ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.314.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1064/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' testijiet rapidi ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1066/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/698/PESK tat-13 ta’ Novembru 2012 dwar l-istabbiliment ta' maħżen għal missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/699/PESK tat-13 ta’ Novembru 2012 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/700/PESK tat-13 ta’ Novembru 2012 fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010-2014, adottat mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1061/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistabblixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

FS/64/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

Data

18.10.2012


14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1062/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

FS/65/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data

18.10.2012


14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1063/2012

tat-13 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 21(6)(d) u l-Artikolu 40(b), (d) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Is-suf u x-xagħar li jiġi minn annimali li ma jesebixxu l-ebda sinjal ta' mard li jittieħed mill-bniedem jew mill-annimali permezz ta' dak il-prodott għandhom jiġu ddikjarati bħala materjal tal-Kategorija 3, kif imsemmi fl-Artikolu 10(h) u (n) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti eżenti mill-kontrolli veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (2), fost l-oħrajn jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-suf u x-xagħar.

(3)

Is-suf u x-xagħar nexfin u mhux trattati li jkunu magħluqin b’mod sikur f'pakketti ma jippreżentawx riskju ta' tixrid ta' mard, sakemm dawn il-pakketti jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf jew lejn impjant li jwettaq operazzjonijiet intermedji b’kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tixrid tal-aġenti patoġeniċi. L-Istati Membri għandu għalhekk ikollhom il-possibbiltà li jeżentaw lill-operaturi li jittrasportaw tali suf u xagħar mhux trattati direttament lejn l-impjant imsemmi hawn fuq, mill-obbligu li jagħmlu notifika kif jistipula l-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. L-Artikolu 20(4) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-Punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi l-punt aħħari tas-suf u tax-xagħar.

(5)

L-Artikolu 8.5.35 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (3) jistipula lista ta’ proċeduri għall-inattivazzjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fis-suf u x-xagħar tal-annimali li jixtarru għall-użu industrijali.

(6)

Għaldaqstant, it-trattamenti attwali għat-tqegħid fis-suq fl-UE, kif ukoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ta’ suf u xagħar stipulati fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, għandhom jiġu supplimentati bi proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment għall-inattivazzjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fis-suf u x-xagħar tal-annimali li jixtarru għall-użu industrijali.

(7)

Madankollu, l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jaċċettaw kwalunkwe metodu ieħor li jiżgura li wara t-trattament tas-suf u tax-xagħar ma jibqa’ l-ebda riskju inaċċettabbli, inkluż metodu ta’ ħasil fil-fabbrika li huwa differenti mill-istandards tal-OIE.

(8)

Suf u xagħar mhux trattati tal-annimali li jixtarru u li jkunu maħsuba għall-industrija tat-tessuti ma jippreżentawx riskju inaċċettabbli tas-saħħa tal-annimali, sakemm dawn ikunu prodotti minn annimali li jixtarru li jinżammu f'pajjiżi jew reġjuni elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (4) u awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ laħam frisk minn annimali li jixtarru, li ma jkunux suġġetti għall-garanziji supplimentari A u F imsemmija fih.

(9)

Barra minn hekk, il-pajjiż terz jew ir-reġjun minnu, minn fejn joriġinaw is-suf u x-xagħar għandhom ikunu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u, fil-każ ta’ suf u xagħar min-nagħaġ u l-mogħoż, mill-ġidri tan-nagħaġ u mill-ġidri tal-mogħoż f’konformità mal-kriterji ġenerali bażiċi elenkati fl-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (5).

(10)

Sabiex il-produtturi jkollhom firxa wiesgħa biżżejjed ta’ metodi u proċeduri biex inaqqsu r-riskji ppreżentati mill-kummerċ u l-importazzjoni tas-suf u x-xagħar, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti kumplementari għat-tqegħid fis-suq ta’ suf u xagħar importat minn pajjiżi terzi mingħajr restrizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 142/2011. L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Għal raġunjijiet ta’ ċarezza, ir-regoli dwar l-importazzjoni ta’ suf u xagħar mhux trattati, stipulati fir-ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV mar-Regolament (UE) Nru 142/2011, għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(12)

L-annimali porċini huma suxxettibbli għat-trażmissjoni tal-mard, barra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, partikolarment id-deni Afrikan tal-ħnieżer, li jirrikjedu trattament speċjali tas-suf u x-xagħar prodott mill-annimali tal-ispeċi tal-porċini. It-tqegħid fis-suq u, konsegwentement, l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi ta’ suf u xagħar tal-annimali porċini, għandhom għalhekk jiġu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet li japplikaw għal-lanżit tal-ħnieżer. Il-Punt A(2) tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(13)

It-trattamenti addizzjonali għas-suf u x-xagħar prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, li jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti dervivati mis-suf u x-xagħar għall-industrija tat-tessuti, għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-operaturi fl-Istati Membri. Il-Punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi ssupplimentat kif xieraq.

(14)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ suf u xagħar mhux trattati minn pajjiżi terzi partikolari jew reġjuni minnhom, għandhom jiġu awtorizzati sakemm dawk jissodisfaw ir-rekwiżiti neċessarji u jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-importatur skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV ma’ dan ir-Regolament. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntiera approvati mill-Unjoni u li huma elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (6), fejn għandhom isirulhom, bħala deroga mill-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (7), il-verifiki tad-dokumenti stipulati fl-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Direttiva.

(15)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(16)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 20(4) jiġi sostitwit minn dan li ġej:

"4.   L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-operaturi li ġejjin mill-obbligu li jagħmlu notifika, imsemmi fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

l-operaturi li jiġu f’kuntatt ma’ jew jiġġeneraw trofej tal-logħob jew preparazzjonijiet oħra msemmija fil-Kapitolu VI tal-Anness XII ma’ dan għal skopijiet privati jew mhux kummerċjali;

(b)

l-operaturi li jittrattaw jew jirranġaw il-kampjuni tar-riċerka jew dijanjostiċi għal skopijiet edukattivi;

(c)

l-operaturi li jittrasportaw suf u xagħar nexfin mhux trattati, sakemm dawn ikunu magħluqin b’mod sikur f’pakketti, u jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf jew lejn impjant li jwettaq operazzjonijiet intermedji, b’kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tixrid tal-aġenti patoġeniċi.”

(2)

L-Artikolu 25(2) jiġi sostitwit minn dan li ġej:

"2.   L-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ dan li ġej, ma għandhomx jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali:

(a)

is-suf u x-xagħar li jkun inħasel f’fabbrika jew li jkun ġie trattat b’metodu ieħor li jiżgura li jinqered kull riskju inaċċettabbli;

(b)

ferijiet li jkunu tnixxfu f’temperatura ambjentali ta’ 18 C għal perjodu ta’ tal-inqas jumejn f’umdità ta’ 55 %;

(c)

suf u xagħar prodotti mill-annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, li jkunu ġew trattati permezz ta’ ħasil f’fabbrika li jikkonsisti mill-immersjoni tas-suf u x-xagħar f'serje ta' banjijiet bl-ilma, is-sapun u l-idrossidu tas-sodju jew l-idrossidu tal-potassju;

(d)

suf u xagħar prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, li jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati mis-suf u x-xagħar għall-industrija tat-tessuti u li jkunu ġew trattati b’tal-inqas wieħed mill-metodi li ġejjin:

depilazzjoni kimika permezz ta’ ġir mitfi jew sulfid tas-sodju,

fumigazzjoni fil-formaldeid f’kumpartiment issiġillat ermetikament għal tal-inqas 24 siegħa,

għorik industrijali li jikkonsisti mill-immersjoni tas-suf u x-xagħar f’diterġent li jinħall fl-ilma f’temperatura li tinżamm bejn is-60 C u s-70 C,

ħażna, li tista’ tinkludi l-ħin tal-vjaġġ, f’temperatura ta’ 37 C għal tmint ijiem, f’temperatura ta’ 18 C għal 28 jum u f’temperatura ta’ 4 C għal 120 jum;

(e)

suf u xagħar nexfin u magħluqa b’mod sikur f’pakketti, prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, u li jkunu maħsuba biex jintbagħtu lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati mis-suf u x-xagħar għall-industrija tat-tessuti u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin kollha:

(i)

kienu prodott tal-inqas 21 jum qabel id-data tad-dħul fl-Unjoni miżmuma f’pajjiż terz jew reġjun minnu, li jkun

elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali li jixtarru mhux suġġetti għall-garanziji supplimentari A u F imsemmija fih,

ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u, fil-każ tas-suf u x-xagħar min-nagħaġ u l-mogħoż, mill-ġidri tan-nagħaġ u mill-ġidri tal-mogħoż konformi mal-kriterji ġenerali bażiċi elenkati fl-Anness II mad-Direttiva 2004/68/KE;

(ii)

akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-importatur kif mitlub fil-Kapitolu 21 tal-Anness XV;

(iii)

ġew ippreżentati mill-operatur f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntiera approvati mill-Unjoni u li huma elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2009/821/KE fejn ikunu għaddew b’mod sodisfaċenti mill-verifika tad-dokumenti li tkun saritilhom skont l-Artikolu 4(3) mad-Direttiva 97/78/KE.”

(3)

Il-punti 31 u 32 tal-Anness I għandhom jiġu sostitwiti mit-test tal-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

(4)

Il-punti A(2) u B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għandhom jiġu emendati skont it-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Ir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għandha tiġi sostitwita mit-test fl-Anness III ma' dan ir-Regolament.

(6)

It-test tal-Anness IV ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied mal-Anness XV.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(3)  http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_1.8.5.htm

(4)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128.

(6)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.


ANNESS I

Il-punti 31 u 32 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 142/2011 għandhom jiġu sostitwiti minn dan li ġej:

“31.

suf mhux trattat” tfisser suf, minbarra suf li jkun:

(a)

inħasel f'fabbrika;

(b)

inkiseb mill-ikkunzar;

(c)

ġie ttrattat b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

(d)

ġie prodott minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, u li jkun inħasel f’fabbrika permezz ta’ immersjoni tas-suf f’serje ta’ banjijiet bl-ilma, bis-sapun u bl-idrossidu tas-sodju jew l-idrossidu tal-potassju; jew

(e)

ġie prodott minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, ikun maħsub biex jintbagħat direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati mis-suf għall-industrija tat-tessuti u li jkun sarlu tal-inqas wieħed minn dawn it-trattamenti li ġejjin:

(i)

depilazzjoni kimika permezz ta’ ġir mitfi jew sulfid tas-sodju;

(ii)

fumigazzjoni fil-formaldeid f’kumpartiment issiġillat ermetikament għal tal-inqas 24 siegħa;

(iii)

għorik industrijali li jikkonsisti mill-immersjoni tas-suf f’diterġent li jinħall fl-ilma f’temperatura li tinżamm bejn is-60 °C u s-70 °C;

(iv)

ħażna, li tista’ tinkludi l-ħin tal-vjaġġ, f’temperatura ta’ 37 °C għal tmint ijiem, f’temperatura ta’ 18 °C għal 28 jum jew f’temperatura ta’ 4 °C għal 120 jum;

32.

xagħar mhux trattat” tfisser xagħar, minbarra xagħar li jkun:

(a)

inħasel f'fabbrika;

(b)

inkiseb mill-ikkunzar;

(c)

ġie ttrattat b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

(d)

ġie prodott minn annimali għajr dawk mill-ispeċijiet tal-porċini, u li jkun inħasel f’fabbrika permezz ta’ immersjoni tax-xagħar f’serje ta’ banjijiet bl-ilma, bis-sapun u bil-idrossidu tas-sodju jew l-idrossidu tal-potassju; jew

(e)

ġie prodott minn annimali għajr dawk mill-ispeċijiet tal-porċini, ikun maħsub biex jintbagħat direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati mix-xagħar għall-industrija tat-tessuti u li jkun sarlu tal-inqas wieħed minn dawn it-trattamenti:

(i)

depilazzjoni kimika permezz ta’ ġir mitfi jew sulfid tas-sodju;

(ii)

fumigazzjoni fil-formaldeid f’kumpartiment issiġillat ermetikament għal tal-inqas 24 siegħa;

(iii)

għorik industrijali li jikkonsisti mill-immersjoni tax-xagħar f’diterġent li jinħall fl-ilma f’temperatura li tinżamm bejn is-60 °C u s-70 °C,

(iv)

ħażna, li tista’ tinkludi l-ħin tal-vjaġġ, f’temperatura ta’ 37 °C għal tmint ijiem, f’temperatura ta’ 18 °C għal 28 jum jew f’temperatura ta’ 4 °C għal 120 jum;”


ANNESS II

Il-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-frażi introduttorja tal-punt A(2) hija sostitwita minn dan li ġej:

"2.

Ċaqliq ta’ lanżit tal-ħnieżer u suf u xagħar minn annimali tal-ispeċi tal-porċini minn reġjuni fejn id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa endemiku, għandu jiġi projbit barra mil-lanżit tal-ħnieżer u s-suf u x-xagħar tal-annimali tal-ispeċi tal-porċini li għandhom:".

(2)

Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-punt B:

“Is-suf u x-xagħar prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament, sakemm:

(a)

dawn ikunu nħaslu f’fabbrika permezz ta’ immersjoni tas-suf u tax-xagħar f'serje ta’ banjijiet bl-ilma, bis-sapun u bl-idrossidu tas-sodju jew l-idrossidu tal-potassju; jew

(b)

ikunu ntbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati mis-suf jew mix-xagħar għall-industrija tat-tessuti u t-tali suf jew xagħar ikun sarilhom tal-inqas wieħed minn dawn it-trattamenti:

(i)

depilazzjoni kimika permezz ta’ ġir mitfi jew sulfid tas-sodju;

(ii)

fumigazzjoni fil-formaldeid f’kumpartiment issiġillat ermetikament għal tal-inqas 24 siegħa;

(iii)

għorik industrijali li jikkonsisti mill-immersjoni tas-suf u x-xagħar f’diterġent li jinħall fl-ilma f’temperatura li tinżamm bejn is-60 C u s-70 C;

(iv)

ħażna, li tista’ tinkludi l-ħin tal-vjaġġ, f’temperatura ta’ 37 C għal tmint ijiem, f’temperatura ta’ 18 C għal 28 jum u f’temperatura ta’ 4 C għal 120 jum.”


ANNESS III

Ir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tiġi sostitwita minn dan li ġej:

“8

Suf u xagħar mhux trattati prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10(h) u (n).

(1)

Is-suf u x-xagħar nexfin u mhux trattati għandhom

(a)

ikunu magħluqin b’mod sikur f’pakketti; u

(b)

jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati għal użu barra mill-katina tal-għalf, jew lejn impjant li jagħmel operazzjonijiet intermedji, b’kondizzjonijiet li ma jħallux it-tixrid tal-aġenti patoġeniċi.

(1)

Kull pajjiż terz.

(1)

Għal importazzjonijiet ta’ suf u xagħar mhux trattati, mhux meħtieġ ċertifikat tas-saħħa.

(2)

Is-suf u x-xagħar huma suf u xagħar kif stipulat fl-Artikolu 25(2)(e).

(2)

Pajjiż terz jew reġjun minnu

(a)

elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali li jixtarru mhux suġġetti għall-garanziji supplimentari A u F imsemmija fih; u

(b)

ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u, fil-każ tas-suf u x-xagħar min-nagħaġ u l-mogħoż, mill-ġidri tan-nagħaġ u mill-ġidri tal-mogħoż f’konformità mal-kriterji ġenerali bażiċi elenkati fl-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE.

(2)

Dikjarazzjoni mill-importatur skont il-Kapitolu 21 tal-Anness XV hija meħtieġa.”


ANNESS IV

Il-Kapitolu 21 li ġej jiżdied mal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 142/2011:

“KAPITOLU 21

Dikjarazzjoni Mudell

Dikjarazzjoni mill-importatur ta’ suf u xagħar mhux trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(e) għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1064/2012

tat-13 ta’ Novembru 2012

li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' testijiet rapidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 u l-frażi introduttorja u l-punt (a) tal-Artikolu 23a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li ġejjin mill-annimali u f'ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

Il-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta' testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ tat-TSEs f'annimali bovini, ovini u kaprini.

(3)

Fit-8 ta' Mejju 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni dwar l-evalwazzjoni tat-testijiet rapidi l-ġodda tat-TSEs imressqin fil-qafas tas-sejħa tal-Kummissjoni għall-espressjoni ta' interess 2007/S204-247339 (2). F'din l-opinjoni l-EFSA rrakkomandat biex it-test Prionics - Check PrioSTRIP SR (protokoll għal qari viżwali) jitqies xieraq għall-approvazzjoni bħala test rapidu biex jiġu identifikati t-TSEs fis-sistema nervuża ċentrali ta' ruminanti żgħar.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-listi ta' testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ tat-TSEs f'ruminanti żgħar, stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jiġu emendati skont dan.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 4 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU/S S204, 23.10.2007, 247339-2007-EN.


ANNESS

Il-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X, huwa mibdul b'dan li ġej:

"4.   Testijiet rapidi

Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ ta' BSEs fl-annimali bovini:

it-test tal-immuno-blotting imsejjes fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni tal-Proteinase K-resistant fragment PrPRes (il-Prionics-Check Western test),

it-test kemiluminexxenti ELISA li jinvolvi proċess ta' estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA, li fiha jintuża reaġent kemiluminexxenti msaħħaħ (l-Enfer test u l-Enfer TSE Kit verżjoni 2.0, tħejjija awtomatizzata tal-kampjun),

l-immunoanaliżi bbażata fuq il-mikroplejt għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (l-Enfer TSE Verżjoni 3),

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni tal-PrPRes (protokoll għal analiżi qasira) imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE SAP),

l-immunoanaliżi bbażata fuq il-mikroplejt (ELISA) li tidentifika l-Proteinase K-resistant PrPRes b'antikorpi monoklonali (it-test Prionics-Check LIA),

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta' identifikazzjoni dirett kontra reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (l-IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, l-EIA & IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, l-EIA),

l-immunoanaliżi bi fluss laterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tidentifika frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (il-Prionics Check PrioSTRIP),

l-immunoanaliżi b'żewġ naħat li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti diretti kontra żewġ epitopi preżenti fi stat tassew mhux mitni tal-bovini PrPSc (ir-Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit),

l-ELISA sandwich għall-identifikazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (ir-Roche Applied Science PrionScreen).

Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ ta' TSEs fl-annimali ovini u kaprini:

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta' PrPRes (protokoll għal analiżi qasira) imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE SAP),

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta' PrPRes bit-TeSeE Sheep/Goat Detection kit imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni bit-TeSeE Sheep/Goat Purification kit (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE Sheep/Goat),

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta' identifikazzjoni dirett kontra reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (l-IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, l-EIA),

l-immunoanaliżi bi fluss mill-ġenb li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tidentifika frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (il-Prionics Check PrioSTRIP).

Fit-testijiet rapidi kollha, il-kampjun tat-tessuti li fuqu għandu jiġi applikat it-test għandu jkun konformi mal-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur.

Il-produtturi tat-testijiet rapidi għandu jkollhom fis-seħħ sistema li tiżgura l-kwalità li tkun ġiet approvata mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea u li tiżgura li l-mod kif isir it-test ma jinbidilx. Il-produtturi għandhom jagħtu l-protokolli tat-test lil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea.

Tibdiliet fit-testijiet rapidi u fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjoni li l-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea jqis li t-tibdiliet ma jbiddlux is-sensittività, l-ispeċifiċità u l-affidabbiltà tat-test rapidu. Dik is-sejba għandha tiġi kkomunikata lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza."


14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1065/2012

tat-13 ta’ Novembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-għalf iffermentat fil-jum li daħal fis-seħħ ir-Regolament.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944 iddaħħlu fir-Reġistru tal-Komunità tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-għalf iffermentat, għall-ispeċi kollha tal-annimali.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, l-applikazzjonijiet ġew ippreżentati għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, filwaqt li jitolbu lil dawk l-addittivi biex jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf iffermentat”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Mejju 2012 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944 ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Il-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U u NCIMB 30094 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf iffermentat mill-foraġġ kollu billi jżidu l-preservazzjoni ta’ materjal niexef u billi jnaqqsu l-pH. It-tħejjija ta’ Lactobacillus plantarum VTT E-78076 għandha l-potenzjal li ttejjeb l-produzzjoni tal-għalf iffermentat minn materjal faċli għal materjal diffiċli mhux ħażin biex jinħażen billi jitnaqqas il-pH u n-nitroġenu tal-ammonja. Il-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf iffermentat minn materjal faċli biex jinħażen billi jitnaqqsu l-pH u t-telf tal-materja niexfa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf iffermentat”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li huwa inkluż fihom, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Ġunju 2013 b’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Diċembru 2012 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u użat sakemm jintużaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2012; 10(6):2732.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materja friska

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-għalf iffermentat.

1k20716

Lactobacillus plantarum (DSM 23375)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 23375) li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 23375)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20717

Lactobacillus plantarum (CNCM I-3235)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (CNCM I-3235) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (CNCM I-3235)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 2 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20718

Lactobacillus plantarum (DSM 19457)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 19457) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 19457)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 5 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20719

Lactobacillus plantarum (DSM 16565)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 16565) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 16565)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20720

Lactobacillus plantarum (DSM 16568)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 16568) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 16568)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20721

Lactobacillus plantarum (LMG 21295)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (LMG 21295) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (LMG 21295)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20722

Lactobacillus plantarum (CNCM MA 18/5U)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (CNCM MA 18/5U) li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (CNCM MA 18/5U)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20723

Lactobacillus plantarum (NCIMB 30094)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (NCIMB 30094) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (NCIMB 30094)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20724

Lactobacillus plantarum (VTT E-78076)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (VTT E-78076) li fiha minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (VTT E-78076)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 1 × 109 CFU/Kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli u f’materjal diffiċli mhux ħażin biex jinħażen (2).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20725

Lactobacillus plantarum (ATCC PTSA-6139)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (ATCC PTSA-6139) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (ATCC PTSA-6139)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 2 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen (3).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20726

Lactobacillus plantarum (DSM 18112)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 18112) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 18112)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 5 × 106 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen (3).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20727

Lactobacillus plantarum (DSM 18113)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 18113) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 18113)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 2 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen (3).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20728

Lactobacillus plantarum (DSM 18114)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 18114) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (DSM 18114)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 2 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen (3).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20729

Lactobacillus plantarum (ATCC 55943)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (ATCC 55943) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (ATCC 55943)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 2 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen (3).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022

1k20730

Lactobacillus plantarum (ATCC 55944)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (ATCC 55944) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (ATCC 55944)

 

Metodu analitiku  (1)

Ennumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

Identifikazzjoni fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat. 5 × 106 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen (3).

4.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-4 ta’ Diċembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  Foraġġ faċli biex jinħażen fis-sajlo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk (eż. pjanta sħiħa tal-qamħirrun, sikrana, ħafur jew polpa tal-pitravi), Foraġġ diffiċli mhux ħażin biex jinħażen fis-sajlo: 1,5–3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. (eż. ħaxix, żwien jew legumi midbiela). Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(3)  Foraġġ faċli biex jinħażen fis-sajlo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk (eż. pjanta sħiħa tal-qamħirrun, sikrana, ħafur jew polpa tal-pitravi), Regolament (KE) Nru 429/2008.


14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1066/2012

tat-13 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

37,9

MA

45,8

MK

30,8

TR

50,7

ZZ

41,3

0707 00 05

AL

42,6

EG

140,2

MK

37,4

TR

83,8

ZZ

76,0

0709 93 10

TR

112,4

ZZ

112,4

0805 20 10

ZA

158,8

ZZ

158,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

39,9

PE

42,6

TR

78,3

ZA

34,7

ZZ

48,9

0805 50 10

AR

57,4

TR

82,6

ZA

91,4

ZZ

77,1

0806 10 10

BR

273,9

LB

256,9

PE

264,2

TR

164,0

US

301,5

ZZ

252,1

0808 10 80

CA

157,0

CL

151,5

CN

83,7

MK

25,2

NZ

150,3

ZA

143,6

ZZ

118,6

0808 30 90

CN

50,0

TR

105,8

ZZ

77,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/698/PESK

tat-13 ta’ Novembru 2012

dwar l-istabbiliment ta' maħżen għal missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 26, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'Diċembru 2004, il-Kunsill approva l-Objettiv Primarju Ċivili (“CHG”) 2008, fejn stqarr li l-UE għandha tkun tista' tieħu d-deċiżjoni li tvara missjoni fi żmien ħamest ijiem mill-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi u li l-kapaċitajiet ċivili speċifiċi tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (“PESD”) għandhom ikunu jistgħu jiġu skjerati fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni li tiġi mnedija l-missjoni.

(2)

Mal-approvazzjoni tas-CHG 2008, ingħata aktar impetu politiku biex jiġi indirizzat l-iskjerament ċivili rapidu bl-adozzjoni mill-Kunsill tas-CHG 2010 f'Novembru 2007 u bid-Dikjarazzjoni tiegħu dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2008.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-kapaċità għall-iskjerament rapidu b'mod sostenibbli u kosteffiċjenti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit maħżen għal missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili. Permezz ta' studju ġiet ikkonfermata l-fattibbiltà tal-ħżin bl-użu ta' maħżen bħala għodda effikaċi għall-istabbiliment ta' mezzi ta' skjerament rapidu ta' assi fiżiċi meħtieġa minn missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili.

(4)

F'Jannar tal-2010, instabet soluzzjoni temporanja għall-ħażna ta' assi meħtieġa għal missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili permezz tal-ħażna ta' tagħmir żejjed fil-bini tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina. Bħalissa qed jinħażnu wkoll f'dak il-bini assi li jippermettu li 200 membru tal-persunal jiġu skjerati f'missjoni ġdida. Madankollu, minħabba n-natura temporanja ta' dan l-arranġament, jeħtieġ li tinstab soluzzjoni fit-tul.

(5)

F'konformità mal-katina ta' kmand f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili, il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jeħtieġ li jkun jista' jiżgura li l-ħtiġijiet tal-iskjerament rapidu u r-rekwiżiti operattivi tal-missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili jkunu sodisfatti.

(6)

Għal dak il-għan, fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Novembru 2009, il-Kunsill enfasizza li kapaċità permanenti għall-ħażna ta' materjal strateġiku ġdid u eżistenti hija riżorsa vitali sabiex jiġi żgurat l-iskjerament rapidu ta' tagħmir għal missjonijiet ġodda u eżistenti, kif ukoll sabiex tkun żgurata amministrazzjoni finanzjarja tajba. Tali maħżen għandu jiġi stabbilit permezz ta' proċedura tal-akkwisti li tirriżulta f'kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-operatur tal-maħżen. Il-Kummissjoni ħejjiet termini ta' referenza adegwati għall-proċedura tal-akkwisti, f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Objettivi

1.   Għall-finijiet li jiġi żgurat l-iskjerament rapidu ta' tagħmir għal missjonijiet eżistenti u futuri ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili, l-Unjoni għandha ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha, b'mod partikolari billi tfittex li tiżgura aċċess rapidu u kontinwu għal assi essenzjali.

2.   Għal dak il-għan, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex ittejjeb l-iskjerament u l-funzjonament tal-missjonijiet attwali u futuri tagħha ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili permezz tal-istabbiliment ta' maħżen li jkollu l-kapaċità li jaħżen tagħmir ġdid u użat għal dawn il-missjonijiet.

Artikolu 2

Stabbiliment ta' maħżen

1.   Għall-finijiet indikati fl-Artikolu 1, għandu jiġi stabbilit maħżen. Dan għandu jinsab fi Stat Membru u għandu jopera skont il-kuntratt u t-termini ta' referenza msemmijin fil-paragrafu 2.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi kuntratt, li jinkludi termini ta' referenza, ma' operatur ta' maħżen li għandu jintgħażel skont il-proċeduri applikabbli tal-akkwisti u f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE.

Artikolu 3

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Għandu jintlaħaq qbil bejn il-Kummissjoni u l-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni dwar l-arranġamenti ddettaljati, inklużi t-termini ta' referenza għall-maħżen, għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili. B'mod partikolari, il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jkollu aċċess għall-maħżen għall-eżerċizzju ta' sorveljanza teknika u operattiva sabiex jiżgura l-kapaċità ta' skjerament u l-funzjonament korrett ta' missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili. Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu wkoll jevalwa l-adegwatezza teknika ta' assi użati għall-ħażna u l-użu futur, u jinforma dwar il-ħtieġa li l-ħażniet jiġu aġġornati u mġedda.

Artikolu 4

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għad-durata tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 2(2) għandu jkun EUR 4 312 234.

2.   In-nefqa ffinanzjata bl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 5

Rappurtar

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni darbtejn fis-sena.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Kunsill dwar l-aspetti finanzjarji tal-funzjonament tal-maħżen.

Artikolu 6

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sal-aħħar tal-2014. Din ir-reviżjoni għandha tevalwa l-utilità, l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-maħżen fil-kuntest ta' mekkaniżmi oħra għall-ġestjoni ta' assi għal operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/699/PESK

tat-13 ta’ Novembru 2012

dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva ("l-Istrateġija"), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi sabiex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni.

(2)

L-Unjoni qed timplimenta b'mod attiv l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari billi jiġu rilaxxati riżorsi finanzjarji b'appoġġ għal proġetti speċifiċi mmexxija minn istituzzjonijiet multilaterali, bħas-Segretarjat Tekniku Proviżorju tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO).

(3)

Fis-17 ta' Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost l-oħrajn, għall-promozzjoni tal-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT).

(4)

L-Istati Firmatarji tas-CTBT iddeċidew li jistabbilixxu Kummissjoni Preparatorja, li għandha kapaċità ġuridika, u li għandha pożizzjoni bħala organizzazzjoni internazzjonali, bil-għan li twettaq l-implimentazzjoni effettiva tas-CTBT, sakemm tiġi stabbilita s-CTBTO.

(5)

Id-dħul fis-seħħ bikri u l-universalizzazzjoni tas-CTBT u t-tisħiħ tas-sistema ta' monitoraġġ u 'verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO huma objettivi importanti tal-Istrateġija. F'dan il-kuntest, il-provi nukleari mwettqin mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea f'Ottubru 2006 u f'Mejju 2009 enfasizzaw aktar l-importanza tad-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT u l-ħtieġa li s-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBTO tinbena u tissaħħaħ b'rata aktar mgħaġġla.

(6)

Il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO hija impenjata fl-identifikazzjoni tal-aħjar mod kif jista' jissaħħaħ ir-reġim ta' verifika tagħha, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' monitoraġġ ta' gass nobbli u sforzi bil-għan li jinvolvu bis-sħiħ l-Istati Firmatarji tas-CTBT fl-implimentazzjoni tar-reġim ta' verifika.

(7)

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija, il-Kunsill adotta tliet Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjoni waħda li jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, jiġifieri l-Azzjoni Konġunta 2006/243/PESK (2) fil-qasam tat-taħriġ u tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet għall-verifika, u l-Azzjoni Konġunta 2007/468/PESK (3), l-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK (4) u d-Deċiżjoni 2010/461/PESK (5) sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

(8)

Dak l-appoġġ tal-Unjoni għandu jitkompla.

(9)

L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi fdata lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO li, abbażi tal-kompetenza esperta u l-kapaċitajiet uniċi tagħha bis-saħħa tan-netwerk tas-Sistema Internazzjonali ta' Monitoraġġ (li tinkludi aktar minn 280 faċilità f'85 pajjiż) u taċ-Ċentru Internazzjonali tad-Data, hija l-unika organizzazzjoni internazzjonali li għandha l-kapaċità u l-leġittimità li timplimenta din id-Deċiżjoni. Il-proġetti kif appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta' kontribuzzjoni extrabaġitarja lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u prattika ta' ċerti elementi tal- Istrateġija, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO sabiex isir aktar progress lejn l-objettivi li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBT, inkluż fil-qasam tar-rilevament radjunuklidu;

(b)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Firmatarji tas-CTBT biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' verifika tagħhom skont is-CTBT u biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-parteċipazzjoni fir-reġim tas-CTBT.

2.   Il-proġetti li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

li tingħata assistenza teknika lill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, l-Amerika Latina u l-Karibew, l-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed biex ikunu jistgħu jipparteċipaw u jikkontribwixxu bis-sħiħ għas-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBT;

(b)

li tiġi appoġġata s-Sistema Internazzjonali ta' Monitoraġġ sabiex jitjieb r-rilevament tal-isplużjonijiet nukleari possibbli, b'mod speċifiku bl-appoġġ għall-istazzjonijiet sismiċi awżiljarji magħżula u l-kejl u l-mitigazzjoni ta' sfond tar-radjukseno;

(c)

li jissaħħu l-kapaċitajiet ta' verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO fl-oqsma tal-ispezzjonijiet fuq il-post, speċifikament billi jiġu appoġġati t-tħejjija u t-twettiq tal-Eżerċizzju Integrat fil-Post li jmiss;

(d)

li tiġi appoġġata l-promozzjoni tas-CTBT u s-sostenibbiltà fit-tul tar-reġim ta' verifika tiegħu permezz tal-Inizjattiva għall-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet, li hija ffukata fuq programmi partikolari ta' taħriġ u edukazzjoni pprovduti mad-dinja kollha, inklużi programmi ospitati mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

Dawk il-proġetti għandhom jitwettqu għall-benefiċċju tal-Istati Firmatarji kollha tas-CTBT.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ("ir-Rappreżentant Għoli) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta‧ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 5 185 028.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni adatta tal-ammont ta' referenza finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula li l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistinka biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultajiet f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjijin mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2). Gkg589565f

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk sa dakinhar ma jkun ġie konkluż ebda ftehim ta' finanzjament.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34.

(2)  ĠU L 88, 25.3.2006, p. 68.

(3)  ĠU L 176, 6.7.2007, p. 31.

(4)  ĠU L 189, 17.7.2008, p. 28.

(5)  ĠU L 219, 20.8.2010, p. 7.


ANNESS

Appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u verifika tagħha, ittejjeb il-prospettiva ta' dħul fis-seħħ bikri u tappoġġa l-universalizzazzjoni tas-CTBT u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

1.   INTRODUZZJONI

L-iżvilupp ta' sistema ta' monitoraġġ u verifika li taħdem sewwa tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO ("il-Kummissjoni Preparatorja") hija element kruċjali għat-tħejjija tal-implimentazzjoni tas-CTBT ladarba tkun daħlet fis-seħħ. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja fil-qasam tal-monitoraġġ tal-gass nobbli huwa għodda importanti biex jiġi vvalutat jekk splużjoni osservata hix test nukleari jew le. Barra minn hekk, l-operabbiltà u l-prestazzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBT tiddependi fuq il-kontribuzzjoni tal-Istati Firmatarji għas-CTBT. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Firmatarji tas-CTBT jitħallew jipparteċipaw fi u jikkontribwixxu bis-sħiħ għas-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBT. Il-ħidma li saret fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ser tkun importanti wkoll għat-titjib tal-prospettiva ta' dħul fis-seħħ bikri u l-universalizzazzjoni tas-CTBT.

Il-proġetti deskritti f'din id-Deċiżjoni ser jikkontribwixxu b'mod sinifikanti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva.

Għal dan il-għan, l-Unjoni ser tappoġġa s-sitt proġetti li ġejjin:

(1)

tipprovdi assistenza teknika u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-Istati Firmatarji tas-CTBT biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fi u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-reġim ta' verifika tas-CTBT;

(2)

tiżviluppa kapaċità għall-ġenerazzjonijiet futuri ta' Esperti tas-CTBT permezz tal-Inizjattiva għall-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet (CDI);

(3)

ittejjeb il-Mudell tat-Trasport Atmosferiku (ATM);

(4)

tikkaratterizza u ttaffi r-radjukseno;

(5)

tappoġġa l-Eżerċizzju Integrat fil-Post tal-2014 (IFE14) permezz tal-iżvilupp ta' impjant multispettrali integrat;

(6)

ittejjeb is-sostenn tal-istazzjonijiet sismiċi awżiljarji tas-Sistema Internazzjonali ta' Monitoraġġ (IMS).

Il-prospetti tad-dħul fis-seħħ tas-CTBT tjiebu minħabba ambjent politiku aktar favorevoli, li jidher ukoll bil-firem ġodda reċenti u r-ratifiki tas-CTBT, inkluż mill-Indonesja, wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 2 għas-CTBT. Minħabba din id-dinamika pożittiva, fis-snin li ġejjin jeħtieġ li jkun hemm fokus miżjud u urġenti kemm fuq it-tlestija tal-iżvilupp tas-sistema ta' verifika tas-CTBT kif ukoll fuq l-iżgurar tal-prontezza u l-kapaċità operattiva tagħha kif ukoll it-tkomplija tal-ħidma lejn id-dħul fis-seħħ u l-universalizzazzjoni tas-CTBT. Il-provi nukleari mwettqin mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea f'Ottubru 2006 u f'Mejju 2009 mhux biss urew l-importanza ta' projbizzjoni universali tat-testijiet nukleari, iżda enfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal sistema ta' verifika effettiva għall-monitoraġġ tal-konformità ma' tali projbizzjoni. Reġim ta' verifika tas-CTBT kompletament operattiv u kredibbli jipprovdi lill-komunità internazzjonali b'mezzi indipendenti u affidabbli biex jiġi żgurat li din il-projbizzjoni tiġi rrispettata.

Barra minn hekk, id-data tas-CTBTO għandha wkoll rwol kruċjali fit-twissija fil-ħin ta' tsunami u l-valutazzjoni tat-tixrid ta' emissjonijiet radjoattivi wara l-aċċident nukleari ta' Fukushima ta' Marzu 2011.

L-appoġġ għal dawk il-proġetti jirrinforza l-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. L-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti kumplessi ser tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tat-tweġibiet multilaterali effettivi għall-isfidi attwali tas-sigurtà. B'mod partikolari, dawk il-proġetti ser jiffavorixxu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva, inkluż kemm biex tiġi universalizzata u jissaħħu aktar in-normi fis-CTBT kif ukoll is-sistema ta' verifika tagħha. Il-Kummissjoni Preparatorja qiegħda tibni IMS biex tiżgura li l-ebda splużjoni nukleari ma tibqa' mhux rilevata. Fuq il-bażi tal-kompetenza esperta unika tagħha permezz ta' netwerk dinji, li jinkludi aktar minn 280 faċilità f'85 pajjiż, u ċ-Ċentru Internazzjonali tad-Data (IDC), il-Kummissjoni Preparatorja hija l-unika organizzazzjoni bil-kapaċità li timplimenta dawk il-proġetti, li jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta' kontribuzzjoni extrabaġitarja lill-Kummissjoni Preparatorja.

Fl-Azzjoni Konġunta 2006/243/PESK, l-Azzjoni Konġunta 2007/468/PESK, l-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK u d-Deċiżjoni 2010/461/PESK, l-Unjoni appoġġat is-segwenti: l-istabbiliment ta' programm ta' taħriġ fl-E-learning, l-Eżerċizzju Integrat fil-Post tal-2008 fir-rigward tal-Ispezzjonijiet Fuq il-Post (OSI), il-Valutazzjoni u l-Kejl tar-Radjukseno, l-assistenza teknika lill-Afrika u lill-Amerika Latina u l-Karibew, l-istazzjonijiet sismiċi awżiljarji, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-komunità xjentifika u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-OSI bl-iżvilupp ta' sistema ta' rilevament tal-gass nobbli. Il-proġetti deskritti f'din id-Deċiżjoni jibnu fuq il-proġetti preċedenti ta' Azzjoni Konġunta u l-progress li sar permezz tal-implimentazzjoni tagħhom. Il-proġetti deskritti f'din id-Deċiżjoni kienu ġew elaborati b'tali mod li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni potenzjali mad-Deċiżjoni 2010/461/PESK. Xi wħud minnhom fihom elementi li huma simili għall-attivitajiet li saru taħt l-Azzjonijiet Konġunti preċedenti, iżda li huma differenti fl-ambitu materjali jew huma mmirati għal pajjiżi jew reġjuni riċeventi differenti.

Is-sitt proġetti b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja msemmijin hawn fuq ser jiġu implimentati u ġestiti mis-Segretarjat Tekniku Proviżorju (PTS) tiegħu.

2.   DESKRIZZJONI TAL-PROĠETTI

2.1.   Proġett 1: Assistenza Teknika u Tisħiħ tal-Kapaċitajiet

2.1.1.   Sfond

Waħda mill-karatteristiċi uniċi tar-reġim ta' verifika tas-CTBT fis-sistema ta' nonproliferazzjoni u diżarm hija l-għoti f'ħin reali ta' informazzjoni rilevanti għall-konformità direttament lill-Istati Firmatarji tas-CTBT. Flimkien mal-għan primarju tal-verifika tas-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBT, it-teknoloġiji u d-data tal-IMS huma ta' użu konsiderevoli għall-aġenziji ċivili u tal-gvern fl-analiżi tagħhom ta' (pereżempju) terremoti, żbroffi ta' vulkani, splużjonijiet taħt l-ilma, tibdil fil-klima u tsunamis.

Filwaqt li l-interess fost il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istabbiliment ta' Ċentri Nazzjonali tad-Data (NDCs) kiber b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin — mill-2008 kien hemm żieda ta' madwar 36 abbonat għall-IDC — bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw għad m'għandhomx aċċess sħiħ għas-sistema ta' monitoraġġ u verifika tas-CTBT.

Għalhekk, qed isiru sforzi addizzjonali mill-Kummissjoni Preparatorja biex jiżdied l-għadd ta' NDCs stabbiliti, l-għadd ta' Kontijiet Firmatarji Siguri u l-għadd ta' utenti awtorizzati. B'mod partikolari, it-62 Stat Firmatarju tas-CTBT li baqa' li għad m'għandhomx aċċess għad-Data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC huma mmirati (25 fl-Afrika, 9 fl-Amerika Latina, 6 fil-Lvant Nofsani u l-Asja tan-Nofsinhar, 12 fl-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed, 3 fl-Ewropa tal-Lvant u 7 fl-Amerika ta' Fuq u fl-Ewropa tal-Punent). Dawn l-isforzi huma diretti lejn dawk li jeħtieġu l-appoġġ tekniku sabiex jiżdied l-użu tagħhom ta' din id-data u dawn il-prodotti.

Biex jiġu sostnuti l-attivitajiet tal-NDCs, ir-riżorsi meħtieġa għall-operazzjoni tal-faċilità għandhom jiġu pprovduti mill-pajjiżi riċeventi. L-impenn tal-pajjiżi li jirċievu jitqies bħala prerekwiżit għas-suċċess ta' dan il-proġett.

Dan il-proġetti jikkonsisti minn erba' komponenti komplementari li ser itejbu l-ambitu u l-firxa tal-kapaċitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet eżistenti tal-Kummissjoni Preparatorja. Dan il-proġett jibni fuq il-qafas eżistenti tal-proviżjoni ta' taħriġ fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u ta' tagħmir lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bl-inklużjoni ta' pajjiżi u reġjuni li għadhom ma bbenefikawx minn tali appoġġ, u billi jitwessa' l-ambitu biex jinkludi wkoll it-taħriġ dwar il-monitoraġġ radjunuklidu u l-ATM. Ser jiġi żviluppat u promoss software biex tiġi pproċessata d-data fil-forma ta' mewġa mid-data sismika, idroakustika u infrasound f'ħin reali. Programm ġdid ta' boroż ta' studju ser irawwem l-iskambju tal-għarfien u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati, filwaqt li r-riċerka u l-kollaborazzjoni xjentifika ser tiġi appoġġata miċ-Ċentru ta' Sfruttament tad-Data Virtwali (vDEC).

2.1.2.   Ambitu tal-Proġett

Dan il-proġett jikkonsisti mill-erba' komponenti li ġejjin li ser jitwettqu b'mod integrat sabiex jirrinfurzaw lil xulxin:

1.

Komponent 1:

L-integrazzjoni tal-Istati Firmatarji tas-CTBT fl-Ewropa tal-Lvant, l-Amerika Latina u l-Karibew, l-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed, biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fi u jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tar-reġim ta' verifika tas-CTBT u r-rispons ta' emerġenza, kif ukoll għall-iżvilupp xjentifiku relatat.

2.

Komponent 2:

L-iżvilupp u l-promozzjoni tal-pakkett tas-software Seiscomp 3 (SC3) għall-NDCs biex jipproċessaw it-tipi kollha ta' data fil-forma ta' mewġa f'ħin reali.

3.

Komponent 3:

L-iżvilupp u l-promozzjoni ta' programm ta' boroż ta' studju biex titwessa' l-bażi tal-għarfien u l-fehim tal-Kummissjoni Preparatorja bl-użu tal-għarfien u l-kompetenza esperta żviluppata mill-persunal fl-NDCs u l-Operaturi tal-Istazzjonijiet, u biex jgħinu fit-trawwim tal-iskambju tal-għarfien u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati, fejn il-PTS jaġixxi bħala koordinatur.

4.

Komponent 4:

L-appoġġ u l-promozzjoni tal-vDEC, li huwa pjattaforma għar-riċerka u l-kollaborazzjoni xjentifika bl-użu ta' data tal-IMS u prodotti tal-IDC.

Komponent 1:

Dan il-komponent huwa segwitu għall-programmi ta' assistenza teknika tal-Kummissjoni Preparatorja u ser jestendi l-assistenza teknika għal pajjiżi oħrajn fl-Amerika Latina u l-Karibew, u għal żewġ reġjuni oħrajn (l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed).

Il-PTS ser jidentifika u jipprovdi esperti tekniċi bħala konsulenti li ser jikkoordinaw l-attivitajiet kollha tagħhom f'konsultazzjoni mat-tmexxija tal-IDC, u bl-approvazzjoni tagħha. Dan il-komponent ser jinkludi t-tliet elementi li ġejjin:

 

Element 1: Evalwazzjoni komprensiva: Ser titwettaq evalwazzjoni fl-Istati riċeventi potenzjali bl-objettiv li tivvaluta s-sensibilizzazzjoni dwar u l-użu tad-data u l-prodotti tal-PTS. Dan ser jinvolvi evalwazzjoni tal-uffiċċju u, fejn meħtieġ, żjarat lill-pajjiżi riċeventi, sabiex wieħed jifhem il-ħtiġijiet u l-perċezzjonijiet attwali, u sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-data u l-prodotti tal-PTS, inkluż l-użu potenzjali tagħhom għal skopijiet ċivili u xjentifiċi. Barra minn hekk, ser jiġu stabbiliti kuntatti ma' istituzzjonijiet rilevanti oħrajn f'kull pajjiż li jista' jibbenefika mill-użu tad-data u l-prodotti tal-PTS. Ser jiġi ffaċilitat in-netwerking bejn l-Awtorità Nazzjonali u l-istituzzjonijiet rilevanti, fejn adatt. F'każijiet fejn hemm NDC, ser jiġi vvalutat l-istatus ta' kull NDC f'termini ta' persunal u infrastruttura (inkluża l-infrastruttura tal-kompjuters u tal-internet), sabiex jitfasslu attivitajiet prijoritarji. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aħjar impatt tal-komponent 2, ser tingħata attenzjoni speċjali għall-firxa u l-użu attwali ta' SC3.

Fejn adatt, l-evalwazzjoni msemmija hawn fuq ser tkun ikkomplementata minn workshops reġjonali. Tali workshops ser jagħtu l-opportunità li jiġu spjegati r-rwol u l-funzjonijiet tal-NDCs fil-qafas tas-CTBT, u li jiġu vvalutati l-livell ta' għarfien u l-ħtiġijiet fil-pajjiżi parteċipanti.

 

Element 2: Taħriġ u appoġġ tekniku: Ser isiru sessjonijiet ta' taħriġ reġjonali, li ser jgħaqqdu flimkien parteċipanti mill-istituzzjonijiet identifikati fl-element 1. Dan it-taħriġ ser jipprovdi istruzzjoni teknika dwar id-data u l-prodotti tal-PTS. Matul dan it-taħriġ, il-parteċipanti ser jaħdmu b'software tal-PTS żviluppat għall-NDCs, li jista' jintuża għall-aċċess u l-analiżi tad-data u l-prodotti tal-PTS.

L-ambitu ser jitwessa' biex ikopri r-radjunuklidi u t-teknoloġiji rigward l-ATM. Barra minn hekk, xi pajjiżi ser jagħmlu parti mill-proġett pilota ta' SC3 (kif deskritt fil-komponent 2). Dan it-taħriġ ser jipprovdi wkoll opportunità biex titrawwem kooperazzjoni fost il-persunal tekniku f'istituzzjonijiet rilevanti fir-reġjun.

Sussegwentement, ser jingħata appoġġ tekniku estiż lil NDCs magħżulin biex jgħinu fl-applikazzjoni ta' lezzjonijiet misluta mit-taħriġ reġjonali għal NDCs speċifiċi. Dan l-appoġġ ser jiġi adattat apposta abbażi tal-ħtiġijiet tal-NDC, is-sett ta' ħiliet tal-persunal tal-NDC u b'kont meħud ta' speċifiċitajiet oħra (l-oqsma ta' applikazzjoni tad-data u l-prodotti, il-lingwi, eċċ.). Il-parteċipanti ser jinstallaw u jikkonfiguraw software tal-NDC bl-assistenza tal-espert tekniku u ser jistabbilixxu reġim ta' ksib, proċessar, analiżi u rappurtar tad-data fuq il-bażi ta' rutina skont il-ħtiġijiet tal-Awtorità Nazzjonali. Barra minn hekk, ċerti pajjiżi ser jingħataw tagħmir bażiku tal-NDC, inkluż hardware tal-kompjuters u periferali, skont il-ħtiġijiet ivvalutati tagħhom. Jekk jiġi pprovdut it-tagħmir, jiġu wkoll ipprovdut taħriġ mill-espert tekniku fuq l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta' dak it-tagħmir.

 

Element 3: Segwitu: Biex jikkonsolidaw il-ħiliet miksuba u/jew jagħlqu l-vojt li jifdal, ser isiru żjarat ta' segwitu lejn il-pajjiżi riċeventi biex jivvalutaw kif il-parteċipanti qed jużaw dak li tgħallmu fis-sessjonijiet tat-taħriġ fl-Element 2. L-objettiv ta' dawn iż-żjarat ta' segwitu hu li jiġi żgurat li l-persunal tekniku lokali jista' juża d-data u l-prodotti tal-PTS fuq bażi ta' rutina.

Dawn iż-żjarat ser ikunu adattati apposta abbażi tal-ħtiġijiet u l-ħiliet lokali, bil-ħsieb tas-sostenibbiltà, sabiex l-attivitajiet ikomplu anke wara li jintemm dan il-proġett. Rapport komprensiv konklużiv għal kull pajjiż riċeventi ser jifforma l-bażi biex l-attivitajiet ikomplu jiġu segwiti f'kull pajjiż.

Bħal fid-Deċiżjoni 2010/461/PESK, dan il-proġett ser jinvolvi l-għoti ta' taħriġ għall-gruppi reġjonali fl-ipproċessar tad-data tal-IMS u l-analiżi tal-prodotti tal-IDC, kif ukoll l-għoti ta' tagħmir bażiku fejn meħtieġ. Jekk fattibbli, ser jitfasslu taħriġ imfassal u attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-pajjiżi riċeventi li fihom ġew identifikati u vvalutati ħtiġijiet partikolari fir-rigward tal-istabbiliment tal-NDC u l-Kontijiet Firmatarji Siguri, kif ukoll benefiċċji ċivili u xjentifiċi.

L-attivitajiet kollha fil-pajjiżi riċeventi ser jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib ma', u b'appoġġ minn, il-PTS biex jiġu żgurati l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tat-taħriġ u sforzi oħrajn ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li saru f'dan il-proġett. Barra minn hekk, dan ser jiżgura armonizzazzjoni adegwata mal-attivitajiet li saru fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill/l-Azzjonijiet Konġunti preċedenti u fil-qafas tal-mandat tal-Kummissjoni Preparatorja.

B'applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-PTS jipprevedi attivitajiet f'kemm jista' jkun mill-pajjiżi li ġejjin, soġġett għal valutazzjoni minn qabel mill-PTS tal-fattibbiltà meta jitqiesu l-kondizzjonijiet lokali li jipprevalu f'dak iż-żmien:

(i)

fl-Amerika Latina u l-Karibew: L-Istati elenkati, iżda mhux magħżulin għad-Deċiżjoni 2010/461/PESK (Antigwa u Barbuda, il-Barbados, il-Baħamas, il-Beliże, il-Bolivja, il-Kosta Rika, ir-Repubblika Dominikana, l-Ekwador, El Salvador, Grenada, il-Gwatemala, il-Gujana, Ħaiti, il-Ħonduras, il-Ġamajka, il-Panama, il-Paragwaj, is-Surinam u l-Urugwaj); kif ukoll il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, Kuba, Dominika, il-Messiku, in-Nikaragwa, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, Trinidad u Tobago, u l-Venezwela;

(ii)

fl-Ewropa tal-Lvant: l-Albanija, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Ġeorġja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Montenegro, il-Polonja, ir-Repubblika tal-Moldova, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(iii)

fl-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed: il-Brunej Darussalam, il-Kambodja, il-Gżejjer Cook, il-Fiġi, il-Kiribati, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos, il-Gżejjer Marshall, l-Istati Federali tal-Mikroneżja, il-Mongolja, il-Mjanmar, Nauru, Nju, il-Palaw, il-Papwa Ginea Ġdida, il-Filippini, Samoa, Singapor, il-Gżejjer Solomon, it-Tajlandja, Timor Leste, Tonga, Tuvalu, il-Vanwatu u l-Vjetnam.

Komponent 2: Pakkett ta' software SC3

Dan il-komponent joffri pjattaforma faċli għall-utent, miftuħa u integrata li tuża SC3, software li diġà jintuża b'mod wiesa' fis-sismoloġija u t-twissija ta' tsunami għar-rispons għal diżastri u emerġenza flimkien ma' software speċifiku għall-ipproċessar tal-matriċi (PMCC, Fk) u għodod ta' analiżi interattivi (geotool, Jade). Dan is-software huwa adattat tajjeb għall-ħtiġijiet tal-NDCs f'termini ta' riċezzjoni u proċessar awtomatiċi tad-data fil-forma ta' mewġa, ipproċessar tal-matriċi, produzzjoni awtomatika tal-bulettini u analiżi interattiva tad-data.

Fir-rigward tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, diġà teżisti komunità wiesgħa ta' utenti ta' SC3 fost l-NDCs u istituzzjonijiet oħra. Meta tiġi implimentata b'mod wiesa', din il-pjattaforma integrata ser tiġbed lill-komunità ta' NDCs emerġenti u tħaffef l-iżvilupp tal-kapaċitajiet fosthom. SC3 jippermetti wkoll l-iskambju faċli tad-data bejn l-NDCs. Il-format jintuża b'mod wiesa' fil-komunità internazzjonali u l-użu tiegħu fost l-NDCs u l-IDC itejjeb u jissimplifika ferm l-iskambji ta' data, u f'ħin reali wkoll (li llum mhux inkluż mal-"NDC f'pakkett").

Issemma bosta drabi li hemm rabta qawwija bejn NDC attiv u stazzjonijiet li jaħdmu tajjeb. Għalhekk, l-iżvilupp tal-pakkett ta' software SC3 għandu jagħti għajnuna sinifikanti fl-appoġġ għall-istazzjonijiet sismiċi awżiljarji. Fit-tul, l-implimentazzjoni ta' SC3 ser tippermetti lill-NDCs li qed jiżviluppaw biex jużaw b'mod effiċjenti d-data tal-istazzjon tagħhom u biex josservaw l-istatus operattiv fuq bażi permanenti.

Dan il-komponent jiffoka fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-software, inkluż l-istazzjonament u t-taħriġ.

Xi ftit pajjiżi piloti b'istituzzjonijiet li wrew kapaċità teknika suffiċjenti u interess li jipparteċipaw ser jintgħażlu għall-istazzjonament u t-taħriġ għall-bidu tal-proġett (pereżempju fl-Afrika, l-Ewropa tal-Lvant, l-Amerika Latina, u l-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed).

Komponent 3: Programm ta' boroż ta' studju

L-għanijiet tal-program ta' boroż ta' studju huma li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta' talent xjentifiku fil-qasam tal-monitoraġġ tal-isplużjonijiet nukleari, biex jingħata appoġġ għall-istabbilimenti nazzjonali tagħhom u fl-istess ħin jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tar-riċerka xjentifika li huma vitali għat-titjib tal-kapaċitajiet u l-applikazzjonijiet ta' verifika attwali tas-CTBT fil-mitigazzjoni tad-diżastri u x-xjenza tad-dinja.

Fil-fażi inizjali tal-programm ta' boroż ta' studju, ser jiġu identifikati s-sħab potenzjali li ser jospitaw lill-akkademiċi mistiedna. Il-PTS ser jagħmel dan billi jħabbar il-programm ta' boroż ta' studju, u jitlob lill-NDCs, universitajiet, u sħab potenzjali oħrajn biex jidentifikaw l-oqsma ta' kompetenza li huma jistgħu joffru biex jospitaw lill-akkademiċi mistiedna. L-istituti li bbenefikaw preċedentement mill-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK u d-Deċiżjoni 2010/461/PESK kif ukoll attivitajiet oħrajn tal-IMS/IDC bħal laqgħat tekniċi, laqgħat tal-esperti u workshops, u li żviluppaw kompetenza esperta, ser jiġu inkoraġġuti japplikaw biex ikunu istituzzjonijiet ospitanti.

L-opportunitajiet għal boroż ta' studju ser jiġu reklamati mill-PTS, inklużi l-oqsma ta' kompetenza esperta appoġġati mill-istituzzjonijiet ospitanti. Il-kandidati ser jintalbu, fl-applikazzjonijiet tagħhom, biex jiddeskrivu l-proġett tagħhom, u kif jinterfaċċja mal-kompetenzi reklamati. Il-kandidati u l-proposti ser jiġu evalwati u magħżula mill-PTS, possibbilment b'modifiki skont il-ħtiġijiet tal-PTS. Kull akkademiku ser jipprovdi rapporti regolari lill-PTS rigward il-kisbiet u feedback. Ser jintużaw laqgħat tal-esperti, il-"Konferenza tas-CTBTO 2013 dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni" u laqgħat simili biex jiġi promoss dan il-proġett, tintalab il-parteċipazzjoni, u jiġu pprovduti postijiet biex l-akkademiċi juru r-riżultati tagħhom. Dan il-proġett huwa mfassal biex jillieva l-kompetenza esperta esterna bħala multiplikatur tal-forzi, b'kont meħud tar-riżorsi tal-persunal disponibbli tal-PTS.

Komponent 4: vDEC

Il-pjattaforma ta' żvilupp tal-vDEC (hardware u software) tipprovdi pjattaforma għall-iskambju xjentifiku bl-għoti ta' aċċess għal arkivju kbir ta' data parametrika, fil-forma ta' mewġa u radjonuklida lir-riċerkaturi li jkunu qed jaħdmu fuq it-titjib tal-ipproċessar fl-IDC. Il-vDEC jipprovdi wkoll aċċess għas-sofware u aċċess għal verżjonijiet ta' ttestjar tal-pipelines tal-ipproċessar biex ikunu jistgħu jiddaħħlu u jiġu ttestjati moduli ta' sostituzzjoni.

B'mod partikolari, is-SC3 ser jiġi implimentat fil-vDEC matul il-fażi ta' żvilupp u ttestjar tiegħu. Il-vDEC jipprovdi wkoll pjattaforma għall-integrazzjoni ta' data addizzjonali mad-data tal-IMS biex jiġi investigat it-titjib li jirriżulta minn din iż-żieda. Ser issir enfasi speċjali sabiex il-vDEC ikun disponibbli għall-akkademiċi magħżulin taħt il-komponent 3, kif meħtieġ.

Ser jintuża finanzjament biex jiġu kuntrattati servizzi ta' esperti biex jipprovdu assistenza lir-riċerkaturi li jużaw il-vDEC, u biex jiżguraw li s-sistema qiegħda taħdem tajjeb.

2.1.3.   Benefiċċji u Eżitu

Aktar pajjiżi li qed jiżviluppaw ser ikunu jistgħu jilħqu r-responsabbiltajiet ta' verifika tagħhom taħt is-CTBT u jużaw id-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC. L-assistenza u t-taħriġ tekniċi ser jiġu estiżi għal aktar pajjiżi fl-Amerika Latina u l-Karibew, u għal żewġ reġjuni oħrajn (l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed).

L-ambitu tal-applikazzjonijiet tad-data għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ser jitwessa' bl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' pjattaforma integrata ta' software fuq SC3. Dak is-software ser jiġi estiż għall-ipproċessar ta' data idroakustika u infrasound. Minħabba li s-SC3 diġà jintuża b'mod wiesa' u jiffaċilita l-iskambju faċli ta' data, dan ser ikun mezz li jilħaq ħafna aktar NDCs u stabbilimenti oħrajn minn qabel.

Ser jinbeda programm ta' boroż ta' studju għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' talent xjentifiku fil-monitoraġġ tal-isplużjonijiet nukleari biex jiġu appoġġati l-istabbilimenti nazzjonali tagħhom u fl-istess ħin jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tar-riċerka xjentifika li huma vitali għall-verifika tas-CTBT kif ukoll l-applikazzjonijiet ċivili u xjentifiċi.

Il-pjattaforma vDEC li tipprovdi pjattaforma għall-iskambju xjentifiku ser tinżamm u titwessa' biex tinkludi l-pjattaforma SC3.

2.2.   Proġett 2: Żvilupp tal-Kapaċitajiet għall-Ġenerazzjonijiet Futuri ta' Esperti tas-CTBT - l-Inizjattiva Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDI)

2.2.1.   Sfond

Is-CDI, stabbilita fl-2010, tagħmel parti ewlenija mill-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-Kummissjoni Preparatorja bil-għan li tibni u żżomm il-kapaċità meħtieġa fl-aspetti tekniċi, xjentifiċi, legali u politiċi tas-CTBT u r-reġim ta' verifika tiegħu. Din hija bbażata fuq ir-rikonoxxment li d-dħul fis-seħħ u l-universalizzazzjoni tas-CTBT u t-tisħiħ tar-reġim ta' verifika huwa dipendenti fuq l-involviment attiv u infurmat tal-ġenerazzjonijiet futuri ta' esperti tal-politika, legali u tekniċi, b'mod partikolari mid-dinja li qed tiżviluppa.

2.2.2.   Ambitu tal-Proġett

Bil-ħsieb tad-dewmien kontinwu tad-dħul fis-seħħtas-CTBT, huwa ta' importanza vitali li jinżammu kemm l-appoġġ politiku għal, kif ukoll il-kompetenza esperta teknika, fl-aspetti kollha tas-CTBT. Bl-espansjoni tar-riżerva ta' kompetenza esperta lil hinn mill-partijiet interessati tradizzjonali, is-CDI ser itejjeb l-opportunitajiet biex il-komunità usa' tipparteċipa fit-tisħiħ u timplimenta b'mod effettiv ir-reġim ta' verifika tas-CTBT stabbilit multilateralment.

Il-proġett jikkonsisti minn tliet komponenti:

1.

Komponent 1:

Parteċipazzjoni fis-Seminars "Ħarreġ lill-Ħarrieġa" fl-2013 u l-2014.

2.

Komponent 2:

Parteċipazzjoni tal-Esperti minn Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw fil-Korsijiet ta' Taħriġ tas-CDI u Appoġġ għall-Proġetti ta' Riċerka Konġunta.

3.

Komponent 3:

Titjib tal-Pjattaforma e-learning tas-CDI u Għodod Multimedia Edukattivi.

Komponent 1: Parteċipazzjoni fis-Seminars "Ħarreġ lill-Ħarrieġa" fl-2013 u l-2014

Permezz tas-seminars "Ħarreġ lill-Ħarrieġa", il-Kummissjoni Preparatorja ser tipprovdi gwida metodoloġika għall-akkademiċi u l-istituzzjonijiet tar-riċerka involuti fil-oqsma relatati tas-CTBT, u b'hekk jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-fehim tas-CTBT fil-komunità akkademika u fost il-professjonisti tal-politika. Il-finanzjament ipprovdut ser jikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti mill-akkademji u l-istituzzjonijiet tar-riċerka - b'enfasi fuq l-universitajiet u l-istituzzjonijiet tar-riċerka fl-Ewropa u d-dinja li qed tiżviluppa - li ser jagħtu korsijiet u joffru programmi ta' taħriġ dwar is-CTBT, b'mod partikolari dwar l-aspetti xjentifiċi u tekniċi tiegħu.

Is-seminars, li għandhom isiru fl-2013 u l-2014, ser jilqgħu professuri u riċerkaturi min-naħat kollha tad-dinja, inklużi dawk mill-Istati elenkati fl-Anness 2 għas-CTBT, li ser jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar it-tagħlim ta' kwistjonijiet relatati mas-CTBT u jirċievu taħriġ dwar kif il-materjali tal-kors tas-CDI jiġu integrati fil-kurrikuli tagħhom. Is-seminars ser jesploraw ukoll modalitajiet biex jiżdied l-ammont ta' proġetti ta' riċerka relatati mas-CTBT fl-universitajiet fil-mira, u jinkoraġġixxu lill-parteċipanti biex jinnominaw studenti biex jipparteċipaw fil-korsijiet tas-CDI.

Komponent 2: Parteċipazzjoni tal-Esperti minn Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw fil-Korsijiet ta' Taħriġ tas-CDI u Appoġġ għall-Proġetti ta' Riċerka Konġunta

—   Parteċipazzjoni fil-Korsijiet ta' Taħriġ tas-CDI

F'konformità mas-suċċess bla paragun tal-Kors tax-Xjenza Avvanzata tal-2011, li ħarreġ mijiet ta' individwi fosthom Operaturi tal-Istazzjonijiet, analisti tal-NDC, diplomatiċi, studenti u membri tas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni Preparatorja ser tkompli toffri korsijiet annwali tas-CTBT ibbażati fuq ix-xjenza. Il-Kummissjoni Preparatorja ser tlaqqa' kors intensiv ta' ġimagħtejn ibbażat fuq ix-xjenza u t-teknoloġija matul Novembru 2012 u kors simili fl-aħħar tal-2013. Dawn il-korsijiet ser jiġu offruti fi Vjenna u jużaw ambjent ta' tagħlim online imfassal apposta, inklużi lekċers b'live streaming għal dawk li jipparteċipaw minn madwar id-dinja kollha.

Il-finanzjament ipprovdut ser jikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni ta' bejn wieħed u ieħor 15-il espert fis-sena - b'enfasi fuq in-nisa u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw - fil-korsijiet ta' taħriġ xjentifiċi u tekniċi tas-CDI.

—   Proġetti ta' Riċerka Konġunta

Il-finanzjament ser jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-proġetti ta' riċerka konġunta dwar ir-reġim ta' verifika tas-CTBT, permezz ta' boroż ta' studju tar-riċerka bbażati fuq il-mertu għall-kandidati għal PhD u ta' wara d-dottorat mill-Ewropa u pajjiżi li qed jiżviluppaw. Din ir-riċerka ser tkun assoċjata mal-proġetti eżistenti tal-Kummissjoni Preparatorja.

Komponent 3: Titjib tal-Pjattaforma e-learning u tal-Għodod Multimedia Edukattivi tas-CDI

—   Żvilupp Tekniku tal-Pjattaforma e-learning

Il-finanzjament ser jikkontribwixxi għal aktar titjib tal-Pjattaforma e-learning, kif ukoll id-disinn u l-iżvilupp ta' għodod multimedia addizzjonali li ser jassistu fl-objettivi tas-CDI - inkluża l-implimentazzjoni ta' strateġiji biex tiżdied id-disponibbiltà tar-riżorsi tas-CDI fid-dinja li qed tiżviluppa. B'mod partikolari, il-konsulent ser jesplora opportunitajiet biex ikomplu jittejbu r-riżorsi tas-CDI għall-pjattaformi mobbli ta' tagħlim, u għodod multimedia edukattivi addizzjonali oħrajn u materjali promozzjonali.

—   Ħolqien ta' Kontenut għar-Riżorsi tas-CDI

Il-finanzjament ser jikontribwixxi għall-iżvilupp tal-kontenut edukattiv u ta' taħriġ tas-CDI li ser jintuża biex tiġi popolata l-pjattaforma e-learning, u għall-ħolqien ta' għodod multimedia tas-CDI oħrajn. Dan l-approċċ ser jiffoka wkoll fuq l-integrazzjoni tal-materjali tas-CDI f'media ġodda u l-użu ta' netwerks soċjali tal-massa għall-promozzjoni tas-CTBT u r-reġim ta' verifika tiegħu.

2.2.3.   Benefiċċji u Eżitu

L-esperjenza tas-CDI uriet li b'investiment relattivament minimu, akkoppjat ma' viżjoni strateġika, jistgħu jintlaħqu redditi massimi għall-Unjoni. B'infrastruttura tas-CDI diġà fis-seħħ u l-approċċ istituzzjonalizzat fil-ħidma tal-Kummissjoni Preparatorja, finanzjament addizzjonali ser jippermetti lill-Kummissjoni Preparatorja biex tkompli ttejjeb il-proġetti kontinwi u tiżviluppa modi aktar innovattivi għall-għoti ta' taħriġ u edukazzjoni f'oqsma relatati mas-CTBT għall-usa' grupp fil-mira possibbli.

Din l-inizjattiva tkompli wkoll l-azzjonijiet deskritti fl-istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (AQM). B'mod speċifiku, il-korsijiet u l-attivitajiet ta' taħriġ tas-CDI jsaħħu l-isforzi għall-iżvilupp u s-sostenn tal-multilateraliżmu bħala l-pedament għal strateġija effettiva ta' nonproliferazzjoni tal-AQM, bl-iżvilupp tal-kapaċità fl-oqsma legali, politiċi, xjentifiċi u tekniċi. Barra minn hekk, l-involviment ma' komunità usa' ta' partijiet interessati fil-komunità internazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mas-CTBT iqajjem kuxjenza dwar is-CTBT u jsaħħaħ l-isforzi biex jintlaħqu l-universalità u d-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.3.   Proġett 3: Titjib tal-Mudell tat-Trasport Atmosferiku (ATM)

2.3.1.   Sfond

L- ATM stazzjonat u użat mill-Kummissjoni Preparatorja wera l-utilità konsiderevoli tiegħu għal applikazzjonijiet ċivili, pereżempju bl-għoti ta' tbassir tat-tixrid ta' radjonuklidi emessi mill-impjant nukleari Dai-ichi fl-2011.

Is-sistema ATM attwali issa laħqet ċerta maturità, u kwalunkwe titjib ulterjuri jeħtieġ investiment f'termini ta' riżorsi komputazzjonali u għarfien espert. Għalhekk, ġie nnutat b'interess kbir il-kontribuzzjoni volontarja tal-Ġappun biex jappoġġa l-akkwist ta' hardware ġdid tal-ATM li għandu jospita s-sistema futura tal-ATM. Sabiex jassisti lill-Kummissjoni Preparatorja fl-aċċellerazzjoni tal-proċess ta' teħid tal-benefiċċji minn din il-qawwa komputazzjonali addizzjonali, dan il-proġett ser jippermetti lill-Kummissjoni Preparatorja tikkuntratta servizzi esperti tal-ATM biex jissupplimentaw il-persunal limitat tal-iskwadra tal-ATM fl-IDC ("l-espert tal-ATM").

2.3.2.   Ambitu tal-Proġett

L-espert tal-ATM għandu jiffoka fuq it-titjib tal-kapaċitajiet tal-ATM. Il-kompiti assenjati lill-espert tal-ATM ser jiffukaw fuq li jsir l-aktar użu effettiv mill-qawwa komputazzjonali addizzjonali ffinanzjata mill-kontribuzzjoni Ġappuniża, biex jiġi żgurat l-aktar immudellar preċiż possibbli ta' tixrid tar-radjonuklidi f'każijiet speċjali. Dawn il-kompiti għandhom jiġu allinjati mal-missjoni tal-Kummissjoni Preparatorja.

Il-kompiti għandhom jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

akkwist tal-oqsma meteoroloġiċi ta' kwalità għolja b'riżoluzzjoni għolja f'kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) u l-istituti speċjalizzati tal-Istati Membri tagħha;

(b)

titjib tal-moduli rilevanti għar-radjonuklidi u speċifikazzjoni ta' konfigurazzjoni ottimali ta' mudell(i) ta' trasport atmosferiku;

(c)

identifikazzjoni tal-ħtiġijiet f'termini tal-appoġġ tal-ATM għall-applikazzjonijiet ċivili permezz ta' interazzjonijiet mal-esperti esterni, inkluża kollaborazzjoni mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA);

(d)

inkorporazzjoni ta' dawn l-iżviluppi fit-titjib tal-appoġġ tal-ATM għall-avvenimenti rilevanti għas-CTBT.

L-espert tal-ATM għandu għalhekk ikollu esperjenza sostanzjali fil-fehim tal-proċessi atmosferiċi u l-fenomenu tat-trasport ta' radjonuklidi b'mod partikolari, għarfien espert tat-tbassir u t-tixrid numeriku tal-ajru, kapaċitajiet tekniċi ta' kodifikazzjoni u scripting kif ukoll ħiliet interpersonali meħtieġa biex tiġi żgurata kooperazzjoni bla xkiel u msaħħa bejn is-CTBTO, il-WMO, l-IAEA u l-Kumitat tal-Interaġenziji għar-Rispons għall-Emerġenzi Nukleari (IACRNE).

2.3.3.   Benefiċċji u Eżitu

Eżitu ta' dan il-proġett għandu jkun il-kapaċità ta' avangwardja tal-ATM li jappoġġa kemm il-missjoni tal-Kummissjoni Preparatorja kif ukoll l-applikazzjoni ċivili pertinenti. Dan għandu jiffaċilita wkoll koordinazzjoni aħjar tar-riżorsi tal-ATM bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali u jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni.

2.4.   Proġett 4: Karatterizzazzjoni u Mitigazzjoni tar-Radjukseno

2.4.1.   Sfond

Ir-radjukseno huwa indikatur ewlieni biex jiġi determinat jekk tkunx seħħet splużjoni nukleari. F'dawn l-aħħar 10-15-il sena, it-teknoloġiji ta' kejl tal-IMS tjiebu b'mod sinifikanti. Is-sensittività tan-netwerk tal-gass nobbli tal-IMS hija, b'riżultat ta' dan, dejjem aktar influwenzata mill-isfond ta' radjukseno globali emess mill-applikazzjonijiet nukleari ċivili (bħall-faċilitajiet ta' produzzjoni isotopika medika). Dan il-proġett jibni fuq l-azzjonijiet appoġġati permezz tal-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK.

2.4.2.   Ambitu tal-Proġett

Dan il-proġett jikkonsisti minn żewġ komponenti:

1.

Komponent 1: Karatterizzazzjoni tal-isfond tar-radjukseno;

2.

Komponent 2: Mitigazzjoni tar-radjukseno.

Komponent 1:

Il-Kummissjoni Preparatorja tkejjel ir-radjukseno fl-ambjent b'sistemi sensittivi ħafna bħala parti importanti mis-sistema ta' verifika tas-CTBT. Bil-kontribuzzjoni riċevuta mill-Unjoni fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK, il-Kummissjoni Preparatorja xtrat żewġ sistemi trasportabbli biex jitkejlu r-radjoisotopi, 133Xe, 135Xe, 133mXe u 131mXe. Is-sistemi ser jintużaw biex jitkejjel l-isfond tar-radjukseno fl-Indonesja u l-Kuwajt. Għal dan il-għan ġew stabbiliti l-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet sħab (il-BATAN, l-Indonesja u l-KISR, il-Kuwajt).

Minħabba li ż-żewġ postijiet jagħtu informazzjoni konsiderevoli dwar il-karatterizzazzjoni tal-isfond globali tar-radjukseno, l-għan ta' dan il-proġett huwa, l-ewwel nett, li testendi l-kampanji ta' kejl fl-Indonesja u l-Kuwajt b'sitt xhur sa 12-il xahar ieħor. L-estensjoni tal-kampanji ta' kejl tippermetti l-karatterizzazzjoni ta' dawn iż-żewġ postijiet matul iċ-ċiklu ta' 12-il xahar kollu, u tkopri l-kondizzjonijiet staġonali kollha.

It-tieni nett, wara t-tmiem ta' dawn il-kampanji, il-PTS qiegħed jippjana li jwettaq kejl addizzjonali fiż-żoni fejn l-isfond globali tar-radjukseno mhux magħruf bis-sħiħ u l-effetti tiegħu fuq l-IMS mhumiex magħrufin. Il-Golf Persjan u l-Amerika jitqiesu bħala l-postijiet li jmiss.

Sabiex jitkomplew dawn il-kampanji ta' kejl, jinħtieġu fondi għat-trasport tas-sistemi mobbli ta' Gass Nobbli lejn postijiet ġodda, u għall-operat taż-żewġ sistemi għal perijodu ta' preferibbilment mill-inqas 12-il xahar f'kull post, inkluża l-manutenzjoni perjodika.

Wara dawn il-kampanji ta' kejl, is-sistemi ser ikunu disponibbli biex jintużaw mill-PTS għal studji ta' segwitu tal-isfond tar-radjukseno u/jew bħala sistemi ta' taħriġ.

Komponent 2:

Dan il-komponent jinvolvi studju pilota li jeżamina l-possibbiltajiet ta' assorbiment tal-isotopi tar-radjukseno minn materjali u metodi differenti u jiżviluppa sistema ta' filtrazzjoni. Dan għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità ta' rilevament tal-IMS u l-affidabbiltà u l-kwalità tad-data tal-IDC.

Dan il-komponent għandu l-għan li jiżviluppa sistema żgħira u versatili, li tista' tintuża faċilment fi stadji differenti tal-proċess ta' produzzjoni sabiex jiġi determinat il-post ottimali tas-sistema ta' tnaqqis fl-istabbiliment ta' faċilità. Il-versatilità tas-sistema ta' tnaqqis ser tiffaċilita wkoll l-użu ġewwa faċilitajiet ta' produzzjoni tal-isotopi oħrajn.

Filwaqt li l-attivitajiet tal-passat appoġġati mill-Unjoni ppermettew li l-kwistjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet nobbli tiġi mmappjata, dan l-istudju pilota jagħmel pass ulterjuri u jaħseb f'soluzzjonijiet konkreti biex jinsab rimedju għall-problema. Dan il-komponent ser jibni fuq studju preliminari li twettaq miċ-Ċentru Belġjan tar-Riċerka Nukleari (SCK•CEN, il-Belġju) u l-Laboratorju Paċifiku Nazzjonali tal-Majjistral (Stati Uniti tal-Amerika).

Dan il-komponent jikkonsisti minn tliet elementi:

 

Element 1: esperimenti ta' assorbiment tar-radjukseno: kostruzzjoni ta' stabbiliment sperimentali u ttestjar ta' diversi materjali ta' assorbiment (żeolit tal-fidda, passatur molekolari tal-karbonju) taħt kondizzjonijiet differenti (temperatura, fluss, gass trasportatur).

 

Element 2: tfassil ta' sistema portabbli ta' filtrazzjoni bbażata fuq l-analiżi tal-esperimenti ta' assorbiment imwettqa fil-fażi 1.

 

Element 3: kostruzzjoni ta' sistema portabbli ottimizzata ta' filtrazzjoni u ttestjar fuq skala ta' laboratorju. Wara dan il-pass, is-sistema portabbli ta' filtrazzjoni ser tkun lesta biex tiġi ttestjata fil-faċilitajiet radjofarmaċewtiċi ta' produzzjoni fl-Istitut Nazzjonali Belġjan għar-Radjoelementi (IRE, il-Belġju). Is-sistema ser tinkludi strumenti ta' rilevament tar-radjazzjoni biex jiġi determinat il-fattur ta' tnaqqis tar-radjukseno li nkiseb fil-qasam.

Wara kull stadju t-tagħlim kollu miksub ser jinġabar f'rapport dettaljat.

Il-ħidma ta' implimentazzjoni ta' dan il-komponent ser titwettaq mill-kuntratturi. Il-Kummissjoni Preparatorja ser tipprovdi l-kompetenza esperta tagħha dwar il-qbid tal-kseno, kif meħtieġ.

Il-Kummissjoni Preparatorja ser tkompli wkoll tissorvelja l-emissjonijiet tar-radjukseno kif rilevati mill-istazzjonijiet fil-qrib. It-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jkollu effett imminenti fuq il-livelli ta' radjukseno identifikati. L-użu tal-kejl ta' emissjonijiet fil-faċilità fil-Belġju (jiġifieri stack monitoring) jista' wkoll jipprovdi informazzjoni dwar is-suċċess tat-tnaqqis, u l-Kummissjoni Preparatorja tista' tassisti fl-analiżi ta' din id-data.

2.4.3.   Benefiċċji u Eżitu

F'konformità mal-objettivi ta' nonproliferazzjoni tal-Unjoni, dan il-proġett ser jikkontribwixxi biex il-monitoraġġ u s-sistema ta' verifika tas-CTBT isiru aktar robusti, u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja biex ir-radjukseno jiġi ssorveljat b'mod aktar preċiż. Bil-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tar-radjukseno minn applikazzjonijiet ċivili, l-emissjonijiet futuri - li jibqgħu indikatur ewlieni għall-monitoraġġ u l-verifika tal-attività nukleari - ikunu attribwiti b'mod aktar affidabbli għall-isplużjonijiet nukleari.

Il-bini u l-manutenzjoni ta' reġim ta' verifika robusta jirrinfurzaw il-kapaċitajiet u l-kredibbiltà tas-CTBT, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-argumenti favur id-dħul fis-seħħ u l-universalizzazzjoni tiegħu.

Filwaqt li l-attivitajiet tal-passat fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK u d-Deċiżjoni 2010/461/PESK ppermettew tal-problema tal-emissjonijiet tal-gass nobbli tiġi mmappjata, il-finanzjament addizzjonali jikkomplementa l-finanzjament preċedenti tal-Unjoni u jippermetti li tibda tiġi rimedjata l-problema tal-emissjonijiet tal-gass nobbli. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Preparatorja u l-istituzzjonijiet assenjati (SCK•CEN u IRE) tiżgura kontinwità fil-ħidma li saret, u tottimizza r-riżorsi ta' għarfien u kompetenza esperta eżistenti.

2.5.   Proġett 5: Appoġġ għall-Eżerċizzju Integrat fil-Post għall-2014 (IFE14): Żvilupp ta' Impjant Multispettrali Integrat

2.5.1.   Sfond

Dan il-proġett għandu l-għan li jappoġġa l- IFE14 permezz tal-iżvilupp ta' impjant multispettrali integrat bl-użu ta' tagħmir mixtri u ta' kontribuzzjoni in natura.

Il-Kummissjoni Preparatorja għandha l-mandat li tkompli l-attivitajiet tagħha relatati mal-teknoloġija tal-Multispettri u Infra-aħmar (MSIR) biex tiġi determinata l-ispeċifikazzjoni tat-tagħmir u l-proċeduri operattivi għal OSI.

Id-Deċiżjoni 2010/461/PESK ffinanzjat il-Laqgħa tal-Esperti dwar l-Immaġni Multispettrali u l-Infra-aħmar għall-Ispezzjonijiet Fuq il-Post (MSEM-11) li saret bejn it-30 ta' Marzu u l-1 ta' April 2011 f'Ruma, l-Italja, li kkonkludiet li l-istrumenti tal-Prodott Kummerċjalment Disponibbli (COTS) għandhom jiġu kkunsidrati għal użu fl-OSI minħabba li dawn jirrappreżentaw l-aktar għażla kost-effettiva għal din it-teknoloġija. Il-valur tat-teknoloġija tal-MSIR għall-OSI ġie rinfurzat matul it-test tal-MSIR fl-Ungerija f'Settembru 2011.

Ġew identifikati karatteristiċi relevanti għall-OSI bl-użu ta' matriċi integrat tas-sensuri tal-MSIB. L-Ungerija offriet bħala kontribuzzjoni in natura l-użu ta' żewġ sensuri tal-ajru, li jirrilevaw fl-infra-aħmar viżibbli/viċin (VNIR) u l-infra-aħmar b'mewġa qasira (SWIR). It-telerilevament bl-ajru li juża teknoloġija MSIB joffri opportunitajiet konsiderevoli għal OSI imma sistemi differenti jinkludu attwalment diversi sensuri individwali b'rutini ta' proċessar diskret u individwali bl-użu ta' pakketti ta' software apposta differenti. Bħala tali, ftit huma s-sistemi integrati tal-MSIB li jistgħu jiksbu data simultanja tul il-medda spettrali ta' interess għall-OSI.

2.5.2.   Ambitu tal-Proġett

Biex tiġi ottimizzata l-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' telerilevament mill-ajru tal-MSIB fi ħdan OSI, dan il-proġett ifittex li jiġbor flimkien sistema li tinkludi matriċi kompatta ta' sensuri magħżula rilevanti għall-OSI b'katina predefinita ta' postproċessar bl-użu ta' rutini speċifiċi ta' software OSI li jħaffu l-analisi kwantitattiva tad-data u jgħaġġlu d-disponibbiltà tal-outputs għat-Tim ta' Spezzjoni.

Dan l-approċċ kaxxa waħda/software wieħed għandu l-potenzjal li jsaħħaħ bil-kbir il-ħidma tat-Tim ta' Spezzjoni.

Is-sistema MSIB tista' titqies li hi modulari, bil-possibbiltà li jiżdiedu sensuri addizzjonali għall-matriċi meta l-fondi jippermettu.

Idealment, is-sistema tkun tinkludi:

(a)

sensur multi/iperspettrali li jirrileva fil-VNIR għal identifikazzjoni ta' karatteristiċi bħas-superfiċji antropoġeniċi, xejriet ta' veġetazzjoni u tensjoni;

(b)

sensur multi/iperspettrali li jirrileva fis-SWIR għall-identifikazzjoni ta' xejriet u bidliet b'kontenut ta' ndewwa fid-distribuzzjoni ta' materjali inorganiċi differenti;

(c)

kamera diġitali RGB (użata flimkien mal-LIDAR) għall-ġenerazzjoni ta' ritratt ortofotografiku taż-żona ta' spezzjoni sabiex tippermetti l-orjentament tat-timijiet fil-post u tingħata informazzjoni kuntestwali;

(d)

strument LIDAR sabiex jippermetti l-ġenerazzjoni ta' mudell topografiku għall-ortorettifika tal-immaġini u użat bħala mezz ta' rilevament ta' karatteristiċi taħt kanupew;

(e)

kamera diġitali termali li tippermetti r-rilevament ta' xejriet termali kkawżati minn movimenti ta' vettura u ilma sħun u kiesaħ fis-superfiċji jew qribu.

(f)

filmat minn fuq, li ser jipprovdi fly-through taż-żona ta' spezzjoni għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni (IT);

(g)

GPS u t-tagħmir anċillari kollu inklużi monitors u kaxxa ċertifikata tal-istrument għall-operazzjoni simultanja tas-sensuri.

L-oġġetti (a), (b) u parti minn (g) huma offruti bħala kontribuzzjoni in natura mill-Ungerija, u dan jifforma l-qalba tas-sistema MSIB. Sensuri addizzjonali u oġġetti anċillari għandhom jiżdiedu mas-sistema abbażi tal-ġerarkija li ġejja skont il-fondi disponibbli: (c), (e), (d) u (f).

Fl-ewwl fażi tal-iżvilupp ix-xiri ta' oġġetti (c), (e) u (d) huwa desiderabbli peress li dawn għandhom il-potenzjal li joffru l-akbar dixxerniment lit-Tim ta' Spezzjoni.

Barra mill-hardware, l-iżvilupp ta' pjattaforma għas-software tipprovdi katina predefinita u ottimizzata ta' postproċessar bl-użu ta' rutini spċeifiċi OSI biex titħaffef l-analisi kwantitattiva tad-data telerilevata mill-ajru.

2.5.3.   Benefiċċji u Eżitu

Dan il-proġett jintrabat mal-objettivi tal-politika ta' nonproliferazzjoni tal-Unjoni u jippromwoviha, u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta' rilevament u verifika tal-Kummissjoni Preparatorja. Dan il-proġett joħloq ukoll element ta' innovazzjoni u ħidma ta' żvilupp.

2.6.   Proġett 6: Sostenn tal-Istazzjonijiet Sismiċi Awżiljarji Ċertifikati tal-IMS

2.6.1.   Sfond

Dan il-proġett għandu l-għan li jibni fuq il-progress miksub permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/461/PESK. Il-fokus prinċipali ta' dik id-Deċiżjoni kien li jiġu indirizzati l-istazzjonijiet li fallew li kellhom bżonn urġenti ta' azzjoni ta' manutenzjoni, li jiġi indirizzat it-tagħmir obsolet u li jittejbu l-livelli ta' rikambju tat-tagħmir fi stazzjonijiet magħżula.

L-għan ta' dan il-proġett huwa li jibni fuq t-tagħlimiet mislutin u jiffoka fuq it-tisħiħ tal-istrutturi ta' sostenn għal dawn l-istazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw fit-tul, bl-istabbiliment ta' sostenn baġitarju "żero/baxx" li jippermetti kuntratti mal-Operaturi tal-Istazzjon. Dan il-proġett għandu wkoll komponent ta' forniment/sostituzzjoni ta' mezzi meħtieġa ta' trasport li huwa neċessarju għall-Operaturi tal-Istazzjon biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti u f'waqtu.

2.6.2.   Ambitu tal-proġett

Dan il-proġett jimmira li jimplimenta sostenn ta' "valur żero/valur baxx" li jippermetti kuntratt mal-istituzzjoni nominata tal-Operatur tal-Istazzjon tal-pajjiżi ospitanti li urew ir-rieda tagħhom li jimplimentaw l-istruttura meħtieġa ta' appoġġ f'pajjiżhom għall-istazzjonijiet tagħhom, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma kontraenti tal-PTS f'dawn l-istazzjonijiet.

Sakemm jiġi żgurat livell ta' sostenn għall-istazzjonijiet fil-mira, tista' tkun meħtieġa żjara ta' assistenza teknika annwali mill-PTS sabiex ikun żgurat livell ta' manutenzjoni tal-istazzjon. Ix-xiri tal-vetturi (jew mezzi xierqa ta' trasport) għas-sostenn fil-postijiet ivvalutati teknikament jista' jkun meħtieġ. Bħala parti mill-istabbiliment ta' diversi stazzjonijiet sismiċi awżiljarji, kienu ġew ipprovvduti vetturi għall-Operaturi tal-Istazzjon sabiex jippermettu reazzjoni fil-pront f'każ ta' ħsarat u sabiex ikunu żgurati mezzi ta' trasport għall-operazzjoni u manutenzjoni ta' rutina. Ħafna minn dawn il-vetturi issa laħqu t-tmiem taċ-ċiklu tal-użu tagħhom u għandhom jiġu sostitwiti. Ħafna Operaturi tal-Istazzjoni u pajjiżi ospitanti, madankollu, m'għandhomx ir-riżorsi neċessarji għal tali sostituzzjoni ppjanata. Il-fondi ser jintużaw ukoll biex jiġu kkuntrattjati servizzi tal-esperti.

Il-Kummissjoni Preparatorja tipprevedi attivitajiet b'appoġġ għall-akbar numru ta' stazzjonijiet possibbli sabiex jiġu inklużi wkoll pajjiżi li jappartjenu għar-reġjuni li ġejjin: l-Ewropa tal-Lvant, l-Asja tan-Nofsinhar, il-Paċifiku, l-Amerika Latina u l-Karibew u l-Lvant Nofsani. L-istabbiliment ta' stazzjonijiet li jibbenefikaw ser ikunu soġġetti għal valutazzjoni minn qabel ta' fattibbiltà mill-Kummissjoni Preparatorja skont il-kondizzjonijiet lokali li jipprevalu f'dak il-mument.

2.6.3.   Benefiċċji u Eżitu

Peress li riżultati dejjiema ta' dan il-proġett jiddependu bil-kbir fuq il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi ospitanti tal-faċilitajiet tal-istazzjonijiet sismiċi awżiljarji mmirati u ċċertifikati tal-IMS, l-esperjenza attwali turi li l-livell tagħhom ta' respons ta' spiss huwa baxx u huwa meħtieġ sforz konsiderevoli f'termini ta' informazzjoni, taħriġ u edukazzjoni. Dan il-proġett jappoġġa dawk l-isforzi u jsaħħaħ il-fehim rigward dak li huwa meħtieġ li jidħol fis-seħħ u sabiex jiġu sostnuti tali stazzjonijiet.

Dan il-proġett għandu jenfasizza r-rwol tal-pajjiż ospitanti, l-Awtoritajiet Nazzjonali u l-Missjonnijiet Permanenti rispettivi u l-ħtieġa li jiġi stabbilit ftehim ta' faċilità u jiġi nnominat Operatur ta' Stazzjon sabiex eventwalment jintlaħaq livell ta' disponibbiltà ta' data aċċettabbli għal dawn l-istazzjonijiet.

Dan il-proġett ser jikkontribwixxi għal żieda fid-disponibbiltà tad-data tan-netwerk tal-istazzjonijiet sismiċi awżiljarji bħala riżultat ta' Operaturi tal-Istazzjon imħarrġa aħjar, strutturi ta' sostenn imsaħħa, żieda fir-rikambju u aktar viżibbiltà għall-Unjoni.

3.   DURATA

Id-durata totali għall-implimentazzjoni tal-proġetti hija stmata għal 24 xahar.

4.   BENEFIĊJARJI

Il-benefiċjarji tal-proġetti li għandhom jiġu appoġġati skont din id-Deċiżjoni huma l-Istati Firmatarji kollha tas-CTBT, kif ukoll il-Kummissjoni Preparatorja.

5.   ENTITÀ IMPLIMENTATTIVA

Il-Kummissjoni Preparatorja ser tiġi fdata bl-implementazzjoni teknika tal-proġetti. Il-proġetti ser jiġu implementati direttament mill-persunal tal-Kummissjoni Preparatorja, mill-esperti mill-Istati Firmatarji tas-CTBT u mill-kuntratturi.

Huwa previst li l-finanzjament ser jintuża biex jiġi kkuntrattjat konsulent tal-ġestjoni tal-proġetti li ser ikun responsabbli li jassisti lill-Kummissjoni Preparatorja fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni; għall-obbligi tar-rappurtar matul il-perijodu sħiħ ta' implimentazzjoni, inkluż ir-rapport narrattiv finali u r-rapport finanzjarju finali; li jinżamm arkivju tad-dokumenti kollha relatati ma' din id-Deċiżjoni, speċjalment fid-dawl ta' missjonijiet ta' verifika possibbli; li jiżgura l-viżibbiltà tal-Unjoni fl-aspetti kollha tagħha; li jiżgura li l-attivitajiet kollha li jinvolvu l-finanzi, il-liġi u l-ambjent ikunu konformi mal-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FQFA) u li jiżgura li l-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni baġitarja, tkun kompleta, preċiża u pprovduta f'waqtu.

L-implimentazzjoni tal-proġetti ser tkun f'konformità mal-FQFA u l-ftehim ta' finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Kummissjoni Preparatorja.

6.   PARTEĊIPANTI TERZI

Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati fl-intier tagħhom minn din id-Deċiżjoni. L-esperti mill-Kummissjoni Preparatorja u mill-Istati Firmatarji tas-CTBT jistgħu jitqiesu bħala parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu skont ir-regoli ta' ħidma standard għall-esperti tal-Kummissjoni Preparatorja.


14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/700/PESK

tat-13 ta’ Novembru 2012

fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010-2014, adottat mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni għandha timmira għal grad għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, sabiex, fost l-oħrajn, iżżomm il-paċi, tipprevjeni l-konflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, l-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà li tidentifika sfidi u theddid globali, u tappella għal ordni internazzjonali bbażata fuq id-dritt u fuq multilateraliżmu effettiv u istituzzjonijiet internazzjonali li jiffunzjonaw tajjeb.

(3)

L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali u tiddefendi t-tisħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti (“in-NU”) u l-għoti ta’ strumenti biex dawn ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom u jaġixxu b’mod effettiv.

(4)

Ir-Riżoluzzjoni 51/45 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1996 ħeġġet lill-Istati kollha biex isegwu vigorożament ftehim internazzjonali effettiv, li jorbot legalment biex jiġu pprojbiti l-użu, il-kumulazzjoni, il-produzzjoni u t-trasferiment ta’ mini kontra l-persunal.

(5)

Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom (“il-Konvenzjoni”) infetħet għall-iffirmar fit-3 ta’ Diċembru 1997 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1999. Hija tikkostitwixxi l-uniku strument internazzjonali komprensiv li jittratta l-aspetti kollha ta’ mini kontra l-persunal, inkluż l-użu, il-kumulazzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċ, it-tneħħija u l-għajnuna għall-vittmi tagħhom.

(6)

Fit-23 ta’ Ġunju 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/487/PESK (1) b’appoġġ għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Mill-1 ta’ Ottubru 2012, 160 Stat esprimew il-kunsens tagħhom li jintrabtu bil-Konvenzjoni.

(7)

Fit-3 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Parti għall-Konvenzjoni adottaw il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010-2014 (“il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena”) rigward l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-aspetti kollha tagħha. B’hekk huma rrikonoxxew u ħeġġu aktar il-parteċipazzjoni sħiħa u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni ta’ Mini tal-Art (“l-ICBL”), il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (“l-ICRC”), is-Soċjetajiet nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (“l-IFRC”), in-NU, iċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal skopijiet Umanitarji (“il-GICHD”), organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, superstiti ta’ mini u l-organizzazzjonijiet tagħhom, u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, kif previst fl-azzjoni Nru. 62 tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena.

(8)

Fit-3 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Parti għall-Konvenzjoni adottaw id-“Direttiva tal-Istati Parti għall-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni” (“l-ISU”) li fiha l-Istati Parti qablu li l-ISU għandha tipprovdi parir u appoġġ tekniku lill-Istati Parti dwar l-implimentazzjoni u l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni, tiffaċilita l-komunikazzjoni fost l-Istati Parti, u tippromwovi l-komunikazzjoni u l-informazzjoni rigward il-Konvenzjoni kemm għal Stati li mhumiex parti għall-Konvenzjoni kif ukoll għall-pubbliku. L-ISU ngħatat il-mandat li tikkollega u tikkoordina kif adatt mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Konvenzjoni, inklużi l-ICBL, l-ICRC, l-IFRC, in-NU u l-GICHD.

(9)

Fit-2 ta’ Diċembru 2011 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 66/29 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom. L-Assemblea Ġenerali fakkret li fit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni l-komunità internazzjonali kienet eżaminat mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, u li l-Istati Parti għall-Konvenzjoni kienu adottaw il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena, filwaqt li enfasizzat l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-Konvenzjoni u l-konformità magħha, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena. L-Istati Parti għall-Konvenzjoni stiednu lill-Istati kollha li kienu għadhom ma rratifikawx jew ma aderixxewx għall-Konvenzjoni biex jagħmlu dan, u ħeġġet lill-Istati kollha biex jibqgħu qrib il-kwistjoni fl-ogħla livell politiku u biex jippromwovu l-aderenza għall-Konvenzjoni permezz ta’ kuntatti bilaterali, subreġjonali, reġjonali u multilaterali, attivitajiet ta’ komunikazzjoni, seminars u mezzi oħra.

(10)

Fl-2012 u l-2013 ser isiru Laqgħat tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni. Il-komunità internazzjonali mbagħad ser tiltaqa’ fl-2014 għat-Tielet Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni biex tivvaluta l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010-2014. Sa dak inhar ser ikun mistenni li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tkun tat kontribut sostanzjali għal progress biex jintemmu s-sofferenza u l-korrimenti kkaġunati minn mini kontra l-persunali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010-2014 (“Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena”) adottat mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom (“il-Konvenzjoni”), fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà u f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-komunità internazzjonali, l-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

(a)

jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni biex jimplimentaw l-aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw għajnuna għall-vittmi;

(b)

jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni biex jimplimentaw l-aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw it-tneħħija ta’ mini;

(c)

il-promozzjoni tal-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni;

(d)

jintwera l-impenn attwali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għall-Konvenzjoni u d-determinazzjoni tagħhom li jikkooperaw ma’, u jestendu l-assistenza tagħhom għal, dawk l-Istati li jeħtieġu appoġġ biex jissodisfaw l-impenji tagħhom taħt il-Konvenzjoni, u jsaħħu r-rwol ewlieni tal-Unjoni bil-mira li tintlaħaq il-viżjoni tal-Konvenzjoni li jintemmu definittivament is-sofferenza u l-korrimenti kkawżati minn mini kontra l-persunal.

2.   L-objettivi kollha mesmmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu segwiti b’tali mod li huma jirrinforzaw il-kultura storika tal-Konvenzjoni ta’ sħubija u kollaborazzjoni bejn Stati, organizzazzjonijiet mhux governattivi u oħrajn u sħab lokali, b’mod partikolari permezz ta’ ħidma mill-qrib ma’ atturi rilevanti biex jissaħħu manifestazzjonijiet speċifiċi ta’ tali kollaborazzjoni.

3.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmijin fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha twettaq il-proġetti li ġejjin:

(a)

Għajnuna għall-vittmi: jiġi pprovdut appoġġ tekniku lil sa tmien każijiet, jitwettqu sa ħames evalwazzjonijiet ta’ nofs it-term u jiġu eżegwiti sa ħames azzjonijiet ta’ segwitu;

(b)

Tneħħija ta’ mini: jitwettqu sa ħames evalwazzjonijiet ta’ nofs it-term u jiġu eżegwiti sa ħames azzjonijiet ta’ segwitu;

(c)

Universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni: tiġi appoġġata task force ta’ livell għoli, isir studju dwar sigurtà fil-fruntieri mingħajr mini kontra l-persunal, u jiġu organizzati sa tliet sessjonijiet ta’ ħidma marbuta mal-universalizzazzjoni;

(d)

Manifestazzjoni tal-impenn tal-Unjoni: jixxandru avvenimenti ta’ tnedija u ta’ konklużjoni, tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tal-Konvenzjoni, jitpoġġew disponibbli b’mod ġenerali l-impenji tal-Istati Parti għall-għajnuna għal vittmi, tiġi organizzata żjara għall-istampa, u jiġu prodotti materjal ta’ komunikazzjoni u pubblikazzjonijiet.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill- Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni” (“l-ISU”), irrappreżentata miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal skopijiet Umanitarji (“il-GICHD”). L-ISU għandha twettaq dawn il-kompiti taħt il-kontroll tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-GICHD.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(3) għandu jkun ta’ EUR 1 030 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun ġestit skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni adatta tal-infiq msemmi fil-paragrafu 1. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-GICHD, li jistipula li l-ISU għandha tiżgura viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kwalunkwe diffikulta f’dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari li għandhom jitħejjew mill-ISU. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 165, 26.6.2008, p. 41.


ANNESS

1.   Għan

L-għan ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni huwa l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà permezz ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena, fir-rigward tal-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Konvenzjoni.

2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmijin fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, l-Unjoni ser twettaq il-proġetti li ġejjin:

2.1.   Għajnuna għall-vittmi

2.1.1.   Objettiv tal-proġett

L-Istati Parti għall-Konvenzjoni jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw l-għajnuna għall-vittmi b’tali mod li huma jkunu jistgħu jikkoordinaw u jimplimentaw aħjar attivitajiet li jirriżultaw f’differenza pożittiva li tagħmel sens fil-ħajjiet ta’ nisa, irġiel, bniet u subien li jkunu sfaw vittmi ta’ mini tal-art u fdal splussiv ieħor tal-gwerra.

2.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Appoġġ tekniku nazzjonali ser jiġi pprovdut mill-ISU f’mhux aktar minn tliet każijiet, inkluż bl-inizjar u/jew l-appoġġar ta’ proċessi interministerjali għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ għajnuna għall-vittmi f’kuntesti nazzjonali, lil Stati Parti għall-Konvenzjoni li jew (a) ftit involvew ruħhom fl-isforz biex jimplimentaw l-elementi tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw l-għajnuna għall-vittmi u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw minn stimolu biex jibdew jagħmlu dan, jew (b) ikunu stabbilixxew, jew qegħdin fit-triq it-tajba biex jistabbilixxu pjan nazzjonali u għalhekk ikollhom esperjenza ta’ implimentazzjoni x’jivvalutaw, u b’hekk isir aktar probabbli li jintgħażlu għal evalwazzjoni nazzjonali komprensiva ta’ nofs it-term tal-isforzi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena.

Evalwazzjonijiet nazzjonali komprensivi ta’ nofs it-term, f’mhux aktar minn tliet każijiet, ser jitwettqu. Dawk l-evalwazzjonijiet ser jinvolvu l-ISU, f’kollaborazzjoni ma’ atturi ewlenin bħall-ICBL, li jassistu lill-Istati benefiċjarji biex ifasslu dokument ta’ sfond dettaljat għal sessjoni ta’ ħidma nazzjonali, jorganizzaw sessjoni ta’ ħidma nazzjonali, u jfasslu dokument ta’ eżitu dettaljat li jikkostitwixxi “evalwazzjoni” li fiha jiġu deskritti l-isfidi li jkun fadal, jiġu stabbiliti l-objettivi u jsiru rakkomandazzjonijiet.

Azzjonijiet ta’ segwitu, f’mhux aktar minn tliet każijiet, ser jitwettqu b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-term.Dawk l-azzjonijiet ta’ segwitu ser jinvolvu l-provvediment mill-ISU ta’ appoġġ tekniku addizzjonali (eż. għar-reviżjonijiet ta’ pjanijiet nazzjonali, l-iżvilupp ta’ proposta jew proposti għal proġett, eċċ.).

Konferenza globali, ta’ livell għoli dwar l-għajnuna lill-vittmi tal-mini tal-art u fdal splussiv ieħor tal-gwerra ser tiġi organizzata mill-ISU, f’kollaborazzjoni ma’ atturi ewlenin bħall-ICBL, bil-għan li jkompli jinbena fuq l-esperjenza tal-għajnuna lill-vittmi fil-kuntest tal-Konvenzjoni sabiex jittieħed vantaġġ minn sinerġija/effiċjenzi potenzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ strumenti internazzjonali (eż. il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjoni tat-tip Cluster (CCM), il-Protokoll V għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali Li Jistgħu jiġu Meqjusa li jagħmlu Ħsara Eċċessiva jew li Jkollhom Effetti Mhux Diskriminatorji(KAK) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) li jitrattaw l-istess materji u Stati affettwati.

2.1.3.   Riżultati tal-proġett

L-Istati Benefiċjarji ta’ appoġġ tekniku li ftit involvew ruħhom fl-isforz biex jimplimentaw l-aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw l-għajnuna lill-vittmi ser jidentifikaw punt fokali li ser javvanza aktar l-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ għajnuna lill-vittmi u jipparteċipaw f’attivitajiet sussegwenti marbuta mal-Konvenzjoni.

Kull Stat Benefiċjarju ta’ appoġġ tekniku fil-każijiet kollha ser jingħata rapport b’rakkomandazzjonijiet dwar passi loġiċi li jmiss li huwa jista’ jieħu fl-implimentazzjoni tal-aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw l-għajnuna lill-vittmi.

L-Istati Benefiċjarji ta’ appoġġ tekniku f’ħames każijiet ser ikollhom dokument ta’ kunċett żviluappat u lista ta’ parteċipanti proposta biex iħejju sessjonijiet ta’ ħidma nazzjonali bħala parti minn evalwazzjoni ta’ nofs it-term.

L-Istati Benefiċjarji ta’ evalwazzjonijiet ta’ nofs it-term ser jirċievu dokument ta’ eżitu dettaljat, li jistabbilixxi l-isfidi pendenti, b’objettivi u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri.

L-Istati Benefiċjarji ta’ appoġġ ta’ segwitu ser ikunu jistgħu aktar jesprimu l-intenzjonijiet tagħhom li jissodisfaw l-impenji tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena u l-ħtiġijiet tagħhom għall-appoġġ (eż. il-pjanijiet nazzjonali riveduti, l-iżvilupp ta’ proposta jew proposti għal proġett, eċċ.).

L-identifikazzjoni ta’ modi biex jittieħed vantaġġ minn sinerġija/effiċjenzi potenzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ strumenti internazzjonali (eż. CCM, il-Protokoll V tal-KAK u CRPD) li jitrattaw l-istess materji u Stati affettwati.

Titqajjem kuxjenza dwar l-isforz globali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u jiġu garantiti d-drittijiet tas-superstiti permezz ta’ parteċipazzjoni ġenerali f’konferenza ta’ livell għoli.

2.1.4.   Benefiċjarji

L-Istati Parti għall-Konvenzjoni li rrapportaw li huwa responsabbli għal numru sinifikanti ta’ superstiti tal-mini tal-art.

Nisa, irġiel, bniet u subien li sfaw vittmi ta’ mini tal-art u fdal splussiv ieħor tal-gwerra, kif ukoll il-familji u l-komunitajiet tagħhom.

2.2.   Tneħħija ta’ mini

2.2.1.   Objettiv tal-proġett

L-Istati Parti għall-Konvenzjoni huma appoġġati fl-implimentazzjoni tal-aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena li jirrigwardaw it-tneħħija ta’ mini b’tali mod li jkunu jistgħu aktar ilestu l-implimentazzjoni tat-tneħħija ta’ mini fl-iqsar perijodu ta’ żmien meħtieġ sabiex l-individwi, il-komunitajiet u n-nazzjonijiet ikunu jistgħu jibbenifikaw minn art li darba kienet meqjusa perikoluża li qed tingħata lura għal attività normali tal-bniedem.

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Evalwazzjonijiet nazzjonali komprensivi ta’ nofs it-term ser isiru f’mhux aktar minn ħames każijiet. Dawk l-evalwazzjonijiet ser jinvolvu l-ISU, f’kollaborazzjoni ma’ atturi ewlenin bħall-ICBL, u bl-appoġġ tal-GICHD, li jassistu l-Istati benefiċjarji fit-tfassil ta’ dokument ta’ sfond dettaljat għal sessjoni ta’ ħidma nazzjonali, jorganizzaw sessjoni ta’ ħidma nazzjonali, u jfasslu dokument ta’ eżitu dettaljat li jkun jammonta għall-“evalwazzjoni” li fiha ser jiġu deskritti l-isfidi li fadal, stabbiliti l-objettivi u r-rakkomandazzjonijiet.

Azzjonijiet ta’ segwitu ser jitwettqu f’mhux aktar minn tliet każijiet b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-term. Dawk l-azzjonijiet ta’ segwitu ser ikollhom l-appoġġ tekniku addizzjonali pprovdut mill-ISU (eż., appoġġ fir-reviżjonijiet ta’ pjanijiet nazzjonali, l-iżvilupp ta’ proposta jew proposti għal proġett, eċċ.) jew jorganizzaw żjarat ta’ skambju bejn in-nofsinhar u n-nofsinahr għall-Istati benefiċjarji biex jibbenefikaw b’mod reċiproku minn lezzjonijiet meħudin u jtejbu l-implimentazzjoni futura.

2.2.3.   Riżultati tal-proġett

L-Istati Benefiċjarji ta’ evalwazzjonijiet ta’ nofs it-term ser jirċievu dokument ta’ eżitu dettaljat li jistabbilixxi l-isfidi li fadal, b’objettivi u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni futura.

L-Istati Benefiċjarji ta’ appoġġ ta’ segwitu ser ikunu jistgħu jesprimu aħjar l-intenzjonijiet tagħhom li jissodisfaw l-impenji tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena u l-ħtiġijiet tagħhom għall-appoġġ (eż. il-pjanijiet nazzjonali riveduti, l-iżvilupp ta’ proposta jew proposti għal proġett, eċċ.), u l-Istati benefiċjarji ser ikollhom fehim imsaħħaħ ta’ aspetti partikolari tal-implimentazzjoni tat-tneħħija tal-mini.

2.2.4.   Benefiċjarji

L-Istati Parti għall-Konvenzjoni, minbarra l-Istati Membri, li jinsabu fil-proċess li jimplimentaw l-obbligi tagħhom dwar it-tneħħija ta’ mini skont il-Konvenzjoni.

Nisa, irġiel, bniet u subien li ħajjithom hija affettwata bil-preżenza jew il-preżenza suspettata ta’ mini kontra l-persunal kif ukoll il-familji u l-komunitajiet tagħhom.

2.3.   Universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni

2.3.1.   Objettiv tal-proġett

Ostakli għall-osservanza tal-Konvenzjoni huma indirizzati b’tali mod li jsir progress lejn l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Istati mhux Parti għall-Konvenzjoni.

2.3.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Task force ta’ livell għoli dwar l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni ser tkun appoġġata mill-ISU, inkluż l-appoġġ għall-personalitajiet ta’ livell għoli li tinvolvi lill-mexxejja ta’ mhux aktar minn sitt Stati mhux parti għall-Konvenzjoni u bil-membri tat-Task Force ser jipparteċipaw f’mhux aktar minn żewġ avvenimenti oħra biex jiġbdu l-attenzjoni għall-sforzi kontinwi biex tiġi universalizzata u implimentata l-Konvenzjoni.

Ser isir studju dwar sigurtà fil-fruntieri mingħajr mini kontra l-persunal mill-ISU, li jaħdem ma’ dawk li għandhom kompetenza esperta f’dan il-qasam u, b’hekk jinbena fuq ħidma li saret mill-ICRC f’nofs is-snin 90. Rapport ta’ studju ser ikun aċċessibbli f’diversi modi, inkluż bit-traduzzjoni, bil-produzzjoni ta’ sommarji, bil-produzzjoni ta’ materjali f’formati aċċessibbli, eċċ.

Sessjonijiet ta’ ħidma ta’ universalizzazzjoni, f’mhux aktar minn tliet każijiet, ser ikunu organizzati mill-ISU, f’kollaborazzjoni ma’ atturi ewlenin bħall-ICBL u l-Koordinatur tal-Grupp ta’ Kuntatt informali dwar l-Universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni. Dawk is-sessjonijiet ta’ ħidma ser jitwettqu fil-livelli nazzjonali, subreġjonali u reġjonali biex jippromwovu l-Konvenzjoni fost l-Istati u biex jassistu l-Istati li mhumiex Parti għall-Kovenzjoni fl-indirizzar ta’ ostakoli għall-adeżjoni reali jew ipperċepiti, partikolarment bl-użu tar-rapport ta’ studju dwar sigurtà fil-fruntieri mingħajr mini kontra l-persunal.

2.3.3.   Riżultati tal-proġett

Mhux aktar minn sitt Stati li mhumiex parti għall-Konvenzjoni ser ikunu involuti f’livell ministerjali jew ogħla dwar l-aderenza għall-Konvenzjoni.

Ser jinkiseb għarfien aġġornat dwar il-politiki tal-Istati mhux parti għall-Konvenzjoni rigward il-mini kontra l-persunal. Dik l-informazzjoni ser tiġi użata għall-preparazzjoni ta’ dokumenti sostantivi għat-Tielet Konferenza ta’ Reviżjoni, inkluż permezz ta’ rapport komprensiv dwar xi progress sar fl-insegwiment tal-għanijiet ta’ universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-ambitu għal aktar progress.

Ser terġa’ titqajjem id-difiża min-naħa tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi abbażi ta’ azzjonijiet ta’ segwitu li ġejjin miż-żjarat tat-Task Force ta’ Livell Għoli.

Ser jiġi akkumulat l-għarfien miżjud u miġbur f’pubblikazzjoni li tindirizza l-aktar ostakli ipperċepit b’mod frekwenti għall-adeżjoni għall-Konvenzjoni u li jista’ jintuża biex jappoġġa l-isforzi għall-universalizzazzjoni.

Ser isir progress lejn l-adeżjoni għall-Konvenzjoni u/jew it-tħaddin tan-normi tagħha mill-Istati mhux parti għall-Konvenzjoni li ġew involuti.

2.3.4.   Benefiċjarji

L-Istati, minbarra l-Istati Membri, li għadhom ma rratifikawx, ma approvawx, ma aċċettawx jew ma aderixxewx għall-Konvenzjoni.

Stati Parti għall-Konvenzjoni u organizzazzjonijiet mhux governattivi u internazzjonali involuti fi sforzi li jippromwovu l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni.

2.4.   Turija tal-impenn tal-Unjoni

2.4.1.   Objettiv tal-proġett

L-impenn attwali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għall-Konvenzjoni jintwera bl-istess mod kif bħad-determinazzjoni tagħhom li jikkooperaw ma’ u jestendu l-għajnuna tagħhom għal dawk l-Istati li jeħtieġu appoġġ biex jissodisfaw l-impenji tagħhom taħt il-Konvenzjoni, u r-rwol ewlieni tal-Unjoni biex tinkiseb il-viżjoni tal-Konvenzjoni ta’ tmiem konklużiv għas-sofferenza u l-korrimenti kkawżati minn mini kontra l-persunal huwa msaħħaħ.

2.4.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Avveniment ta’ tnedija ser jiġi mħejji biex jippromwovi din id-Deċiżjoni, u avveniment ta’ konklużjoni ser jiġi organizzat biex jippubbliċizza l-attivitajiet previsti f’din id-Deċiżjoni u l-eżiti tagħhom, b’hekk jissottolinja l-kontribut tal-Unjoni.

B’kont meħud tal-importanza li jiġi disseminat l-għarfien dwar l-impenji magħmula mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni fil-Konferenza ta’ Kartaġena u l-modi u l-mezzi għall-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa biex dawk l-isforzi jieħdu kont ta’ varjeta’ ta’ udjenzi (eż., udjenzi b’lingwi differenti, persuni b’diżabbiltà), is-sit web tal-Konvenzjoni ser jiġi verifikat biex jiġi żgurat li hemm livelli għoljin ta’ aċċessibbiltà u li l-pubblikazzjoni eżistenti tal-ISU li tiddokumenta l-impenji għall-għajnuna tal-vittmi magħmula mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni ser tiġi tradotta u ppubblikata fuq is-sit tal-Konvenzjoni biex testendi d-disponibbiltà ta’ dawk l-impenji f’lingwi differenti.

Żjara mill-istampa ser tiġi organizzata f’pajjiż milqut bil-mini qabel it-Tielet Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni fl-2014.

Materjal ta’ komunikazzjoni (eż., kartelluni, reklamar, vidjos miġbuda, materjal pubbliċitarju, eċċ.) ser jinkiseb biex jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet ta’ komunikazzjoni li jinqalgħu.

2.4.3.   Riżultati tal-proġett

L-uffiċjali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ser ikunu konxji minn din id-Deċiżjoni u kif tista’ tolqot xogħolhom.

Ser jiġi estiż il-fehim dwar l-għajnuna lill-vittmi tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni, partikolarment f’pajjiżi Frankofoni milquta mill-mini.

L-informazzjoni dwar il-Konvenzjoni ser issir aktar aċċessibbli.

Ser tiżdied l-espożizzjoni tal-impenn tal-Unjoni għall-Konvenzjoni u ser jinħolqu u jiġu sostnuti s-sensibilizzazzjoni u l-apprezzament għal din id-Deċiżjoni, kif muri permezz ta’ rapporti tal-istampa li jirrikonoxxu l-impenn tal-Unjoni u li jirraportaw l-apprezzament għalih mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni fil-laqgħat tagħhom.

Ser titqajjem is-sensibilizzazzjoni għall-isforzi kontinwi biex tkun promossal-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni.

2.4.4.   Benefiċjarji

Stati Parti għall-Konvenzjoni u organizzazzjonijiet mhux governattivi u internazzjonali, ir-rappreżentanti tagħhom u individwi oħra interessati jew involuti fl-isforz għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.