ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.325.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 325

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
23 ta' Novembru 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 1093/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1094/2012 tat-22 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1095/2012 tat-22 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

11

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/37/UE tat-22 ta’ Novembru 2012 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati miż-żerriegħa ta’ Galega orientalis Lam., il-piż massimu ta’ lott taż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-għalf u d-daqs tal-kampjun ta’ Sorghum spp. ( 1 )

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/715/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

15

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/716/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tal-11 ta’ Settembru 2012 li jadotta l-liġijiet interni tal-Kumitat Konġunt u li jistabbilixxi grupp ta’ ħidma

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/1


DEĊIŻJONI Nru 1093/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri indiviżibbli u universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, kif ukoll il-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt. Dawk il-prinċipji huma fundamentali għall-Istati Membri f’soċjetajiet fejn jipprevalixxu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Kull ċittadin tal-Unjoni għandu, u għandu jgawdi, id-drittijiet previsti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-Trattat ta’ Maastricht fl-1993 introduċa l-kunċett ta’ “ċittadinanza tal-Unjoni”. It-Trattat ta’ Amsterdam fl-1999 u t-Trattat ta’ Lisbona fl-2009 komplew saħħew id-drittijiet assoċjati maċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Is-sena 2013 tfakkar l-għoxrin anniversarju mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Il-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-punt (34) tal-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ Lisbona (li issa huma l-Artikolu 9 TUE u l-Artikolu 20 TFUE) jipprevedu li kull persuna li jkollha nazzjonalità ta’ Stat Membru hi ċittadina tal-Unjoni, li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għal, u ma tissostitwixxix iċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istat Membru u li ċ-ċittadini tal-Unjoni jibbenefikaw mid-drittijiet u huma soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati. Il-punt (35) tal-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ Lisbona (li issa sar l-Artikolu 21 TFUE) jinkludi d-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

(3)

Il-Programm ta’ Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (3) jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq “il-binja ta’ Ewropa għaċ-ċittadini”, fosthom permezz tal-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, partikolarment id-dritt tal-moviment liberu u d-drittijiet li jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni jipparteċipaw attivament fil-ħajja demokratika tal-Unjoni.

(4)

Fir-“Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) — implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (4)” il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddikjara s-sena 2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, fosthom it-terminoloġija, il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, u dwar il-mezzi disponibbli għalihom biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet.

(5)

L-2013 għandha tkun proklamata s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandha tipprovdi opportunità biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandu jkollha l-għan ukoll li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni meta jeżerċitaw id-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, pereżempju bħala studenti, ħaddiema, persuni li qed ifittxu x-xogħol, voluntiera, konsumaturi, intraprendituri, żgħażagħ jew persuni irtirati. F’dak il-kuntest, il-qawmien tal-kuxjenza għandu jiġi integrat ġeografikament, demografikament u soċjalment, u għandu jiffoka wkoll fuq it-tneħħija tal-ostakoli li għad baqa’ għall-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Għandu jitwassal il-messaġġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni nfushom għandhom rwol kritiku fit-tisħiħ ta’ dawk id-drittijiet permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ċivili u fil-ħajja demokratika.

(6)

Biex tgħin liċ-ċittadini tal-Unjoni jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar jekk għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, mhuwiex biżżejjed li titqajjem il-kuxjenza tagħhom dwar id-dritt innifsu. Jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu mgħarrfa kif jixraq dwar drittijiet oħra disponibbli għalihom skont il-liġi tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Dak it-tagħrif jippermettilhom ukoll li jibbenefikaw b’mod sħiħ minn dawk id-drittijiet l-oħra, jekk huma jiddeċiedu li jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom.

(7)

Mill-introduzzjoni tiegħu fit-Trattat ta’ Ruma fl-1958 bħala wieħed mill-erba’ libertajiet fundamentali, id-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza wera l-valur tiegħu bħala wieħed mill-pilastri għall-ħolqien ta’ suq intern għall-benefiċċju tal-ekonomiji tal-Istati Membri, u taċ-ċittadini individwali tal-Unjoni.

(8)

Id-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu marbut maċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F’dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni.

(9)

Minkejja li d-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b’mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza li tikkonċerna l-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor.

(10)

Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tas-27 ta’ Ottubru 2010, “L-iżżarmar tal-ostakli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE”, il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta’ kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed mill-ostakoli li ġie identifikat f’dan il-kuntest kien in-nuqqas ta’ għarfien. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu preklużi milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b’mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

(11)

It-TUE u t-TFUE jagħtu lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, id-dritt li jivvota u li jippreżenta kandidatura fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jgħoddu għall-persuni li jkollhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru, id-dritt li jgawdi fit-territorju ta’ pajjiż terz li fih l-Istat Membru li jkollu n-nazzjonalita’ tiegħu mhuwiex rappreżentat, il-protezzjoni tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li għoddu għall-persuni li jkollhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru, id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, id-dritt li jappella lill-Ombudsman Ewropew u d-dritt li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u drittijiet oħra f’diversi oqsma bħall-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi, il-ħarsien tal-konsumatur u tas-saħħa pubblika, opportunitajiet indaqs u trattament u aċċess għall-impjiegi u għall-ħarsien soċjali ugwali.

(12)

It-Trattat ta’ Lisbona introduċa drittijiet ġodda, b’mod partikolari l-inizjattiva taċ-ċittadini, prevista fil-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-punt (37) tal-Artikolu 2 tiegħu (l-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 24 TFUE) li tagħti lok li mill-inqas miljun ċittadin minn għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta f’xi waħda mill-oqsma ta’ responsabilità tal-Unjoni, u b’hekk tippermetti liċ-ċittadini jinvolvu rwieħhom aktar, u b’mod attiv, fil-ħajja politika tal-Unjoni u jipparteċipaw b’mod dirett fit-tfassil tal-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni (5).

(13)

Mill-1979 ‘l quddiem, meta saru l-ewwel elezzjonijiet diretti, il-Parlament Ewropew serva ta’ interfaċċa diretta bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu għandhom rwol kruċjali fil-komunikazzjoni tad-drittijiet u tal-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u biex il-kwistjonijiet li jikkonċernaw liċ-ċittadini tal-Unjoni jitpoġġew fuq quddiem fit-tiswir tal-politiki, u fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-qawmien tal-kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, l-ugwaljanza tal-ġeneri, il-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fil-ħajja demokratika tal-Unjoni inklużi d-drittijiet elettorali tagħhom, bħala votanti u bħala kandidati, fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom u dwar l-ambitu tas-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-proċess leġiżlattiv, huwa importanti wkoll fil-perspettiva tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014. L-impatt ta’ tali azzjonijiet ta’ qawmien tal-kuxjenza għandu jitkattar permezz tal-koordinazzjoni mill-qrib u l-użu tas-sinerġiji ma’ azzjonijiet rilevanti implimentati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikulari l-Parlament Ewropew, mill-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet Ewropej, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta’ qabel dawn l-elezzjonijiet.

(14)

Barra minn hekk, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw d-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom li jakkwistaw jew iżommu s-sigurtà soċjali, inklużi dawk relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, bis-saħħa tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali; Dawk ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Unjoni. Barra minn hekk huma għandhom jiġu mgħarrfa dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi, akkademiċi u professjonali tagħhom u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta’ “Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja” (6) u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

(15)

Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta’ trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi huma mħarsin b’mod effettiv, huma jkunu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu biex is-suq tal-Unjoni għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa b’mod li jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu aktar effettivament, għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Bl-istess mod, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-Unjoni kollha, partikolarment fil-każ ta’ theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Barra minn hekk, huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u l-miżuri akkumpanjanti, bħas-saħħa onlajn u t-telemediċina, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b’mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità tajba madwar l-Istati Membri.

(16)

Din id-deċiżjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, fejn il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tal-persuni u u t-tisħiħ tal-mobilità tal-ħaddiema huma mezz importanti ta’ kif jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-bidla demografika fuq is-suq tax-xogħol kif ukoll biex tiżdied l-impjegabbiltà tal-persuni u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Din id-Deċiżjoni għandha wkoll il-għan li tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni f’kuntest li bħalissa hu kkaratterizzat minn figuri tal-qgħad allarmanti fi Stati Membri partikolari.

(17)

Il-kampanji ta’ tagħrif, edukazzjoni u qawmien tal-kuxjenza organizzati fil-qafas tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandhom ukoll iqisu l-ħtiġijiet ta’ udjenzi aktar speċifiċi u ta’ gruppi vulnerabbli. It-tagħrif għandu jingħata bla ħlas u jkun aċċessibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Għandu jiġi provdut f’lingwaġġ sempliċi u b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, il-midja, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Dawk il-partijiet konċernati differenti kollha jistgħu jikkunsidraw inizjattivi bħal kompetizzjonijiet tal-kitba u l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni kif ukoll gwidi, fora onlajn u kampanji fl-iskejjel u fl-universitajiet.

(18)

Ir-rwol attiv taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom hu ċentrali għall-funzjonament tal-Unjoni. L-Artikoli 10 u 11 tat-TUE jenfasizzaw l-importanza tad-demokrazija parteċipattiva fl-aspetti kollha tagħha u r-rwol li għandhom iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex dawn jippubbliċizzaw u jiskambjaw l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta’ azzjoni kollha tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika attiva fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta’ djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti. Il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni għandha tkun faċilitata wkoll permezz tal-aċċess għal dokumenti u tagħrif, u permezz ta’ governanza tajba u amministrazzjoni tajba.

(19)

Il-politika tal-edukazzjoni għandha rwol importanti biex tinforma liċ-ċittadini, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, dwar il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet relatata magħha. Tista tgħin ukoll biex tippromwovi l-multilingwiżmu, il-mobilità tal-istudenti, l-għalliema, il-persuni li jkunu qed jieħdu taħriġ vokazzjonali u l-għalliema tagħhom, u sabiex jitrawwmu l-kompetenzi soċjali u ċiviċi skont il-qafas Ewropew “Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja”, li jistgħu jservu ta’ għodda li jgħinu liċ-ċittadini jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja ċivika u biex isaħħu l-ħiliet tagħhom li jeżerċitaw b’mod komprensiv id-drittijiet tagħhom fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni. Għandu jkun possibbli li jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ volontarjat, studju barra, il-parteċipazzjoni fi traineeship fi Stat Membru ieħor u l-parteċipazzjoni fi programmi ta’ skambji edukattivi tal-Unjoni.

(20)

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza se tkun karatterizzata mill-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2013 tal-Kummissjoni li se jagħti dettalji tal-progress li sar sa mill-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza 2010 u jipproponi azzjonijiet ulterjuri għat-tneħħija tal-ostakoli persistenti li jxekklu liċ-ċittadini tal-UE milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kunsill kapaċi jadotta dispożizzjonijiet biex isaħħaħ jew iżid id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza Ewropea.

(21)

Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ukoll ikunu mgħarrfa dwar il-web portal multilingwi “L-Ewropa Tiegħek” li hu punt ta’ tagħrif “one-stop-shop” dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni.

(22)

Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni “Europe Direct”, bħala l-interfaċċa lokali bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha, għandhom ikunu sħab mill-qrib tal-Parlament Ewropew fil-kampanji ta’ qawmien tal-kuxjenza, billi jiffaċilitaw id-dibattitu lokali u reġjonali dwar l-Unjoni, jittrażmettu u jqassmu materjal ta’ tagħrif u joffru l-opportunità li jingħata “feedback” lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(23)

L-inizjattivi kollha mnedija għall-iskop ta’ u fil-kuntest tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandu jkollhom l-għan li jżidu l-fehim reċiproku bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri. Dan jimplika l-qawmien tal-kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini fost il-persunal tal-awtoritajiet pubbliċi, fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali, reġjonali u lokali.

(24)

Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1949, il-Kunsill tal-Ewropa kellu rwol ewlieni fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-kultura permezz tal-promozzjoni u l-ħolqien ta’ netwerks kulturali Ewropej u permezz tad-djalogu interkulturali u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika. Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tiżviluppa sinerġiji mal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa f’dan il-qasam b’konnessjoni mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

(25)

Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri. Dawn għandhom jipprovdu, fost l-oħrajn, tagħrif dwar l-Unjoni u rappurtar immirat dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u tissupplimenta azzjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, “Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija” li ġiet iffirmata fit-22 ta’ Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (7). L-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-kooperazzjoni mal-midja u jimpenjaw ruħhom li jipprovduhom b’tagħrif ta’ kwalità dwar l-Unjoni.

(26)

Għall-ottimizzazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-attivitajiet ippjanati għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, huwa importanti li jitwettqu xi azzjonijiet ta’ tħejjija waqt l-2012 skont l-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) (ir-Regolament Finanzjarju).

(27)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ma jitħallewx iseħħu irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati ħażin, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (9) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (10) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (11).

(28)

Jista’ jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini permezz ta’ programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” 2007 sa 2013 u l-programm speċifiku “Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza” 2007 sa 2013, bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”, il-programm “Tagħlim matul il-Ħajja” inkluż il-programm Erasmus, l-inizjattiva “Żgħażagħ Mobbli” u l-programm “MEDIA”.

(29)

Għall-benefiċċju ta’ snin Ewropej futuri, għandha titħejja evalwazzjoni bir-reqqa tal-miżuri mwettqa bħala parti mis-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Din għandha tinkludi ideat u l-aħjar prattiki għal azzjoni futura dwar kif wieħed jista’jilħaq u jinvolvi liċ-ċittadin bl-aktar mod effettiv. Fejn ikun possibbli, l-evalwazzjoni għandha tkun imsejsa fuq data kwantitattiva kumparabbli miksuba bis-saħħa tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

(30)

Minħabba li l-għanijiet tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, jiġifieri li jiżdiedu l-kuxjenza u l-għarfien fost iċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ tad-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri u, f’dak il-kuntest, li tiġi promossa t-tgawdija taċ-ċittadini tal-Unjoni tad-drittijiet l-oħra marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri minħabba l-ħtieġa ta’ sħubiji multilaterali, skambji transnazzjonali tal-informazzjoni kif ukoll il-qawmien tal-kuxjenza u t-tixrid tal-prattiki tajba mal-Unjoni kollha, u li għaldaqstant, minħabba l-iskala tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx oltri minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Is-sena 2013 għandha tkun nominata bħala “Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini”.

Artikolu 2

Għanijiet

1.   L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandu jkun li żżid il-kuxjenza u l-għarfien dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet marbutin maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ tad-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom fit-territorji tal-Istati Membri. F’dan il-kuntest, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandha tippromwovi wkoll it-tgawdija taċ-ċittadini tal-Unjoni tad-drittijiet l-oħra marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni.

2.   Abbażi tal-paragrafu 1, l-għanijiet speċifiċi tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandhom ikunu:

(a)

li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom fl-Unjoni, u, f’dak il-kuntest, tad-drittijiet l-oħra kollha ggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni mingħajr diskriminazzjoni, inkluż id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej fi kwalunkwe Stat Membru li jirrisjedu fih;

(b)

li żżid il-kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, inklużi ż-żgħażagħ, dwar kif jistgħu, b’mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-politiki u l-programmi li jeżistu biex jappoġġaw l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet;

(c)

li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza, bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, bl-għan li tingħata spinta u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ċivika u demokratika attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari f’fora ċiviċi dwar il-politiki tal-Unjoni u l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, biex b’hekk jissaħħu l-koeżjoni soċjali, id-diversità kulturali, is-solidarjetà, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ir-rispett reċiproku u s-sens ta’ identità Ewropea komuni fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, imsejsa fuq il-valuri ewlenin tal-Unjoni, kif inhuma inklużi fit-TUE u fit-TFUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Inizjattivi involuti

1.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali, reġjonali jew lokali:

(a)

il-bidu ta’ kampanji ta’ tagħrif, servizzi tal-midja, u kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

(b)

it-tpartit tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-prattiki tajba bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet oħra pubbliċi u tas-soċjetà ċivili;

(c)

l-organizzazzjoni ta’ konferenzi, seduti ta’ smigħ, inkluż permezz tal-Internet, u avvenimenti oħra li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza, u b’mod aktar ġenerali dwar il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet marbuta magħha;

(d)

l-użu tal-għodod multilingwi eżistenti għall-parteċipazzjoni biex iħeġġu l-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini fis-sena Ewropea taċ-Ċittadini, inklużi għodda tad-demokrazija diretta bħall-inizjattiva taċ-ċittadini u konsultazzjonijiet pubbliċi;

(e)

it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-għodod eżistenti sabiex jiġu infurmati ċ-ċittadini, inklużi għodod moderni tat-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni, bħal pereżempju ċ-ċentri ta’ informazzjoni multilingwi Ewropa Diretta u l-web portal L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta’ sistema ta’ informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

(f)

it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta’ għodod għas-soluzzjoni ta’ problemi, bħalma hu s-SOLVIT, sabiex jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa jagħmlu l-aħjar użu minn, u jiddefendu d-drittijiet tagħhom, taħt il-liġi tal-Unjoni;

(g)

l-għoti ta’ tagħrif liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dwar l-Ombudsman Ewropew, biex dan jippermettilhom igawdu aħjar id-drittijiet tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni, u jiddefenduhom; u

(h)

il-promozzjoni tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, li għandu jkun imsejjes fuq dibattitu profond u fuq kontribut attiv taċ-ċittadini u tal-partijiet konċernati, u li għandu jidentifika l-ostakoli ulterjuri li jżommu liċ-ċittadini tal-Unjoni milli jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet li toffrilhom iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u li jippromwovu strateġiji xierqa biex jiġu mneħħija dawk l-ostakoli.

2.   Id-dettalji tal-inizjattivi msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw attivitajiet oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini stabbiliti fl-Artikolu 2 u jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ladarba dawn ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

4.   Fil-kuntest tal-inizjattivi organizzati fil-qafas tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, għandhom jiġu identifikati l-ostakoli għall-eżerċitar tad-drittijiet miċ-ċittadini tal-Unjoni u promossi modi u strateġiji xierqa għat-tneħħija ta’ dawk l-ostakoli, kif ukoll għall-promozzjoni tal-komprensjoni inter-kulturali tad-diskriminazzjoni u l-ġlieda kontriha. Għandhom għalhekk jiġu mfittxija sinerġiji bejn dawk l-inizjattivi u għodod u programmi eżistenti fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet taċ-ċittadini, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni u l-kultura.

Artikolu 4

Il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew, mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma’ korpi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi lokali u reġjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet Ewropej jew tas-soċjetà ċivili jew korpi li huma attivi fil-qasam taċ-ċittadinanza u li jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini jew jippromwovu l-edukazzjoni u l-kultura, u partijiet interessati oħra biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fil-Livell tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha taħdem biex tisfrutta s-sinerġiji possibbli bejn snin Ewropej tematiċi differenti, billi tevalwa l-kisbiet, timmonitorja l-lakuni persistenti u tipprovdi data statistika, fejn ikun il-każ, u b’hekk tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tal-għanijiet tas-snin Ewropej.

4.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta din id-Deċiżjoni fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Il-miżuri li huma min-natura tagħhom mifruxa mal-Unjoni kollha, imsemmija fil-Parti A tal-Anness għandhom iwasslu għal sejħa għall-offerti jew għal għotja ta’ sussidji finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Il-miżuri li huma min-natura tagħhom mifruxa mal-Unjoni kollha, imsemmija fil-Parti B tal-Anness jistgħu jiġu ssussidjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 6

Kooperazzjoni internazzjonali

Għall-fini tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikulari mal-Kunsill tal-Ewropa.

Artikolu 7

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fejn jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, b’pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni tista’ twettaq spezzjonijiet u verifiki fil-post skont din id-Deċiżjoni, konformi mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96. Jekk ikun meħtieġ, l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Uffiċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

2.   Għall-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni ta’ liġi tal-Unjoni jew kull nuqqas ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandu, jew ikollu, l-effett li tippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, minn element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk hi ssib xi irregolaritajiet, partikolarment nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jew mad-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt li jagħti l-appoġġ finanzjarju rilevanti, jew jekk jinstab li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni kienet suġġetta għal tibdil sinifikanti li ma jaqbilx man-natura tagħha jew mal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha.

4.   Jekk ma jkunux ġew osservati l-limiti ta’ żmien jew jekk parti biss mill-għajnuna finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta’ azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju jonqos milli jagħti tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella l-assistenza finanzjarja li jifdal u titlob li jitħallsu lura s-somom diġà mħallsin.

5.   Kull ammont li ma kellux jitħallas ikollu jintradd lill-Kummissjoni. Għandu jiżdied l-imgħax ma’ kwalunkwe somom li ma jitħallsux lura fi żmien xieraq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Monitoraġġ u valutazzjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni. Dak ir-rapport għandu jservi ta’ bażi għal politiki, miżuri u azzjonijiet futuri tal-Unjoni f’dan il-qasam. Wara l-esperjenza tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ideat u l-aħjar prattiki dwar kif iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, anke wara li tintemm is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 137.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012.

(3)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 49.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2006/962/KE) (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10).

(7)  ĠU C 13, 20.1.2009, p. 3.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(10)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(11)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.


ANNESS

IL-MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Bħala prinċipju ta’ gwida, l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tinbena madwar kampanja wiesgħa ta’ informazzjoni mifruxa mal-Unjoni, u din tista’ tiġi kkomplementata mill-azzjonijiet tal-Istati Membri. L-azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali jistgħu jinvolvu s-soċjetà ċivili, li għandha esperjenza sostanzjali fil-qasam konċernat, u partijiet konċernati oħra biex l-atturi ewlenin kollha jkollhom sens ta’ pussess ta’ dawn l-azzjonijiet. L-implimentazzjoni se titwettaq permezz tal-miżuri li ġejjin:

A.   L-INIZJATTIVI DIRETTI TAL-UNJONI

Il-finanzjament ġeneralment se jieħu l-forma ta’ akkwist dirett tal-prodotti u s-servizzi skont il-kuntratti oqfsa attwali. Parti mill-finanzjament tista’ tiġi ddedikata għall-forniment ta’ servizzi lingwistiċi (traduzzjoni, interpretazzjoni, informazzjoni multilingwi, il-lingwa tas-sinjali u l-Braille)

Kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jinkludu:

il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ materjal awdjoviżiv u stampat li jirrifletti l-messaġġi deskritti fl-Artikolu 2;

iż-żamma ta’ okkażjonijiet u forums ta’ viżibilità għolja għall-iskambju tal-esperjenza u l-prattika t-tajba;

it-teħid ta’ miżuri biex jiġu ppubbliċizzati r-riżultati u tiżdied il-viżibbiltà tal-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini;

l-istabbiliment ta’ websajt tal-informazzjoni fuq Europa (http://europa.eu/index_mt.htm) li jkun iddedikat għall-azzjonijiet implimentati fil-kuntest tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fil-gazzetti, fuljetti, materjal ta’ informazzjoni u websajts tal-istituzzjonijiet edukattivi u l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u t-trade unions.

B.   KOFINANZJAMENT TAL-INIZJATTIVI TAL-UNJONI

Il-programmi tal-Unjoni, bħall-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini 2007 sa 2013, jistgħu jintużaw għal attivitajiet ta’ kofinanzjament fl-ambitu tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Programmi oħra, bħall-programm speċifiku “Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza” 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja”, se jipprovdu tagħrif dwar id-drittijiet tal-UE bħala kriterju ta’ prijorità għall-proġetti.

C.   INIZJATTIVI LI MA JIBBENEFIKAW MINN EBDA GĦAJNUNA FINANZJARJA TAL-UNJONI

L-Unjoni se tagħti appoġġ mhux finanzjarju, inkluża l-awtorizzazzjoni bil-miktub għall-użu tal-logo, meta dan ikun lest, u materjali oħra assoċjati mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, għal inizjattivi mwettqa minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn jagħtu garanzija lill-Kummissjoni li l-inizjattivi kkonċernati jitwettqu jew se jitwettqu matul is-sena 2013 u hemm probabbiltà li jagħtu kontribut sinifikanti għall-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1094/2012

tat-22 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

35,4

MA

45,9

MK

32,3

TN

73,5

TR

69,6

ZZ

51,3

0707 00 05

AL

56,9

EG

209,3

MK

42,0

TR

119,2

ZZ

106,9

0709 93 10

MA

111,3

TR

103,8

ZZ

107,6

0805 20 10

MA

146,5

ZZ

146,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

65,5

HR

39,9

TR

87,0

ZA

193,6

ZZ

96,5

0805 50 10

TR

81,2

ZA

49,1

ZZ

65,2

0808 10 80

CA

156,2

CN

79,8

MK

38,5

NZ

138,3

US

174,2

ZA

166,3

ZZ

125,6

0808 30 90

CN

69,9

TR

106,9

US

136,8

ZZ

104,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1095/2012

tat-22 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

126,4

0

AR

119,7

0

BR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

123,7

0

AR

130,4

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

259,0

12

AR

211,0

27

BR

335,9

0

CL

223,2

23

TH

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

193,1

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

307,8

0

BR

302,7

0

CL

0408 91 80

Isfra tal-bajd

468,8

0

AR

1602 32 11

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

262,5

7

BR

312,6

0

CL

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

594,9

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DIRETTIVI

23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/13


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/37/UE

tat-22 ta’ Novembru 2012

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati miż-żerriegħa ta’ Galega orientalis Lam., il-piż massimu ta’ lott taż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-għalf u d-daqs tal-kampjun ta’ Sorghum spp.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Billi:

(1)

L-ebusija taż-żrieragħ hija karatteristika tipika ta’ Galega orientalis Lam. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ispeċi fir-rigward tal-ġerminazzjoni minima għandhom jiġu ssumplimentati b’ċertu informazzjoni fir-rigward ta’ dik il-karatteristika.

(2)

Id-Direttiva 66/401/KEE tistipula l-piż massimu ta’ lott taż-żerriegħa biex tevita l-eteroġeneità f’lottijiet fir-rigward tal-ittestjar taż-żrieragħ.

(3)

Billi l-bidliet fil-produzzjoni taż-żerriegħa u l-prattiki tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari iż-żieda fid-daqs tal-produzzjoni tal-uċuħ taż-żerriegħa u l-metodi tat-trasport taż-żerriegħa, taw indikazzjoni li żieda fil-piż massimu stabbilit tal-lott għaż-żerriegħa tal-ħxejjex setgħet tkun ta’ vantaġġ, ġie organizzat esperiment temporanju b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE (3).

(4)

Dan l-esperiment wera li fil-kundizzjonijiet il-ġodda, il-pjanti ta’ produzzjoni jistgħu jipproduċu lottijiet taż-żerriegħa omoġenji biżżejjed b’daqsijiet akbar. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw iż-żieda tal-piż massimu tal-lottijiet taż-żerriegħa tal-ispeċijiet tal-ħaxix.

(5)

Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni taż-żerriegħa, l-ispezzjoni fil-post, it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar previsti fid-Direttiva 66/402/KEE huma bbażati fuq metodi u standards aċċettati internazzjonalment, bħal pereżempju dawk stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Ittestjar taz-Żerriegħa (International Seed Testing Association - ISTA).

(6)

Ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti għall-ispeċi Sorghum spp. b’mod ewlieni huma bbażati fuq l-ispeċi Sorghum bicolor (L) Moench. Bħala riżultat tas-suq li għadu kif ġie żviluppat għall-produzzjoni tal-għalf u tal-bijomassa, id-domanda għal sottospeċijiet oħrajn u ibridi ta’ Sorghum spp. b’daqs iżgħar taż-żerriegħa u b’forma irqaq u aktar ċatta żdiedet. Għalhekk, ir-rekwiżiti għal sottospeċijiet separati għandhom jiġu żviluppati aktar sabiex iqisu l-karatteristiċi taż-żerriegħa tagħhom.

(7)

L-ispeċi Sorghum spp. għandha tiġi differenzjata fi Sorghum bicolor (L.) Moench, Sorghum sudanense (Piper) Stapf u l-ibridi tagħhom, u d-daqsijiet tal-kampjuni tagħhom għandhom jiġu adattati mal-istandards stabbiliti mill-ISTA.

(8)

Id-Direttivi 66/401/KEE u 66/402/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 66/401/KEE

Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fit-Tabella A tat-Taqsima I(2) tal-Anness II, fir-rigward tal-entrata għal Galega orientalis Lam., fil-kolonna 2 in-numru “60” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“60 (a)(b)”

.

(2)

Fil-kolonna 1 tal-Anness III, l-entrata għal “‘Poaceae (Gramineae)” hija sostitwita b’dan li ġej:

Poaceae (Gramineae)  (*)

(*)  Il-piż massimu tal-lott jista’ jiżdied għal 25 tunnellata jekk il-fornitur ikun ġie awtorizzat li jagħmel dan mill-awtorità kompetenti.”"

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 66/402/KEE

L-Anness III tad-Direttiva 66/402/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati għal Sorghum bicolor, Sorghum bicolor x Sorghum sudanense u Sorghum sudanense huma sostitwiti b’dan li ġej:

1

2

3

4

Sorghum bicolor (L.) Moench

30

900

900

Sorghum sudanense (Piper) Stapf

10

250

250 ”

(2)

L-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Sorghum sudanense (Piper) Stapf:

1

2

3

4

“Ibridi ta’ Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

30

300

300 ”

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 161.


DEĊIŻJONIJIET

23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Novembru 2012

li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/715/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 111b(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE pajjiż terz jista’ jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas regolatorju tiegħu applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik tal-Unjoni sabiex ikun inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(2)

L-Isvizzera talbet, permezz ta’ ittra datata l-4 ta’ April 2012, biex tkun inkluża fil-lista skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE. Il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni kkonfermat li r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu ġew issodisfati. Meta twettaq din il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza, tqies il-ftehim dwar l-għarfien reċiproku (2) kif inhu msemmi fl-Artikolu 51(2) ta’ din id-Direttiva bejn l-Isvizzera u l-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE hija stipulata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 369.


ANNESS

Pajjiż terz

Rimarki

L-Isvizzera

 


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/17


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tal-11 ta’ Settembru 2012

li jadotta l-liġijiet interni tal-Kumitat Konġunt u li jistabbilixxi grupp ta’ ħidma

(2012/716/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-25 ta’ Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 19(4) u (5) tiegħu,

FTIEHEM KIF ĠEJ:

KAPITOLU I

LIĠIJIET INTERNI

Artikolu 1

Kompożizzjoni u presidenza

Il-kumitat konġunt huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentatnti tal-Konfederazzjoni Svizzera. Il-presidenza tkun alternata bejn il-partijiet kontraenti kull sena kalendarja.

Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat dwar min ikun ippjanat li se jieħu sehem fid-delegazzjoni ta’ kull parti kontraenti.

Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-Kumitat Konġunt jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdulu l-informazzjoni speċifika mitluba.

Artikolu 2

Segretarjat

Ix-xogħol tas-segretarjat tal-Kumitat Konġunt jagħmlu l-President. Il-korrispondenza kollha ddestinata għall-Kumitat Konġunt, inklużi talbiet biex jiddaħħlu punti fl-aġenda tal-laqgħat tiegħu, għandha tiġi indirizzata lill-President tiegħu.

Artikolu 3

Laqgħat

Ladarba tkun kisbet il-kunsens taż-żewġ Partijiet Kontraenti, il-Presidenza tal-Kumitat Konġunt għandha tistabbilixxi d-data u l-post tal-laqgħat. Il-laqgħat jalternaw bejn Brussell u l-Isvizzera.

Artikolu 4

L-aġenda tal-laqgħat

Il-President għandu jfassal l-aġenda proviżorja ta’ kull laqgħa. Din għandha tinbagħat lill-Partijiet Kontraenti mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandu jkun fiha l-punti li t-talba biex jiddaħħlu tkun waslet għand il-President almenu 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ Partijiet Kontraenti mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Dawn il-limti ta’ żmien jistgħu jitqassru f’każ ta’ urġenza, dment li ż-żewġ Partijiet Kontraenti jaqblu.

Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

Artikolu 5

Ir-reklamar

Sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt m’għandhomx ikunu pubbliċi.

Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu kunfidenzjali.

Artikolu 6

Minuti

Wara kull laqgħa, il-President iħejji l-minuti. L-abbozz tal-minuti għandu jingħadda lill-Kumitat Konġunt għall-approvazzjoni. Wara li jiġu adottati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u tintbagħat kopja lill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 7

L-adozzjoni tal-istrumenti

Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tal-ftehim għandhom ikunu intestati “rakkommandazzjoni” u “deċiżjoni”, segwiti b’numru serjali, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni ġenerali dwar is-suġġett tagħhom. Dawn għandhom jiġu ffirmati mill-President u jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 8

Proċedura bil-miktub

F’każijiet ta’ urġenza, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura bil-miktub, dment li jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan iż-żewġ Partijiet Kontraenti.

Artikolu 9

Spejjeż

Kull Parti Kontraenti għandha tħallas l-ispejjeż li jirriżultawlha minn sehemha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 10

Lista ta’ deċiżuri

Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi l-lista ta’ arbitri anzjani kif mitlub mill-Anness III ta’ mal-Ftehim, fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tiegħu li jissottometti każ ta’ nuqqas ta’ qbil għall-arbitraġġ kif previst fl-Artikolu 29(3) tal-Ftehim.

KAPITOLU II

GRUPP TA’ ĦIDMA

Artikolu 11

Grupp ta’ ħidma dwar il-proċeduri u l-miżuri doganali ta’ sigurtà

Għandu jinħoloq grupp ta’ ħidma bir-responsabbiltà li jassisti lill-Kumitat fit-twettiq tad-doveri tiegħu fl-oqsma koperti mill-Kapitoli II (proċeduri) u III (miżuri doganali ta’ sigurtà) tal-Ftehim.

Artikolu 12

Liġijiet interni tal-grupp ta’ ħidma

L-Artikoli minn 1 sa 6 u 9 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Antonis KASTRISSIANAKIS


(1)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.