|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.310.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1039/2012
tad-29 ta’ Ottubru 2012
li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri proviżorji
|
(1) |
Il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 402/2012 (2) (“ir-Regolament proviżorju”), imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
Il-proċediment inbeda fit-12 ta’ Awwissu 2011 (3), wara lment imressaq mill-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL S.c.r.l. – “il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ radjaturi tal-aluminju. |
|
(3) |
Kif stipulat fil-premessa (14) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (il-“perijodu kkunsidrat”). |
1.2. Il-proċedura sussegwenti
|
(4) |
Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie deċiż li jkun impost dazju proviżorju tal-antidumping (“żvelar proviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew immodifikati skont dan. |
|
(6) |
Kif diġà ssemma fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. L-eżami ta’ dawk it-talbiet fl-istadju proviżorju kien ta’ piż kbir wisq biex jitwettaq u kien ġie differit għall-istadju definittiv. Ġie għalhekk deċiż li jiġi konċess eżamiindividwali għall-grupp li talab għaliha, jiġifieri Sira Group. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu fir-RPĊ, Sira Group huwa magħmul minn Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. |
|
(7) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie intiż li tiġi rrikmandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-alumiju li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju proviżorju (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perijodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar dan l-iżvelar finali. |
|
(8) |
Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(9) |
Kif stipulat fil-premessa (15) tar-Regolament proviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom huwa magħmul it-tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma mmuntati fi blokki jew le, għajr radjaturi u elementi u partijiet minnhom tat-tip tal-elettriku (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat attwalment ikklassifikat fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10 , ex 7615 10 90 , ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 . |
|
(10) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, parti waħda sostniet li r-radjaturi tal-azzar huma interkambjabbli mal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, u talbet lill-Kummissjoni biex tanalizza u tinkludi x-xejra fis-suq tar-radjaturi tal-azzar biex tqabbilha b’mod partikolari mas-suq tar-radjaturi tal-aluminju. |
|
(11) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jidher li r-radjaturi tal-aluminju jkollhom karatteristiċi tekniċi differenti, speċjalment fir-rigward tal-materja prima bażika (azzar f’każ wieħed u aluminju fl-ieħor), il-piż, l-inerzja termali u l-konduċibbiltà tas-sħana. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura ma tindikax li hemm kompetizzjoni diretta u interkambjabilità bejn iż-żewġ prodotti. Fl-aħħarnett, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza biex issostni l-allegazzjonijiet tagħha. Fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(12) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi (15) u (23) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. ID-DUMPING
3.1. Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“TES”) u Trattament Individwali (“TI”)
3.1.1. Kumment Preliminari
|
(13) |
Kif diġà issemma fil-premessa (6) t’hawn fuq, ġie deċiż li jingħata eżami individwali lil Sira Group. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu fir-RPĊ, Sira Group huwa magħmul minn Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. Sira Group talab ukoll trattament ta’ ekonomija tas-suq jew trattament individwali. |
3.1.2. TES
|
(14) |
Huwa mfakkar li, kif imsemmi fil-premessi (30) sa (31) tar-Regolament proviżorju, l-ebda waħda mill-partijiet fil-kampjun ma kienet talbet għal TES. |
|
(15) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (13), Sira Group, li ngħata eżami individwali wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, talab TES u ppreżenta l-formoli tat-talba għat-TES għaż-żewġ kumpanniji involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(16) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:
|
|
(17) |
L-informazzjoni pprovduta miż-żewġ kumpanniji li jagħmlu parti mis-Sira Group fil-formoli tat-talba għat-TES kienet analizzata u kienet intalbet u nkisbet aktar informazzjoni. Fid-dawl tas-sejbiet ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li jitwettqu żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpanniji. |
|
(18) |
L-investigazzjoni tat-TES uriet li Sira Group ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterju 1 minħabba l-interferenza tal-Istat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-materja prima ewlenija, l-aluminju. L-ispiża tal-aluminju tirrappreżenta madwar 70 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi fis-Sira Group kisbu l-aluminju użat għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mis-suq domestiku Ċiniż. Il-prezzijiet huma msejsa fuq il-kwotazzjoni tal-aluminju fis-suq tal-Borża tal-Metalli mhux ferrużi kkontrollata mill-Istat ta’ Shanghai (‘il-Borża’ jew ‘SHFE’). L-SHFE hija borża miftuħa biss għall-kumpanniji rreġistrati fiċ-Ċina u għaċ-ċittadini Ċiniżi u hija kkontrollata mill-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet tal-Istat. Diversi regoli li jirregolaw il-funzjonament tal-borża jikkontribwixxu għall-volatilità baxxa u l-prezzijiet imnaqqsa fl-SHFE: il-varjazzjonijiet ta’ kuljum fil-prezzijiet huma limitati għal 4 % fuq jew taħt il-prezz tal-ħlas tal-jum tan-negozju preċedenti, in-negozjar iseħħ fi frekwenza baxxa (sal-15-il jum ta’ kull xahar), il-kuntratti futuri (futures) huma limitati għal dewmien sa 12-il xahar, u l-miżati tat-tranżazzjonijiet jintalbu kemm mill-Borża kif ukoll mis-sensara finanzjarji. |
|
(19) |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-SHFE, il-konsenja fiżika tista’ ssir biss f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fil-boroż internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ ssir mad-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li l-SHFE hija pjattaforma għal skambji fiżiċi biss (ma jinbiegħu l-ebda derivattivi), dan kompletament jiżola s-suq tal-aluminju Ċiniż. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ mal-punt ta’ referenza dinji, il-London Metals Exchange (“LME”) jew swieq oħra huwa prattikament impossibbli u l-borża tiffunzjona f’iżolament minn swieq oħra dinjin. Għalhekk, l-ekwalizzazzjoni fost dawn is-swieq ma tistax isseħħ. Il-kwotazzjoni tal-prezz tal-aluminju fl-LME kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar 14 % ogħla minn dik fl-SHFE tul il-PI. |
|
(20) |
L-Istat jinterferixxi wkoll fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE peress li huwa kemm bejjiegħ kif ukoll xerrej, permezz tal-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat u Korpi Statali oħrajn, tal-aluminju primarju. Barra minn hekk, l-Istat jiffissal-limiti tal-prezzijiet ta’ kuljum permezz tar-regoli tal-SHFE li ġew approvati mir-Regolatur tal-Istat u l-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet taċ-Ċina (is-“CSRC”). |
|
(21) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal 17 % VAT u din mhix rifużibbli fuq l-esportazzjoni filwaqt li l-VAT fuq l-aluminju mibjugħ domestikament u l-oġġetti lesti hija rifużibbli bir-rata ta’ 13 %. Barra minn hekk, l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal 17 % taxxa fuq l-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-aluminju primarju tinbiegħ fis-suq Ċiniż u tikkawża roħs tal-prezz tal-aluminju primarju domestiku u vantaġġ importanti tal-prezz għall-produtturi tar-radjaturi tal-aluminju stabbiliti fir-RPĊ. L-Istat Ċiniż kompla jinterferixxi fis-suq waqt il-PI minħabba li elimina 5 % tad-dazju tal-importazzjoni fuq il-metalli matul il-kriżi finanzjarja. |
|
(22) |
Distorsjoni ulterjuri mill-Istat Ċiniż seħħet fil-forma ta’ interventi fis-suq mill-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat (“SRB”) li huwa parti mill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Iżvilupp Nazzjonali (“NDRC”). Fi tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009 l-SRB beda jixtri ħażniet minn funderiji tal-aluminju primarju. Dan kien pakkett ta’ stimulu bil-għan li jillimita l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali li naqqset id-domanda. Dak ix-xiri mirfud mill-Istat assorba l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet fis-suq domestiku f’Marzu u April 2009, u għolla l-prezzijiet waqt l-ewwel nofs tal-2009. L-SRB biegħ l-aluminju primarju lura fis-suq bħala tali fil-bidu ta’ Novembru 2010 meta l-SRB biegħ 96 000 tunnellata b’irkant kif irrappurtat minn Bloomberg (4). L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Xinhua rrapportat il-miżuri għall-ħżin tal-istokks f’Diċembru 2008, filwaqt li spjegat li kien ippjanat li jakkumulaw 300 000 tunnellata ta’ aluminju bi prezzijiet li kienu 10 % ogħla mill-prezz tas-suq f’miżura mfassla biex tirfed il-prezzijiet (5). Il-pjan tal-SRB għall-ħażna tal-istokks involva x-xiri mingħand għadd ta’ funderiji Ċiniżi għalkemm madwar nofs l-ammont inxtara minn Aluminju Corporation of China Ltd. Barra minn hekk, il-Ministru responsabbli mill-NDRC spjega li partijiet oħra tal-pakkett ta’ stimolu inkludew l-illaxkar tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni, is-sussidju fuq l-elettriku, il-prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa u ż-żieda tal-limiti massimiu fuq is-self. Il-pakkett huwa rrappurtat li kellu effett immedjat fuq il-prezzijiet. Dan ta’ hawn fuq juri li l-Istat Ċiniż għandu rwol primarju fl-iffissar tal-prezzijiet tal-aluminju primarju u li dan jinterferixxi fis-suq. |
|
(23) |
Il-fatt li l-indħil sinifikanti mill-Istat, kif deskritt hawn fuq, huwa immirat biċ-ċar jidher, inter alia, mit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ Ħames (5) Snin għall-Aluminju (2011-15) li permezz tiegħu l-Gvern taċ-Ċina espliċitament jistqarr l-intenzjoni tiegħu li “jaġġusta t-taxxa u r-ribassi fuq it-taxxi tal-esportazzjoni u lievi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u esportazzjonijiet ta’ prodotti primarji”. Dan il-pjan ikompli l-politika li kienet teżisti fil-Pjan dwar l-Aluminju ta’ qabel. Barra minn hekk dawn il-pjanijiet ġew implimentati għal ħafna snin u, kif muri hawn fuq, matul il-PI diversi miżuri implimentattivi kienu operattivi. |
|
(24) |
Għalhekk id-distorsjonijiet multipli kkawżati mill-Istat fil-prezzijiet primarji tal-aluminju Ċiniżi affettwaw il-prezzijiet tal-materja prima. Barra minn hekk, il-produtturi jgawdu minn vantaġġ permezz ta’ dawn id-distorsjonijiet, fis-sens li dawn normalment jagħmlu x-xirjiet tagħhom fis-suq Ċiniż minn fornituri lokali bl-użu ta’ prezzijiet tas-suq lokali Ċiniż (jew SHFE) bħala punt ta’ referenza. Matul il-PI, dawn il-prezzijiet kienu madwar 15 % inqas mill-prezzijiet fis-suq dinji. Fit-teorija, il-kumpanniji Ċiniżi jistgħu wkoll jixtru ċerti kwantitajiet bil-prezzijiet tal-LME meta l-prezzijiet fis-suq Ċiniż huma ogħla bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat – filwaqt li l-oppost ikun impossibbli għal operaturi mhux Ċiniżi. |
|
(25) |
Eżami tat-tweġibiet tal-kwestjonarju kemm ta’ Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. kif ukoll Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. wera li huma xtraw prodotti tal-aluminju primarju bi prezzijiet marbuta mal-prezz tal-SMHS fil-PI u li l-prezzijiet li xtraw bihom kienu segwew l-indiċi tal-SHFE tul perijodu itwal. |
|
(26) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni uriet li waħda miż-żewġ kumpanniji konċernati bbenefikat minn ribass tat-Taxxa fuq id-Dħul min-Negozju ta’ ‘tnejn ħielsa u tlieta bin-nofs’. Din is-sistema tar-ribassi tal-Istat Ċiniż tfisser li ladarba kumpannija tibda tagħmel profitt ma tħallas l-ebda Taxxa fuq id-Dħul min-Negozju għal sentejn u mbagħad tħallas biss nofs għat-tliet snin ta’ wara. Distorzjonijiet bħal dawn huma rreġistrati bħala kostijiet negattivi fil-kont tal-qligħ u t-telf biex b’hekk iżidu l-profitabbiltà. |
|
(27) |
Taħt tali ċirkostanzi, l-ebda waħda mill-kumpanniji ma kienet f’pożizzjoni li tagħti prova li d-deċiżjonijiet tagħha fin-negozju fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima mhumiex soġġetti għal interferenza sinifikanti mill-Istat u li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. Għalhekk, ma setgħux juru li jissodisfaw il-kriterju 1. |
|
(28) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq dwar il-kriterju 1, ġie kkunsidrat, wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, li t-TES għandu jiġi miċħud għal Sira Group. |
|
(29) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kriterji l-oħrajn tat-TES stipulati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku ma ġewx analizzati aktar. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-grupp ta’ kumpanniji relatati ikkonċernati fir-RPĊ u lill-kwerelanti. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu. |
|
(31) |
Wara l-iżvelar tat-TES, Sira Group ikkummenta fuq is-sejbiet tat-TES proposti. Madankollu, billi Sira Group sejjaħ il-kummenti tiegħu bħala limitati fin-natura tagħhom, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjonijiet imqajma fuq bażi bilaterali permezz ta’ dokument ta’ żvelar partikolari. Il-kummenti ma wasslux għal tibdil fis-sejbiet rigward il-kriterju 1. |
|
(32) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti, il-premessi minn (30) sa (31) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.1.3. TI
|
(33) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpanniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-premessa (32) tar-Regolament proviżorju. |
|
(34) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi relatati tas-Sira Group talbu TI, fil-każ li t-TES ma kinetx se tingħata. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li dawn issodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Is-Sira Group għalhekk ingħata t-TI. |
|
(36) |
Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO (“il-KFT”) adotta rapport tal-Korp tal-Appell u rapport tal-Bord kif immodifikati permezz tar-rapport tal-Korp tal-Appell fuq il-każ “Il-Komunitajiet Ewropej - Miżuri antidumping definittivi dwar ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar miċ-Ċina” (6) (“ir-rapporti”). |
|
(37) |
Fir-rapporti nstab, inter alia, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku kien inkonsistenti mal-Artikoli 6.10, 9.2 u 18.4 tal-Ftehim ta’ Kontra d-Dumping tad-WTO u l-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim tad-WTO. L-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jistipula li produtturi esportaturi individwali f’pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq li ma jirċevux trattament ta’ ekonomija tas-suq skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku se jkunu soġġetti għal rata ta’ dazju fil-pajjiż kollu sakemm dawn l-esportaturi ma jurux li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-trattament individwali stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (“l-eżitu tad-DSB dwar l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku”). |
|
(38) |
Kwalunkwe produttur esportatur fir-RPĊ li jikkunsidra li dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fid-dawl tal-interpretazzjonijiet legali fir-rigward tal-Artikolu 9(5) li jinsabu fir-rapporti huwa mistieden jitlob reviżjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (7) (“Ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tad-WTO”). |
|
(39) |
L-istituzzjoni rilevanti tal-Unjoni tista’ tirrevoka, temenda jew iżżomm il-miżuri riveduti sabiex dawn jirriflettu r-riżultati tar-reviżjoni. Il-partijiet li jitolbu reviżjoni għandhom ikunu konxji mill-fatt li jekk is-sejbiet relatati magħhom ikunu jeħtieġu xi emenda tal-miżuri fis-seħħ, din l-emenda tista’ tirriżulta fi tnaqqis jew f’żieda fil-livell tal-miżuri. |
|
(40) |
Barra dan, l-ebda kummenti ma kienu riċevuti dwar l-għoti tat-TI u l-premessi minn (32) sa (34) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.2. Il-pajjiż analogu
|
(41) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi minn (35) sa (41) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.3. Il-valur normali
|
(42) |
L-istess metodoloġija ntużat biex ikun stabbilit il-valur normali għal Sira Group bħal dak deskritt fil-premessi minn (42) sa (46) tar-Regolament proviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-valur normali, il-premessi minn (42) sa (46) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.4. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(43) |
Il-prezz tal-esportazzjoni tas-Sira Group ġie kkalkulat skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għax l-esportazzjonijiet saru bi prezzijiet ta’ trasferiment li kienu meqjusa mhux affidabbli. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni, bir-rekwiżiti ta’ tnaqqis xierqa għall-ispejjeż u l-profitt li kienu qed isiru sabiex jaġġustaw il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ex works. Saru aġġustamenti fil-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni għall-ispejjeż kollha inklużi d-dazji u t-taxxi, minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni raġjonevoli għall-ispejjeż SG&A u l-profitti. Fir-rigward tal-marġini tal-qligħ, intuża l-qligħ realizzat minn importatur li koopera mhux relatat tal-prodott ikkonċernat peress li l-qligħ attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat. |
|
(44) |
Fir-rigward tal-esportaturi fil-kampjun, fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment dwar il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (47) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
3.5. It-tqabbil
|
(45) |
Saru ċerti kummenti dwar il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(46) |
Metal Group Ltd. ikkontesta t-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi li t-tqabbil li sar ma kienx tqabbil ġust minħabba l-metodoloġija użata u l-kumpannija sostniet li hemm differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. |
|
(47) |
Rigward it-tqabbil li sar, Metal Group issuġġerixxa metodu alternattiv ibbażat sempliċement fuq il-piż. Din il-metodoloġija ġiet irrifjutata għaliex tinjora oqsma importanti oħra inklużi fis-sistema tat-tqabbil tat-tip tal-prodott, eż. il-prestazzjoni termali, li għalhekk tiżgura komparabilità aħjar. |
|
(48) |
It-talba li jiġu vvalutati d-differenzi fiżiċi magħmula minn Metal Group Ltd. kellha tliet aspetti u ġiet sottomessa wara li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti kienet għaddiet. Ebda waħda mit-tliet talbiet f’dan ir-rigward ma kienet imsemmija fir-rispons tal-kwestjonarju (li talab speċifikament li dawn it-talbiet jiġu magħmula). Barra minn hekk, dawn it-talbiet ma kinux tqajmu waqt iż-żjara ta’ verifika li kieku kienet tagħti lit-tim investigattiv l-opportunità li jivverifika l-validità u d-daqs tagħhom. |
|
(49) |
L-ewwel talba kienet rigward it-tip tal-liga tal-aluminju użata fil-produzzjoni. F’dan ir-rigward, intqal li l-istandard Ċiniż ta’ din il-liga ma kienx l-istess bħal dak tal-liga tal-istess isem użata fl-Unjoni. Filwaqt li huwa ċar li dawn il-ligi mhumiex identiċi, l-ebda xhieda ma ġiet sottomessa biex tipprova li kwalunkwe differenza fl-ispiża hija reali. |
|
(50) |
It-tieni talba kienet rigward l-użu ta’ verżjoni allegatament orħos tat-trab tal-irfinar. Għal darb’oħra, ma tressqet l-ebda evidenza biex tipprova dan l-argument u għandu jingħad li dan it-trab tal-irfinar kien jikkostitwixxi perċentwal tant żgħir tal-ispiża totali tal-produzzjoni li jekk xejn kien se jkollu biss impatt marġinali. |
|
(51) |
It-tielet talba kienet rigward il-fatt li l-ebda kisi kontra l-korrużjoni intern ma kien applikat mill-kumpannija b’kuntrast għall-prodott manifatturat fl-UE. Bħal fiż-żewġ każijiet imsemmija hawn fuq, l-ebda xhieda ma ġiet sottomessa li tipprova din it-talba. |
|
(52) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-talba għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi ġiet miċħuda. |
|
(53) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (48) sa (50) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.6. Il-marġini tad-dumping
|
(54) |
Rigward Sira Group, il-marġni ta’ dumping ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-metodoloġija msemmija fil-premessa (51) tar-Regolament proviżorju u kien stabbilit għal 23,0 %. |
|
(55) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (51) sa (54) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. ID-DANNU
4.1. Il-produzzjoni totali tal-Unjoni
|
(56) |
Fl-assenza ta’ kummenti dwar il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-premessi minn (55) sa (57) tar-Regolamentproviżorju qegħdin b’dan jiġu kkonfermati. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(57) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi minn (58) sa (61) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(58) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet proviżorji, parti waħda sostniet li l-marġni tat-traħħis tal-prezzijiet ta’ 6,1 % li nstab matul il-PI kien baxx u ma setax ikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(59) |
It-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi għandu, madanakollu, jitqies fid-dawl tal-pressjoni li eżerċita fuq is-suq tal-Unjoni u l-impatt li kellu fuq il-livell tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-pressjoni tal-prezz minħabba l-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi prezzijiet f’livell li jippermettilha tkopri l-ispejjeż u biex jinkiseb marġini raġonevoli ta’ qligħ, b’mod partikolari matul il-PI. |
|
(60) |
Kif imsemmi fil-premessa (65) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu l-oġġett ta’ dumping u kienu dejjem taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu meqjus. It-twaqqigħ tal-prezz kostanti pprattikat mill-esportaturi Ċiniżi ppermetta l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom jespandi b’mod partikolari matul il-PI. Barra minn hekk, instab li d-differenza fil-prezz fuq ċerti tipi ta’ radjaturi kienet konsiderevolment ogħla mit-twaqqigħ tal-prezz medju li nstab. Għalhekk, l-impatt negattiv tat-twaqqigħ tal-prezz li nstab fis-suq tal-Unjoni u fl-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi sottovalutat. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(61) |
L-istess parti tenniet li r-radjaturi Ċiniżi kienu ta’ kwalità inferjuri meta mqabbla mal-istess prodotti mmanifatturati fl-Unjoni u li għalhekk dawn ma setgħux ikunu l-kawża ta’ xi ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(62) |
Din id-dikjarazzjoni, iżda, ma kinitx issostanzjata u l-investigazzjoni ma żvelatx fatti li jistgħu jsostnuha. Kif iddikjarat fil-premessa (23) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni wriet li r-radjaturi tal-aluminju magħmula u esportati mir-RPĊ u r-radjaturi tal-aluminju prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Barra minn hekk, dawn huma wkoll kompletament interskambjabbli u jidhru identiċi partikolarment għall-pubbliku. Għalhekk huma meqjusa bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(63) |
Ta’ min jinnota li t-twaqqigħ tal-prezz u l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu huma determinati fuq il-bażi ta’ paragun dettaljat ta’ tipi ta’ prodotti Ċiniżi u dawk tal-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe differenza allegata bejn it-tipi varji ta’ radjaturi tiġi kkunsidrata meta jitqabblu fid-dettall il-prezzijiet. Fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(64) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi minn (62) sa (67) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(65) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar ir-rimarki preliminari, il-premessi minn (68) sa (71) tar-Regolamentproviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(66) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-premessi minn (72) sa (74) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4.2. L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(67) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-iżvilupp tal-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-premessa (75) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4.4.3. It-tkabbir
|
(68) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar it-tkabbir, il-premessa (76) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4.4.4. L-impjiegi
|
(69) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-impjiegi, il-premessi (77) u (78) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4.5. Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni
|
(70) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni, il-premessi (79) u (80) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4.6. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital
|
(71) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-profitabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital, il-premessi minn (81) sa (83) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4.7. Il-ħażniet
|
(72) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-ħażniet, il-premessa (84) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4.4.8. Il-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali
|
(73) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar id-daqs tal-marġini tad-dumping attwali, il-premessa (85) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4.4.9. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(74) |
L-investigazzjoni kkonfermat li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew tendenza ta’ tnaqqis matul il-perijodu kkunsidrat. Għalhekk, il-konklużjoni li ntlaħqet fil-premessi minn (86) sa (89) tar-Regolament proviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku hija b’dan ikkonfermata. |
5. IL-KAWŻALITÀ
5.1. Introduzzjoni
|
(75) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti għall-premessa (90) tar-Regolament proviżorju, dik il-premessa hija b’dan ikkonfermata. |
5.2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(76) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, il-premessi minn (91) sa (95) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.3. L-effett ta’ fatturi oħra
5.3.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(77) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe kummenti dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-premessa (96) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
5.3.2. Il-kriżi ekonomika
|
(78) |
Parti waħda sostniet li l-kawża tad-dannu, jekk hemm, imġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienet il-kriżi ekonomika li pprevaliet fis-settur tal-kostruzzjoni u d-djar, u partikolarment f’ċerti Stati Membri bħal Spanja u l-Italja, meqjusa minn din il-parti bħala swieq tal-bejgħ ewlenin għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(79) |
L-investigazzjoni, madankollu, żvelat li l-industrija tal-Unjoni biegħet ukoll volumi kbar ta’ radjaturi fl-Istati Membri l-oħra għajr Spanja u l-Italja. Barra minn hekk, is-suq tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili jmur lil hinn mis-swieq tal-kostruzzjoni u d-djar ta’ Spanja u l-Italja. Madankollu, anke jekk ma jistax jiġi eskluż li l-kriżi ekonomika kellha impatt fuq is-suq tal-Unjoni, il-preżenza ta’ ammonti li qegħdin jiżdiedu ta’ importazzjonijiet Ċiniż bi prezzijiet baxxi li huma l-oġġett ta’ dumping intensifikat kwalunkwe effetti negattivi li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku seta’ kellu matul il-perijodu meqjus u impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika minn irkupru ekonomiku ġenerali matul il-PI. Għaldaqstant din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(80) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-kriżi ekonomika, il-premessi minn (97) sa (100) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.3.3. L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(81) |
Ġie allegat li ż-żieda fil-prezz tal-aluminju li tikkostitwixxi sehem kbir tal-ispiża tal-manifattura tal-prodott simili kienet il-kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(82) |
Madankollu, huwa pjuttost kkunsidrat li f’suq irregolat minn kompetizzjoni ġusta, il-prezzijiet jistgħu jiġu ffissati f’livell biex ikopru l-ispejjeż u biex jinkisbu marġini ta’ profitt raġonevoli. Kif ikkonfermat fil-premessa (60) ta’ hawn fuq, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu kontinwament qed jittraħħsu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat. Meta l-ispejjeż żdiedu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha skont dan minħabba l-pressjoni ssoktata tal-prezzijiet. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(83) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward l-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (101) sa (103) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.3.4. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun
|
(84) |
Waħda mill-partijiet sostniet li l-livell u t-tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kellhom influwenza ewlenija fuq ir-rendiment ekonomiku globali tagħha matul il-perijodu kkunsidrat. |
|
(85) |
L-investigazzjoni wriet, madankollu, li minkejja li l-bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perijodu meqjus, dan kien għadu parti importanti, li tammonta għal 51 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-UE matul il-PI u għal 27 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Għaldaqstant, kif tistqarr il-premessa (106) tar-Regolament proviżorju, il-bejgħ bl-esportazzjoni ta lill-industrija tal-Unjoni l-possibbiltà li tikseb ekonomiji ta’ skala u dan ma setax allura jitqies li kkawża d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu meqjus. Ix-xejra u l-livell ta’ bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mhumiex tali li jiksru r-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(86) |
L-istess parti talbet l-iżvelar tal-valuri tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant tal-prezzijiet, billi l-volumi tal-esportazzjoni biss ġew ippubblikati fir-Regolament proviżorju. Madankollu, din l-informazzjoni ma tistax tiġi żvelata peress li hija kkunsidrata kunfidenzjali. |
|
(87) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun, il-premessi minn (104) sa (106) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(88) |
Parti waħda sostniet li d-deċiżjoni tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapaċità tal-produzzjoni fl-2008 flimkien ma’ sitwazzjoni ekonomika diffiċli li pprevaliet ukoll fis-snin segwenti huma l-kawżi ewlenin tat-tnaqqis tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u l-profitabbiltà negattiva tagħha. Kien għalhekk sostnut li d-dannu kien ikkawżat minn fatturi domestiċi varji, bħall-kriżi ekonomika u deċiżjonijiet ta’ investiment żbaljati magħmula mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(89) |
Madankollu, l-analiżi tad-dannu hija evalwata billi jitqiesu l-fatturi tad-dannu kollha flimkien, li minnhom l-użu tal-kapaċità u l-profittabbiltà huma biss tnejn. L-investigazzjoni tad-dannu wriet b’mod partikolari li l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perijodu meqjus, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’77 % matul il-perijodu meqjus u s-sehem fis-suq żdied minn 13 % sa 24 % matul il-perijodu meqjus. Anki matul il-PI, fejn il-konsum żdied meta mqabbel mal-2009, is-sehem tal-industrija tal-Unjoni kompla jiċkien. Minkejja d-deterjorazzjoni ta’ fatturi oħra ta’ dannu, sinjal ieħor tal-qagħda ekonomika diffiċli mġarrba mill-industrija tal-Unjoni huwa muri permezz tal-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni li żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu meqjus. Għalhekk, iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2008 għandha tiġi analizzata flimkien ma’ dawn l-elementi l-oħra kollha, sabiex ikollna stampa kompleta. |
|
(90) |
Għalkemm il-kriżi ekonomika kellha ċertu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma jistax jiġi injorat il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu meqjus u għalhekk intensifikaw kwalunkwe effetti negattivi fir-ritmu ekonomiku li seta’ kellhom matul il-perijodu meqjus u impedew lill-industrija Unjoni milli tibbenefika minn irkupru ekonomiku ġenerali matul il-PI. |
|
(91) |
L-investigazzjoni wriet li kien hemm żieda ta’ 9 % fil-konsum bejn l-2009 u l-PI, filwaqt li s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni ssokta jonqos u anki f’sitwazzjoni ekonomika ġenerali mtejba, l-industrija tal-Unjoni ma kinetx kapaċi tirkupra, għaliex kienet dejjem taħt il-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Fuq il-bażi li ntqal qabel, it-talba ġiet għalhekk miċħuda. |
|
(92) |
Billi ma kienx hemm kummenti oħrajn rigward il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-premessi minn (107) sa (110) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(93) |
Ma kien hemm ebda kooperazzjoni minn utenti f’din l-investigazzjoni u minkejja l-isforzi wara l-pubblikazzjoni tas-sejbiet proviżorji, l-ebda utenti ma ppreżentaw ruħhom. |
|
(94) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, instab li x-xerrejja ewlenin tar-radjaturi tal-aluminju huma l-kumpanniji tal-bini l-kbar, id-distributuri u l-bejjiegħa bl-ingrossa, li jbiegħuhom mill-ġdid lil bejjiegħa bl-imnut jew ktajjen speċjalizzati li jbiegħu lil kumpanniji tal-kostruzzjoni iżgħar jew lill-utenti finali. Valutazzjoni tal-impatt possibbli li l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi setgħet kellha fuq il-partijiet kkonċernati wriet li anke b’żieda potenzjali fil-prezz għal kull element ta’ radjatur tal-aluminju importat ta’ 61 %, li huwa l-ogħla dazju kontra d-dumping propost, din iż-żieda fil-prezz tidher li hija pjuttost baxxa, billi l-prodott ikkonċernat huwa normalment parti minn proġetti kbar, fejn il-prezz tiegħu huwa biss proporzjon żgħir tal-ispejjeż tan-negozju totali. Għalhekk, anke jekk jitqies l-agħar xenarju immaġinabbli, jidher li ż-żieda fil-prezz riżultanti tista’ faċilment tiġi assorbita fil-katina tal-bejgħ downstream. |
|
(95) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, il-premessi minn (111) sa (118) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
7. MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
7.1. Il-livell ta’ tneħħija tad-dannu
|
(96) |
Intqal li l-marġni ta’ profitt użat biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż kien għoli wisq. Kien argumentat li l-marġini ta’ 7,4 %, miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-sena 2008, kien eċċezzjonali u mhux realistiku. Il-kriżi ekonomika li laqtet is-suq fis-snin segwenti għamlitha impossibbli li jintlaħaq it-tali livell ta’ qligħ. |
|
(97) |
Għandu jiġi nnutat li dan il-marġni ta’ qligħ kien ivverifikat waqt l-investigazzjoni bħall-marġni tal-profitt milħuq mill-kumpanniji fil-kampjun taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Ma jistax jiġi konkluż li l-kriżi ekonomika ma kellha l-ebda impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda l-volum ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ li qed iwaqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied matul il-perijodu kollu meqjus għad-detriment tal-prezzijiet u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk huwa evidenti li l-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ intensifikaw kwalunkwe effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(98) |
Kien sostnut ukoll li spiża ta’ wara l-importazzjoni użata biex tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-marġini ta’ dannu (0,2 %, inklużi l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rrilaxxata l-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera fl-UE, bħall-ispiża tal-immaniġġar u l-miżati tal-approvazzjoni doganali, iżda eskluż id-dazju tal-importazzjoni) kienet sottovalutata. Skont din il-parti, l-ispejjeż postimportazzjoni għandhom jinkludu l-ispiża tal-miżata tal-immaniġġar, il-miżata tal-approvazzjoni doganali u tal-merkanzija interna stmati għal 3,5 %. Sabiex tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bit-telf, il-prezz fil-fruntiera tal-UE jitqabbel mal-prezz ex-works tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz fuq il-fruntiera tal-UE għandu jinkludi l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rilaxxata l-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera fl-UE, (jiġifieri l-miżata tal-approvazzjoni doganali u l-ispejjeż tal-maniġġjar), iżda mhux kwalunkwe ġarr intern tal-merkanzija, kif mistqarr mill-parti. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(99) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tad-dannu, il-metodoloġija deskritta fil-premessi minn (119) sa (123) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
7.2. Forma u livell tad-dazji
|
(100) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jitqies li, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri ta’ antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell aktar baxx tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ dannu, skont ir-regola dwar id-dazju l-iżjed baxx. B’konformità ma’ dan, ir-rati kollha tad-dazju għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġnijiet ta’ dannu li nstabu. |
|
(101) |
Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn li ġejjin:
|
|
(102) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpanniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħrajn kollha”. |
|
(103) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping residwali applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha. |
|
(104) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu. |
|
(105) |
Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpanniji li jgawdu minn rati ta’ dazju antidumping individwali. |
|
(106) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju fil-pajjiż kollu għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma jkollhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(107) |
Sabiex jiġi żgurat l-istess trattament bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpanniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament, id-dazju medju differenzjat impost fuq dawn il-kumpanniji tal-aħħar għandu jiġi stipulat biex jiġi applikat għal kwalunkwe esportaturi ġodda li nkella jkollhom dritt għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku peress li dan l-Artikolu ma japplikax fejn ikun sar it-teħid tal-kampjuni. |
7.3. Il-ġbir definittiv ta’ dazji antidumping proviżorji
|
(108) |
Fid-dawl tal-kobor tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju proviżorju antidumping impost mir-Regolament proviżorju jinġabru definittivament sal-ammont tad-dazji definittivi imposti, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv qiegħed b’dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10 , ex 7615 10 90 , ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (il-kodiċijiet TARIC 7615 10 10 10, 7615 10 90 10, 7616 99 10 91, 7616 99 90 01 u 7616 99 90 91) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpanniji ta’ hawn taħt għandha tkun din li ġejja:
|
Kumpannija |
Dazju definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. |
12,6 % |
B272 |
|
Metal Group Co. Ltd. |
56,2 % |
B273 |
|
Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. |
14,9 % |
B279 |
|
Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. |
14,9 % |
B280 |
|
Il-kumpanniji elenkati fl-Anness I |
21,2 % |
|
|
Il-kumpanniji l-oħra kollha |
61,4 % |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-kumpanniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bħala dazju ta’ antidumping proviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 402/2012 fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
— |
ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perijodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011), |
|
— |
ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, |
|
— |
li effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perijodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, |
il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi dwar proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) billi jżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpanniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja differenzjata ta’ 21,2 %.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 124, 11.5.2012, p. 17.
(3) ĠU C 236, 12.8.2011, p. 18.
(4) www.bloomberg.com
(5) http://news.xinhuanet.com/english/2008-12/26/content_10564812.htm
(6) Id-WTO, ir-rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2011-2, WT/DS397/AB/R, il-15 ta’ Lulju 2011. Id-WTO, ir-rapport tal-Bord, WT/DS397/R, id-29 ta’ Settembru 2010. Ir-rapporti jistgħu jitniżżlu minn fuq il-website tad-WTO (http://www.wto.org/english/tratop_e/dispu_e/cases_e/ds397_e.htm).
(7) ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.
(8) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju: NERV-105, 08/020, 1049, Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.
ANNESS I
PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-RPĊ LI KKOOPERAW LI MHUMIEX FIL-KAMPJUN
|
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jinyun Shengda Industry Co., Ltd. |
B274 |
|
Ningbo Ephriam Radiator Equipment Co.,Ltd. |
B275 |
|
Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd. |
B276 |
|
Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co.,Ltd. |
B277 |
|
Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd. |
B278 |
|
Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd. |
B281 |
|
Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd. |
B282 |
|
Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co.,Ltd. |
B283 |
|
Zhejiang Botai Tools Co., Ltd. |
B284 |
|
Zhejiang East Industry Co.,Ltd. |
B285 |
|
Zhejiang Guangying Machinery Co.,Ltd. |
B286 |
|
Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd. |
B287 |
|
Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd. |
B288 |
|
Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd. |
B289 |
|
Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd. |
B290 |
|
Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd. |
B291 |
ANNESS II
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
|
(1) |
l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali; |
|
(2) |
id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem il-kumpannija u s-sede reġistrata) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett. Data u firma”. |
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/13 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1040/2012
tas-7 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2009 fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-valutazzjoni tal-istokk tal-2011 għall-aringi fil-Baħar Irlandiż kienet ibbażata fuq valutazzjoni tax-xejriet biss u ġiet adottata qabda totali permissibbli (TAC) prekawzjonarja ridotta. Il-punti ta’ referenza sussegwenti fl-2012 ta’ dan l-istokk tejbu l-metodoloġija tal-valutazzjoni u tista’ tiġi pprovduta previżjoni tal-qabda abbażi ta’ approċċ ta’ rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-Kumitat Xjentifiku Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) intalab jikkummenta dwar żieda retroattiva tal-opportunitajiet tas-sajd għal dan l-istokk u jispjega l-impatt ta’ tali żieda fuq il-parir xjentifiku għall-2013. Abbażi tal-analiżi tal-STECF, tista’ tiġi adottata żieda fl-opportunitajiet tas-sajd stabbilti għall-2012, bil-kondizzjoni li r-reviżjoni neċessarja ssir għat-TAC tal-2013 sabiex il-mortalità tas-sajd tinżamm fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (1) għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
|
(2) |
Franza pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet tal-merluzz għal tliet tipi ta’ sajd u li jinvolvu tliet gruppi ta’ bastimenti: grupp ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għall-pollakkju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana, grupp ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għall-pollakkju (saithe) u speċijiet tal-baħar fond fil-Punent tal-Iskozja u grupp ta’ bastimenti tas-sajd bil-konzijiet li jimmiraw għall-marlozz fil-Punent tal-Iskozja. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, kif ivvalutata mill-STECF, jista’ jkun stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, ta’ dawn it-tliet gruppi ta’ bastimenti ma qabiżx il-1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti f’kull wieħed mit-tliet żoni. Barra minn hekk, filwaqt li jitqiesu l-miżuri fis-seħħ li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ dawn il-gruppi ta’ bastimenti u filwaqt li jiġu kkunsidrat li l-inklużjoni ta’ dawn il-gruppi jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġeneral tagħhom fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li t-tliet gruppi ta’ bastimenti jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (3), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (4) għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(3) |
F’Ottubru 2012, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika parir xjentifiku dwar l-istokk tan-Norway pout fil-Baħar tat-Tramuntana, l-Iskagerrak u l-Kattegat. Il-parir tal-ICES jidika li l-qabdiet m’għandhomx jaqbżu l-101 000 tunnellata fl-2012. Fir-rigward tal-kwoti, 75 % tat-TAC tan-Norway Pout f’din iż-żona tikkorrispondi għall-kwota tal-Unjoni, li minnhom 5 000 tunnellata għandha tiġi allokata lin-Norveġja. Il-bqija tal-kwota tal-Unjoni għandha tiġi allokata fost l-Istati Membri. |
|
(4) |
Il-limiti tal-qabdiet previsti minn dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012, minbarra għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limiti tal-isforz tas-sajd, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2012. Tali applikazzjoni retroattiva mhix ser tippreġudika l-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati li għadhom ma ġewx eżawriti. Billi l-limiti tal-qbid jinfluwenzaw l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Reglament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009, ir-Regolament (UE) Nru 43/2012 u r-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 754/2009
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, jiżdiedu l-punti segwenti:
|
“(j) |
il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-pollakju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana (ICES żona IV) bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ugwali għal 100 mm jew akbar (kategorija ta’ rkaptu TRI). |
|
(k) |
il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-pollakju (saithe) u speċijiet tal-baħar fond fil-Punent tal-Iskozja (ICES żona VI) bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ugwali għal 100 mm jew akbar (kategorija ta’ rkaptu TR1). |
|
(l) |
il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-marlozz fil-Punent tal-Iskozja (ICES żona VI) bl-użu ta’ konzijiet (kategorija ta’ rkaptu LL).”. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 43/2012
L-Annessi I u IIA għar-Regolament (KE) Nru 43/2012 huma emendati skont it-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 44/2012
L-Annessi IA u IIA għar-Regolament (KE) Nru 44/2012 huma emendati skont it-test li jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I, u l-punt (1) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.
L-Artikolu 1, il-punt (2) tal-Anness I, u l-punt (2) tal-Annex II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(2) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
ANNESS I
(1)
Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 43/2012, l-entrata tal-aringi f’VIIa hija sostitwita kif ġej:
|
|
|||||||
|
L-Irlanda |
1 374 |
TAC analitika |
||||||
|
Ir-Renju Unit |
3 906 |
|||||||
|
L-Unjoni |
5 280 |
|||||||
|
TAC |
5 280 |
|||||||
(2)
fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 43/2012, it-tabella (d), il-kolonna rigward Franza (FR) hija sostitwita mis-segwenti:“FR
1 057 828
34 926
0
0
0
302 917
0
184 354 ”.
(1) Minn din iż-żona għandha titnaqqas iż-żona kkonfinata:
|
— |
lejn it-Tramuntana bil-latitudni 52° 30′N, |
|
— |
lejn in-Nofsinhar bil-latitudni 52° 00′N, |
|
— |
lejn il-Punent mill-kosta tal-Irlanda, |
|
— |
lejn il-Lvant mill-kosta tar-Renju Unit.”; |
ANNESS II
(1)
Fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012, l-entrata għan-Norway pout u l-qabdiet inċidentali assoċjati fi IIIa; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV għandha tiġi sostitwita mis-segwenti:
|
|
|||||||
|
Id-Danimarka |
70 684 (1) |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||||||
|
Il-Ġermanja |
||||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
||||||||
|
L-Unjoni |
||||||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|||||||
(2)
fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012 il-kolonna rigward Franza (FR) hija sostitwita mis-segwenti:“FR
533 451
6 496 811
101 316
0
1 202 818
342 579
4 338 315
125 141 ”.
(1) Tal-inqas 95 % tal-ħatt l-art li jingħadd mal-kwota għandu jkun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali tal-haddock u l-merlangu għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tal-kwota.
(2) Il-kwota tista’ tiġi mistada fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES biss.
(3) Li minnhom 5 000 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1041/2012
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa miċ-Ċina għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “
|
|
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
IĊ-ĊINA
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2012
tas-7 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għall-elenkar ta’ pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3d(3) u 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta kif ipprovdut fl-Artikolu 26(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2), jistgħu jaħtru l-pjattaforma tal-irkant tagħhom stess għall-irkantar tas-sehem tagħhom tal-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-ħatra ta’ pjattaformi tal-irkant bħal dawn hija soġġetta għall-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma jipparteċipax fl-azzjoni konġunta kif ipprovdut fl-Artikolu 26(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, u li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ April 2012, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jaħtar lil ICE Futures Europe ("ICE") bħala pjattaforma tal-irkant kif jissemma fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. |
|
(4) |
Fil-25 ta’ April 2012, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kjoto (3). Barra minn hekk, ir-Renju Unit ipprovda aktar informazzjoni u kjarifika lill-Kummissjoni, li jissupplimentaw in-notifika skont dan. |
|
(5) |
Sabiex ikun żgurat li l-ħatra proposta ta’ ICE bħala pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 hija kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u hija konformi mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa meħtieġ li jiġu imposti għadd ta’ kundizzjonijiet u obbligi fuq ICE. |
|
(6) |
Skont l-Artikoli 18 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma tal-irkant hija inkarigata b’serje ta’ ħidmiet li jikkonċernaw l-ammissjoni ta’ persuni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet li jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta mill-klijenti b’mod li jiżguraw li japplikaw biss il-persuni eliġibbli għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta direttament fl-irkantijiet. Ir-responsabbiltajiet tagħha jirriżultaw ukoll fil-kuntest tal-eżaminazzjoni tal-konformità tal-applikanti ma’ ċerti rekwiżiti minimi għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta, fis-sottomissjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta u fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jingħataw jew jiġu rrifjutati li jingħataw ammissjoni biex jagħmlu offerta, u biex jiġu rrevokati jew sospiżi l-ammissjonijiet, diġà mogħtija, biex jagħmlu offerta. Skont il-mudell ta’ kooperazzjoni bejn ICE u l-membri ta’ skambju tagħha u l-klijenti tagħhom, il-membri ta’ skambju ta’ ICE u wħud mill-klijenti tagħhom se jwettqu funzjonijiet ta’ ammissjoni bħal dawn fir-rigward tal-klijenti eżistenti jew prospettivi tagħhom. Mudell ta’ kooperazzjoni bħal dan jista’ jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, sakemm ICE tiżgura dik il-konformità mal-obbligi eżistenti tal-pjattaforma tal-irkant skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. |
|
(7) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma maħtura tal-irkant hija meħtieġa biex tipprovdi aċċess sħiħ, ġust u ekwu għal offerta f’irkantijiet għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u aċċess biex jagħmlu offerta f’irkantijiet għal emittenti żgħar. Biex tiżgura dan, ICE għandha tipprovdi lil dawn l-SMEs u emittenti żgħar informazzjoni trasparenti, komprensiva u aġġornata, dwar il-possibbiltajiet ta’ aċċess għall-irkantijiet imwettqa minn ICE għar-Renju Unit inkluż il-gwida prattika kollha meħtieġa dwar kif tagħmel l-aħjar użu minn possibbiltajiet bħal dawn. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament fuq il-paġna web ta’ ICE. Barra minn hekk, ICE għandha tirrapporta lis-sorveljatur tal-irkant maħtur, kif provdut fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, dwar il-kopertura miksuba taħt il-mudell ta’ kooperazzjoni tagħha mal-membri ta’ skambju u l-klijenti tagħhom, inkluż fuq il-livell ta’ kopertura ġeografika miksub u tqis bl-ikbar reqqa r-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant f’dan ir-rigward sabiex tiżgura t-twettiq tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 35(3)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, meta jaħtru pjattaforma tal-irkant, l-Istati Membri jridu jqisu kemm il-pjattaforma tal-irkant kandidata hija kapaċi tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern inkluż is-suq tal-karbonju. B’mod partikolari, pjattaforma tal-irkant m’għandhiex tkun tista’ tuża l-kuntratt li jaħtarha biex tieħu vantaġġ fuq il-kompetittività tal-attivitajiet l-oħra tagħha, notevolment fis-suq sekondarju li torganizza. Barra minn hekk, l-elenkar ta’ ICE bħala pjattaforma tal-irkant għandu jkun kondizzjonali fuq ICE, inkluż kwalunkwe membru ta’ skambju jew membru ta’ kklerjar ammessi minn ICE, fejn il-kandidati offerenti jkollhom l-għażla li jkunu ammessi sabiex jagħmlu offerta fl-irkantijiet mingħajr il-ħtieġa li jsiru membri ta’ skambju jew parteċipanti fis-suq sekondarju organizzat minn ICE jew ta’ kwalunkwe post kummerċjali ieħor operat minn ICE jew minn kwalunkwe parti terza. |
|
(9) |
Skont il-punt (h) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, meta jaħtru pjattaforma tal-irkant, l-Istati Membri jridu jqisu l-limitu sa fejn miżuri adegwati huma pprovduti biex jirrikjedu li pjattaforma tal-irkant titrasferixxi l-assi kollha tanġibbli u mhux tanġibbli meħtieġa għat-twettiq tal-irkantijiet minn suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant. Tali miżuri ġew stipulati fi strateġija ta’ ħruġ li għandha tiġi riveduta mis-sorveljatur tal-irkant. ICE għandha tiżviluppa l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha b’mod ċar u f’waqtha filwaqt li tqis bl-ikbar reqqa l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, it-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati minn pjattaforma tal-irkant kif ukoll dawk tas-sistema tal-ikklerjar jew sistema ta’ saldu għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar, ikunu jinftiehmu faċilment u pubblikament disponibbli. Fid-dawl tal-mudell ta’ kooperazzjoni previst minn ICE, kwalunkwe miżata u kundizzjoni addizzjonali applikati mill-membri ta’ skambju u klijenti tagħhom f’rabta mal-funzjonijiet ta’ ammissjoni li huma jwettqu għandhom jiġu ddikjarati wkoll b’mod ċar, jinftiehmu faċilment u pubblikament disponibbli fuq il-paġni web ta’ dawk li joffru s-servizzi b’referenzi diretti għal dawk il-paġni web, disponibbli fuq il-paġna web ta’ ICE. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma tal-irkant definittiva trid tiżgura li jkollha mekkaniżmu straġudizzjarju biex tittratta l-ilmenti mingħand applikanti għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta, offerenti ammessi biex jagħmlu offerta, jew minn min l-ammissjoni tiegħu tkun ġiet irrifjutata, irrevokata jew sospiża. L-applikanti għal ammissjoni biex jagħmlu offerta, l-offerenti ammessi biex jagħmlu offerta jew li l-ammissjoni tagħhom biex jagħmlu offerta tkun ġiet irrifjutata, irrevokata jew sospiża għandhom ikunu jistgħu jużaw id-dritt tagħhom għal appell skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, anke meta dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu minn membri ta’ skambju ta’ ICE u l-klijenti tagħhom. |
|
(12) |
Minbarra l-bidliet fir-regoli ta’ skambju ta’ ICE stess meħtieġa biex jiżguraw konformità sħiħa mal-kundizzjoni u l-obbligi mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, ICE għandha wkoll tieħu kwalunkwe pass ulterjuri kif meħtieġ biex tiżgura l-konformità sħiħa, li tista’ tinvolvi adattamenti fl-arranġamenti kuntrattwali bejn ICE u l-membri ta’ skambju tagħha, bejn il-membri ta’ skambju u l-klijenti, u bejn il-klijenti ’l isfel fil-katina. |
|
(13) |
Barra minn hekk, ċerti referenzi fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandhom jiġu emendati biex jeliminaw in-nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-irkant mis-sorveljatur tal-irkant u għal raġunijiet ta’ konsistenza ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dak ir-Regolament. |
|
(14) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Sabiex ikunu żgurati rkantijiet prevedibbli u f’waqthom mill-pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza. |
|
(16) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
ANNESS
Fit-tabella li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, jiżdied li ġej:
|
“Pjattaformi tal-irkant maħtura mir-Renju Unit |
||||||||||||||||||||||
|
2 |
Pjattaforma tal-irkant |
ICE Futures Europe (ICE) |
||||||||||||||||||||
|
|
Terminu tal-ħatra |
Mill-10 ta' Novembru 2012 l-aktar kmieni sad-9 ta' Novembru 2017 l-aktar tard, bla ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5). |
||||||||||||||||||||
|
|
Definizzjonijiet |
Għall-finijiet tal-kundizzjoni u l-obbligi li japplikaw għal ICE għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) ‘Ir-regoli ta’ skambju ta’ ICE’— tfisser Regolamenti ta’ ICE, inkluż b’mod partikolari regoli tal-kuntratt u l-proċeduri marbuta ma’ ICE FUTURES EUA AUCTION CONTRACT u ICE FUTURES EUAA AUCTION CONTRACT; (b) ‘membru ta’ skambju’— tfisser membru kif definit fit-Taqsima A.1 tar-regoli ta’ skambju ta’ ICE; (c) ‘klijent’— tfisser klijent ta’ membru ta’ skambju, kif ukoll klijenti tal-klijenti tagħhom ’l isfel fil-katina, li jiffaċilitaw l-ammissjoni ta’ persuni biex jagħmlu offerta u jaġixxu f’isem l-offerenti. |
||||||||||||||||||||
|
|
Kundizzjonjiet |
L-ammissjoni fl-irkantijiet ma għandhiex tkun dipendenti fuq li wieħed isir membru ta’ skambju jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat minn ICE jew minn kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat minn ICE jew minn kwalunkwe parti terza. |
||||||||||||||||||||
|
|
Obbligi |
|
||||||||||||||||||||
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1043/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
li japprova s-sustanza attiva fosfan, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-fosfan il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE (3). |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni fil-11 ta’ Novembru 2007 mingħand S&A Service- und Anwendungstechnik GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfan fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent ġew ivvalutati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fl-24 ta’ Frar 2010. |
|
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva fosfan (4) fit-22 ta’ Frar 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Settembru 2012 fil-format tar-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-fosfan. |
|
(5) |
Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-fosfan jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi tagħhom li kienu eżaminati u li ngħataw dettalji dwarhom fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hu xieraq li l-fosfan jiġi approvat. |
|
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, tinħtieġ l-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. |
|
(7) |
Madankollu, bla ħsara għall-obbligi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex janalizzaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fosfan. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet, kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi. |
|
(8) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati d-dmirijiet tal-Istati Membri, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva fosfan, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fosfan bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2013.
Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fosfan bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fosfan bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fosfan bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sat-30 ta’ Settembru 2014 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fl-att jew atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvaw is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema minnhom ikun l-aktar reċenti. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 181, 10.7.2008, p. 52.
(4) EFSA Journal 2012; 10(3):2595. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
|
Fosfan Nru CAS 7803-51-2 Nru CIPAC 127 |
Fosfan |
≥ 994 g/kg L-impurità rilevanti arsan ma tridx taqbeż iż-0,023 g/kg fil-materjal tekniku |
fl-1 ta’ April 2013 |
fil-31 ta’ Marzu 2023 |
L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-fosfan, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari lil:
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-monitoraġġ permanenti tal-konċentrazzjoni tal-fosfan b’apparat awtomatiku, l-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni personali u t-twaqqif ta’ żona madwar il-bini ttrattat fejn persuni li jkunu fl-inħawi ma jitħallewx jidħlu, fejn xieraq. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
|
“28 |
Fosfan Nru CAS 7803-51-2 Nru CIPAC 127 |
Fosfan |
≥ 994 g/kg L-impurità rilevanti arsan ma tridx taqbeż iż-0,023 g/kg fil-materjal tekniku |
fl-1 ta’ April 2013 |
fil-31 ta’ Marzu 2023 |
L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-fosfan, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari lil:
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-monitoraġġ permanenti tal-konċentrazzjoni tal-fosfan b’apparat awtomatiku, l-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni personali u t-twaqqif ta’ żona madwar il-bini ttrattat fejn persuni li jkunu fl-inħawi ma jitħallewx jidħlu, fejn xieraq.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ analiżi
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1044/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lill-Gwatemala. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“GSP”). L-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mill-GSP. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra ddatata l-24 ta’ Jannar 2012, il-Gwatemala ppreżentat talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tal-ittri ddatati t-28 ta’ Marzu 2012, il-21 ta’ Ġunju 2012 u s-27 ta’ Ġunju 2012, il-Gwatemala ppreżentat informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba. |
|
(4) |
It-talba tikkonċerna kwantità totali annwali ta’ 4 000 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn ’il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16 għall-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(5) |
It-talba turi li, mingħajr id-deroga, il-kapaċità tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Gwatemala sabiex tkompli tesporta l-flettijiet tat-tonn eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti. |
|
(6) |
Id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lill-Gwatemala żmien biżżejjed biex tħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tagħha biex tikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali tal-flettijiet tat-tonn. Dan iż-żmien biżżejjed huwa meħtieġ sabiex il-gvern u l-industriji tal-ipproċessar tal-Gwatemala jiżguraw biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż. |
|
(7) |
Minħabba l-flussi tal-provvista u x-xejriet tal-produzzjoni eżistenti, id-deroga għandha tingħata fir-rigward ta’ kwantitajiet annwali ta’ 1 975 tunnellata għal flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 . Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex il-Gwatemala tikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. L-ammont tal-kwota għall-2013 għandu jkun definit fuq bażi pro rata għall-perjodu tad-deroga mogħtija. Konsegwentement, l-ammonti tal-kwoti għandhom jiġu stabbiliti għal 1 975 tunnellata għall-2012, u 987,5 tunnellata għall-2013. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut ipproċessat eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali mill-Gwatemala lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex il-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-materjal li ma joriġinax biss li jintuża għall-manifattura tal-imsemmija flettijiet tat-tonn għandu jkun tonn ta’ intestaturi HS 0302 jew 0303. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Gwatemala, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet tal-Gwatemala biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li ġew maħruġa. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 72, 73 u 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 prodotti fil-Gwatemala minn tonn li ma joriġinax tal-intestatura HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Gwatemala f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-deroga prevvista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti esportati mill-Gwatemala u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet tad-dwana tal-Gwatemala għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala skont dan ir-Regolament ikollha waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet:
|
— |
“Derogation — Regulation (EU) No 1044/2012”; |
|
— |
“Excepción — Reglamento de Ejecución (UE) no 1044/2012 de la Comisión”. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li dwarhom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu |
Kwantitajiet (f’tunnellati ta’ piż nett) |
|
09.1627 |
ex 1604 14 16 |
Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” |
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
1 975 |
|
Mill-1.1.2013 sat-30.6.2013 |
987,5 |
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1045/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ El Salvador fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil El Salvador. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“GSP”). L-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mill-GSP. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra ddatata t-30 ta’ Marzu 2012, El Salvador ippreżenta talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tal-ittri ddatati l-20 ta’ Ġunju 2012 u t-30 ta’ Lulju 2012, El Salvador ippreżenta informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba. |
|
(4) |
It-talba tikkonċerna kwantità totali annwali ta’ 4 000 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn ’il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(5) |
It-talba turi li, mingħajr id-deroga, il-kapaċità tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut ta’ El Salvador sabiex ikompli jesporta l-flettijiet tat-tonn eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti. |
|
(6) |
Id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lil El Salvador żmien biżżejjed biex iħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tiegħu biex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali tal-flettijiet tat-tonn. Dan iż-żmien biżżejjed huwa meħtieġ sabiex il-gvern u l-industriji tal-ipproċessar ta’ El Salvador jiżguraw biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż. |
|
(7) |
Minħabba l-flussi tal-provvista u x-xejriet tal-produzzjoni eżistenti, id-deroga għandha tingħata fir-rigward ta’ kwantitajiet annwali ta’ 1 975 tunnellata għal flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 . Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex El Salvador jikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. L-ammont tal-kwota għall-2013 għandu jkun definit fuq bażi pro rata għall-perjodu tad-deroga mogħtija. Konsegwentement, l-ammonti tal-kwoti għandhom jiġu stabbiliti għal 1 975 tunnellata għall-2012, u 987,5 tunnellata għall-2013. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut ipproċessat eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali minn El Salvador lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex il-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-materjal li ma joriġinax biss li jintuża għall-manifattura tal-imsemmija flettijiet tat-tonn għandu jkun tonn ta’ intestaturi HS 0302 jew 0303. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ El Salvador, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet ta’ El Salvador biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li ġew maħruġa. |
|
(12) |
Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 72, 73 u 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 prodotti f’El Salvador minn tonn li ma joriġinax tal-intestatura HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f’El Salvador f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti esportati minn El Salvador u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet tad-dwana ta’ El Salvador għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ El Salvador skont dan ir-Regolament ikollha waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet:
|
— |
“Derogation — Commission Implementing Regulation (EU) No …/2012”; |
|
— |
“Excepción — Reglamento de Ejecución (EU) No …/2012 de la Comisión”. |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ El Salvador għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li dwarhom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 04 p. 307 - 356.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 06 p. 3 - 516.
ANNESS
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Perjodu |
Kwanità (f’piż nett ta’ tunnellati) |
|
09.1629 |
ex 1604 14 16 |
Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” |
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
1 975 |
|
Mill-1.1.2013 sat-30.6.2013 |
987,5 |
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1046/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex jippermetti l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni s-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid sabiex tinbidel id-dejta li diġà ntbagħtet. Il-lista tas-serje kronoloġiċi u kemm idumu għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà li dawn jingħataw. Dawn is-serje kronoloġiċi għandhom jingħataw fi żmien sentejn mill-emenda tal-klassifikazzjoni NUTS. |
|
(3) |
Il-klassifikazzjoni NUTS ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. |
|
(4) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont il-lista speċifikata fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Is-sena tal-bidu meħtieġa skont il-qasam tal-istatistika
|
Il-qasam |
NUTS livell 2 |
NUTS livell 3 |
|
L-agrikoltura – il-kontijiet agrikoli |
2007 (1) |
|
|
L-agrikoltura – il-popolazzjonijiet tal-annimali |
2007 |
|
|
L-agrikoltura – il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ |
2007 |
|
|
L-agrikoltura – il-produzzjoni tal-ħalib |
2010 |
|
|
L-agrikoltura – l-istruttura tal-impriżi agrikoli |
2007 |
|
|
Id-demografija |
1990 (1) |
1990 (1) |
|
Ix-xogħol, il-qgħad |
2005 |
2005 (1) |
|
L-ambjent – l-iskart solidu |
2004 |
|
|
Is-saħħa – xi jwassal għall-mewt |
1994 (1) |
|
|
Is-saħħa – l-infrastruttura |
1993 (1) |
|
|
Is-saħħa – il-pazjenti |
2000 (1) |
|
|
Il-kontijiet domestiċi |
2000 |
|
|
Is-soċjetà tal-informazzjoni |
2007 (1) |
|
|
Il-kontijiet reġjonali |
2000 |
2000 |
|
Ix-xjenza u t-teknoloġija – in-nefqa u l-persunal fl-R&D |
2009 |
|
|
It-turiżmu |
2004 |
2004 |
(1) It-trażmissjoni mhix obbligatorja.
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1047/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li l-indikazzjonijiet nutrittivi magħmula dwar l-ikel għandhom jitħallew isiru biss jekk dawn ikunu elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, li jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, b’mod partikolari l-operaturi tan-negozju tal-ikel u gruppi ta’ konsumaturi, ġie konkluż li huwa meħtieġ li jiżdiedu talbiet ġodda dwar in-nutrizzjoni mal-lista ta’ talbiet ta’ nutrizzjoni li huma permessi u biex jiġu modifikati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjonijiet permessi mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
|
(3) |
Il-melħ intuża bħala priservattiv u sabiex itejjeb it-togħma. Mal-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida u parir xjentifiku dwar il-melħ sar aċċettat b’mod ġenerali, il-manifatturi qed jagħmlu sforz biex jipproduċu aktar u aktar prodotti mingħajr żieda ta’ melħ meta jkun teknoloġikament vijabbli. Madankollu, id-dikjarazzjoni li tistqarr li l-melħ/sodju ma ġiex miżjud għal prodott partikolari tal-ikel bħalissa mhijiex permessa. Meta wieħed iqis l-interess partikolari min-naħa tas-saħħa biex jinkoraġġixxi tali innovazzjoni, ikun xieraq li jippermetti lill-manifatturi biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar dan l-aspett partikolari tal-proċess tal-produzzjoni. Biex tiġi evitata tali dikjarazzjoni fuq ikel li għandu livell naturali għoli fis-sodju, l-użu tiegħu għandu jkun limitat għal ikel li ma għandux ħafna sodju. |
|
(4) |
Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel, iqis li indikazzjoni ġdida dwar in-nutrizzjoni li tippermetti l-komunikazzjoni ta’ tnaqqis aktar modest minn dak permess bl-indikazzjoni “ħafif”, tmur kontra l-għan u l-kontenut tal-istrument bażiku. |
|
(5) |
It-tnaqqis ta’ xaħam saturat ikun ta’ ġid biss meta dan ma jiġix sostitwit jew jiġi sostitwit b’xaħam mhux saturat. Is-sostituzzjoni tax-xaħam saturat b’aċidi grassi trans ma tagħmilx ġid lis-saħħa u għaldaqstant il-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni li tirreferi għat-tnaqqis ta’ xaħam saturat għandhom jitfasslu b’tali mod li tiġi evitata s-sostituzzjoni ta’ dan b’aċidi grassi trans. |
|
(6) |
Skont il-kundizzjonijiet attwali, it-tnaqqis ta’ zokkrijiet tista’ tiġi indikata saħansitra meta z-zokkrijiet jiġu sostitwiti b’xaħam, li twassal biex il-prodott riformulat ikollu enerġija ogħla. Għaldaqstant, l-indikazzjoni li tgħid li tnaqqsu z-zokkrijiet għandha tkun permessa biss meta l-enerġija tal-ikel ma tiżdiedx wara r-riformulazzjoni. Peress li n-numru ta’ prodotti li se jkunu jistgħu jilħqu kundizzjonijiet aktar stretti li jirrikjedu li t-tnaqqis tal-enerġija jkun jikkorrispondi ma’ tnaqqis taz-zokkrijiet huwa ferm limitat, l-użu ta’ din l-indikazzjoni se jkun ferm ristrett. |
|
(7) |
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Prodotti mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Ġunju 2014 mhumiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 kif emendat b’dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm tispiċċa l-ħażna.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Wara l-inserzjoni rigward id-dikjarazzjoni “BLA SODJU jew BLA MELĦ”, iddaħħlet l-inserzjoni li ġejja: “BLA SODJU/MELĦ MIŻJUD Dikjarazzjoni li tistqarr li s-sodju/melħ ma ġiex miżjud mal-ikel u kwalunkwe dikjarazzjoni li hija mistennija li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur tista’ ssir biss meta l-prodott ma jinkludix sodju/melħ miżjud jew kwalunkwe ingredjent ieħor li jinkludi sodju/melħ miżjud u l-prodott jinkludi mhux aktar minn 0,12 g sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, kull 100 g jew 100 ml.” |
|
(2) |
Fl-inserzjoni rigward id-dikjarazzjoni “IMNAQQAS [ISEM IN-NUTRIJENT]”, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda: “Id-dikjarazzjoni ‘xaħam saturat imnaqqas’, u kwalunkwe dikjarazzjoni li mistennija li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss:
Id-dikjarazzjoni ‘zokkor imnaqqas’, u kwalunkwe dikjarazzjoni li jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss jekk l-ammont ta’ enerġija tal-prodott li għandu din id-dikjarazzjoni huwa ugwali jew inqas mill-ammont ta’ enerġija fi prodott simili.” |
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1048/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet li jsiru rigward l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”. |
|
(3) |
Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni fuq l-indikazzjoni kkonċernata dwar is-saħħa. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità. |
|
(5) |
In segwitu ta’ applikazzjoni minn Cargill Incorporated, li tressqet skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u li titlob il-protezzjoni tad-dejta proprjetarja għal metaanaliżi waħda (2) u għall-informazzjoni marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tax-xgħir “betafiber” (BarlivTM), l-Awtorità ħtiġilha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-betaglukan tax-xgħir fuq it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm u t-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (koronarju) tal-qalb (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2011-00798) (3). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Intwera li l-betaglukan tax-xgħir ibaxxi/inaqqas il-kolesterol fid-demm. It-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm jista’ jnaqqas ir-riskju tal-mard (koronarju) tal-qalb”. |
|
(6) |
Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-8 ta’ Diċembru 2011, l-Awtorità kkonkludiet li kienet ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-betaglukan tax-xgħir u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol LDL fid-demm. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi. Il-metaanaliżi u l-informazzjoni marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tax-xgħir “betafiber” (BarlivTM), indikati mill-applikant bħala proprjetarja, ma kinux ikkunsidrati neċessarji mill-Awtorità biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Għalhekk huwa kkonsidrat li l-ħtieġa stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 mhix issodisfata u għaldaqstant, il-protezzjoni tad-dejta proprjetarja ma għandhiex tingħata. |
|
(7) |
In segwitu ta’ applikazzjoni minn Valens Int. d.o.o., li tressqet skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ħtiġilha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-betaglukan tax-xgħir fuq it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm u t-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (koronarju) tal-qalb (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2011-00799) (4). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Intwera li l-betaglukan tax-xgħir inaqqas il-kolesterol fid-demm. It-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm jista’ jnaqqas ir-riskju tal-mard (koronarju) tal-qalb”. |
|
(8) |
Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-8 ta’ Diċembru 2011, l-Awtorità kkonkludiet li kienet ġiet stabbilita relazzjoni bejn il-konsum tal-betaglukan tax-xgħir u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol LDL fid-demm. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi. |
|
(9) |
L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa għandha tinkludi ċerti dettalji. Għaldaqstant, dawk id-dettalji għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-indikazzjoni awtorizzata u għandhom jinkludu, skont il-każ, ir-reviżjoni tal-kliem tal-indikazzjoni, il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tal-indikazzjoni, u, fejn japplikaw, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u konformi mal-opinjonijiet tal-Awtorità. |
|
(10) |
Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari u affidabbli, u siewja għall-konsumatur, u li l-mod kif jitpoġġa l-kliem u l-preżentazzjoni jitqiesu f’dan ir-rigward. Għalhekk, meta l-kliem tal-indikazzjoni jkollu l-istess tifsira għall-konsumatur bħal dak f’indikazzjoni dwar is-saħħa awtorizzata, għaliex juri l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija tal-ikel, tip ta’ ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu indikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-indikazzjoni dwar is-saħħa elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament tista’ ssir dwar oġġetti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
2. L-indikazzjoni dwar is-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif stipulat fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) Harland JI, 2011 (mhux ippubblikata); Meta-analysis of the effects of barley beta-glucan on blood lipids.
(3) The EFSA Journal (2011); 9(12):2470.
(4) The EFSA Journal (2011); 9(12):2471.
ANNESS
Indikazzjoni dwar is-saħħa permessa
|
L-applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 |
Applikant — Indirizz |
Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel |
Indikazzjoni |
Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni |
Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali |
Referenza tal-opinjoni tal-EFSA |
|
Indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a) |
Cargill Incorporated, li taġixxi permezz ta’ Cargill Health and Nutrition, c/o Cargill R&D Centre Europe, Havenstraat 84, B-1800 Vilvoorde, Belgium |
Betaglukan tax-xgħir |
Intwera li l-betaglukan tax-xgħir ibaxxi/inaqqas il-kolesterol fid-demm. Il-kolesterol għoli huwa fattur ta’ riskju fl-iżvilupp tal-mard koronarju tal-qalb |
Għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett benefiċjali jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 3 g ta’ betaglukan tax-xgħir. L-indikazzjoni tista’ tintuża għal ikel li jipprovdi mill-inqas 1 g ta’ betaglukan tax-xgħir f’kull porzjon ikkwantifikat. |
|
Q-2011-00798 |
|
Valens Int. d.o.o., Kidričeva ulica 24b, SI-3000 Celje, Slovenia |
Q-2011-00799 |
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/41 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1049/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-addittivi approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista’ tiġi emendata b’konformità mal-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(4) |
Intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel u din tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tax-xiropp poligliċitol meta jintuża f’addittiv tal-ikel (3). Hija tqis li d-dejta kimika u tossikoloġika disponibbli għax-xiropp poligliċitol huma insuffiċjenti biex jiġi stabbilit ammont aċċettabbli li jista’ jittieħed kuljum. Madankollu, hija kkonkludiet, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ tħassib dwar is-sigurtà għall-użi proposti u l-livelli tal-użu. |
|
(6) |
Hemm bżonn teknoloġiku għall-użu tax-xiropp poligliċitol bħala poliol alternattiv għall-polioli l-oħra li huma diġà awtorizzati. Ix-xiropp poligliċitol huwa inqas ħelu u jipprovdi iktar massa, opaċità, kapaċità ta’ rbit u stabilità fi prodotti bla zokkor jew b’livell baxx ta’ enerġija. Għalhekk huwa xieraq li l-użu tax-xiropp poligliċitol ikun awtorizzat fil-kategoriji tal-ikel li saret applikazzjoni għalihom u li jiġilu assenjat in-numru bl-E għall-addittivi tal-ikel E 964. |
|
(7) |
Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Biex jiġi permess l-użu tax-xiropp poligliċitol fil-kategoriji tal-ikel ikkonċernati qabel dik id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data tal-applikazzjoni aktar bikrija fir-rigward ta’ dak l-addittiv tal-ikel. |
|
(8) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri sabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) EFSA Journal 2009;7(12):1413.
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 2 tal-Parti B l-annotazzjoni li ġejja għal E 964 tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 962:
|
|
(2) |
Fil-Parti E l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 964 jidħlu f’ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel rilevanti:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/45 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1050/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xiropp Poligliċitol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar is-sigurtà tax-xiropp Poligliċitol billi qieset l-ispeċifikazzjonijiet proposti mill-applikant fl-24 ta’ Novembru 2009 bħala addittiv tal-ikel (4). Dak l-addittiv tal-ikel ġie sussegwentement awtorizzat fuq il-bażi ta’ użi speċifiċi u ġie allokat in-numru E 964 mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel (5). Għalhekk, għandhom jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif proposti fil-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tax-Xiropp Polyglycitol bħala addittiv tal-ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea. EFSA Journal 2009;7(12):1413.
(5) Ara l-paġna 41 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għall-E 964 wara l-annotazzjoni għall-E 962:
“ E 964 XIROPP TAL-POLIGLIĊITOL
|
Sinonimi |
Idrolisat tal-lamtu idroġenat, xiropp tal-glukożju idroġenat u poligliċitol. |
|
Definizzjoni |
Taħlita li tikkonsisti l-iktar f’maltitol u sorbitol u ammonti iżgħar ta’ oligo- u polisakkaridi idroġenati u maltrotriitol. Huwa mmanifatturat bl-idroġenazzjoni katalitika ta’ taħlita ta’ idrolisati tal-lamtu li jikkonsistu fi glukożju, maltożju u polimeri tal-glukożju ogħla, simili għall-proċess ta’ idroġenazzjoni katalitika użati għall-manifattura tax-xiropp tal-maltitol. Ix-xiropp li jirriżulta huwa desalat bl-iskambju tal-jonju u kkonċentrat sal-livell mixtieq. |
|
EINECS |
|
|
Isem kimiku |
Sorbitol D-gluċitol |
|
Maltitol: (α)-D-Glukopiranosil-1,4-D-gluċitol |
|
|
Formula kimika |
Sorbitol C6H14O6 |
|
Maltitol: C12H24O11 |
|
|
Piż molekolari |
Sorbitol 182,2 |
|
Maltitol: 344,3 |
|
|
Test |
Kontenut mhux inqas minn 99 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq il-bażi anidruża, mhux inqas minn 50 % polioli b’piż molekulari ogħla, mhux iktar minn 50 % ta’ maltitol u mhux iktar minn 20 % ta’ sorbitol fuq il-bażi anidruż. |
|
Deskrizzjoni |
Likwidu viskuż bla kulur u bla riħa |
|
Identifikazzjoni |
|
|
Solubbiltà |
Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol |
|
Test għall-maltitol |
Jgħaddi mit-test |
|
Test għas-sorbitol |
Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benżaldeide u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħawwad ġo shaker mekkaniku sakemm jitfaċċaw il-kristalli. Iffiltra l-kristalli u ħoll f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1 g ta’ bikarbonat tas-sodju. Iffiltra l-kristalli, aħsel b’5 ml ta’ taħlita ilma u metanol (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli tad-derivattiv tal-monobenżilidina tas-sorbitol miksub b’dan il-mod jinħall f’bejn 173 u 179 °C. |
|
Purità |
|
|
Kontenut ta’ ilma |
Mhux iktar minn 31 % (metodu Karl Fischer) |
|
Kloruri |
Mhux iktar minn 50 mg/kg |
|
Sulfati |
Mhux iktar minn 100 mg/kg |
|
Zokkrijiet li jirriduċu |
Mhux iktar minn 0,3 % |
|
Nikil |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux iktar minn 1 mg/kg” |
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1051/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
36,4 |
|
MA |
37,6 |
|
|
MK |
30,8 |
|
|
TR |
65,0 |
|
|
ZZ |
42,5 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
31,8 |
|
TR |
77,5 |
|
|
ZZ |
54,7 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
94,7 |
|
ZZ |
94,7 |
|
|
0805 20 10 |
PE |
72,2 |
|
ZA |
152,8 |
|
|
ZZ |
112,5 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
AR |
96,7 |
|
HR |
51,5 |
|
|
PE |
42,6 |
|
|
TR |
74,9 |
|
|
UY |
101,2 |
|
|
ZA |
174,3 |
|
|
ZZ |
90,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
60,7 |
|
TR |
89,1 |
|
|
ZA |
98,8 |
|
|
ZZ |
82,9 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
271,2 |
|
PE |
308,9 |
|
|
TR |
153,1 |
|
|
US |
264,9 |
|
|
ZZ |
249,5 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
151,5 |
|
CN |
83,7 |
|
|
MK |
34,4 |
|
|
NZ |
136,8 |
|
|
ZA |
141,9 |
|
|
ZZ |
109,7 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
90,7 |
|
TR |
112,8 |
|
|
ZZ |
101,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Novembru 2012
li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2012/693/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Nils Juhl ANDREASEN, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjura Rikke EDSJÖ, Senior Consultant, Danish Agriculture and Food Council, hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Novembru 2012
li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2012/694/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Lussemburgiż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Christian ZEYEN, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Christophe ZEEB, Conseiller à la Chambre de Commerce du Luxembourg, hu b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
|
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Novembru 2012
li taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2012/695/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Sukhdev SHARMA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Richard BALFE hu b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS