materja attiva)

H331: Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (***)

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-fatt li kull sustanza mdaħħla mhijiex ikklassifikata fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiċi relevanti marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ riskju msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, b’livell ta’ dettall kif speċifikat fit-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Komplilazzjoni ta’ Folji ta’ Dejta tas-Sikurezza).

L-informazzjoni dwar proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata b’mezz ieħor flok it-testijiet, bħal bl-użu ta’ metodi alternattivi, bħal metodi in vitro, b’mudelli ta’ attività ta’ struttura kwantitattivi, jew bl-użu ta’ ggruppar jew qari inkroċjat skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Titħeġġeġ bil-qawwi l-kondiviżjoni tad-dejta relevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tirrelata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif użati fil-prodott aħħari.

Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH, eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

(c)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

Valutazzjoni u verifika: Il-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab hawn: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.

(d)   Ingredjenti limitati speċifikati — Bijoċidi

(i)

Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq biss għal dan l-iskop. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ jkollhom ukoll karatteristiċi bijoċidali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-bijoċidi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ għall-preservazzjoni tal-prodott.

(ii)

Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew ikollu effett diżinfettanti.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

(iii)

Il-prodott jista’ jinkludi bijoċidi sakemm ma jkunux bijoakkumulattivi. Bijoċida ma titqiesx bijoakkumulattiva jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-valuri BCF u/jew logKow tagħhom.

(e)   Aġenti koloranti

L-aġenti koloranti permessi fil-prodott ma għandhomx ikunu bijoakkumulattivi. Fil-każ ta’ aġenti koloranti li huma approvati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel, mhux meħtieġ li titressaq dokumentazzjoni dwar il-potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni. Aġent koloranti jitqies bijoakkumulattiv jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-folji ta’ dejta tas-sikurezza tal-aġenti koloranti, jew dokumentazzjoni li tiżgura li l-aġent koloranti huwa approvat għall-użu f’oġġetti tal-ikel.

(f)   Enżimi

L-enżimi għandhom ikunu f’forma likwida, jew f’forma granulata mingħajr trab. L-enżimi għandhom ikunu ħielsa mill-fdalijiet ta’ mikroorganiżmi mill-manifattura.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-folji ta’ dejta tas-sikurezza tal-materja fir-rigward ta’ kull enżima miżjuda, flimkien ma’ dokumentazzjoni li tiżgura li l-enżima hija ħielsa minn fdalijiet ta’ mikroorganiżmi.

(g)   Fosfru

Il-kwantità totali tal-fosfati u ta’ komposti oħra bil-fosfru ma għandhiex taqbeż il-limiti tal-valuri speċifikati fit-tabella, ikkalkulati fi grammi ta’ fosfru għal kull litru tal-ilma.

L-ogħla doża rrakkomandata għandha tintuża għall-kalkolu tal-fosfru.

Tip ta’ prodott

Fosfru (g P/l ilma)

Artab

Medju

Iebes

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

0,08

0,08

0,08

Deterġenti

0,15

0,30

0,50

Aġenti għat-tlaħliħ

0,02

0,02

0,02

Sistema ta’ komponenti multipli

0,17

0,32

0,52

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tiżgura li l-limitu fit-tabella ta’ hawn fuq jiġi ssodisfat.

Kriterju 4 —   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

(a)   Proporzjon piż/utilità (‘weight/utility ratio’, WUR)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Tip ta’ prodott

WUR

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Trab [g/l soluzzjoni għall-ħasil]

0,8

1,4

2,0

Likwidi [g/l soluzzjoni għall-ħasil]

1,0

1,8

2,5

Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet (“caps”)), tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:

Formula

Fejn:

Wi

=

il-piż (gm) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tabella jekk applikabbli.

Ui

=

il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, Ui = Wi.

Di

=

l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-dożaġġ fi g/l ta’ soluzzjoni għall-ħasil

ri

=

il-figura tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. r = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, r tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta ċifra ogħla.

Eċċezzjonijiet

Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat jew iktar minn 80 % plastik minn oriġini rinovvabbli, huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.

L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tal-WUR tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni kompluta u ffirmata għall-kontenut ta’ materjal riċiklat jew ta’ materjal ta’ oriġini rinnovabbli inklużi fl-imballaġġ. Għall-approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun/huwa disponibbli għax-xiri fis-suq.

(b)   Imballaġġ tal-plastik

Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 3(b) (u kombinazzjonijiet relatati).

Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, il-Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 5 —   Prestazzjoni tal-ħasil (idonejtà għall-użu)

Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-prodott għandhom ikunu sodisfaċenti. Il-prodott għandu jilħaq ir-rekwiżiti għat-test tal-utenti jew għall-ittestjar intern, skont l-Appendiċi II.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jissottometti rapport iddettaljat tat-testijiet lill-Korp Kompetenti, inkluża informazzjoni jew dokumentazzjoni. Ara l-Appendiċi II.

Kriterju 6 —   Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

Is-sistemi ta’ komponenti multipli għandhom jiġu offruti flimkien ma’ sistema ta’ ddożar awtomatiku u kkontrollat.

Sabiex jiġi żgurat dożaġġ korrett fis-sistemi ta’ ddożar awtomatiku, iż-żjarat tal-klijenti għandhom jiġu inkorporati bħala rutina normali għall-manifatturi u għall-fornituri. Dawn iż-żjarat tal-klijenti jsiru fil-binjiet kollha tal-manifatturi u tal-fornituri tal-anqas darba fis-sena matul il-perjodu tal-liċenzja; għandhom jinkludu kalibrazzjoni tal-apparat għall-iddożar. Barra minn hekk, parti terzi tista’ tagħmel żjarat tal-klijenti.

F’każijiet eċċezzjonali, iż-żjarat tal-klijenti jistgħu ma jsirux jekk id-distanza u l-metodu ta’ twassil irendu ż-żjara mhux prattikabbli.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni miktuba ta’ responsabbiltà għaż-żjarat tal-klijenti, kif ukoll għall-frekwenza u l-kontenut tagħhom.

Kriterju 7 —   Informazzjoni għall-utent — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(a)   Informazzjoni fuq l-imballaġġ/folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għandhom jidhru fuq l-imballaġġ, u/jew fuq folju ta’ informazzjoni dwar il-prodott jew ekwivalenti.

Id-doża skont il-grad ta’ ħmieġ u skont l-ebusija tal-ilma. Segwi l-istruzzjonijiet tal-iddożar

Jekk tuża dan il-prodott bl-Ekotikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet dwar l-iddożar, se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, u għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart.

(b)   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u għandu jkun leġibbli. L-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE huwa protett fil-liġi ewlenija tal-UE. In-numru ta’ reġistrazzjoni/liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jidher fuq il-prodott, għandu jinqara u għandu jkun ċarament viżibbli.

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:

Impatt imnaqqas fuq ekosistemi akkwatiċi

Sustanzi perikolużi limitati

Prestazzjoni ttestjata.

Il-linjigwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo (“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta”) fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika (a-b): l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott u/jew folja tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Id-dikjarazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti xierqa tat-testijiet.


(*)  In-numru DID hu n-numru tal-ingredjent li jiddaħħal fuq il-lista DID (lista tal-“Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti”), u jintuża biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-Kriterji 1 u 2.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(5)  Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE u d-Direttiva 1999/45/KE kif emendati.

(**)  Deroga mill-kriterju 3(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 3(d).

(***)  Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljari oħra fil-preparazzjonijiet

(****)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %

Appendiċi I

Lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Sustanza li tiddaħħal

LC50/EC50

SF(akut)

TF(akut)

NOEC (*)

SF(kroniku)

TF(kroniku)

DF

Aerobiku

Anaerobiku

“Isem”

1  mg/l

10 000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabbiltà faċli

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabbiltà faċli:

(1)

Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:

 

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 ta’ dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

 

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ 10 ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301 B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO).

(2)

Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabbiltà anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabbiltà finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabbiltà finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta s-sustanzi mdaħħla ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabbiltà anaerobika:

(1)

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabbiltà anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati b’mod strutturali. Meta l-bijodegradabbiltà anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u bijodegradabbiltà anaerobika simili tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabbiltà anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabbiltà anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabbiltà anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

(2)

Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabbiltà anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3)

Wettaq test ta’ degradabbiltà b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.


(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika, dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ, it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut).

Appendiċi II

Prestazzjoni tal-ħasil (idonejtà għall-użu)

(a)   Ittestjar intern

Il-laboratorju tal-ittestjar tal-manifattur jista’ jiġi approvat biex iwettaq ittestjar bil-ħsieb li jiddokumenta l-effiċjenza tal-prodott jekk jintlaħqu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

Għandu jkun possibbli li l-organizzazzjonijiet tal-ekotikkettar jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-ittestjar

L-organizzazzjoni tal-ekotikkettar għandu jkollha aċċess għad-dejta kollha dwar il-prodott

Il-prestazzjoni tat-test tal-effettività għandha tiġi deskritta fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.

L-applikant għandu jressaq dokumentazzjoni li tagħti evidenza li l-prodott ġie ttestjat f’kundizzjonjiet realistiċi:

(a)

Platti mħammġin b’tikek li huma rappreżentattivi tat-tip ta’ ħmieġ mistenni fl-oqsma fejn il-prodotti se jkunu kkummerċjalizzati.

(b)

Dożaġġ rakkomandat u bl-ebusija tal-ilma korrispondenti, bl-inqas temperatura rakkomandata tal-ħasil.

L-applikant għandu jressaq dokumentazzjoni li tagħti evidenza ta’:

Il-kapaċità tal-prodott biex ineħħi l-ħmieġ minn fuq il-platti.

Il-kapaċità tal-prodott biex inixxef il-platti.

Il-prodott ta’ ttestjar għandu jiġi ttestjat kontra prodott ta’ referenza. Il-prodott ta’ referenza jista’ jkun prodott stabbilit sew fis-suq, u l-prodott ittestjat għandu jkun effettiv tal-anqas daqs dak ta’ referenza.

(b)   Test tal-utenti

1.

Għandhom jinkisbu risposti minn tal-anqas 5 ċentri tal-ittestjar li jirrappreżentaw firxa aleatorja ta’ konsumaturi.

2.

Il-proċedura u l-iddożar għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

3.

Il-perjodu tal-ittestjar għandu jdum tal-anqas 4 ġimgħat, b’tal-anqas 400 ċikli ta’ ttestjar.

4.

Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-effettività tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli billi jwieġbu mistoqsijiet marbutin mal-aspetti li ġejjin (jew formulazzjonijiet simili):

Il-kapaċità tal-prodott biex ineħħi l-ħmieġ minn fuq il-platti.

Il-kapaċità tal-prodott biex inixxef il-platti.

Is-sodisfazzjon ta’ dawk li jwieġbu mal-arranġamenti dwar iż-żjarat tal-klijenti.

5.

Ir-risposta għandu tiġi kklassifikata fuq skala ta’ mill-inqas 3 livelli, pereżempju, “mhux effettiv biżżejjed”, “effettiv biżżejjed” jew “effettiv ħafna”. F’dak li jirrigwarda l-livell ta’ sodisfazzjon taċ-ċentru tal-ittestjar mal-arranġamenti għaż-żjarat u r-rappurtar, il-kategoriji għandhom ikunu “mhux sodisfatt”, “sodisfatt” u “sodisfatt ħafna”.

6.

Tal-anqas 80 % għandhom jikklassifikaw il-prodott bħala effettiv biżżejjed jew effettiv ħafna fir-rigward tal-punti kollha (ara l-punt 4), u għandhom ikunu sodisfatti jew sodisfatti ħafna bl-arranġamenti taż-żjara tal-konsumaturi.

7.

Għandha tiġi speċifikata d-dejta mhux maħduma kollha tat-test.

8.

Il-proċedura tal-ittestjar għandha tiġi deskritta fid-dettall.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Novembru 2012

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali

(notifikata bid-dokument C(2012) 8055)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/721/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jinkludi: prodotti ta’ deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ, imħaddma minn utenti professjonali fis-settur industrijali u dak istituzzjonali.

F’dan il-grupp ta’ prodotti huma inklużi sistemi ta’ komponenti multipli, magħmulin minn komponent wieħed jew iktar li jintużaw biex jinħoloq deterġent komplet, jew programm għall-ħasil tal-ħwejjeġ komplet għal sistema ta’ dożar awtomatiku.

Dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti għall-ksib ta’ karatteristiċi tat-tessuti, ngħidu aħna li ma jgħaddix l-ilma minnhom, li jkunu reżistenti għall-ilma jew reżistenti għan-nar, eċċ. Barra minn hekk, dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti li jkunu ddożati permezz ta’ trasportaturi, bħal folji, biċċiet ta’ drapp jew materjali oħra, u lanqas aġenti awżiljarji għall-ħasil li jintużaw mingħajr ħasil sussegwenti, bħal pereżempju aġenti li jneħħu t-tbajja’ għat-twapet u għat-tappizzerija tal-għamara.

Id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ maħsubin għall-konsumaturi huma esklużi minn dan il-grupp ta’ prodotti.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jkun “039”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi, u li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet ittestjata. Barra minn hekk, il-kriterji jimmiraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija mill-ħasil tal-ħwejjeġ billi jippromwovu prodotti li huma effiċjenti f’temperaturi baxxi.

KRITERJI

Ġew stabbiliti kriterji għal kull wieħed minn dawn l-aspetti:

1.

Informazzjoni dwar il-prodott u l-iddożar

2.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

3.

Bijodegradabbiltà

4.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

5.

Rekwiżiti ta’ imballaġġ

6.

Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)

7.

Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

8.

Informazzjoni għall-utent - Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(1)   Valutazzjoni u verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati għal kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

L-Appendiċi I jirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi is-sustanzi mdaħħla l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)   Livelli limitu tal-kejl

Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hija meħtieġa għas-sustanzi li jiżdiedu intenzjonalment, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima li l-konċentrazzjoni tagħhom tkun 0,010 % jew aktar tal-piż tal-formulazzjoni aħħarija.

Għall-bijoċidi, aġenti koloranti u l-fwejjaħ, il-konformità mal-kriterji tibqa’ meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom.

Is-sustanzi li jilħqu l-limitu massimu kif imsemmi hawn fuq, jissemmew minn hawn ‘il quddiem bħala “sustanzi mdaħħla”.

Għall-prodotti kollha: hija l-ogħla doża totali rakkomandata għall-grad individwali ta’ ħmieġ li trid tikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi. Jekk id-doża tiġi indikata f’intervalli, fil-valutazzjoni tal-kriterji għandha tintuża d-doża tal-agħar każ possibbli.

(2)   Unità funzjonali

L-unità funzjonali għal dan il-grupp ta’ prodotti għandha tiġi espressa fi g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil (grammi għal kull kilo ta’ ħwejjeġ għall-ħasil).

Rekwiżiti marbutin mal-valutazzjoni u l-verifika tal-unità funzjonali:

 

Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID (*), il-kwantità miżjuda bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma, u l-funzjoni u l-forma tas-sustanzi kollha inklużi (irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rigward l-iddożar.

 

Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent miżjud skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-Partijiet A u B tal-lista DID huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE:

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 –   Informazzjoni dwar il-prodott u l-iddożar

Id-doża totali rakkomandata għal kilo wieħed ta’ ħwejjeġ għall-ħasil, skont il-grad tal-ħmieġ u l-ebusija tal-ilma, għandha tingħata fi g/kg jew mil/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil. Il-prodotti kollha f’sistema ta’ komponenti multipli għandhom jiġu inklużi flimkien mal-agħar każ possibbli ta’ doża fil-valutazzjoni tal-kriterji.

Eżempji ta’ gradi ta’ ħmieġ:

Ħafif

Medju

Tqil

Lukandi: lożor, kutri, xugamani eċċ. (ix-xugamani jistgħu jitqiesu li jkollhom ħafna ħmieġ)

Xugamani tad-drapp, imrembla.

Ħwejjeġ għax-xogħol: istituzzjonijiet/bejgħ bl-imnut/servizz eċċ.

Restoranti: tvalji, srievet eċċ.

Mopps/bċejjeċ tal-art u twapet żgħar

Ħwejjeġ għax-xogħol: industrija/kċina/biċċiera eċċ.

Drappijiet tal-kċina: ħwejjeġ, paljazzi eċċ.

Istituzzjonijiet, bħall-isptarijiet: lożor, kutri, lożor ta’ taħt, ħwejjeġ tal-pazjenti, ġkieket jew ilbiesi tat-tobba, eċċ.

Għandu jiġi pprovdut isem il-prodott, jew fil-każ ta’ sistema ta’ komponenti multipli, għandha tiġi pprovduta lista tal-prodotti kollha li huma parti minn dik is-sistema, flimkien mal-ebusija rakkomandata tal-ilma (artab, medju jew iebes) u l-grad ta’ ħmieġ immirat.

L-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni tal-konformità mal-kriterji 2, 3 u 6 għall-ismijiet tal-prodotti kollha.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi isem il-prodott, jew fil-każ ta’ sistema ta’ komponenti multipli, għandu jipprovdi lista tal-prodotti kollha li huma parti minn dik is-sistema, flimkien mal-formulazzjoni eżatta tal-prodott(i), it-tikketta u d-disinn grafiku, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ ddożar skont it-tliet gradi ta’ ħmieġ u ta’ ebusija tal-ilma. Id-densità (gm/ml) għandha tingħata għall-prodotti kollha (jew fuq l-imballaġġ jew fi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

Kriterju 2 —   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVchronic) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Ilma artab (0-6 °dH)

CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

30 000

40 000

50 000

Likwidu

50 000

60 000

70 000

Sistema ta’ komponenti multipli

50 000

70 000

90 000


Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH)

CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

40 000

60 000

80 000

Likwidu

60 000

75 000

90 000

Sistema ta’ komponenti multipli

60 000

80 000

100 000


Ilma iebes (> 14 °dH)

CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

50 000

75 000

90 000

Likwidu

75 000

90 000

120 000

Sistema ta’ komponenti multipli

75 000

100 000

120 000

Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVchronic) huwa kkalkulat għas-sustanzi mdaħħla kollha (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

weight

=

il-piż tas-sustanzi mdaħħla għal kull doża rrakkomandata

DF

=

il-fattur ta’ degradazzjoni

TF

=

il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID.

Il-bijoċidi, l-aġenti koloranti u l-fwejjaħ preżenti fil-prodott għandhom ikunu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,010 % (100 ppm).

Minħabba d-degradazzjoni tas-sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għas-sustanzi li ġejjin:

Perossidu tal-idroġenu (H2O2) - m’għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV

Aċtu peraċetiku - għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċtu aċetiku.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tas-CDVchronic tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għall-kalkolu tal-valur CDV.

Il-valuri tal-parametri DF u TF għandhom ikunu kif mogħtija fil-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fil-lista DID, il-parametri għandhom ikunu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u għandha tiġi annessa d-dokumentazzjoni assoċjata.

Kriterju 3 –   Il-bijodegradabbiltà

(a)   Bijodegradabbiltà ta’ aġenti tensjoattivi

L-aġenti kollha tensjoattivi għandhom ikunu bijodegradabbli f’kundizzjonijiet aerobiċi.

Kull aġent tensjoattiv li mhux joniku u katjoniku għandu jkun ukoll bijodegradabbli f’kundizzjonijiet anaerobiċi.

(b)   Bijodegradabbiltà tas-sustanzi organiċi

Il-kontenut tas-sustanzi organiċi kollha fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr) (aNBO), u anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO), ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:

aNBO

Ilma artab (0-6 °dH)

aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

0,70

1,10

1,40

Likwidu

0,50

0,60

0,70

Sistema ta’ komponenti multipli

1,25

1,75

2,50


Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH)

aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,10

1,40

1,75

Likwidu

0,60

0,70

0,90

Sistema ta’ komponenti multipli

1,75

2,50

3,75


Ilma iebes (> 14 °dH)

aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,40

1,75

2,20

Likwidu

0,70

0,90

1,20

Sistema ta’ komponenti multipli

2,50

3,75

4,80

anNBO

Ilma artab (0-6 °dH)

anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

0,70

1,10

1,40

Likwidu

0,50

0,60

0,70

Sistema ta’ komponenti multipli

1,25

1,75

2,50


Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH)

anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,10

1,40

1,75

Likwidu

0,60

0,70

0,90

Sistema ta’ komponenti multipli

1,75

2,50

3,75


Ilma iebes (> 14 °dH)

anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ

Ħafif

Medju

Tqil

Trab

1,40

1,75

2,20

Likwidu

0,70

0,90

1,20

Sistema ta’ komponenti multipli

2,50

3,75

4,80

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u l-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-użu fil-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u l-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-aġenti tensjoattivi kif ukoll għall-valuri aNBO u anNBO, għandha ssir referenza għall-lista tad-DID. Għas-sustanzi mdaħħla li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mid-dokumentazzjoni jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli, kif inhu deskritt fl-Appendiċi I.

Innota li t-TAED għandu jitqies bħala anaerobikament bijodegradabbli.

Fin-nuqqas ta’ dokumentazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, sustanza li ma tkunx aġent tensjoattiv tista’ tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ degradabbiltà anaerobika jekk tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:

1.

Hija faċilment degradabbli u jkollha adsorbiment baxx (A < 25 %); jew

2.

Hija faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D < 75 %); jew

3.

Hija faċilment degradabbli u mhijiex bijoakkumulattiva.

L-ittestjar għall-adsorbiment/desorbiment jista’ jsir skont il-linjigwida tal-OECD nru 106.

Kriterju 4 –   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi esklużi speċifikati

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

Fosfati (il-fosfonati mhumiex esklużi, iżda huma limitati mill-kriterju 3)

APEO (alkilfenoletossilati) u ADP (alkilfenoli u d-derivati tagħhom)

L-EDTA (etilen-diammina-tetra-aċidu-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi tas-sustanzi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.

(b)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe komponent tiegħu ma għandux jinkludi sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3), u lanqas ma għandu jinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, jekk ma tistax tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:

Dikjarazzjoni ta’ periklu (4)

Frażi ta’ riskju (5)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi sensitizzanti

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Innota li dan il-kriterju japplika wkoll għal prodotti ta’ degradazzjoni magħrufa, bħall-formaldeid mir-rilaxxaturi tal-formaldeid.

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-prodott aħħari ma għandux jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ta’ hawn fuq.

Derogi

Is-sustanzi li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

Aġenti tensjoattivi

< 20 % fil-prodott aħħari

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni (**)

(biss għal likwidi b’pH ta’ bejn 2 u 12, u b’massimu ta’ 0,10 % w/w tal-materja attiva)

H331: Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (***)

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalizzaturi tal-bliċ (***)

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nonklassifikazzjoni ta’ kull sustanza mdaħħla fi kwalunkwe klassi ta’ periklu marbuta mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiċi relevanti marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ riskju msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, b’livell ta’ dettall kif speċifikat fit-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni ta’ Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

L-informazzjoni dwar proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata b’mezz ieħor flok it-testijiet, ngħidu aħna bl-użu ta’ metodi alternattivi, bħal metodi in vitro, b’mudelli ta’ attività ta’ struttura kwantitattiva, jew bl-użu ta’ ggruppar jew qari inkroċjat skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Titħeġġeġ bil-qawwi l-kondiviżjoni tad-dejta relevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tirrelata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif użati fil-prodott aħħari.

Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH, eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

(c)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 hija disponibbli fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.

(d)   Sustanzi mdaħħla limitati speċifikati - fwejjaħ

Il-prodott ma għandux jinkludi fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi.

Kull sustanza mdaħħla miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun immanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA rigward il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji ta’ purità speċifikati għall-materjali għandhom jiġu segwiti mill-manifattur.

Is-sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar id-deterġenti (Anness VII), u li ma ġewx esklużi diġà permezz tal-kriterju 4 b), ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza fil-prodott aħħari.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwejjaħ li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (7).

(e)   Bijoċidi

(i)

Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ jkollhom ukoll karatteristiċi bijoċidali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-bijoċidi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ għall-preżervazzjoni tal-prodott.

(ii)

Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew ikollu effett diżinfettanti.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

(iii)

Il-prodott jista’ jinkludi bijoċidi sakemm ma jkunux bijoakkumulattivi. Bijoċida ma titqiesx bijoakkumulattiva jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-valuri BCF u/jew logKow tagħhom.

(f)   Enżimi

L-enżimi għandhom ikunu f’forma likwida, jew f’forma granulata mingħajr trab. L-enżimi għandhom ikunu ħielsa mill-fdalijiet ta’ mikroorganiżmi mill-manifattura.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal fir-rigward ta’ kull enżima miżjuda, flimkien ma’ dokumentazzjoni li tiżgura li l-enżima hija ħielsa minn fdalijiet ta’ mikroorganiżmi.

Kriterju 5 —   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

(a)   Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Tip ta’ prodott/ebusija tal-ilma

WUR (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil)

Ilma artab

Ilma ta’ ebusija medja

Ilma iebes

Trabijiet

1,5

2,0

2,5

Likwidi

2,0

2,5

3,0

Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju, u għandu jsir kalkolu għal kull prodott f’sistema ta’ komponenti multipli (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) skont il-formola li ġejja:

Formula

Fejn:

Wi

=

il-piż (g) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tikketta jekk applikabbli.

Ui

=

il-piż (g) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, mela Ui = Wi.

Di

=

l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-dożaġġ fi g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil. Innota li l-ogħla doża rrakkomandata għal kull ebusija tal-ilma għandha tintuża fil-kalkolu tal-WUR.

ri

=

il-figura tar-riċiklaġġ, jiġifieri l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. r = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, r tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta ċifra ogħla.

Eċċezzjonijiet

Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat jew iktar minn 80 % plastik minn oriġini rinovvabbli, huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.

L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tad-WUR għal kull prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni kompluta u ffirmata għall-kontenut ta’ materjal riċiklat jew ta’ materjal ta’ oriġini rinnovabbli inklużi fl-imballaġġ. Għall-approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun disponibbli għax-xiri fis-suq.

(b)   Imballaġġ tal-plastik

Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 4(b) (u kombinazzjonijiet relatati).

Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 6 —   Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)

L-effetti ewlenin tad-deterġent fuq il-ħasil tal-ħwejjeġ, bħat-tneħħija tal-ħmieġ u l-kapaċità ta’ tneħħija tat-tbajja’, għandhom jiġu ddokumentati mill-produttur/applikant bl-għajnuna ta’ ħwejjeġ ta’ ttestjar artifiċjalment imħammġin li jinħaslu fil-proċess.

It-test jista’ jsir minn laboratorju estern jew intern li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi II(a). It-test għandu jsir bid-doża rakkomandata u bl-ebusija tal-ilma korrispondenti, kif ukoll bil-grad ta’ ħmieġ bl-iktar temperatura rakkomandata baxxa tal-ilma tal-ħasil. Il-kejl għandu jsir fuq ħwejjeġ ta’ ttestjar maħsulin kif ukoll mhux maħsulin. L-evalwazzjoni tar-riżultati tat-test għandha ssir mil-laboratorju, u għandha tiġi ddikjarata biċ-ċar fir-rapport.

Il-kejl ta’ effetti sekondarji, bħall-effett ta’ bbliċjar, il-fattur ta’ bbliċjar jew ħsara, il-kontenut ta’ rmied, l-iggriżar jew iż-żieda fil-fluwidità, jista’ jsir pereżempju bi ħwejjeġ ta’ ttestjar għal ħasil multiplu, u jista’ jiġi analizzat skont l-istandard ISO 4312.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ x’jista’ jintuża bħala ħwejjeġ ta’ ttestjar għall-ħasil:

WFK-PCMS-55 għal proċessi ta’ ħasil industrijali, li jikkonsisti fi 13-il tebgħa żgħira ta’ ħmieġ differenti (WFK-Cleaning Technology Research Institute, il-Ġermanja)

EMPA 102, li jikkonsisti fi 15-il punt frisk differenti (Swiss EMPA-Testmaterials)

ħwejjeġ għall-ħasil tad-DTI (Danish Technology Institute) għall-proċessi ta’ ħasil industrijali jew ekwivalenti

Bħala alternattivi għat-test tal-laboratorju msemmi hawn fuq, jista’ jsir test ta’ utent għad-dokumentazzjoni tal-effiċjenza. F’dak il-każ, it-test tal-utent għandu jilħaq ir-rekwiżiti msemmija fl-Appendiċi II b).

Għat-test tal-laboratorju kif ukoll għat-test tal-utent, japplika dan li ġej:

Il-prodott ta’ ttestjar għandu jiġi ttestjat kontra prodott ta’ referenza. Il-prodott ta’ referenza jista’ jkun prodott stabbilit sew fis-suq, jew inkella, fil-każ ta’ test tal-utent, il-prodott li dan juża s-soltu. Il-prodott ta’ ttestjar għandu juri effiċjenza daqs jew aqwa minn tal-prodott ta’ referenza.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li jindika li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti minimi ddefiniti fit-test magħżul; ara wkoll l-Appendiċijiet IIa u IIb rispettivament.

Kriterju 7 –   Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

Sistemi ta’ komponenti multipli għandhom jiġu offruti lill-klijent flimkien ma’ sistema ta’ ddożar awtomatiku u kkontrollat.

Sabiex jiġi żgurat dożaġġ korrett fis-sistemi ta’ ddożar awtomatiku, iż-żjarat tal-klijenti għandhom jiġu inkorporati bħala rutina normali għall-manifatturi u għall-fornituri. Dawn iż-żjarat tal-klijenti jsiru fil-binjiet kollha tal-manifatturi u tal-fornituri tal-anqas darba fis-sena matul il-perjodu tal-liċenzja; bħala minimu, għandhom jinkludu kalibrazzjoni tal-apparat għall-iddożar. Parti terza tista’ tagħmel żjarat tal-klijenti wkoll.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni miktuba ta’ responsabbiltà għaż-żjarat tal-klijenti, kif ukoll għall-frekwenza u l-kontenut tagħhom.

Kriterju 8 –   Informazzjoni għall-utent - Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(a)   Informazzjoni fuq l-imballaġġ/folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għall-ħasil (jew ekwivalenti) għandhom jidhru fuq l-imballaġġ, u/jew fuq folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħasil għandhom jinkludu eżempji tal-klassifikazzjoni tal-gradi tal-ħmieġ fuq it-tessili, u għandhom jinkludu t-test li ġej:

Aħsel fl-aktar temperatura baxxa rrakkomandata

Aħsel dejjem bl-ikbar daqs ta’ ħasla li jippermettu t-tessili

Iddoża skont l-istruzzjonijiet ta’ ddożar, u uża d-dożaġġ skont l-ebusija tal-ilma u l-grad ta’ ħmieġ

Jekk tuża dan il-prodott bl-Ekotikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet dwar l-iddożar, se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, tal-produzzjoni tal-iskart u tal-konsum tal-enerġija.

(b)   Dikjarazzjonijiet fuq l-imballaġġ

Ġeneralment, id-dikjarazzjonijiet fuq l-imballaġġ għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ ttestjar tal-prestazzjoni (eż. dikjarazzjonijiet dwar l-effiċjenza f’temperaturi baxxi, dikjarazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ċerti tipi ta’ tbajja’, dikjarazzjonijiet dwar benefiċċji għal ċerti tipi jew kuluri ta’ tessuti, jew dikjarazzjonijiet oħra dwar proprjetajiet speċifiċi/benefiċċji tal-prodott).

Eż. jekk prodott jiddikjara effiċjenza f’20 °C, it-test tal-prestazzjoni jeħtieġ li jsir b’temperatura ta’ ≤ 20 °C (u b’mod korrispondenti għal dikjarazzjonijiet oħra ta’ temperaturi taħt l-40 °C).

Eż. jekk prodott jiddikjara li huwa effiċjenti fuq ċerti tipi ta’ tbajja’, dan għandu jiġi ddokumentat b’test tal-prestazzjoni.

(c)   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u għandu jkun leġġibbli. L-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE huwa protett fil-liġi primarja tal-UE. In-numru ta’ reġistrazzjoni/liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jidher fuq il-prodott, għandu jkun leġġibbli u għandu jkun ċarament viżibbli.

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:

Impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi

Sustanzi perikolużi limitati

Prestazzjoni ttestjata.

Il-linjigwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo” (“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta”) fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika (a-c): L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott u/jew folja tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Id-dikjarazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti xierqa tat-testijiet.


(*)  In-numru DID hu n-numru tal-ingredjent fuq il-lista DID (lista tal-“Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti”), u jintuża biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-Kriterji 2 u 3. Ara l-Appendiċi I.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(5)  Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE u d-Direttiva 1999/45/KE kif emendata.

(**)  Deroga mill-kriterju 4(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 4(e).

(***)  Inklużi l-istabbilizzaturi u sustanzi awżiljarji oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.

(6)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

Appendiċi I

Lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-Parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Sustanza mdaħħla

LC50/EC50

SF(acute)

TF(acute)

NOEC (*)

SF(chronic)  (*)

TF(chronic)

DF

Aerobika

Anaerobika

“Isem”

1 mg/l

10 000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà faċli

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabbiltà faċli:

(1)

Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:

 

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

 

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301 B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO).

(2)

Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta s-sustanzi mdaħħla ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:

(1)

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u l-bijodegradabilità anaerobika tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

(2)

Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabbiltà anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3)

Wettaq test ta’ degradabbiltà b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.


(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika, dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ, it-TF(chronic) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(acute).

Appendiċi II

(a)   Testijiet fil-laboratorju

Il-laboratorju fejn issir l-analiżi għandu jilħaq ir-rekwiżiti ġenerali skont l-istandard EN ISO 17025, jew għandu jkun laboratorju ta’ analiżi approvat minn GLP.

Il-laboratorju/il-kejl tal-analiżi tal-applikant jistgħu jiġu approvati biex iwettqu analiżijiet u kejl jekk:

l-awtoritajiet jimmonitorjaw il-proċess tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi; jew

il-manifattur ikollu sistema ta’ kwalità li tinkorpora ttestjar u analiżi, u li hija ċċertifikata skont l-ISO 9001; jew

il-manifattur jista’ juri li hemm konformità bejn test tal-ewwel darba mwettaq bħala test parallel bejn istituzzjoni ta’ ttestjar u l-laboratorju proprju tal-manifattur u li l-manifattur jieħu kampjuni skont pjan preskritt ta’ teħid ta’ kampjuni.

Il-laboratorju ta’ ttestjar tal-manifattur jista’ jiġi approvat biex iwettaq ittestjar bil-ħsieb li jiddokumenta l-effiċjenza tal-prodott jew jintlaħqu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

Għandu jkun possibbli li l-organizzazzjonijiet tal-ekotikkettar jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-ittestjar

L-organizzazzjoni tal-ekotikkettar għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha dwar il-prodott

Il-kampjuni għandhom isiru b’mod anonimu għal-laboratorju tal-ittestjar

Il-prestazzjoni tat-test tal-effettività għandha tiġi deskritta fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.

(b)   Test tal-utenti

1.

Għandhom jinkisbu risposti minn tal-anqas 5 ċentri ta’ ttestjar li jirrappreżentaw firxa ta’ klijenti.

2.

Il-proċedura u l-iddożar għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

3.

Il-perjodu ta’ ttestjar għandu jdum tal-anqas 4 ġimgħat.

4.

Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-kapaċità ta’ servizz tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli, id-dożabbiltà, il-kompressibbiltà, il-kapaċità ta’ tlaħliħ u s-solubbiltà.

5.

Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-effettività tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli billi jwieġeb mistoqsijiet marbutin mal-aspetti li ġejjin (jew formulazzjonijiet simili):

(a)

Il-kapaċità ta’ ħasil ta’ ħwejjeġ bi ftit ħmieġ, bi ħmieġ moderat jew b’ħafna ħmieġ

(b)

Valutazzjoni ta’ effetti ewlenin tal-ħasil, bħat-tneħħija tat-trab, il-kapaċità ta’ tneħħija tat-tbajja’, u l-effett tal-ibbliċjar

(c)

Valutazzjoni ta’ effetti sekondarji tal-ħasil, bħall-iggriżar ta’ ħwejjeġ bojod, il-fluwidità tal-kuluri, u t-tebgħa ta’ ħwejjeġ bil-kulur

(d)

Valutazzjoni tal-effett tal-aġent ta’ tlaħliħ fuq it-tnixxif, il-mogħdija bil-ħadida jew l-illixxar tal-ħwejjeġ għall-ħasil

(e)

Il-livell ta’ sodisfazzjon tas-suġġett tat-test fir-rigward tal-arranġamenti għaż-żjara tal-klijenti.

6.

Ir-risposta għandha tiġi kklassifikata fuq skala ta’ mill-inqas 3 livelli, pereżempju, “mhux effettiv biżżejjed”, “effettiv biżżejjed” jew “effettiv ħafna”. F’dak li jirrigwarda l-livell ta’ sodisfazzjon taċ-ċentru tal-ittestjar mal-arranġamenti għaż-żjarat u r-rappurtar, il-kategoriji għandhom ikunu “mhux sodisfatt”, “sodisfatt” u “sodisfatt ħafna”.

7.

Tal-anqas 5 ċentri tal-ittestjar għandhom jissottomettu risposti. Tal-anqas 80 % għandhom jikklassifikaw il-prodott bħala effettiv biżżejjed jew effettivi ħafna fir-rigward tal-punti kollha (ara l-punt 4), u għandhom ikunu sodisfatti jew sodisfatti ħafna bl-arranġamenti taż-żjara tal-klijenti.

8.

Għandha tiġi speċifikata d-dejta mhux ipproċessata kollha tat-test.

9.

Il-proċedura ta’ ttestjar għandha tiġi deskritta fid-dettall.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Novembru 2012

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2012/722/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (2) kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 7c(6) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE t-tnejn li huma jistipulaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7b u 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17 u 18 u tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jeżiġu lill-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-premessa 76 tad-Direttiva 2009/28/KE tiddikjara li l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija għandha tiġi evitata u li l-iskemi volontarji jistgħu jgħinu biex joħolqu soluzzjonijiet effiċjenti biex tiġi ppruvata l-konformità ma’ dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(4)

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali biex jitkejjel kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet tal-gassijiet serra fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi skema volontarja bħal din għal perjodu ta’ ħames snin.

(6)

Meta operatur ekonomiku jipprovdi provi jew dejta miksuba skont skema volontarja li tkun ġiet irrikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b’dik id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jeżiġi lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(7)

L-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” tressqet lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Frar 2012 flimkien ma’ talba għar-rikonoxximent. L-iskema tkopri l-prodotti bbażati fuq iż-żejt tal-palm. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE. Il-Kummissjoni għandha tqis l-aspetti tas-sensittività kummerċjali u tista’ tiddeċiedi li tippubblika biss parti mill-iskema.

(8)

Valutazzjoni tal-iskema tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” sabet li din tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE, kif ukoll li din tapplika metodoloġija ta’ katina ta’ kustodja li hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(9)

L-evalwazzjoni tal-iskema msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” sabet li din tilħaq standards xierqa ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti u wkoll li hija tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi mogħtija fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(10)

Kwalunkwe element addizzjonali ta’ sostenibbiltà kopert bl-iskema msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” mhuwiex meqjus f’din id-Deċiżjoni. Dawn l-elementi addizzjonali ta’ sostenibbiltà mhumiex obbligatorji biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà previsti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE.

(11)

L-iskema msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” kienet ivvalutata skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ meta ġiet adottata din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. F’każ li jkun hemm bidliet rilevanti fil-bażi legali, il-Kummissjoni se tivvaluta l-iskema bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar iż-żejt tal-palm sostenibbli msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED”, li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Frar 2012, turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikoli 17(3), 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3), 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE. L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

L-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” tista’ tintuża biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames snin minn meta tidħol fis-seħħ. Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema wara li tiġi adottata din id-Deċiżjoni b’tali mod li dan jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta jew le.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta’ dawk l-elementi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.


Rettifika

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/55


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1017/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ungerija għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 tad-29 ta’ Diċembru 2009 )

F’paġna 55, premessa 6, it-tieni inċiż, it-tieni frażi:

minflok:

“L-għotja tista’ tiġi allokata lil persuna privata li, fid-data ta’ xiri, kienet involuta f’attività agrikola bħala s-sid ta’ mill-anqas 5 ettari ta’ pjantaġġuni jew ettaru wieħed ta’ art agrikola oħra…”;

aqra:

“L-għotja tista’ tiġi allokata lil persuna privata li, fid-data ta’ xiri, kienet involuta f’attività agrikola bħala s-sid ta’ mill-anqas 0,5 ettari ta’ pjantaġġuni jew ettaru wieħed ta’ art agrikola oħra…”.