ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.323.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
22 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ, bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fil-ħidma tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1088/2012 tal-20 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2013 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2012 tad-19 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

10

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1090/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1091/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mid-9 ta' Novembru sas-16 ta' Novembru 2012 skont il-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1092/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/713/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fil-Litwanja

17

 

 

2012/714/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2012 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Litwanja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali

18

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 206/11/COL tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Iskema ta’ Self Ipotekarju (l-Islanda)

20

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal- EFTA Nru 232/11/COL tat-13 ta’ Lulju 2011 dwar in-notifika tal-bejgħ tal-art f’Nesøyveien 8, gnr. 32 bnr. 17 fil-muniċipalità ta’ Asker (in-Norveġja)

32

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ, bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fil-ħidma tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

L-Arranġament (1) imsemmi hawn fuq ġie ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Settembru 2011. Billi l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tlestew fil-31 ta’ Ottubru 2012, dan l-Arranġament ser jidħol fis-seħħ safejn huwa kkonċernat ir-Renju tan-Norveġja, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Arranġament, fl-1 ta’ Diċembru 2012.


(1)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 4.


REGOLAMENTI

22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1088/2012

tal-20 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2013 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp ta’ sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew għal kull tip ta’ sajd u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(3)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u l-Kunsilli Reġjonali Konsultattivi kkonċernati.

(4)

Għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti f’dawn il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2) (“il-Pjan għall-Merluzz tal-Baħar Baltiku”).

(5)

Fid-dawl tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Baħar Baltiku tista’ tiġi introdotta mingħajr ma tfixkel l-għanijiet tal-Pjan għall-Merluzz tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tikkawża żieda fil-mortalità mis-sajd. Tali flessibbiltà tkun tista’ tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotta ta’ Stat Membru u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta’ kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru biex jalloka, lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru.

(6)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (3), u b’mod partikolari is-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u l-informazzjoni dwar dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat dejta lill-Kummissjoni.

(7)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (4), għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(8)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li jinfetħu t-tipi ta’ sajd inkwistjoni mill-1 ta’ Jannar 2013. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2013 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES)” tfisser ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (5);

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser is-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32;

(c)

“Bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d)

“qabda totali permissibli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(f)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula f’konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

riallokazzjonjiet magħmula f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikolu 37, l-Artikolu 105, l-Artikolu 106 u l-Artikolu 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għal stokkijiet soġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni, u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk jinqabad minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

Artikolu 7

Limiti tal-isforz tas-sajd

1.   Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), u l-Artikolu 8(3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Suddiviżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Trażmissjoni tad-dejta

Meta, skont l-Artikolu 33 u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(5)  ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.


ANNESS I

TACs APPLIKABBLI SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA GĦALL-BASTIMENTI TAL-UNJONI F’ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn xieraq.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament qed tingħata t-tabella li ġejja ta’ korrispondenzi ta’ ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Merluzz

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Is-Suddiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Il-Finlandja

86 905

TAC analitika

L-Isvezja

19 095

L-Unjoni

106 000

TAC

106 000


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Is-Suddiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Id-Danimarka

3 617

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

14 234

Il-Finlandja

2

Il-Polonja

3 357

L-Isvezja

4 590

L-Unjoni

25 800

TAC

25 800


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32.

Id-Danimarka

1 984

TAC analitika

Il-Ġermanja

526

L-Estonja

10 131

Il-Finlandja

19 776

Il-Latvja

2 500

Il-Litwanja

2 633

Il-Polonja

22 468

L-Isvezja

30 162

L-Unjoni

90 180

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Is-Suddiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

L-Estonja

14 120

TAC analitika

Il-Latvja

16 456

L-Unjoni

30 576

TAC

30 576


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Id-Danimarka

14 143

TAC analitika

Il-Ġermanja

5 626

L-Estonja

1 378

Il-Finlandja

1 082

Il-Latvja

5 259

Il-Litwanja

3 464

Il-Polonja

16 285

L-Isvezja

14 328

L-Unjoni

61 565

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Is-Suddiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Id-Danimarka

8 749

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

4 277

L-Estonja

194

Il-Finlandja

172

Il-Latvja

724

Il-Litwanja

469

Il-Polonja

2 341

L-Isvezja

3 117

L-Unjoni

20 043

TAC

20 043


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Id-Danimarka

2 443

TAC ta’ Prekawzjoni

Il-Ġermanja

271

Il-Polonja

511

L-Isvezja

184

L-Unjoni

3 409

TAC

3 409


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Id-Danimarka

22 538  (1)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

2 508  (1)

L-Estonja

2 291  (1)

Il-Finlandja

28 103  (1)

Il-Latvja

14 335  (1)

Il-Litwanja

1 685  (1)

Il-Polonja

6 837  (1)

L-Isvezja

30 465  (1)

L-Unjoni

108 762  (1)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjoni 32

SAL/3D32.

L-Estonja

1 581  (2)

TAC ta’ Prekawzjoni

Il-Finlandja

13 838  (2)

L-Unjoni

15 419  (2)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Id-Danimarka

24 659  (3)

TAC analitika

Il-Ġermanja

15 622  (3)

L-Estonja

28 634  (3)

Il-Finlandja

12 908  (3)

Il-Latvja

34 583  (3)

Il-Litwanja

12 510  (3)

Il-Polonja

73 392  (3)

L-Isvezja

47 670  (3)

L-Unjoni

249 978

TAC

Mhux rilevanti


(1)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

(2)  Expressed by number of individual fish.

(3)  Tal-inqas 92 % tal-ħatt l-art li jingħadd mal-kwota jrid ikun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ aringi għandhom jingħaddu mat-8 % li jibqa’ tal-kwota (HER/*3BCDC).


ANNESS II

LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1.

L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, b’konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix, li jkunu sa:

(a)

163 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, kif ukoll

(b)

160 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

L-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikat fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokat għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.

3.

B’deroga mill-punti 1 u 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd teħtieġ hekk, Stat Membru jista’ jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal għadd ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f’termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċevituri. L-għadd ta’ bastimenti riċevituri ma jistax jeċċedi l-15 % tal-għadd totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1089/2012

tad-19 ta’ Novembru 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettroniku (l-hekk imsejjaħ “multi-switch”) f’qafas b’dimensjoni ta’ madwar 26 × 12 × 7 cm, mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:

4 inputs ta’ frekwenza intermedja b’regolatur tal-livell għal konverturi block ta’ ħoss baxx (LNB),

input wieħed b’aġġustatur tal-livell għal erjal tat-TV terrestri,

4 outputs għall-konnessjoni ta’ riċevituri tas-satellita.

Fih amplifikatur intern li jikkumpensa għat-telf tal-kejbil.

L-apparat huwa ddiżinjat għall-użu f’sistemi b’diversi utenti għar-riċezzjoni tat-televiżjoni permezz tas-satellita, bħal sistemi “quad LNB”. Huwa jippermetti bosta riċevituri tas-satellita biex jirċievu sinjali tat-televiżjoni differenti permezz ta’ dixx wieħed tas-satellita, iżda la jikkonverti u lanqas jibdel is-sinjali.

L-apparat jippermetti wkoll distribuzzjoni ta’ sinjal tat-televiżjoni terrestri wieħed.

8543 70 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8543 , 8543 70  u 8543 70 90 .

Billi l-apparat jippermetti biss id-distribuzzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni u, billi l-erjal tas-satellita tista’ tiffunzjona mingħajr l-apparat, l-apparat mhux ikkunsidrat bħala essenzjali għall-funzjonament tal-erjal. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni bħala parti minn antenna tal-intestatura 8529 hija eskluża.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħal apparat mekkaniku ieħor b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor fil-Kapitolu 85.


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1090/2012

tal-21 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

35,4

MA

46,4

MK

32,3

TN

73,5

TR

69,6

ZZ

51,4

0707 00 05

AL

56,9

EG

209,3

MK

42,0

TR

119,2

ZZ

106,9

0709 93 10

MA

129,8

TR

103,8

ZZ

116,8

0805 20 10

MA

91,9

ZZ

91,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

65,5

HR

57,9

TR

83,0

ZA

193,6

ZZ

100,0

0805 50 10

TR

86,1

ZA

49,1

ZZ

67,6

0808 10 80

CA

156,2

CN

79,8

MK

37,9

US

174,2

ZA

128,2

ZZ

115,3

0808 30 90

CN

76,4

TR

106,9

US

136,8

ZZ

106,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1091/2012

tal-21 ta’ Novembru 2012

li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mid-9 ta' Novembru sas-16 ta' Novembru 2012 skont il-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament "Waħdieni dwar l-OKS") (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 3 112 030 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam f'erba' subkwoti.

(2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jaqsam is-subkwota III (numru tas-serje 09.4125) f'erba' subperjodi trimestrali u ffissa l-kwantità ta' 594 596 tunnellata għas-subperjodu nru 4, għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012.

(3)

Mill-komunikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jidher li t-talbiet, magħmula skont l-Artikolu 4(1)(2) tal-imsemmi Regolament, mis-13:00, ħin ta' Brussell, tad-9 ta' Novembru 2012 sas-13:00, ħin ta' Brussell, tas-16 ta' Novembru 2012, jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

(5)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull talba għal liċenzja għall-importazzjoni tas-subkwota III msemmija skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mid-9 ta' Novembru 2012 mis-13:00 sas-16 ta' Novembru 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 50 %.

2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mis-16 ta' Novembru 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tas-subkwota III msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għall-perjodu attwali tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1092/2012

tal-21 ta’ Novembru 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2012/2013 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2012 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 263, 28.9.2012, p. 37.

(4)  ĠU L 322, 21.11.2012, p. 6.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Novembru 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

36,41

0,23

1701 12 90  (1)

36,41

3,68

1701 13 10  (1)

36,41

0,36

1701 13 90  (1)

36,41

3,98

1701 14 10  (1)

36,41

0,36

1701 14 90  (1)

36,41

3,98

1701 91 00  (2)

40,96

5,18

1701 99 10  (2)

40,96

2,05

1701 99 90  (2)

40,96

2,05

1702 90 95  (3)

0,41

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2012

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fil-Litwanja

(2012/713/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-intensifikar tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konsegwentement, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

F’konformità mal-Kapitolu 4, il-punt 1.1. tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jiġi mwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(5)

Il-Litwanja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar id-Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD).

(6)

Twettaq eżerċizzju pilota b’suċċess mil-Litwanja mal-Pajjiżi l-Baxxi.

(7)

Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Litwanja u sar rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Belġjana/Olandiża li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-VRD,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), il-Litwanja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Novembru 2012

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Litwanja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali

(2012/714/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 328(1) u 331(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (2),

Wara li kkunsidrat in-notifika mil-Litwanja tal-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza kooperazzjoni msaħħa bejn il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali.

(2)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

(3)

Il-Litwanja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa f’koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali b’ittra datata l-25 ta’ Mejju 2012, li l-Kummissjoni irreġistrat li rċeviet fid-19 ta’ Ġunju 2012.

(4)

Il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni 2010/405/UE ma tippreskrivi ebda kundizzjonijiet partikolari tal-parteċipazzjoni f’koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali u li l-parteċipazzjoni tal-Litwanja għandha ssaħħaħ il-benefiċċji ta’ din il-kooperazzjoni msaħħa.

(5)

Il-parteċipazzjoni tal-Litwanja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali għandha għalhekk tiġi kkonfermata.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri tranżitorji għal-Litwanja meħtieġa fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu jidħol fis-seħħ fil-Litwanja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parteċipazzjoni tal-Litwanja f’koperazzjoni msaħħa

1.   Il-parteċipazzjoni tal-Litwanja f”kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni 2010/405/UE hija kkonfermata.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għal-Litwanja skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Informazzjoni li għandha tingħata mil-Litwanja

Mit-22 ta' Awwissu 2013 il-Litwanja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħha, jekk ikun hemm, dwar:

(a)

ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010; u

(b)

il-possibbiltà li tinħatar il-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal-Litwanja

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għal-Litwanja biss fir-rigward tal-proċeduri legali mibdija kif ukoll għall-ftehimiet tat-tip imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 konklużi mit-22 ta' Mejju 2014.

Madankollu, għandu jingħata effett ukoll għal-Litwanja għal ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża qabel it-22 ta' Mejju 2014, sakemm tkun konformi mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu jkun għal-Litwanja bla ħsara għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli konkluża skont il-liġi tal-Istat Membru li quddiem il-qorti tiegħu jinġieb il-każ qabel it-22 ta' Mejju 2014.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 fil-Litwanja

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu jidħol fis-seħħ fil-Litwanja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għal-Litwanja mit-22 ta' Mejju 2014.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 10.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/20


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 206/11/COL

tad-29 ta’ Ġunju 2011

dwar l-Iskema ta’ Self Ipotekarju (l-Islanda)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 61 u l-Protokoll 26 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1 tal-Parti I u l-Artikolu 7(5) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“Protokoll 3”),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 (1),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 6(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 (2) u billi kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

BILLI:

I.   IL-FATTI

1.   IL-PROĊEDURA

Minn Ottubru sa Diċembru 2008, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (l-“Awtorità”) u l-awtoritajiet tal-Islanda ltaqgħu għal diskussjonijiet ta’ qabel in-notifika fir-rigward tat-tnedija ta’ skema għax-xiri ta’ self ipotekarju (l-“Iskema ta’ Self Ipotekarju”). F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew tliet ittri lill-Awtorità, datati l-14 ta’ Ottubru 2008 (Avveniment Nru 494902), it-3 ta’ Novembru 2008 (Avveniment Nru 496979) u t-3 ta’ Diċembru 2008 (Avveniment Nru 500670).

Fis-27 ta’ Mejju 2009, l-awtoritajiet tal-Islanda nnotifikaw lill-Awtorità bl-Iskema ta’ Self Ipotekarju (Avveniment Nru 519720).

Permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Ġunju 2009 (Avveniment Nru 520515) u e-Mail datata d-29 ta’ Ġunju 2009 (Avveniment Nru 523605), l-Awtorità talbet lill-awtoritajiet tal-Islanda sabiex jipprovdu informazzjoni addizzjonali. L-awtoritajiet tal-Islanda wieġbu permezz ta’ ittra fis-27 ta’ Lulju 2009 (Avveniment Nru 525671) u fit-28 ta’ Awwissu 2009 (Avveniment Nru 528493).

Il-każ ġie diskuss ukoll matul sejħa għal konferenza bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet tal-Islanda fl-1 ta’ Lulju 2009, u mill-ġdid fl-4 ta’ Novembru 2009 fil-kuntest tal-Laqgħa dwar il-Pakkett ta’ Għajnuna mill-Istat fl-Islanda.

Permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Novembru 2009 (Avveniment Nru 536644), l-Awtorità talbet informazzjoni sabiex issegwi x’ġara fid-diskussjonijiet. L-awtoritajiet tal-Islanda wieġbu fil-25 ta’ Novembru 2009 (Avveniment Nru 538088).

Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Marzu 2010 (Avveniment Nru 548915), l-Awtorità informat lill-awtoritajiet tal-Islanda li hi ħadet id-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fir-rigward tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju.

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 76/10/COL sabiex tiftaħ dik il-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE tal-14 ta’ Ottubru 2010 (3). L-Awtorità sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom, iżda ma rċiviet l-ebda kumment ta’ dan it-tip.

Permezz ta’ ittra rċevuta fit-3 ta’ Mejju 2010, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew kummenti fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 76/10/COL sabiex tinfetaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni (Avvenimenti Nri. 555824 u 555999).

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew aktar informazzjoni, inkluża opinjoni esperta, fil-25 ta’ Mejju 2010 (Avvenimenti Nri. 558177 u 558531).

Fl-1 ta’ Ġunju 2010, il-każ ġie diskuss bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet tal-Islanda fil-kuntest tal-Laqgħa dwar il-Pakkett ta’ Għajnuna mill-Istat fl-Islanda.

2.   ID-DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   L-isfond

Minħabba t-taqlib fis-swieq finanzjarji globali matul l-2008 u l-2009, għadd ta’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-Islanda sabu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma’ problema ta’ nuqqas ta’ likwidità u disponibilità limitata ta’ kreditu. Bħala reazzjoni għall-kriżi, l-awtoritajiet tal-Islanda adottaw serje ta’ miżuri bil-għan li jiġi garantit il-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Islanda.

Waħda mill-miżuri kienet li tiġi mnedija l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, li tawtorizza lill-aġenzija tal-Islanda tad-djar, il-Fond ta’ Finanzjament għad-Djar (Íbúðalánasjóður), sabiex jakkwista self ipotekarju minn ċerti istituzzjonijiet finanzjarji fl-Islanda bi tpartit ma’ bonds tal-Fond ta’ Finanzjament għad-Djar (HFF - Housing Financing Fund), f’forma ta’ tpartit permanenti tal-assi. Imbagħad, istituzzjoni finanzjarja tkun tista’ tuża l-bonds tal-HFF bħala kollateral sabiex tieħu self fi flus mill-Bank Ċentrali tal-Islanda (4).

L-għan ġenerali tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju hu li tipprovdi fondi likwidi lil istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli u li tiżgura d-disponibilità tas-self fis-suq tad-djar residenzjali (u għalhekk tissalvagwardja l-interessi tas-sidien ta’ propjetà) (5).

L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija segwitu għal skema oħra li ġiet qabilha, approvata mill-Awtorità fis-27 ta’ Marzu 2009 (id-Deċiżjoni Nru 168/09/COL), li awtorizzat lill-HFF sabiex jintervjeni f’isem l-Istat tal-Islanda fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja billi jiffinanzja self ipotekarju b’mod temporanju (l-“Iskema ta’ Self Ipotekarju Temporanju”). (6) Taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju Temporanju, seta’ jsir tpartit tal-ipoteki fuq bażi temporanja. L-Iskema ta’ Self Ipotekarju tippermetti tpartit permanenti ta’ assi. L-ipoteki soġġetti għall-Iskema ta’ Self Ipotekarju Temporanju għandhom jintraddu lura lill-benefiċjarju qabel kull ftehim ta’ tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju.

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija mmirata l-aktar għal banek ta’ tfaddil żgħar li huma dipendenti fuq aċċess għal-likwidità minn istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi oħra li wkoll ikunu qed jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità. (7) Il-banek ta’ tfaddil l-aktar li jipprovdu huma servizzi bankarji tradizzjonali lil komunitajiet lokali (individwi, klijenti korporattivi u awtoritajiet lokali), li huma stess jifformaw parti integrali minnhom. F’ħafna żoni reġjonali, il-banek ta’ tfaddil huma l-uniċi istituzzjonijiet finanzjarji operattivi (8).

2.2.   Il-bażi legali

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija bbażata fuq il-Kapitolu V tal-Att Nru 125/2008 tas-6 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet mit-Teżor dovuti għal Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu tas-Suq Finanzjarju, eċċ. (l-“Att ta’ Emerġenza”) (9), li emenda, fost affarijiet oħrajn, l-Att Nru 44/1998 dwar l-Affarijiet tad-Djar (l-“Att dwar id-Djar”). Hemm aktar dettalji stabbiliti fir-Regolament Nru 1081/2008 tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar l-awtorità tal-Fond ta’ Finanzjament għad-Djar sabiex jixtri bonds garantiti minn ipoteki fid-djar residenzjali u maħruġa minn impriżi finanzjarji (ir-“Regolament”). Ir-Regolament ġie adottat u daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2008.

Barra minn hekk, il-Bord tal-HFF ħareġ Regoli rigward ix-xiri ta’ self ipotekarju minn impriżi finanzjarji (ir-“Regoli Supplementari”) (10). Wara l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Sigurtà Soċjali, ir-Regoli Supplementari ġew ippubblikati fil-15 ta’ Jannar 2009 u daħlu fis-seħħ fl-istess jum. Anki l-Iskema ta’ Self Ipotekarju daħlet fis-seħħ u bdiet titħaddem minn dak in-nhar.

2.3.   L-applikazzjonijiet taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju

Taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, l-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli jistgħu japplikaw sabiex jagħmlu tpartit ta’ assi (self ipotekarju) mal-HFF. Tpartit jirriżulta fl-akkwist permanenti mill-HFF tas-self ipotekarju (jew il-“ġabra ta’ self ipotekarju”) tal-istituzzjoni finanzjarja applikanti bi tpartit mal-bonds eżistenti tal-HFF, li jiġu ttrasferiti lill-istituzzjoni finanzjarja applikanti.

Il-banek, il-banek ta’ tfaddil u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li ngħataw liċenzja sabiex joperaw fl-Islanda skont l-Att Nru 161/2002 dwar l-Impriżi Finanzjarji jistgħu japplikaw għal tpartit ta’ assi taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. Dan jinkludi sussidjarji u fergħat ta’ banek barranin stabbiliti fl-Islanda.

Sabiex tapplika, istituzzjoni finanzjarja trid tibgħat applikazzjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni dwar id-daqs stmat tal-ġabra ta’ self ipotekarju li hi tixtieq tagħmel tpartit tiegħu mal-HFF. Fuq din il-bażi, l-HFF jinnegozja t-termini tat-tranżazzjoni mal-istituzzjoni finanzjarja applikanti. Element importanti f’dan il-proċess huwa d-determinazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju (ara t-taqsima 2.4 aktar ’l isfel). Jekk l-applikazzjoni tintlaqa’, l-HFF jakkwista l-ġabra ta’ self ipotekarju mill-istituzzjoni finanzjarja applikanti mingħajr il-ħtieġa li jinkiseb permess għat-trasferiment mingħand id-debitur (il-mutwatarju).

Wara t-tpartit tal-assi, l-HFF jieħu r-rwol ta’ mutwanti fir-rigward tal-mutwatarju taħt is-self ipotekarju, soġġett għat-trasferiment formali tal-atti tal-ipoteka.

L-awtoritajiet tal-Islanda informaw lill-Awtorità li bejn it-22 ta’ Ottubru 2008 u t-18 ta’ Diċembru 2008 seba’ istituzzjonijiet finanzjarji ssottomettew applikazzjonijiet għal tpartit ta’ assi taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju: Keflavik Savings Bank, BYR Savings Bank, Bolungarvik Savings Bank, Ólafsfjarðar Saving Bank, Mýrasýsla Saving Bank, Höfðhverfinga Saving Bank u SPRON.

Keflavik Savings Bank, BYR Savings Bank u Bolungarvik Savings Bank daħlu fi ftehimiet ta’ tpartit mal-HFF fit-23 ta’ Marzu 2009, l-20 ta’ Mejju 2009, u t-3 ta’ Lulju 2009 u l-5 ta’ Awwissu 2009 (11) rispettivament.

L-ewwel ftehim milħuq taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju kien ftehim ta’ trasferiment ta’ self ipotekarju ffirmat fit-23 ta’ Marzu 2009 bejn l-HFF u l-Keflavik Savings Bank għal valur totali ta’ ISK 9 959 972 471,00 (12). Il-ftehimiet mal-BYR Savings Bank u l-Bolungarvik Savings Bank ammontaw għall-valur ta’ ISK 2 707 559 690,00, u ISK 477 141 823,00 u ISK 425 924 422,00, rispettivament.

L-applikazzjonijiet mill-erba’ banek l-oħra msemmija hawn fuq ġew miċħuda.

2.4.   L-istima tas-self ipotekarju u l-bonds tal-HFF taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju

Taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, l-HFF huwa meħtieġ jgħaddi minn diversi stadji sabiex jivvaluta l-valur tal-ġabra ta’ self ipotekarju ta’ istituzzjoni finanzjarja applikanti u tal-bonds tal-HFF li jrid isir it-tpartit magħhom.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (13) u l-Artikolu 6 (14) tar-Regoli Supplementari jispeċifikaw li l-HFF “għandu jwettaq il-valutazzjoni tal-valur tal-bonds offruti lill-Fond” u li “bħala regola, il-valur skont il-kotba tas-self għandu jkun il-bażi għal prezzhom.” Fi kliem ieħor, l-HFF stess iwettaq valutazzjoni “b’mod intern” tal-valur tas-self ipotekarju. Dan jibbaża dik il-valutazzjoni fuq il-valur skont il-ktieb tas-self.

2.4.1.   L-għażla tas-self ipotekarju mill-HFF  (15)

L-ewwel nett, qabel ma jagħti stima tal-valur ta’ ġabra ta’ self ipotekarju, l-HFF għandu jikkunsidra jekk għandux l-interess li jakkwista s-self. Għal dan il-għan, l-HFF jivvaluta s-self fuq il-bażi tal-qagħda ta’ ħlas tad-debitur, il-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV - Loan-To-Value) tas-self ipotekarju, l-istatus ta’ inadempjenza tiegħu, u t-termini tal-kuntratt tas-self ipotekarju. Fuq din il-bażi, l-HFF jaqsam is-self ipotekarju fi tliet kategoriji:

(a)

self ipotekarju mhux inadempjenti li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ self ġenerali tal-HFF;

(b)

self ipotekarju ieħor mhux inadempjenti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ self ġenerali kollha tal-HFF;

(c)

self ipotekarju inadempjenti.

Dak is-self ipotekarju li jaqa’ fl-ewwel żewġ kolonni huwa eliġibbli għal tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. Madankollu, is-self ipotekarju fil-kategorija c) huwa eliġibbli biss jekk is-self ipotekarju jitneħħa mill-ġabra ta’ dejn u jekk it-tariffi u l-ispejjeż kollha jitħallsu qabel it-tpartit.

2.4.2.   L-iffissar tal-valur tas-self ipotekarju mill-HFF

L-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari jispeċifikaw li l-HFF huwa meħtieġ jibbaża l-prezz tax-xiri tas-self ipotekarju fuq il-valur tas-suq tagħhom. Madankollu, l-Artikolu 6 jispeċifika wkoll li l-HFF irid jibbaża l-valur tas-suq fuq il-valur skont il-ktieb tas-self ipotekarju (li jippermetti għar-riskju ta’ ħlas minn qabel, ta’ spejjeż tal-operazzjoni u fatturi oħrajn). Dan li ntqal l-aħħar ġie kkonfermat lill-Awtorità mill-awtoritajiet tal-Islanda. (16) L-awtoritajiet tal-Islanda kkonfermaw ukoll li l-valur skont il-ktieb ta’ kull self individwali huwa l-ammont prinċipali misluf lill-mutwatarju, mingħajr tniżżil fil-valur. (17) Istituzzjoni finanzjarja li tapplika sabiex tieħu sehem fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija meħtieġa tipprovdi lill-HFF bil-valur skont il-ktieb ta’ kull self individwali. (18)

2.4.3.   Id-determinazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u r-“riżerva ta’ kreditu” mill-HFF

It-tielet pass huwa li jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ kreditu assoċjat mas-self ipotekarju inkwistjoni. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 5 tar-Regoli Supplementari, f’dak ir-rigward, l-HFF iħaddem mudell ta’ riskju ta’ kreditu li huwa pprovdut mid-ditta KPMG tal-Islanda li permezz tiegħu titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-ġabriet ta’ self ipotekarju fuq il-bażi ta’ standard internazzjonali, imsejjaħ Basel II dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-kapital tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-valutazzjoni tinvolvi l-kalkolu tat-telf mistenni billi jiġu mmultiplikati dawn it-tliet fatturi li ġejjin: il-probabilità ta’ inadempjenza, it-telf fil-każ ta’ inadempjenza u l-iskopertura għall-inadempjenza. Kull waħda minn dawn il-varjabbli hija valutata għal kull self ipotekarju u għal kull sena tal-perjodu tas-self.

Il-mudell huwa bbażat fuq għadd ta’ parametri mfassla sabiex jivvalutaw it-telf ta’ kreditu probabbli għal self individwali, kif ukoll fuq għadd ta’ parametri ta’ fatturi makroekonomiċi li x’aktarx jinfluwenzaw is-self ipotekarju. Il-parametri użati fil-valutazzjoni tas-self individwali huma: (i) is-self għall-valur; u (ii) l-istorja tal-ħlas. L-analiżi makroekonomika hija tbassir ta’ terminu medju (sal-2014) tal-prezzijiet tas-suq immobbiljari, l-inflazzjoni, l-iżviluppi fil-pagi, u fatturi oħra li x’aktarx iħallu impatt fuq il-ġabra ta’ self ipotekarju b’mod ġenerali. Wara l-2014, ċifra fissa ta’ telf ta’ kreditu hija supponuta fuq il-bażi tal-esperjenza fl-imgħoddi.

Wara d-determinazzjoni tar-riskju ta’ kreditu mill-HFF, il-valur skont il-ktieb ma jiġix imnaqqas minnufih bil-valur tar-riskju ta’ kreditu. Il-valur tar-riskju ta’ kreditu jintuża biss sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-bonds li l-istituzzjoni finanzjarja applikanti se tirċievi fil-mument tat-tpartit.

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari, l-HFF juża r-riskju ta’ kreditu mistenni sabiex jistabbilixxi “riżerva ta’ kreditu”. Dan ifisser li l-ewwel nett, l-istituzzjoni finanzjarja se tirċievi biss bonds tal-HFF li jikkorrispondu għal massimu ta’ 80 % tal-valur skont il-ktieb aggregat tal-ġabra ta’ self ipotekarju. Ir-riżerva ta’ kreditu tista’ tkun aktar minn dak l-20 % skont it-telf stmat (EL) fir-rigward tal-ġabra ta’ self ipotekarju, u tiżdied bl-ammont ta’ dak it-telf stmat (l-Artikolu 5 tar-Regoli Supplementari). Ir-riżerva ta’ kreditu dejjem se tkun ogħla mit-telf stmat. Fil-prattika, l-HFF jikkalkola r-riżerva ta’ kreditu billi jżid 10 % addizzjonali għat-telf mistenni.

Madwar 8 sa 10 snin wara l-ftehim inizjali, tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-ġabra ta’ self matul dak il-perjodu. Barra minn hekk, f’dak iż-żmien jiġi valutat ir-riskju ta’ kreditu li jħares ’il quddiem tal-ġabra. Skont dawn iż-żewġ elementi, l-istituzzjoni finanzjarja se tirċievi bonds tal-HFF addizzjonali li jammontaw sal-valur tar-riżerva ta’ kreditu. Fi kliem ieħor, jekk wara 8 sa 10 snin parti biss mir-riskju ta’ kreditu tkun immaterjalizzat, jiġifieri, jekk it-telf reali jkun inqas minn dak stmat fi żmien il-ftehim, l-HFF jittrasferixxi bonds li jammontaw sal-valur tar-riżerva ta’ kreditu mnaqqas bit-telf reali, soġġett għall-istima tar-riskju ta’ kreditu li jħares ’il quddiem. Madankollu, jekk ir-riskju ta’ kreditu jimmaterjalizza bis-sħiħ, jiġifieri, jekk it-telf mistenni jimmaterjalizza kollu kemm hu, l-HFF ma jittrasferixxi l-ebda bonds addizzjonali lill-istituzzjoni finanzjarja. Finalment, fil-każ li t-telf reali jkun akbar mir-riżerva ta’ kreditu, l-HFF iġarrab dan it-telf.

2.4.4.   L-iffissar tal-ammont korrispondenti ta’ bonds tal-HFF mill-HFF

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament u l-Artikolu 7 tar-Regoli Supplementari (19), l-HFF jiddetermina l-valur tal-bonds tal-HFF li jridu jiġu ttrasferiti lill-impriża finanzjarja taħt it-tpartit tal-ġabra ta’ self ipotekarju (billi tiġi mnaqqsa minnu r-riżerva ta’ kreditu).

L-HFF jiddetermina l-valur tal-bonds tal-HFF fuq il-bażi tal-“prezz sħiħ fi tmiem il-jum” fil-jum tat-tranżazzjoni, kif ikkwotat mill-Borża OMX tal-Islanda. Dak il-prezz huwa aġġustat mir-rata tal-imgħax medja ppeżata tas-self ipotekarju (li tnaqqset mir-riskju ta’ ħlas minn qabel, l-ispejjeż operazzjonali u t-telf ta’ kreditu). Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Islanda, mhuwiex ċar jekk dan jimplikax tnaqqis jew żieda fil-valur tal-bonds.

2.4.5.   Is-saldu tat-tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju

Meta l-valur tal-ġabra ta’ self ipotekarju jkun ġie determinat, dan jiġi ttrasferit lill-HFF bi tpartit ma’ bonds tal-HFF, li huma ttrasferiti lill-istituzzjoni finanzjarja (20).

Is-saldu finali jseħħ bejn wieħed u ieħor minn 8 sa 10 snin wara li jintlaħaq il-ftehim (21). F’dak iż-żmien, soġġett għall-valutazzjoni spjegata fit-taqsima 2.4.3 aktar ’il fuq, l-HFF jittrasferixxi bonds addizzjonali lill-istituzzjoni finanzjarja li jammontaw sal-valur tar-riżerva ta’ kreditu (imnaqqas b’kull telf reali u mnaqqas bi kwalunkwe telf stmat matul il-bqija tal-perjodu tas-self ipotekarju) (22).

2.5.   It-tul ta’ żmien u l-baġit

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju mhijiex limitata biż-żmien. Dan ifisser li ma hemm l-ebda data finali għall-applikazzjoni tal-Iskema jew perjodu fiss li matulu jistgħu jsiru l-applikazzjonijiet taħt l-Iskema. Għaldaqstant, bħalissa, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju għadha fis-seħħ u l-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli.

Fir-rigward tal-baġit, l-awtoritajiet tal-Islanda ma pprovdewx lill-Awtorità bin-nefqa annwali jew totali stmata taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju.

2.6.   Informazzjoni ulterjuri dwar is-suq rilevanti

Fit-22 ta’ April 2010, l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja (FME - Financial Supervisory Authority) ħarġet deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Keflavik Savings Bank lis-Spkef Savings Bank (23). Fil-5 ta’ Marzu 2011, l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja ħarġet deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-Spkef Savings Bank lil NBI hf. (Landsbanki l-Ġdid) (24).

Wara l-falliment tal-Byr Savings Bank (Byr il-Qadim) f’April 2010, l-Istat tal-Islanda waqqaf il-Byr hf (Byr il-Ġdid), kumpanija b’responsabilità limitata li hija kompletament tal-Istat. Il-Byr il-Qadim għaddej minn proċedura ta’ stralċ. Il-Byr il-Ġdid se jakkwista l-assi kollha u ċerti obbligazzjonijiet u operazzjonijiet tal-Byr il-Qadim (25).

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

F’Marzu 2010, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali f’dan il-każ għax kellha dubju dwar jekk it-tranżazzjonijiet mtwettqa taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju sarux skont it-termini tas-suq, u għaldaqstant, dwar jekk l-Iskema tinvolvix elementi ta’ għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (26).

L-Awtorità xeħtet dubji wkoll dwar jekk l-għajnuna potenzjali tistax titqies bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim ŻEE u kkunsidrat li l-qafas xieraq sabiex tiġi valutata l-kompatibilità tal-miżura kienu l-Linji Gwida tal-Assi Indeboliti (IAG — Impaired Assets Guidelines) (27). Fuq il-bażi tal-IAG, l-Awtorità kellha anki dubju dwar jekk (i) is-suq tal-valur tal-assi ġiex ikkalkolat b’mod korrett (u jekk ġiex rifless fil-prezz tat-trasferiment); u (ii) il-ftehimiet ta’ tpartit inkludewx rimunerazzjoni suffiċjenti għall-Istat, billi jiġi garantit qsim tal-piżijiet xieraq bejn il-partijiet.

Finalment, l-Awtorità oġġezzjonat għall-fatt li l-awtoritajiet tal-Islanda ma llimitawx il-perjodu ta’ żmien (“il-perjodu ta’ applikazzjoni”) li matulu l-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli setgħu japplikaw taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, u lanqas ma speċifikaw l-ammont tal-baġit totali jew annwali tal-Iskema. Fi kliem ieħor, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ma kellhiex limiti f’termini ta’ baġit u dewmien tiegħu.

4.   IL-KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

L-Awtorità ma rċiviet l-ebda kumment minn partijiet terzi wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 76/10/COL li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

5.   IL-KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET TAL-ISLANDA

L-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li t-trasferiment tas-self ipotekarju taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju iseħħ skont it-termini tas-suq, u b’hekk huwa żgurat li l-ebda għajnuna mill-istat ma hija involuta fit-trasferiment tal-bonds tal-HFF lill-istituzzjonijiet finanzjarji applikanti.

L-awtoritajiet tal-Islanda xeħtu wkoll dubju dwar jekk huwiex korrett li tiġi valutata l-Iskema ta’ Self Ipotekarju taħt l-IAG, fuq il-bażi li s-self ipotekarju li għandu jiġi mpartat taħt l-Iskema mhuwiex indebolit. L-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li r-raġuni għalfejn ġiet offruta l-possibilità għall-banek ta’ tfaddil li jagħmlu tpartit tas-self ipotekarju tagħhom ma’ bonds tal-HFF mhijiex għax l-assi huma indeboliti, iżda għax mhumiex likwidi biżżejjed (28).

Fil-każ li minkejja dan l-Awtorità tikkonkludi li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tinvolvi għajnuna mill-istat u trid tiġi valutata taħt l-IAG, l-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-għajnuna hija kompatibbli mal-kriterji dwar il-ħatra ta’ espert indipendenti. Huma spjegaw li l-mudell tar-riskju ta’ kreditu użat fl-istima tas-self ipotekarju mwettqa mill-HFF huwa bbażat fuq mudell ta’ riskju ta’ kreditu mfassal mill-KPMG tal-Islanda, stimatur espert indipendenti. L-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw ukoll li l-inklużjoni ta’ “riżerva ta’ kreditu” tiżgura li l-valur skont il-ktieb tas-self ipotekarju huwa aġġustat għall-valur tas-suq tagħhom (29).

Wara d-Deċiżjoni tal-Awtorità li tinfetaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew ukoll stima mħejjija minn espert finanzjarju indipendenti (ALM Finance LTD (ALM) (30) tal-ġabra ta’ self ipotekarju u l-bonds tal-HFF diġà soġġetti għall-Iskema. L-istima tal-ALM tiddependi fuq mudell ta’ fluss ta’ flus peżat skont il-probabilità u fuq ir-rata mingħajr riskju ta’ redditu sabiex jiġi kkalkolat il-valur attwali (il-valur ekonomiku reali) tal-gruppi ta’ self ipotekarju soġġetti għall-Iskema. Il-kalkolu tal-valur ekonomika reali tal-gruppi ta’ self twettaq għal żewġ xenarji ekonomiċi: xenarju mistenni u xenarju ta’ kriżi. L-istima tal-ALM tikkonferma bejn wieħed u ieħor l-istima mwettqa mill-HFF.

L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw ukoll li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tinkludi r-remunerazzjoni għall-awtorità awtorizzanti, l-HFF, fuq il-bażi li l-HFF jaġġusta l-valur tal-bonds tal-HFF sabiex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ operazzjoni, ir-riskju ta’ ħlas minn qabel u t-telf ta’ kreditu (31).

L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw ukoll li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju għandha titqies bħala parti minn pjan usa’ għar-ristrutturar tal-banek ta’ tfaddil fl-Islanda, u li għaldaqstant, għandha tiġi vvalutata taħt il-linji gwida ta’ ristrutturar tal-Awtorità. (32) Kemm il-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll il-Bank Ċentrali tal-Islanda introduċew miżuri bil-għan li jirrikapitalizzaw il-banek ta’ tfaddil fl-Islanda. Bħala parti minn dak il-pjan ta’ ristrutturar usa’, l-FME kienet qed tissorvelja r-ristrutturar tal-bank ta’ tfaddil u stabbilixxiet ċerti rekwiżiti f’dak ir-rigward.

Finalment, fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura, l-awtoritajiet tal-Islanda saħqu li għandhom ir-rieda li jieħdu l-passi neċessarji sabiex jissodisfaw it-tħassib tal-Awtorità rigward il-limitazzjoni tad-dewmien u l-kamp ta’ applikazzjoni baġitarju tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju.

II.   IL-VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 61(1) TAL-FTEHIM ŻEE

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jispeċifika kif ġej:

“Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz tar-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma tkun liema tkun li tgħawweġ jew thedded il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom, sa fejn din taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.”

Sabiex miżura tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, iridu jintlaħqu l-erba’ kriterji kumulattivi li ġejjin: il-miżura trid (i) toffri vantaġġ ekonomiku lir-riċevituri li fl-andament normali tal-kummerċ ma kinux jirċivuh; (ii) tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (iii) tkun selettiva billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti; u (iv) tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

1.1.   Il-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat

Il-miżura trid tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

B’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita, l-għajnuna tista’ tingħata direttament mill-Istat jew minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura mill-Istat sabiex jamministraw l-għajnuna (33).

Bi tpartit għas-self ipotekarju, l-istituzzjonijiet finanzjarji applikanti jirċievu bonds tal-HFF. L-HFF ġie mwaqqaf mill-Att dwar id-Djar bħala aġenzija statali tad-djar, kompletament tal-Istat tal-Islanda u taħt is-sorveljanza amministrattiva tal-Ministeru tal-Benefiċċji Soċjali. Il-Ministeru tal-Benefiċċji Soċjali jaħtar Bord tad-Diretturi b’ħames membri tal-HFF. Il-kompiti tal-HFF (li jagħti self lil individwi, muniċipalitajiet u kumpaniji għall-finanzjament tax-xiri jew tal-bini ta’ djar residenzjali) huma stabbiliti u rregolati fir-regoli statutorji: l-Att dwar id-Djar u l-leġiżlazzjoni sekondarja (pereżempju, ir-Regolament Nru 57/2009 dwar il-kategoriji ta’ self tal-HFF).

Għaldaqstant, il-miżuri kkonċernati f’dan il-każ twettqu permezz ta’ aġenzija pubblika, l-HFF, li huwa soġġett għall-kontroll totali tal-Istat. Għaldaqstant, l-azzjonijiet tal-HFF huma imputabbli għall-Istat. Għaldaqstant, it-trasferiment tal-bonds tal-HFF lill-istituzzjonijiet finanzjarji jinvolvi riżorsi tal-Istat.

1.2.   Impriżi jew produzzjoni ta’ prodotti favoriti

1.2.1.   Il-vantaġġ ekonomiku

Il-miżura trid tagħti vantaġġi lill-benefiċjarji billi tiffrankalhom spejjeż li normalment jitħallsu mill-baġits tagħhom.

Kif spjegat mill-awtoritajiet tal-Islanda, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ġiet stabbilita sabiex tippermetti lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji jiksbu l-finanzjament minn sorsi għajr minn self interbankarju minħabba l-fatt li s-self interbankarju kien qed jispiċċa minħabba d-diffikultajiet globali fis-settur finanzjarju.

L-Awtorità tqis li huwa improbabbli li fil-kriżi finanzjarja l-finanzjament kien jingħata minn investitur tal-ekonomija tas-suq fuq skala komparabbli u f’kundizzjonijiet simili lill-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli li jieħdu sehem fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju. Għaldaqstant, it-tranżazzjoni tagħti vantaġġ ekonomiku lill-banek li jieħdu sehem li ma kienx ikun disponibbli għalihom fil-kundizzjonijiet normali tas-suq f’dak iż-żmien.

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju ttejjeb il-pożizzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji billi żżid il-likwidità tal-assi tagħhom u tneħħi sors ta’ volatilità fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom. B’hekk, imbagħad titjieb il-pożizzjoni tagħhom fis-suq.

1.2.2.   Is-selettività

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura trid tiffavorixxi lil ċerti impriżi, il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti jew il-forniment ta’ ċerti servizzi.

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija selettiva għaliex tiffavorixxi lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji biss. Il-fatt li l-impriżi kollha f’settur partikolari jistgħu jibbenefikaw minn miżura ma jwassalx għall-konklużjoni li l-miżura hija ta’ natura ġenerali. Għall-kuntrarju, il-miżura hija selettiva għaliex tiffavorixxi biss settur wieħed tal-ekonomija (34).

1.3.   It-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

Aktarx li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. L-Iskema ttejjeb il-pożizzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji billi żżid il-likwidità tal-assi tagħhom u tneħħi sors ta’ volatilità fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom, u b’hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi oħra taż-ŻEE.

Fil-prinċipju, il-banek, il-banek ta’ tfaddil u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li ngħataw liċenzja sabiex joperaw fl-Islanda, irrispettivament mid-daqs tagħhom, huma eliġibbli sabiex japplikaw għall-appoġġ taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. Is-servizzi u l-prodotti fis-setturi bankarji u finanzjarji huma nnegozjati fuq livell internazzjonali. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju aktarx li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

2.   IR-REKWIŻITI PROĊEDURALI

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta’ għoti jew ta’ tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat kkonċernat m’għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura rriżultat f’deċiżjoni finali”.

L-awtoritajiet tal-Islanda nnotifikaw l-Iskema ta’ Self Ipotekarju lill-Awtorità permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Mejju 2009 (Avveniment Nru 519720). Madankollu, ir-Regoli Supplementari tal-Bord tal-HFF rigward ix-xiri ta’ self ipotekarju minn impriżi finanzjarji daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2009, jiġifieri, qabel ma l-Awtorità kienet ħadet deċiżjoni finali rigward in-notifika.

Fid-dawl ta’ dan, l-awtoritajiet tal-Islanda ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

3.   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

Ġeneralment, il-miżuri ta’ appoġġ imniżżla bħala għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huma inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma tapplikax waħda mill-eżenzjonijiet fl-Artikoli 61(2) jew (3) tal-Ftehim ŻEE. F’dan il-każ, id-deroga fl-Artikolu 61(2) mhijiex applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni li mhijiex imfassla sabiex tikseb xi wieħed mill-objettivi elenkati f’dak l-Artikolu. B’mod simili, id-derogi fl-Artikoli 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim ŻEE ma japplikawx għall-miżura ta’ għajnuna li qed tiġi investigata. B’mod partikolari, il-miżura ta’ għajnuna ma tingħatax bil-għan li tippromwovi jew tiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti oqsma jew ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi.

L-għajnuna inkwistjoni ma hija marbuta mal-ebda investiment fil-kapital ta’ produzzjoni. Din sempliċiment tnaqqas l-ispejjeż li normalment il-kumpaniji jridu jħallsu sabiex iwettqu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom ta’ kuljum, u għaldaqstant, trid tiġi kklassifikata bħala għajnuna operattiva. Normalment, l-għajnuna operattiva ma titqiesx xierqa sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni kif speċifikat fl-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. L-għajnuna operattiva titħalla ssir biss f’ċerti ċirkustanzi speċjali (perżempju, għal ċerti tipi ta’ għajnuna ambjentali jew reġjonali), fejn il-Linji Gwida rilevanti tal-Awtorità jipprovdu għal eżenzjoni bħal din.

L-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE jippermetti lill-Awtorità sabiex tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE jekk din tkun imfassla “sabiex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru tal-KE jew ta’ Stat tal-EFTA”. L-Awtorità tfakkar li, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u l-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Awtorità u tal-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”), l-Artikolu 61(3)(b) għandu jiġi applikat b’mod ristett u l-miżuri kkonċernati jridu jindirizzaw taqlib fl-ekonomija nazzjonali sħiħa (35).

L-Awtorità tirrikonoxxi li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ġiet adottata matul il-kriżi finanzjarja internazzjonali attwali u bħala reazzjoni għal din. Fl-Islanda, b’mod partikolari l-banek ta’ tfaddil żgħar ħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ likwidità minħabba d-diffikultajiet finanzjarji mġarrba mill-banek il-kbar, li tradizzjonalment ipprovdew finanzjament lill-banek ta’ tfaddil iż-żgħar. Għall-kuntrarju tal-impriżi finanzjarji l-kbar, il-banek ta’ tfaddil ma għandhomx aċċess dirett għall-finanzjament mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

Kif iddikkjarat fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-Awtorità tqis li l-qafas adatt sabiex tiġi vvalutata l-kompatibilità tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju huma l-Linji Gwida tal-Assi Indeboliti (IAG), li huma bbażati fuq l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju trid tiġi vvalutata skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE u skont l-IAG.

Qabel ma jiġi determinat jekk l-Iskema ta’ Self Ipotekarju hijiex kompatibbli taħt l-IAG, ikun xieraq li f’dan il-każ jiġi determinat jekk l-Iskema tikkwalifikax bħala “skema” fis-sens tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. L-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jispeċifika li:

“ ‘skema ta’ għajnuna’ għandha tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri implimentattivi oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi definiti fi ħdan l-att f’manjiera ġenerali u astratta u kull azzjoni li abbażi tagħha għajnuna li m’hijiex magħquda ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit”.

L-Awtorità ħadet il-pożizzjoni (li l-awtoritajiet tal-Islanda ma oġġezzjonawx għaliha) li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija bbażata fuq regoli — l-Att dwar id-Djar, ir-Regolament u r-Regoli Supplementari — li fuq il-bażi tagħhom, mingħajr ma jkunu meħtieġa aktar miżuri ta’ implimentazzjoni, jistgħu jsiru l-għotjiet ta’ għajnuna individwali lill-impriżi definiti f’dawk ir-regoli b’mod ġenerali u astratt. Għaldaqstant, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tikkwalifika bħala skema ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tfakkar li fil-Kawża C-310/99, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddikkjarat li: “Ma kien hemm l-ebda ħtieġa li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi analiżi tal-għajnuna mogħtija fil-kawżi individwali fuq il-bażi tal-iskema. Huwa biss fl-istadju ta’ rkupru tal-għajnuna li jkun meħtieġ li tiġi vverifikata s-sitwazzjoni individwali ta’ kull impriża kkonċernata.” (36).

B’konformità ma’ dik il-ġurisprudenza, l-Awtorità vvalutat l-Iskema ta’ Self Ipotekarju fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-Iskema (u mhux fuq l-ispeċifiċitajiet tal-għotjiet individwali li saru taħt l-Iskema).

Kif spjegaw aktar ’il fuq, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li l-Awtorità għandha tqis l-Iskema ta’ Self Ipotekarju bħala parti mir-ristrutturar kurrenti tas-settur tal-banek ta’ tfaddil tal-Islanda u li din għandha tiġi valutata skont il-linji gwida ta’ ristrutturar tal-Awtorità applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji matul il-kriżi finanzjarja (il-“linji gwida ta’ ristrutturar tal-banek”) (37). Madankollu, it-tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ma jeħtieġ l-ebda ristrutturar ġenerali tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-Iskema. L-Iskema ta’ Self Ipotekarju tista’ tiġi applikata għal kull istituzzjoni finanzjarja, irrispettivament minn jekk dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji humiex qed jiġu ristrutturati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorità tqis li l-linji gwida xierqa applikabbli għall-miżuri mhumiex linji gwida ta’ ristrutturar tal-banek. Kif stabbilit aktar ’il fuq, il-karatteristiċi tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju huma b’tali mod li l-kundizzjonijiet huma fis-seħħ sabiex japplikaw l-IAG.

3.1.   L-applikazzjoni tal-IAG — l-eligibilità ta’ assi

Sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE, l-għajnuna trid tingħata fuq il-bażi ta’ kriterji mhux diskriminatorji, tkun adattata fis-sens li tkun immirata sew sabiex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija, u tkun neċessarja u proporzjonata għal dan, billi tillimita l-effetti negattivi mifruxa fuq il-kompetituri. L-IAG jittrasformaw dawn il-prinċipji ġenerali f’kundizzjonijiet speċifiċi għas-salvataġġ ta’ assi indeboliti.

Kif intqal diġà, l-awtoritajiet tal-Islanda xeħtu dubju dwar l-applikabilità tal-IAG għat-tpartit ta’ assi speċifikat taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju fuq il-bażi li s-self ipotekarju soġġett għall-ftehimiet ta’ tpartit mhuwiex assi indeboliti. L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li s-self ipotekarju jirrappreżenta l-assi li huma l-aktar finanzjarment attraenti li huma proprjetà tal-banek u li għaldaqstant, mhumiex indeboliti.

L-IAG jiddefinixxu l-assi indeboliti bħala: “[a]ssi komunement imsejħa ‘assi tossiċi’ (eż. titoli Amerikani msejsa fuq ipoteki u koperturi u derivattivi assoċjati), li taw bidu għall-kriżi finanzjarja u li fil-parti l-kbira m’għadhomx likwidi jew huma suġġetti għal tnaqqis qawwi tal-valur tagħhom …”. L-IAG jispeċifikaw ukoll li meta jiġi ddeterminat jekk l-assi humiex indeboliti, huwa meħtieġ li jittieħed approċċ pragmatiku u jitħalla jkun hemm ftit flessibilità (38).

Kif diġà ġie nnotat, il-banek ta’ tfaddil li bħalissa qed jieħdu sehem fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju normalment jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta’ depożiti ta’ klijenti u billi jieħdu self mill-banek prinċipali tal-Islanda. Jekk dan ma jkunx biżżejjed sabiex ikomplu l-operazzjonijiet, il-perkors normali tan-negozju għal bank ta’ tfaddil ikun li jbiegħ uħud mill-assi tiegħu (pereżempju, self ipotekarju).

Madankollu, l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li l-banek prinċipali tal-Islanda huma falluti u għaddejjin minn fażi ta’ ristrutturar, u dan wassal sabiex is-self minn dawn il-banek isir ineżistenti. Barra minn hekk, id-depożiti tal-klijenti waħedhom mhumiex biżżejjed sabiex ikopru l-finanzjament meħtieġ tal-banek ta’ tfaddil. L-awtoritajiet tal-Islanda informaw lill-Awtorità li t-tielet alternattiva — ta’ bejgħ tal-assi — ma kinitx possibbli minħabba l-kriżi finanzjarja. Kien f’dan il-kuntest li ġiet imnedija l-Iskema ta’ Self Ipotekarju.

L-Awtorità tikkunsidra li l-fatt li l-banek ta’ tfaddil ma setgħux ibiegħu s-self ipotekarju tagħhom fis-suq jimplika li dawk l-assi huma non-likwidi u, għaldaqstant, indeboliti. L-Anness 3 tal-IAG fih lista ta’ kategoriji ta’ assi indeboliti li huma meqjusa eliġibbli għal miżuri ta’ salvataġġ ta’ assi. Il-lista tinkludi l-ipoteki tad-djar.

Fid-dawl ta’ dan, sabiex tinstab kompatibbli mal-Ftehim ŻEE, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju trid tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kompatibilità ta’ salvataġġ ta’ assi kif stabbilit fl- IAG. Il-kundizzjonijiet rilevanti jitqiesu fit-taqsimiet 3.2 sa 3.6 aktar ’l isfel.

3.2.   L-istima tas-self ipotekarju — l-espert indipendenti

Fl-ewwel punt tal-paragrafu 20 tal-IAG hemm speċifikat li: “Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu […] fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa, iċċertifikata minn esperti indipendenti rikonoxxuti […].”

L-Artikolu 3 tar-Regolament jispeċifika li l-HFF irid iwettaq stima tal-valur tal-assi tas-self ipotekarju offruti lill-Fond. Dan huwa x’jiġri anki fil-prattika: l-assi li sar tpartit tagħhom taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju huma valutati mill-HFF. Għalhekk, l-assi li sar tpartit tagħhom taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju mhumiex stmati minn espert indipendenti, xi ħaġa li tmur kontra r-rekwiżiti tal-IAG.

Il-fatt li element wieħed tal-valutazzjoni tal-istima — il-metodu tar-riskju ta’ kreditu — tħejja minn espert indipendenti (KPMG tal-Islanda) ma jfissirx awtomatikament li l-valutazzjoni għandha tittwettaq minn espert indipendenti. Element ieħor importanti tal-valutazzjoni, l-aktar id-determinazzjoni tal-bażi għall-valutazzjoni (jiġifieri, l-għażla ta’ self ipotekarju eliġibbli, il-bażi għall-valur (valur skont il-ktieb), il-prestazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, u d-deċiżjoni dwar kif tiġi kkalkolata r-riżerva ta’ kreditu u kif jiġi determinat l-ammont korrispondenti dovut fil-bonds tal-HFF) huwa determinat mir-Regolament jew mill-HFF waħdu. Il-fatt li espert indipendenti pprovda metodu għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ma jibdilx il-fatt li fil-verità, l-HFF stess japplika dak il-metodu; fi kliem ieħor, iwettaq l-istima hu stess. Mhemm l-ebda skrutinju dwar jekk l-HFF japplikax dan il-metodu, u jekk jagħmel dan, kif japplikah.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorità tikkonkludi li l-istima tal-assi mwettqa taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju mhijiex kompatibbli mal-paragrafu 20 tal-IAG.

Kif diġà ġie spjegat, matul l-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet tal-Islanda jipproponu rapport ta’ stima tal-assi mwettaq minn espert finanzjarju indipendenti, ALM, fir-rigward tas-self ipotekarju li diġà huwa soġġett għal tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. Madankollu, dan ma jibdilx il-fatt li taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju stess, kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti, l-HFF stess irid iwettaq l-istima tas-self ipotekarju li akkwista taħt l-Iskema.

Kif iddikkjarat fil-Parti II, it-Taqsima 3 aktar ’il fuq, l-Awtorità se tqis l-Iskema ta’ Self Ipotekarju bħala “skema ta’ għajnuna” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 biss. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-istima mwettqa fil-każijiet individwali taħt l-Iskema, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju minnha nnifisha ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-IAG.

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li s-sistema għall-istimar tas-self ipotekarju ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-IAG.

3.3.   L-istima tas-self ipotekarju — il-bażi għall-istima

L-IAG jistabbilixxu wkoll metodu għall-istima tal-assi indeboliti fil-kuntest ta’ miżura ta’ salvataġġ ta’ assi. Il-paragrafi 39 u 40 tal-IAG u l-anness 3 jintroduċu l-kunċetti ta’ “valur oriġinali”, “valur attwali tas-suq”, “valur ekonomiku reali” u “valur tat-trasferiment”. Fl-IAG, dawn il-kunċetti huma definiti kif ġej (39).

Il-valur oriġinali jfisser l-ammont kontabbli jew li-valur nominali tas-self bl-indeboliment imnaqqas minnu.

Il-valur attwali tas-suq ifisser il-valur li l-assi indeboliti setgħu jiksbu fis-suq.

Il-valur ekonomiku reali huwa l-valur ekonomiku fit-tul sottostanti tal-assi fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus sottostanti u orizzonti ta’ żmien usa’. Dan għandu jiġi kkalkolat kemm għal xenarju ta’ bażi kif ukoll għal xenarju ta’ kriżi.

Il-valur tat-trasferiment huwa l-valur attribwit lil assi indeboliti fil-kuntest ta’ programm ta’ salvataġġ tal-assi.

Normalment, l-IAG jipprovdu li jekk il-valur tat-trasferiment ikun ogħla mill-valur attwali tas-suq, tkun involuta għajnuna mill-istat. Sabiex l-għajnuna tkun iddikjarata kompatibbli, it-trasferiment irid ikun inqas minn jew daqs il-valur ekonomiku reali.

L-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari jiddikkjara li l-valur tal-gruppi ta’ self ipotekarju huwa bbażat fuq il-valur skont il-ktieb ta’ kull ipoteka individwali. Normalment, il-valur skont il-ktieb ma jkunx l-istess bħall-valur ekonomiku reali tal-assi, li huwa bbażat fuq flussi ta’ flus sottostanti u orizzonti ta’ żmien usa’.

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-Gvern tal-Islanda naqas milli juri (jew jikkalkola) li l-valur tat-trasferiment huwa bbażat fuq il-valur ekonomiku reali. L-argumenti tal-awtoritajiet tal-Islanda dwar il-fatt li l-inklużjoni ta’ “riżerva ta’ kreditu” tiżgura li l-valur skont il-ktieb huwa aġġustat għal valur tas-suq ma jistgħux jiġu aċċettati. L-ewwel nett, ir-“riżerva ta’ kreditu” hija mfassla sabiex tipproteġi l-HFF kontra riskju ta’ kreditu biss (billi tipposponi parti mill-konsiderazzjoni għas-self ipotekarju), u mhux sabiex tistabbilixxi valur tas-suq. It-tieni nett, wara l-aħħar saldu, l-istituzzjonijiet finanzjarji se jirċievu bonds tal-HFF li jikkorrispondu għall-valur skont il-ktieb tas-self ipotekarju mnaqqas bi kwalunkwe indeboliment realizzat jew mistenni fil-ġejjieni, u mhux jikkorrispondu għall-valur ekonomiku reali tas-self ipotekarju.

Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, u skont il-prinċipji stabbiliti fl-IAG, l-Awtorità ma tistax teskludi li l-għajnuna mill-istat inkompatibbli hija involuta fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju.

3.4.   Il-qsim tal-piżijiet

Fir-rigward tal-qsim tal-piżijiet, fil-paragrafi 21 sa 25 l-IAG stabbilixxew prinċipju ġenerali li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iġarrbu t-telf assoċjat mal-assi indeboliti sal-massimu possibbli. Dak jimplika li dawn għandhom iġarrbu t-telf li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur attwali tas-suq u l-valur ekonomiku reali tal-assi indeboliti.

Peress li l-HFF ma wettaqx stima skont l-IAG, mhuwiex possibbli li jiġi valutat sa fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli jġarrbu sehem mill-piż kif meħtieġ mill-IAG.

3.5.   Ir-remunerazzjoni

L-Awtorità tinnota li l-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw ukoll li “l-ipprezzar ta’ kull salvataġġ tal-assi għandu jinkludi remunerazzjoni għall-Istat li tqis b’mod adegwat ir-riskji ta’ telf futur li jeċċedi dak li huwa pproġettat fid-determinazzjoni tal-“valur ekonomiku reali” u kull riskju addizzjonali li jirriżulta minn valur tat-trasferiment ogħla mill-valur ekonomiku reali” (40).

L-IAG jissuġġerixxu li remunerazzjoni bħal din tista’ tkun ipprovduta mit-twaqqif ta’ valur tat-trasferiment tal-assi suffiċjentement taħt il-“valur ekonomiku reali” sabiex jipprovdi għal kumpens adegwat għar-riskju mġarrab mill-Istat (41). Kwalunkwe sistema ta’ pprezzar tkun trid tiżgura li l-kontribuzzjoni ġenerali tal-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji tnaqqas l-intervent nett tal-Istat għal dak minimu meħtieġ. Madankollu, peress li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-IAG fir-rigward tal-istima, mhuwiex possibbli li jiġi stmat jekk l-awtoritajiet tal-Islanda kkonfermawx mar-rekwiżit ta’ remunerazzjoni.

Kif diġà ġie spjegat, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li l-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji huma mitluba tariffa ta’ 95 punt bażi (bp), li tiżdied mal-valur oriġinali tal-kapital tal-HFF, meta jidħlu fi ftehim taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. Madankollu, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, 95 bp huwa l-primjum attawli li l-HFF ġeneralment jitlob lill-klijenti sabiex ikopri l-ispejjeż operattivi (25 bp), ir-riskju ta’ ħlas minn qabel (50 bp) u t-telf ta’ kreditu (20 bp) għal self ipotekarju regolari.

Għalhekk, filwaqt li l-Awtorità tifhem li dan se jaffettwa l-valur tal-bonds tal-HFF ittrasferiti lil istituzzjoni finanzjarja benefiċjarja; madankollu, l-HFF se jġarrab dawn l-ispejjeż f’rabta mal-ġestjoni tas-self ipotekarju ttrasferit matul il-perjodu tal-ipoteki. Sal-lum, l-Awtorità ma rċiviet l-ebda prova dokumentata li turi bil-kontra (42). Fid-dawl ta’ dan, it-tariffa ta’ 95 bp ma tistax titqies bħala remunerazzjoni mħallsa mill-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji lill-Istat.

3.6.   Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien mingħajr limiti

L-awtoritajiet tal-Islanda la speċifikaw xi limitu ta’ żmien għall-Iskema ta’ Self Ipotekarju u lanqas ma speċifikaw xi limitu ta’ żmien li matulu l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu japplikaw sabiex jidħlu fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju (l-hekk imsejjaħ “il-perjodu ta’ applikazzjoni”) (43).

L-IAG jeħtieġu li sabiex il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi jitqiesu kompatibbli mal-Ftehim ŻEE, id-dewmien tagħhom ma jridx imur lil hinn mill-perjodu tal-kriżi finanzjarja (44). Il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi mhumiex approvati għal perjodu ta’ żmien mingħajr limiti.

Fuq il-bażi tal-prattika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi huwa ġeneralment approvat għal massimu ta’ sitt xhur. Kwalunkwe estensjoni għad-dewmien tal-perjodu ta’ applikazzjoni (ġeneralment għal sitt xhur oħra) trid tiġi nnotifikata mill-ġdid ferm minn qabel u għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fis-swieq finanzjarji rilevanti. L-iskemi ta’ salvataġġ tal-assi jistgħu jiġu approvati għal perjodu massimu ta’ sentejn, jekk ir-rapporti biannwali jkunu sottomessi lill-Awtorità (45).

B’mod simili, l-awtoritajiet tal-Islanda ma speċifikawx baġit totali għall-Iskema ta’ Self Ipotekarju, u l-anqas ma stmaw nefqa annwali taħt l-Iskema. Ma ssottomettewx numru stmat ta’ benefiċjarji jew limitu għall-valur tal-assi potenzjalment eliġibbli għal tpartit ta’ assi skont l-Iskema. Għalhekk, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tidher li ma għandhiex limitu fil-kamp ta’ applikazzjoni, u għaldaqstant, mhijiex proporzjonata, kif meħtieġ skont l-IAG.

4.   KONKLUŻJONI

Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet tal-Islanda, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, li mhuwiex kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE għar-raġunijiet stabbiliti aktar ’il fuq. Madankollu, l-għotjiet individwali mogħtija taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar assi indeboliti, huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. (46)

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju ġiet notifikata lill-Awtorità wara li daħlet fis-seħħ u qabel ma l-Awtorità laħqet ħadet deċiżjoni finali fir-rigward tan-notifika. Għalhekk, l-awtoritajiet tal-Islanda implimentaw l-għajnuna inkwistjoni mhux skont il-liġi bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

Bħala segwitu mill-Artikolu 14 tal-Parti II tal-Protokoll 3, dik l-għajnuna mhux skont il-liġi li hija inkompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat taħt il-Ftehim ŻEE trid tiġi rkuprata mill-benefiċjarji.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iskema ta’ Self Ipotekarju tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 2

Minħabba li l-awtoritajiet tal-Islanda naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżit li jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA qabel ma jimplimentaw l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tinvolvi għajnuna mill-Istat mhux skont il-liġi.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tal-Islanda għandhom ineħħu l-Iskema ta’ Self Ipotekarju b’effett immedjat u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupraw kwalunkwe għajnuna inkompatibbli u mhux skont il-liġi mogħtija taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, kif speċifikat fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Sat-30 ta’ Awwissu 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda għandhom jinformaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li ħadu sabiex jikkonformaw ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 5

L-irkupru għandu jsir mingħajr dewmien, u fi kwanlunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2011. L-irkupru għandu jsir skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali jekk dawn jippermettu għall-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni. L-għajnuna li trid tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax (inkluż l-imgħax kompost) mid-data li fiha kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data ta’ rkupru tagħha. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 7

L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Id-Deċiżjoni 195/04/COL tal-14.7.2004, ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1, kif emendati. Verżjoni konsolidata tad-Deċiżjoni tista’ tinstab fuq www.eftasurv.int

(2)  ĠU C 277, 14.10.2010, p. 4, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 57, 14.10.2010, p. 4.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2 ta’ hawn fuq.

(4)  L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li għall-istituzzjonijiet finanzjarji ma kienx possibbli li jiġbru fondi likwidi fis-suq miftuħ peress li fiż-żmien, ma kien hemm l-ebda suq interbankarju funzjonanti fl-Islanda minħabba l-kriżi finanzjarja, u li l-banek ta’ tfaddil iż-żgħar ma kellhomx assi li jikkwalifikaw bħala kollateral mal-bank ċentrali.

(5)  Ara d-Dikjarazzjoni tal-Gvern tad-19.6.2008 rigward miżuri relatati mas-suq tal-proprjetà immobbli u s-swieq finanzjarji, u l-istqarrija għall-istampa tal-Gvern tat-18.7.2008. Minħabba l-kriżi finanzjarja fl-Islanda, it-tul tas-self ipotekarju ġie mtawwal għal 70 sena.

(6)  Il-ĠU C 241, 8.10.2009, p. 16, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 52, 8.10.2009, p. 1. Id-Deċiżjoni hija disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/sadecice09/168_09_col.pdf.

(7)  Essenzjalment, qabel il-kriżi finanzjarja, is-settur bankarju tal-Islanda kien jikkonsisti f’żewġ taqsimiet, l-ewwel waħda li fiha kien hemm it-tliet banek ewlenin li jisimhom Glitnir, Landsbanki u Kaupthing, li kellhom skopertura internazzjonali relattivament kbira; u fit-tieni taqsima kien hemm il-banek ta’ tfaddil iż-żgħar, li kienu jiddependu fuq il-finanzjament mill-banek il-kbar.

(8)  Ara d-Deċiżjoni Nru 168/09/COL, p. 3.

(9)  L-Att Nru 125/2008 daħal fis-seħħ mal-pubblikazzjoni, jiġifieri fis-7.10.2008.

(10)  L-Att dwar id-Djar emendat u r-Regolament awtorizzaw lill-HFF sabiex jixtri (jew jiffinanzja mill-ġdid) bonds garantiti minn ipoteki fis-settur tad-djar residenzjali. Madankollu, ir-Regoli Supplementari jikkonċernaw ix-xiri tas-self ipotekarju minnu nnifsu. L-Awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li dan kien bil-ħsieb li jirreferi għall-istess ħaġa.

(11)  Kien hemm żewġ ftehimiet bejn l-HFF u l-Bolungarvik Savings Bank.

(12)  Skont il-ftehim bejn il-partijiet għat-tpartit, il-prezz finali kellu jitħallas fil-15.4.2009.

(13)  Rigward l-ipprezzar ta’ bonds, l-Artikolu 3 tar-Regolament jispeċifika li: “il-Fond ta’ Finanzjament tad-Djar għandu jwettaq valutazzjoni indipendenti tal-valur tal-bonds offruti lill-Fond. Meta jivvaluta l-valur tal-bonds, il-Fond, fost affarijiet oħra, għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-istatus ta’ ħlas tad-debitur, il-proporzjon tal-ipoteka ta’ dawk id-djar residenzjali meta jiġi akkwistat il-bond, l-inadempjenzi tal-bond u t-termini tagħha sabiex l-ipprezzar tal-bond jirrefletti l-valur tas-suq tiegħu. Barra minn hekk, it-termini tal-kuntratt u l-prezzijiet ta’ xiri għandhom jitfasslu b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskji ta’ kreditu tal-Fond.”.

(14)  L-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari, li jikkonċerna l-“prezz tax-xiri”, jispeċifika li:

“il-prezz tax-xiri tas-self ipotekarju għandu jkun ibbażat fuq il-valur tas-suq tiegħu. Bħala regola, fi ftehimiet ta’ xiri ta’ self ipotekarju, il-valur skont il-ktieb tas-self għandu jkun il-bażi għall-prezz tiegħu sabiex jippermetti r-riskju ta’ ħlas minn qabel, l-ispejjeż ta’ operazzjoni u fatturi oħrajn. Il-prezz finali tal-grupp ta’ ipoteki huwa determinat mill-prestazzjoni tiegħu u t-telf mistenni fis-saldu finali tal-prezz tax-xiri.

L-ammont tal-prezz tax-xiri mħallas fi żmien l-iffirmar tal-ftehim qatt ma għandu jaqbeż it-80 % tal-prezz tas-suq tal-grupp. Dan il-perċentwal għandu jonqos b’mod proporzjonali għal stima ta’ telf akbar (EL – Estimated Loss) skont l-Art.5. Is-sehem miżmum mill-prezz tax-xiri dejjem għandu jkun ogħla mit-telf stmat (EL).

Ftehimiet ta’ xiri tas-self ipotekarju għandhom jispeċifikaw is-saldu finali tal-prezz tax-xiri. Bħala regola, dan is-saldu għandu jseħħ minn 8 sa 10 snin wara d-data ta’ xiri. Fi żmien is-saldu finali, l-HFF għandu jħallas lill-bejjiegħ il-bqija tal-prezz tax-xiri mnaqqas bid-deprezzament tal-grupp ta’ ipoteki li diġà seħħ u t-telf stmat (EL) tal-grupp sakemm dan dam skont l-Art. 5.”

(15)  L-Artikolu 4 tar-Regoli Supplementari.

(16)  Ittra mill-awtoritajiet tal-Islanda lill-Awtorità, datata s-27.8.2009.

(17)  B’dan, l-Awtorità tifhem li l-ammont prinċipali pendenti misluf lill-mutwatarju (mingħajr tniżżil fil-valur).

(18)  Skont l-Artikolu 3 tar-Regoli Supplementari, “id-ditta finanzjarja għandha tissottometti informazzjoni li tista’ tinqara fuq il-kompjuter li l-HFF iqis bħala essenzjali għall-valutazzjoni tal-valur u r-riskju ta’ kreditu tal-gruppi ta’ ipoteki li jridu jinbiegħu lill-HFF.”

(19)  L-Artikolu 7 tar-Regoli Supplementari, li jikkonċerna l-“ħlas għall-bonds ipotekarji”, jispeċifika li: “l-HFF għandu jħallas għas-self ipotekarju billi jagħti bonds tal-HFF bħala tpartit. Ir-rendiment tal-bonds tal-HFF għandu jkun ibbażat fuq id-dewmien u t-termini tas-self ipotekarju. Anki r-riskju ta’ ħlas minn qabel u l-ispejjeż ta’ operazzjoni għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni, flimkien ma’ fatturi oħrajn.”

(20)  L-Artikolu 5 tar-Regolament jispeċifika li: “ġeneralment, il-kumpens għal bonds mixtrija mill-Fond ta’ Finanzjament tad-Djar għandu jkun fil-forma ta’ bonds tal-HFF.” Fuq din il-bażi, fil-prinċipju, ir-Regolament jippermetti għal forom oħra ta’ kumpens, bħall-ħlasijiet fi flus. Madankollu, sal-lum, intuża biss kumpens fil-forma ta’ bonds tal-HFF.

(21)  Normalment, iż-żmien reali tas-saldu finali jkun speċifikat fil-ftehim.

(22)  L-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari.

(23)  Ara http://www.fme.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=7199.

(24)  Ara http://www.fme.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=7997.

(25)  Ara d-deċiżjoni ESA Nru (EFTA Surveillance Authority) Nru 126/11/COL tat-13.4.2011 rigward l-għajnuna mill-istat għat-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni tal-Byr hf., li għadha ma ġietx ippubblikata, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/media/decisions/126-11-COL.pdf

(26)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2 aktar ‘il fuq.

(27)  Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(28)  L-Awtorità tosserva li din tmur kontra n-notifika tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju lill-Awtorità fis-27.5.2009 (Avveniment 519720), fejn l-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-IAG jkunu l-linji gwidi korretti skont liema tiġi valutata l-Iskema (fil-każ li l-Awtorità kellha tasal għall-konklużjoni li l-Iskema involviet għajnuna).

(29)  Fir-rigward tal-kompatibilità tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju, l-awtoritajiet tal-Islanda jirreferu wkoll għal argumenti preċedenti li saru lill-awtorità rigward l-importanza sistemika tal-banek ta’ tfaddil fl-Islanda — ara, pereżempju, ittra mill-Bank Ċentrali tal-Islanda datata 19.5.2009, li tikkonferma n-neċessità tal-miżuri (l-Anness 5 għan-notifika). Bħala appoġġ, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew studju miċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS — Centre for European Policy Studies) (“Investigating Diversity in the Banking Sector in Europe: The Performance and Role of Savings Banks”, CEPS, 26.6.2009).

(30)  Ir-rapport tħejja minn Hjörtur H. Jónsson tal-ALM.

(31)  Il-primjum mitlub fir-rigward tas-Spkef kien ta’ 95 punt bażi (bp — basis points) sabiex jiġi kopert ir-riskju ta’ qabel il-ħlas, l-ispejjeż operazzjonali u t-telf ta’ kreditu eċċessiv. 95 bp huwa l-primjum kurrenti li l-HFF ġeneralment jitlob lill-klijenti: 25 bp għall-ispejjeż operazzjonali, 50 bp għar-riskju ta’ qabel il-ħlas u 20 bp għat-telf ta’ kreditu.

(32)  L-Awtorità tassumi li l-awtoritajiet tal-Islanda qed jirreferu għal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar ir-ritorn lejn il-vijabilità u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi kurrenti taħt ir-regoli tal-għajnuna mil-Istat.

(33)  Kawża 78/76 Steinike u Weinlig v Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [1977] Ġabra 595, punt 21.

(34)  Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 117, punt 77. Din is-sentenza tikkonferma l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kif stabbilita fil-Kawża C-75/97 Ir-Renju tal-Belġju v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra I-3671, punt 33. Ara wkoll il-Kawża C-66/02 Ir-Repubblika Taljana v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2005] Ġabra I-10901, punt 95.

(35)  Il-Kawżi Magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen u Volkswagen Sachsen GmbH v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra II-3663, punt 167. Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 70/07 Northern Rock (ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1), u fil-Kawża NN 25/08 għajnuna għas-salvataġġ ta’ WestLB (ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4.6.2008, C 9/08 SachsenLB (ĠU L 104, 24.4.2009). Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru. 36/09/COL tat-30.1.2009 dwar il-Ftehim bejn l-Istat Norveġiż u Eksportfinans ASA rigward il-finanzjament mill-Istat ta’ Eksportfinans (ĠU C 156, 9.7.2009, p. 17, u s-Suppliment taż-ŻEE 36 tad-9.7.2009, p. 9); id-Deċiżjoni Nru. 205/09/COL tat-8.5.2009 dwar l-iskema għar-rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ banek fundamentalment b’saħħithom sabiex jiġu mħeġġa l-istabilità finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali (ĠU L 29 tat-3.2.2011, p. 36, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 6, 3.2.2011, p. 1); id-Deċiżjoni 235/09/COL tal-20.5.2009 dwar l-Iskema Temporanja ta’ Għajnuna għal Ammonti Żgħar (ĠU L 46, 19.2.2011, p. 59, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 8, 17.2.2011, p. 1); id-Deċiżjoni Nru. 168/09/COL tas-27.3.2009 dwar kategorija ta’ self addizzjonali tal-Fond ta’ Finanzjament tad-Djar tal-Islanda dwar is-self lil banek, banek ta’ tfaddil u istituzzjonijiet finanzjarji oħra għall-finijiet ta’ rifinanzjament temporanju tas-self ipotekarju (ĠU C 241, 8.10.2009, p. 16, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 52, 8.10.2009, p. 1).

(36)  Kawża C-310/99 Ir-Repubblika Taljana v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2002] Ġabra I-2289, punt 91. Fil-Kawża C-66/02 Ir-Repubblika Taljana v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2005] Ġabra I-10901, punt 91, il-Qorti ddikjarat “Fil-każ ta’ sistema ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha għal analiżi tal-karatteristiċi ġenerali tas-sistema inkwistjoni mingħajr ma tkun obbligata li teżamina kull każ ta’ applikazzjoni partikolari […]sabiex tivverifika jekk is-sistema fihiex elementi ta’ għajnuna.”. Ara wkoll il-Kawża E-2/05 ESA v l-Islanda [2005] ir-Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 202, punt 24 u l-Kawża C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P, Comitato “Venezia vuole vivere” v Il-Kummissjoni Ewropea, għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra, punti 63-64.

(37)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 32.

(38)  Ara l-paragrafu 32 tal-IAG.

(39)  Il-paragrafu 39 jispeċifika li: “Bħala l-ewwel stadju, l-assi għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-valur kurrenti tagħhom fis-suq, kull meta dan ikun possibbli. B’mod ġenerali, kwalunkwe trasferiment ta’ assi koperti minn skema b’valutazzjoni akbar mill-prezz tas-suq ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-valur tas-suq attwali jista’, madankollu, ikun pjuttost ’il bogħod mill-valur kontabbli ta’ dawk l-assi fiċ-ċirkostanzi kurrenti, jew ineżistenti fin-nuqqas ta’ suq (għal xi assi l-valur jista’ effettivament ikun żero).”

Il-paragrafu 40 jispeċifika li: “Bħala t-tieni stadju, il-valur attribwit lil assi indeboliti fil-kuntest ta’ programm ta’ salvataġġ tal-assi (il-‘valur tat-trasferiment’) inevitabbilment ikun ogħla mill-prezzijiet kurrenti tas-suq sabiex jinkiseb l-effett ta’ salvataġġ. Sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-evalwazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna, l-Awtorità tikkunsidra valur tat-trasferiment li jirrifletti l-valur ekonomiku sottostanti fit-tul (il-‘valur ekonomiku reali’) tal-assi, fuq il-bażi tal-flussi tal-flus sottostanti u orizzonti ta’ żmien aktar wiesgħa, standard aċċettabbli li jindika l-kompatibilità tal-ammont ta’ għajnuna bħala l-minimu meħtieġ.”

Barra minn hekk, it-Tabella 1, Self mhux garantit, tintroduċi l-kunċetti ta’ “Valur oriġinali”, “Valur Ekonomiku” u “Valur tat-Trasferiment” bħala l-bażi għall-istima taħt l-Iskema.

(40)  Anness 4.II għall-IAG.

(41)  Anness 4.II għall-IAG.

(42)  Anki li kieku t-tariffa ta’ 95 bp kellha tintlaqa’ bħala remunerazzjoni għat-tpartit ta’ assi, id-dubju xorta waħda jibqa’ dwar jekk il-livell ta’ dik it-tariffa huwiex biżżejjed sabiex jirrappreżenta r-remunerazzjoni xierqa, ara l-Anness 4.II tal-IAG.

(43)  L-argument tal-awtoritajiet tal-Islanda li n-natura tal-Att ta’ Emerġenza huwa temporanju u għalhekk, l-iskemi implimentati taħtu mhumiex ta’ natura permanenti ma jistax jintlaqa’. Mhemm l-ebda dispożizzjoni f’xi leġiżlazzjoni rilevanti li tipprevjeni lill-awtoritajiet tal-Islanda milli jkomplu bl-Iskema ta’ Self Ipotekarju b’mod indefinit. Dan imur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità u neċessità fil-qalba tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-istat matul il-kriżi finanzjarja. Il-fatt li l-Parlament tal-Islanda kellu l-ħsieb li jirrevedi l-Att ta’ Emerġenza sal-1.1.2010 ma jibdilx dik il-konklużjoni. Fi kwalunkwe każ, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, sal-lum, il-Parlament tal-Islanda ma wettaq l-ebda reviżjoni bħal din.

(44)  Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji, punt 12.

(45)  Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji, punt 24.

(46)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16.12.2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza għall-akkwist ta’ ditti f’diffikultà (ĠU L 108, 16.4.2004, p. 38), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20.12.2001 dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja fl-1993 għal ċerti ditti li għadhom kif ġew stabbiliti f’Vizcaya (Spanja) (ĠU L 40, 14.2.2003, p. 11). Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-ESA 754/08/COL tat-3 ta’ Diċembru 2008 dwar l-Iskema ta’ Innovazzjoni bbażata fuq l-Injam (ĠU C 58, 12.3.2009, p. 12, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 14, 12.3.2009, p. 5).


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/32


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL- EFTA

Nru 232/11/COL

tat-13 ta’ Lulju 2011

dwar in-notifika tal-bejgħ tal-art f’Nesøyveien 8, gnr. 32 bnr. 17 fil-muniċipalità ta’ Asker (in-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikolu 61 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b’mod partikolari l-Artikolu 24,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 7(5) u 14 tal-Parti II,

Wara li kkunsidrat il-verżjoni kkonsolidata tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 (“id-Deċiżjoni dwar id-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni”) (1),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

Permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2008 (Avveniment Nru 508884), li waslet għand l-Awtorità fit-13 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw bejgħ ta’ art f’Nesøyveien 8, gnr. 32 bnr. 17 mill-muniċipalità ta' Asker, skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

Permezz tal-ittra ddatata 8 ta’ April 2009 (Avveniment Nru 512188), l-Awtorità talbet aktar informazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittra ddatata 11 ta’ Mejju 2009 (Avveniment Nru 518079).

Permezz ta’ ittra tas-7 ta' Lulju 2009 (Avveniment Nru 521778), l-Awtorità bagħtet it-tieni talba għal informazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittra ddatata 14 ta’ Awwissu 2009 (Avveniment Nru 527555).

L-Awtorità imbagħad infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tal-bejgħ tal-art.

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 538/09/COL li jingħata bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE għal dan fit-8 ta' Lulju 2010. (3) L-Awtorità sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dan.

L-Awtorità rċeviet kummenti minn parti interessata waħda, jiġifieri x-xerrej Asker Brygge AS. L-ittra ddatata 29 ta’ Jannar 2010 intbagħtet mill-Muniċipalità ta’ Asker flimkien mal-ittra tal-Muniċipalità tal-istess data.

Fl-14 ta’ Ottubru 2010 saret laqgħa bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi fejn ġie diskuss il-każ. Wara l-laqgħa l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew il-kummenti finali tagħhom dwar il-każ fid-19 ta’ Novembru 2010.

2.   DESKRIZZJONI TAN-NOTIFIKA

L-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-bejgħ ta’ biċċa art mill-muniċipalità ta’ Asker lill-kumpanija Asker Brygge AS (“Asker Brygge”). Il-proprjetà hija rreġistrata fir-reġistru tal-proprjetà Norveġiż bħala Nesøyveien 8, gnr. 32 bnr. 17 fil-muniċipalità ta’ Asker (“gbnr. 32/17”) u hija approssimament 9 700 m2. Ma kien hemm l-ebda bini fuq il-proprjetà. Slependen Båtforening kera parti mill-proprjetà mill-Muniċipalità.

Il-muniċipalità ta’ Asker u Asker Brygge daħlet fi ftehim fl-2001 (“il-ftehim dwar opzjoni”), skont liema Asker Brygge ingħatat opzjoni, li tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009, sabiex tixtri art għas-somma fissa ta' NOK 8 miljun, aġġustata skont l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur. Skont il-ftehim dwar opzjoni, l-muniċipalità kellha l-intenzjoni li tagħti lil Asker Brygge l-opzjoni li tixtri l-proprjetà bil-prezz tas-suq sakemm Asker Brygge timpenja ruħha sabiex twettaq ippjanar u riċerka estensiva bil-għan li tikseb regolamentazzjoni mill-ġdid tal-proprjetà u imbagħad tiżviluppa l-proprjetà.

Fl-2004 ġie mġedded il-ftehim dwar opzjoni, u l-validità tal-opzjoni ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2014 taħt kondizzjonijiet simili fir-rigward tal-progress tax-xogħol ta’ regolamentazzjoni mill-ġdid.

Fl-2005, Asker Brygge għażlet li tixtri l-art. Il-partijiet daħlu fi ftehim ta’ bejgħ fil-21 ta’ Marzu 2007 għall-prezz ta’ NOK 8 727 462. L-art ġiet ittrasferita lil Asker Brygge fl-istess data għalkemm l-ewwel pagament biss ta’ 30 % tas-somma tal-bejgħ tħallset fid-data tat-trasferiment tal-proprjetà. It-tieni u l-akbar pagament, 70% tas-somma tal-bejgħ (NOK 6 109 223), huwa dovut sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. Il-muniċipalità ta' Asker mhi se żżomm l-ebda rata ta' imgħax fuq it-tieni pagament.

Il-muniċipalità ta’ Asker u Asker Brygge huma tal-opinjoni li l-kuntratt ta’ bejgħ ma jinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat peress li l-prezz tal-bejgħ jirrifletti l-valur tas-suq. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeċidew li jinnotifikaw it-tranżazzjoni għar-raġunijiet ta’ ċertezza legali.

3.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI

Il-muniċipalità ta’ Asker hija tal-opinjoni li l-kuntratt ta' bejgħ ma jinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat peress li l-prezz tal-bejgħ jirrifletti l-valur tas-suq. Il-muniċipalità ta’ Asker enfasizzat li l-prezz tal-bejgħ ma kienx soġġett għal negozjati peress li kien ġie stabbilit fl-2001. Għalkemm l-ebda valutazzjoni tal-valur indipendenti ma kienet saret fil-mument tal-ftehim dwar opzjoni fl-2001, il-muniċipalità f’dak il-mument għamlet il-valutazzjoni tagħha abbażi tal-esperjenza estensiva tagħha fis-suq tal-proprjetà f’Asker.

Il-muniċipalità ssottomettiet li trid tgawdi marġini ta’ ġudizzju. Il-valutazzjonijiet tal-valur imwettqa f'Ġunju 2006 u Ġunju 2008 ivvalutaw il-valur tas-suq fl-2001 bħala NOK 9.6 (b'varjazzjoni possibbli ta' +/– 15%) miljun u NOK 8 miljun rispettivament. Il-valutazzjonijiet huma għaldaqstant skont il-prezz tal-bejgħ fl-2001, li huwa l-perjodu rilevanti sabiex issir il-valutazzjoni. Il-valutazzjoni ddatata 18 ta' Jannar 2008 hija bbażata fuq il-proprjetà ħażina, u ma qisitx fatturi importanti għall-valutazzjoni.

L-opzjoni ma tistax titqies bħala mogħtija mingħajr remunerazzjoni, peress li Asker Brygge bi skambju wettqet obbligi relatati mal-ippjanar u r-riċerka. Il-muniċipalità kkunsidrat il-proprjetà bħala diffiċli li tiġi żviluppata, u ma riditx twettaq ir-riċerka meħtieġa sabiex jiġu skoperti r-riskji relatati ma’ kondizzjonijiet diffiċli tal-ħamrija u t-tniġġis. Ir-riċerka minn Asker Brygge eliminat ir-riskji msemmija, u l-muniċipalità setgħet imbagħad tbigħ il-proprjetà mingħajr ma kellha targumenta vis-à-vis xerrejja potenzjali fir-rigward ta’ dawn ir-riskji. Għaldaqstant l-obbligu li wettqet Asker Brygge kien ta’ valur għall-muniċipalità.

Il-muniċipalità taċċetta li investitur privat ma kienx se jagħti ħlas pospost ta’ 70% tas-somma tal-bejgħ mingħajr imgħax, iżda kwalunkwe għajnuna possibbli mill-Istat minħabba n-nuqqas ta' dan l-imgħax tiġi meqjusa bħala għajnuna de minimis.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

Asker Brygge ssottomettiet li l-Awtorità ma tistax tikkonkludi li għajnuna mill-Istat kienet involuta fil-bejgħ.

4.1   Il-valur fl-2001

Asker Brygge ssottomettiet li l-valutazzjoni tal-allegati miżuri għall-għajnuna għandha tkun ibbażata fuq il-fatti disponibbli lill-Muniċipalità fil-mument li daħlet fi ftehim dwar opzjoni li fih Asker Brygge ingħatat id-dritt li tixtri l-proprjetà inkwistjoni, jiġifieri fl-2001. Għaldaqstant, il-valur tas-suq tal-proprjetà jrid jiġi vvalutat fil-mument tal-konklużjoni tal-Ftehim dwar Opzjoni. Mhuwiex ir-rwol tal-Awtorità li tissostitwixxi s-sentenza tal-Muniċipalità fir-rigward tal-valutazzjoni ekonomika tal-valur tal-proprjetà fl-2001. Għaldaqstant, Asker Brygge tissottometti li l-Muniċipalità gawdiet marġini ta’ diskrezzjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-prezz tas-suq tal-proprjetà fl-2001.

Fl-2001, il-ftehim ma’ Slependen Båtforening (Slependen) u l-obbligu li tiġi provduta soluzzjoni futura għal Slependen irid jitqies bħala piż fuq il-proprjetà li influwenza b'mod ċar il-valur tas-suq tagħha.

Regolamentazzjoni mill-ġdid tal-proprjetà tkun meħtieġa sabiex l-art tiġi żviluppata għal attività ta’ negozju. Din ma kinitx alternattiva realistika għall-muniċipalità fl-2001. Ix-xogħlijiet preparatorji li jkunu jinħtieġu qabel regolamentazzjoni mill-ġdid kompleta huma kemm għaljin kif ukoll jieħdu ħafna żmien. Barra minn hekk, kien hemm riskju potenzjali għal Asker Brygge li l-Muniċipalità u istituzzjonijiet pubbliċi oħra ma jaċċettawx applikazzjoni għal regolamentazzjoni mill-ġdid, bħal pereżempju l-Amministrazzjoni Pubblika tat-Toroq jew il-Gvernatur tal-Kontea.

Irid jitqies ukoll li l-proprjetà hija viċin l-awtostrada E18, li jfisser li l-proprjetà hija esposta kemm għall-ħsejjes mit-triq kif ukoll għat-tniġġis. Barra minn hekk, il-fatt li tinstab viċin l-awtostrada jillimita konsiderevolment il-possibbiltà li l-proprjetà tiġi żviluppata. Skont il-pjan ta’ żvilupp tal-awtostrada, kien ipprojbit li tinbena xi ħaġa aktar viċin minn 35 m tat-triq. Peress li l-proprjetà hija dejqa ħafna u tinstab viċin it-triq, din il-limitazzjoni timplika li kważi 90% tal-proprjetà kienet soġġetta għal din il-projbizzjoni. Barra minn hekk, kif jirriżulta mit-Taqsima 1 tal-Ftehim u skont il-pjan ta’ żvilupp ta’ triq pubblika, parti mill-proprjetà kienet ippjanata li tintuża fi triq ġdida li tinstab ħdejn l-awtostrada eżistenti. Approssimament 1/3 tal-proprjetà se jiġi meħud mit-triq il-ġdida.

Asker Brygge trid tenfassiza wkoll l-inċertezza fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-proprjetà. Kif iddikjarat hawn fuq, il-proprjetà inkwistjoni ġiet meqjusa bħala diffiċli ħafna li tiġi żviluppata minħabba l-kondizzjonijiet tal-ħamrija tagħha. Barra minn hekk ġie meqjus bħala probabbli li l-ħamrija u x-xatt kienu mniġġsa ħafna. Għaldaqstant, meta Asker Brygge kkuntattjat lill-Muniċipalità fl-2001 bil-għan li tixtri l-art, ġie meqjus mill-Muniċipalità bħala kważi impossibbli li l-art tiġi żviluppat għall-attività tan-negozju. La Asker Brygge lanqas il-Muniċipalità ma kellhom informazzjoni suffiċjenti jew eżatta fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet, u l-iżvilupp se jeħtieġ analiżi konsiderevoli tal-kondizzjonijiet tal-proprjetà. Asker Brygge tirrikonoxxi li l-limitazzjonijiet imsemmija hawn fuq iridu jitqiesu bħala piżijiet fuq il-proprjetà li influwenzaw b’mod ċar il-valur tas-suq tagħha.

Barra minn hekk, l-Awtorità ma tistax tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq ċirkostanzi fattwali sussegwenti. Dan ikun jimplika li l-Awtorità tibbaża d-deċiżjoni tagħha permezz ta’ fatti li ma kinux disponibbli għall-Muniċipalità meta daħlet fil-Ftehim. Kwalunkwe żieda fil-valur tal-proprjetà wara l-2001 hija minħabba f’xogħol li jitwettaq minn Asker Brygge. Mingħajr ix-xogħol imwettaq minn Asker Brygge iż-żona x’aktarx xorta tibqa’ mhux żviluppata b’valur monetarju limitata ħafna għall-muniċipalità.

4.2   Ir-rilevanza tal-valur fl-2007

Sal-punt li l-valur tal-2007 huwa rilevanti, l-Awtorità għandha tqis u tnaqqas il-valur miżjud li huwa riżultat tax-xogħol imwettaq minn Asker Brygge mill-2001 sal-2007.

4.3   Remunerazzjoni għall-opzjoni

L-obbligu li jiġi ffinanzjat xogħol ta' riċerka, li jammonta approssimament għal NOK 4 jew 5 miljun, irid, fl-opinjoni ta’ Asker Brygge, jitqies meta tiġi vvalutata r-remunerazzjoni għall-opzjoni mogħtija lil Asker Brygge. Inġenerali din il-metodoloġija mhix ħaġa rari bħala bażi għall-iffissar tal-prezz ta' opzjoni fir-rigward ta’ art mhux żviluppata bħal f'dan il-każ.

4.4   Il-valutazzjonijiet tal-valur

L-ebda waħda mill-valutazzjonijiet tal-valur tal-proprjetà ma tqis b’mod suffiċjenti ċ-ċirkostanzi fattwali fl-2001. L-oġġezzjoni prinċipali ta’ Asker Brygge għall-valutazzjonijiet hija li l-istima tal-prezz tas-suq inter alia ġiet ibbażata fuq suppożizzjoni li aktar żvilupp tal-marina kien possibbli u intenzjonat mill-Muniċipalità u Asker Brygge. Issir referenza għall-valutazzjoni tal-valur imwettqa minn TJB Eiendomstaksering paġna 6-9, li fiha l-istimatur jibbaża l-valutazzjoni tiegħu fuq il-fatt li huwa possibbli li jitħammel ix-xatt sabiex jiġu stabbiliti aktar spazji għad-dgħajjes u jiġu stabbiliti btieħi għall-ħżin tad-dgħajjes fiż-żona tal-art. Issir referenza wkoll għall-valutazzjoni ta' Takstsenteret dwar il-valur, paġni 14 u 15, li tibbaża l-valutazzjoni tagħha wkoll fuq dan l-iżvilupp tal-proprjetà.

Madankollu, meta l-Ftehim ġie konkluż fl-2001 dan l-iżvilupp tal-proprjetà la kien intenzjonat u lanqas meqjus bħala possibbli mill-Muniċipalità u Asker Brygge. Barra minn hekk, minħabba l-kondizzjonijiet tax-xatt taħt iż-żona tal-art, u sabiex jiġi evitat l-ispostament tal-massa u ħsara lis-sisien ta’ pont li jservi bħala triq viċin tal-proprjetà, l-Amministrazzjoni Pubblika tat-Toroq ipprojbixxiet aktar tħammil fiż-żona.

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

Għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jinqara kif ġej:

“Bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna, tkun f’liema forma tkun, mogħtija mill- Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal- Istat li twassal għal tfixkil jew theddida ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjanament ta’ dan il-Ftehim.”

1.1   Il-prinċipju tal-investitur fis-suq

1.1.1   Introduzzjoni

Kieku t-tranżazzjoni twettqet skont il-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija fis-suq, jiġifieri, jekk il-muniċipalità biegħet l-art għall-valur tas-suq tagħha u l-kondizzjonijiet tat-tranżazzjoni kienu jkunu aċċettabbli għal bejjiegħ privat, it-tranżazzjoni ma kinitx tinvolvi l-għoti tal-għajnuna mill-Istat. Il-bejgħ tal-art seta’ jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat jekk il-bejgħ ma twettaqx bil-prezz tas-suq. Bħala punt ta’ tluq, il-valutazzjoni ta’ jekk proprjetà nbigħetx b'valur tas-suq għandha tiġi vvalutata fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt. Iċ-ċirkostanzi ta’ dan il-bejgħ tal-art huma kemmxejn partikolari fis-sens li jeżistu diversi ftehimiet li jikkonċernaw il-bejgħ: Ftehim dwar opzjoni tal-2001, ftehim estiż dwar opzjoni tal-2004 u ftehim ta’ bejgħ tal-2007.

Il-ftehim dwar opzjoni mhux biss ta lil Asker Brygge dritt li takkwista l-proprjetà fi kwalunkwe ħin partikolari matul is-snin li kellhom jiġu, iżda anke ffissa l-prezz għal trasferiment aktar tard. B’hekk, l-opzjoni inkludiet il-possibbiltà li Asker Brygge tosserva l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-proprjetà matul numru ta’ snin, u imbagħad tagħżel li tixtri l-proprjetà għall-prezz miftiehem fl-2001. Filwaqt li l-Awtorità tirrikonoxxi bis-sħiħ id-dritt għall-awtoritajiet pubbliċi li joperaw wkoll f’suq fuq termini kummerċjali, madankollu ssib raġuni sabiex tqis b’attenzjoni jekk ftehim simili kienx ikun konkluż minn operatur tas-suq privat. F’dan ir-rigward l-Awtorità kkunsidrat jekk Asker Brygge ħallsitx għall-opzjoni bħala tali, u jekk il-kondizzjonijiet favorevoli għax-xerrej jidhrux li huma bbilanċjati mill-obbligi korrispondenti għax-xerrej jew id-drittijiet għall-bejjiegħ.

L-Awtorità kkonkludiet li wieħed ma jistax jgħid li l-ftehim dwar opzjoni bħala tali jikkonforma mal-prinċipju tal-investitur fis-suq privat. L-Awtorità imbagħad ivvalutat jekk il-proprjetà ġietx ittrasferita bil-valur tas-suq meta l-ftehim tal-bejgħ ġie konkluż fl-2007 abbażi tal-prezz miftiehem fl-2001. L-Awtorità kkonkludiet dwar dan il-punt li l-proprjetà nbiegħet taħt il-valur tas-suq fl-2007. Għaldaqstant, l-Awtorità, f’dan li ġej, l-ewwel ivvalutat il-ftehim dwar opzjoni tal-2001 (u l-estensjoni ffirmata fl-2004), u t-tieni, jekk il-bejgħ attwali tal-art fl-2007 twettaqx bil-prezz tas-suq.

1.1.2   Il-prezz tas-suq tal-ftehim dwar opzjoni ffirmat fl-2001

Fir-rigward tal-ftehim dwar opzjoni, irid jiġi eżaminat jekk investitur privat li qed jopera f'ekonomija tas-suq kienx jagħżel li jidħol fi ftehim simili fir-rigward tal-prezz u t-termini bħal dak iffirmat bejn il-muniċipalità ta’ Asker u Asker Brygge fl-2001. Fit-twettiq ta' dik il-valutazzjoni, l-Awtorità ma tistax tissostitwixxi l-ġudizzju kummerċjali tal-muniċipalità ma’ tagħha, li jimplika li l-muniċipalità, bħala l-bejjiegħ tal-biċċa art, trid tgawdi marġini ta’ ġudizzju. Jista’ jkun hemm numru ta’ raġunijiet kummerċjalment sodi sabiex wieħed jidħol fi ftehim taħt kondizzjonijiet partikolari. Meta ma jkun hemm l-ebda spjegazzjoni plawsibbli għall-għażla tal-muniċipalità, il-miżura tista’ tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, il-kondizzjonijiet għall-bejgħ aktar tard ġew stabbiliti fil-ftehim dwar opzjoni ffirmat fl-2001. Dan il-ftehim ta lil Asker Brygge dritt, iżda mhux obbligu, li tixtri l-proprjetà fuq kondizzjonijiet determinati minn qabel fi kwalunkwe ħin partikolari sal-31 ta’ Diċembru 2009. Mill-banda l-oħra, il-muniċipalità ġiet ipprojbita milli tbigħ il-proprjetà lil xi ħadd ieħor fl-istess perjodu. Il-karatteristiċi ewlenin tal-ftehim dwar opzjoni li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat huma (i) il-prezz miftiehem ta’ NOK 8 miljun, aġġustat skont l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur, (ii) id-dritt ta’ negozjar mill-ġdid miftiehem għal Asker Brygge f’każ li l-prezzijiet tal-proprjetà jonqsu konsiderevolment qabel ma tkun ġiet invokata l-opzjoni (ma kien hemm l-ebda dritt korrispondenti ta’ negozjar mill-ġdid għall-muniċipalità f’każ li l-prezzijiet tal-proprjetà jiżdiedu konsiderevolment), (iii) il-ħlas f’żewġ pagamenti, fejn 70 % tal-prezz tal-bejgħ jitħallas sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, iżda l-ebda imgħax ma jitħallas għal dan il-dewmien.

Fl-2004, il-muniċipalità u Asker Brygge tawlu l-ftehim dwar opzjoni sal-2014, iżda ma mmodifikaw l-ebda waħda mill-kondizzjonijiet l-oħra għat-tranżazzjoni (4).

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, il-muniċipalità ma wettqet l-ebda valutazzjoni indipendenti tal-valur tal-proprjetà qabel ma daħlet fil-ftehim ma’ Asker Brygge fl-2001. Il-Muniċipalità spjegat li vvalutat il-valur abbażi tal-esperjenza tagħha fis-suq tal-proprjetà immobbli, iżda ma ġewx ipprovduti dettalji oħra għajr dan lill-Awtorità. Għaldaqstant, mhuwiex ċar għall-Awtorità fuq liema bażi l-muniċipalità waslet għall-prezz mifthiem ta’ NOK 8 miljun għall-bejgħ tal-art.

Anke jekk wieħed jassumi li NOK 8 miljun irrappreżenta l-prezz tas-suq għall-proprjetà bħala tali fl-2001 (5), il-valur tas-suq tal-elementi oħra miftiehma fil-ftehim dwar opzjoni għandhom jiġu vvalutati. Fl-opinjoni tal-Awtorità, kieku kellu jitqies biss il-valur tas-suq għall-proprjetà, dan ikun jinvolvi li Asker Brygge akkwistat l-opzjoni bħala tali b’xejn mingħajr kwalunkwe konsiderazzjoni ekonomika għal dan id-dritt preferenzjali ta’ xiri.

Kif imsemmi qabel, din l-għażla ppermettiet li l-kumpanija tosserva l-iżvilupp ta’ prezzijiet tal-proprjetà għal numru ta’ snin. Statistikament, il-prezzijiet tal-proprjetà għandhom it-tendenza li jiżdiedu maż-żmien. Barra minn hekk, Asker tinstab viċin Oslo u esperjenzat tkabbir kontinwu fil-popolazzjoni, xi ħaġa li normalment tinfluwenza l-prezzijiet tal-proprjetà b’mod pożittiv.

Il-ftehim dwar opzjoni pprojbixxa lill-muniċipalità milli tbigħ il-proprjetà lil xerrej ieħor, u b'hekk rabtet il-kapital li għalih il-muniċipalità setgħet sabet użijiet alternattivi jew irċeviet imgħax. Madankollu, il-muniċipalità ma tirċevi l-ebda ħlas jew kumpens f’każ li Asker Brygge tiddeċiedi li ma tixtrix il-proprjetà.

Barra minn hekk, l-estensjoni fl-2004 tawlet l-għażla b’5 snin addizzjonali mingħajr remunerazzjoni. Ippermettiet li Asker Brygge tavviċina b’mod attiv lill-muniċipalità sabiex tirregola mill-ġdid il-proprjetà għal finijiet li jżidu l-valur tas-suq.

Taħt il-ftehim dwar opzjoni, xi aspetti ta’ kuntratt ta’ bejgħ possibbli fil-futur kienu miftiehma wkoll. B’mod partikolari, fir-rigward tar-regolamentazzjoni mill-ġdid taż-żona, Asker Brygge kellha l-obbligu li tlesti x-xogħlijiet preparatorji li jwasslu għall-proċess ta’ regolamentazzjoni mill-ġdid. Jekk din il-kondizzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta, il-muniċipalità ta' Asker setgħet ittemm il-kuntratt.

L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-opzjoni ma tistax titqies illi ngħatat mingħajr remunerazzjoni, ladarba Asker Brygge bi skambju wettqet l-obbligi relatati mal-ippjanar u r-riċerka. Anke kieku l-muniċipalità ikkunsidrat il-proprjetà bħala diffiċli biex tiġi żviluppata, u ma riditx twettaq ir-riċerka meħtieġa sabiex tiskopri r-riskji relatati ma' kondizzjonijiet diffiċli tal-ħamrija u t-tniġġis, il-ftehim dwar opzjoni ta lil Asker Brygge l-opportunità li taħdem fuqha għal diversi snin qabel ma tiddeċiedi li tixtri l-proprjetà, li fl-opinjoni tal-Awtorità naqqset ir-riskju konsiderevolment. Barra minn hekk, kieku l-proprjetà ġiet irregolata mill-ġdid, dan iżid il-valur tal-proprjetà. Għaldaqstant, il-ftehim dwar opzjoni ma nvolva l-ebda riskju reali għal Asker Brygge. L-ammonti li ntefqu fuq ir-riċerka kellhom ikunu ta’ benefiċċju għax-xerrej, u kieku r-riċerka kellha turi li l-proprjetà ma kinitx adattata għall-iżvilupp, ix-xogħlijiet tar-riċerka setgħu jitwaqqfu u l-ispejjeż minimizzati, mingħajr kwalunkwe obbligu li tinxtara l-proprjetà.

Asker Brygge argumentat li għandu jittieħed inkonsiderazzjoni l-obbligu li jiġi ffinanzjat ix-xogħol tar-riċerka, li intqal li jammonta għal approssimament NOK 4 jew 5 miljun, fil-valutazzjoni tar-remunerazzjoni għall-opzjoni. Huwa argumentat li din il-metodoloġija mhix ħaġa rari bħala bażi għall-iffissar tal-prezz ta’ opzjoni fir-rigward ta’ art mhux żviluppata bħal f’dan il-każ. L-Awtorità tinnota li Asker Brygge ma ssottomettiet l-ebda dokumentazzjoni dwar it-talbiet imsemmija hawn fuq. L-Awtoritajiet Norveġiżi ma setgħux jikkonfermaw la l-ammonti li ntnefqu fuq ir-riċerka, lanqas li dan huwa metodu komuni li bih jiġi ffissat il-prezz fuq art mhux żviluppata.

Fl-opinjoni tal-Awtorità, l-opzjoni nnifisha, indipendentement minn jekk ġiet eżerċitata jew le, kellha valur fl-2001 meta ġie konkluż il-ftehim. Mid-dokumentazzjoni u l-ispjegazzjonijiet li rċeviet s’issa l-Awtorità, m’hemm l-ebda informazzjoni li x-xerrej ħallas remunerazzjoni għall-opzjoni bħala tali li investitur privat kien jaċċetta.

Il-ftehim dwar opzjoni jirreferi għall-possibbiltà li Asker Brygge twettaq xogħlijiet ta’ riċerka fuq il-proprjetà bil-ħsieb li tiġi rregolamentata għal finijiet oħra bi skambju għall-opzjoni li tixtri l-proprjetà bi prezz tas-suq. Madankollu, ma kien hemm l-ebda garanzija li l-proprjetà fil-fatt se tiġi rriċerkata kif suppost. Ma kien hemm l-ebda obbligu mhux kundizzjonat sabiex titwettaq kwalunkwe tip ta' riċerka partikolari peress li x-xerrej seta’ minflok jagħżel li ma jikkonkludix ftehim ta’ bejgħ, eż. jekk ix-xogħlijiet ta’ riċerka inizjali kienu se juru li l-proġett ma jħalli l-ebda profitt, jew għal kwalunkwe raġuni oħra. Għaldaqstant, ir-riskji fuq ix-xerrej taħt il-ftehim dwar opzjoni kienu minimi, filwaqt li l-muniċipalità ma kinitx tipprofitta minnu kieku r-riċerka uriet li l-proprjetà tista’ tiġi żviluppata. Ix-xerrej imbagħad ikun f’pożizzjoni li jistenna l-iżvilupp tas-suq tal-proprjetà immobbli fuq perjodu twil, u jista’ jagħżel li jixtri l-proprjetà għal prezz fiss fil-mument li jiġi meqjus bħala l-aktar profitabbli għax-xerrej. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, ir-rekwiżit li Asker Brygge jkollha twettaq xogħlijiet ta’ riċerka fi ħdan ċerti limiti ta’ żmien sabiex iżżomm l-opzjoni, ma jistax jitqies bħala ħlas tajjeb għall-possibbiltà li tinxtara l-art fis-sens tal-prinċipju tal-investitur tas-suq.

Il-ftehim dwra opzjoni inkluda wkoll elementi oħra li jidhru li huma kapaċi li jżidu l-valur tal-opzjoni. L-ewwel element jikkonċerna l-mekkaniżmu sabiex jiġi rregolat il-prezz. Asker Brygge kellha d-dritt li titlob negozjati mill-ġdid tal-prezz jekk il-prezzijiet tal-proprjetà f’Asker jonqsu konsiderevolment qabel ma tkun ġiet invokata l-opzjoni. Kif imsemmi hawn fuq, il-ftehim ma pprovdiex dritt korrispondenti ta’ negozjar mill-ġdid għall-munċipalità li kieku l-prezzijiet tal-proprjetà jiżdiedu konsiderevolment. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-isfond sabiex jiġi inkluż dritt biex Asker Brygge tinnegozja mill-ġdid il-ftehim kien li l-muniċipalità ta’ Asker ikkunsidrat il-proprjetà bħala diffiċli sabiex tiġi żviluppata, inter alia minħabba fid-distanza qasira għall-awtostrada (E18), u għalhekk it-tranżazzjoni kienet tinvolvi riskju ekonomiku sostanzjali. Madankollu, l-Awtorità ssib li investitur tas-suq privat ma kienx se jidħol fi ftehim bħal dan mingħajr dritt reċiproku għall-aġġustament li kieku l-prezzijiet tal-proprjetà jiżdiedu jew jonqsu konsiderevolment. F’dan ir-rigward, id-dritt għall-muniċipalità li taġġusta l-prezz skont l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur jidher li mhuwiex suffiċjenti sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ dritt korrispondenti ta’ negozjar mill-ġdid.

Fl-opinjoni tal-Awtorità, l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur mhuwiex l-indiċi korrett li għandu jintuża fl-aġġustament għal tibdil fil-prezzijiet tal-proprjetà. L-indiċi tal-prezz tal-konsumatur huwa miżura li jistma l-bidla fil-prezz medju tal-oġġetti u s-servizzi tal-konsumatur mixtrija minn familji, u ma jirriflettix il-movimenti tal-prezz tas-suq tal-proprjetà. Il-prezzijiet tal-proprjetà jiżviluppaw b’mudell differenti minn prezzijiet oħra, u għalhekk il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli, bħal din inkwistjoni f’dan il-każ partikolari, normalment ma jitqisux fid-determinazzjoni tal-indiċi tal-prezz tal-konsumatur.

Barra minn hekk, il-Ftehim dwar Opzjoni jinkludi l-ftehim tal-muniċipalità ta’ Asker li jiġi pospost il-ħlas ta’ 70 % tal-prezz tal-bejgħ miftiehem sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011 (6) mingħajr ma jintalab kwalunkwe imgħax għal dan id-diferiment. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-posponiment tal-ħlas sħiħ mingħajr kwalunke imgħax ġie aċċettat peress li l-proprjetà ġiet ikkunsidrata bħala diffiċli li tiġi żviluppata. L-Awtorità ssib li operatur privat ma kienx se jaqbel li jipposponi l-ħlas tul perjodu daqshekk twil mingħajr ma jeħtieġ kwalunkwe ħlasijiet ta’ imgħax. Barra minn hekk, issib li operatur privat ma kienx jittrasferixxi l-pussess totali tal-proprjetà qabel ma jkun irċieva l-ħlas kollu. Il-muniċipalità ta’ Asker taqbel li investitur privat kien jirrikjedi remunerazzjoni għall-ħlas pospost. Għalkemm il-muniċipalità ta’ Asker issottomettiet li kwalunkwe għajnuna f’dan ir-rigward tkun taħt il-limiti de minimis, ma pprovdiet l-ebda dokumentazzjoni għal dan il-għan.

Għar-raġunijiet deskritti hawn fuq, l-Awtorità ssib li operatur privat ma kienx jidħol fi ftehim dwar opzjoni daqshekk twil, fuq kondizzjonijiet simili bħall-muniċipalità ta’ Asker mingħajr ma jirrikjedi remunerazzjoni għall-opzjoni u l-kondizzjonijiet favorevoli bħala tali. Billi talbet sempliċiment remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà fl-2001, il-muniċipalità ta’ Asker ħadet ir-riskju li tagħti għajnuna mill-Istat aktar tard, b’mod partikolari kieku kellhom jiżdiedu l-prezzijiet tal-proprjetà.

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-Ftehim dwar Opzjoni ma ġiex konkluż fuq kondizzjonijiet tas-suq u għaldaqstant il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża.

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-proprjetà nbigħetx bi prezz taħt il-valur tas-suq.

1.1.3   Il-valur fis-suq tal-proprjetà fil-mument tal-ftehim tal-bejgħ

Fl-2005, Asker Brygge ħadet l-opzjoni. Għalkemm il-kondizzjonijiet għall-bejgħ ġew stabbiliti fil-ftehim dwar opzjoni tal-2001, il-kuntratt tal-bejgħ ma ġiex konkluż qabel il-21 ta’ Marzu 2007. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-prezz tal-bejgħ ma kienx soġġett għal negozjati fl-2007 iżda ġie miftiehem fl-2001.

Il-valur tal-proprjetà fl-2001 mhuwiex deċiżiv għall-valutazzjoni ta’ jekk ingħatatx għajnuna mill-Istat mat-tranżazzjoni attwali peress li l-bejgħ ma twettaqx fl-2001, iżda fl-2007. Billi l-ftehim dwar opzjoni tal-2001 ta lil Asker Brygge d-dritt li tixtri l-proprjetà għall-10 snin li ġejjin, sadattant il-proprjetà baqgħet fil-muniċipalità, sakemm Asker Brygge ma ħaditx l-opzjoni. Għaldaqstant, il-punt rilevanti fiż-żmien għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Awtorità huwa l-mument meta nbiegħet il-proprjetà u ġiet ittrasferita lil sid ġdid, fl-2007.

F’dan li ġej, l-Awtorità għalhekk se tqabbel il-prezz ta’ NOK 8 727 462 imħallas minn Asker Brygge fil-mument meta l-bejgħ twettaq fl-2007 mal-valur fis-suq tal-proprjetà.

Skont il-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar il-bejgħ tal-art, bejgħ ta' art u bini wara proċedura ta' sejħa għall-offerti mhux ikkondizzjonata u suffiċjentement reklamata tajjeb, paragunabbli għal irkant, li taċċetta l-aħjar jew l-unika offerta, huwa b’definizzjoni l-valur tas-suq u konsegwentement ma jinkludix għajnuna mill-Istat. Inkella, sabiex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ għajnuna meta jitwettaq bejgħ ta’ art mingħajr proċedura ta’ sejħa għall-offerti mhux ikkondizzjonata, għandha titwettaq valutazzjoni indipendenti minn stimatur indipendenti tal-assi wieħed jew aktar qabel in-negozjati ta’ bejgħ sabiex jiġi stabbilit il-valur tas-suq abbażi ta’ indikaturi tas-suq aċċettati b'mod ġenerali u standards ta’ valutazzjoni. L-istimatur għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, jiġifieri l-awtoritajiet pubbliċi m’għandhomx ikunu intitolati li joħorġu ordnijiet rigward ir-riżultat tal-valutazzjoni. F’dan il-każ partikolari, il-muniċipalità ta’ Asker ma rranġatx għal proċedura ta' sejħa għall-offerti mhux ikkondizzjonata u lanqas ma ġabret evalwazzjoni esperta indipendenti qabel ma daħlet fil-ftehim. Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża awtomatikament.

Fin-notifika, l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew 3 valutazzjonijiet ta’ valur tal-proprjetà inkwistjoni. L-ebda waħda mill-valutazzjonijiet ta’ valur ma twettqet qabel ma ġie konkluż il-ftehim dwar opzjoni fl-2001, iżda stabbiliet il-valur tal-proprjetà wara dan.

L-ewwel rapport iddatat 30 ta’ Ġunju 2006 twettaq minn surveyors liċenzjati tal-proprjetà ta’ Verditakst AS, Takst Senteret u Agdestein (7). Skont dan ir-rapport il-valur stmat tal-art fl-2001, iż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt dwar opzjoni, kien ta’ NOK 9.6 miljun, b’varjazzjoni possibbli ta’ +/– 15 %. Madankollu, din tidher li hija stima approssimattiva ħafna. Il-valutaturi sempliċiment ikkunsidraw il-valur tal-proprjetà abbażi tal-użu permess (prinċipalment għal finijiet tal-marina) skont ir-reġim regolatorju eżistenti fil-mument tal-valutazzjoni (li kien l-istess bħal fl-2001), u l-valur b’użu kkombinat alternattiv ta' marina, akkomodazzjoni u industrija, u vvalutaw il-valur tal-proprjetà bħala l-valur tan-nofs ta' dawn iż-żewġ alternattivi (8). Madankollu, kif spjegat hawn fuq, huwa l-valur tal-art fl-2007 meta nbiegħet il-proprjetà u ġiet ittrasferita lis-sid il-ġdid li huwa rilevanti għal valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat.

L-awtoritajiet Norveġiżi hemżu man-notifika żewġ valutazzjonijiet ta’ valur addizzjonali li TJB Eiendomstaksering – Ek & Mosveen AS – Bjørn Aarvik kienu wettqu f'isem il-muniċipalità. Fl-ewwel rapport iddatat 18 ta’ Jannar 2008 (9), il-valur tas-suq tal-art fl-2007 ġie stmat għal NOK 26 miljun. Peress li l-kuntratt bejn il-muniċipalità u Asker Brygge ġie konkluż fl-2001, dan il-prezz ġie mraħħas għall-valuri tal-2001. Il-valur imraħħas ta' NOK 26 miljun tal-2007 permezz ta’ rata ta’ 5.5 % fuq 7.5 snin ikkorrisponda għal NOK 17-il miljun fl-2001.

Fit-tieni rapport iddatat 16 ta’ Ġunju 2008, (10) TJB Eiendomstaksering – Ek & Mosveen AS – Bjørn Aarvik stmaw il-valur tas-suq tal-art fl-2007 għal NOK 12-il miljun. Il-valur imraħħas ta' NOK 12-il miljun tal-2007 permezz tal-istess rata ta’ skont bħal qabel (jiġifieri 5.5 % tul 7.5 snin) ikkorrisponda għal NOK 8 miljun fl-2001. Għaldaqstant, id-diskrepanza bejn iż-żewġ rapporti hija ta’ NOK 9 miljun għall-valur tal-proprjetà fl-2001 u NOK 14-il miljun għall-valur tal-proprjetà fl-2007.

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li din id-differenza hija bbażata prinċipalment fuq it-tnaqqis stmat fil-valur ta’ obbligu addizzjonali fuq Asker Brygge fir-rigward tal-użu ta’ parti mill-proprjetà minn Slependen Båtforening AS (11). Il-ftehim dwar opzjoni tal-2001 jinkludi klawsola li tiddikjara li parti mill-proprjetà hija mikrija lil Slependen Båtforening bħala marina għal dgħajjes żgħar, u li Asker Brygge tkun trid tikkumpensa għad-dritt tagħha għal marina għal dgħajjes żgħar/kumpens vis-à-vis il-muniċipalità ta’ Asker jekk l-iżvilupp tal-proprjetà jkun beda qabel ma jiskadi l-kuntratt tal-kiri. Il-kuntratt tal-kiri skada f’Ġunju 2009. Barra minn hekk, fi klawsola 3 tal-ftehim dwar opzjoni hemm iddikjarat li Asker Brygge, flimkien mal-muniċipalità ta’ Asker, se tilħaq soluzzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ Slependen Båtforening fi ħdan l-ambitu tal-attività fil-mument tal-ftehim.

Meta ġie konkluż il-ftehim dwar opzjoni fl-2001, Slependen Båtforening ħallas kirja annwali ta’ NOK 19 500 lill-muniċipalità ta’ Asker. (12) Għalkemm kien diffiċli li tiġi ddikjarata l-konsegwenza ekonomika eżatta tal-obbligu għal Asker Brygge fil-mument li ġie konkluż il-ftehim dwar opzjoni, Asker Brygge u Slependen Båtforening iffirmaw ftehim fl-1 ta’ Ġunju 2006 skont liema dan tal-aħħar kellu jħallas NOK 850 000 (cf. klawsola 2.4 fil-ftehim). (13) Skont l-ispjegazzjonijiet provduti mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-valutazzjoni ta’ valur minn Jannar 2008 ġiet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata ta’ ftehim bejn Asker Brygge u Slependen Båtforening peress li ma kinitx tirrifletti d-dritt ta’ dan tal-aħħar li jħallas biss NOK 850 000 għaż-żona inkwistjoni. L-istimaturi tal-assi interpretaw il-klawsola fil-ftehim dwar opzjoni b’tali mod li Slependen Båtforening kien ikollu d-dritt li jikri jew jixtri l-postijiet għad-dgħajjes bi prezz tas-suq wara l-iskadenza tal-kuntratt tal-kiri. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi huma tal-opinjoni li s-somma ta’ NOK 850 000, li tirrappreżenta t-twettiq tal-obbligu lejn Slependen Båtforening, kellha titqies meta l-valur tas-suq tal-proprjetà ġie vvalutat għall-2001 u l-2007. Għaldaqstant, il-muniċipalità ta’ Asker tat istruzzjonijiet lil TJB Eiendomstaksering – Ek & Mosveen AS – Bjørn Aarvik sabiex jużaw NOK 850 000 bħala l-bażi tal-istima tal-valur tal-65 post għad-dgħajjes ta’ Slependen Båtforenings fil-valutazzjoni tagħhom iddatata 16 ta’ Ġunju 2008. L-Awtorità tikkunsidra li din is-somma hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-valur tal-proprjetà tal-2007, peress li din kienet informazzjoni magħrufa f’dak il-mument.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta' Ġunju 2008 qieset ir-riskji fir-rigward tat-tniġġiż fl-art, kif indikat mill-muniċipalità (14). Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008 ma inkludietx il-ħżin għal dgħajjes taħt it-triq (E18), kif indikat mill-muniċipalità (15).

Asker Brygge kkontestat il-validità tal-valutazzjonijiet. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li l-valutazzjonijiet jinkludu l-possibbiltà li jitħammel ix-xatt sabiex jiġu stabbiliti aktar spazji għad-dgħajjes, u jiġu stabbiliti btieħi għall-ħżin tad-dgħajjes fiż-żona tal-art. Skont Asker Brygge, l-ebda żvilupp tal-proprjetà ma seta’ jkun bl-ebda mod prevedibbli fl-2001, u l-amministrazzjoni pubbika tat-toroq kienet ipprojbixxiet aktar tħammil fiż-żona (16).

L-awtorità tosserva li Asker Brygge ma pprovdiet l-ebda dokumentazzjoni dwar li l-postijiet speċifiċi għall-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008 mhux korretti. Barra minn hekk, l-Awtorità tosserva li l-muniċipalità ma kkontestatx il-validità tal-valutazzjoni ta' Ġunju 2008, li tidher illi tqisha bħala pjuttost preċiża (17). Għall-kuntrarju, il-muniċipalità, fil-kummenti tagħha lill-Awtorità, tikkwota l-valutazzjoni fil-parti fejn tikkunsidra t-tħammil (fir-rigward tal-valutazzjoni tat-tniġġiż fl-art) u ma tagħmel l-ebda kumment li t-tħammil bl-ebda mod mhu se jkun possibbli. Għaldaqstant, l-Awtorità ma tistax tara li ġiet ipprovduta dokumentazzjoni li tagħti raġuni li wieħed jiddubita dwar il-postijiet speċifiċi għall-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008.

Iż-żewġ rapporti ta’ TBJ Eiendomstaksering – Ek & Mosveen AS – Bjørn Aarvik iddeterminaw il-prezz tal-art fl-2007. L-ewwel rapport imħejji f’Jannar 2008 ta stima tal-valur tal-art ta’ NOK 26 miljun, ħafna aktar mill-prezz ta’ NOK 8.7 miljun imħallas minn Asker Brygge AS. Il-valutazzjoni ta’ valur l-aktar riċenti (u l-aktar baxxa), it-tieni rapport, iddatat 16 ta’ Ġunju 2008, (18) stmat il-valur tas-suq tal-art fl-2007 għal NOK 12-il miljun, li huwa NOK 3 272 538 aktar mill-prezz imħallas. Għall-kuntrarju tal-ewwel rapport, skont l-informazzjoni provduta mill-muniċipalità ta’ Asker, dan it-tieni rapport iqis informazzjoni aktar preċiża li kienet magħrufa fl-2007, fil-mument meta ġie ffinalizzat il-bejgħ.

Asker Brygge iddikjarat li sal-punt li l-valur tal-2007 huwa rilevanti, l-Awtorità għandha tqis u tnaqqas valur miżjud li jirriżulta mix-xogħlijiet imwettqa minn Asker Brygge mill-2001-2007. Ix-xogħlijiet ikkonsistew fir-riċerka ta' Asker Brygge dwar il-proprjetà (19).

L-Awtorità ssib li m’hemm l-ebda bażi sabiex jitnaqqsu mill-valur ix-xogħlijiet imwettqa minn Asker Brygge fil-perjodu tal-2001-2007. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li l-valutazzjonijiet ta’ valur tal-2008 huma bbażati fuq l-istat regolatorju tal-proprjetà kif kien fl-2001 u l-2007. Ir-regolamenti ma nbidlux mill-1998, skont il-valutazzjoni ta' valur ta' Ġunju 2008 (20). Għaldaqstant, l-użu mistenni tal-proprjetà ġie kkunsidrat bħala marina u żona tal-ħżin għad-dgħajjes fl-2001 u fl-2007 (21). L-Awtorità ma tistax tara li din il-valutazzjoni ġiet affettwata minħabba fir-riċerka mwettqa minn Asker Brygge. Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008 issemmi r-riskju tat-tniġġiż fl-art, iżda żżid li l-valutaturi ma wettqu l-ebda riċerka aktar fil-fond f'din il-kwistjoni (22). Għaldaqstant, jidher li r-riċerka mwettqa minn Asker Brygge, kif xieraq, ma ġietx meqjusa mill-valutaturi fid-determinazzjoni tal-valur tal-biċċa art.

Kif imsemmi, il-valutazzjoni ta' Ġunju 2008 ġiet ibbażata fuq l-użu taż-żona bħala marina, skont ir-regolamenti eżistenti. Jidher madankollu, li diġà fl-2001 Asker Brygge rat li kien hemm potenzjal fl-iżvilupp tal-proprjetà. Normalment dan il-potenzjal jikkorrispondi għal valur miżjud. Għaldaqstant, il-muniċipalità, fl-ittra tagħha lill-valutaturi ddatata 11 ta’ April 2008, indikat li l-valutaturi għandhom iqisu jekk il-probabbiltà ta’ regolamenti aġġustati (preżumibbilment għal użu aktar profitabbli) għandhiex tiġi vvalutata. Madankollu, il-valutaturi rrifjutaw li jqisu l-possibbiltà ta' regolamenti aġġustati, peress li din qisuha bħala spekulattiva. Il-valutaturi żiedu li l-valutazzjoni tkun pjuttost differenti (jiġifieri konsiderevolment ogħla) li kieku l-valutazzjoni tiġi bbażata fuq il-fatt li l-akkomodazzjoni u l-industrija kellhom jiġu permessi fuq il-proprjetà (23).

L-Awtorità għandha xi dubju dwar jekk investitur privat kienx iqis il-probabbiltà li l-proprjetà tiġi rregolata għal użu ieħor u ta’ aktar valur fil-futur u jekk dawn il-possibbiltajiet kinux iwasslu għal valur tas-suq ogħla, jiġifieri (konsiderevolment) ogħla mill-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008. Madankollu, l-Awtorità innotat l-inċertezzi partikolari konnessi mal-użu futur tal-proprjetà inkwistjoni, inter alia t-tniġġiż u r-rekwiżiti regolatorji konnessi mal-awtostrada viċin tal-proprjetà. Għaldaqstant, il-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008, li ma qieset l-ebda potenzjal li l-proprjetà tiġi żviluppata f’forma oħra ta’ użu għajr dik eżistenti, hija moderata iżda fl-opinjoni tal-Awtorità tidher preċiża meta wieħed iqis il-karatteristiċi partikolari tal-proprjetà li qed tiġi vvalutata.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tikkonkludi li l-bejgħ tal-art gbnr. 32/17 fl-2007 għall-prezz ta’ NOK 8 727 462 kien taħt il-prezz tas-suq tiegħu ta' NOK 12-il miljun kif stabbilit mill-valutazzjoni esperta indipendenti mwettqa f’Ġunju 2008, li ssottomettew l-awtoritajiet Norveġiżi.

1.1.4   Konklużjoni dwar il-prinċipju tal-investitur fis-suq

Għar-raġunijiet imsemmija qabel, l-Awtorità ssib li l-prezz miftiehem fil-ftehim dwar opzjoni ma kkorrispondiex għall-prezz tas-suq għal dan il-ftehim, li għandu jirrifletti l-valur tal-proprjetà fil-mument tal-ftehim ikkombinat mal-valur tal-opzjoni u l-arranġamenti speċjali mogħtija lix-xerrej. Barra minn hekk, l-Awtorità ssib li l-prezz attwali miftiehem fil-ftehim tal-bejgħ ma kkorrispondix għall-prezz tas-suq tal-proprjetà fil-mument meta ġie konkluż il-ftehim tal-bejgħ. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-bejgħ tal-biċċa art ikkonċernata gbnr. 32/17 ikkonċernata lil Asker Brygge AS għall-prezz tal-bejgħ ta’ NOK 8 727 462 ma twettaqx skont il-prinċipju tal-investitur fis-suq.

1.2   Riżorsi mill-Istat

Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, il-miżura trid tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat. Il-kunċett tal-Istat mhux biss jirreferi għall-gvern ċentrali iżda jħaddan il-livelli kollha tal-amministrazzjoni tal-Istat (inkluż il-muniċipalitajiet) kif ukoll impriżi pubbliċi.

Peress li l-muniċipalità biegħet l-art taħt il-prezz tas-suq tagħha, tilfet id-dħul. F’dawn iċ-ċirkostanzi, Asker Brygge kien imissha ħallset aktar għall-art u għalhekk hemm trasferiment ta’ riżorsi mill-muniċipalità.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tikkunsidra li la l-bejgħ ma seħħx skont il-kondizzjonijiet tas-suq, huma involuti r-riżorsi mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

1.3   Vantaġġ għal ċerti impriżi jew għall-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti

L-ewwel, il-miżura trid tagħti lil Asker Brygge vantaġġi li jeħilsuha mill-obbligi li normalment ikollha tħallas mill-baġit tagħha. Peress li t-tranżazzjoni twettqet taħt termini favorevoli, fis-sens li Asker Brygge kien ikollha tħallas prezz ogħla għall-proprjetà li kieku l-bejgħ tal-art twettaq skont il-prinċipju tal-investitur fis-suq, u tħallas rati tal-imgħax tas-suq għas-self li kieku kellha tissellef l-istess ammont minn bank, il-kumpanija rċeviet vantaġġ fis-sens tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

Fl-ittra ddatata 11 ta’ Mejju 2009, (24) il-muniċipalità spjegat kif ikkalkolat il-livell ta’ għajnuna eventwali, stmata għal NOK 5.3 miljun fil-formola tan-notifika lill-Awtorità, punt 5 (25). L-istima hija bbażata fuq id-differenza bejn il-valutazzjoni ta’ valur ta' Ġunju 2008 (26) (li ddeterminat il-valur tal-art fl-2007, meta ġie konkluż il-ftehim tal-bejgħ) u s-somma tal-bejgħ, li tagħti approssimament NOK 3.3 miljun. Barra minn hekk, il-muniċipalità żiedet il-vantaġġ ekonomiku tal-ħlas pospost tal-bqija tas-70 % tal-prezz tal-bejgħ. Il-muniċipalità bbażat il-kalkoli tagħha fuq imgħax ta’ 7 % tul perjodu ta’ 4 snin u 9 xhur relatat ma' somma ta' NOK 6 miljun, u sabet li l-vantaġġ massimu mogħti mis-self b'imgħax favorevoli huwa ta' NOK 2 miljun.

It-tieni, il-miżura trid tkun selettiva fis-sens li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”. Humm benefiċjarju wieħed biss possibbli tal-miżura taħt valutazzjoni, jiġifieri Asker Brygge. Għaldaqstant, il-miżura hija selettiva.

1.4   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

L-għajnuna trid toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE.

Miżura ta’ appoġġ mogħtija mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Asker Brygge vis-à-vis impriżi oħra li huma kompetituri attivi fl-istess oqsma ta’ negozju tal-proprjetà immobbli u l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Kwalunkwe għotja ta’ għajnuna ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-benefiċjarju vis-à-vis il-kompetituri tiegħu u għaldaqstant toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Sal-punt li l-kumpanija hija attiva f'oqsma soġġetti għal kummerċ intra-ŻEE, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE għal miżura li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jiġu sodifatti. In-negozju tal-iżvilupp tal-proprjetà immobbli huwa bħala prinċipju u fil-prattika miftuħ għall-kummerċ intra-ŻEE. Għaldaqstant, l-Awtorità tikkonkludi li l-għajnuna thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ b’mod kuntrarju għall-Artikolu 61(1) ŻEE.

1.5   Konklużjoni

Għar-raġunijiet imsemmija qabel, l-Awtorità ssib li t-tranżazzjoni li tikkonċerna l-bejgħ tal-biċċa art gbnr 32/17 lil Asker Brygge kif stabbilit fil-ftehim dwar opzjoni ffirmat fl-2001 u ftehimiet li ġew konklużi aktar tard tinvolvi l-għotja tal-għajnuna mill-Istat.

2.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

L-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew notifika tal-bejgħ fit-13 ta’ Frar 2009 (Avveniment Nru 508884). Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ffirmaw il-Ftehim dwar Opzjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għax-xiri tal-biċċa art fl-2001 u daħħlu fis-seħħ il-bejgħ fil-21 ta’ Marzu 2007 meta ġie konluż il-kuntratt tal-bejgħ. Għaldaqstant, il-bejgħ iddaħħal fis-seħħ qabel ma l-Awtorità kienet ħadet deċiżjoni finali fir-rigward tal-validità tiegħu. L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

3.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

Il-miżuri ta’ appoġġ fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huma ġeneralment inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma jikkwalifikawx għal deroga fl-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim ŻEE.

Id-deroga tal-Artikolu 61(2) mhijiex applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni, li mhijiex iddisinjata li tikseb kwalunkwe wieħed mill-għanijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 61(3)(a) jew l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE lanqas ma japplikaw għal dan il-każ partikolari. Barra minn hekk, iż-żona fejn tinstab il-proprjetà ma tistax tibbenefika minn kwalunkwe għajnuna reġjonali fis-sens tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

Għalhekk l-Awtorità ssib li t-tranżazzjoni taħt valutazzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata taħt id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim ŻEE.

4.   IRKUPRU

Skont l-Artikolu 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, f’każijiet ta’ għajnuna illegali, jekk tinstab li hija inkompatibbli, l-Awtorità tordna, bħala regola, li l-Istat tal-EFTA kkonċernat jitlob lura għajnuna mir-reċipjent.

L-Awtorità hija tal-opinjoni li l-ebda prinċipju ġenerali ma jipprekludi ħlas lura fil-każ preżenti. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-abolizzjoni ta’ għajnuna illeġittima permezz ta’ irkupru hija l-konsegwenza loġika ta’ sejba li hija illeġittima. Konsegwentement, l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija illeġittimament, għall-għan li terġa' għal dak li kienet s-sitwazzjoni eżistenti preċedentement, ma jistax jitqies, bħala prinċipju, bħala sproporzjonat għall-objettivi tal-Ftehim ŻEE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat. Bil-ħlas lura tal-għajnuna, min irċeviha jitlef il-vantaġġ li gawda minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni terġa' għal dak li kienet qabel il-ħlas tal-għajnuna (27). Minn din il-funzjoni tal-ħlas lura tal-għajnuna jirriżulta wkoll li, bħala regola ġenerali, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità ma taqbiżx il-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, magħrufa mill-ġurisprudenza tal-Qorti, jekk titlob lill-Istat EFTA kkonċernat biex jirkupra s-somom mogħtija bħala għajnuna mhux awtorizzata peress li tkun qed tiġi stabbilita lura biss is-sitwazzjoni kif kienet qabel (28). Barra minn dan, fid-dawl tan-natura obbligatorja tas-superviżjoni tal-għajnuna mill-Istat mill-Awtorità taħt il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, impriżi li lilhom tkun ingħatat l-għajnuna ma jistgħux, bħala prinċipju, ikollhom aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija awtorizzata sakemm ma tkunx ingħatat f’konformità mal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll (29). M’hemm l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali viżibbli f’dan il-każ, li kienet se twassal għal aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji tal-għajnuna.

L-irkupru tal-ammonti tal-għajnuna mill-Istat mogħtija b’mod mhux mistħoqq għandu jinkludi l-imgħax kompost, skont l-Artikolu 14(2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u skont l-Artikoli 9 u 11 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju.

5.   KONKLUŻJONI

L-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi implimentaw illeġittimament l-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

Il-kondizzjonijiet tal-bejgħ tal-proprjetà f’Nesøyveien 8, gnr. 32 bnr. 17 lil Asker Brygge AS jinvolvu għajnuna mill-Istat li – għar-raġunijiet stipulati hawn fuq – mhijiex kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE u għandha tiġi rkuprata, mid-data tal-ftehim tal-bejgħ iffirmat fil-21 ta’ Marzu 2007.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-bejgħ tal-biċċa art f’Nesøyveien 8, gnr. 32 bnr. 17 mill-Muniċipalità ta’ Asker lil Asker Brygge AS jinvolvi għajnuna mill-Istat li mhijiex kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupraw minn Asker Brygge AS l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u magħmula disponibbli illeġittimament lill-benefiċjarju.

Artikolu 3

L-irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali sakemm dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost mid-data minn meta l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni ta’ Asker Brygge AS sad-data ta’ meta tiġi rkuprata. L-imgħax għandu jiġi kalkulat abbażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 195/04/COL.

Artikolu 4

Sat-13 ta’ Settembru 2011, in-Norveġja għandha tinforma lill-Awtorità bl-ammont totali (imgħax prinċipali u ta’ rkupru) li jrid jiġi rkuprat mill-benefiċjarju kif ukoll bil-miżuri ppjanati jew meħuda sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna.

Sat-13 ta’ Novembru 2011, in-Norveġja trid tkun eżegwiet id-deċiżjoni tal-Awtorità u rkuprat għal kollox l-għajnuna.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 6

Il-verżjoni bl-Ingliż biss ta’ din id-Deċiżjoni hija awtentika.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2011.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf

(2)  Ippubblikati fil-ĠU C184 tat-8.7.2010, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 35 tat-8.7.2010.

(3)  Ara ĠU C 184, 8.7.2010 u s-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali Nru 35, 8.7.2010.

(4)  Avveniment # 518079, dokument mehmuż 1.

(5)  Jekk dan jikkorrispondix mal-prezz tas-suq se jiġi vvalutat fit-Taqsima 1.1.2 t’hawn taħt.

(6)  Skont il-klawsola 3 tal-kuntratt tal-bejgħ, il-ħlas għandu jseħħ qabel ma tibda kwalunkwe attività ta’ bini u fi kwalunkwe każ sal-31.12.2011, ara avveniment # 508884, dokument mehmuż 1.

(7)  Avveniment # 508884, Dokument mehmuż 9 man-notifika.

(8)  Avveniment # 508884, Dokument mehmuż 9 man-notifika, il-valutazzjoni f’paġna 15.

(9)  Avveniment # 508884, Dokument mehmuż 5 man-notifika.

(10)  Avveniment # 508884, Dokument mehmuż 3 man-notifika.

(11)  Avveniment # 518079, l-ittra tal-muniċipalità lill-Awtorità ddatata 11.5.2009, paġni 2–3.

(12)  Din is-somma ġiet determinata abbażi ta’ ftehim iffirmat fl-1999 bejn il-Muniċipalità ta’ Asker u Slependen Båtforening. Dokument mehmuż 8 għall-ittra ddatata 11.5.2009, avveniment # 518079.

(13)  Dan il-ftehim huwa vvalutat mid-ditta legali Hjort, ara avveniment # 508884, Dokument mehmuż 7.

(14)  Avveniment # 508884, ara dokument mehmuż 3 man-notifika, il-valutazzjoni f’paġna 5, u l-ittra tal-Muniċipalità lill-valutaturi ddatata 5.5.2008, dokument mehmuż 8 man-notifika, u l-kummenti tal-muniċipalità fl-ittra tagħha lill-Awtorità ddatata 29.1.2010 f’paġni 3–4, avveniment # 544706.

(15)  Avveniment # 508884, ara dokument mehmuż 3 man-notifika, il-valutazzjoni f’paġni 4 u 7, u l-ittra tal-muniċipalità lill-valutaturi ddatata 5.5.2008, dokument mehmuż 8 man-notifika, u l-kummenti tal-muniċipalità fl-ittra tagħha lill-Awtorità ddatata 29.1.2010 f’paġna 4 (punt 3.3, l-aħħar paragrafu), avveniment # 544706.

(16)  Avveniment # 545173, kummenti minn Asker Brygge, punt 4.

(17)  Avveniment # 544706, ara paġni 3–4, u avveniment # 518079, l-ittra tal-muniċipalità lill-Awtorità fejn tuża l-valutazzjoni bħala l-bażi tagħha għall-ispjegazzjoni tal-kalkoli tal-ammont ta’ għajnuna possibbilment mogħtija kif iddikjarat fin-notifika lill-Awtorità.

(18)  Dokument mehmuż 3 man-notifika.

(19)  Avveniment # 545173, Dokument mehmuż 3

(20)  Ara avveniment # 508884, dokument mehmuż 3.

(21)  Ara avveniment # 508884, dokument mehmuż 3, il-valutazzjoni ta’ valur f’paġni 6–7.

(22)  Ara avveniment # 508884, dokument mehmuż 3, il-valutazzjoni ta’ valur f’paġna 5.

(23)  Ara avveniment # 508884, dokument mehmuż 8, l-ittra tal-muniċipalità f’paġna 2, u l-ittra (mingħajr data) tal-valutaturi f’paġna 1.

(24)  Avveniment # 518079 f’paġni 1–2.

(25)  Avveniment # 508884, anness 1, il-formola tan-notifika, punt 5.

(26)  Mit-tliet valutazzjonijiet, il-valutazzjoni ta’ Ġunju 2008 li stmat il-valur tas-suq tal-art fl-2007 għal NOK 12-il miljun tagħti, fl-opinjoni tal-Awtorità, l-aħjar indikazzjoni dwar il-valur tas-suq tal-proprjetà fl-2007.

(27)  Każ C-350/93 Il-Kummissjoni v L-Italja [1995] Ġabra I-699, paragrafu 22.

(28)  Każ C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 66, u Każ C-310/99 L-Italja v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-2289, paragrafu 99.

(29)  Każ C-169/95 Spanja v Il-Kummissjoni [1997] Ġabra I-135, paragrafu 51.