ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.289.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 289

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
19 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/636/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2012 Il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (notifikata bid-dokument numru C(2012) 184)  ( 1 )

1

 

 

2012/637/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2012 dwar Għajnuna mill-Istat SA.29864 (C 6/10) (ex NN 1/10) implimentata mir-Repubblika Ċeka għal České aerolinie, a. s. (ČSA – Czech Airlines a.s. — il-possibbiltà ta’ implikazzjonijiet ta’ Għajnuna mill-Istat fuq self li ngħata minn Osinek a.s.) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1664)  ( 1 )

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2012

Il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 184)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/636/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli ta’ hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

I.1.   Proċeduri tal-għajnuna mill-Istat

I.1.1.   Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999 u d-deċiżjoni negattiva tal-2002

(1)

Fl-1994 il-United Parcel Service (minn hawn ’il quddiem: UPS) ressaq ilment dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat illegali lil Deutsche Bundespost POSTDIENST (minn hawn ’il quddiem: POSTDIENST).

(2)

Wara l-ftuħ tal-proċedura fit-23 ta’ Ottubru 1999 (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999), il-Ġermanja ssottomettiet kummenti fis-16 ta’ Settembru 1999. Wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn 14-il parti interessata, li ġew trażmessi kif xieraq lill-Gvern Ġermaniż permezz ta’ ittra datata 15 ta’ Diċembru 1999, li pprovdewha b’opportunità li tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawn il-kummenti. L-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu b’ittra datata l-1 ta’ Frar 2000, li ġiet irreġistrata li waslet fit-2 ta’ Frar 2000.

(3)

Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali negattiva (3) fid-19 ta’ Ġunju 2002 (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni tal-2002) li sabet li POSTDIENST u s-suċċessur tagħha Deutsche Post AG (minn hawn ’il quddiem: DPAG; POSTDIENST u DPAG se jissejħu b’mod konġunt bħala Deutsche Post) ipprezzaw is-servizzi tal-pakketti fid-dar taħt l-ispejjeż inkrementali u li din il-politika ta’ pprezzar aggressiva ma kinitx parti mill-obbligu tas-servizz universali ta’ Deutsche Post. It-telf li rriżulta ta’ EUR 572 miljun finalment ġie ffinanzjat, b’kontravenzjoni tal-Artikoli 106 u 107 tat-TFUE, bir-riżorsi tal-Istat li ngħataw lil Deutsche Post f’forom differenti (pereżempju ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat mill-kumpanija sussidjarja Deutsche Bundespost Telekom (minn hawn ’il quddiem: Telekom), garanziji tal-Istat għal self, u sussidji tal-Istat għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil tal-uffiċċji postali).

(4)

Wara t-talba tal-Kummissjoni, il-Ġermanja rkuprat l-għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli ta’ EUR 572 miljun mid-DPAG. Id-Deutsche Post ikkuntestat id-deċiżjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni.

(5)

Fis-sentenza tagħha tal-2008 (4), il-Qorti Ġenerali (minn hawn ’il quddiem: il-Qorti) annullat id-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni tal-2002 minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet analiżi komprensiva tad-dħul u l-ispejjeż kollha tas-servizzi universali sabiex jiġi determinat jekk Deutsche Post kinitx kisbet kumpens baxx jew kumpens għoli.

(6)

Sussegwentement il-Ġermanja ħallset lura lil Deutsche Post l-għajnuna mill-Istat irkuprata ta’ EUR 572 miljun flimkien mal-interessi akkumulati.

(7)

Fit-2 ta’ Settembru 2010 il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (5).

I.1.2.   Ilmenti oħrajn wara d-deċiżjoni negattiva tal-2002

(8)

Fit-13 ta’ Mejju 2004 l-UPS ressaq ilment ieħor dwar għajnuna mill-Istat illegali mogħtija lil Deutsche Post wara d-deċiżjoni negattiva tal-2002. Skont l-UPS id-deċiżjoni tal-2002 ma eżaminatx il-miżuri kollha mniżżla fl-ilment oriġinali tal-1994, u d-Deutsche Post gawdiet minn benefiċċji finanzjarji konsiderevolment ogħla mill-għajnuna inkompatibbli ta’ EUR 572 miljun. L-UPS huwa wkoll tal-opinjoni li d-Deutsche Post użat riżorsi tal-Istat sabiex tespandi l-operazzjonijiet tal-pakketti (pereżempju għall-akkwist ta’ kumpaniji oħra) u sabiex tbiegħ servizzi bi prezzijiet ta’ trasferiment baxxi mhux xierqa lis-sussidjarji Postbank AG u d-Deutsche Post Euro Express GmbH & Co OHG (minn hawn ’il quddiem: DPEED), li kienu attivi rispettivament fis-servizzi bankarji u d-distribuzzjoni tal-pakketti tan-negozju taħt isem il-prodott DHL.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lil Ġermanja fid-9 ta’ Novembru 2004 u l-1 ta’ April 2005. Il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġibiet tagħha fit-2 ta’ Diċembru 2004 u t-3 ta’ Ġunju 2005 rispettivament.

(10)

Fis16 ta’ Lulju 2004 it-TNT Post AG & Co KG (minn hawn ’il quddiem: TNT) ressqet ilment ukoll sabiex tallega li d-Deutsche Post biegħet servizzi bi prezzijiet ta’ trasferiment baxxi żżejjed lil Postbank AG. Hija sostniet li, billi l-Postbank AG ħallset biss l-ispejjeż varjabbli għas-servizzi mogħtija, id-Deutsche Post iffinanzjat l-ispejjeż fissi komuni tan-netwerk tad-distribuzzjoni interament mid-dħul tal-monopolju tal-ittri tagħha.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lil Ġermanja fil-11 ta’ Novembru 2004 u l-25 ta’ April 2005. Il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġibiet tagħha fit-17 ta’ Diċembru 2004 u t-23 ta’ Ġunju 2005.

I.1.3.   Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007

(12)

Wara iżjed ilmenti, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja b’ittra datata t-12 ta’ Settembru 2007 (6) (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007) dwar id-deċiżjoni tagħha li twessa’ l-ambitu tal-proċedura li oriġinarjament kienet inbdiet fl-1999. L-għan tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007 kien li tiġi inkluża l-informazzjoni sottomessal-aħħar u jiġu analizzati bir-reqqa d-distorsjonijiet potenzjali kollha tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-miżuri pubbliċi li ngħataw lil Deutsche Post (ara t-taqsima I.1.14 għal iżjed dettalji dwar il-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat, il-garanziji tal-Istat, is-sussidji tal-pensjonijiet, u l-liċenzja esklużiva għall-għoti ta’ servizzi ta’ ittri).

(13)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li kien meħtieġ li jinbnew mill-ġdid fid-dettall il-kontijiet ta’ Deutsche Post mill-1990 sal-2007 sabiex tintlaħaq ċarezza dwar l-impatt tal-għajnuna mill-Istat fuq id-dħul u l-ispejjeż tas-servizzi differenti pprovduti minn Deutsche Post.

I.1.4.   Kummenti min-naħa tal-Ġermanja dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007

(14)

Il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha fl-14 ta’ Diċembru 2007 u d-Deutsche Post ikkuntestat id-deċiżjoni tal-estensjoni tal-2007 (ara wkoll it-taqsima I.3.1).

I.1.5.   Kummenti minn partijiet terzi dwar id-deċiżjoni tal-estensjoni tal-2007 u osservazzjonijiet mill-Ġermanja dwar il-kummenti tal-partijiet terzi.

(15)

Fis-16 ta’ Novembru 2007 l-UPS u t-TNT issottomettew il-kummenti tagħhom.

(16)

Wara talba għall-estensjoni tal-iskadenza fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Ġermanja ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tat-TNT u l-UPS fit-12 ta’ Marzu 2008.

I.1.6.   Għażla ta’ espert estern

(17)

Fit-23 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni ppubblikat stedina għal offerta għal studju minn esperti sabiex jgħin lill-Kummissjoni tiddetermina jekk Deutsche Post ingħatatx kumpens żejjed għall-obbligi tagħha ta’ servizzi universali għall-perjodu mill-1990 sal-2007 (7).

(18)

Fit-18 ta’ Ġunju 2008 il-Kummissjoni kkonkludiet kuntratt ma’ WIK Consult GmbH, li tispeċjalizza fil-kontabilità tal-ispejjeż għas-settur postali.

I.1.7.   Kummenti mill-Ġermanja dwar it-tul xieraq tal-perjodu taħt investigazzjoni

(19)

Permezz ta’ ittri datati l-10 u t-18 ta’ Ġunju 2008, il-Ġermanja ssenjalat in-nuqqas ta’ qbil tagħha mat-tul maħsub tal-perjodu ta’ investigazzjoni (1990-2007) u sostniet li jkun biżżejjed li l-perjodu ta’ investigazzjoni jiġi llimitat għall-perjodu bejn l-1990 u l-1994, meta l-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat ingħataw, minħabba li t-telf f’dak il-perjodu kien ogħla mill-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat, li jfisser li Deutsche Post ma bbenefikat minn l-ebda kumpens għoli. Taħt il-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (minn hawn ’il quddiem: il-Qafas tal-2005) (8), li jillimita l-perjodu għall-kalkolu ta’ kumpens għoli għal erba’ snin, l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għall-perjodu ta’ wara l-1994 jista’ jkun sproporzjonat.

(20)

Fis-27 ta’ Ġunju 2008 il-Ġermanja ssottomettiet opinjoni ta’ esperti dwar l-obbligu tal-Kummissjoni li tinvestiga b’mod separat il-ħlasijiet tal-kumpens tal-Istat, il-garanziji tal-Istat, u s-sussidju tal-pensjonijiet (9). Barra minn hekk, il-Ġermanja sostniet li eżaminazzjoni tad-dejta tal-kontijiet ma kinitx meħtieġa għall-valutazzjoni tal-garanzija tal-Istat u s-sussidju tal-pensjonijiet.

(21)

L-awtoritajiet Ġermaniżi tennew l-istess pożizzjoni fil-laqgħat mad-dipartimenti tal-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju u l-15 ta’ Lulju 2008.

I.1.8.   Talba għal informazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008

(22)

Fis-17 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Ġermanja dwar il-miżuri kollha ta’ għajnuna mill-Istat taħt investigazzjoni, inkluż kwestjonarju dwar id-dħul u l-ispejjeż ta’ Deutsche Post bejn l-1990 u l-2007. It-talba għal informazzjoni tħejjiet b’kooperazzjoni ma’ WIK Consult. Fil-5 ta’ Awwissu 2008 il-Ġermanja talbet estensjoni miftuħa tal-iskadenza minħabba li l-ewwel kienet teħtieġ tistabbilixxi d-disponibbiltà ta’ ċertu dejta.

I.1.9.   Segwitu tat-talba għal informazzjoni tat-12 u t-22 ta’ Awwissu 2008

(23)

Fit-12 ta’ Awwissu 2008 il-Kummissjoni spjegat għalfejn l-eżaminazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul ta’ Deutsche Post għandha tirrigwarda l-perjodu mill-1990 sal-2007 u insistiet li l-informazzjoni mitluba tiġi sottomessa.

(24)

Fil-komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Awwissu 2008, il-Ġermanja sostniet li ma kien hemm l-ebda raġuni li jiġu eżaminati d-dħul u t-telf ta’ Deutsche Post għall-perjodu ta’ wara l-1994. Fit-22 ta’ Awwissu 2008 il-Kummissjoni żammet id-dritt li tadotta inġunzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (10) kieku l-Ġermanja ma pprovdietx l-informazzjoni mitluba.

(25)

Fil-komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2008, il-Ġermanja ppreżentat ir-riżultati ta’ opinjoni oħra ta’ esperti — li ġew sottomessi fit-2 ta’ Ottubru 2008 — sabiex tappoġġja l-pożizzjoni tagħha li analiżi tal-kontijiet ta’ wara l-1994 ma kinitx meħtieġa u li l-perjodu xieraq tal-investigazzjoni kien mill-1990 sal-1994 (11).

(26)

Fit-28 ta’ Ottubru 2008 il-Ġermanja ssottomettiet informazzjoni dwar il-garanzija tal-Istat u s-sussidji tal-pensjonijiet.

I.1.10.   Inġunzjoni ta’ informazzjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008

(27)

Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-argumenti tal-Ġermanja u insistiet li kienet meħtieġa analiżi sal-2007 sabiex jiġu apprezzati bis-sħiħ l-effetti kompetittivi tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat mogħtija. Wara t-tfakkir darbtejn ta’ informazzjoni tat-12 u t-22 ta’ Awwissu 2008, il-Kummissjoni ħarġet inġunzjoni ta’ informazzjoni fit-30 ta’ Ottubru 2008 sabiex tagħti struzzjonijiet lill-Ġermanja ħalli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-kontijiet għall-perjodu kollu mill-1990 sal-2007.

(28)

Il-Ġermanja u d-Deutsche Post ikkuntestaw il-validità tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni (ara t-taqsima I.3.2).

(29)

Fis-27 ta’ Novembru 2008 il-Ġermanja ssottomettiet l-informazzjoni mitluba dwar il-kontijiet għall-perjodu li jibda mill-1990 sal-1994. Fil-5 u s-16 ta’ Diċembru 2008 il-Ġermanja aġġornat l-informazzjoni dwar il-kontijiet li kienet ġiet sottomessa fis-27 ta’ Novembru 2008.

I.1.11.   Sottomissjoni tal-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-perjodu mill-1990 sal-2007

(30)

Wara laqgħa fis-6 ta’ Frar 2009 bejn is-Sur Pfaffenbach, is-Segretarju tal-Istat Ġermaniż, is-Sur Appel, CEO tad-DPAG, u l-Kummissarju bir-responsabbiltà għall-Politika ta’ Kompetizzjoni, il-Ġermanja u d-Deutsche Post qablu li jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet għall-perjodu ta’ wara l-1994.

(31)

Fit-3 ta’ Marzu 2009, il-Ġermanja ssottomettiet l-ewwel sett ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għall-perjodu kollu taħt investigazzjoni mill-1990 sal-2007.

(32)

Saru laqgħat bejn id-dipartimenti ta’ Deutsche Post u l-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2009 fi Brussell u fit-12 ta’ Marzu, fit-2 ta’ April, fit-28 ta’ Mejju, fit-23 ta’ Ġunju, u fit-18 ta’ Settembru 2009 f’Bonn. Il-Ġermanja ssottomettiet il-preżentazzjonijiet rispettivi min-naħa ta’ Deutsche Post fis-26 ta’ Marzu, is-7 ta’ Mejju, u t-22 ta’ Ġunju 2009.

(33)

Wara dawk il-laqgħat u żewġ listi ta’ mistoqsijiet li l-Kummissjoni ssottomettiet lil Deutsche Post fl-4 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Lulju 2009, il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni aġġornata dwar il-kontijiet u iżjed kjarifiki fid-9 ta’ Lulju, il-31 ta’ Lulju, is-17 ta’ Awwissu, it-8 ta’ Settembru, l-10 ta’ Settembru u l-15 ta’ Ottubru 2009.

(34)

Fis-16 u l-24 ta’ Settembru 2009 is-servizzi tal-Kummissjoni ssottomettew iżjed mistoqsijiet li għalhom il-Ġermanja prrovdiet tweġibiet fl-14 ta’ Ottubru 2009.

I.1.12.   Sottomissjoni tal-Istudju ta’ WIK

(35)

Bħala riżultat tad-dewmien fl-għoti tad-dejta dwar il-kontijiet, il-kuntratt ma’ WIK Consult kellu jiġi estiż ħafna drabi. Finalment WIK Consult issottomettiet l-istudju minn esperti tagħha (minn hawn ’il quddiem: l-istudju ta’ WIK) fid-9 ta’ Novembru 2009.

(36)

Fl-14 u l-21 ta’ Jannar 2010 il-Ġermanja ssottomettiet kummenti dwar l-istudju ta’ WIK. Fil-11 ta’ Frar 2010, il-Ġermanja ssottomettiet studju minn esperti min-naħa ta’ KPMG (minn hawn ’il quddiem: l-istudju ta’ KPMG) dwar in-natura legali tal-ħlasijiet tat-trasferiment (12) (Ablieferungen) li d-Deutsche Post kellha tħallas lill-baġit nazzjonali sal-1995, u studju espert minn Deloitte (13) (minn hawn ’il quddiem: l-istudju Deloitte-I) dwar il-parametru referenzjarju tal-profitt użat fl-istudju ta’ WIK.

(37)

Fit-23 ta’ April 2010 il-Ġermanja sottomettiet studju ieħor ta’ Deloitte (minn hawn ’il quddiem: l-istudju Deloitte-II) dwar il-livell ta’ profitt raġonevoli li għandu jintuża mis-servizzi universali ta’ Deutsche Post.

(38)

Fid-9 ta’ Awwissu 2010 il-Ġermanja ssottomettiet iżjed kummenti dwar il-kalkolu ta’ kumpens għoli u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq għall-valutazzjoni tal-ħlasijiet tal-kumpens pubbliku.

I.1.13.   Kummenti wara l-annullament tad-deċiżjoni negattiva tal-2002

(39)

Fil-5 ta’ Novembru 2010 il-Ġermanja ssottomettiet opinjoni oħra minn esperti li tindirizza t-tifsira tas-sentenza fil-Kawża C-399/08 Il-Kummissjoni v Deutsche Post (ara t-taqsima I.3.5) għall-investigazzjoni attwali (14).

I.1.14.   Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011

(40)

Permezz ta’ ittra datata 10 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li twessa’ l-ambitu tal-proċedura skont l-Artikolu 108(2) TFUE li oriġinarjament kienet infetħet fl-1999 u ġiet estiża fl-2007, sabiex titwettaq investigazzjoni fil-fond fis-sussidju tal-pensjonijiet li d-Deutsche Post ilha tirċievi sa mill-1995 (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011).

(41)

Wara talba tal-bidu għall-estensjoni tal-iskadenza fit-23 ta’ Mejju 2011, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha fid-29 ta’ Lulju 2011, flimkien ma’ iżjed studji ta’ esperti dwar il-ħtieġa għal kalkolu ta’ kumpens għoli sabiex tingħata prova tal-għoti ta’ sussidji trasversali allegati (15), dwar tqabbil bejn l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali mħallsa minn Deutsche Post u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali medji tas-suq (16), kif ukoll l-ammont ta’ spejjeż tas-sigurtà soċjali żejda magħmula minn Deutsche Post (17).

(42)

Fl-4 ta’ Ottubru 2011 l-UPS issottometta l-kummenti tiegħu. Dawn ġew segwiti b’kummenti sottomessi minn Inizjattiva Postali Libera u Ġusta (minn hawn ’il quddiem: FFIP) fil-5 ta’ Ottubru 2011 u l-kummenti sottomessi minn Bundesverband Internationaler Express und Kurierdienste (minn hawn ’il quddiem: BIEK fis-7 ta’ Ottubru 2011. Fit-13 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni kkomunikat il-kummenti mill-partijiet interessati lill-Ġermanja.

(43)

Fl-14 ta’ Novembru 2011 il-Ġermanja ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet terzi.

(44)

Fit-18 ta’ Novembru 2011 il-Kummissjoni bagħtet talba oħra għal informazzjoni dwar dettalji tal-finanzjament tal-pensjonijiet għall-perjodu ta’ wara l-2007. Il-Ġermanja ssottomettiet tweġibiet fit-2 u fid-19 ta’ Jannar 2012. Fis-16 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Ġermanja studju espert minn Charles Rivers Associates dwar il-parametru referenzjarju tal-profitti (18) (minn hawn ’il quddiem: l-istudju CRA) għal kumment, li għalih il-Ġermanja wieġbet fis-16 ta’ Jannar 2012.

I.2.   Proċedimenti taħt l-Artikolu 102 TFUE

(45)

Fuq il-bażi tal-ilment tal-UPS tal-1994, il-Kummissjoni sabet li Deutsche Post kienet kisret l-Artikolu 102 TFUE permezz ta’ pprezzar predatorju għal pakketti Negozju lill-Konsumatur mill-1990 sal-1995. Ġiet imposta multa ta’ EUR 24 miljun fuq Deutsche Post (19).

(46)

Fit-22 ta’ April 2004 l-UPS ressaq ilment ieħor dwar l-abbuż min-naħa ta’ Deutsche Post minn pożizzjoni dominanti skont l-Artikolu 102 TFUE. L-UPS sostna li Deutsche Post kienet iċċarġjat prezzijiet eċċessivi għall-bolol għas-servizzi rregolati tagħha tal-ittri.

(47)

Waqt l-investigazzjonijiet tagħha, fil-5 ta’ Novembru 2004 il-Kummissjoni rċeviet dokumenti relatati mad-deċiżjoni tal-aġenzija regolatorja postali Ġermaniża (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolatur Postali) dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet għas-servizzi rregolati tal-ittri ta’ Deutsche Post għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 (minn hawn ’il quddiem id-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet). Permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Ġunju 2007 il-Ġermanja qablet li dawk id-dokumenti jistgħu jintużaw ukoll fil-proċedimenti dwar l-għajnuna mill-Istat.

(48)

Fil-25 ta’ Marzu 2008 il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq l-investigazzjoni tal-antitrust minħabba l-probabbiltà limitata li jiġi approvat li twettaq ksur bħal dan skont l-Artikolu 102 TFUE (20).

I.3.   Każijiet tal-qorti

I.3.1.   Il-Kawża T-421/07 Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni

(49)

Id-Deutsche Post ikkuntestat il-validità tad-deċiżjoni tal-estensjoni tal-2007, billi sostniet li d-deċiżjoni negattiva tal-2002 ħolqot aspettattiva leġittima li l-Kummissjoni ma kinitx se terġa’ tibda bl-investigazzjonijiet tagħha.

(50)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011 il-Qorti Ġenerali ċaħdet dik ir-rikuża bħala inammissibbli (21).

I.3.2.   Il-Kawża T-570/08 Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni u l-Kawża T-571/08 Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni

(51)

Il-Ġermanja u d-Deutsche Post ikkuntestaw il-validità tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008 minħabba li kkunsidraw li l-inġunzjoni ta’ informazzjoni talbet informazzjoni irrilevanti u tefgħet piż sproporzjonat fuq Deutsche Post.

(52)

Fis-16 ta’ Lulju 2010 il-Qorti Ġenerali ddikjarat iż-żewġ azzjonijiet bħala inammissibbli minħabba li la d-drittijiet proċedurali ta’ Deutsche Post u lanqas dawk tal-Ġermanja ma kienu nkisru mill-ħruġ tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni.

I.3.3.   Il-Kawża C-463/10 P Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni u l-Kawża C-475/10 P Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni

(53)

Fis-27 ta’ Settembru 2010 id-Deutsche Post u l-Ġermanja appellaw kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u sostnew li l-inġunzjoni ta’ informazzjoni kienet kisret id-drittijiet tagħhom. Fit-13 ta’ Ottubru 2011 il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2010 (22). Konsegwentement, il-każ intbagħat lura lill-Qorti Ġenerali u għadu pendenti.

I.3.4.   Il-Kawża T-344/10 UPS v Il-Kummissjoni

(54)

Fl-20 ta’ Awwissu 2010 l-UPS issottometta applikazzjoni għand il-Qorti Ġenerali, fejn sostna nuqqas ta’ aġir illegali min-naħa tal-Kummissjoni rigward l-investigazzjoni tal-2007 dwar l-għajnuna mill-Istat. Billi kienu għaddew kważi tliet snin mid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007, l-UPS dehrlu li l-Kummissjoni kellha ħafna ħin sabiex tinvestiga l-miżuri inkwistjoni u sabiex tivvaluta ċ-ċirkostanzi tal-fatti u l-liġi ħalli tadotta deċiżjoni finali u tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni. Dak il-każ għadu pendenti.

I.3.5.   Il-Kawża T-388/11 Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni

(55)

Fit-22 ta’ Lulju 2011 id-Deutsche Post ikkuntestat il-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 minħabba li dehrilha li l-Kummissjoni għamlet żball evidenti fil-valutazzjoni preliminari tagħha f’li kkunsidrat is-sussidju tal-pensjonijiet bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1)TFUE u bħala għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 108(1) TFUE. Il-każ għadu pendenti.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI PUBBLIĊI

(56)

Id-Deutsche Post irċeviet appoġġ tal-Istat fil-forma ta’ ħafna miżuri differenti sa mill-1989.

Sussidju tal-pensjonijiet ibbażat fuq:

Il-liġi dwar il-persunal tad-Deutsche Bundespost (Postpersonalrechtsgesetz 1994) ta’ qabel (23) (minn hawn ’il quddiem: PostPersRG 1994)

Ħlasijiet u garanziji ta’ kumpens tal-Istat ibbażati fuq:

Il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tas-Servizzi Postali (Postverfassungsgesetz 1989) (24) (minn hawn ’il quddiem: PostVerfG 1989)

Il-liġi dwar l-Organizzazzjoni mill-Ġdid tas-Servizzi Postali (Postumwandlungsgesetz 1994) (25) (minn hawn ’il quddiem: PostUmwG 1994)

Dritt esklużiv u regolazzjoni tal-prezzijiet ibbażati fuq:

Il-liġi dwar is-Sistema Postali (Gesetz über das Postwesen 1989) (26) (minn hawn ’il quddiem: il-PostG 1989)

Il-Liġi Postali (Postgesetz 1997) (minn hawn ’il quddiem: PostG 1997)

II.1.   Sussidju tal-pensjonijiet fil-kuntest ta’ benefiċċji soċjali u skemi ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil u l-impjegati privati

(57)

Sa mill-1995 is-sussidju tal-pensjonijiet iffinanzja proporzjon kbir tal-pensjonijiet għall-impjegati rtirati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post. Sabiex jiġu mifhuma bis-sħiħ l-effetti tas-sussidju tal-pensjonijiet fil-valutazzjoni, it-taqsimiet li ġejjin se jiddeskrivu f’iżjed dettall il-benefiċċji soċjali u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati taċ-ċivil meta mqabbla mal-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali obbligatorja għall-impjegati taħt kuntratti tal-liġi privata (minn hawn ’il quddiem impjegati privati).

II.1.1.   Benefiċċji soċjali għall-impjegati taċ-ċivil

(58)

L-impjegati taċ-ċivil huma intitolati għall-pensjonijiet tal-anzjanità, kif ukoll għall-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa. Il-benefiċċji għall-impjegati taċ-ċivil tad-Deutsche Post huma l-istess bħall-benefiċċji mogħtija lill-impjegati taċ-ċivil l-oħra kollha:

Il-livell tal-pensjoni jiġi definit minn qabel, skont l-Artikolu 14 BeamtVG (27), f’ċertu livell ta’ perċentwal tas-salarju finali tal-impjegat taċ-ċivil. Pereżempju, impjegat taċ-ċivil li jkun irtira fl-2010 u jkun ħadem in-numru rekwiżit ta’ snin se jirċievi pensjoni daqs 71,75 % tas-salarju finali tiegħu.

L-impjegati taċ-ċivil huma intitolati għar-rimborż ta’ 50-70 % tal-ispejjeż għas-saħħa u l-kura tas-saħħa, waqt li jkollhom iħallsu huma stess għall-bqija tal-ispejjeż. L-analiżi statistika eżatta tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiddependi fuq kriterji varji, bħan-numru ta’ tfal. L-impjegat taċ-ċivil jista’ jagħżel jew li jieħu assigurazzjoni supplementari volontarja jew li jħallas is-sehem tiegħu tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa minn butu stess.

II.1.2.   Finanzjament tal-benefiċċji soċjali għall-impjegati ta’ POSTDIENST mill-1989 sal-1994

(59)

Wara l-ewwel riforma postali tal-1989, skont l-Artikolu 54(2) PostVerfG 1989, POSTDIENST, Telekom u Postbank kellhom jiffinanzjaw kompletament il-ħlasijiet tal-pensjonijiet u l-ispejjeż tas-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil irtirati, li ġew allokati lid-diviżjonijiet rispettivi abbażi tal-attivitajiet ta’ qabel tagħhom. Skont dik id-dispożizzjoni, minkejja li l-pretensjoni tal-impjegat taċ-ċivil għadha indirizzata kontra l-Istat, l-Istat għandu d-dritt li jikklejmja l-ammont sħiħ minn POSTDIENST, Telekom u Postbank rispettivament.

II.1.3.   Il-finanzjament tal-benefiċċji soċjali għall-impjegati ta’ DPAG sa mill-1995

(60)

Bit-tieni riforma postali tal-1994, l-impjegati taċ-ċivil li kienu ħadmu għal POSTDIENST ġew ittrasferiti lejn DPAG skont l-Artikolu 2(1) PostPersRG 1994. Skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG 1994, l-impjegati taċ-ċivil żammew l-istatus legali tagħhom. Skont l-Artikolu 1(1) PostPersRG 1994, DPAG assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-impjegati mill-Istat Federali u, skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG 1994, assumiet il-pretensjonijiet finanzjarji kollha tal-impjegati taċ-ċivil.

(61)

Skont l-Artikolu 15 PostPersRG 1994, il-ħlas tal-pensjoni u l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa lill-impjegati taċ-ċivil irtirati waqa’ taħt fond tal-pensjonijiet ġdid għall-impjegati ta’ Deutsche Post. Fl-1 ta’ Lulju 2001 il-fondi tal-pensjoni għal Deutsche Post, Deutsche Telekom AG u Postbank AG ġew magħquda fil-Fond tal-Pensjonijiet għall-Impjegati tal-Uffiċċju Postali (Postbeamtenversorgungskasse) (minn hawn ’il quddiem: imsejjaħ b’mod konġunt bħala l-“Fond tal-Pensjonijiet” għall-perjodu kollu mill-1 ta’ Jannar 1995).

(62)

Skont l-Artikolu 16(1) PostPersRG 1994, Deutsche Post kellha tħallas kontribuzzjoni annwali ta’ EUR 2 045 biljun għall-Fond tal-Pensjonijiet għall-perjodu 1995-99, total ta’ EUR 10 225 biljun. Mis-sena 2000 ’il quddiem, abbażi tal-Artikolu 16(2) PostPersRG 1994, Deutsche Post kellha tħallas kontribuzzjoni annwali ta’ 33 % tas-somma tas-salarji totali tal-impjegati taċ-ċivil lill-Fond tal-Pensjonijiet (jiġifieri minn EUR 735 miljun fl-2000 għal EUR 540 miljun fl-2010).

(63)

Skont l-Artikolu 16(2) PostPersRG 1994, is-sussidju tal-pensjoni jkopri d-defiċit li jifdal (jiġifieri d-differenza bejn il-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil irtirati u l-kontribuzzjoni min-naħa ta’ Deutsche Post lill-Fond tal-Pensjonijiet). Is-sussidju tal-pensjonijiet żdied minn EUR 151 miljun fl-1995 għal EUR 3 203 biljun fl-2010 u t-total tiegħu kien ta’ EUR 37 121 biljun għall-perjodu li jibda mill-1995 sal-2010.

Figura 1

Finanzjament tal-Fond tal-Pensjonijiet (EUR miljuni)

Image

II.1.4.   Skemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali għall-impjegati privati u l-assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni għall-impjegati privati ta’ Deutsche Post

(64)

L-impjegati privati għandhom ikunu membri ta’ erba’ skemi ta’ assigurazzjoni soċjali: l-assigurazzjoni tal-pensjoni, tal-qgħad, tas-saħħa u tal-kura (28). Meta mqabbla mal-iskema tal-impjegati taċ-ċivil, l-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali joffru livell differenti ta’ kopertura għall-pensjoni u l-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa:

Il-livell tal-pensjoni mhuwiex definit bħala perċentwal tas-salarju finali ta’ kull xahar iżda tas-salarju medju ta’ tul ta’ ħajja medja.

L-ispejjeż tas-saħħa u tal-kura huma kompletament koperti.

(65)

Jeżistu wkoll differenzi importanti fil-finanzjament tal-benefiċċji soċjali meta mqabbla ma’ dawk tal-impjegati taċ-ċivil. L-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali għall-impjegati privati huma ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet konġunti mill-impjegat u minn min iħaddem matul il-ħajja tax-xogħol tal-impjegat (minn hawn ’il quddiem: kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali). Ir-rata totali tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali hija diviża formalment fis-sehem tal-impjegat u dak tal-impjegatur, fejn it-tnejn li huma jkopru nofs il-kontribuzzjoni totali. Madankollu, l-impjegat għandu l-obbligu formali li jħallas ir-rata tal-kontribuzzjoni totali lill-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali.

Figura 2

Rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali bħala perċentwal tal-paga grossa tal-impjegati privati (ara wkoll l-Anness)

Image

(66)

Figura 2 turi li r-rati tas-sigurtà soċjali obbligatorji sa mill-1995 varjaw minn 38 % għal 42 % tal-paga grossa (= paga netta + sehem tal-impjegat). L-ishma tal-impjegatur u tal-impjegat tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali varjaw minn 19 % għal 21 % tal-paga grossa (ara l-Anness għal skeda taż-żmien iżjed dettaljata).

(67)

L-impjegati privati ta’ Deutsche Post ibbenefikaw mhux biss mill-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali iżda wkoll minn assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni. L-impjegati privati li bdew jaħdmu qabel l-1997 ġew offruti kopertura supplimentari tal-assigurazzjoni tal-pensjoni li għandha tippermettilhom li jirċievu pensjoni simili għal dik tal-impjegati ċivili. L-assigurazzjoni tal-pensjoni supplimentari kopriet id-differenza bejn il-pensjoni statutorja tal-assigurazzjoni soċjali tal-impjegati privati — li hija daqs ċertu perċentwal tas-salarju medju ta’ matul il-ħajja — u l-pensjoni tal-impjegat taċ-ċivil li hija ċertu perċentwal tas-salarju finali. Ir-regoli dettaljati huma mniżżla fil-Karta tal-Istitut Ġermaniż tal-Uffiċċju Postali (Versorgungsanstalt der Deutschen Bundespost - VAP) (29).

(68)

Sal-1997 id-Deutsche Post iffinanzjat il-benefiċċji supplimentari tal-pensjonijiet għall-impjegati privati rtirati permezz ta’ kontribuzzjoni ta’ madwar [5 sa 10 %] (*) tal-paga grossa tal-impjegati privati attivi. Sa mill-1997 id-Deutsche Post bniet dispożizzjoni għall-obbligi pendenti tal-VAP (ara wkoll id-deskrizzjoni tal-piż #4 fit-taqsima II.3.1.3).

(69)

Sa mill-1997 l-impjegati privati ġodda ġew offruti assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti, li għaliha d-Deutsche Post ħallset kontribuzzjoni ta’ madwar [0 u 5 %] tal-paga grossa mill-1997 sal-2007.

II.2.   Ħlasijiet ta’ kumpens u garanziji tal-Istat fil-kuntest tad-dritt esklużiv ta’ Deutsche Post u l-obbligi universali tas-servizzi postali

II.2.1.   Dritt esklużiv sal-2007

(70)

Qabel l-1998, l-Artikolu 2 PostG 1989 ipprovda lil Deutsche Post id-dritt esklużiv li tistabbilixxi u żżomm faċilitajiet għall-ġarr tal-posta tal-ittri. Servizzi postali oħra — il-ġarr ta’ pakketti, gazzetti jew rivisti — ma ġewx irriservati għad-Deutsche Post iżda kienu miftuħin għal kompetizzjoni. Skont l-Artikolu 37 Post VerfG 1989, il-profitti li jammontaw minn dawn is-servizzi ta’ ittri riservati għandhom jintużaw sabiex jiġi ffinanzjat it-telf tas-servizzi universali li kienu offruti fis-swieq miftuħa għal kompetizzjoni. Skont l-Artikolu 4 tal-Liġi dwar ir-Regolament tat-Telekomunikazzjonijiet u s-Servizz Postali - PTRegG 1994 (30), il-Ministru Federali għall-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet kien responsabbli għall-approvazzjoni tal-prezzijiet għas-servizzi tal-ittri riservati.

(71)

Mid-dħul fis-seħħ tal-PostG 1997 fl-1998, l-ambitu tas-servizzi riservati għad-Deutsche Post tnaqqas b’mod gradwali. Skont l-Artikolu 51 PostG 1997, id-dritt esklużiv kien ikopri l-ġarr ta’ ittri u katalogi indirizzati ta’ taħt il-200 gramma fl-1997, iżda r-restrizzjoni fuq il-piż tnaqqset b’suċċess, u laħqet il-50 gramma fl-2006. Id-dritt esklużiv sussegwentement skada fil-31 ta’ Diċembru 2007.

II.2.2.   Obbligu tas-servizz postali universali sal-2007

(72)

L-obbligu tas-servizz postali universali għad-Deutsche Post ġie stabbilit f’żewġ atti ta’ inkarigu formali.

Ir-Regolament dwar is-Servizz Mandatorju tal-Posta (31) (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament dwar is-Servizz Mandatorju) ħatar lid-Deutsche Post bħala l-fornitur universali tas-servizz postali għall-ittri u l-pakketti li ma jaqbżux l-20 kg, billi pprovdiha bl-inkarigu tal-provvista ta’ dawk is-servizzi fil-Ġermanja b’tariffi uniformi.

Il-PostG 1997 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-1999 li jakkumpanjah (32) (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament dwar is-Servizz Universali) żamm il-kariga għad-DPAG.

(73)

L-Artikolu 11 PostG 1997 iddefinixxa s-servizz universali bħala sett bażiku ta’ servizzi postali li jiġu pprovduti madwar il-pajjiż kollu bi prezzijiet li ma jkunux għolja. Dawk is-servizzi jinkludu l-ġarr tal-ittri, il-pakketti indirizzati b’piż ta’ mhux iżjed minn 20 kg, kotba, katalogi, gazzetti u rivisti (minn hawn ’il quddiem: servizzi universali).

(74)

Ir-Regolament dwar is-Servizz Universali tal-1999 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta’ kwalità tas-servizz universali:

Għandu jkun hemm tal-inqas 12 000 uffiċċju postali madwar il-Ġermanja.

Medja annwali ta’ 80 fil-mija ta’ ittri u pakketti għandhom jitwasslu f’ċerti limiti ta’ żmien (jum wieħed tax-xogħol għall-ittri u jumejn tax-xogħol għall-pakketti) u għandu jkun hemm tal-inqas kunsinna kull jum fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa.

Waqt li r-rekwiżit ġenerali għall-prezzijiet tas-servizzi universali huwa li l-prezz ma jkunx għoli, id-DPAG kellha tibdel il-prezzijiet uniformi rigward is-servizzi tal-ittri mwettqa taħt id-dritt esklużiv li skada fl-2007. Madankollu, id-DPAG għandha ċertu grad ta’ flessibbiltà fl-ipprezzar għas-servizzi riservati minħabba li tista’ tikkonkludi ftehimiet għal prezz individwali mal-klijenti bl-ispedizzjoni postali ta’ mill-inqas 50 oġġett għal kull tranżazzjoni.

(75)

L-Artikolu 52 PostG 1997 żamm il-kariga tad-DPAG bil-provvista ta’ servizzi universali sal-31 ta’ Diċembru 2007, jiġifieri d-data li fiha d-dritt esklużiv tagħha għall-provvista ta’ servizzi ta’ ittri skada. Sa mill-iskadenza tad-dritt esklużiv, l-ebda operatur postali fil-Ġermanja ma ġie inkarigat bl-obbligu tas-servizz universali, li jfisser li l-fornituri kollha tas-servizz postali huma mistennija li jipprovdu servizzi postali universali (“forzi tas-suq”). Fejn ġie stabbilit jew hemm raġuni li wieħed jemmen li servizz universali ma jkunx qed jiġi pprovdut b’mod adegwat jew xieraq, il-PostG 1997 jipprovdi strumenti leġiżlattivi għas-salvagwardja tal-għoti ta’ dawk is-servizzi.

(76)

Kif muri bl-istudju ta’ WIK (ara l-Figura 3), is-servizzi universali kienu jikkostitwixxu madwar 88 % tad-dħul totali mill-1990 sal-2007. Il-parti l-kbira tas-servizzi universali tal-ittri kienu soġġetti għal regolament dwar il-prezzijiet minħabba l-pożizzjoni dominanti ta’ Deutsche Post f’dawk is-swieq (ara t-taqsima II.2.1). Minbarra dawk is-servizzi rregolati mill-prezzijiet li kienu jikkostitwixxu madwar 62 % tad-dħul totali, Deutsche Post ipprovdiet servizzi universali tal-pakketti (madwar 15 % tad-dħul totali) u iżjed servizzi universali tal-ittri mhux rregolati mill-prezzijiet (madwar 11 % tad-dħul totali) f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħra.

(77)

Barra minn hekk, id-Deutsche Post offriet servizzi kummerċjali (pereżempju servizzi fis-settur bankarju għall-konsumaturi għal Postbank, servizzi ta’ bejgħ għal Telekom, il-kunsinna ta’ oġġetti postali mingħajr indirizz, eċċ.). Bħala total, is-servizzi kummerċjali ammontaw għal 12 % tad-dħul ta’ Deutsche Post għall-perjodu mill-1990 sal-2007.

II.2.3.   Ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat

(78)

Sa minn meta twaqqfet fl-1950, id-Deutsche Bundespost kienet assi speċjali tal-Gvern Federali (minn hawn ’il quddiem: Sondervermögen). Taħt il-liġi amministrattiva tal-Ġermanja, Sondervermögen m’għandhiex personalità legali li hija indipendenti mill-Istat, iżda għandha l-baġit tagħha stess u mhijiex responsabbli għad-djun ġenerali tal-Istat.

(79)

L-ewwel riforma postali fl-1989 stabbiliet li s-Sondervermögen kellu jkollha tliet diviżjonijiet differenti — POSTDIENST, Postbank, u Telekom — li ġew ikklassifikati bħala “impriżi pubbliċi” iżda xorta waħda ma kellhiex personalità legali indipendenti mill-Istat.

(80)

Skont l-Artikolu 37(2) u (3) PostVerfG 1989, minkejja li kull servizz tat-tliet diviżjonijiet kien mistenni li jiffinanzja lilu nnifsu, it-transfinanzjament bejn it-tliet diviżjonijiet kien permess sal-punt li t-telf irriżulta minn obbligi ta’ servizz universali. Fuq dik il-bażi, bejn l-1990 u l-1993 POSTDIENST irċeviet trasferimenti ta’ EUR 2 844 biljun minn Telekom sabiex tkopri t-telf tagħha.

(81)

Fil-kors tat-tieni riforma postali, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995 it-tliet diviżjonijiet ta’ Sondervermögen inbidlu f’kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata: POSTDIENST saret DPAG, Postbank saret Postbank AG, u Telekom saret Telekom AG. Skont l-Artikolu 2(2) PostUmwG 1994, Telekom AG assumiet ir-responsabbiltajiet kollha li jinħolqu minn self li kien attribbwibbli għal Sondervermögen b’mod ġenerali, iżda żammet id-dritt li tikklejmja lura fondi minn DPAG u Postbank AG sal-punt li dawk ir-responsabbiltajiet ta’ self setgħu jiġu attribwiti lill-predeċessuri legali tagħhom.

(82)

Skont l-Artikolu 7 PostUmwG 1994, madankollu, id-dritt ta’ Telekom AG (li jinħoloq mill-Artikolu 2(2) PostUmwG 1994) sabiex jitressqu pretensjonijiet kontra DPAG sal-ammont tat-telf akkumulat minn POSTDIENST skada fil-31 ta’ Diċembru 1994. Dan irriżulta fit-trasferiment ta’ assi tal-valur ta’ EUR 2 822 biljun minn Telekom AG lil DPAG. Skont il-Ġermanja, dak it-trasferiment minn Telekom AG kien — bħat-trasferimenti ta’ qabel ibbażati fuq l-Artikolu 37(3) PostVerfG 1989 — indispensabbli sabiex DPAG tirrilaxxa l-obbligi tas-servizz universali tagħha.

(83)

Bejn l-1990 u l-1995 POSTDIENST irċeviet total ta’ EUR 5 666 biljun bħala kumpens għall-obbligu tas-servizzi universali tagħha.

II.2.4.   Garanzija tal-Istat għall-istrumenti tad-dejn maħruġa qabel l-1995

(84)

Sa mill-1953, l-Artikolu 22(4) PostVwG 1953 (33) ipprovda li l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn Deutsche Bundespost kellhom l-istess valur legali tal-istrumenti tad-dejn maħruġa mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Meta l-PostVwG 1953 ġie miċħud mill-PostVerfG 1989, l-istess dispożizzjoni ġiet inkorporata fl-Artikolu 40 PostVerfG 1989.

(85)

Wara l-ħolqien tat-tliet diviżjonijiet fl-1989, POSTDIENST innifisha ma ħarġitx l-obbligi ta’ dejn; Postbank amministrat dawk it-tranżazzjonijiet għad-diviżjonijiet kollha ta’ Deutsche Bundespost. Wara l-istrumenti tad-dejn ġew allokati lil POSTDIENST, Telekom u Postbank skont ir-rekwiżiti finanzjarji tagħhom.

(86)

Wara l-1995, skont l-Artikolu 2(4) PostUmwG 1994, il-Ġermanja baqgħet responsabbli għall-obbligi ta’ dejn kollha li daħlet għalihom Deutsche Bundespost qabel l-1995 u li sussegwentement ġew allokati lil POSTDIENST, Telekom u Postbank. Madankollu, il-Ġermanja ma refgħet l-ebda responsabbiltà għall-istrumenti ta’ dejn li sussegwentement inħarġu minn DPAG.

II.3.   Dħul minn prezzijiet regolati bħala kumpens addizzjonali għall-ispejjeż tal-pensjonijiet u l-ispejjeż netti tas-servizz universali

(87)

Il-PostG 1997 stabbilixxa wkoll il-Bundesnetzagentur (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolatur Postali) għas-sorveljanza tas-swieq tal-ittri riservati u liberalizzati. Skont l-Artikolu 19 PostG 1997, ir-Regolatur Postali għandu l-awtorità li jirregola l-ipprezzar ta’ Deutsche Post fis-swieq tal-ittri li fihom Deutsche Post għandha pożizzjoni dominanti. Deutsche Post kellha pożizzjoni dominanti mhux biss rigward is-servizzi riservati — skont l-Artikolu 51 PostG 1997 — iżda wkoll rigward kważi s-servizzi l-oħra kollha tal-ittri li kienu diġà infetħu għal kompetizzjoni. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet tista’ tieħu l-forma jew ta’ limitu massimu fuq il-prezzijiet ex ante jew ta’ kontroll tal-prezzijiet ex post.

(88)

Skont l-istudji tas-swieq imwettqa mir-Regolatur Postali, Deutsche Post kellha sehem medju tas-suq ta’ 90-97 % fuq is-swieq tal-ittri rregolati mill-prezzijiet. Fir-rapport l-iżjed reċenti tiegħu r-Regolatur Postali jiddeplora l-fatt li l-ftuħ gradwali tas-swieq sa mill-1997 ma rriżultax f’kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-ittri Ġermaniż (34).

(89)

Is-servizzi tal-ittri rregolati mill-prezzijiet jikkostitwixxu l-parti l-kbira tad-dħul totali ta’ Deutsche Post (pereżempju 62 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post mill-1990 sal-2007 (ara l-Figura 3) u madwar 56 % mill-2008 sal-2010).

(90)

Is-servizzi universali u kummerċjali l-oħra kollha, li mhumiex soġġetti għar-regolazzjoni tal-prezzijiet skont l-Artikoli 19-27 PostG 1997 (35), se jiġu msejħa servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

(91)

Għas-servizzi tal-ittri rregolati mill-prezzijiet, l-Artikolu 20(1) u (2) PostG 1997 jipprovdi li l-prezzijiet għandhom jirriflettu l-ispejjeż tal-għoti ta’ servizz effiċjenti. Madankollu, fejn ikun oġġettivament ġustifikat, ir-Regolatur Postali għandu jikkunsidra kif xieraq, fost ħwejjeġ oħra:

l-ispejjeż tal-għoti universali tas-servizzi postali, u

l-ispejjeż tal-finanzjament tal-benefiċċji tal-pensjoni u tal-kura tas-saħħa għall-impjegati li kienu ġew ittrasferiti minn POSTDIENST.

(92)

L-Artikolu 57 PostG 1997 u digriet ministerjali tas-27 ta’ Marzu 2000 mill-Ministru Federali għall-Affarijiet Ekonomiċi u t-Teknoloġija żammew il-prezzijiet irregolati fil-livell tal-1997 sal-31 ta’ Diċembru 2002.

II.3.1.   Id-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet

(93)

Kien biss fl-2002 li r-Regolatur Postali ħa l-ewwel deċiżjoni tiegħu dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet għas-servizzi tal-ittri rregolati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2007 (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet). Ir-regolazzjoni tal-limitu massimu fuq il-prezzijiet hija sistema sabiex jiġu rregolati l-prezzijiet ta’ pakkett ta’ servizzi fejn il-prezz individwali għal kull servizz ma jkunx ikkontrollat iżda jkun hemm limitu massimu fuq il-medja peżata tal-prezzijiet kollha fil-pakkett. Skont l-Artikolu 19 PostG 1997, ir-regolament dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet ex ante kopra s-servizzi postali kollha li għalihom id-Deutsche Post kellha pożizzjoni dominanti.

(94)

Għall-finijiet tad-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, Deutsche Post issottomettiet id-dħul regolatorju u l-kontijiet tal-ispejjeż lir-Regolatur Postali (minn hawn ’il quddiem: il-kontijiet regolatorji tal-2002) għall-ewwel darba, li jkopru l-perjodu mill-1998 sal-2006. Il-kontijiet regolatorji kienu bbażati fuq ir-riżultati sal-2001 u fuq projezzjonijiet għas-snin sussegwenti.

(95)

Fl-2002 Deutsche Post ikklejmjat “piżijiet finanzjarji” għall-għoti tas-servizz universali u għall-impjieg ta’ impjegati taċ-ċivil u impjegati privati li kienu ġew ittrasferiti minn POSTDIENST. Dawk il-piżijiet huma l-ispejjeż li allegatament Deutsche Post ma kienx ikollha tagħmel mingħajr l-obbligu tas-servizz universali u mingħajr it-trasferiment tal-persunal u l-infrastruttura ta’ POSTDIENST (ara t-Tabella 1 għal lista dettaljata).

Tabella 1

Piżijiet kif approvati mid-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet (EUR miljuni, valuri nominali)

#

Piżijiet mid-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet

Piż medju (1998-2006) EUR miljuni

%

1

Spejjeż ta’ pagi żejda

[…]

[…]

2

Spejjeż tas-sigurtà soċjali żejda

[…]

[…]

3

Uffiċċji postali tal-piżijiet tal-infrastruttura

[…]

[…]

4

Assigurazzjoni tal-pensjonijiet supplimentari għall-impjegati (VAP)

[…]

[…]

5

Trasport tal-merkanzija tal-piż tal-infrastruttura

[…]

[…]

6

Spejjeż soċjali u tas-saħħa (BAnstPT)

[…]

[…]

7

Ristrutturazzjoni tal-persunal

[…]

[…]

8

Kopertura tad-defiċit għall-assigurazzjoni tas-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil

[…]

[…]

 

Piż medju totali

[…]

100  %

(96)

Eventwalment ir-Regolatur Postali aċċetta l-argument ta’ Deutsche Post li ssostni li ma kienx ikollha terfa’ dawk il-piżijiet li kieku ma kinitx soġġetta għall-obbligu tas-servizz universali (għall-piżijiet #3 u 5 fuq l-ispejjeż tas-servizz universali) u l-obbligu li l-impjegati taċ-ċivil u l-impjegati privati minn POSTDIENST jiġu integrati (il-piżijiet #1, 2, 4, 6, 7, u 8). Għalhekk ir-Regolatur Postali approva ż-żieda fil-prezzijiet irregolati tal-ittri għall-finanzjament tal-piżijiet medji annwali kklejmjati ta’ EUR […] biljuni għall-perjodu mill-2002 sal-2006 mid-dħul tas-servizzi rregolati tal-ittri. Skont id-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, 100 % tal-piżijiet huma allokati lill-prezzijiet li huma soġġetti għal-limitu massimu fuq il-prezzijiet ex ante.

II.3.1.1.   Pagi żejda (piż #1)

(97)

Il-piż #1 juri l-ispejjeż tal-pagi żejda kklejmjati għall-ħaddiema postali ’l fuq mill-medja tal-industrija. Bħala parametru referenzjarju tal-pagi “kompetittivi” d-Deutsche Post użat il-pagi għall-persunal li kien għadu kif ġie impjegat wara l-2002 li kienu ġew stipulati fi ftehim tax-xogħol kollettiv (Entgelttarifvertrag) mat-trejdjunjins (minn hawn ’il quddiem: il-pagi ETV). Madankollu, għall-kalkolu tal-piż #1, dak il-parametru referenzjarju huwa applikat lill-persunal kollu. Jiġi applikat ukoll retroattivament għall-1998 fil-kontijiet sottomessi.

II.3.1.2.   Kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali (piż #2)

(98)

Ir-Regolatur Postali aċċetta wkoll l-argument ta’ Deutsche Post li kellha tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ogħla għall-impjegati privati u l-impjegati taċ-ċivil tagħha minn dawk li normalment ikollhom iħallsu l-kompetituri għall-impjegati privati tagħhom.

(99)

Deutsche Post tibbaża l-kalkoli tagħha fuq ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li jidhrilha li tkun “kompetittiva” (minn hawn ’il quddiem: ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja) kemm għall-impjegati taċ-ċivil kif ukoll għall-impjegati privati. Ir-rata regolatorja hija definita bħala s-somma ta’:

is-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal impjegat privat (madwar 19-21 %, li bejn wieħed u ieħor huwa nofs ir-rata tal-kontribuzzjoni totali tas-sigurtà soċjali kif muri f’ Figura 2),

il-kontribuzzjoni għall-iskema tal-assigurazzjoni għall-inċidenti (li tinsab fil-firxa ta’ [0 sa 5 %]; Deutsche Post żiedet dik il-kontribuzzjoni mar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja sa mill-2001),

il-kontribuzzjoni għall-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni (li tinsab fil-firxa ta’ [0 sa 5 %]; Deutsche Post żiedet dik il-kontribuzzjoni mar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja sa mill-1997 minħabba li kontribuzzjoni għall-iskema supplimentari tal-assigurazzjoni għall-pensjoni ta’ dak id-daqs hija meqjusa bħala “kompetittiva”. Ir-rata hija bbażata fuq l-assigurazzjoni supplimentari għall-pensjoni li Deutsche Post offriet sa mill-1997 lill-impjegati privati li kienu għadhom kif ġew impjegati).

(100)

Id-dħul irregolat jiffinanzja l-kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali ogħla mir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja (minn hawn ’il quddiem: kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali). Billi tuża bħala eżempju l-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali fl-2001 għall-impjegati taċ-ċivil, it-Tabella 2 turi li l-kontribuzzjonijiet effettivi tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil huma kważi d-doppju ta’ dawk tal-kontribuzzjonijiet “kompetittivi” tas-sigurtà soċjali bbażati fuq ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja.

Tabella 2

Kalkolu tal-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil fl-2001 abbażi tal-kontijiet regolatorji tal-2002 (EUR miljuni)

 

 

 

 

 

% tal-pagi effettivi

(1)

 

Rata tal-kontribuzzjoni għall-fond tal-pensjonijiet

33  %

 

 

(2)

 

Total tal-pagi tal-impjegati taċ-ċivil

[…]

 

 

(3)

=(1)*(2)

Kontribuzzjoni għall-fond tal-pensjonijiet

[…]

 

 

(4)

 

Spejjeż tal-kura tas-saħħa

[…]

 

 

(5)

=(3)+(4)

Kontribuzzjonijiet attwali tas-sigurtà soċjali.

 

[…]

[40 sa 45 %]

(6)

 

Sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

20,43  %

 

 

(7)

 

Assigurazzjoni kontra l-inċidenti

[…]

 

 

(8)

 

Assigurazzjoni supplimentari għall-pensjoni

[…]

 

 

(9)

=(6)+(7)+(8)

Rata tal-kontribuzzjoni regolatorja

[…]

 

 

(10)

=(2)*(9)

Spiża tas-sigurtà soċjali tal-parametru referenzjarju regolatorju

 

[…]

[20 sa 25 %]

(11)

=(5)-(10)

Kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali.

 

[…]

[15 sa 20 %]

(101)

Il-kontribuzzjonijiet effettivi tas-sigurtà soċjali jinkludu l-ħlas min-naħa ta’ Deutsche Post ta’ 33 % tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil għall-fond tal-pensjonijiet (ħlas annwali ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 2 045 biljun bejn l-1995 u l-1999) kif ukoll kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil. Bħala total, il-kontribuzzjonijiet effettivi tas-sigurtà soċjali ammontaw għal [40 sa 45 %] tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil fl-2001.

(102)

Minkejja li r-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali hija definita bħala perċentwal tal-pagi grossi tal-impjegati privati (paga netta + is-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali), Deutsche Post timmultiplika r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja ta’ [20-25 %] bil-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil sabiex tikkalkula l-parametru referenzjarju regolatorju.

II.3.1.3.   Assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni għall-impjegati privati (piż #4)

(103)

Il-piż #4 huwa maħsub sabiex jikkumpensa għall-bini tad-dispożizzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ qabel l-1997 mill-iskema supplimentari tal-assigurazzjoni għall-pensjoni VAP għall-impjegati privati ta’ Deutsche Post.

(104)

Kif spjegat fit-taqsima II.1.4, l-impjegati privati ta’ Deutsche Post li ġew impjegati qabel l-1997 ġew offruti assigurazzjoni supplimentari għall-pensjoni sabiex tiggarantilhom pensjoni simili għall-dik tal-impjegati taċ-ċivil. Madankollu, POSTDIENST ma bnietx dispożizzjoni korrispondenti għall-ħlas futur tal-pensjonijiet. Kien biss wara t-twaqqif ta’ DPAG li saru provvedimenti ta’ EUR 8 153 biljun fil-karta tal-bilanċ.

II.3.1.4.   Spejjeż mixxellanji żejda tas-sigurtà soċjali (piżijiet #6, 7, 8)

(105)

Il-piż #6 jinkludi l-kontribuzzjonijiet ta’ Deutsche Post lill-Istitut Federali għall-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet (Bundesanstalt für Post und Telekommunikation — BanstPT) li jipprovdi ċerti benefiċċji soċjali (pereżempju djar soċjali) lill-impjegati taċ-ċivil u l-impjegati privati li kienu ġew trasferiti minn POSTDIENST. Il-piż #7 jinkludi l-kontribuzzjonijiet min-naħa ta’ Deutsche Post sabiex ikopru d-defiċit tal-iskema tal-assigurazzjoni għas-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil. Il-piż #8 fuq ir-ristrutturazzjoni tal-persunal jikkonċerna kemm l-impjegati taċ-ċivil kif ukoll l-impjegati privati.

II.3.1.5.   Piżijiet tas-servizz universali (#3 u 5)

(106)

Dawn il-piżijiet juru l-iffrankar mill-ispejjeż li Deutsche Post setgħet għamlet kieku kienet kapaċi tfassal in-netwerk tagħha tal-uffiċċji postali u l-pakketti fuq bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali. L-iffrankar mill-ispejjeż jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’, pereżempju, in-numru kontrafattwali tal-uffiċċji postali li Deutsche Post ikollha topera mingħajr l-obbligu tas-servizz universali.

II.3.2.   Id-deċiżjonijiet dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet tal-2007 u l-2011

(107)

Fis-7 ta’ Novembru 2007 ir-Regolatur Postali approva l-limitu massimu fuq il-prezzijiet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni tal-2007 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet). Fl-14 ta’ Novembru 2011 ir-Regolatur Postali approva l-limitu massimu fuq il-prezzijiet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 (minn hawn ’il quddiem: id-deċiżjoni tal-2011 dwar il-limitu massimu fuq prezzijiet).

(108)

Sa mid-deċiżjoni tal-2007 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, il-prezzijiet sabiex jiġu impustati iżjed minn 50 ittra m’għadhomx ikkontrollati ex-ante, iżda huma soġġetti għal kontroll tal-prezzijiet ex- post skont l-Artikolu 25 PostG 1997 (36). Il-prezzijiet għas-servizzi postali l-oħra kollha li għalihom Deutsche Post għandha pożizzjoni dominanti għadhom jiġu approvati ex-ante skont l-Artikolu 19 PostG 1997.

(109)

Il-Kummissjoni se tirreferi matul din id-Deċiżjoni għas-“servizzi rregolati mill-prezzijiet” bħala dawk is-servizzi li għalihom Deutsche Post għandha pożizzjoni dominanti u li huma soġġetti għall-konroll tal-prezzijiet ex-ante skont l-Artikolu 19 PostG 1997 jew il-kontroll tal-prezzijiet ex-post skont l-Artikolu 25 PostG 1997. Is-servizzi l-oħra kollha li għalihom Deutsche Post m’għandhiex pożizzjoni dominanti u li m’humiex soġġetti għall-kontroll tal-prezzijiet se jissejħu bħala “servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet”.

(110)

Deutsche Post kompliet tikklejmja l-piżijiet għal pagi żejda u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali mit-trasferiment ta’ persunal minn POSTDIENST (pereżempju l-piż medju #2 fuq l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali ta’ EUR […] miljuni mill-2008 ’il quddiem) kif ukoll il-piżijiet mill-obbligu tas-servizz universali. Bħal ma għamel fid-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, ir-Regolatur Postali approva l-finanzjament ta’ dawk il-piżijiet minn dħul irregolat mill-prezzijiet u stabbilixxa l-limitu massimu fuq il-prezzijiet f’livell korrispondentement ogħla. Għalhekk ir-rikonoxximent min-naħa tar-Regolatur Postali ta’ dawk il-piżijiet fid-deċiżjonijiet dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet tal-2002, l-2007, u l-2009 ma nbidilx rigward is-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

II.4.   Ir-riżultati finanzjarji tad-DPAG

(111)

Ir-riżultati finanzjarji tad-DPAG għall-1995 sal-2006 huma murija fil-Figura 2 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007. Billi r-riżultati ta’ bejn l-1995 u l-1999 kienu mħallta (xi snin urew telf u oħrajn urew profitti), DPAG kostantement għamlet profitti ta’ qabel it-taxxa ta’ madwar EUR 1 u 2 biljuni mis-sena 2000 sal-2006.

(112)

Bejn l-2007 u l-2010, DPAG għamlet il-profitti li ġejjin: EUR 1,8 biljun (2007); EUR -2,0 biljun (2008); EUR 0,7 biljun (2009); EUR 2,6 biljun (2010);

(113)

Il-kontijiet ippubblikati ta’ DPAG ma jippermettux li l-profitti jiġu allokati lis-servizzi differenti. Għalhekk mhuwiex possibbli li jintużaw il-kontijiet pubbliċi sabiex jiġi aċċertat jekk is-servizzi universali rregolati mill-prezzijiet b’mod ġenerali għamlux telf jew profitt.

III.   RAĠUNIJIET SABIEX TINBEDA L-PROĊEDURA

(114)

Kif ikkonfermat il-Qorti Ġeneral fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-421/07 (37), il-miżuri kollha li qed jiġu investigati kienu jagħmlu parti mill-proċedura sa mid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999, li tkompliet permezz tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007.

III.1.   Sussidju tal-pensjoni

(115)

Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 stabbiliet li s-sussidju tal-pensjoni kkostitwixxa miżura ġdida ta’ għajnuna minħabba li Deutsche Post, qabel ir-riforma tal-pensjonijiet tal-1995, kienet responsabbli bis-sħiħ għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-pensjonijiet mir-riżorsi tagħha stess. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 ċaħdet il-pretensjoni tal-Ġermanja bbażata fuq is-sentenza Combus  (38) li s-sussidju tal-pensjoni ma kienx jikkostitwixxi għajnuna.

(116)

Għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tas-sussidju tal-pensjoni bħala kumpens għall-ispejjeż tal-pensjoni “storika” (pereżempju b’konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-La Poste Franċiża (minn hawn ’il quddiem: id-Deċiżjoni ta’ La Poste) (39), id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 ikkunsidrat li l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali li ġew ikklejmjati ġew ikkumpensati mhux biss mis-sussidju tal-pensjoni iżda wkoll mid-dħul irregolat mill-prezzijiet (pereżempju l-piż #2 fuq il-kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali).

(117)

Il-kalkoli fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011, li kkunsidraw iż-żewġ sorsi ta’ kumpens, urew li Deutsche Post effettivament kienet kapaċi tapplika rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li kienu bejn 10 u 14-il punt perċentwal taħt ir-rati obbligatorji totali tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali (is-sehem tal-impjegatur u tal-impjegat) li l-kompetituri privati kellhom iħallsu.

(118)

Għalhekk id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tas-sussidju tal-pensjoni bħala kumpens għall-ispejjeż tal-pensjoni “storika” skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

III.2.   Kumpens għall-għoti ta’ servizzi universali

(119)

Il-Ġermanja iddependiet fuq l-Artikolu 106(2) TFUE bħala ġustifikazzjoni għall-kompatibbiltà tal-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat u l-garanzija tal-Istat bħala kumpens għall-obbligu tas-servizz universali.

(120)

Abbażi tas-sentenza Altmark  (40), il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007 li l-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat u l-garanziji tal-Istat kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(121)

Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-ħlasijiet ta’ kumpens u l-garanzija tal-Istat kinux meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz universali, u proporzjonati għal dak il-fini. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien meħtieġ li tirrevedi l-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn is-servizzi universali u kummerċjali, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Qafas tal-2005. Hija qajmet dubji wkoll rigward id-determinazzjoni ta’ profitt raġonevoli, li kellha tikkunsidra il-profitabbiltà medja tas-settur u l-pożizzjoni ta’ riskju ta’ Deutsche Post.

IV.   L-ISTUDJU TA’ WIK

(122)

L-istudju ta’ WIK ġie kkummissjonat sabiex jassisti lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tal-kontijiet ta’ Deutsche Post għall-perjodu minn 1990 sal-2007, bl-għan li jiġi stabbilit jekk Deutsche Post kinitx ingħatat kumpens għoli wisq għall-obbligi tas-servizz universali tagħha. B’mod iżjed speċifiku, WIK Consult GmbH ġiet assenjata l-kompiti li ġejjin:

Il-parametru referenzjarju ta’ profitt raġonevoli;

Ir-reviżjoni tal-allokazzjoni tal-ispejjeż interni u t-trasferiment tal-arranġamenti tal-ipprezzar; u

Il-kalkolu ta’ kumpens għoli wisq għall-ispejjeż netti tal-obbligu tas-servizz universali.

IV.1.   Deskrizzjoni tad-dħul regolatorju u l-kontijiet tal-ispejjeż tal-2009

(123)

Wara l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni fit-30 ta’ Ottubru 2008, fl-2009 il-Ġermanja finalment issottomettiet sett komplut ta’ kontijiet regolatorji għall-perjodu mill-1990 sal-2007 (minn hawn ’il quddiem: kontijiet regolatorji tal-2009).

IV.1.1.   Dħul

(124)

Id-dħul ta’ Deutsche Post jista’ jiġi kklassifikat fi tliet kategoriji wiesgħa:

Servizzi universali ta’ ittri rregolati mill-prezzijiet (62 % tad-dħul totali mill-1990 sal-2007)

Is-servizzi tal-ittri rregolati mill-prezzijiet jinkludu s-servizzi universali kollha li jiġu pprovduti fis-swieq li fihom id-Deutsche Post kienet tgawdi pożizzjoni dominanti tas-suq, inkluż dawk is-servizzi li fir-rigward tagħhom Deutsche Post kellha dritt esklużiv. Dawk is-servizzi ġġeneraw 62 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post għall-perjodu bejn l-1990 sa 2007 (41).

Servizzi universali mhux irregolati mill-prezzijiet (26 % tad-dħul totali mill-1990 sal-2007)

Is-servizzi universali tal-pakketti dejjem ġew ipprovduti fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni, li fihom Deutsche Post kellha sehem tas-suq medju ta’ 30 %. Waqt il-perjodu mill-1990 sal-2007, is-servizzi universali tal-pakketti ġġeneraw 15 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post.

Is-servizzi universali tal-ittri mhux irregolati mill-prezzijiet (pereżempju, katalogi, posta transkonfinali) ipproduċew madwar 11 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post.

Servizzi kummerċjali mhux irregolati mill-prezzijiet (12 % tad-dħul totali mill-1990 sal-2007)

Deutsche Post użat in-netwerk tal-uffiċċji postali tagħha mhux biss għad-distribuzzjoni tas-servizzi postali iżda wkoll sabiex tbiegħ prodotti u servizzi għal Postbank AG u — fuq livell iżjed baxx — għal Deutsche Telekom. Dawk is-servizzi ta’ bejgħ kummerċjali pproduċew madwar 6 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post.

Is-servizzi kummerċjali tal-ittri u l-pakketti (pereżempju riklami indirizzati) jikkostitwixxu madwar 4 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post.

Finalment, Deutsche Post ipprovdiet numru ta’ servizzi mixxellanji, pereżempju fil-kapaċità tagħha bħala l-kumpanija possedenti għas-sussidjarji internazzjonali attivi f’segmenti oħra tan-negozju (pereżempju Danzas DHL) Dawk is-servizzi kummerċjali l-oħra pproduċew madwar 2 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post.

Figura 3

Ishma ta’ dħul medju għall-perjodu mill-1990 sal-2007 (bbażati fuq valuri nominali)

Image

(125)

L-istudju ta’ WIK ikopri biss is-servizzi kummerċjali li ġew ipprovduti flimkien mas-servizzi universali mill-entità legali DPAG u l-predeċessur tagħha POSTDIENST. Is-servizzi kummerċjali (pereżempju l-operazzjonijiet ta’ posta espress mad-dinja kollha tad-DHL), li ġew ipprovduti minn entitajiet legali differenti fid-Deutsche Post World Net (minn hawn ’il quddiem: DPWN, ma ġewx investigati.

IV.1.2.   Il-kalkolu tal-piżijiet fil-kontijiet regolatorji tal-2009

(126)

B’differenza mill-kontijiet regolatorji li Deutsche Post issottomettiet lir-Regolatur għad-deċiżjonijiet dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet tal-2002, l-2007 u l-2011, il-kontijiet regolatorji tal-2009 — li qatt ma ġew sottomessi lir-Regolatur Postali — jinkludu ammont ogħla b’mod sinifikanti ta’ piżijiet li Deutsche Post talloka lis-servizzi rregolati mill-prezzijiet.

(127)

Fuq bażi tal-kontijiet regolatorji tal-2009, Deutsche Post tikklejmja piż medju ta’ EUR […] biljun għall-perjodu bejn l-1990 u l-2006, meta mqabbel ma’ EUR […] biljun ibbażat fuq il-kontijiet regolatorji tal-2002.

Figura 4

Tqabbil tal-piżijiet tas-servizz universali kklejmjati bbażati fuq il-kontijiet regolatorji tal-2009 b’piżijiet approvati bbażati fuq id-deċiżjoni dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet tal-2002 (medja annwali, EUR miljuni ta’ valur nominali)

[…]

(128)

Waqt li ma kienx hemm differenzi sinifikanti bejn il-piż #2 (spejjeż żejda tas-sigurtà soċjali) u l-piż #4 (assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni) bejn il-kontijiet regolatorji tal-2002 u l-2009, il-piż #1 (pagi żejda) hu kważi […]. B’differenza mill-kontijiet regolatorji tal-2002, Deutsche Post issa m’għadhiex tuża l-pagi tal-ETV bħala parametru referenzjarju “kompetittiv” tal-pagi. Minflok tuża l-paga minima għas-settur postali bbażata fuq regolament maħruġ mill-Ministeru Federali tax-Xogħol fl-2007 (minn hawn ’il quddiem: il-paga minima tal-2007). Madankollu, għandu jiġi nnotat li r-regolament finalment ġie ddikjarat illegali mill-Qorti Amministrattiva Federali u qatt ma daħal legalment fis-seħħ.

(129)

Barra minn hekk, fil-kontijiet regolatorji tal-2009 Deutsche Post tikklejmja piż “infrastrutturali tal-posta” li jkopri l-ispejjeż inkrementali tas-sitt jum ta’ kunsinna (b’medja ta’ EUR […] miljun kull sena). Il-kalkolu huwa bbażat fuq ix-xenarju kontrafattwali li, mingħajr l-obbligu tas-servizz universali, Deutsche Post kienet twassal il-posta f’ħamest ijiem biss minflok sitta.

(130)

Il-piż tal-infrastruttura #3 (in-netwerk tal-uffiċċji postali) jiġi kkalkulat b’mod differenti minn dak tal-kontijiet regolatorji tal-2002. Il-piż issa jkopri ffrankar preżunt mill-ispejjeż li seta’ jsir kieku l-uffiċċji postali kollha ġew amministrati bħala aġenziji mill-1990. Jiġi kkalkulat abbażi tar-remunerazzjoni li Deutsche Post ħallset lill-partijiet terzi għal servizzi ta’ bejgħ fl-2007.

IV.1.3.   Marġini ta’ profitt fil-kontijiet regolatorji tal-2009

(131)

L-allokazzjoni tal-piżijiet lis-servizzi tal-ittri universali rregolati mill-prezzijiet tipprovdi għajnuna lis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet minn spejjeż bħal spejjeż ta’ pagi u tas-sigurtà soċjali. Din ir-riallokazzjoni twassal għal marġini ta’ profitt pożittivi b’mod sinifikanti ta’ [15-25 %] fuq il-bejgħ għas-servizzi kummerċjali u telf ta’ kważi [0-10 %] fuq il-bejgħ għas-servizzi ta’ ittri rregolati mill-prezzijiet.

(132)

Minkejja li Deutsche Post tirrapporta profitti għoljin ħafna għad-diviżjoni tal-ittri tagħha fil-kontijiet annwali tagħha (ara wkoll it-taqsima V.3), dawk il-profitti jiġu assorbiti faċilment mill-piżijiet li ġew spustjati mis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet.

Figura 5

Redditu medju fuq il-bejgħ abbażi tal-kontijiet regolatorji tal-2009

[…]

IV.2.   Parametru referenzjarju tal-profitti

IV.2.1.   Il-katina tal-valuri ta’ Deutsche Post: operazzjonijiet ta’ teknoloġija ta’ livell baxx u livell baxx ta’ riskju kummerċjali

(133)

Analiżi tal-katina tal-valuri u r-riskji kummerċjali assoċjati hija indispensabbli sabiex tiġi ppreparata l-parametru referenzjarju u l-valutazzjoni tal-allokazzjoni tal-ispejjeż. It-tfittxija għal grupp ta’ kumpaniji “komparabbli” u l-kalkolu ta’ parametru referenzjarju għall-profitt raġonevoli li jista’ jiġi mistenni li Deutsche Post tiggwadanja huma possibbli biss jekk il-funzjoni u l-karatteristiċi tar-riskji jkunu magħrufa.

IV.2.1.1.   Il-katina tal-valuri ta’ negozju b’teknoloġija ta’ livell baxx

(134)

Il-katina tal-valuri ta’ Deutsche Post tista’ tinqasam f’żewġ funzjonijiet ewlenin:

Netwerk ta’ kunsinna fil-pajjiż kollu għad-distribuzzjoni ta’ ittri u pakketti,

Netwerk ta’ uffiċċji postali fil-pajjiż kollu.

(135)

Il-loġistika ta’ netwerk ta’ pakketti u ittri hija negozju b’teknoloġija ta’ livell baxx li ma jeħtiġx sforzi kbar ta’ riċerka jew żvilupp. Għalhekk l-operaturi l-oħra kollha fl-industrija jaħdmu b’mod simili u standardizzat. Għalhekk attivitajiet bħal dawn ħafna drabi jissejħu funzjonijiet ta’ “rutina”. Il-grad għoli ta’ esternalizzazzjoni mwettqa minn Deutsche Post lil partijiet terzi tipprova wkoll in-natura ta’ rutina tagħhom. L-istess japplika għas-servizzi ta’ bejgħ li jitwettqu permezz tan-netwerk ta’ uffiċċji postali fil-pajjiż kollu, li wkoll ġew esternalizzati iżjed.

(136)

Minbarra dawn il-funzjonijiet ta’ rutina, il-fatturi intanġibbli ewlenin ta’ Deutsche Post huma l-bażi ta’ klijenti, l-isem tal-prodott u l-pożizzjoni b’saħħitha fis-suq tagħha, b’mod speċjali fis-swieq tal-ittri. Madankollu, l-istudju ta’ WIK huwa tal-opinjoni li dawk il-fatturi intanġibbli huma essenzjalment dovuti mhux għall-isforzi proprji ta’ Deutsche Post iżda pjuttost għad-drittijiet esklużivi storiċi. Deutsche Post ma kellhiex tinvesti ħafna fil-funzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Minflok, fl-2007 setgħet tiddependi fuq il-pożizzjoni tas-suq tagħha ggarantita legalment. Għalhekk, Deutsche Post ma għandha titħalla tieħu l-ebda remunerazzjoni għal dawn il-fatturi intanġibbli.

IV.2.1.2.   Riskju baxx minħabba miżuri tal-Istat

(137)

Deutsche Post ġiet esposta għal riskju iżjed baxx mill-kompetituri tagħha, kemm għas-servizzi rrregolati kif ukoll għal dawk mhux irregolati, għal ħafna raġunijiet.

(138)

L-ewwel nett, sal-2007 Deutsche Post kienet imħarsa minn monopolju legali għas-servizzi tal-ittri tagħha. Barra minn hekk, fl-ambitu tas-servizzi tal-ittri rregolati, Deutsche Post ibbenefikat minn sehem tas-suq ta’ 90 % u kompetizzjoni ineżistenti jew ta’ livell baxx. Is-servizzi rregolati mill-prezzijiet kienu jikkostitwixxu madwar żewġ terzi tad-dħul ta’ Deutsche Post.

(139)

It-tieni nett, ir-Regolatur Postali approva limitu massimu fuq il-prezzijiet għas-servizzi tal-ittri rregolati. Il-limitu massimu ġie stabbilit ’il fuq mill-ispejjeż ta’ impriża effiċjenti, sabiex jippermetti fost ħwejjeġ oħra l-kumpens ta’ spejjeż allegatament żejda assoċjati ma’ servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet. L-ebda wieħed mill-kompetituri ta’ DPAG ma kellu dritt esklużiv jew pożizzjoni dominanti li kienu jippermettulhom it-trans-sussidjazzjoni tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, id-dritt esklużiv u l-pożizzjoni dominanti wasslu għal tnaqqis sinifikanti tar-riskji kummerċjali mhux biss għas-servizzi rrregolati, iżda wkoll għas-servizzi universali u kummerċjali mhux irregolati mill-prezzijiet.

(140)

It-tielet nett, miżuri oħra tal-Istat ukoll naqqsu b’mod sinifikanti r-riskju kemm għas-servizzi universali kif ukoll għal dawk kummerċjali. Il-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat assorbew it-telf tal-ewwel snin tad-disgħinijiet u l-garanzija tal-Istat ippermettiet lil Deutsche Post li tissellef bir-rata sovrana sal-1995 minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħha fl-ewwel snin tad-disgħinijiet.

(141)

Ikkunsidrati flimkien, Deutsche Post iffaċċjat riskji tas-suq u ta’ ispejjeż iżjed baxxi b’mod sinifikanti mill-kompetituri tagħha minħabba li ma kellhiex tibni l-bażi ta’ klijenti tagħha u setgħet tgħaddi ż-żidiet fl-ispejjeż permezz ta’ prezzijiet irregolati ogħla. Abbażi ta’ dak ir-raġunament, l-istudju ta’ WIK jikkonkludi li l-aħjar kompetituri komparabbli għandhom ikunu l-kumpaniji postali li jeżerċitaw biss funzjonijiet ta’ rutina (pereċempju ma jinvestux ħafna fil-kummerċjalizzazzjoni u fl-ismijiet tal-prodotti) u mhumiex esposti għal grad għoli ta’ riskju (pereżempju jistgħu jiddependu fuq kuntratti fit-tul).

IV.2.2.   Kwantifikazzjoni tal-punti ta’ riferiment tal-profitti

(142)

Abbażi tar-riżultati tal-funzjoni u l-analiżi tar-riskji, l-istudju ta’ WIK jwettaq analiżi finanzjarja bid-dejtabejż (pereżempju bl-użu tad-dejtabejż ORBIS li tkopri madwar 10 miljun kumpanija mad-dinja kollha) sabiex ifittex kumpaniji postali komparabbli. Passi ta’ għażla kwantitattivi u kwalitattivi kkontrollati jidentifikaw il-grupp ta’ kumpaniji komparabbli li jipprovdu servizzi postali fis-swieq kompetittivi.

(143)

L-istudju ta’ WIK jagħżel grupp komparatur ta’ 26 kumpanija postali li prinċipalment jipprovdu servizzi ta’ pakketti u jwettqu l-attivitajiet tipiċi ta’ rutina tal-operaturi postali. Il-kompetituri komparabbli kollha jiġu mis-settur tal-industrija tal-“Attivitajiet tal-posta u l-kurriera” (NACE (42) il-kodiċi 641).

(144)

Huwa importanti li wieħed jinnota li n-numru ta’ kompetituri komparabbli huwa limitat minħabba li l-kumpaniji privati sa issa rarament ipprovdew servizzi ta’ ittri fuq skala ikbar minħabba d-dritt esklużiv tad-dmir postali li jkopri sehem sinifikanti ta’ servizzi ta’ ittri. Barra minn hekk, l-istudju ta’ WIK jeskludi d-dmirijiet postali minn pajjiżi oħra bħala komparaturi minħabba li — bħal Deutsche Post - ġew protetti minn drittijiet esklużivi u primarjament mhumiex attivi fuq swieq kompetittivi.

(145)

Sabiex ikejjel il-profitt ‘raġonevoli’, l-istudju ta’ WIK juża l-marġni tar-redditu fuq il-bejgħ (ROS), li huwa l-profitt kontabbli (il-gwadann qabel l-interessi u t-taxxi (EBIT) diviż bid-dħul. Barra minn hekk, l-istudju ta’ WIK jikkalkula l-marġni tar-redditu fuq l-assi (ROA), pereżempju l-EBIT bħala perċentwal tal-kapital totali, bħala parametru referenzjarju tal-profitt ibbażat fuq il-kapital.

Tabella 3

Parametru referenzjarju ta’ ROS u ROA mill-istudju ta’ WIK

 

Redditu fuq il-bejgħ

(ROS)

Redditu fuq l-Assi

(ROA)

Medjan

3,48  %

7,33  %

Livell superjuri (Il-75 perċentil)

6,77  %

13,41  %

(146)

Mill-kampjun magħżul, il-ROS medjan fil-parti kompetittiva tas-settur postali kien 3,48 % għall-perjodu mill-1998 sal-2007. Madankollu, l-istudju ta’ WIK jippreżenta mhux biss r-redditu medjan iżda wkoll livell superjuri għall-profitt raġonevoli, jiġifieri t-tielet quartile tal-profitt komparabbli tal-kompetituri, li huwa ekwivalenti għal ROS ta’ 6,77 %. Fi kliem ieħor, 75 % tal-kompetituri komparabbli jagħmlu profitt li huwa iżjed baxx minn ROS ta’ 6,77 % (43).

(147)

Rigward ir-redditu fuq l-assi, l-istudju ta’ WIK juri ROA medjan ta’ 7,33 % u livell superjuri ta’ 13,41 %.

(148)

Billi Deutsche Post hija esposta għal riskju iżjed baxx b’mod konsiderevoli mill-kumpaniji komparabbli, li joperaw fi swieq kompetittivi ħafna (pereżempju s-suq tal-pakketti espress), l-istudju ta’ WIK sostna li r-ROS medjan ta’ 3,48 % huwa parametru referenzjarju prudenti u konservattiv tal-profitt għal Deutsche Post. Ma jirrakkomandax l-użu ta’ rata ogħla fil-firxa tar-ROS tat-tielet-quartile ta’ 6,77 %. Parametru referenzjarju iżjed baxx jista’ jiġi ġġustifikat ukoll minħabba li r-ROS medjan ta’ 3,48 % huwa rifless f’ROA ta’ 7,33 % li xorta jista’ jkun ’il fuq b’mod sinifikanti mir-rata tal-interessi mingħajr riskji.

IV.3.   Analiżi tal-allokazzjoni tal-ispejjeż

(149)

L-istudju ta’ WIK jikkritika l-allokazzjoni ta’ piżijiet fil-kontijiet regolatorji tal-2009 minħabba li l-marġnijiet ta’ ROS tas-servizzi kummerċjali ta’ madwar [15-25 %] huma superjuri b’mod sinifikanti mill-medja tal-industrija (44). Billi l-kompetituri privati jrendu profitt minkejja marġnijiet ta’ profitt iżjed baxxi b’mod sinifikanti, l-istudju ta’ WIK jikkonkludi li sehem ogħla tal-ispejjeż għandu jiġi allokat lis-servizzi kummerċjali ta’ Deutsche Post u b’mod xieraq inaqqas il-piżijiet għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet.

(150)

Is-sejba tal-istudju ta’ WIK hija li s-servizzi kummerċjali kollha, minkejja s-sehem tagħhom tal-ispejjeż, għadhom juru profitt konformi mar-ROS medjan ta’ 3,48 % tal-kompetituri. Għalhekk ir-rapport jifforma l-bażi għat-tnaqqis tal-piż medju annwali tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet bi EUR […] miljun għall-perjodu sħiħ mill-1990 sal-2007.

(151)

Billi sehem kbir tas-servizzi tal-bejgħ kummerċjali ġie pprovdut lill-impriżi relatati Postbank u Telekom, l-istudju ta’ WIK jinvestiga wkoll jekk il-prezzijiet finali ċċarġjati lilhom jistgħux jitqiesu bħala tranżazzjonijiet f’kompetizzjoni ġusta u għalhekk parametru referenzjarju xieraq għall-ispejjeż li s-servizzi tal-bejgħ kummerċjali għandhom jerfgħu. Ibbażat fuq evidenza disponibbli, l-istudju ta’ WIK huwa tal-opinjoni li l-kuntratti bejn Deutsche Post u dawk l-impriżi relatati jirriflettu l-kundizzjonijiet li l-partijiet terzi indipendenti jkunu qablu magħhom ukoll. Billi la Postbank u lanqas Telekom ma kellhom l-ebda opzjoni reali sabiex jużaw netwerks esterni tad-distribuzzjoni fl-ewwel snin tad-disgħinijiet, huma qablu li jaqsmu l-ispejjeż li saru. Madankollu, sussegwentement, billi Postbank u Telekom kienu kapaċi jsibu netwerks tad-distribuizzjoni oħra b’iktar faċilità u l-ispejjeż tan-netwerk tas-servizzi universali naqsu, il-kuntratt inbidel għal tariffa ta’ kummissjoni bbażata fuq dħul li kienet iktar konformi ma’ kuntratt tipiku ta’ servizz ta’ bejgħ (45).

IV.4.   Aġġustament tal-kontijiet regolatorji tal-2009

(152)

L-istudju ta’ WIK jagħmel ħafna aġġustamenti tal-kontijiet regolatorji tal-2009 fuq bażi tal-metodu li ġej:

Tabella 4

Metodu tal-kalkolu għar-riżultat tal-eċċess annwali abbażi tal-kontijiet regolatorji tal-2009 u l-istudju ta’ WIK

 

Dħul minn servizzi universali

Spejjeż tas-servizzi universali

Profitt raġonevoli

+

Ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat

 

Riżultat tal-eċċess

IV.4.1.   Aġġustamenti tad-dħul tas-servizzi universali

(153)

Deutsche Post biegħet proporzjon konsiderevoli tal-proprjetà immobbli tagħha (pereżempju proprjetà immobbli li kienet saret superfluwa minħabba ir-ristrutturazzjoni tal-operazzjonijiet postali). Dak id-dħul għandu jiġi allokat lis-servizz universali li kien l-utent ewlieni ta’ dawk l-assi u krihom lis-servizzi kummerċjali.

(154)

L-aġġustament korrispondenti jirriżulta f’żieda annwali medja ta’ EUR […] miljun fid-dħul tas-servizzi universali matul il-perjodu kollu mill-1990 sal-2007.

IV.4.2.   Aġġustamenti tal-ispejjeż tas-servizzi universali

IV.4.2.1.   Analiżi statistika tal-kontijiet tal-ispejjeż

(155)

Il-kontijiet regolatorji tal-2009 ma jipprovdux analiżi statistika tajba tal-prezzijiet tat-trasferimenti interni. Il-profitt totali ggwadanjat fuq is-servizzi universali ma jidhirx minħabba li l-profitti li joriġinaw minn ċerti funzjonijiet (pereżempju l-uffiċċji postali) mhumiex analizzati b’mod statistiku u maqsuma bejn servizzi universali u kummerċjali (pereżempju l-ispejjeż magħmula għas-servizzi universali) iżda jiġu miġbura flimkien u rrapportati bħala profitt kummerċjali. Għalhekk Deutsche Post ma kinitx kapaċi tipprovdi kontijiet separati kif mitlub mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (46).

(156)

Waqt li Deutsche Post ipprovdiet analiżi statistika approssimattiva tal-ispejjeż interni għas-snin li jwasslu sal-1997, l-istudju ta’ WIK kellu jaġġusta l-kontijiet għas-snin ta’ wara l-1997. L-ispejjeż “allokati” b’mod ħażin kellhom jiġu spustjati mill-kontijiet tas-servizzi universali għall-kontijiet tas-servizzi kummerċjali.

(157)

Ir-riżultati korrispondenti tal-aġġustament juru tnaqqis fl-ispejjeż tas-servizzi universali annwali b’medja ta’ EUR […] miljuni matul il-perjodu mill-1998 sal-2007.

IV.4.2.2.   Aġġustament ta’ piżijiet bejn is-servizzi rregolati mill-prezzijiet u dawk mhux irregolati mill-prezzijiet

(158)

Kif spjegat hawn fuq, l-istudju ta’ WIK ma jaġġustax kull piż b’mod separat. Minflok, huwa jibbaża l-kalkolu mill-ġdid tiegħu fuq il-prezzijiet finali tas-servizzi kummerċjali li ġew iġġudikati bħala punti ta’ riferiment b’saħħithom għall-ispejjeż medji tal-industrija. Konsegwentement, il-profitti żejda kollha mis-servizzi kummerċjali (47) jintużaw sabiex jiffinanzjaw il-piżijiet li jkunu ġew ikklejmjati fil-bidu. It-tnaqqis annwali medju fil-piżijiet jammonta għal EUR […] miljuni matul il-perjodu kollu mill-1990 sal-2007.

IV.4.2.3.   L-ispejjeż li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ bl-assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni (piż #4)

(159)

Bil-piż #4 (l-assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni), Deutsche Post żiedet spejjeż li mhumiex murija fil-kontijiet annwali tagħha. Billi l-parametru referenzjarju ta’ ROS jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kontijiet statutorji komparabbli tal-kompetituri, l-ispejjeż li huma permessi wkoll skont l-istandards nazzjonali tal-kontabilità jew l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) biss jistgħu jiġu inklużi. Għalhekk, kwalunkwe spiża addizzjonali — li normalment ma tiġix inkluża fil-kontijiet tal-IAS - ma tistax tiġi aċċettata bħala oġġett ta’ spiża iżda għandha tiġi ffinanzjata lil hinn mill-marġni ta’ profitt (mill-parametru referenzjarju).

(160)

L-aġġustament korrispondenti jirriżulta f’żieda annwali medja ta’ EUR […] miljuni għall-piż #4 (assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni) fid-dħul matul il-perjodu kollu mill-1990 sal-2007.

IV.4.3.   Aġġustamenti tal-ispejjeż kapitali għal profitt raġonevoli

(161)

Skont Deutsche Post l-ispejjeż kapitali kienu kkawżati mill-kontijiet regolatorji tal-2009 li fil-bidu ma kinux ġew inklużi fil-kontijiet statutorji: pereżempju […] spejjeż u […] spejjeż. L-istudju ta’ WIK jelimina kemm l-ispejjeż […] kif ukoll […], u jissostitwihom bil-parametru referenzjarju għall-profitt raġonevoli.

IV.4.3.1.   Il-perjodu mill-1996 sal-2007

(162)

Il-profitt raġonevoli jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-dħul aġġustat mis-servizzi universali u l-parametru referenzjarju ta’ ROS ta’ 3,48 %, li jirriżulta fi profitt annwali medju raġonevoli ta’ EUR […] miljuni. L-ispejjeż kapitali annwali medji ta’ EUR […] miljuni (spejjeż tal-interessi ta’ EUR […] miljuni u żieda tad-deprezzament regolatorju ta’ EUR […] miljuni) huma eliminati mill-kontijiet regolatorji tal-2009.

(163)

Huwa importanti li wieħed jirrimarka li, meta mqabbel mal-kontijiet regolatorji tal-2009, il-parametru referenzjarju ta’ ROS ta’ 3,48 % jrendi profitt raġonevoli li huwa ogħla f’termini assoluti mill-ispejjeż kapitali kklejmjati minn Deutsche Post (pereżempju l-ispejjeż tal-interessi kkalkulati abbażi ta’ rata ta’ redditu interna ta’ madwar […] fuq il-kapital użat u ż-żieda fid-deprezzament abbażi tal-valur tas-suq).

IV.4.3.2.   Il-perjodu mill-1990 sal-1995

(164)

Skont l-Artikolu 63(1) PostVerfG, sal-1995 Deutsche Post kellha tħallas ħlasijiet tat-trasferiment (48) lill-Gvern Federali li ammontaw għal EUR 5 838 biljun, jew madwar 8 % tal-bejgħ. Bħala kumpens, madankollu, l-Artikolu 63(4) PostVerfG ħeles lil Deutsche Post mill-obbligu li tħallas kwalunkwe dividend ogħla mill-ħlasijiet tat-trasferiment.

(165)

Għalhekk l-istudju ta’ WIK jirrifjuta milli jżid “profitt raġonevoli” għall-perjodu sal-1995 minħabba li l-ħlasijiet tat-trasferiment diġà kienu jkopru bis-sħiħ l-ispejjeż tal-ekwità ta’ Deutsche Post. Konsegwentement, l-ispejjeż kapitali annwali medji ta’ Deutsche Post ta’ EUR […] miljuni (spejjeż tal-interessi ta’ EUR […] miljuni u ż-żieda tad-deprezzament regolatorju ta’ EUR […] miljuni) huma eliminati mill-kontijiet regolatorji tal-2009 u l-ispejjeż tas-servizz universali jitnaqqsu b’mod konsegwenti.

IV.4.4.   Konklużjonijiet

(166)

Kemm il-kontijiet regolatorji tal-2009 kif ukoll l-istudju ta’ WIK juru li d-dħul mis-servizzi universali ma kinux biżżejjed sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom sal-1996. Madankollu, waqt li Deutsche Post spiċċat b’defiċit kumulattiv, anke wara li kkunsidrat il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat fil-kontijiet regolatorji tal-2009, l-istudju ta’ WIK jasal għall-konklużjoni li l-ħlasijiet kumpensatorji kienu biżżejjed sabiex jippermettu lil Deutsche Post tibbilanċja l-kontijiet mingħajr ma tagħmel telf fl-1997.

(167)

Il-kontijiet regolatorji tal-2009 bilkemm juru titjib fil-profitabbiltà tas-servizzi universali sal-1999. Kien mis-sena 2000 biss li d-dħul mis-servizzi universali bħala medja beda jkopri l-ispejjeż. Għall-kuntrarju, l-istudju ta’ WIK juru profitti sinifikanti għas-servizzi universali ogħla mir-ROS medjan ta’ 3,48 % sa mis-sena 2000, minkejja l-fatt li s-servizzi universali tal-pakketti urew biss redditu taħt il-medja ta’ […] fuq il-bejgħ (ara l-Figura 6).

Figura 6

Tqabbil tar-riżultati annwali tal-eċċess mis-servizzi universali għall-perjodu mill-1990 sal-2007 (EUR miljuni, valuri annwali nominali)

Image

V.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(168)

Il-partijiet interessati ssottomettew kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999, id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007 u d-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011. Il-kummenti l-iżjed importanti dwar it-tliet deċiżjonijiet huma miġbura fil-qosor f’din it-taqsima.

V.1.   Dritt esklużiv tal-użu ta’ bolol tal-posta maħruġa mill-Ministeru Federali tal-Finanzi

(169)

Il-mistoqsijiet ta’ TNT dwar jekk Deutsche Post ħallsitx tariffa għad-dritt esklużiv sabiex tuża bolol tal-posta maħruġa mill-Ministeru Federali tal-Finanzi. Skont l-Artikolu 43 PostG 1997, l-awtorizzazzjoni li jinħarġu bolol bl-iskrizzjoni “Ġermanja” hija riservata għall-Ministeru Federali tal-Finanzi. Operatur postali li jressaq applikazzjoni sabiex juża dawk il-bolol huwa meħtieġ li jħallas tariffa sabiex ikopri l-ispejjeż inċidentali. Skont l-Artikolu 54 PostG, sal-31 ta’ Diċembru 2007 Deutsche Post kellha d-dritt esklużiv li tuża bolol tal-posta maħruġa mill-Ministeru Federali tal-Finanzi.

(170)

Jekk Deutsche Post effettivament użat il-bolol maħruġa mill-Ministeru Federali tal-Finanzi mingħajr ħlas, TNT ssostni li dan jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali.

(171)

Il-Kummissjoni tosserva li din il-miżura ma ġietx indirizzata fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999, id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007 jew id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011. Għalhekk taqa’ lil hinn mill-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni.

V.2.   Sussidju tal-pensjoni

(172)

Skont l-UPS, Deutsche Post ingħatat vantaġġ minħabba li nħelset parzjalment mill-obbligu tal-ħlas li kellha ġġarrab qabel l-1995. Billi l-operaturi normali jkollhom iġarrbu l-ispejjeż tal-pensjonijiet tagħhom, Deutsche Post tqiegħdet f’pożizzjoni aħjar mill-kompetituri tagħha. Barra minn hekk, il-UPS qabel mar-raġunament tal-Kummissjoni li l-għajnuna ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti, minħabba l-bidla fundamentali fil-pożizzjoni ta’ Deutsche Post u l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida sabiex titneħħa parti mill-obbligi ta’ Deutsche Post sabiex iġġarrab l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil tagħha. Skont l-UPS, tibdil ewlieni bħal dan f’sistema ma jikkwalifikax sempliċement bħala emendi ta’ natura purament formali jew amministrattiva.

(173)

L-UPS jappoġġja l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li s-sussidju tal-pensjoni ma jistax jitqies bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Meta jitqies il-livell tal-profitabbiltà sostnuta kif ukoll id-dritt esklużiv ta’ Deutsche Post, huwa ġustifikat li wieħed jiddubita dwar il-ħtieġa għal kwalunkwe għajnuna għal spejjeż storiċi kklejmjati. Barra minn hekk, is-sussidju mogħti mhuwiex proporzjonali mal-għan ta’ interess komuni kif ippreżentat mill-Ġermanja, b’mod speċjali billi l-ispejjeż storiċi huma kkumpensati kemm miż-żieda fil-prezzijiet tal-ittri kif ukoll mis-sussidju tal-pensjonijiet. L-UPS jirrimarka li l-piż tal-provi tal-proporzjonalità tal-miżura jaqa’ fuq il-Ġermanja. Madankollu, sa issal-Ġermanja ma pprovdietx indikazzjonijiet preċiżi tal-proporzjonalità tal-benfiċċji miksuba minn Deutsche Post mill-miżura.

(174)

Skont il-UPS, l-għajnuna riċevuta minn Deutsche Post ippermettiet li din tikseb pożizzjoni vantaġġjuża mhux biss fil-Ġermanja iżda wkoll fi swieq Ewropej oħra li fihom tikkompeti ma’ operaturi postali oħra bħal UPS. Billi s-sussidji tal-pensjonijiet ippermettu li Deutsche Post issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-settur kummerċjali bi żvantaġġ tal-operaturi l-oħra, il-kompetituri tagħha sofrew minn distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(175)

L-UPS jitlob lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta b’mod addizzjonali l-ħtieġa għal u l-proporzjonalità ta’ kwalunkwe sussidju kif stabbilit fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 għall-perjodu 2007-11 u li teżamina jekk Deutsche Post għadhiex tibbenefika minn għajnuna illegali tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(176)

Finalment, il-UPS jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi iżjed informazzjoni dwar kif waslet għall-konklużjoni li Deutsche Post ibbenefikat minn għajnuna mhux kompatibbli. B’mod partikolari, il-UPS jitlob kopja tal-istudju ta’ WIK sabiex jirċievi kjarifika dwar il-punt sa fejn is-sejbiet tal-istudju ta’ WIK intużaw għall-valutazzjoni tas-sussidju tal-pensjonijiet fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011.

V.3.   Kumpens għall-għoti ta’ servizzi universali

(177)

L-UPS jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjoni tal-Kummissjoni u jissottoskrivi bis-sħiħ il-kontenut tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007 dwar il-valutazzjoni tal-kumpens tas-servizzi universali. Barra minn hekk il-UPS ipprovda aġġornament (49) tal-istudju ta’ NERA ta’ Ottubru 2006 (50) li l-Kummissjoni semmiet fil-premessa 58 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007.

(178)

Waqt li l-istima tal-istudju ta’ NERA kienet li r-redditu medju użat fuq il-kapital bħala ogħla minn 20 % għad-diviżjoni tal-ittri ta’ DPWN għall-perjodu ta’ wara l-1999 (51), l-istudju aġġornat jenfasizza li r-redditu fuq il-kapital użat mis-sena 2000 sal-2005 kien jibqa’ anke ogħla minn 50 %. Mill-2003 sal-2005, ir-redditu fuq il-kapital impjegat kien stmat bħala iżjed minn 100 %. Il-UPS jikkonkludi li l-profitti tas-servizzi tal-ittri rregolati li jħallu profitt għoli ħafna kienu jkunu iżjed milli kien suffiċjenti sabiex jiġi kopert it-telf tas-servizz universali.

(179)

Barra minn hekk, il-UPS isostni li d-dejta tal-kontijiet ta’ Deutsche Post ma tipprovdix bażi tajba għal analiżi u fehim tal-profitabbiltà u l-piżijiet fis-settur riservat. Għalhekk, għandha ssir analiżi bir-reqqa tal-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn is-servizzi rregolati, universali u kummerċjali. Il-benefiċċji kollha rċevuti minn Deutsche Post sabiex tkopri l-piżijiet storiċi tagħha, bħal injezzjonijiet ta’ kapital mogħtija lil Deutsche Post mill-Ġermanja fl-1995 kif ukoll assi fil-forma ta’ proprjetà immobbli u infrastruttura, għandhom jiġu inklużi meta jkun qed jiġi determinat l-ammont ta’ għajnuna u ta’ kumpens żejjed.

(180)

Rigward l-arranġamenti tal-ipprezzar tat-trasferimenti interni, l-UPS isostni li l-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta għandu jiżamm b’konformità mas-sentenza Chronopost (52). Għalhekk il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-termini tal-kuntratt li jamministraw ir-relazzjoni bejn Deutsche Post u DPEED, b’mod partikolari l-arranġamenti tal-ipprezzar miftiehma bejn il-partijiet.

V.4.   Prezzijiet eċċessivi tal-ittri

(181)

L-FFPI tappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011. L-FFPI tiddikjara li t-tibdil leġiżlattiv u amministrattiv li jirriżulta fi spejjeż tal-pensjoni ogħla jikkostitwixxi risku ta’ negozju li jista’ jkollu impatt fuq il-profitabbiltà tan-negozju. Billi l-impriżi li joperaw taħt kundizzjonijiet normali tas-suq għandhom jerfgħu l-ispejjeż addizzjonali mir-riżorsi tagħhom stess, Deutsche Post mhux suppost irċeviet sussidji tal-pensjoni mingħand il-Ġermanja.

(182)

Barra minn hekk, l-FFPI tirrimarka li Deutsche Post enfasizzat l-importanza tar-riforma tal-pensjoni fir-Rapport Annwali tagħha tal-2000, billi rrimarkat li kontribuzzjonijiet iżjed baxxi għall-Fond tal-Pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil kienu jikkostitwixxu r-raġuni ewlenija għal żieda fl-EBITA ta’ 98,6 % fid-diviżjoni postali korporattiva. Konsegwentement, ir-riforma tal-pensjoni m’għandhiex titqies bħala waħda ta’ inqas importanza jew primarjament ta’ natura amministrattiva.

(183)

Skont studju mwettaq mill-FFPI mill-2001 sal-2008, il-prezzijiet tal-bolol fil-Ġermanja fl-2009 għall-ittri standard li jiżnu sa 20 g, li jinbgħatu permezz tal-posta ttimbrata tal-ewwel klassi, kienu fost l-ogħla. Għall-kuntrarju, il-prezz sabiex jintbagħat pakkett li jiżen sa 500 g bl-ewwel klassi kien relativament baxx, li jindika l-eżistenza ta’ għoti ta’ sussidji transversali.

(184)

L-FFPI hija konvinta li l-għajnuna lil Deutsche Post ma kellhiex l-għan li tistimula t-tkabbir tas-suq postali tal-Ġermanja jew ta’ ċertu servizzi postali. Waqt il-perjodu li qed issirlu investigazzjoni, Deutsche Post kienet kumpanija li tagħmel profitt li rnexxielha ssaħħaħ it-tmexxija tagħha fis-suq Ġermaniż, ittejjeb il-prestazzjoni tagħha u tespandi n-negozju tagħha. Għalhekk, is-sussidji tal-pensjonijiet m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

V.5.   Marġini ta’ profitt

(185)

BIEK hija tal-opinjoni li operaturi postali oħra sofrew mill-prattika ta’ Deutsche Post li tuża l-pożizzjoni dominanti tagħha f’ċerti swieq tal-ittri sabiex tagħmel finanzjament transversali tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ittri u l-pakketti pprovduti fuq iżjed swieq kompetittivi. B’mod partikolari, billi Deutsche Post tista’ żżid il-prezzijiet fuq is-swieq fejn qabel kellha dritt esklużiv u għad għandha sehem mis-suq ta’ iżjed minn 90 %, hija kapaċi tagħmel finanzjament transversali tal-ispiża ta’ servizzi fi swieq iżjed kompetittivi.

(186)

Barra minn hekk, BIEK issostni li, minkejja l-ispejjeż storiċi allegati, Deutsche Post tagħmel iżjed profitt b’mod konsiderevoli minn kumpaniji simili f’pajjiżi Ewropej oħra, kif muri mill-marġini ta’ ROS ta’ 10 % sa 20 % għad-diviżjoni postali domestika tagħha. Dak il-marġini ta’ profitt jista’ jitnaqqas minħabba li d-diviżjoni postali domestika tinkludi wkoll is-servizzi domestiċi tal-pakketti, li bħala medja għandhom marġnijiet iżjed baxxi mis-servizzi tal-ittri.

(187)

Rigward il-piż li Deutsche Post ssostni li kellha terfa’ biż-żieda fl-ispejjeż tal-pagi, BIEK tirrimarka li Deutsche Post użat pagi medji fis-settur tat-trasport bħala parametru referenzjarju sabiex tikkalkula d-differenzi fl-ispejjeż tal-pagi li Deutsche Post kellha ġġarrab meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. Waqt li l-Kummissjoni adottat dawk in-numri fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 bħala punti ta’ riferiment għall-kalkoli tagħha, BIEK issostni li l-pagi mħallsa mill-kompetituri ta’ Deutsche Post huma tal-inqas 15 % ogħla minn dawk il-pagi medji. Konsegwentement, il-pagi allegatament eċċessivi li Deutsche Post kellha tħallas huma ħafna iżjed baxxi milli qiegħda ssostni. Skont BIEK id-differenza li jifdal fl-ispejjeż tal-pagi ma tirriżultax minn spejjeż storiċi iżda mid-daqs ta’ Deutsche Post u l-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq.

(188)

Finalment, BIEK tqis li l-ispejjeż storiċi ta’ Deutsche Post, inklużi l-ispejjeż tal-pensjonijiet, ġew ikkumpensati tajjeb miż-żieda fil-prezzijiet tal-ittri rregolati. Il-miżura ta’ għajnuna, skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni wasslet għall-assenza ta’ kompetizzjoni għas-servizzi tal-ittri u kkompromettiet serjament il-kompetizzjoni għas-servizzi tal-pakketti.

VI.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

VI.1.   Kummenti dwar is-sussidju tal-pensjonijiet

VI.1.1.   L-ebda vantaġġ finanzjarju minn kumpens għall-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali

(189)

Waqt li tiddependi fuq is-sentenza Combus  (53), il-Ġermanja hija tal-opinjoni li, waqt il-privatizzazzjoni tal-fornituri tas-servizzi universali li qabel kienu proprjetà tal-Istat, il-kumpens pubbliku għall-ispejjeż tal-pensjonijiet - li jmur lil hinn mil-livell li normalment jiġi adottat mill-kompetituri privati - ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat.

(190)

Il-Ġermanja taqbel mal-Kummissjoni li għandu jsir paragun bejn l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali magħmula minn Deutsche Post u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali tal-kompetituri. Madankollu, dak il-paragun diġà għandu jsir taħt l-Artikolu 107(1) TFUE u mhux sussegwentement fl-istadju tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

VI.1.2.   L-ebda żvantaġġ finanzjarju meta mqabbel mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-1995

(191)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li s-sussidju tal-pensjoni ma ħelisx lil Deutsche Post mill-ispejjeż li normalment kien ikollha tagħmel mir-riżorsi tagħha stess. Għalhekk, Deutsche Post ma bbenefikatx minn vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. Skont il-Ġermanja, Deutsche Post ma kinitx legalment meħtieġa jew ekonomikament kapaċi li tħallas il-pensjonijiet lill-impjegati taċ-ċivil qabel u wara l-1995.

(192)

L-ewwel nett, il-Ġermanja ssostni li, skont l-Artikolu 46 PostVerfG 1989, l-impjegati taċ-ċivil li ġew ittrasferiti lejn Deutsche Post fl-1989 baqgħu fis-servizz tal-Gvern Federali. Wara t-tieni riforma postali fl-1995, skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG 1994 u l-Artikolu 143b tal-Kostituzzjoni li għadu kif ġie mdaħħal, l-impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post baqgħu ukoll fis-servizz tal-Gvern Federali.

(193)

Għalhekk, billi l-Gvern Federali dejjem kien l-uniku debitur għar-responsabbiltajiet tal-pensjonijiet tal-impjegati ċivili, Deutsche Post qatt ma kienet taħt obbligu legali sabiex tuża r-riżorsi tagħha.

(194)

Għalkemm Deutsche Post kienet obbligata, skont l-Artikolu 54(2) PostVerfG 1989, li tiffinanzja l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati ċivili, il-Ġermanja ssostni li din id-dispożizzjoni kienet arranġament intern sabiex tiġbor fondi għall-baġit pubbliku (bħall-obbligu li tagħmel ħlasijiet ta’ trasferiment skont l-Artikolu 63 PostVerfG 1989). Hija ma stabbiliet l-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ Deutsche Post lejn l-impjegati taċ-ċivil.

(195)

Wara t-tieni riforma postali fl-1995, skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG 1994 u l-Artikoli 14 u 16 PostPersRG 1994, il-Gvern Federali għal darb’oħra baqa’ l-uniku debitur lejn l-impjegati taċ-ċivil intitolati għal pensjoni. Għalhekk, l-istess bħall-obbligi skont l-Artikolu 54(2) PostVerfG 1989, l-obbligi skont l-Artikoli 16(1) PostPersRG għal Deutsche Post sabiex tikkontribwixxi għall-Fond tal-Pensjonijiet sempliċement inaqqsu l-piż fuq il-baġit pubbliku. Dawn ma jibdlux ir-responsabbiltà unika tal-Gvern Federali rigward il-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil.

(196)

Lanqas ma kien ikun possibbli taħt il-liġi privata li l-Gvern Federali jittrasferixxi r-responsabbiltà tiegħu għad-drittijiet tal-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil lil DPAG li kienet għadha kif twaqqfet fl-1995. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi privata, jekk ir-responsabbiltajiet eżistenti tal-pensjoni jiġu ttrasferiti lil sussidjarju legalment indipendenti, madankollu l-kumpanija possedenti tibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet finanzjarji tat-tielet parti.

(197)

It-tieni nett, il-Ġermanja ssostni li Deutsche Post qatt ma kellha riżorsi proprji biżżejjed sabiex tiffinanzja l-ispejjeż tal-pensjoni. Qabel l-1995, POSTDIENST dejjem għamlet telf li kellu jiġi ffinanzjat minn trasferimenti pubbliċi ta’ EUR 5,6 biljun. Meta POSTDIENST saret DPAG fl-1995, ir-responsabbiltajiet tal-pensjonijiet tal-impjegati ċivili li akkumulaw kienu jammontaw għal madwar EUR […] biljun. Ma kienx ikun possibbli li titwaqqaf DPAG bħala kumpanija ta’ liġi privata b’dawk ir-responsabbiltajiet fuq il-karta tal-bilanċ tagħha minħabba li l-Gvern Federali ma kienx ipprovda kapital biżżejjed sabiex DPAG issir ekonomikament vijabbli.

VI.1.3.   Sussidju tal-pensjoni bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 108(1) TFUE

(198)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li jekk is-sussidju tal-pensjoni jkollu jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, ikollu jitqies bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 minħabba li l-Istat kien l-uniku debitur u l-parti responsabbli sabiex tiffinanzja l-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni rilevanti fil-Liġi Bażika Ġermaniża fl-1953. Il-Ġermanja ssostni li la l-ewwel riforma postali fl-1989 u lanqas it-tieni riforma postali fl-1995 ma bidlu r-responsabbiltà tal-finanzjament tal-pensjoni tal-Istat. Il-Ġermanja ssostni li Deutsche Post la kienet responsabbli legalment u lanqas ekonomikament kapaċi li tħallas il-pensjonijiet tal-impjegati ċivili, qabel jew wara l-1995.

(199)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tirreferi għal dikjarazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-266/02. Skont il-Ġermanja, huwa ċar mill-paragrafu 54 tas-sentenza li l-Kummissjoni “assumiet l-opinjoni, għall-fini tad-deċiżjoni kkontestata, li l-ħlasijiet tat-trasferiment magħmula minn DB-Telekom biss kienu taw vantaġġ fuqha” (54).

(200)

Il-Ġermanja tikkonkludi minn dik id-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni diġà kienet iddikjarat li s-sussidju tal-pensjoni ma kien jipprovdi l-ebda vantaġġ finanzjarju lil Deutsche Post. Għalhekk kienet effettivament ħadet “deċiżjoni sabiex ma tqajjimx oġġezzjonijiet” skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, deċiżjoni pożittiva bħal din tista’ tfisser li s-sussidju tal-pensjoni ġie kklassifikat bħala għajnuna eżistenti.

VI.1.4.   Sussidju tal-pensjoni bħala kumpens kompatibbli għal spejjeż storiċi skont l-Artikolu 107(3) TFUE

(201)

Fid-dawl tar-raġunament tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni La Poste, il-Ġermanja hija tal-opinjoni li s-sussidju tal-pensjoni huwa għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-Ġermanja tindika li Deutsche Post ħallset b’mod konsistenti livell ogħla ta’ spejjeż tas-sigurtà soċjali mill-kontribuzzjoni tal-impjegatur għall-assigurazzjoni tal-pensjonijiet, is-saħħa u l-kura.

Il-Ġermanja toġġezzjona kontra l-kalkolu tal-Kummissjoni tal-vantaġġ komparattiv minħabba li huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li s-servizzi rregolati mill-prezzijiet ikopru l-piż ikklejmjat #2 (kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali). La Poste — bħal kwalunkwe operatur postali storiku ieħor — iffinanzjat mill-ġdid ukoll l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali permezz taż-żieda fil-prezzijiet tal-ittri rregolati, iżda l-Kummissjoni ma kkunsidratx dak fid-Deċiżjoni La Poste tagħha.

Minkejja li l-Ġermanja taqbel fil-prinċipju li d-dħul irregolat mill-prezzijiet għandu jkopri l-piżijiet ikklejmjati, il-Kummissjoni lanqas ma ppruvat li r-Regolatur Postali approva l-pretensjoni ta’ Deutsche Post li tiffinanzja l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali mid-dħul irregolat jew li d-dħul irregolat effettivament kien għoli biżżejjed sabiex jiffinanzja dawk l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali.

(202)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2007 dwar Royal Mail (55), enfasizzat l-importanza li jiġu vvalutati l-ispejjeż tal-pensjonijiet ta’ impriżi pubbliċi ta’ qabel bl-użu ta’ kriterji konsistenti, fl-interess tal-prattika ta’ teħid tad-deċiżjonijiet konsistenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra d-Deċiżjoni La Poste tagħha u l-valutazzjoni preliminari tagħha f’Royal Mail. F’dan l-aħħar każ, il-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għall-kumpens tad-defiċits tal-pensjoni, minkejja li r-Rapport Hooper tal-2008 juri li l-ispejjeż tal-pensjoni ta’ Royal Mail kienu ġew parzjalment koperti miż-żieda tal-prezzijiet tal-ittri rregolati.

VI.1.4.1.   Il-parametru referenzjarju li għandu jiġi bbażat fuq spejjeż kompetittivi tas-sigurtà soċjali

(203)

Fuq il-bażi tal-istudju minn esperti min-naħa tal-Professur Ehlermann tad-19 ta’ Lulju 2011 (56), il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni għamlet żewġ żbalji fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju għall-ispejjeż tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post.

(204)

Is-sehem tal-impjegat m’għandux jiġi inkluż fil-parametru referenzjarju minħabba li impjegat tas-settur privat ma jkunx legalment responsabbl li jħallas is-sehem tal-impjegat. Ikun għal raġunijiet amministrattivi biss li min iħaddem iwettaq il-ħlas tal-kontribuzzjoni totali tas-sigurtà soċjali, iżda dak ma jfissirx li min iħaddem isir legalment responsabbli sabiex jagħmel dan. Barra minn hekk, l-inklużjoni tas-sehem tal-impjegatur fil-parametru referenzjarju tista’ tikkontradixxi wkoll il-prattika preċedenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kawża C 265/02 (ara d-Deċiżjoni La Poste).

(205)

Il-kalkolu tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali tal-parametru referenzjarju għandu jiġi bbażat fuq il-parametru referenzjarju “kompetittiv” tal-pagi (57) minħabba li s-salarji tal-impjegati taċ-ċivil kienu konsiderevolment ogħla mill-medja tas-suq.

VI.1.4.2.   Dħul irregolat mill-prezzijiet insuffiċjenti sabiex ikopri l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali

(206)

L-ewwel, il-Ġermanja tenfasizza li s-suppożizzjoni ta’ kopertura totali tal-piż #2 mid-dħul irregolat mill-prezzijiet hija purament ipotetika minħabba li mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk il-prezzijiet irregolati effettivament ġewx miżjuda sabiex jibbilanċjaw l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali. Id-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet ma tiżvelax jekk u sa liema punt ir-Regolatur Postali kienx ikkunsidra l-piżijiet għall-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali. Sal-2002, il-prezzijiet inżammu fil-livell approvat tal-1997, u mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk dawk il-prezzijiet kinux jinkludu kumpens għall-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali tas-servizzi mhux irregolati.

(207)

Skont il-Ġermanja, ma jkunx biżżejjed li jintwera li s-servizzi mhux irregolati bbenefikaw minn kontribuzzjonijiet iżjed baxxi tas-sigurtà soċjali mill-kompetituri. Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk is-servizzi rregolati mill-prezzijiet kinux kapaċi, fil-fatt, li jiffinanzjaw il-piżijiet ikklejmjati tal-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali mid-dħul tagħhom.

(208)

Vantaġġ finanzjarju għal Deutsche Post mill-kumpens tal-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali tagħha jista’ jeżisti biss jekk il-kumpens mogħti jkun ogħla mill-ispejjeż żejda totali tas-sigurtà soċjali magħmula minn Deutsche Post għall-impjegati ċivili tagħha.

(209)

Konsegwentement, il-Ġermanja tiddeplora n-nuqqas ta’ kalkolu komprensiv sabiex jiġi stabbilit jekk Deutsche Post ingħatatx b’mod ġenerali kumpens għoli jew kumpens baxx għall-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali tal-impjegati taċ-ċivil. Hija tenfasizza l-ħtieġa għal kalkolu bħal dan sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(a)   Kumpens baxx wisq għall-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali ibbażat fuq studju minn esperti

(210)

Sabiex tirrimedja dak id-difett, il-Ġermanja ssottomettiet l-istudju espert mill-Professur Weber (58) sabiex tistabbilixxi l-iżvantaġġ finanzjarju ta’ Deutsche Post rigward l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali li jirriżultaw mill-impjieg ta’ impjegati taċ-ċivil. L-ewwel, l-istudju minn esperti jistabbilixxi b’kemm l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali magħmula minn Deutsche Post għall-impjegati taċ-ċivil jeċċedu dawk ta’ kompetitur privat għall-impjegati privati (imsejħa fl-istudju minn esperti bħala “l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali ta’ DPAG” jew “żvantaġġ strutturali”). It-tieni, l-istudju magħmul minn esperti jqabbel dawn l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali mal-kumpens għall-piż #2.

(211)

Kif muri fit-Tabella 5, l-istudju minn esperti jinkludi dan li ġej fl-ispejjeż tas-sigurtà soċjali magħmula minħabba l-impjieg ta’ impjegati ċivili. Il-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post lill-Fond tal-Pensjoni u spejjeż oħra tas-sigurtà soċjali, pereżempju l-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post għall-ispejjeż tas-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni għall-inċidenti u l-ħlasijiet mixxellanji tal-assigurazzjoni.

(212)

L-istudju minn esperti jiddefinixxi l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali mill-impjieg ta’ impjegati privati bħala: is-sehem tal-impjegatur tar-rata ta’ kontribuzzjoni għall-pensjoni statutorja, il-qgħad, l-iskemi tas-saħħa u l-kura, immultiplikat bil-pagi “kompetittivi” (pereżempju l-paga minima tal-2007 għall-parti l-kbira tal-impjegati ċivili).

(213)

L-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali huma l-eċċess tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali magħmula minn Deutsche Post għall-impjegati taċ-ċivil fuq il-parametru referenzjarju ddefinit tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali bbażati fuq is-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati privati.

Tabella 5

Kalkolu tar-riżultat nett skont l-istudju espert tal-Ġermanja

Kontribuzzjoni għall-Fond tal-Pensjonijiet

Spejjeż tas-sigurtà soċjali oħra

+

Il-parametru referenzjarju tal-ispejjeż “kompetittivi” tas-sigurtà soċjali (ibbażat fuq is-sehem tal-impjegatur fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali u l-pagi “kompetittivi” (pereżempju l-paga minima tal-2007)).

 

Spejjeż tas-sigurtà soċjali żejda

+

Kumpens mid-dħul irregolat (il-piż #2 — kontribuzzjonijiet żejda tas-sigurtà soċjali)

 

Riżultat nett (kumpens baxx jew kumpens għoli)

(214)

Għall-perjodu mill-1995 sal-2007, il-kalkoli juru li l-piż #2 ma kienx biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali. Fil-fatt, l-espert isostni li Deutsche Post ingħatat kumpens iżjed baxx bi EUR […] biljuni. L-espert jikkonkludi li, anke jekk id-dħul irregolat mill-prezzijiet kien jinkludi l-piż #2, Deutsche Post tkun tispiċċa b’kumpens baxx għall-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali.

(b)   Il-kontijiet regolatorji tal-2009 jikkonfermaw li d-dħul irregolat mill-prezzijiet ma kienx biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali

(215)

Il-Ġermanja ssostni li, sakemm is-servizzi rregolati mill-prezzijiet jibqgħu isiru b’telf li jkun ogħla mill-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali, ma jistax jiġi stabbilit li d-dħul irregolat effettivament ikkumpensal-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali. F’dak il-kuntest, il-Ġermanja ssottomettiet studju minn esperti bbażat fuq il-kontijiet regolatorji tal-2009 (59) sabiex turi li t-telf tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet kienu konsistentement ogħla mill-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali.

(216)

Il-kalkoli huma bbażati fuq il-kontijiet regolatorji tal-2009 u jassumu li s-servizzi rregolati mill-prezzijiet għandhom jiggwadanjaw profitt raġonevoli ta’ ROS ta’ 7 % (ibbażat fuq l-istudju ta’ Deloitte-II li huwa diskuss f’iktar dettall fit-taqsima VI.3.2). Wara t-tnaqqis tal-profitt raġonevoli, is-servizzi rregolati mill-prezzijiet juru telf ta’ EUR […] biljuni, li huwa ogħla mill-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali kklejmjati għall-perjodu mill-1995 sal-2007. Id-dħul iregolat mill-prezzijiet għalhekk ma kienx biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż żejda tas-sigurtà soċjali kklejmjati.

VI.2.   Kummenti fuq il-kumpens tas-servizzi universali

VI.2.1.   Ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat

(217)

Il-Ġermanja ssostni li l-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat ma jipprovdu l-ebda vantaġġ finanzjarju lil Deutsche Post minħabba li l-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat ta’ EUR 5 666 biljun ikkumpensaw biss il-ħlasijiet tat-trasferiment ta’ EUR 5 838 biljun li Deutsche Post kellha tħallas sal-1995.

(218)

Kif spjegat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007, il-ħlasijiet tat-trasferiment oriġinaw fl-amministrazzjoni postali ta’ qabel li kienet obbligata tittrasferixxi madwar 10 % tad-dħul operattiv tagħha lill-baġit pubbliku. Mill-1989 sal-1995, il-ħlasijiet tat-trasferiment ġew eliminati b’mod gradwali skont l-Artikolu 63(1) PostVerfG 1989. Sal-1993, Deutsche Post kellha tħallas 10 % mid-dħul operattiv tagħha. Sa mill-1993, il-ħlasijiet tat-trasferiment tnaqqsu b’mod gradwali, pereżempju għal 10 % tad-dħul operattiv nieqes EUR 153 miljun fl-1993. Għall-1994, il-ħlasijiet tat-trasferiment kienu jammontaw għal 70 % tal-ħlasijiet tat-trasferiment tal-1993. Fl-1995 Deutsche Post ħallset 50 % tal-ammont tal-1993. Bħala total, Deutsche Post ħallset EUR 5 838 biljun mill-1990 sal-1995.

(219)

L-Artikolu 63(4) PostVerfG 1989 ipprovda li kwalunkwe dividendi mħallsa kellhom jitnaqqsu mill-ħlasijiet tat-trasferiment. Abbażi ta’ dik id-dispożizzjoni u l-eżenzjoni minn kwalunkwe taxxi diretti jew indiretti, fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007 il-Kummissjoni sostniet li l-ħlasijiet tat-trasferiment kellhom jitqiesu bħala sostitut għall-eżenzjoni mit-taxxi indiretti u diretti, kif ukoll bħala remunerazzjoni għall-Istat għall-kapital ipprovdut minnu bħala azzjonista.

(220)

Bi tweġiba għal dan l-argument, il-Ġermanja ssottomettiet l-istudju ta’ KPMG li jikkonkludi li l-ħlasijiet tat-trasferiment ma setgħux jitqiesu bħala sostitut għat-taxxi jew id-dividendi, għal numru ta’ raġunijiet.

(221)

Skont l-istudju ta’ KPMG, il-ħlasijiet tat-trasferiment ma jistgħux jikkwalifikaw bħala taxxa korporattiva minħabba li kienu ġew ikkalkulati bħala perċentwal tad-dħul operattiv sa mill-1931. Bħala riżultat, kellhom jitħallsu anke fi snin fejn Deutsche Post għamlet telf. B’kuntrast ma’ dan, it-taxxa korporattiva hija bbażata fuq il-profitt annwali effettiv. Il-klassifikazzjoni tal-ħlasijiet tat-trasferiment bħala taxxa korporattiva tista’ tikkontradixxi wkoll ir-rekwiżit tal-liġi kostituzzjonali li taxxa korporattiva għandha tkun ibbażata fuq il-kapaċità tal-ħlas.

(222)

Barra minn hekk, l-istudju sab li l-ħlasijiet tat-trasferimenti ma jistgħux jitqabblu mat-taxxa fuq il-valur miżjud. Billi ma kien hemm l-ebda possibbiltà li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-inputs mill-ħlasijiet tat-trasferiment, il-kalkolu tal-ħlasijiet tat-trasferiment kien sostanzjalment differenti mill-obbligi tas-soltu tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ negozju.

(223)

It-tieni, il-Ġermanja ssostni li l-ħlasijiet tat-trasferiment ma setgħux jiġu kategorizzati bħala dividend. Id-distribuzzjoni ta’ dividendi tirrigwarda l-profitti fis-sena finanzjarja ta’ qabel jew is-snin ta’ qabel. Madankollu, bejn l-1990 u l-1995 Deutsche Post ma għamlet l-ebda profitt iżda madankollu għamlet il-ħlasijiet tat-trasferiment. Bħala riżultat, il-ħlasijiet tat-trasferiment ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala dividendi.

(224)

L-istudju ta’ KPMG jikkonkludi li l-ħlasijiet tat-trasferiment ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala taxxa jew dividendi iżda għandhom jitqiesu bħala dazju sui generis li Deutsche Bundespost u s-suċċessuri tagħha biss kienu obbligati jħallsu.

(225)

Billi tagħmel referenza għall-istudju ta’ KPMG, il-Ġermanja tiċħad is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-pagamenti tat-trasferiment għandhom jiġu kkunsidrati sostitut għat-taxxa u l-ħlasijiet tad-dividendi. Il-Ġermanja ssostni li l-ħlasijiet tat-trasferiment kienu jikkostitwixxu piż għal Deutsche Post li ma setgħux jiġu ġustifikati fuq termini oġġettivi jew ekonomiċi. Billi l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ħelsu lil Deutsche Post biss mill-ħlasijiet tat-trasferiment, ma pprovdew l-ebda vantaġġ ekonomiku u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna.

(226)

Alternattivament, il-Ġermanja qed tressaq żewġ ġustifikazzjonijiet oħra għalfejn il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ma jikkostitwixxux għajnuna. L-ewwel, dawn ikunu jilħqu l-prinċipju tas-suq-ekonomija-investitur fid-dawl tar-redditu sostanzjali fuq investiment fis-snin li ġejjin u l-qligħ għoli mit-tqegħid fuq is-suq tat-titoli ta’ Deutsche Post. Ukoll, ma jkunux jikkostitwixxu għajnuna minħabba li kemm il-kontijiet regolatorji tal-2009 kif ukoll l-istudju ta’ WIK juru li t-telf akkumulat tas-servizzi universali mill-1990 sal-1994 kienu ogħla mill-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat. Għalhekk Deutsche Post ingħatat kumpens baxx għall-obbligu tas-servizz universali.

VI.2.2.   Garanzija tal-Istat

(227)

Il-Ġermanja ssostni li l-garanzija kontinwa tal-Istat skont l-Artikolu 2(4) Post UmwG 1994 għall-istrumenti tad-dejn li nħarġu qabel l-1995 ma pprovdew l-ebda vantaġġ selettiv lil Deutsche Post wara l-1995, għal ħafna raġunijiet.

(228)

L-ewwel, kwalunkwe kumpanija privata li tuża sussidjarja tista’ tkompli tkun responsabbli għal obbligi li tkun daħlet għalihom dik is-sussidjarja. Kumpanija privata għandha tibqa’ responsabbli għad-dejn pendenti tagħha anke wara li tbigħ dak id-dejn lil parti terza. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-garanzija tal-bidu tal-Istat għall-istrumenti tad-dejn kienet meħtieġa biss minħabba li POSTDIENST ma kellhiex personalità legali separata. Għalhekk l-Artikolu 40 PostVerfG 1989, li pprovda li l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn Deutsche Bundespost kellhom l-istess valur legali daqs l-istrumenti tad-dejn maħruġa mill-Ġermanja, kellu effett dikjaratorju biss.

(229)

It-tieni, DPAG kieku ma kinitx tibbenefika mill-akkwiżizzjoni tal-istrumenti tad-dejn ta’ POSTDIENST minħabba li fl-1995 DPAG setgħet tiffinanzja ruħha mill-ġdid b’rati tal-interess iżjed baxxi. Fl-1 ta’ Jannar 1995 l-istrumenti tad-dejn ta’ POSTDIENST kienu jammontaw għal EUR 931 miljun b’rata medja ta’ interessi ta’ 7,17 %, bi 8,8 snin għall-maturità. Billi r-rata tal-interessi fuq perjodu ta’ żmien qasir fl-1 ta’ Jannar 1995 kienet ta’ 5 % sa 5,5 %, DPAG sofriet żvantaġġ fl-ispejjeż ta’ 1,7 % li kien jammonta għal spejjeż annwali ogħla tal-interessi ta’ madwar EUR 15,3 miljun.

(230)

It-tielet, billi tqabbel ir-rati medji tal-interessi tas-suq għall-istrumenti tad-dejn maħruġa minn kumpaniji privati mar-rati tal-interessi għall-istrumenti tad-dejn ta’ POSTDIENST b’referenza għad-data meta l-istrumenti kienu nħarġu għall-ewwel darba, il-Ġermanja tistima li POSTDIENST isselfet b’rati ta’ interessi ogħla mill-medja tas-suq. Il-Ġermanja ma wettqitx investigazzjoni komprensiva iżda qabblet biss ir-rati tal-interessi ta’ ċerti strumenti tad-dejn ta’ POSTDIENST ma’ medja tas-suq aggregata.

(231)

B’mod alternattiv, il-Ġermanja ssostni li l-garanziji tal-Istat jikkostitwixxu għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Billi Deutsche Bundespost kienet parti mill-amministrazzjoni pubblika sal-aħħar tal-1994, l-istrumenti tad-dejn kienu ekwivalenti għad-dejn tal-gvern minn meta Deutsche Post ġiet stabbilita fl-1950. Kieku l-garanzija tal-Istat kienet ipprovdiet kwalunkwe vantaġġ lil Deutsche Post f’termini ta’ rati tal-interessi, kien ikollha tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti. Il-Ġermanja tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ EDF (60), fejn garanzija simili ġiet ivvalutata bħala għajnuna eżistenti.

VI.2.3.   Dritt esklużiv

(232)

Il-Ġermanja ssostni li, fid-dawl tas-sentenza Preussen Elektra  (61), id-dħul irregolat mill-ittri mhuwiex riżorsi tal-Istat.

(233)

Konsegwentement, billi d-dħul irregolat mill-ittri ma jikkostitwix riżorsi tal-Istat, kwalunkwe allegazzjoni ta’ pprezzar eċċessiv tista’ tkun biss is-soġġett ta’ proċedimenti skont l-Artikolu 102 TFUE.

VI.3.   Il-kummenti tal-Ġermanja dwar l-istudju ta’ WIK

VI.3.1.   L-istudju ta’ WIK jikkonferma l-ħtieġa għal ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat bħala kumpens għall-ispejjeż netti tal-obbligi tas-servizzi universali sal-1995

(234)

Irrispettivament mill-oġġezzjonijiet metodoloġiċi kollha, il-Ġermanja jidhrilha li l-istudju ta’ WIK jikkonferma l-opinjoni tal-Ġermanja li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat kienu meħtieġa bħala kumpens għat-telf ta’ Deutsche Post fuq is-servizzi universali tagħha fil-perjodu mill-1990 sal-1995.

(235)

Kwalunkwe profitti żejda wara l-1995 m’għandhomx jiġu kkunsidrati minħabba li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ġew assorbiti mill-ispejjeż netti tal-obbligi tas-servizzi universali li Deutsche Post kienet għamlet sal-1995. L-annullament min-naħa tal-Qorti tad-deċiżjoni negattiva tal-2002 tikkonferma wkoll li dak li ġie assorbit darba ma setgħax jiġi assorbit għal darb’oħra. Billi l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ġew iġġustifikati mit-telf tas-servizzi universali sal-1995, ma kienx ikun possibbli li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat jiffinanzjaw il-profitt żejjed ta’ wara.

VI.3.2.   Parametru referenzjarju difettiv tal-profitti

(236)

Fuq bażi tal-istudji ta’ Deloitte, l-oġġezzjoni ewlenija tal-Ġermanja hija li l-parametru referenzjarju fl-istudju ta’ WIK tinkludi wisq kumpaniji żgħar. Il-grupp ta’ kumpaniji komparabbli għandu jiffoka ħafna iżjed fuq il-kumpaniji tal-pakketti l-kbar u l-loġistika li n-netwerks tagħhom huma komparabbli fid-daqs u l-kumplessità ma’ dawk ta’ Deutsche Post (62).

(237)

L-istudju Deloitte-II jagħmel is-suppożizzjoni li l-kumpaniji fis-settur tal-pakketti u dak postali li joperaw netwerk ta’ ġbir u kunsinna kumplessa u kbira huma komparaturi raġonevoli għal Deutsche Post. L-importanza tal-ekonomiji ta’ skala, ambitu u densità prevalenti fin-netwerks postali timplika li n-negozji l-kbar għandhom ikunu komparaturi iżjed rilevanti min-negozji ż-żgħar. Il-kumpaniji tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika huma wkoll — sa grad limitat — impriżi komparabbli adatti minħabba li jimpjegaw assi simili.

(238)

L-istudju Deloitte-II jammetti biss l-operaturi postali bi dħul annwali ogħla minn EUR 100 miljun. Dan jipproduċi grupp ta’ komparaturi b’sitt komparaturi, inklużi l-operaturi multinazzjonali kbar tal-pakketti espress (UPS, FedEx, u TNT Express) u operaturi postali oħra (il-parti l-kbira mill-Istati Uniti u r-Renju Unit).

(239)

Dan il-grupp komparatur għandu ROS medjan ta’ 7,4 % għall-perjodu mill-1998 sal-2007 u ROS tat-tielet wieħed minn erbgħa ta’ 12 % bħala profitt raġonevoli superjuri. Grupp komparatur akbar, li jinkludi 18-il kumpanija tal-loġistika u 19-il kumpanija tat-trasport tal-merkanzija, jirriżulta f’ROS medjan ta’ bejn 4,6 % u 5,7 %, minkejja li l-istudju Deloitte-II jesprimi tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħhom ma’ Deutsche Post.

(240)

Fuq il-bażi tad-dejta għaż-żewġ gruppi komparaturi, l-istudju Deloitte-II jirrakkomanda firxa ta’ ROS bejn 6,1 % sa 11,7 % bħala l-parametru referenzjarju għal profitt raġonevoli.

(241)

Rigward id-determinazzjoni tal-marġini xieraq ta’ profitt mill-grupp komparatur, l-istudju Deloitte-II jinnota li t-teħid ta’ ROS multiannwali sempliċi bħala l-parametru referenzjarju raġonevoli ta’ profitt jissottostima l-profitt raġonevoli minħabba li (i) jkun hemm dispersjoni sinifikanti u sistematika minn sena għall-oħra u (ii) jista’ jkun hemm ukoll differenza sinifikanti bejn il-profitabbiltà tal-kumpaniji fl-istess settur. L-użu ta’ parametru referenzjarju ta’ profitt raġonevoli li jkun baxx b’mod mhux xieraq jista’ joħloq ir-riskju li jfixkel l-investiment effiċjenti.

(242)

Barra minn hekk, kif enfasizzat mill-istudju Deloitte-I, l-użu tal-profitt medjan tal-impriżi komparabbli bħala parametru referenzjarju mill-istudju ta’ WIK jinjora kompletament il-gwadann fl-effiċjenza li laħqet Deutsche Post, l-aktar mill-1990 ’il quddiem. B’konformità mal-paragrafi 14 u 18 tal-Qafas 2005, il-profitt raġonevoli għandu, madankollu, jintroduċi “kriterji ta’ inċentiv relatati, fost ħwejjeġ oħra, mal-kwalità tas-servizz ipprovdut u mal-gwadann fl-effiċjenza produttiva”.

(243)

Fid-dawl ta’ dan, il-parametru referenzjarju xieraq għandu jkun ibbażat fuq firxa annwali. Il-profitti fil-parti ta’ fuq jew anke dawk ’il fuq mill-firxa tal-profitt raġonevoli jistgħu jirriflettu ħlas totali mill-kumpanija medja minħabba operazzjonijiet superjuri jew prestazzjoni kummerċjali. Profitti bħal dawn għandhom jiġu permessi mill-awtoritajiet regolatorji sabiex jiġu ppreservati l-inċentivi għall-effiċjenza.

(244)

Finalment, il-Ġermanja tisħaq li l-livell tal-profitt raġonevoli għandu jkun konformi mad-deċiżjonijiet ta’ qabel tal-Kummissjoni li approvaw ROS ta’ bejn 7 % u 8 % għall-kumpaniji ferrovjarji u tal-karozzi tal-linja (63).

VI.3.3.   Allokazzjoni tal-ispejjeż u kostijiet mhux xierqa

(245)

Il-Ġermanja ttenni li kwalunkwe riallokazzjoni ta’ piżijiet tas-servizzi universali lejn is-servizzi kummerċjali mhumiex sostenibbli. Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva Postali (64), kwalunkwe spejjeż netti addizzjonali mill-obbligu tas-servizzi universali għandhom jiġu ffinanzjati mid-dħul tal-monopolju tal-ittri u mhux mis-servizzi kummerċjali.

(246)

It-tieni nett, il-Ġermanja tqis li l-istudju ta’ WIK jissottostima ċerti spejjeż ta’ Deutsche Post:

Il-ħlasijiet tat-trasferiment li Deutsche Post kellha tagħmel sal-1995 kellhom jitnaqqsu bħala spejjeż u mhux jintużaw bħala prokura għall-ispejjeż kapitali jew profitt raġonevoli. Fuq bażi tal-istudju ta’ KPMG, il-Ġermanja tiċħad il-kontenzjoni tal-istudju ta’ WIK li l-ħlasijiet tat-trasferiment għandhom jiġu kkunsidrati bħala sostitut għat-taxxa u l-ħlasijiet tad-dividendi. Hija ssostni li l-ħlasijiet tat-trasferiment kienu jikkostitwixxu piż għal Deutsche Post li ma setgħax jiġi ġġustifikat fuq termini oġġettivi jew ekonomiċi. Għalhekk il-ħlasijiet tat-trasferimenti kellhom jitnaqqsu bħala spejjeż tas-servizz universali minbarra profitt raġonevoli bħala remunerazzjoni għall-kapital li intuża.

It-tariffi tad-deprezzament kellhom jiġu bbażati fuq il-valuri realistiċi tas-suq tal-assi fissi użati fil-kontijiet tat-taxxa u mhux fuq il-valuri iżjed baxxi tal-kotba fil-kontijiet annwali.

L-ispejjeż għall-impenji tal-pensjonijiet supplimentari ta’ impjegati privati kellhom jiġu kkunsidrati bis-sħiħ.

VI.4.   Kummenti dwar il-kummenti tal-partijiet interessati

VI.4.1.   Sussidju tal-pensjoni

(247)

Il-Ġermanja tfakkar li Deutsche Post ma kinitx legalment responsabbli jew ekonomikament kapaċi li tassumi l-obbligi tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil fl-1995. Konsegwentement, l-ispejjeż tal-pensjonijiet jikkostitwixxu dejn tal-gvern b’konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Poste Italiane (65). Is-sussidji tal-pensjonijiet ma tawx vantaġġ finanzjarju lil Deutsche Post.

(248)

Waqt li UPS jenfasizza li operatur normali għandu jġarrab l-ispejjeż tal-pensjonijiet tiegħu, il-Ġermanja ssostni li l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil huma spejjeż anormali li ma jistgħux jitqabblu mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-kompetituri ta’ Deutsche Post għall-impjegati privati. Dawn tal-aħħar iħallsu biss is-sehem tal-impjegatur lill-iskema tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mingħajr ma jiffaċċjaw spejjeż storiċi relatati mal-pretensjonijiet ta’ pensjoni.

(249)

Il-Ġermanja tenfasizza l-ħtieġa għal kalkolu ta’ kumpens għoli, billi l-kummenti sottomessi mill-UPS u l-FFIP huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-Kummissjoni wettqet kalkolu bħal dan sabiex tagħti prova li Deutsche Post kienet ingħatat kumpens għoli.

VI.4.2.   Kumpens tas-servizzi universali

(250)

Waqt li tagħmel referenza għall-istudju ta’ NERA tal-2006, il-Ġermanja tisħaq li l-Kummissjoni nfisha kienet tal-opinjoni, fil-Kawża COMP/37.821, li r-redditi fuq il-kapital użat stmat fl-istudju ta’ NERA tal-2006 għad-diviżjoni postali ta’ DPWN ma kinux biżżejjed sabiex tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ ipprezzar eċċessiv għall-finijiet tal-Artikolu 102 TFUE.

(251)

Fuq livell iżjed ġenerali, il-Ġermanja tqis li r-redditu fuq il-kapital użat mhuwiex il-miżura xierqa għad-determinazzjoni tal-profitti żejda. Hija tispjega li b’intensità ta’ kapital iżjed baxxa, redditu għoli fuq il-kapital impjegat jista’ jiġi konness ma’ redditu baxx fuq il-bejgħ. Billi iżjed riskji huma relatati mad-dħul u l-ispejjeż, ir-redditu fuq il-bejgħ huwa l-miżura xierqa għad-determinazzjoni tal-profitti eċċessivi, b’mod speċjali għall-kumpaniji b’intensità tal-kapital baxxa. Sal-punt li l-istudji ta’ NERA jużaw, bħala alternattiva, ir-redditu fuq il-bejgħ bħala parametru referenzjarju tal-profitti, juri li Deutsche Post kellha redditu ogħla fuq il-bejgħ minn Royal Mail iżda redditu konsiderevolment iżjed baxx fuq il-bejgħ minn TNT. Għalhekk ir-redditi fuq il-bejgħ għad-diviżjoni postali ta’ DPWN stmati mill-istudji ta’ NERA jibqgħu konsiderevolment iżjed baxxi mill-parametru referenzjarju għall-profitti eċċessivi.

(252)

Għalhekk il-Ġermanja ssostni li la l-Istudju ta’ NERA tal-2006 u lanqas il-verżjoni aġġornata tiegħu ma huma ta’ rilevanza għall-investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, u ma jipprovdux evidenza biżżejjed għal profitti eċċessivi.

(253)

Rigward l-allegazzjoni tal-UPS li d-dejta tal-kontijiet tal-ispejjeż ta’ Deutsche Post infisha mhumiex bażi tajba sabiex jiġu analizzati d-dħul u l-piżijiet tas-servizz universali, il-Ġermanja tirribatti li l-kontijiet tal-ispejjeż ġew verifikati u approvati minn awdituri kif ukoll mir-Regolatur Postali. Hija żżid li huma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/67/KE.

(254)

Rigward l-arranġamenti tal-ipprezzar tat-trasferiment bejn Deutsche Post u DPEED, il-Ġermanja tenfasizza li dawk l-arranġamenti jilħqu r-rekwiżiti tad-deċiżjoni tal-antitrust tal-2001. Deutsche Post irrappurtat b’mod regolari dwar l-ilħuq tagħhom lill-Kummissjoni. Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Kummissjoni sa issa.

(255)

Finalment, il-Ġermanja toġġezzjona kontra l-inklużjoni tal-injezzjonijiet ta’ kapital mogħtija lil Deutsche Post mill-Ġermanja fl-1995 (pereżempju assi fil-forma ta’ proprjetà immobbli u infrastruttura) fil-kalkolu ta’ kumpens għoli. Il-Ġermanja ssostni li diġà ssottomettiet informazzjoni rilevanti bil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999. Billi l-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għal dawk il-miżuri la fid-deċiżjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-2002 u lanqas ma rreferiet għalihom fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2007, l-injezzjonijiet tal-kapital ma setgħux ikunu s-soġġett tal-investigazzjoni attwali.

VI.4.3.   Il-livell tal-pagi

(256)

Il-Ġermanja taqbel li l-pagi medji tas-suq għandhom jintużaw bħala parametru referenzjarju sabiex jiġu kkalkulati r-rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-kompetituri ta’ Deutsche Post. Madankollu, skont il-Ġermanja, parametru referenzjarju bħal dan jikkontradixxi d-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011, billi l-Kummissjoni tuża l-pagi grossi aġġustati tal-impjegati taċ-ċivil minflok il-pagi medji tas-suq sabiex tikkalkula l-ammont tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn kompetituri ta’ Deutsche Post. Skont l-istudju espert mill-Prof. Weber, il-pagi medji tas-suq jammontaw biss għal madwar […] % tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil. Għalhekk, mhuwiex raġonevoli li tintuża l-paga grossa aġġustata tal-impjegati taċ-ċivil bħala parametru referenzjarju sabiex jiġu kkalkulati r-rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.

(257)

Skont il-Ġermanja, is-suppożizzjoni ta’ BIEK li Deutsche Post tuża pagi miftiehma fis-settur tat-trasport bħala parametru referenzjarju sabiex tikkalkula d-differenzi fl-ispejjeż tal-pagi li jaqgħu fuq Deutsche Post meta mqabbla mal-kompetituri hija bla bażi. L-istudju espert minn Prof. Weber juri li Deutsche Post tikkalkula l-pagi medji tas-suq fuq il-bażi tal-pagi effettivi mħallsa mill-kompetituri tagħha.

VII.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA TAS-SUSSIDJU TAL-PENSJONIJIET

VII.1.   Eżistenza ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1)TFUE

(258)

L-Artikolu 107(1) TFUE jipprovdi li “kull għajnuna ta’ kwalunkwe forma mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall–kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Fid-determinazzjoni ta’ jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji li ġejjin: il-miżura għandha tkun imputata lill-Istat u tuża riżorsi tal-Istat, għandha tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi jew ċerti setturi li jgħawweġ il-kompetizzjoni, u għandha taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(259)

Billi s-sussidju tal-pensjoni huwa bbażat fuq l-Artikolu 16 PostPersG 1994 u huwa ffinanzjat mill-baġit pubbliku, huwa imputabbli lill-Istat u jingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. Barra minn hekk, billi s-sussidju tal-pensjoni ngħata biss lill-Fond tal-Pensjoni sabiex jeħles lil Deutsche Post mill-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil u għalhekk fl-aħħar nett huwa ta’ benefiċċju għal Deutsche Post, huwa selettiv.

VII.1.1.   Il-vantaġġ finanzjarju mir-riforma tal-pensjoni tal-1995

(260)

Fuq il-bażi tas-sentenza Combus, il-Ġermanja ssostni li s-sussidju tal-pensjoni ma jipprovdi l-ebda vantaġġ finanzjarju billi ħeles lil Deutsche Post mill-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali.

(261)

Sabiex jiġi aċċertat jekk is-sussidju tal-pensjoni pprovdiex vantaġġ finanzjarju selettiv, għandu jiġi eżaminat jekk ippermettiex li Deutsche Post tevita l-ispejjeż li normalment kienu jaqgħu fuq kumpanija, u b’hekk jiġi evitat li l-forzi tas-suq jipproduċu l-effett normali tagħhom (66).

(262)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-klejm tal-Ġermanja bbażata fuq il-ġurisprudenza ta’ Combus. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li d-deċiżjoni dwar Combus ma ġietx ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ħafna mis-sentenzi tal-Qorti jikkontradixxu t-teorija li l-miżuri ta’ kumpens għal żvantaġġ strutturali m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuna. F’dak ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet b’mod konsistenti li l-eżistenza ta’ għajnuna għandha tiġi vvalutata b’relazzjoni mal-effetti pjuttost milli l-kawżi jew l-għanijiet tal-intervent tal-Istat (67). Il-Qorti sostniet ukoll li l-kunċett tal-għajnuna jinkludi vantaġġi mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li, f’forom differenti, inaqqsu l-imposti li normalment jiġu inklużi fil-baġit ta’ impriża (68). Il-Qorti tal-Ġustizzja iddikjarat biċ-ċar ukoll li l-ispejjeż konnessi mar-remunerazzjoni tal-impjegati naturalment jitfgħu piż fuq il-baġits tal-impriżi, irrispettivament mill-fatt jekk dawk l-ispejjeż joriġinawx minn obbligi legali jew minn ftehimiet kollettivi jew le (69). F’dak il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-fatt li l-miżuri tal-Istat għandhom l-għan li jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali ma jistax jikkostitwixxi raġuni sabiex ma jiġux kategorizzati bħala għajnuna (70).

(263)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-ispejjeż li kumpanija jkollha tagħmel minħabba l-obbligi finanzjarji taħt il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi jew il-ftehimiet kollettivi mat-trejdjunjins, bħall-ispejjeż tal-pensjonijiet, huma parti mill-ispejjeż normali ta’ negozju li ditta kummerċjali jkollha tagħmel mir-riżorsi tagħha stess (71). Dawk l-ispejjeż huma inerenti fl-attività ekonomika tal-impriża (72). Mhuwiex importanti f’dak ir-rigward jekk l-impriża ġġarrabx jew le l-ispejjeż tal-pensjonijiet billi tiffinanzja direttament il-pensjonijiet tal-persunal tagħha ta’ qabel (kif huwa l-każ għall-impjegati taċ-ċivil impjegati minn Deutsche Post) jew billi tħallas kontribuzzjoni lill-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-impjegati privati, li min-naħa tagħha tuża l-kontribuzzjonijiet miġbura sabiex tiffinanzja l-pensjonijiet tal-impjegati privati kollha. L-element deċiżiv huwa li, b’mod jew ieħor, l-impriżi jġarrbu l-ispejjeż kollha tal-pensjonijiet.

(264)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li billi Deutsche Bundespost ġiet stabbilita fl-1950, kellha l-forma legali ta’ Sondervermögen. Sondervermögen, waqt li m’għandhiex personalità legali indipendenti, għandha tistabbilixxi l-baġit tagħha stess u s-sistema tagħha stess ta’ kontabilità (l-Artikolu 3 PostVwG 1953 u l-Artikolu 48 HGrG (73). Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-entitajiet pubbliċi, il-baġit għandu jkopri l-ispejjeż tal-persunal, li jinkludu l-ispejjeż għall-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil irtirati li qabel kienu impjegati mal-entità pubblika (l-Artikolu 10 HGrG). Fid-dawl ta’ dan, sa mill-1950 Deutsche Post iffinanzjat dawk l-ispejjeż mid-dħul tagħha. L-Artikolu 15 PostVwG 1953 jipprojbixxi b’mod espliċitu kwalunkwe sussidju mill-baġit federali lil Deutsche Bundespost. Dik ir-regola ġiet inkorporata fl-Artikolu 37(1) PostVerfG 1989.

(265)

Il-PostVerfG 1989 jiddikjara mill-ġdid dak l-obbligu fil-kapitolu tiegħu dwar il-persunal u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali. Skont l-Artikolu 54(2) PostVerfG 1989, kien meħtieġ li Deutsche Post tiffinanzja l-ispejjeż kollha, inkluż il-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil tagħha, mir-riżorsi tagħha stess.

(266)

Wara t-tieni riforma postali fl-1995, Deutsche Post kompliet terfa’ r-responsabbiltà li tiffinanzja l-pretensjonijiet finanzjarji kollha tal-impjegati taċ-ċivil skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG 1994, iżda parzjalment inħelset mill-ħlas tal-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil. Skont l-Artikolu 16(1) PostPersRG 1994, Deutsche Post ħallset somma f’daqqa annwali ta’ EUR 2 045 biljun lill-Fond tal-Pensjoni għas-snin 1995 sal-1999. Skont l-Artikolu 16(2) PostPersRG 1994, il-ħlasijiet annwali ta’ somom f’daqqa ġew sostitwiti mis-sena 2000 b’kontribuzzjoni li tiġi kkalkulata bħala 33 % tas-salarji totali tal-impjegati taċ-ċivil. Barra minn hekk, l-Artikolu 16(2) PostPersRG 1994 jistabbilixxi li l-ispejjeż li jifdal tal-pensjonijiet kellhom isiru mill-baġit federali mill-1995 ’il quddiem. Il-Figura 1 turi l-ħlasijiet annwali mill-baġit federali għal kull sena mill-1995, fejn l-ewwel ħlas huwa ta’ EUR 151 miljun f’dik is-sena.

(267)

Isegwi li l-argumenti ppreżentati mill-Ġermanja, li huma maħsuba li juru li DPAG kellha ġġarrab l-ispejjeż tal-pensjonijiet ogħla minn dawk tal-kompetituri privati tagħha, huma rrilevanti għall-fini li jiġi stabbilit jekk is-sussidju tal-pensjonijiet jikkostitwix għajnuna mill-Istat, iżda għandhom jiġu vvalutati fil-kuntest tal-analiżi tal-kompatibbiltà ta’ dik il-miżura.

(268)

Il-Ġermanja sostniet li, sabiex tivvaluta jekk Deutsche Post kisbitx vantaġġ mis-sussidju tal-pensjonijiet, il-kontribuzzjoni magħmula minn Deutsche Post lill-Fond tal-Pensjoni għandu jitqabbel mas-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-impjegaturi privati, bl-esklużjoni tas-sehem tal-impjegati. Dak l-argument huwa relatat mal-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern, iżda għall-finijiet ta’ kompletezza għandu jiġi nnotat, min-naħa waħda, li min iħaddem għandu l-obbligu li jħallas ir-rata totali tal-kontribuzzjoni lill-iskemi tas-assigurazzjoni soċjali f’isem l-impjegat u mis-salarju gross tal-impjegat. Min-naħa l-oħra, u b’mod iżjed fundamentali, meta Stat Membru jeħles lill-impjegati ta’ ċertu impriża minn piż li b’mod ieħor ikun dovut, dan jiġi tradott f’vantaġġ għal min iħaddem minħabba li miżura bħal din tnaqqas id-differenza bejn is-salarju gross u s-salarju nett. Dan jagħmilha possibbli għal min iħaddem biex jimpjega jew iżomm impjegati billi jħallas salarju gross iżjed baxx. Għalhekk, il-vantaġġi li jikkonċernaw is-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jikkostitwixxu wkoll vantaġġ għal min iħaddem.

(269)

Il-Ġermanja sostniet ukoll li vantaġġ finali għal Deutsche Post mill-kumpens tagħha tal-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali jista’ jeżisti biss jekk il-kumpens mogħti jkun ogħla mill-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali li Deutsche Post kellha terfa’ għall-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu fis-settur irregolat mill-prezzijiet u dak mhux irregolat mill-prezzijiet. Il-Kummissjoni tinnota li n-natura kumpensatorja ta’ miżura ma teskludix il-kategorizzazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat, u tagħmel referenza għall-premessa 260.

(270)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li, fil-fatt, id-drittijiet tal-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil dejjem kienu responsabbiltà finanzjarja tal-Gvern Federali. Konsegwentement, minħabba li r-riforma tal-pensjoni tal-1995 ma bidlitx ir-responsabbiltà tal-Gvern Federali lejn l-impjegati taċ-ċivil, is-sussidju tal-pensjoni ma jipprovdi l-ebda vantaġġ finanzjarju lil Deutsche Post.

(271)

Mhux qed jiġi kkontestat li l-Gvern Federali kien il-garanti aħħari tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil qabel u wara l-1995, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 3 PostVwG 1953 u l-Artikolu 2 PostVerfG 1989 jiddikjaraw biċ-ċar li Sondervermögen biss, u mhux l-Istat Federali, huma responsabbli għad-dejn ta’ Sondervermögen. Madankollu, sal-1995, skont il-leġiżlazzjoni postali u ġenerali applikabbli, il-ħlasijiet tal-pensjonijiet ġew inklużi fil-baġit ta’ Sondervermögen Deutsche Bundespost. Dawk il-ħlasijiet kellhom jiġu koperti fl-intier tagħhom mid-dħul iġġenerat minn Sondervermögen. Għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, il-fattur deċiżiv mhuwiex min huwa l-garanti aħħari tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil. Il-mistoqsija ewlenija hija min, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, kellu l-obbligu li jiffinanzja l-pensjonijiet fil-kors ordinarju tal-avvenimenti. Il-PostVwG 1953, HGrG u l-PostVerfG 1989 jistabbilixxu biċ-ċar li l-obbligu fl-intier tiegħu jaqa’ fuq Deutsche Post.

(272)

Barra minn hekk, il-finanzjament tal-ispejjeż tal-pensjonijiet huwa spiża operattiva normali għal kwalunkwe impriża, pubblika jew privata, kemm jekk b’personalità legali separata kif ukoll mingħajrha. Ġiet żviluppata varjetà wiesgħa ta’ mekkaniżmi finanzjarji għall-pensjonijiet, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fl-Istati Membri. Ħafna drabi japplikaw sistemi differenti, skont meta xi ħadd ikun ġie impjegat. Għalhekk Deutsche Post għandha terfa’ l-piż tal-ispejjeż tal-pensjonijiet għall-persunal li timpjega, inklużi l-impjegati taċ-ċivil tagħha, bl-istess mod bħal kwalunkwe impriża oħra. Il-fatt li l-metodu tal-finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil huwa differenti mill-metodu tal-finanzjament tal-impjegati privati ma għandu l-ebda impatt fuq l-obbligu ta’ Deutsche Post li tinkludi l-finanzjament tal-ispejjeż tal-pensjonijiet tagħhom fl-ispiża operattiva normali tagħha. Jekk jiġi aċċettat l-argument tal-Ġermanja, wieħed ikun qed jgħid li l-Istat jista’ jeħles lill-impriżi pubbliċi minn oġġett ta’ spiża ewlieni konness mal-operazzjonijiet ordinarji tagħhom.

(273)

Finalment, meta l-Ġermanja ssostni li Deutsche Post qatt ma kellha riżorsi proprji biżżejjed sabiex tiffinanzja l-obbligi tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil, dak l-argument jinjora l-fatt li l-valutazzjoni ta’ vantaġġ finanzjarju hija indipendenti mill-kapaċità ekonomika ta’ impriża.

(274)

Sa minn meta r-riforma tal-pensjonijiet tal-1995 ħelset parzjalment lil Deutsche Post mill-obbligu li tiffinanzja l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil tagħha, is-sussidju tal-pensjoni pprovda vantaġġ finanzjarju lil Deutsche Post.

VII.1.2.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(275)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu fil-kummerċ intra-Unjoni, dan tal-aħħar jiġi affettwat minn dik l-għajnuna. Skont il-ġurisprudenza stabbilita (74), sabiex miżura tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, huwa biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħra fuq swieq miftuħa għal kompetizzjoni.

(276)

Fil-Ġermanja, is-swieq għall-pakketti, il-gazzetti u l-perjodiċi dejjem kienu miftuħa għall-kompetizzjoni. F’dawk is-swieq, POSTDIENST dejjem kienet f’kompetizzjoni ma’ kumpaniji oħra, inkluż impriżi minn Stati Membri oħra (bħal UPS, FedEx, TNT Express, GLS, jew DPD). Mill-1998 sal-2007, DPAG gradwalment tilfet id-dritt esklużiv tagħha għall-ittri. Kif is-suq beda jinfetaħ għall-kompetizzjoni, impriżi ġodda daħlu f’dak is-suq. Għalhekk, l-għajnuna taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u probabbilment se tgħawweġ il-kompetizzjoni.

(277)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva f’dak ir-rigward li fl-1997 Deutsche Post u l-kumpanija possedenti tagħha DPWN bdew jiksbu operaturi tal-pakketti fis-swieq Ewropej u internazzjonali. Fl-1999 DPWN diġà kienet leader tas-suq fis-swieq Ewropej tal-ispedizzjoni espress u tal-pakketti bi dħul annwali ta’ madwar EUR 4,6 biljun. Bl-akkwiżizzjoni tad-DHL fl-1998, DPWN daħlet fis-swieq Asjatiċi u tal-Amerika ta’ Fuq. Iżjed akkwiżizzjonijiet ta’ kumpaniji loġistiċi (pereżempju Danzas, Nedlloyd, ASG, Air Express International) bidlu lil DPWN f’waħda mill-fornituri dinjija ewlenin tat-trasport bl-ajru, tat-trasport marittimu, u tas-servizzi loġistiċi globali. DPWN saret attiva fis-swieq tal-posta barra l-Ġermanja (pereżempju l-akkwiżizzjoni ta’ Unipost fi Spanja u Williams Lee fir-Renju Unit). Bejn l-1998 u l-2007, DPWN akkwistat kumpaniji li jiswew total ta’ madwar EUR 21 biljun (75).

(278)

Il-Kummissjoni għalhekk sabet li s-sussidju tal-pensjonijiet jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1)TFUE.

VII.2.   Valutazzjoni tal-għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 108(1)TFUE

(279)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li, jekk is-sussidju tal-pensjonijiet ikollu jitqies bħala għajnuna mill-Istat, għandu jiġi kkategorizzat bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Hija ssostni li l-Istat kien id-debitur aħħari u l-parti responsabbli li tiffinanzja l-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil sa mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Bażika Ġermaniża fl-1953. Hija ssostni li l-ħolqien tal-Fond tal-Pensjonijiet ma bidilx dak l-obbligu.

(280)

Skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-kunċett ta’ għajnuna eżistenti jkopri l-għajnuna kollha li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat fl-Istati Membri rispettivi, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li daħlu fis-seħħ qabel, u għadhom applikabbli wara, id-dħul fis-seħħ tat-Trattat.

(281)

Skont il-leġiżlazzjoni postali u ġenerali applikabbli, sal-1995 il-ħlasijiet tal-pensjonijiet kienu inklużi fil-baġit ta’ Sondervermögen Deutsche Bundespost u kellhom jiġu koperti fl-intier tagħhom mid-dħul iġġenerat minn Sondervermögen (ara l-valutazzjoni dettaljata ta’ dik il-leġiżlazzjoni hawn fuq fil-premessi 262 u 263). Qabel it-tieni riforma postali fl-1995, Deutsche Post għalhekk kienet meħtieġa li tiffinanzja l-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil tagħha mir-riżorsi tagħha stess u ma rċeviet l-ebda għajnuna maħsuba li teħlisha mill-ispejjeż tal-pensjonijiet.

(282)

Il-ħolqien ta’ DPAG u l-Fond tal-Pensjoni postali fl-1995 wasslu għal kambjament totali tal-finanzjament tal-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil. Wara t-tieni riforma postali fl-1995, Deutsche Post kompliet terfa’ r-responsabbiltà ewlenija li tħallas u tiffinanzja l-pretensjonijiet finanzjarji kollha tal-impjegati taċ-ċivil skont it-termini tal-Artikolu 2(3) PostPersRG 1994, iżda parzjalment inħelset mill-ħlas tal-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil. Skont l-Artikolu 16(1) u (2) PostPersRG 1994, Deutsche Post ma kinitx għadha responsabbli li tiffinanzja l-ispejjeż tal-pensjonijiet lil hinn mill-ħlasijiet b’somma f’daqqa (fil-perjodu mill-1995 sal-1999) jew il-kontribuzzjonijiet definiti (mis-sena 2000). Il-bqija tad-defiċit sussegwentement ġie kopert mis-sussidju tal-pensjonijiet.

(283)

Għalhekk, is-sussidju tal-pensjonijiet jikkostitwixxi għajnuna ġdida minħabba li ġie introdott fl-1995.

(284)

Rigward ir-referenza magħmula mill-Ġermanja għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża T-266/02, il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li fil-paragrafu 54 tas-sentenza l-Qorti Ġenerali tirrapporta l-pożizzjoni tal-Ġermanja (u mhux tal-Kummissjoni kif ġie allegat mill-Ġermanja). Il-paragrafu 54 tas-sentenza juri li, anke fl-opinjoni tal-Ġermanja, id-deċiżjoni negattiva tal-2002 ma vvalutatx is-sussidji tal-pensjonijiet. Il-paragrafu 61 tas-sentenza jirrapporta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni:

“Il-Kummissjoni ssostni, bħala l-ewwel argument, li, billi sabet li, għall-finijiet tad-deċiżjoni kkontestata, l-ħlasijiet tat-trasferiment biss magħmula minn DB-Telekom kienu rilevanti …”.

(285)

Għalhekk is-sentenza ma tappoġġjax l-opinjoni tal-Ġermanja li d-dikjarazzjoni min-naħa tal-aġent tal-Kummissjoni awtorizzat b’mod impliċitu s-sussidju tal-pensjoni. Fi kwalunkwe eventwalità, huwa ovvju li dikjarazzjoni bħal din ma setgħetx ikollha dak l-effett.

(286)

Barra minn hekk, fil-Kawża T-421/07 (76) il-Qorti Ġenerali sabet li d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-1999 kienet tikkonċerna wkoll is-sussidju tal-pensjonijiet u li l-proċedura li tikkonċerna dik il-miżura ma ġietx magħluqa bid-deċiżjoni negattiva tal-2002.

(287)

Bħala konklużjoni, billi l-Kummissjoni qatt ma ħadet deċiżjoni li tiddikjara li s-sussidju tal-pensjonijiet ma kienx għajnuna jew li kien għajnuna kompatibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidju tal-pensjonijiet jikkostitwixxi miżura ġdida ta’ għajnuna.

VII.3.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE

(288)

Huwa ċar li d-derogi pprovduti fl-Artikoli 107(2) TFUE u 107(3)(a) u (b) TFUE ma japplikawx.

(289)

Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007, il-Kummissjoni ħasbet dwar il-possibbiltà li s-sussidju tal-pensjoni tista’ tkun tal-inqas parzjalment kompatibbli mas-suq intern bħala kumpens tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 106(2) TFUE. Il-Ġermanja, fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2007, insistiet li s-sussidju tal-pensjoni, li kieku kien għajnuna, kellu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) TFUE. Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011, il-Kummissjoni kompliet tiddeskrivi metodu għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tas-sussidju tal-pensjoni abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, u l-Ġermanja pprovdiet kummenti dwar dan.

(290)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (77), huwa kompitu tal-Istat Membri li jinvokaw raġunijiet possibbli ta’ kompatibbiltà u li juru li l-kundizzjonijiet għal kompatibbiltà bħal din jintlaħqu. Isegwi a fortiori minn dik il-ġurisprudenza li l-Kummissjoni ma hija taħt l-ebda obbligu li tivvaluta l-kompatibbiltà tas-sussidju tal-pensjoni skont l-Artikolu 106(2) TFUE f’dan il-każ, fejn l-Istat Membru u l-benefiċjarju jiċħdu b’mod espliċitu valutazzjoni possibbli ta’ kompatibbiltà fuq dik ul-bażi.

(291)

Għalhekk il-Kummissjoni se tivvaluta jekk is-sussidju tal-pensjoni huwiex għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, l-għajnuna sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern fejn għajnuna bħal din ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa ċertu punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

(292)

Skont il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tista’ tiddikjara l-għajnuna mill-Istat bħala kompatibbli mas-suq intern jekk l-għajnuna tikkontribwixxi għall-ksib ta’ għan ta’ interess komuni (78), tkun meħtieġa għall-ksib ta’ dak il-għan (79), u ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa tali punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni (proporzjonalità).

VII.3.1.   Ftuħ tas-suq fis-settur postali bħala għan ta’ interess komuni

(293)

Is-servizzi postali jikkontribbwixxu għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fl-Unjoni. Il-ftuħ tas-servizzi postali għall-kompetizzjoni, li beda f’livell ta’ UE fl-1998, ġab miegħu iż-żieda fil-kwalità, iżjed effiċjenza u kapaċità ta’ rispons itjeb għall-utenti (80). Il-ftuħ tas-suq ippermetta t-twaqqif ta’ suq intern għas-servizzi postali. Għalhekk jikkontribwixxi għall-għan tat-twaqqif tas-suq intern stabbilit fl-Artikolu 3(3) TUE.

(294)

Deutsche Post ma rreklutat l-ebda impjegat taċ-ċivil sa minn meta saret kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata fl-1995. Ir-reponsabbiltajiet għall-benefiċċji soċjali għall-impjegati taċ-ċivili għalhekk għandhom l-oriġini tagħhom fil-perjodu ta’ qabel il-ftuħ tas-suq postali għall-kompetizzjoni. Huma komparabbli mal-ispejjeż li mhumiex irkuprabbli. Spejjeż bħal dawn jiġu minn impenji meħuda qabel il-bidu tal-ftuħ tas-suq li ma jkunux jistgħu jintlaħqu taħt l-istess kundizzjonijiet f’ambjent ta’ suq kompetittiv minħabba li l-operatur stabbilit ma jkunx għadu kapaċi jgħaddi l-ispejjeż korrispondenti lill-konsumaturi. Li kieku Deutsche Post tal-inqas ma kinitx inħelset parzjalment minn dawk l-ispejjeż “storiċi”, kien ikollha toħroġ mis-suq.

(295)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li t-tranżizzjoni gradwali minn sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni li fil-parti l-kbira tagħha tkun ristretta għal kompetizzjoni ġenwina f’livell ta’ Unjoni għandha ssir f’kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli (81). Għalhekk, f’numru ta’ deċiżjonijiet aċċettat li l-Istati Membri jagħtu għajnuna mill-Istat sabiex jeħilsu lill-operatur stabbilit minn parti tal-obbligi tal-pensjonijiet “storiċi” tiegħu (82).

VII.3.2.   In-neċessità u l-proporzjonalittà tas-sussidju tal-pensjoni

(296)

Il-Kummissjoni, fil-prattika tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, hija tal-opinjoni li l-għajnuna għall-pensjoni għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex tintlaħaq ir-rata tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li l-operatur stabbilit ikollu jagħmel bħala spiża bir-rata tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà li jaqgħu fuq il-kompetituri tiegħu (83).

(297)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe intervent tal-Istat sabiex jeħles lil Deutsche Post minn parti tal-obbligu tal-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil tagħha, Deutsche Post ma tkunx tista’ tiddefendi l-pożizzjoni tagħha kontra l-kompetituri tagħha. It-tariffi tas-sigurtà soċjali li ntirtu mill-passat, li ma jaqgħux fuq il-kompetituri tagħha, kienu jpoġġuha lil hinn mill-partijiet kompetittivi tas-suq għas-servizzi postali.

(298)

Fid-Deċiżjoni La Poste, il-Kummissjoni għall-ewwel darba vvalutat il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ miżura ta’ għajnuna li pprovdiet ħelsien mill-ispejjeż tal-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil li kienu nkrew qabel il-ftuħ tas-suq. F’dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat jekk is-sussidju tal-pensjoni jillivellax il-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji bejn l-operatur stabbilit u l-impriżi l-oħra fis-settur postali/tal-pakketti (84).

(299)

Il-Kummissjoni se tapplika dak l-istess approċċ f’din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni se twettaq l-analiżi tagħha fi tliet passi:

(1)

L-ewwel, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi ta’ impriżi oħra fis-settur postali/tal-pakketti.

(2)

Wara għandha tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi merfugħa minn Deutsche Post għall-impjegati taċ-ċivil tagħha.

(3)

Finalment, għandha tivverifika jekk iż-żewġ livelli humiex indaqs jew le.

VII.3.2.1.   Il-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi ta’ impriżi oħra fis-settur postali/tal-pakketti

(300)

Il-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi jiġi determinat minn żewġ fatturi: ir-rata tal-kontribuzzjoni u l-bażi tal-paga li għaliha tiġi applikata.

(a)   Il-kalkolu tar-rata ta’ referenza

(301)

Il-kompetituri privati għandhom jiffinanzjaw kemm is-sehem tal-impjegatur kif ukoll is-sehem tal-impjegati mid-dħul tagħhom. Kif muri fil-Figura 2, ir-rata totali tal-kontribuzzjoni sa mill-1995 kienet bejn 38 % u 42 % tal-paga grossa tal-impjegat privat (= paga netta + sehem tal-impjegat). Kemm l-ishma tal-impjegatur kif ukoll tal-impjegat tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kienu bejn 19 % u 21 % tal-paga grossa (ara l-Anness għal skeda taż-żmien iżjed dettaljata).

(302)

Għall-kuntrarju tas-sehem tal-impjegati privati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, is-sehem tal-impjegati taċ-ċivil jinkludi biss 30 % sa 50 % tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tagħhom iżda l-ebda kontribuzzjoni oħra għall-ispejjeż tal-pensjoni, tas-saħħa u tal-kura tagħhom. Għalhekk il-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post tmur lil hinn mis-sehem tal-impjegatur privat u tinkludi l-ispiża sħiħa tal-pensjoni kif ukoll l-ispejjeż li jifdal tas-saħħa u l-kura.

(303)

Għalhekk, sabiex tiġi determinata rata bħala parametru referenzjarju ekwivalenti għal Deutsche Post, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-kontribuzzjoni tal-impjegati taċ-ċivil hija iżjed baxxa minn dik tal-impjegati privati.

(304)

Jista’ jiġi preżunt li l-kontribuzzjoni tal-impjegati taċ-ċivil ta’ 30 % sa 50 % lill-ispejjeż tagħhom tas-saħħa u tal-kura fil-parti l-kbira tikkorrispondi fl-effetti ekonomiċi tagħha fuq il-kontribuzzjoni tal-impjegati privati għall-iskemi tal-assigurazzjoni statutorja tas-saħħa u l-kura (fl-2006, pereżempju, kienet ta’ 8,50 % tal-paga grossa tal-impjegati privati).

(305)

Billi l-impjegati taċ-ċivil ma jħallsu l-ebda kontribuzzjoni lill-pensjoni statutorja u lill-iskemi tal-assigurazzjoni tal-qgħad, Deutsche Post għandha terfa’ ammont ekwivalenti sabiex tkun tista’ tiflaħ b’mod effettiv livell ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali daqs dak tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali li impriża privata jkollha tiffinanzja mid-dħul tagħha.

(306)

Ir-rata ta’ referenza għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi ta’ Deutsche Post (minn hawn ’il quddiem: ir-rata ta’ referenza) għalhekk għandha tinkludi r-rati totali tal-kontribuzzjonijiet (= is-sehem tal-impjegatur + is-sehem tal-impjegat) għall-pensjoni u l-iskemi tal-assigurazzjoni kontra l-qgħad u s-sehem tal-impjegatur tal-iskemi tas-saħħa u tal-assigurazzjoni tal-kura, kif muri fit-Tabella:

Figura 7

Determinazzjoni tar-rata ta’ referenza għall-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post

Image

(307)

Kif muri fil-Figura 8, fil-perjodu mill-2003 sal-2010 ir-rata ta’ referenza kienet ta’ bejn 30 % u 34,1 % tal-paga grossa tal-impjegati privati (85).

(308)

Il-Ġermanja toġġezzjona li kwalunkwe referenza ogħla mis-sehem tal-impjegatur tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tista’ tpoġġi lil Deutsche Post fi żvantaġġ mata mqabbla mal-kompetituri li huma obbligati biss li jħallsu s-sehem tal-impjegatur. Madankollu, kif muri mill-eżempju ssemplifikat li ġej (ibbażat fuq ir-rati tal-kontribuzzjonijiet tal-2006), huwa ċar li Deutsche Post tikseb vantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri jekk ir-rata ta’ referenza tkun biss daqs is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur:

(1)

Deutsche Post u kompetitur privat iħallsu l-istess paga netta ta’ EUR 79,5 lil impjegat taċ-ċivil u impjegat privat rispettivament.

(2)

Is-sehem tal-impjegatur u dak tal-impjegat tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali flimkien jammontaw għal 20,5 % tal-paga grossa tal-impjegat privat. L-għadd tal-paga netta ta’ EUR 79,5 mas-sehem tal-impjegat ta’ EUR 20,5 jagħti l-paga grossa ta’ EUR 100. Il-kontribuzzjonijiet totali tas-sigurtà soċjali għalhekk huma ugwali għal EUR 41 (= 41 % tal-paga grossa tal-impjegat privat).

(3)

Il-Ġermanja ssostni li Deutsche Post għandha terfa’ biss is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur minbarra l-kontribuzzjoni ta-impjegati taċ-ċivil għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa (li huwa preżunt li hija daqs il-kontribuzzjoni tal-impjegat privat ta’ EUR 7,5 għall-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-kura).

(4)

Il-Ġermanja tikkalkula s-sehem tal-impjegat abbażi tal-paga effettiva tal-impjegat taċ-ċivil ta’ EUR 87 (it-total tal-paga netta ta’ EUR 79,5 u l-kontribuzzjoni tal-impjegati taċ-ċivil għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa ta’ EUR 7,5). L-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għalhekk huma t-total ta’ EUR 17,8 (is-sehem tal-impjegatur ta’ 20,5 % tal-paga effettiva tal-impjegat taċ-ċivil ta’ EUR 87) u l-kontribuzzjoni tal-impjegat taċ-ċivil għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa ta’ EUR 7,5).

(5)

Fuq il-bażi tal-kalkoli tal-Ġermanja, l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali tal-impjegat taċ-ċivil jistgħu jammontaw biss għal EUR 25,3 meta mqabbla mal-EUR 41 għall-impjegat privat.

(309)

Minkejja li Deutsche Post u l-kompetitur privat iħallsu l-istess paga netta, Deutsche Post ikollha terfa’ l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali li huma biss madwar 62 % tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali għal impjegat privat jekk sehem l-impjegat tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jiġi inkluż fir-referenza.

(310)

Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li s-sehem tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur (li ilha bejn 19 % u 21 % sa mill-1995) kien iżjed baxx b’mod sinifikanti minn dak tar-rata tal-kontribuzzjoni ta’ 33 % tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil li l-Liġi dwar il-Pensjoni tal-1995 iddefiniet bħala r-referenza għall-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post lill-fond tal-Pensjoni. Il-leġiżlatur Ġermaniż ma kellux il-ħsieb, għalhekk, li Deutsche Post ikollu jiffinanzja biss sehem l-impjegatur, iżda rrikjeda li Deutsche Post tħallas kontribuzzjoni konsiderevolment ogħla għall-ispejjeż tal-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil u li terfa’ l-ispejjeż kollha li jifdal tas-sigurtà soċjali wkoll (pereżempju il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil).

(311)

Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad l-użu tas-sehem tal-impjegatur tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali bħala rata ta’ referenza minħabba li l-impjegati taċ-ċivil — kuntrarjament għall-impjegati privati — mhumiex obbligati li jikkontribwixxu għall-pensjoni u l-iskemi tal-assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dawk il-kontribuzzjonijiet għalhekk għandhom jiġu inklużi fir-rata ta’ referenza sabiex jiġi żgurat li kemm Deutsche Post kif ukoll il-kompetituri jerfgħu, direttament jew indirettament, livelli ekwivalenti ta’ kontribuzzjonijiet.

(b)   Kalkolu tal-bażi tal-paga

(312)

Billi l-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li Deutsche Post għandha terfa’ għall-impjegati taċ-ċivil tagħha għandu jkun allinjat mal-livell tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali li l-kompetituri privati għandhom jerfgħu, huwa importanti li Deutsche Post ma tkunx soġġetta biss għall-istess rata, iżda wkoll li r-rata tiġi applikata għal bażi ta’ paga ekwivalenti. Kif muri fl-eżempju hawn fuq, il-kalkolu tas-sehem tal-impjegatur ta’ 20,5 % ibbażat fuq il-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil iwassal għal kontribuzzjoni ta’ EUR 17,8, waqt li l-kompetitur privat ikollu jħallas EUR 20,5 (pereżempju 20,5 % abbażi tal-paga grossa ta’ EUR 100).

(313)

Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita paga grossa għall-impjegati taċ-ċivil (minn hawn ’il quddiem: il-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil) li tipprovdi bażi ta’ paga ekwivalenti għall-paga grossa tal-impjegati privati. Huwa preżunt li l-kontribuzzjoni tal-impjegati taċ-ċivil għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa hija daqs il-kontribuzzjoni tal-impjegati privati għall-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-kura. Id-differenza li jifdal bejn il-paga grossa u l-paga effettiva għalhekk tammonta għas-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u l-iskemi tal-assigurazzjoni kontra l-qgħad. Il-formola li ġejja tikkonverti l-paga effettiva f’paga grossa li hija ekwivalenti għall-paga grossa tal-impjegati privati:

Tabella 6

Kalkolu tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil (ibbażat fuq ir-rati ta’ kontribuzzjoni tal-2006)

Paga grossa tal-impjegati taċ-Ċivil =

Formula

Formula

(314)

Meta jiġu kkunsidrati r-rati tal-kontribuzzjoni tal-2006, pereżempju, il-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil hija 15 % ogħla mill-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivil. Għalhekk dak il-perċentwal jikkwantifika l-iżball li jista’ jsir jekk ikollha tintuża l-paga effettiva minflok il-paga grossa bħala bażi sabiex jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali tal-kompetituri. L-eżempju mogħti fil-premessa 308 juri dak il-punt billi s-sehem tal-impjegatur ta’ EUR 20,5, li huwa korrettament ibbażat fuq il-paga grossa, huwa 15 % ogħla mis-sehem tal-impjegatur ta’ EUR 17,8, li jista’ jirriżulta mill-bażi skorretta tal-paga effettiva.

(315)

Għalhekk il-Kummissjoni jidhrilha li r-rata ta’ referenza għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post għandha tkun ibbażata fuq il-kontribuzzjoni tal-impjegatur u tal-impjegati għall-assigurazzjoni tal-pensjoni u l-assigurazzjoni kontra l-qgħad u l-kontribuzzjoni tal-impjegatur għall-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-kura. Ir-rata ta’ referenza għandha tiġi applikata għall-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil (kif definit fi Tabella 6).

VII.3.2.2.   Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi li Deutsche Post ikollha tagħmel għall-impjegati taċ-ċivil tagħha.

(316)

Skont l-Artikolu 16(1) PostPersRG 1994, Deutsche Post kellha tħallas kontribuzzjoni annwali ta’ EUR 2 045 biljun lill-Fond tal-Pensjonijiet mill-1995 sal-1999, li jagħmel total ta’ EUR 10 225 biljun. Skont l-Artikolu 16(2) PostPersRG 1994, sa mis-sena 2000 Deutsche Post ilha tħallas rata ta’ ħlas ta’ 33 %. Dik ir-rata hija applikata għall-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivil.

(317)

Madankollu, il-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna għandha tikkunsidra wkoll il-fatt li, mill-perspettiva ekonomika, Deutsche Post m’għandhiex terfa’ l-piż kollu tal-kontribuzzjoni ta’ EUR 2 045 biljun, li jikkorrispondi għal 33 % tal-pagi attwali, għall-Fond tal-Pensjonijiet. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-perjodu mill-1995 sal-2002 u mill-2003 sal-lum.

(a)   Il-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post mill-1995 sal-2002

(318)

Il-Ġermanja ssostni li Deutsche Post ħallset kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li huma ogħla mill-kontribuzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali li l-kompetituri kellhom iħallsu, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-ħlasijiet annwali b’somom f’daqqa lill-Fond tal-Pensjoni ta’ EUR 2 045 biljun mill-1995 sal-1999. Għalhekk, għall-perjodu sal-1999, iżda wkoll matul il-perjodu sħiħ li qed jiġi investigat, Deutsche Post ħallset tal-inqas l-istess ammont ta’ kontribuzzjonijiet, jekk mhux ammont ogħla lill-kumpaniji privati. Fid-dawl ta’ dan, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit li s-sussidju tal-penjoni poġġa lil Deutsche Post f’pożizzjoni iżjed favorevoli mill-kompetituri tagħha. Il-Kummissjoni għandha tiċħad dak l-argument minħabba li ma tikkunsidrax l-arranġamenti regolatorji speċifiċi deċiżi mill-awtoritajiet Ġermaniżi rigward il-kopertura tal-ispejjeż tas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

(319)

F’din id-Deċiżjoni l-Kummissjoni sabet li Deutsche Post kienet f’pożizzjoni iżjed favorevoli mill-kompetituri tagħha fis-swieq mhux irregolati mill-prezijiet minħabba li sehem mill-ispejjeż effettivi tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu f’dawk is-servizzi ma waqax fuq dawk is-servizzi stess. Minflok, dak is-sehem tal-ispejjeż effettivi tas-sigurtà soċjali ġie miżjud mas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet, li d-dħul tagħhom inżamm f’livell għoli biżżejjed sabiex jippermetti l-finanzjament flimkien mal-ispejjeż magħmula għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet.

(320)

Fil-fatt, il-kontijiet tal-ġestjoni ta’ Deutsche Post sa mill-1995 juru li hija allokat lis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet ammont biss tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja. Barra minn hekk, il-kontijiet regolatorji tal-2002 u dawk sussegwenti jikkonfermaw dik il-prattika. Għalhekk il-vantaġġ ekonomiku għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet kien jeżisti qabel u wara l-1999 minħabba li kien ċar li dawk is-servizzi kienu ħielsa mill-ispejjeż magħmula.

(321)

Il-klejm tal-Ġermanja li Deutsche Post sofriet minn żvantaġġ komparattiv fis-swieq irregolati mill-prezzijiet minħabba li kellha tiffinanzja spejjeż ogħla tas-sigurtà soċjali minħabba l-ħlasijiet f’somom f’daqqa mill-1995 sal-1999 mhijiex appoġġjata mill-fatti. L-ewwel nett, Deutsche Post xorta waħda bbenefikat mid-dritt esklużiv għall-parti l-kbira tas-servizzi rregolati tagħha. It-tieni nett, u ta’ izjed importanza, il-prezzijiet għas-servizzi soġġetti għad-dritt esklużiv ġew stabbiliti f’livell għoli biżżejjed sabiex ikopru dawk l-ispejjeż minn konsumaturi magħluqa (“captive consumers”).

(322)

Għall-perjodu sal-1995, ir-regolament tal-prezzijiet kien ibbażat fuq ir-Regolament dwar is-Servizzi Postali (Postdienstverordnung) (86) tal-24 ta’ Ġunju 1991, li stabbilixxa li l-prezzijiet għall-monopolju kellhom ikunu bbilanċjati. Fil-prattika amministrattiva, dan kien jinkludi spejjeż tal-pensjonijiet. Għall-perjodu mill-1995 sal-1997, ir-regolament tal-prezzijiet kien ibbażat fuq il-Liġi dwar ir-Regolament tat-Telekomunikazzjonijiet u s-Sistema Postali tal-14 ta’ Settembru 1994 (Gesetz über die Regulierung der Telekommunikation und des Postwesens, BGBl. I, pp. 2325, 2371). L-Artikolu 4 flimkien mal-Artikolu 2 u l-Artikolu 7 ta’ dan ippermettew li d-dħul irregolat mill-prezzijiet ikopri mhux biss l-ispejjeż magħmula mis-servizzi rregolati, inklużi l-kontribuzzjonijiet lill-Fond tal-Pensjonijiet, iżda wkoll li jiffinanzja l-ispejjeż tas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

(323)

Kif muri mill-kontijiet effettivi ta’ Deutsche Post, fiż-żmien tar-riforma tal-pensjoni tal-1995, il-livell tal-prezzijiet irregolati nżamm fl-istess punt li kien fis-seħħ meta Deutsche Post kienet għadha ġġarrab l-ispejjeż totali tal-pensjonijiet. Waqt li wara l-ispejjeż tal-pensjoni ngħataw limitu massimu fil-livell tas-somma f’daqqa (mill-1995 sal-1999) jew ġew iffissati f’perċentwal ta’ 33 % tat-total tas-salarju tal-impjegati taċ-ċivil (mis-sena 2000), li kien qed jonqos sena wara sena, il-prezzijiet irregolati ma tnaqqsux b’mod korrispondenti sabiex ikopru biss il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali b’konformità mal-kontribuzzjonijiet soċjali statutorji li jħallsu l-kompetituri. Billi l-kontribuzzjonijiet iddefiniti għall-Fond tal-Pensjonijiet sal-1999 (EUR 2 045 biljun annwalment) baqgħu kważi daqs l-ispejjeż tal-pensjonijiet fl-1994, is-sitwazzjoni ekonomika rigward il-kopertura tal-ispejjeż tal-pensjonijiet mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet ma nbidlitx għal Deutsche Post. Kemm il-livell tad-dħul ta’ Deutsche Post kif ukoll il-kontribuzzjoni tagħha għall-Fond tal-Pensjonijiet baqgħu bbilanċjati.

(324)

Il-PostG 1997 jistipula biċ-ċar li l-prezzijiet irregolati għandhom ikopru mhux biss l-ispejjeż tal-provvista effiċjenti ta’ servizzi iżda wkoll il-piżijiet, pereżempju l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali ta-impjegati taċ-ċivil. Għalhekk il-PostG 1997 irrikonoxxa b’mod espliċitu li d-dħul mill-prezzijiet irregolati kellu jiġi stabbilit sabiex jiżgura kopertura tal-ħlasijiet kollha magħmula f’daqqa. Billi l-leġiżlatur Ġermaniż deher li kien qed jikkunsidra li l-livell ta’ dak il-perjodu tal-prezzijiet irregolati kien jilħaq ir-rekwiżiti ta’ PostG 1997, huwa ddeċieda li l-prezzijiet kellhom jinżammu fil-livell tal-1997 sal-1999. Il-Ministeru għall-Ekonomija u t-Teknoloġija sussegwentement iddeċieda fis-27 ta’ Marzu 2000 li l-prezzijiet approvati fl-1 ta’ Settembru 1997 għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2002.

(325)

Għalhekk il-prezzijiet irregolati nżammu fil-livell storikament għoli u ma tnaqqsux sa ċertu livell sabiex Deutsche Post setgħet issofri minn żvantaġġ komparattiv.

(326)

Mis-sena 2000 Deutsche Post kienet f’pożizzjoni aħjar mill-kompetituri tagħha minħabba li l-kontribuzzjonijiet iddefiniti lill-Fond tal-Pensjonijiet tnaqqsu għal 33 % tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil. F’termini assoluti, dak il-livell jirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż minn EUR 2 045 biljun għal EUR 735 miljun (u saħansitra iżjed baxx fis-snin sussegwenti, billi n-numru ta’ impjegati taċ-ċivil kien qed jiċkien u dik it-tendenza kienet biss parzjalment ibbilanċjata biż-żieda fil-pagi). Billi l-prezzijiet irregolati inżammu fil-livell storikament għoli, sa mis-sena 2000 Deutsche Post kienet kapaċi tiggwadanja profitti sinifikanti mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet.

(327)

Billi rreveda l-profitabbiltà ta’ Deutsche Post mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet matul il-perjodu kollu mill-1995 sal-2002, l-istudju WIK jasal għall-konklużjoni li Deutsche Post ma sofriet l-ebda telf mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet, pereżempju sal-1999, minkejja l-ħlasijiet f’somom f’daqqa lill-Fond tal-Pensjonijiet. L-istudju ta’ WIK juri anke redditu pożittiv b’mod konsiderevoli sa mill-2000.

(328)

Il-Kummissjoni għalhekk għandha tiċħad il-pretensjoni tal-Ġermanja li Deutsche Post tpoġġiet f’pożizzjoni agħar mill-kompetituri rigward il-kopertura tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fis-servizzi rregolati mill-prezzijiet, u li s-sussidju tal-pensjoni kien meħtieġ u proporzjonat qabel l-2002.

(329)

Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonċedi li f’dan il-każ ma hemmx evidenza biżżejjed sabiex jiġi determinat il-livell eżatt tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali abbażi tal-pagi li Deutsche Post ħallset mill-1995 sal-2002. Hija tqis li kwantifikazzjoni bħal din ma tistax tiġi bbażata tajjeb fuq sejbiet ex-post li ċertu proporzjon tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali mis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet ġie spustjat sabiex jiġi ffinanzjat minn dħul irregolat minn prezzijiet, u li Deutsche Post ma sofrietx żvantaġġ fit-termini ġenerali taħt l-arranġamenti tal-fond tal-pensjoni minħabba li d-dħul irregolat mill-prezzijiet ġie de facto stabbilit f’livell li kien biżżejjed sabiex ikopri l-kontribuzzjonijiet tagħha lill-Fond tal-Pensjonijiet, inkluż il-piżijiet spustjati. Lanqas ma huwa possibbli li jitfassal metodu għall-Istat Membru sabiex jikkalkula l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet għal dak il-perjodu. Il-Kummissjoni sabet, wara li vvalutat il-bażi legali għall-prezzijiet irregolati fis-seħħ mill-1995 sal-2002, li l-mod kif l-awtoritajiet kompetenti ddeċidew il-kompożizzjoni tal-prezzijiet irregolati fuq bażi ex ante ma jistax jinkiseb b’ċertezza mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi. B’mod partikolari, ma jistax jiġi ppruvat f’dan il-każ b’ċertezza li, meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-prezzijiet irregolati fuq livell li de facto fl-aħħarnett kopra l-ispejjeż spustjati, huma inekwivokabilment issenjalaw fid-deċiżjonijiet tagħhom sehem tal-prezz irregolat sabiex ikopri l-ammont tal-piżijiet sostnuti mis-servizzi mhux regolati mill-prezzijiet.

(330)

Għall-kuntrarju tad-deċiżjonijiet tal-2002, l-2007 u l-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, fejn dawk il-piżijiet ġew rikonoxxuti b’mod espliċitu u approvati mir-Regolatur Postali, il-kopertura de facto ta’ qabel setgħet kienet ir-riżultat ta’ konsiderazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-ipprezzar b’relazzjoni mal-evoluzzjoni ta’ komponenti oħra tal-ispiża jew it-tendenza f’varjabbli oħra tan-negozju. F’dan il-każ, għalhekk, dik il-kopertura de facto ta’ qabel mhijiex biżżejjed sabiex tikkwantifika preċiżament u b’ċertezza sa liema punt l-awtoritajiet kompetenti żiedu l-prezz irregolat sabiex jikkunsidraw il-piżijiet ikklejmjati għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

(331)

B’kuntrast ma’ dan, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003, jista’ jiġi stabbilit b’mod ċar mid-deċiżjonijiet tal-2002, l-2007 u l-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet kif ir-Regolatur Postali stabbilixxa l-kompożizzjoni tal-prezzijiet irregolati. Huwa ċert li ġew stabbiliti b’mod mhux ambigwu f’livell ogħla sabiex ikopru l-piżijiet tas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet mid-dħul irregolat mill-prezzijiet.

(b)   Il-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post mill-2003

(332)

PostG 1997 jippermetti lil Deutsche Post li titlob li r-Regolatur, meta jkun qed jistabbilixxi l-livell permess ta’ dħul mid-dritt esklużiv u s-servizzi rregolati, jinkludi fl-ispejjeż li jkollhom jiġu rkuprati mill-konsumaturi fost ħwejjeġ oħra l-“piż soċjali eċċessiv” u l-ispejjeż għall-għoti b’mod effiċjenti tas-servizz universali. Dak il-metodu ġie applikat mir-Regolatur Postali għall-ewwel darba fid-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet. Ir-Regolatur Postali approva wkoll il-piż mill-kontribuzzjoni eċċessiva tas-sigurtà soċjali fid-deċiżjonijiet tal-2007 u l-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet. Il-fatt li sehem biss mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet huwa soġġett għall-kontroll ex-ante fuq il-prezzijiet ma jibdilx il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Deutsche Post xorta waħda ġiet awtorizzata li tirkupra l-piż kollu billi tuża l-pożizzjoni dominanti tagħha. F’dak ir-rigward, ma jagħmilx differenza jekk ir-Regolatur jeżerċitax jew le kontroll ex ante jew ex post.

(333)

Ir-Regolatur Postali approva b’mod konsistenti t-talba ta’ Deutsche Post li tiffinanzja mill-ġdid il-piż #2 (l-ispejjeż effettivi tas-sigurtà soċjali li jkunu eċċessivi għar-rata regolatorja tal-kontribuzzjoni) mid-dħul irregolat mill-prezzijiet. Sabiex jiġu ddeterminati l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali (il-piż #2) għall-2001, il-kontribuzzjonijiet effettivi tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post għall-impjegati taċ-ċivil tagħha [40-45 %] tal-pagi effettivi (87) ġew imqabbla mar-referenza regolatorja. Dak il-parametru referenzjarju jikkonsisti mis-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet soċjali, l-assigurazzjoni kontra l-inċidenti u l-assigurazzjoni supplementari tal-pensjoni, li flimkien jittotalizzaw [20-25 %] tal-pagi effetivi.

(334)

Id-differenza bejn iż-żewġ rati ta’ [15-20 %] tal-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivil kienet ġiet inkluża fil-piż #2 u ġiet koperta mid-dħul irregolat mill-prezzijiet (ara t-Tabella 2).

(335)

Għalhekk, mill-perspettiva ekonomika, Deutsche Post ma ġġarrabx rata ta’ 33 % tal-pagi effettivi bħala kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi, iżda biss [20-25 %]. Sa mill-2003, il-bqija waqa’ fuq il-konsumaturi magħluqa (“captive consumers”), li jħallsu prezzijiet ikkalkulati sabiex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għas-servizzi li għalihom Deutsche Post kellha dritt esklużiv sal-2007, u għas-servizzi universali li għalihom Deutsche Post tgawdi pożizzjoni dominanti.

(336)

Sabiex ir-rata applikata għall-pagi effettivi titqabbel mal-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ kompetitur, il-paga effettiva għandha tinbidel fil-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil.

(337)

Il-paga effettiva tikkorrispondi għal madwar [85 % u 90 %] tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil (88). Fuq dik il-bażi, [20-25 %] ta’ pagi effettivi jikkorrispondu għal [17,5-22,5 %] tal-paga grossa.

(338)

Bħala riżultat tal-limitu tal-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post lill-Fond tal-Pensjonijiet għal 33 % u l-approvazzjoni tal-piż #2 min-naħa tar-Regolatur Postali, Deutsche Post għalhekk tħallas livell ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi ta’ [17,5-22,5 %] tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil.

VII.3.2.3.   Tqabbil

(a)   Il-perjodu bejn l-1995 u l-2002

(339)

Fil-perjodu bejn l-1995 u l-2002 id-dħul mill-prezzijiet applikati minn Deutsche Post fis-settur riservat naqqas b’mod konsiderevoli l-piż ekonomiku effettiv tal-kontribuzzjoni tagħha sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha tas-sigurtà soċjali. Madankollu, fin-nuqqas ta’ element issenjalat tal-prezzijiet, il-Kummissjoni hija kapaċi li tistabbilixxi biss li l-livell tal-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post baqa’ taħt ir-rata ta’ referenza. Il-Kummissjoni mhijiex kapaċi tikkalkula d-differenza eżatta bejn dawk iż-żewġ livelli jew toħloq metodu li jkun jista’ jippermetti li Stat Membru jagħmel dan.

(b)   Il-perjodu mill-2003

(340)

Sabiex ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja titqabbel mar-rata ta’ referenza, għandu jiġi nnotat li r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja hija bbażata fuq il-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil li jkunu bażi ta’ paga baxxa wisq meta mqabbla mal-paga grossa tal-impjegati privati. Ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja għalhekk għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid bħala perċentwal tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil.

(341)

It-tqabbil għall-2006 juri li s-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet effettivament refgħu il-piż tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ [17,5-22,5 %] tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil ([20-25 %] tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil) meta mqabbla mar-rata ta’ referenza ta’ 33,5 %. F’termini tar-rati tas-sigurtà soċjali, fl-2006 Deutsche Post għalhekk ibbenefikat minn vantaġġ komparattiv ta’ [10-15 %] tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil.

Tabella 7

Tqabbil tar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja mar-rata ta’ referenza għall-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post fl-2006

 

Rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Rata tal-kontribuzzjoni regolatorja

Rata ta’ referenza għat-tariffa tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post

Bħala perċentwal ta’

Il-paga grossa tal-impjegatim privati

Il-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil

Il-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil

Is-sehem tal-impjegatur

20,50  %

17,84  %

20,50  %

Assigurazzjoni fuq is-saħħa

6,65  %

5,79  %

6,65  %

Assigurazzjoni tal-kura

0,85  %

0,74  %

0,85  %

Assigurazzjoni kontra l-qgħad

3,25  %

2,83  %

3,25  %

Assigurazzjoni tal-pensjoni

9,75  %

8,48  %

9,75  %

Is-sehem tal-impjegatur

20,50  %

 

 

Assigurazzjoni fuq is-saħħa

6,65  %

 

 

Assigurazzjoni tal-kura

0,85  %

 

 

Assigurazzjoni kontra l-qgħad

3,25  %

 

3,25  %

Assigurazzjoni tal-pensjoni

9,75  %

 

9,75  %

Assigurazzjoni supplimentari għall-pensjoni

 

[0-5 %]

 

Assigurazzjoni kontra l-inċidenti

 

[0-5 %]

 

Ir-rata tal-kontribuzzjoni

 

[17,5-22,5 %]

33,50  %

(342)

It-Tabella 7 turi li l-livell ta’ referenza għal Deutsche Post jammonta għal 33,5 % tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil u huwa [10-15] punti perċentwal ogħla mil-livell li effettivament ġarrbet Deutsche Post.

(343)

Id-differenza ta’ [10-15] punti perċentwal għall-2006 hija ogħla mid-differenza nominali ta’ [8-13]% bejn ir-rata ta’ referenza ta’ 33,5 % u r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja ta’ [20-25]%. Id-differenza tinkludi żieda ta’ [2-3] punti perċentwal li jikkunsidra l-fatt li r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja nominali ta’ [20-25] % hija bbażata b’mod mhux xieraq fuq il-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivil u mhux fuq il-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil, li hija ekwivalenti għall-paga grossa tal-impjegati privati.

VII.3.2.4.   Konklużjoni preliminari dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità

(344)

Is-sussidju tal-pensjoni, li jkopri l-ħtieġa ta’ finanzjament tal-Fond tal-Pensjoni lil hinn mill-kontribuzzjoni ta’ 33 % tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post, la huwa meħtieġ u lanqas proporzjonali, għar-raġunijiet li ġejjin:

(1)

Bejn l-1995 u l-2002 Deutsche Post effettivament ħallset spejjeż taħt il-livell ta’ referenza, iżda d-differenza eżatta ma tistax tiġi determinata.

(2)

Sa mill-2003 Deutsche Post għandha medja ta’ spejjeż imħallsa ta’ madwar [17,5-22,5] % tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil meta mqabbla mar-rata ta’ referenza medja ta’ 32 % tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil; l-ispejjeż li kien fadal tħallsu mill-konsumatur, minħabba li d-dħul awtorizzat taħt il-limitu massimu fuq il-prezzijiet jinkludi l-piż għall-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali, li jkopru l-bqija [10-15 %] tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil.

(345)

Id-differenza fir-rati mill-2003 hija kkawżata minn żewġ fatturi:

(1)

Il-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi mħallsa mill-impriżi fis-settur postali/tal-pakketti huwa 41 % tal-pagi grossi. Sabiex jitqabbel mal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li Deutsche Post tħallas għall-impjegati taċ-ċivil tagħha, huwa meħtieġ li ssir korrezzjoni billi jiġi kkunsidrat il-fatt li l-impjegati taċ-ċivil iġarrbu 30-50 % tal-ispejjeż tagħhom tas-saħħa u l-kura. Dik il-kontribuzzjoni min-naħa tal-impjegati taċ-ċivil hija ekwivalenti għas-sehem tal-ispejjeż tas-saħħa u l-kura tal-impjegati ta’ 7,5 % tal-pagi grossi.

(2)

Il-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post tiġi kkalkulata abbażi tal-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivili pjuttost milli l-paga grossa. Ir-rata ta’ referenza għall-impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post għalhekk hija 33,5 % tal-pagi grossi. L-għajnuna li tmur lil hinn minn dak il-livell fil-prinċipju la hija meħtieġa u lanqas proporzjonata.

(346)

Għall-perjodu mill-1995 sal-2002 mhuwiex possibbli li jiġi determinat il-proporzjon eżatt tal-għajnuna li tmur lil hinn minn dak li jista’ jiġi aċċettat bħala meħtieġ u proporzjonat. Mill-2003 dak il-proporzjon jikkorrispondi għal [10-15 %] tal-pagi grossi.

VII.3.2.5.   Impatt tal-ambjent kompetittiv u regolatorju partikolari dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità

(347)

Il-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tas-sussidju tal-pensjoni, madankollu, għandha tikkunsidra l-ambjent kompetittiv u regolatorju partikolari.

(348)

Kif ġie spjegat fit-taqsima II.2.1, sal-31 ta’ Diċembru 2007 Deutsche Post gawdiet dritt esklużiv għal ċerti servizzi ta’ ittri. Permezz tal-Artikolu 52 PostG 1997 sa dik id-data ġiet mogħtija l-obbligu tas-servizzi universali stabbilit fil-kapitolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (89) u l-Artikolu 11 PostG 1997. Mill-1 ta’ Jannar 2008 ipprovdiet servizzi universali fuq bażi volontarja.

(349)

Sakemm Deutsche Post gawdiet dritt esklużiv għal ċerti servizzi tal-ittri, il-kompetituri tagħha ma setgħux joffru s-servizzi tagħhom fuq dik il-parti tas-suq postali. Il-fatt li r-Regolatur Postali ppermetta lil Deutsche Post tiffinanzja mill-ġdid bis-sħiħ dik il-parti tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali tal-impjegati taċ-ċivil li tirriżulta mill-għoti ta’ servizzi riservati lil hinn mil-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi tal-kompetituri tagħha permezz taż-żieda fil-prezzijiet irregolati probabbilment ma kienx se jaffettwa l-kummerċ sa punt kuntrarju għall-interess komuni.

(350)

Ir-raġunament għall-obbligu tas-servizz universali huwa li, f’suq kompetittiv, l-operaturi postali ma joffrux ċerti servizzi fiż-żoni rurali u remoti, jew biss bi prezzijiet li ma jintlaħqux. Għalhekk l-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/67/KE jobbliga lil kull Stat Membru sabiex jiżgura li l-utenti jkollhom id-dritt għal servizz universali li jinvolvi l-għoti permanenti ta’ servizz postali ta’ kwalità speċifika fil-punti kollha fit-territorju tagħhom bi prezzijiet raġjonevoli għall-utenti kollha.

(351)

F’dak ir-rigward il-leġiżlazzjoni nazzjonali Ġermaniża tpoġġi obbligu partikolari fuq kwalunkwe operatur postali li jkollu pożizzjoni dominanti f’suq li jaqa’ taħt l-obbligu tas-servizzi universali. Skont l-Artikolu 2 PDLV (90), operaturi bħal dawn għandhom joffru servizzi f’dak is-suq bl-istess kundizzjonijiet għall-utenti kollha. Sa issa, Deutsche Post biss kellha pożizzjoni dominanti bħal din u kienet soġġetta għal dak l-obbligu.

(352)

Sa mill-privatizzazzjoni, Deutsche Post ma rċeviet l-ebda għajnuna mill-Istat bħala kumpens għall-għoti ta’ servizzi universali. Madankollu, hija tirċievi kumpens għall-ispejjeż li jinħolqu mis-servizz universali ggarantiti mid-dħul tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet li għalhom għandha pożizzjoni dominanti. Meta tkun qiegħda tivvaluta l-proporzjonalità u l-ħtieġa tas-sussidju tal-pensjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tikkunsidra dak il-fatt.

(353)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li għall-ispejjeż tas-sigurtà soċjali tal-impjegati ċivili magħmula għall-għoti ta’ servizzi rregolati mill-prezzijiet li jaqgħu taħt l-obbligu tas-servizzi universali, u li għalihom Deutsche Post kellha pożizzjoni dominanti, il-fatt li r-Regolatur Postali approva l-finanzjament sħiħ ta”dawk l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali permezz ta’ prezzijiet irregolati ogħla - anke jekk dawk l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali jmorru lil hinn mil-livell li normalment jaqa’ fuq il-kompetituri — ma jaffettwax il-kummerċ sa punt li huwa kuntrarju għall-interess komuni. Dik il-konklużjoni hija bbażata fuq l-ambjent kompetittiv u regolatorju partikolari li fih dawk is-servizzi jiġu approvati. Għalhekk, ma tistax tiġi estiża sabiex tkopri setturi oħra.

VII.3.3.   Konklużjoni

(354)

Għalhekk jista’ jiġi konkluż li, mill-2003 ’il quddiem, Deutsche Post ħallset, għall-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet, livell ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi li kienu 11-14-il punt perċentwali taħt ir-rati tal-kontribuzzjoni tal-kompetituri.

Figura 8

Vantaġġ komparattiv rigward ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mqabbla mas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet (rati tal-kontribuzzjonijiet bħala perċentwal tal-pagi grossi tal-impjegati ċivili)

[…]

(355)

Il-kontribuzzjonijiet baxxi tas-sigurtá soċjali la huma meħtieġa u lanqas proporzjonati sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ftuħ gradwali tas-suq fis-servizzi postali. Fis-swieq ikkonċernati, Deutsche Post qiegħda f’kompetizzjoni feroċi ma’ impriżi oħra. Il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-livell baxx tal-kontribuzzjonijiet jaffettwa l-kummerċ sa punt li huwa kuntrarju għall-interess komuni u ma jistax jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern.

(356)

Is-sehem inkompatibbli tas-sussidju tal-pensjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza u r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja, immultiplikati bit-total tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet, skont il-formula ta’ hawn taħt:

Tabella 8

Formola tal-kalkolu għall-għajnuna mhux kompatibbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003

 

Għajnuna mhux kompatibbli =

 

 

=

(Rata ta’ referenza — rata tal-kontribuzzjoni regolatorja)

×

Total tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet

(357)

Bl-użu tad-dejta disponibbli, il-vantaġġ komparattiv li jirriżulta huwa ta’ EUR [500-1 000] miljun għall-perjodu mill-2003 sal-2010 (ara l-Anness). Waqt dan il-perjodu, l-ammont annwali tal-għajnuna mhux kompatibbli niżel minn EUR […] miljuni fl-2003 għal EUR […] miljuni fl-2010 minħabba n-numru li qed jonqos tal-impjegati taċ-ċivil.

VII.3.4.   Rispons għall-argumenti ppreżentati mill-Ġermanja

(358)

Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 esprimiet dubji dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tas-sussidju tal-pensjoni minħabba li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet kienu 11-14 % iżjed baxxi minn dawk tal-kompetituri privati. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 ikkwantifikat il-vantaġġ annwali li rriżulta fil-firxa minn EUR 100 sa EUR 200 miljun.

(359)

Il-Ġermanja qajmet żewġ oġġezzjonijiet ewlenin bħala rispons għad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011:

(1)

Il-Ġermanja tinsisti li r-rata ta’ referenza tista’ tiġi bbażata biss fuq is-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minħabba li l-impriżi privati ma għandhom l-ebda obbligu legali li jħallsu l-kontribuzzjoni tal-impjegati. Barra minn hekk, ir-rata ta’ referenza għandha tikkunsidra l-fatt li Deutsche Post dejjem ħallset pagi ogħla minn dawk “kompetittivi”.

(2)

Il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni ma stabbilietx li d-dħul mis-servizzi universali rregolati mill-prezzijiet kienu biżżejjed sabiex jiġu ffinanzjati l-piżijiet ikklejmjati għall-ispejjeż tas-sigurtà soċjali eċċessivi.

VII.3.4.1.   Il-Kummissjoni għandha raġun li tinkludi l-kontribuzzjoni tal-impjegati fir-rata ta’ referenza u li ma taġġustax il-livell tal-pagi għal “paga kompetittiva”

(360)

Il-Ġermanja ssostni li kwalunkwe parametru referenzjarju ogħla mis-sehem tal-impjegatur tar-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tista’ tpoġġi lil Deutsche Post fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri li huma obbligati biss li jħallsu s-sehem tal-impjegatur.

(361)

Rigward l-ewwel argument, il-Kummissjoni tinnota li l-impjegati taċ-ċivil — kuntrarjament għall-impjegati privati — mhumiex obbligati li jikkontribwixxu għall-iskemi tal-pensjoni u l-assigurazzjoni kontra l-qgħad. Għalhekk, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu inklużi fir-rata ta’ referenza sabiex jiġi żgurat li kemm Deutsche Post kif ukoll il-kompetituri privati jġarrbu l-istess ammont ta’ kontribuzzjonijiet diretti u indiretti.

(362)

Il-Ġermanja tkompli ssostni li r-rata ta’ referenza ma tiġi applikata la għall-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil u lanqas għall-pagi effettivi, iżda biss għall-pagi “kompetittivi”. Fil-kontijiet regolatorji tal-2002, l-2007 u l-2011, Deutsche Post tqis li l-“paga kompetittiva” għandha tiġi bbażata fuq il-paga ETV jew fuq ftehimiet ta’ pagi kollettivi għas-settur postali mill-2003.

(363)

Fil-kontijiet regolatorji tal-2009, il-paga “kompetittiva” tiġi definita bħala l-paga minima tal-2007, li hija saħansitra iżjed baxxa mill-paga ETV.

(364)

Il-Ġermanja ssostni li l-kalkolu bbażat fuq dawk il-pagi “kompetittivi” huwa meħtieġ sabiex l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post jitpoġġew fl-istess livell bħal dawk tal-kompetituri tagħha.

(365)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dak il-ftehim minħabba li l-għajnuna għandha tiġi limitata għall-minimu meħtieġ sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni gradwali minn sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni li fil-parti l-kbira hija ristretta għal waħda ta’ kompetizzjoni ġenwina f’livell ta’ Unjoni titwettaq taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli.

(366)

Iż-żieda tal-għajnuna tista’ tkun sproporzjonata sa tali punt li mill-1995 Deutsche Post ikollha tiffinanzja biss il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali abbażi ta’ pagi “kompetittivi” li ma jirriflettux il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fis-snin ta’ qabel. Id-differenzi fil-livelli tal-pagi għall-persunal impjegat f’punti differenti ta’ żmien minn persunal stabbilit u dawk li jkunu għadhom kif daħlu huma fatt normali tal-ħajja ekonomika.

(367)

Fil-każ tal-għajnuna ta’ France Telecom  (91), il-Kummissjoni ċaħdet ukoll l-argument ippreżentat minn Franza li l-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ibbażati fuq il-pagi għandu jikkunsidra wkoll il-fatt li l-impjegati taċ-ċivil jitħallsu pagi ogħla mill-persunal impjegat mill-kompetituri. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni indikat li, bis-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil, fiż-żmien tal-ftuħ tas-suq l-operatur stabbilit kellu persunal ikkwalifikat tajjeb u kompetenti li mingħajru ma kienx ikun possibbli li jżomm il-pożizzjoni tiegħu fis-suq. Fi kwalunkwe eventwalità, ikun kompletament artifiċjali jekk jiġu indikati żvantaġġi speċifiċi tal-operatur postali stabbilit u li jiġu injorati l-vantaġġi konsiderevoli pereżempju f’termini tas-sehem tas-suq, ir-rikonoxximent ta’ isem il-prodotti u l-bażi tal-klijenti.

(368)

Finalment, il-kalkoli ta’ Deutsche Post ma jistgħux jistabbilixxu b’mod kredibbli li, mingħajr l-obbligu li timpjega impjegati taċ-ċivil, kienet tilħaq l-ffrankar ikkalkulat mill-ispejjeż tal-pagi. Anke jekk jiġi preżunt li fl-1995 l-istatus tal-impjegati taċ-ċivil kien effettivament jinbidel għal dak ta’ impjegati privati, la huwa stabbilit kemm impjegati taċ-ċivil kienu jiġu mibdula fl-1995 minn impjegati privati, u lanqas f’liema livell ta’ paga. In-numru biss ta’ impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post fl-1995 (92) ma jagħmilhiex plawżibbli li wieħed jassumi li kien ikun legalment u ekonomikament possibbli mill-1995 li l-impjegati taċ-ċivil kollha jinbidlu minn impjegati privati li jkollhom l-istess livell ta’ produttività b’paga iżjed baxxa.

(369)

Għalhekk il-Kummissjoni tiċħad l-oġġezzjonijiet tal-Ġermanja rigward ir-rata ta’ referenza u l-pagi.

VII.3.4.2.   Dwar l-argument tal-Ġermanja li d-dħul irregolat mill-prezzijiet ma kienx biżżejjed sabiex jiffinanzja l-piżijiet ikklejmjati

(370)

Il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni vvalutat biss il-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet, iżda ma vverifikatx jekk il-profitti mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet kinux biżżejjed sabiex jiffinanzjaw il-piżijiet ikklejmjati.

(371)

Il-Ġermanja tressaq żewġ linji ta’ raġunament. L-ewwel, hija ssostni li l-Kummissjoni ma ppruvatx li r-Regolatur Postali effettivament approva l-piżijiet ikklejmjati minn Deutsche Post. It-tieni, il-Ġermanja ssostni li, anke kieku r-Regolatur kien approva dawk il-piżijiet, il-profitti mis-servizzi universali rregolati mill-prezzijiet ma kinux biżżejjed sabiex jiffinanzjawhom. Il-Ġermanja ssottomettiet żewġ studji esperti mill-Professur Weber u CTcon sabiex turi li s-servizzi rregolati mill-prezzijiet ma kinux biżżejjed sabiex ikopru l-piżijiet ikklejmjati għall-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali u, konsegwentement, li Deutsche Post ingħatat kumpens baxx għall-ispejjeż tas-sigurtà soċjali eċċessivi tagħha.

(a)   Id-deċiżjonijiet tal-2002, l-2007 u l-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet huma bbażati fuq il-kontijiet regolatorji sottomessi minn Deutsche Post u japprovaw il-piżijiet ikklejmjati kollha.

(372)

Teżisti evidenza dokumentali li mid-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, ir-Regolatur Postali approva l-piżijiet ta’ Deutsche Post u stabbilixxa l-prezzijiet irregolati fid-dawl ta’ dan sabiex ikoprihom. Id-deċiżjonijiet tal-2007 u l-2011 dwar il-limitu massimi fuq il-prezzijiet jikkonfermaw ukoll li r-Regolatur Postali aċċetta l-pretensjonijiet ta’ Deutsche Post u approva l-finanzjament tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali eċċessivi kklejmjati mid-dħul irregolat mill-prezzijiet.

(b)   L-istudju tal-Professur Weber ma jappoġġjax il-pretensjoni li d-dħul mis-servizzi universali rregolati ma kienx biżżejjed sabiex ikopri l-piż ikklejmjat minn Deutsche Post.

(373)

L-istudju tal-Professur Weber ikopri l-perjodu mill-1995 sal-2010 u jisħaq li Deutsche Post ibbenefikat mhux biss mis-sussidju tal-pensjoni iżda wkoll minn kopertura sħiħa tal-piż #2 mid-dħul irregolat mill-prezzijiet (ara t-taqsima VI.1.4.2(a) għal deskrizzjoni dettaljata tal-istudju).

(374)

Sabiex jiġi vvalutat l-istudju minn esperti, huwa utli li wieħed jinkorpora r-regola dwar it-twaqqif ta’ prezzijiet skont l-Artikolu 20(2) PostG 1997. Huwa meħtieġ li l-limitu massimu fuq il-prezzijiet jikkunsidra kif xieraq l-ispejjeż tal-għoti effiċjenti ta’ servizzi, il-piżijiet tal-ispejjeż tal-għoti tas-servizzi universali, u l-ispejjeż li jinħolqu mit-trasferiment tal-piżijiet tal-pensjoni minn impjegati li rriżultaw mis-suċċessur legali għal Deutsche Bundespost.

Tabella 9

Regola għat-twaqqif tal-prezzijiet skont l-Artikolu 20(2) PostG 1997

 

Limitu massimu fuq il-prezzijiet għas-servizzi rregolati =

=

Spejjeż tal-għoti effiċjenti ta’ servizzi rregolati + piżijiet =

=

Spejjeż totali tas-servizzi rregolati + piżijiet mis-servizzi mhux irregolati

(375)

Ir-Regolatur Postali għandu jistabbilixxi l-prezzijiet irregolati sabiex b’hekk id-dħul ikopri l-ispejjeż tal-“għoti effiċjenti” tas-servizzi rregolati mill-prezijiet u l-piżijiet approvati. Fi kliem ieħor, il-prezzijiet irregolati jiffinanzjaw bis-sħiħ mhux biss l-ispejjeż totali tas-servizzi rregolati — irrispettivament mill-fatt jekk jiġux issenjalati bħala “piżijiet” jew “spejjeż tal-għoti effiċjenti tas-servizzi” — iżda s-sehem ukoll tal-piż mis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet. L-Artikolu 20(2) PostG 1997 għalhekk jiżgura li l-piżijiet approvati jiġu koperti totalment mid-dħul irregolat mill-prezzijiet. Għalhekk, kuntrarjament għall-affermazzjoni tal-Ġermanja, il-liġi teħtieġ li s-servizzi rregolati mill-prezzijiet ma jingħatawx kumpens baxx minħabba t-trasferiment ta’ spejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali għall-impjegati fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

(376)

Bħala l-ewwel pass, l-istudju minn esperti jiddefinixxi l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil bħala d-differenza bejn l-ispejjeż kollha tas-sigurtà soċjali magħmula minn Deutsche Post għall-impjegati tagħha taċ-ċivil (il-kontribuzzjoni lill-Fond tal-Pensjonijiet, l-ispejjeż tas-saħħa, l-assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-ħlasijiet mixxellanji tal-assigurazzjoni) u l-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur għall-pensjoni, is-saħħa u l-assigurazzjoni għall-kura bbażati fuq il-paga minimu tal-2007. Fit-tieni pass, huwa jqabbel dik id-differenza mal-piż #2.

(377)

L-istudju espert magħmul mill-Professur Weber għandu żewġ difetti ewlenin. L-ewwel, jeżaġera l-livell tal-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali. It-tieni, jinjora l-fatt li, bħala riżultat tal-eżaġerazzjoni, l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali jinkludu wkoll oġġetti ta’ spiża li għalihom Deutsche Post irċeviet ħlasijiet ta’ kumpens li huma allokati mhux għall-piż #2 iżda għal intestaturi ta’ spejjeż differenti. Fid-dettall, il-Kummissjoni tenfasizza d-difetti li ġejjin.

(378)

L-ewwel, l-istudju minn esperti jikkalkula l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali billi juża s-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Madankollu l-piż #2 jiġi kkalkulat abbażi tar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja. Billi din tal-aħħar hija ogħla mis-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali kkalkulati mill-istudju minn esperti huma ogħla mill-piż #2. L-istudju minn esperti għalhekk jinkludi l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali li r-Regolatur Postali jqis bħala l-ispejjeż ta’ “għoti effiċjenti”.

(379)

It-tieni, l-istudju minn esperti ma jikkunsidrax il-fatt li l-piż #1 (pagi eċċessivi) ikopri wkoll sehem mill-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali (pereżempju minħabba d-differenza bejn il-pagi effettivi u r-referenza tal-paga “kompetittiva”) u li dawn l-ispejjeż għalhekk jiġu ffinanzjati permezz tal-piż #1. Iżjed spejjeż tas-sigurtà soċjali li huma kkunsidrati fl-istudju minn esperti huma koperti minn piżijiet separati (pereżempju l-ħlasijiet lil BAnstPT huma koperti mill-piż #6) u għalhekk jiġu kkumpensati. Waqt li t-total tal-ispejjeż effettivi tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil qed jintwera, ma qiegħda ssir l-ebda referenza għall-fatt li l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali huma koperti wkoll minn piżijiet oħra minbarra l-piż #2.

(380)

It-tielet, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-piż #2 jinkludi spejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali kemm għall-impjegati taċ-ċivil kif ukoll għall-impjegati privati. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati privati kienu ogħla mir-referenza regolatorja qabel l-2003 minħabba li l-ispejjeż fuq l-interessi ta’ madwar EUR […] miljuni għall-assigurazzjoni supplimentari għall-pensjoni tal-impjegati privati ġew inklużi wkoll f’dawk l-ispejjeż. Mill-2003 dawk l-ispejjeż fuq l-interessi ġew allokati lill-ispejjeż finanzjarji u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali magħmula għall-impjegati privati kienu ’l isfel mill-parametru referenzjarju regolatorju.

(381)

Billi l-istudju minn esperti jinkludi l-piż #2 totali bħala kumpens għall-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali tal-impjegati taċ-ċivil, qabel l-2003 ingħatat għajnuna eċċessiva u wara l-2003 ma ngħatatx għajnuna biżżejjed għall-ispejjeż tas-sigurtà soċjali tal-impjegati taċ-ċivil. Sabiex jiġi kkalkulat il-kumpens xieraq li l-piż #2 pprovda għall-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali, il-piż #2 għandu jinqasam bejn l-impjegati taċ-ċivil u l-impjegati privati.

(382)

Konsegwentement, il-kumpens baxx identifikat fl-istudju huwa qarrieqi minħabba li l-istudju jinjora l-fatt li l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali mhumiex koperti biss mill-piż #2 u li r-Regolatur Postali kkunsidra sehem ogħla tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali sabiex ikunu l-ispejjeż ta’ “għoti effiċjenti”. Korrezzjoni xierqa tal-iżbalji tal-istudju minn esperti dwar il-kumpens tibbilanċja l-piżijiet u l-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali, kif meħtieġ mill-Artikolu 20(2) PostG 1997.

(383)

L-oġġezzjoni tal-Ġermanja li l-Kummissjoni żbaljat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011 billi kkalkulat biss il-vantaġġ kumparattiv għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet għalhekk għandha tiġi miċħuda minħabba li, skont l-Artikolu 20(2) PostG 1997, ir-Regolatur Postali għandu jistabbilixxi l-limitu massimu fuq il-prezzijiet sabiex b’hekk id-dħul irregolat mill-prezzijiet ikopri l-ispejjeż ta’ għoti effiċjenti tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet u l-piżijiet approvati.

(c)   L-ebda prova ta’ kumpens baxx tal-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali abbażi tal-istudju ta’ WIK

(384)

Waqt li tagħmel referenza għall-kontijiet regolatorji tal-2009, il-Ġermanja ssostni li Deutsche Post sofriet telf sinifkanti fuq is-servizzi rregolati mill-prezzijiet mill-1990 minħabba li d-dħul irregolat ġie assorbit mill-ispejjeż għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet kif ukoll mill-ispejjeż netti għat-twettiq tal-obbligi tas-servizzi universali (93). Għalhekk il-Ġermanja tiċħad l-argument tal-Kummissjoni li l-profitti mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet kienu jkunu biżżejjed sabiex jiffinazjaw kwalunkwe spiża eċċessiva tas-sigurtà soċjali mis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.

(385)

L-ewwel, il-Kummissjoni tinnota li huwa ovvju mid-deċiżjonijiet tar-Regolatur Postali mill-2003 li hija ssenjalat sehem mid-dħul irregolat mill-prezzijiet bħala kumpens għall-piż #2. L-eżistenza tal-kontribuzzjoni mid-dħul irregolat mill-prezzijiet għalhekk hija stabbilita mingħajr ambigwità mid-deċiżjonijiet tar-Regolatur Postali.

(386)

It-tieni, l-istudju ta’ WIK juri, b’kuntrast mal-kontijiet regolatorji tal-2009, li mis-sena 2000 is-servizzi rregolati mill-prezzijiet laħqu marġnijiet ta’ profitt pożittivi ħafna ta’ iżjed minn [6,5-8,5] % fuq il-bejgħ.

Figura 9

Kalkolu tar-ROS għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet abbażi tal-Istudju ta’ WIK

[…]

Nota:

Il-kalkoli huma bbażati fuq l-aġġustamenti tal-istudju ta’ WIK tal-kontijiet regolatorji tal-2009. Barra minn hekk, huwa preżunt li s-servizzi rregolati mill-prezzijiet ikopru t-telf kollu tas-servizzi universali mhux irregolati mill-prezzijiet. Il-profitt iżjed baxx fl-2007 prinċipalment huwa dovut għal tariffa straordinarja ta’ deprezzament għall-portafoll tal-proprjetà immobbli.

(387)

Il-profitti ogħla mis-sena 2000 huma konnessi direttament mat-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet iddefiniti tal-pensjoni skont il-Liġi dwar il-Pensjoni tal-1995. Billi fl-1999 Deutshe Post għamlet ħlas b’somma f’daqqa ta’ EUR 2 045 biljuni, l-ammont korrispondenti fis-sena 2000 kien biss madwar EUR 735 miljun (33 % tal-pagi effettivi tal-impjegati taċ-ċivil). Billi r-Regolatur Postali ma għamilx aġġustament permezz tat-tnaqqis tal-prezzijiet irregolati fis-sena 2000 b’konformità mal-kontribuzzjoni tal-pensjoni mnaqqsa, il-profitti ta’ Deutsche Post żdiedu b’mod sinifikanti. Anke wara d-deċiżjoni dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet tal-2002, il-profitt milħuq xorta baqa’ f’livell għoli minħabba li l-prezzijiet irregolati ma kinux tnaqqsu biżżejjed sabiex ikunu daqs l-ispejjeż tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet.

(388)

Rigward il-kritika tal-Ġermanja tal-istudju ta’ WIK, il-Kummissjoni jidhrilha li l-istudju jipprovdi deskrizzjoni iżjed xierqa tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali ta’ Deutsche Post, u b’mod partikolari tal-profitti mis-servizzi rregolati mill-prezzijiet, milli dik ipprovduta mill-kontijiet regolatorji tal-2009. Ir-raġunijiet huma dawn li ġejjin:

(i)   Allokazzjoni iżjed xierqa tal-ispejjeż tas-servizzi kummerċjali

(389)

Skont is-sentenza Chronopost, is-servizzi kummerċjali għandhom iġarrbu l-ispejjeż diretti tagħhom u jipprovdu kontribuzzjoni xierqa għall-ispejjeż żejda. L-allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż bejn is-servizzi differenti tista’ tintwera jew permezz ta’ punti ta’ riferiment esterni (pereżempju prezzijiet tas-suq) jew inkella permezz ta’dejta fuq l-ispejjeż interni (94).

(390)

Il-kontijiet regolatorji tal-2009 huma bbażati fuq il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 20(2) PostG 1997, li jipprovdi li s-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet għandhom jiġu allokati biss l-ispejjeż tal-għoti ta’ servizi effiċjenti, billi l-piżijiet kollha (pereżempju l-ispejjeż eċċessivi mill-impjieg tal-persunal ta’ POSTDIENST u l-ispejjeż netti tal-obbligu tas-servizz universali) għandhom jiġu ffnanzjati mid-dħul irregolat mill-prezzijiet. Madankollu, l-istudju ta’ WIK, fl-analiżi tiegħu tal-kontijiet regolatorji tal-2009 meta mqabbla mal-profitabbiltà tal-kompetituri privati, sab li Deutsche Post talloka sehem għoli wisq tal-piżijiet lis-servizzi rregolati mill-prezzijiet u ftit wisq spejjeż lis-servizzi kummerċjali.

(391)

Is-sejbiet tal-istudju ta’ WIK huma kkonfermati mill-valutazzjoni tar-referenzi ‘kompetittivi’ kklejmjati li Deutsche Post użat sabiex tikkalkula l-piżijiet individwali. Kif muri hawn fuq, ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja għall-kalkolu tal-piż #2 (spejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali) hija referenza baxxa wisq meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji li l-kompetituri privati jkollhom iħallsu. Barra minn hekk, meta wieħed iqis, pereżempju, il-piż infrastrutturali fuq in-netwerk tal-uffiċċji postali, hija referenza purament ipotetika, billi ma jistax jiġi stabbilit li Deutsche Post ma kienet topera l-ebda uffiċċju postali tagħha stess mill-1990 mingħajr l-obbligu universali. B’mod simili, ma jistax jintwera li Deutsche Post setgħet topera mill-1990 esklużivament b’persunal li hija kien ikollha tipprovdi b’pagi biss fil-livell tal-paga minima tal-2007.

(392)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-istudju ta’ WIK jipprovdi bażi iżjed xierqa sabiex jiġu identifikati l-ispejjeż li għandhom jiġu allokati lis-servizzi universali.

(393)

Barra minn hekk, il-kalkolu tal-ispejjeż għandu jitwettaq b’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-kontabilità, skont id-Direttiva 97/67/KE u d-Direttiva 2006/111/KE. La t-tariffi ogħla tad-deprezzament u lanqas l-ispejjeż supplimentari ogħla tal-pensjonijiet ma jinsabu fil-kontijiet annwali ta’ Deutsche Post. Normalment spejjeż bħal dawn jiġu ffinanzjati mill-profitt nett ta’ kumpanija, u dan huwa minnu għal Deutsche Post kif ukoll għall-kompetituri tagħha. Għalhekk kalkolu rivedut ta’ spejjeż ogħla għandu jiffavorixxi lil Deutsche Post meta mqabbla mal-kompetituri.

(ii)   Il-parametru referenzjarju tal-profitti jikkunsidra l-pożizzjoni ta’ riskju ta’ Deutsche Post

(394)

Il-profitti mwettqa minn Deutsche Post mill-2000 kienu ogħla b’mod sinifikanti mir-ROS medjan ta’ 3,48 % fl-istudju WIK kif ukoll iżjed baxxi mir-ROS ta’ livell iżjed baxx ta’ 6,1 % tal-istudju ta’ Deloitte-II. Għalhekk il-pretensjoni tal-Ġermanja li Deutsche Post sofriet minn telf daqshekk kbir li ma kinitx kapaċi tkopri l-piżijiet mid-dħul irregolat mill-prezzijiet ma tistax tiġi aċċettata.

(395)

Barra minn hekk, l-istudju ta’ Deloitte-II, li jkompli jibni fuq grupp komparatur żgħir prinċipalment magħmul minn operaturi multinazzjonali tal-pakketti espress (pereżempju UPS, FedEx, TNT Express), għandu jiġi rivedut b’mod kritiku. Ir-rakkomandazzjoni tal-istudju ta’ Deloitte-II ta’ firxa raġonevoli ta’ profitt b’ROS ta’ 6,1 % u ROS medjan ta’ 7,4 % tinjora l-fatt li Deutsche Post tmexxi negozju ħafna inqas intensiv mil-lat kapitali, u inqas riskjuż.

(1)

Deutsche Post infisha ma toperax servizzi internazzjonali tal-pakketti espress, li jiġu operati biss mis-sussidjarji tagħha ta’ DHL.

(2)

L-operazzjonijiet tal-ittri, li jikkostitwixxu 75 % tad-dħul ta’ Deutsche Post, jirrikjedu ħafna inqas investiment kapitali meta mqabbla mal-operaturi multinazzjonali tal-pakketti minħabba li l-ispejjeż ewlenin tal-kunsinna tal-ittri huma magħmula mill-pagi tal-pustiera. L-operaturi tall-pakketti espress għandhom jinvestu ħafna iżjed f’tagħmir intensiv mil-lat kapitali (95).

(3)

Il-pożizzjoni dominanti ta’ Deutsche Post fis-suq tal-ittri nħolqot u ġiet ikkonsolidata mid-dritt esklużiv li pprovda bażi ta’ klijenti magħluqa (“captive customer base”) lil Deutsche Post mingħajr ma kellha tagħmel l-ebda investiment ewlieni fl-oqsma tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ismijiet tal-prodotti. B’kuntrast, l-operaturi multinazzjonali tal-pakketti kellhom jibnu l-pożizzjonijiet tagħhom f’kull suq nazzjonali mill-bidu nett u waqqfu xi wħud mill-ismijiet l-iżjed rinomati fis-suq (96) b’riskju u spiża tagħhom.

(4)

Finalment, ir-riskji tas-suq u tal-ispiża ta’ Deutsche Post ġew protetti permezz ta’ miżuri statali (97). B’mod partikolari, ir-regolazzjoni tal-prezzijiet ipprovdiet kopertura tal-piżijiet mis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet (98).

(396)

Għalhekk l-istudju ta’ WIK jagħmel tajjeb li japplika referenza ta’ profitt iżjed baxxa mill-firxa ta’ Deloitte-II sabiex jinżamm kont tajjeb tal-intensità ta’ kapital iżjed baxxa ta’ Deutsche Post u r-riskji kummerċjali iżjed baxxi meta mqabbla ma’ operaturi internazzjonali tal-pakketti espress. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li jiġi determinat b’mod preċiz il-livell tal-profitt ta’ referenza minħabba li l-marġnijiet medji tar-ROS ta’ 8,3 % li ntlaħqu diġà huma ogħla mill-istima ta’ livell iżjed baxx ta’ ROS ta’ 6,1 % tal-istudju ta’ Deloitte-II. Anke jekk jintuża l-istudju minn esperti tal-Ġermanja, ma setax jiġi stabbilit li Deutsche Post ingħatat kumpens baxx mill-2000.

(397)

Fi kwalunkwe każ, huwa diffiċli li wieħed jifhem il-kritika min-naħa tal-Ġermanja tal-istudju ta’ WIK minħabba li r-ROS medjan ta’ 3,48 % mhuwiex ogħla mil-livell ta’ profitt li r-Regolatur Postali u Deutsche Post infishom ikkunsidraw bħala raġonevoli. Min-naħa waħda, kif spjegat fit-taqsima IV.4.3, f’termini assoluti r-referenza ROS ta’ 3,48 % trendi profitt ogħla mill-ispejjeż kapitali (pereżempju […] u […]) ikklejmjati minn Deutsche Post fil-kontijiet regolatorji tagħha u approvati mir-Regolatur. Min-naħa l-oħra, ir-ROA ta’ 7,66 % tal-istudju ta’ WIK huwa simili għar-redditu fuq il-kapital li Deutsche Post […].

(398)

Il-konklużjonijiet dwar il-parametru referenzjarju tal-profitti mhumiex affettwati mir-referenza magħmula mil-Ġermanja għar-rati raġonevoli ta’ profitt ta’ 7-8 % fuq il-bejgħ fis-setturi ferrovjarji u tal-karozzi tal-linja. Dawk is-setturi huma iżjed intensivi mil-lat kapitali u għalhekk jeħtieġu redditu ogħla fuq il-bejgħ sabiex ikopru l-ispejjeż kapitali. Għall-kuntrarju, dawk il-figuri jikkonfermaw li l-parametru referenzjarju tal-profitt tal-istudju ta’ Deloitte-II hija iżjed konformi mar-ROS medju ta’ industrija intensiva mil-lat kapitali pjuttost milli mil-lat tax-xogħol.

(d)   Konklużjonijiet

(399)

Il-Kummissjoni għandha tiċħad il-pretensjoni tal-Ġermanja li d-dħul irregolat mill-prezzijiet ma kienx biżżejjed sabiex ikopri l-piżijiet għall-ispejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali. La l-istudju minn esperti sottomess u lanqas il-kontijiet regolatorji tal-2009 ma jappoġġjaw il-pretensjoni tal-Ġermanja.

(400)

Għall-kuntrarju, huwa ddokumentat biċ-ċar mid-deċiżjonijiet tal-2002, l-2007 u l-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet li r-Regolatur Postali approva b’mod konsistenti l-kumpens tal-piżijiet ikklejmjati mid-dħul irregolat mill-prezzijiet.

VII.3.5.   Abolizzjoni tal-għajnuna inkompatibbli mill-1 ta’ Jannar 2003

(401)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizza, il-Kummissjoni hija kompetenti li tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jabolixxi jew jibdel l-għajnuna (99) meta ssib li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern. Kif il-Qorti sostniet b’mod konsistenti, dak l-obbligu huwa maħsub sabiex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel (100). F’dak il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li l-għan ikun miksub ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-għajnuna illegali, u b’hekk jirrinunċja l-vantaġġ li jkun gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni ta’ qabel il-ħlas tal-għajnuna tiġi rrestawrata (101).

(402)

B’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jistabbilixxi li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]. Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan jista’ jkun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi Komunitarja.”

(403)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-deċiżjonijiet ta’ estensjoni tal-2007 u l-2011 jirrigwardaw il-perjodu mill-1990 sal-2007. Madankollu, is-sussidju tal-pensjonijiet hija skema ta’ għajnuna kontinwa li ma wafqitx fl-2007. Konsegwentement, il-kumpens tal-piżijiet mid-dħul irregolat mill-prezzijiet ma waqafx fl-2007. Tabilħaqq, fis-sottomissjoni tagħha tat-2 ta’ Jannar 2012, il-Ġermanja pprovdiet dejta dwar is-sussidju tal-pensjonijiet u d-dħul irregolat mill-prezzijiet, inkluż għall-2010. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-irkupru tas-sehem inkompatibbli tas-sussidju tal-pensjonijiet m’għandux jieqaf fl-2007 iżda għandu jkompli sad-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

(404)

Għall-kalkolu tal-element tal-għajnuna li diġà tpoġġa fid-dispożizzjoni ta’ Deutsche Post, għandu jiġi nnotat, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-ebda dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni ma tirrikjedi li l-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru tal-għajnuna ddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq intern, tiffissal-ammont eżatt tal-għajnuna li jkollha tiġi rkuprata. Ikun biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti li r-riċevitur jikkalkula huwa stess, mingħajr ħafna diffikultà, dak l-ammont (102).

(405)

L-għajnuna inkompatibbli għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-formola fit-Tabella 8, abbażi tar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja u r-rata ta’ referenza, kif definit fl-Anness u muri fi Table 7, u l-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil kif definit fi Table 6. L-ammont ta’ għajnuna illegali mogħtija kull sena jkompli jagħti interessi sal-irkupru. L-interessi għandhom jiġu stabbiliti skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (103).

(406)

Il-kalkoli fl-Anness, li jagħmlu stima tal-għajnuna illegali għall-perjodu mill-2003 sal-2010, bl-esklużjoni tal-interessi, huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-impjegati taċ-ċivil jaħdmu bl-istess proporzjon għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet u dawk mhux irregolati mill-prezzijiet. Id-dejta disponibbli ma tipprovdix informazzjoni fuq in-numru eżatt ta’ impjegati taċ-ċivil li ħadmu għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet u dawk mhux irregolati mill-prezzijiet. Għalhekk jiġi preżunt li l-ishma tad-dħul tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet u dawk mhux irregolati mill-prezzijiet jipprovdu l-ewwel approssimazzjoni affidabbli għall-qsim tal-ispejjeż tal-pagi.

(407)

Għalhekk dejta iżjed dettaljata tista’ twassal għal kalkolu iżjed preċiż u t-tibdil tar-riżultati. Reċentement il-Ġermanja ssottomettiet informazzjoni ġdida fuq it-total tal-pagi tal-impjegati taċ-ċivil fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet bejn l-1995 u l-2007. L-informazzjoni tissuġġerixxi li t-total tal-pagi tal-impjegati taċ-ċivil għandu jiġi kkalkulat permezz ta’ qasma bbażata fuq l-ispejjeż tal-persunal ta’ Deutsche Post fil-kontijiet regolatorji. Approċċ bħal dan jista’ jirriżulta f’total iżjed baxx tal-pagi tal-impjegati taċ-ċivil minn dak stimat mill-qasma ibbażata fuq ishma tad-dħul. Il-Ġermanja ssottomettiet kummenti fit-2 u d-19 ta’ Jannar 2012 li jissuġġerixxu li, tal-inqas rigward id-deċiżjoni tal-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet, is-sehem relattiv tal-piżijiet fis-servizzi rregolati mill-prezzijiet kif ukoll bejn is-servizzi rregolati mill-prezzijiet u dawk mhux irregolati mill-prezzijiet inbidel. Jidher li dik l-informazzjoni tindika li mill-2008 sehem tal-piżijiet ġie allokat lis-servizzi mhux irregolati mil-prezzijiet. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammont preċiż tal-għajnuna illegali se jiġi kkalkulat b’kooperazzjoni mal-Ġermanja, billi jitqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet.

(408)

Minkejja l-isforzi kollha tagħha, il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi li tipproduċi figuri affidabbli għall-ammont ta’ għajnuna illegali mogħtija bejn l-1995 u l-2002. U lanqas ma jidher li huwa possibbli li jiġu stabbiliti f’din id-Deċiżjoni parametri ta’ kalkolu li jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu li l-Istat Membru (kemm jekk waħdu kif ukoll b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni) iwettaq il-kalkolu finali waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, ir-rispett għad-drittijiet tal-Istat Membru ta’ difiża u l-prinċipju taċ-ċertezza legali jikkostitwixxu ostakoli għall-irkupru skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li jistipula li l-‘Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi Komunitarja’.

(409)

Għalhekk l-irkupru għandu jibda mill-1 ta’ Jannar 2003 u jkompli sakemm il-vantaġġ komparattiv għas-servizzi rregolati mill-prezzijiet jieqaf jeżisti.

(410)

Għall-perjodu mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi żgurat li l-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi li Deutsche Post tħallas għall-impjegati taċ-ċivil tagħha ma jkunx iżjed baxx mil-livell imħallas mill-kompetituri tagħha għall-impjegati privati. Dak il-paragun għandu jikkunsidra kwalunkwe kumpens li Deutshe Post tirċievi abbażi tar-regolazzjoni tal-prezzijiet skont l-Artikolu 20 PostG.

VIII.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA TAL-ĦLASIJIET TA’ KUMPENS TAL-ISTAT

VIII.1.   Eżistenza ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1)TFUE

(411)

L-Artikolu 107(1) TFUE jipprovdi li ‘kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavurixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerta merkanzija għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun kompatibbli mas-suq intern’. Fid-detreminazzjoni ta’ jekk miżura tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji li ġejjin: il-miżura għandha tkun imputata lill-Istat u tuża riżorsi tal-Istat, għandha tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi jew ċerti setturi li jgħawġu l-kompetizzjoni u għandha taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(412)

Il-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat minħabba li kienu bbażati fuq l-Artikoli 37 u 40 PostVerfG 1989 u l-Artikolu 2 PostUmwG 1994, u ġew iffinanzjati mir-riżorsi ta’ Telekom li hija ta’ proprjetà pubblika.

VIII.1.1.   Vantaġġ finanzjarju mogħti mill-ħlasijiet tal-kumpens tal-Istat

VIII.1.1.1.   Il-pretensjoni tal-Ġermanja li l-pagamenti tat-trasferiment huma tariffa speċjali

(413)

Il-Ġermanja ssostni li l-ħlasijiet ta’ kumpens tal-Istat kienu jikkumpensaw biss il-ħlasijiet tat-trasferiment, li kienu spejjeż li l-kompetituri privati normalment ma kienx ikollhom jiffinanzjaw. Hija tqis il-ħlasijiet tat-trasferiment bħala dazju a sui generis li ma jistax jiġi kklassifikat bħala taxxa jew dividend.

(414)

Deutsche Post kellha tagħmel ħlasijiet ta’ trasferiment, li kienu bejn 6,6 % u 10 % tad-dħul iggwadanjat, mill-1924 sal-1995. Skont ir-rapport tal-KPMG, il-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht), fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Marzu 1984, ma ddefinietx in-natura legali preċiża tal-ħlasijiet tat-trasferiment iżda kkaratterizzathom bħala dħul għall-baġit pubbliku (Erwerbseinkünfte). Barra minn hekk, il-ħlasijiet tat-trasferiment ġew iddefiniti bħala spejjeż Kosten der Leistung) li Deutsche Post kellha tagħmel għall-għoti tas-servizzi tagħha.

(415)

Minkejja li l-Qorti Kostituzzjonali Federali ma ddefinitx b’mod preċiż sa liema punt il-ħlasijiet tat-trasferiment għandhom jitqiesu bħala sostitut għat-taxxi jew id-dividendi, huwa ċar li l-ħlasijiet tat-trasferiment iġġeneraw dħul għall-baġit pubbliku.

(416)

L-ewwel, fil-passat ħafna Stati Membri użaw id-dħul tal-monopolji postali u tat-telekomunikazzjoni bħala sors ta’ dħul għall-baġit pubbliku. Billi Bundespost u l-predeċessuri tagħha kienu eżenti mit-taxxi ġenerali sal-1995 minħabba l-istatus tal-liġi pubblika, l-impożizzjoni ta’ dazju a sui generis intużat sabiex tiġġenera dħul għall-baġit pubbliku minn dawn is-setturi. Barra minn hekk, kien raġonevoli mill-perspettiva ekonomika li jiġu imposti dazji fuq dawk il-monopolji. Il-konsumaturi kienu lesti li jaċċettaw żidiet mingħajr ma jnaqqsu ħafna l-użu min-naħa tagħhom tas-servizzi, sabiex b’hekk seta’ jiġi ġġenerat livell għoli ta’ dħul għall-baġit pubbliku.

(417)

It-tieni, għall-kuntrarju tal-impriżi privati, Deutsche Post ma kinitx responsabbli li tħallas la t-taxxi diretti u lanqas dawk indiretti, u lanqas ma kienet responsabbli li tħallas kwalunkwe dividend fuq il-kapital ipprovdut. Bħala riżultat, il-ħlasijiet tat-trasferimenti kienu l-uniku mezz għall-Gvern Federali - kemm fir-rwol tiegħu ta’ awtorità tat-taxxa kif ukoll ta’ parti interessata — sabiex jirċievi dħul minn Deutsche Post. F’dak ir-rigward, mhuwiex importanti jekk il-ħlasijiet tat-trasferimenti jikkorrispondux bis-sħiħ jew le għad-definizzjonijiet ta’ ċerti reġimi tat-taxxa jew tad-dividendi. Fi kwalunkwe każ, il-ħlasijiet tat-trasferiment kienu ħlasijiet li Deutsche Post kellha tagħmel mill-1924 li ġġeneraw dħul għall-baġit pubbliku.

(418)

Fl-aħħar nett, l-impożizzjoni tal-ħlasijiet tat-trasferiment kienet konformi mal-għan pubbliku li jiġi ġġenerat dħul għall-baġit pubbliku — kemm jekk fil-forma ta’ taxxi kif ukoll ta’ dividendi — minn monopolju tal-Istat. Il-ħlasijiet tat-trasferiment għalhekk ikkostitwixxu spiża normali li Deutsche Post kienet responsabbli li tiffinanzja mir-riżorsi tagħha stess.

VIII.1.1.2.   Il-pretensjoni tal-Ġermanja li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat kienu konsistenti mal-imġiba tal-investituri privati

(419)

Il-Ġermanja ssostni li hija aġixxiet parzjalment bħala investitur privat meta pprovdiet il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat minħabba li t-trasferimenti pubbliċi ffinanzjaw investimenti ta’ profitt fin-netwerk ta’ Deutsche Post.

(420)

Madankollu, billi l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ingħataw abbażi ta’ telf akkumulat għall-kuntrarju tal-pjanijiet ta’ investiment, huwa evidenti li l-ebda investitur privat qatt ma kien se jadotta strateġija ta’ investiment bħal din.

(421)

Konsegwentement, il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ipprovdew vantaġġ finanzjarju għal Deutsche Post.

VIII.1.1.3.   Il-pretensjoni tal-Ġermanja li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat kienu kumpens għall-ispejjeż netti tal-obbligu tas-servizzi universali

(422)

Il-Ġermanja ssostni li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ma kinux jikkostitwixxu għajnuna minħabba li kkumpensaw l-ispejjeż netti tal-obbligu tas-servizzi universali.

(423)

Fis-sentenza Altmark  (104), il-Qorti ddeċidiet li l-ħlasijiet tas-servizzi pubbliċi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-Artikolu 107 TFUE bil-kundizzjoni li jintlaħqu erba’ kriterji kumulattivi. L-ewwel, li l-impriża riċevitriċi effettivament għandu jkollha obbligi tas-servizzi pubbliċi sabiex tirrilaxxa, u dawk l-obbligi għandhom jiġu definiti b’mod ċar. It-tieni, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet, il-kumpens ma jistax jeċċedi dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom magħmula fir-rilaxx tal-obbligi tas-servizzi pubbliċi, b’kunsiderazzjoni tal-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli. Ir-raba’, fejn l-impriża li jkollha tirrilaxxa l-obbligi tas-servizzi pubbliċi, f’każ speċifiku, ma tintgħażilx fi proċedura ta’ akkwist pubbliku li tkun tista’ tippermetti l-għażla tal-offerent kapaċi li jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ għandu jiġi determinat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, ġestita tajjeb u pprovduta b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport, tkun għamlet.

(424)

Billi Deutsche Post ma ntgħażlitx permezz ta’ offerta pubblika u l-Ġermanja ma pprovdietx evidenza li Deutsche Post kienet impriża ġestita tajjeb, ir-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark ma ntlaħqitx.

VIII.1.2.   Konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(425)

Il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ingħataw minn riżorsi tal-Istat u ħelsu lil Deutsche Post minn spejjeż li normalment jaqgħu fuq impriżi privati. Il-Ġermanja ma kinitx kapaċi tipprovdi evidenza li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat issodisfaw il-kriterji ta’ Altmark, li setgħu ineħħuhom mill-klassifikazzjoni ta’ għajnuna.

(426)

Għar-raġunijiet stabbiliti fit-taqsima VII.1.2, il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat probabbilment se jgħawġu l-kompetizzjoni u se jaffettwaw il-kummerċ.

(427)

Il-Kummissjoni għalhekk sabet li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1)TFUE.

VIII.2.   Valutazzjoni tal-għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 108(3)TFUE

(428)

Il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ġew introdotti bl-Artikolu 37(2) u (3) PostVerfG 1989 u għalhekk jikkostitwixxu miżura ġdida ta’ għajnuna.

VIII.3.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) TFUE

(429)

L-Artikolu 106(2) TFUE jipprovdi li l-impriżi fdati bl-operazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, jew li jkollhom il-karattru ta’ monopolju li jipproduċi dħul, huma soġġetti għar-regoli li jinsabu fit-Trattati, b’mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, huwa jipprovdi eċċezzjoni mir-regoli inklużi fit-Trattat, bil-kundizzjoni li numru ta’ kriterji jintlaħqu. L-ewwel, irid ikun hemm att ta’ fiduċja, fejn l-Istat jikkonferixxi responsabbiltà għat-twettiq ta’ ċertu kompitu fuq impriża. It-tieni, l-att tal-għoti tal-fiduċja għandu jirrelata ma’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali It-tielet, l-eċċezzjoni għandha tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ kompiti mogħtija u proporzjonali għal dak il-fini. Finalment, l-iżvilupp tal-kummerċ m’għandux jiġi affettwat sa ċertu punt li jista’ jkun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.

(430)

Fil-Komunikazzjonijiet tal-1996 u l-2001 (105), (106) u fil-Qafas tal-2005 dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni spjegat l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ħtieġa u proporzjonalità għall-eċċezzjoni skont l-Artikolu 106(2) TFEU. It-taqsima 2.4 tal-Qafas tal-2005 hija l-aħħar kodifikazzjoni tat-tifsira u l-ambitu ta’ dawk ir-rekwiżiti li b’mod konsistenti ġew applikati fil-passat mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni.

(431)

Skont it-taqsima 2.4 tal-Qafas tal-2005, il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-kumpens mogħti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(1)

L-ammont tal-kumpens ma jistax jeċċedi dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż magħmula fir-rilaxx tal-obbligi tas-servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni tal-irċevuti rilevanti u l-profitt raġonevoli għar-rilaxx ta’ dawk l-obbligi.

(2)

L-ammont tal-kumpens jinkludi l-vantaġġi kollha mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma possibbli, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(3)

L-ammont tal-kumpens għandu effettivament jintuża għall-operat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali kkonċernat. Il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti għall-operat ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, iżda effettivament użat sabiex jiġi operat fuq swieq oħra, mhuwiex ġustifikat u konsegwentement jikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli tal-Istat.

(432)

Fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat għall-ispejjeż ta’ servizzi universali ġew meqjusa bħala għajnuna kompatibbli (jew mhux għajnuna) sakemm il-ħlasijiet ikunu iżjed baxxi mill-ispejjeż netti effettivi tas-servizz universali (107).

VIII.3.1.   L-għoti ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali

(433)

Id-Direttivi Postali suċċessivi u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (108) dejjem irrikonoxxew l-għoti universali tas-servizzi postali bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(434)

Deutsche Post ġiet fdata sal-31 ta’ Diċembru 2007 bl-għoti ta’ servizzi postali universali minn liġijiet postali suċċessivi.

VIII.3.2.   Ħtieġa u proporzjonalità tal-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat

(435)

Il-Ġermanja ssostni li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat kienu miżura ta’ kumpens proporzjonali minħabba li, skont il-kontijiet regolatorji tal-2009, kienu ħafna iżjed baxxi mill-ispejjeż netti effettivi tal-obbligi tas-servizz universali mill-1990 sal-1995. Il-kontijiet regolatorji tal-2009 juru li, fl-1995, minkejja l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat, Deutsche Post ingħatat kumpens baxx wisq ta’ EUR […] biljuni (il-valur attwali tal-1995) għall-ispejjeż netti akkumulati tal-obbligi tas-servizzi universali għall-perjodu mill-1990 sal-1995.

(436)

Wara l-aġġustamenti tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-kalkolu tal-ispiża fil-kontijiet regolatorji tal-2009, l-istudju ta’ WIK jasal għall-konklużjoni li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat ikkumpensaw l-ispejjeż netti akkumulati tal-obbligu tas-servizz universali għall-perjodu mill-1990 sal-1995.

(437)

Il-kalkoli tal-istudju ta’ WIK juru li fl-1995 il-kumpens eċċeda l-ispejjeż netti akkumulati bi EUR [0-20] miljuni. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kwalità tad-dejta tal-kontabilità tal-ispejjeż għal dawk is-snin hija fqira ħafna. Barra minn hekk, WIK irrikonoxxa biss il-ħlasijiet tat-trasferiment bħala spiża kapitali, u ma ppermetta l-ebda profitt raġonevoli ieħor.

(438)

Għal dawn iż-żewġ raġunijiet, il-Kummissjoni sabet li l-istudju ta’ WIK ma jistax jintuża bħala bażi sabiex tiġi miċħuda l-pretensjoni tal-Ġermanja li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat kienu jikkostitwixxu kumpens xieraq tal-ispejjeż tas-servizzi universali ta’ Deutsche Post.

Tabella 10

Kalkolu tal-ispejjeż netti akkumulati tal-obbligu tas-servizz universali u l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat (il-valur attwali tal-1995)

 

kontijiet regolatorji tal-2009).

L-istudju ta’ WIK

Spejjeż akkumulati

– EUR […] miljuni

– EUR […] miljuni

Ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat

+ EUR 6 707 miljun

+ EUR 6 707 miljun

Kumpens għoli/baxx wisq

– EUR […] miljuni

+ EUR [0 sa 20] miljuni

(439)

Il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat għalhekk huma għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 106(2) TFUE minħabba li ma kinux jeċċedu l-ispejjeż netti li Deutsche Post kienet għamlet minħabba l-obbligi tas-servizzi universali tagħha.

IX.   IL-GARANZIJA TAL-ISTAT GĦALL-ISTRUMENTI TAD-DEJN MAĦRUĠA QABEL L-1995 TIKKOSTITWIXXI GĦAJNUNA EŻISTENTI MILL-ISTAT SKONT L-ARTIKOLU 108(3) TFUE

(440)

Il-Kummissjoni tosserva li r-regoli tal-garanzija tal-Istat għall-istrumenti tad-dejn ġew introdotti fl-1953 mill-Artikolu 22(4) PostVwG 1953. Meta l-PostVwG 1953 ġie miċħud mill-PostVerfG 1989, l-istess dispożizzjoni ġiet inkorporata fl-Artikolu 40 PostVerfG 1989 mingħajr l-ebda modifika.

(441)

Sa minn meta l-garanzija għall-istrumenti għad-dejn ġiet introdotta fl-1953, u għalhekk qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KEE fl-1958, hija tikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(442)

L-Artikolu 2(4) PostUmwG 1995 temmet dik l-għajnuna eżistenti. Il-fatt li l-Istat baqa’ garanti għall-istrumenti tad-dejn maħruġa qabel il-privatizzazzjoni ta’ Deutsche Post ma jikkostitwix għajnuna ġdida minħabba li l-vantaġġ għal Deutsche Post ingħata fiż-żmien li l-istrumenti tad-dejn inħarġu.

X.   KONKLUŻJONIJIET

(443)

Il-Kummissjoni sabet li s-sussidju tal-pensjonijiet u l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat jikkostitwixxu miżuri ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li ħelsu lil Deutsche Post AG minn spejjeż li normalment jaqgħu fuq l-impriżi.

(444)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-Ġermanja implimentat illegalment is-sussidju tal-pensjoni u l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE. Il-garanzija tal-Istat għall-istrumenti tad-dejn maħruġa minn Deutsche Post qabel ma ġiet privatizzata tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, li ġiet abolita fl-1995.

(445)

Is-sussidju tal-pensjoni huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE minħabba li pprovda vantaġġ komparattiv għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet, billi l-finanzjament tal-piżijiet mid-dħul irregolat mill-prezzijiet ġie approvat mir-Regolatur Postali. Il-Ġermanja ħelset b’mod sproporzjonat lil Deutsche Post AG mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, billi taħt arranġamenti tal-għajnuna għall-pensjonijiet mhux biss ipprovdiet is-sussidju tal-pensjonijiet iżda wkoll ippermettiet lil Deutsche Post AG li tgħaddi lill konsumaturi tas-servizzi rregolati mill-prezzijiet sehem tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet li Deutsche Post AG kellha tħallas hija stess, bħall-kompetituri privati tagħha.

(446)

Bħala riżultat ta’ dan, l-arranġamenti tal-għajnuna għall-pensjonijiet poġġew lil Deutsche Post f’pożizzjoni vantaġġjuża meta mqabbla mal-kompetituri privati, billi Deutsche Post AG kellha ġġarrab, għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet tagħha, piż ta’ kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali iżjed baxx mill-ispejjeż statutorji meħtieġa li jirriżultaw mill-kompetituri privati.

(447)

Fid-dawl ta’ dan, l-għajnuna inkompatibbli għandha tiġi kkalkulata bħala d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza, li tallinja l-kontribuzzoni għas-sigurtà soċjali ta’ Deutsche Post AG għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet ma’ dawk tal-kompetituri, u r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja li effettivament taqa’ fuq Deutsche Post AG għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet tagħha, immultiplikat bit-total tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet. B’mod partikolari, l-għajnuna mhux kompatibbli għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-formola fit-Tabella 8 abbażi tad-definizzjonijiet tar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja u r-rata ta’ referenza regolatorja kif stabbiliti fit-Tabella 7 u fl-Anness, u l-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil kif stabbilit fit-Tabella 6.

(448)

L-għajnunja mhux kompatibbli li kienet għad-dispożizzjoni ta’ Deutsche Post mill-1 ta’ Jannar 2003, għandha tiġi rkuprata minn dik id-data saż-żmien li fih il-vantaġġ komparattivikun waqaf jeżisti. Barra minn hekk, il-Ġermanja għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex temenda l-għajnuna tal-ispiża tal-pensjonijiet abbażi tas-sussidju tal-pensjoni u r-regolament tal-prezzijiet bl-għan li jiġi abolit il-vantaġġ komparattiv.

(449)

Il-Kummissjoni sabet li l-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat huma miżura ta’ għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 106(2) TFUE minħabba li kkumpensaw l-ispejjeż netti akkumulati ta’ Deutsche Post mill-obbligu tas-servizzi universali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-sussidju tal-pensjonijiet lil Deutsche Post jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE u ngħata illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.

2.   Is-sussidju tal-pensjonijiet mhuwiex komaptibbli mas-suq intern minħabba li l-Ġermanja kkontribwixxiet b’mod sproporzjonat għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil irtirati ta’ Deutsche Post.

Artikolu 2

Il-ħlasijiet kumpensatorji tal-Istat li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG skont l-Artikolu 107(1) TFUE u li ngħataw illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE huma kompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 3

Il-garanziji tal-Istat jikkostitwixxu għajnuna eżistenti lil Deutsche Post AG skont l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE.

Artikolu 4

1.   Il-Ġermanja għandha tirkupra mingħand Deutsche Post l-għajnuna mhux kompatibbli msemmija fl-Artikolu 1, li tpoġġiet għad-dispożizzjoni ta’ Deutsche Post AG għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sa dak iż-żmien li fih il-vantaġġ komparattiv jiġi mitmum.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati skont il-paragrafu 1 għandhom irendu interessi mid-data li fiha l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sakemm jiġu effetivament irkuprati.

3.   L-interessi għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (109) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   B’effett mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tiżgura li Deutsche Post AG ma tibqax tibbenefika minn vantaġġ komparattiv għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet fid-dawl tal-finanzjament tal-piżijiet mid-dħul irregolat mill-prezzijiet li ġie approvat mir-Regolatur Postali.

Artikolu 5

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1, kif stabbilit fl-Artikolu 4, għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lil-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (ewlieni u l-interessi) li għandu jiġi rkuprat mingħand Deutsche Post AG;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ġew ippjanati sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni;

(c)

evidenza dokumentali li Deutsche Post AG ġiet ordnata li tħallas lura l-għajnuna mhux kompatibbli.

2.   Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex timplimenta d-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna mhux kompatibbli tal-Istat imsemmija fl-Artikolu 1 ikun twettaq. Hija għandha tisottometti immedjatament, fuq sempliċi talba min-naħa tal-Kummissjoni, kwalunkwe informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu diġà u li huma ppjanati sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u interessi fuq l-irkupru li diġà jkunu ġew irkuprati mingħand Deutsche Post AG.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2012

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE.Iż-żewġ gruppi ta’ dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi.Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, fejn ikun xieraq.

(2)  Stedina tas-17 ta’ Awwissu 1999 għas-sottomissjoni ta’ kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar l-għajnuna C 61/99 (ex NN 153/96) — Għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG (ĠU C 306, 23.10.1999, p. 25); stedina tad-19 ta’ Ottubru 2007 għas-sottomissjoni ta’ kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07) — Għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG (ĠU C 245, 19.10.2007, p. 21); u stedina tal-11 ta’ Mejju 2011 għas-sottomissjoni ta’ kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE dwar l-għajnuna C 36/07 — Għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG (ĠU C 263, 7.9.2011, p. 4).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE tad-19 ta’ Ġunju 2002 dwar miżuri implimentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU L 247, 14.9.2002, p. 27).

(4)  Kawża T-266/02 Deutsche Post AG v il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-1233.

(5)  Sentenza tat-2 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża C-399/08 P Il-Kummissjoni Ewropea v Deutsche Post AG, li għadha ma ġietx irrappurtata.

(6)  Stedina tat-12 ta’ Settembru 2007 skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE għas-sottomissjoni ta’ kummenti dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) — Għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG (ĠU C 245, 19.10.2007, p. 21);

(7)  Avviż ta’ kuntratt 2008/S 15-018228 ippubblikat fit-23 ta’ Jannar 2008 (ĠU S 15, 23.1.2008).

(8)  (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(9)  Opinjoni tal-Prof. Ehlermann, WilmerHale (16 ta’ Ġunju 2008), “Die Verpflichtung der europäischen Kommission zur Einzelprüfung angeblicher Beihilfen an die Deutsche Post AG” (L-obbligu tal-Kummissjoni Ewropea li tinvestiga b’mod separat il-miżuri allegati ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG).

(10)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(11)  Opinjoni tal-Prof. Ehlermann, WilmerHale (10 ta Ottubru 2008), “Die Periodizität der Überkompensationsrechnung gemäß Artikel 86 (2) EG” (Il-perjodiċità tal-kalkolu ta’ kumpens għoli skont l-Artikolu 86(2) KE).

(12)  Ara t-taqsima VI.2.1 għal spjegazzjoni dettaljata tal-ħlasijiet ta’ trasferiment.

(13)  Studju Espert minn KPMG (11 ta’ Frar 2010), “Deutsche Post AG — Rechtliche Qualifikation der Ablieferungen nach § 63 PverfG”; Studju Espert minn Deloitte (9 ta’ Frar 2010), “Valutazzjoni tar-rapport ta’ WIK Consult għall-Kummissjoni Ewropea — Rapport għad-Deutsche Post AG”.

(14)  Opinjoni ta’ Prof. Ehlermann, WilmerHale (5 ta’ Novembru 2010), “Bedeutung des Urteils des Gerichtshofes in der Rechtssache C-399/08 Kommission v Deutsche Post AG für das laufende Beihilfeprüfverfahren im Fall C 36/2007 Deutsche Post AG” (Analiżi tat-tifsira tas-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-399/08 Il-Kummissjoni v Deutsche Post għall-investigazzjoni attwali).

(15)  Opinjoni ta’ Prof. Ehlermann, WilmerHale (5 ta’ Novembru 2010), “Bedeutung des Urteils des Gerichtshofes in der Rechtssache C-399/08 Kommission v Deutsche Post AG für das laufende Beihilfeprüfverfahren im Fall C 36/2007 Deutsche Post AG” (Analiżi tat-tifsira tas-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-399/08 Il-Kummissjoni v Deutsche Post għall-investigazzjoni attwali).

(16)  Opinjoni tal-Prof. Ehlermann, WilmerHale (19 ta’ Lulju 2011), “Die Verpflichtung der Europäischen Kommission zum Nachweis einer Überkompensation bei der beihilferechtlichen Beanstandung angeblicher Quersubventionierungen” (Il-ħtieġa għall-kalkolu ta’ kumpens għoli sabiex tingħata prova tal-għoti ta’ sussidji trasversali allegat).

(17)  Opinjoni tal-Prof. Ehlermann, WilmerHale (19 ta’ Lulju 2011), “Der Vergleich der effektiv getragenen Sozialkosten mit den marktüblichen Sozialkosten im laufenden Beihilfeprüfverfahren im Fall C 36/07 (Deutsche Post AG)” (Tqabbil bejn l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali mħallsa minn Deutsche Post u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali medji tas-suq).

(18)  Charles River Associates (Marzu 2011): “L-istima ta’ marġni raġonevoli ta’ profitt għall-għoti ta’ servizzi ta’ ittri”, sottomess mill-Belġju fil-każ dwar għajnuna mill-Istat SA.14588 Għajnuna mill-Istat lil bpost.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/354/KE tal-20 ta’ Marzu 2001 dwar proċediment skont l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE (Deutsche Post AG) (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 27).

(20)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2008 — Il-Kawża COMP/37.821 — UPS u DVPT/DPAG, paragrafi 6, 63, 66, 70-72.

(21)  Is-sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-421/07 Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni Ewropea, li għadha ma ġietx irrapportata.

(22)  Is-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawżi Magħquda C-463/10 P u C-475/10 P Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni Ewropea, li għadha ma ġietx irrappurtata.

(23)  Gesetz zum Personalrecht der Beschäftigten der früheren Deutschen Bundespost tal-14 ta’ Settembru 1994 (BGBl. I p. 2325).

(24)  Gesetz über die Unternehmensverfassung der Deutschen Bundespost tat-8 ta’ Ġunju 1989 (BGBl. I p. 1026).

(25)  Gesetz zur Umwandlung von Unternehmen der Deutschen Bundespost in die Rechtsform der Aktiengesellschaft tal-14 ta’ Settembru 1994 (BGBl.I p. 2325).

(26)  Gesetz über das Postwesen tat-3 ta’ Lulju 1989 (BGBl. I p. 1450).

(27)  Gesetz über die Versorgung der Beamten und Richter des Bundes tal-24 ta’ Awwissu 1976 (BGBl. I p. 322).

(28)  Is-Sitt Kodiċi Soċjali (SGB VI) jirregola l-iskema tal-assigurazzjoni tal-pensjoni; It-Tielet Kodiċi Soċjali (SGB III) jirregola l-iskema tal-assigurazzjoni tal-qgħad; Il-Ħames Kodiċi Soċjali (SGB V) jirregola l-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa; l-Att dwar il-Kura Fuq Perjodu Twil (PflegeVG) u l-Ħdax il-Kodiċi Soċjali (SGB XI) jirregola l-iskema tal-assigurazzjoni tal-kura fuq perjodu twil.

(29)  Satzung der Versorgungsanstalt der Deutschen Bundespost (1969, kif emendat l-aħħar).

(*)  Sigriet kummerċjali.

(30)  Gesetz über die Regulierung der Telekommunikation und des Postwesens tal-14 ta’ Settembru 1994 (BGBl. I p. 1509).

(31)  Verordnung zur Regelung der Pflichtleistungen der Deutschen Bundespost POSTDIENST tat-12 ta’ Jannar 1994 (BGBI.I p. 86).

(32)  Post-Universaldienstleistungsverordnung tal-15 ta’ Diċembru 1999 (BGBl. I p. 2418).

(33)  Gesetz über die Verwaltung der Deutschen Bundespost (Postverwaltungsgesetz), BGBl. I p. 676.

(34)  Bundesnetzagentur, Zwölfte Marktuntersuchung (It-12-il Rapport dwar is-Swieq), Settembru 2009.

(35)  Madwar 38 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post għall-perjodu bejn l-1990 sa 2007; madwar 44 % tad-dħul totali ta’ Deutsche Post għall-perjodu bejn l-2008 u l-2010.

(36)  L-Artikolu 53 PostG 1997 jipprovdi li, wara l-iskadenza tal-liċenzja esklużiva, l-impustar ta’ 50 ittra jew iżjed huwa soġġett għall-kontroll tal-prezzijiet ex-post pjuttost milli għall-kontroll tal-prezzijiet ex-ante.

(37)  Is-sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2011, fil-Kawża T-421/07, 2011 Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni Ewropea, li għadha ma ġietx irrapportata, paragrafi 74 u 75.

(38)  Kawża T-157/01 Danske Busvognmænd v Commission [2004] Ġabra II-917, paragrafu 57.

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/204/KE tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza b’konnessjoni mar-riforma tal-arranġamenti għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu għal La Poste (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16).

(40)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH [2003] Ġabra I-7747.

(41)  Il-kontijiet regolatorji tal-2009 juru d-dħul tal-ittri rregolati f’diviżjonijiet differenti ta’ negozju matul perjodu ta’ żmien.Id-definizzjoni tinkludi għal kull sena s-somma tad-dħul irregolat kollu, irrispettivament mid-diviżjoni tan-negozju li fih ikun ġie ġġenerat.

(42)  Il-kodiċi ta’ NACE (Nomenclature statistique des activités économiques dans la Communauté européenne) huma l-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea.

(43)  Sabiex isostni r-riżultati tal-kampjun postali li jinkludi biss numru żgħir ta’ kompetituri komparabbli, l-istudju ta’ WIK għażel grupp komparatur addizzjonali ikbar li jinkludi madwar 1 160 kumpanija mis-settur tat-trasport tal-merkanzija fit-toroq (il-kodiċi 60 ta’ NACE) minħabba li t-trasport tal-merkanzija fit-toroq huwa settur kompetittiv ħafna fejn is-servizzi ħafna drabi jiġu pprovduti minn kumpaniji li jwettqu attivitajiet simili ta’ trasport lejn operaturi postali.Ir-riżultati mit-tieni grupp komparatur jagħtu ROS medjan ta’ 2,59 % u ROS tat-tielet wieħed minn erbgħa ta’ 5,57 %, li jikkonferma r-riżultati tal-kampjun iżjed żgħir.

(44)  Ir-ROS medjan huwa ta’ 3,48 % u r-ROS ta’ livell superjuri huwa ta’ 6,77 %.

(45)  Deutsche Post issottomettiet studju tal-2005 min-naħa ta’ CTcon “Rentabilität der Schalterleistungen der Postfilialen für die Postbank 2002 bis 2004” (Profitabbiltà tas-servizzi tal-bejgħ ta’ Deutsche Post għal Postbank 2002-2004) li jalloka l-ispejjeż diretti u żejda tan-netwerk tal-uffiċċji postali bejn is-servizzi kummerċjali u universali bl-użu ta’ approċċ ta’ spejjeż ibbażati fuq l-attivitajiet..Jidher li, b’mod ġenerali, ir-remunerazzjoni li Postbank ħallset kienet tkopri sehem xieraq tal-ispejjeż totali tan-netwerk tal-uffiċċji postali (pereżempju inkluż sehem xieraq tal-piż tal-infrastruttura #3 għan-netwerk postali).

(46)  (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(47)  Eċċess tal-marġini ta’ profitt fil-Figura 5 bir-rata raġonevoli ta’ profitt ta’ 3,48 % tar-redditu fuq il-bejgħ.

(48)  Ara t-taqsima VI.2.1 għal spjegazzjoni dettaljata tal-ħlasijiet ta’ trasferiment.

(49)  Assoċjati Nazzjonali tar-Riċerka Ekonomika (NERA) (Novembru 2007), “Il-Profitabbiltà tas-Segment tal-Posta ta’ Deutsche Post — Aġġornament”.

(50)  Assoċjati Nazzjonali tar-Riċerka Ekonomika (NERA) (Novembru 2006), “Il-Profitabbiltà tas-Segment tal-Posta ta’ Deutsche Post — Aġġornament”.

(51)  Id-diviżjoni tal-ittri ta’ DPWN hija iżjed estensiva mill-attivitajiet Ġermaniżi ta’ DPAG u tinkludi l-attivitajiet kollha fid-dinja.Madankollu, in-negozju domestiku jikkostitwixxi s-sehem ewlieni tad-diviżjoni tal-ittri ta’ DPWN.

(52)  Il-Kawżi Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P et C-94/01 P Chronopost SA, La Poste u r-Repubblika Franċiża v Union française de l’express (Ufex), DHL International, Federal express international (France) SNC u CRIE SA [2003] Ġabra I-6993.

(53)  Il-Kawża T-157/01 Danske Busvognmænd v Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-917, paragrafu 57.

(54)  Il-Kawża T-266/02 Deutsche Post AG v Il-Kummissjoni Ewropea [2008] Ġabra II-1233, paragrafu 54.

(55)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża C 265/02 dwar il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat lil Royal Mail, (ĠU C 265, 9.9.2011, p. 2).

(56)  Ara l-premessa 41.

(57)  Il-paga minima tal-2007 intużat mill-kontijiet regolatorji tal-2009 sabiex jiġi kkalkulat il-piż #1 (pagi żejda).

(58)  Ara l-premessa 41.

(59)  Ara l-premessa 41.

(60)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/145/KE tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u l-industriji tal-elettriku u l-gass (ĠU L 49, 22.2.2005, p. 9).

(61)  Il-Kawża C-379/98 PreussenElektra AG v Schleswig AG [2001] Ġabra I-2099.

(62)  Il-Ġermanja jidhrilha li s-sejbiet tal-istudju ta’ Deloitte huma kkonfermati mill-istudju ta’ CRA li l-Belġju ssottometta fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.14588 (ara l-premessa 44).

(63)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/C 35/10 — kuntratt ta’ servizz pubbliku bejn Deutsche Bahn Regio u l-Länder ta’ Berlin u Brandenburg (ĠU C 35, 8.2.2008, p. 13); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/325/KE tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 3/08 (ex NN 102/05) — ir-Repubblika Ċeka rigward kumpensi tas-servizz pubbliku għal Southern Moravia Bus Companies (ĠU L 97, 16.4.2009, p. 14).

(64)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.

(65)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/782/KE tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Italja lil Poste Italiane SpA (li qabel kienet Ente Poste Italiane) (ĠU L 282, 19.10.2002, p. 29).

(66)  Il-Kawża C-301/87 Franza v Il-Kummissjoni [1990] Ġabra I-307, paragrafu 41.

(67)  Il-Kawża 173/73 L-Italja v Il-Kummissjoni [1974] Ġabra 709, paragrafu 13; Il-Kawża 310/85 Deufil GmbH & Co. KG v Il-Kummissjoni [1987] Ġabra 901, paragrafu 8; Il-Kawża C-241/94 Franza v Il-Kummissjoni Ġabra I-4551, paragrafu 20.

(68)  C-387/92 Banco Exterior [1994] Ġabra I-877, paragrafu 13; Il-Kawża C-241/94, iċċitata hawn fuq, paragrafu 34.

(69)  Il-Kawża C-5/01 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-1191, paragrafu 39.

(70)  Il-Kawża 30/59 Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg v Awtorità Għolja [1961] Ġabra 3, paragrafi 29 u 30; Il-Kawża C-173/73, iċċitata hawn fuq, paragrafi 12 u 13. Il-Kawża C-241/94, iċċitata hawn fuq, paragrafi 29 u 35. Il-Kawża C-251/97 Franza v Il-Kummissjoni [1990] Ġabra I-6639, paragrafi 40, 46 u 47. u s-sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi Magħquda C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P Comitato Venezia vuole vivere v Il-Kummissjoni [2011], li għadu ma ġiex irrapurtat, paragrafi 90 sa 96.

(71)  Id-Deċiżjoni La Poste, premessa 141, u l-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2), premessa 63.

(72)  Il-Kawża T-20/03 Kahla v Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-2305, paragrafi 194 sa 197.

(73)  Haushaltsgrundsätzegesetz tad-19 ta’ Awwissu 1969 (BGBl. I p. 1273), kif emendat bl-Artikolu 1 tal-Liġi tas-27 ta’ Mejju 2010 (BGBl. I p. 671).

(74)  Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest v Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.

(75)  Ara wkoll l-istudju ta’ WIK, taqsima 2.

(76)  Is-sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-421/07 Deutsche Post v Il-Kummissjoni Ewropea, li għadha ma ġietx irrapportata, paragrafi 52 u 75.

(77)  Il-Kawża C-364/90 L-Italja v Il-Kummissjoni [1990] Ġabra I-2097, paragrafu 20.

(78)  Il-Kawża T-162/06 Kronoply v Il-Kummissjoni [2009] Ġabra II-1, b’mod partikolari l-paragrafi 65, 66, 74 u 75.

(79)  Kawża T-187/99 Agrana Zucker und Stärke v il-Kummissjoni [2001] Ġabra II-1587, paragrafu 74; Kawża T-126/99 Graphischer Maschinenbau v il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-2427, paragrafi 41 sa 43; Kawża C-390/06 Nuova Agricast [2008] Ġabra I-2577, paragrafi 68 u 69.

(80)  Ara d-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward it-twettiq sħiħ tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji, premessi 9 et seq. (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3).

(81)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat mal-ispejjeż li mhumiex irkuprabbli, l-ittra tal-Kummissjoni SG (2001) D/290869 tas-6.8.2001.

(82)  Ara d-Deċiżjoni 2005/145/KE dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u lill-industriji tal-elettriku u l-gass; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/204/KE dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza b’konnessjoni mar-riforma tal-arranġamenti għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu għal La Poste (ĠU L 63, 8.3.2008, p. 11); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/945/KE dwar ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP (għajnuna mill-Istat C 42/07 (ex N 428/06)) li Franza qiegħda tippjana li timplimenta rigward RATP (ĠU L 327, 12.12.2009, p. 6); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża C 25/2008 dwar ir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati tas-servizz pubbliku li jaħdmu għal France Télécom, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(83)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/204/KE rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f’dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/945/KE dwar ir-riforma tal-metodu li bih l-iskema tal-pensjoni RATP tiġi ffinanzjata (għajnuna mill-Istat C 42/07 (ex N 428/06)) li Franza qiegħda tippjana li timplimenta rigward RATP; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża C 25/2008 dwar ir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati tas-servizz pubbliku li jaħdmu għal France Télécom, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(84)  Id-Deċiżjoni La Poste, premessa 166.

(85)  Ara l-Anness għal preżentazzjoni dettaljata.

(86)  BGBl. I, p. 336.

(87)  Il-total tal-kontribuzzjoni ta’ 33 % lill-Fond tal-Pensjonijiet u l-ispejjeż tas-saħħa u l-kura [7-12 %] bħala perċentwal tal-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivil.

(88)  Ara l-Anness għal iżjed dettalji.

(89)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.

(90)  Regolament dwar is-Servizzi Postali (Postdienstleistungsverordnung) tal-21 ta’ Awwissu 2001 (BGBl. I, p. 2178).

(91)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża C 25/2008, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, il-premessi 110 u 111.

(92)  Madwar 140 000 impjegat taċ-ċivil fl-1995.

(93)  Pereżempju, il-manutenzjoni ta’ netwerk estensiv ta’ uffiċċji postali, is-sitt jum ta’ kunsinna.

(94)  Is-sentenza Chronopost, paragrafu 38; Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano għall-kawżi Chronopost, paragrafu 54; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-miżura ta’ għajnuna N 531/05 La Banque Postale, premessi 75 et seq.

(95)  It-trasport bl-ajru mad-dinja kollha u netwerk integrat tal-kunsinna, pereżempju.

(96)  UPS u TNT, pereżempju.

(97)  Żidiet fil-prezzijiet irregolati, ħlasijiet kumpensatorji ta-Istat, garanzija tal-Istat, u sussidji tal-pensjoni, pereżempju.

(98)  Spejjeż eċċessivi tas-sigurtà soċjali ogħla mill-parametru referenzjarju “kompetittiv”, pereżempju.

(99)  Il-Kawża 70/72 Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja [1973] Ġabra 813, paragrafu 13.

(100)  Il-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja v Il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, paragrafu 75.

(101)  Il-Kawża C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummisjjoni [1999] Ġabra I-30671, paragrafi 64 u 65.

(102)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-480/98 Spanja v Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-8717, paragrafu 25, u l-Kawża C-415/03 Il-Kummissjoni v Il-Greċja [2005] Ġabra I-3875, paragrafu 39.

(103)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(104)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH [2003] Ġabra I-7747, paragrafi 89 et seq.

(105)  Servizzi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa (ĠU C 281, 26.9.1996, p. 3).

(106)  Servizzi ta’ ineteress ġenerali fl-Ewropa (ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4).

(107)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat N 50/01 — L-Irlanda — Injezzjoni ta’ ekwità lil An Post għall-fini tar-ristrutturazzjoni tal-kontranetwerk (C(2002) 941 fin); Id-Deċiżjoni 2002/782/KE dwar l-għajnuna mogħtija lil Poste Italiane SpA.

(108)  Il-Kawża C-320/91 Corbeau [1993] Ġabra I-2533, paragrafi 15 and 19.

(109)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


ANNESS

Metodoloġija għall-Kalkolu tal-għajnuna mhux kompatibbli (EUR miljuni); Kalkolu provviżorju bbażat fuq id-dejta disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 2011 għall- perjodu mill-2003 sal-2010  (*)

 

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

(1)

Rata totali tal-kontribuzzjoni soċjali

 

42,20  %

42,00  %

41,54  %

41,00  %

39,70  %

38,93  %

39,25  %

39,55  %

(2)

Assigurazzjoni tal-saħħa

 

14,50  %

14,30  %

13,84  %

13,30  %

13,90  %

13,90  %

14,60  %

14,90  %

(3)

Assigurazzjoni għal kura min-naħa ta' infermiera

 

1,70  %

1,70  %

1,70  %

1,70  %

1,70  %

1,83  %

1,95  %

1,95  %

(4)

Assigurazzjoni kontra l-qgħad

 

6,50  %

6,50  %

6,50  %

6,50  %

4,20  %

3,30  %

2,80  %

2,80  %

(5)

Assigurazzjoni tal-pensjoni

 

19,50  %

19,50  %

19,50  %

19,50  %

19,90  %

19,90  %

19,90  %

19,90  %

(6)

Is-sehem ta' min iħaddem

 

21,10  %

21,00  %

20,77  %

20,50  %

19,85  %

19,46  %

19,48  %

19,33  %

(7)

Assigurazzjoni tas-saħħa

 

7,25  %

7,15  %

6,92  %

6,65  %

6,95  %

6,95  %

7,15  %

7,00  %

(8)

Assigurazzjoni għal kura minn infermiera

 

0,85  %

0,85  %

0,85  %

0,85  %

0,85  %

0,91  %

0,98  %

0,98  %

(9)

Assigurazzjoni kontra l-qgħad

 

3,25  %

3,25  %

3,25  %

3,25  %

2,10  %

1,65  %

1,40  %

1,40  %

(10)

Assigurazzjoni tal-pensjoni

 

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

(11)

Is-sehem ta' min iħaddem

 

21,10  %

21,00  %

20,77  %

20,50  %

19,85  %

19,47  %

19,77  %

20,22  %

(12)

Assigurazzjoni tas-saħħa

 

7,25  %

7,15  %

6,92  %

6,65  %

6,95  %

6,95  %

7,45  %

7,90  %

(13)

Assigurazzjoni għal kura minn infermiera

 

0,85  %

0,85  %

0,85  %

0,85  %

0,85  %

0,92  %

0,97  %

0,97  %

(14)

Assigurazzjoni kontra l-qgħad

 

3,25  %

3,25  %

3,25  %

3,25  %

2,10  %

1,65  %

1,40  %

1,40  %

(15)

Assigurazzjoni tal-pensjoni

 

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

(16)

Assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(17)

Assigurazzjoni kontra l-inċidenti

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Il-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil

(18)

Paga grossa

 

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

(19)

Assigurazzjoni kontra l-qgħad (impjegat)

 

3,25  %

3,25  %

3,25  %

3,25  %

2,10  %

1,65  %

1,40  %

1,40  %

(20)

Assigurazzjoni tal-pensjoni (impjegat)

 

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

(21)

Paga tal-impjegati taċ-ċivil iggwadanjata f'%

=(18)-(19)-(20)

87,00  %

87,00  %

87,00  %

87,00  %

87,95  %

88,40  %

88,65  %

88,65  %

(22)

Somma tal-paga tal-impjegati taċ-ċivil

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(23)

Somma tal-paga grossa tal-imjegati taċ-ċivil

=(22)/(21)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rata tal-kontribuzzjoni regolatorja (ikkalkulata mill-ġdid abbażi tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil)

(24)

Is-sehem ta' min iħaddem

=(6)*(21)

18,36  %

18,27  %

18,07  %

17,84  %

17,46  %

17,20  %

17,27  %

17,14  %

(25)

Assigurazzjoni tal-pensjoni supplimentari

=(16)*(21)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(26)

Assigurazzjoni kontra l-inċidenti

=(17)*(21)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(27)

Rata regolatorja

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Referenza tal-assigurazzjoni soċjali

(28)

Is-sehem ta' min iħaddem

 

21,10  %

21,00  %

20,77  %

20,50  %

19,85  %

19,46  %

19,48  %

19,33  %

(29)

Assigurazzjoni kontra l-qgħad (impjegat)

 

3,25  %

3,25  %

3,25  %

3,25  %

2,10  %

1,65  %

1,40  %

1,40  %

(30)

Assigurazzjoni tal-pensjoni (impjegat)

 

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,75  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

9,95  %

(31)

Referenza tal-assigurazzjoni soċjali

 

34,10  %

34,00  %

33,77  %

33,50  %

31,90  %

31,06  %

30,83  %

30,68  %

Sehem tad-dħul għas-servizzi mhux irregolati

(32)

Dħul totali

 

14 683,21

14 726,82

14 479,35

13 773,79

13 479,96

13 392,81

12 846,17

12 656,75

(33)

Dħul mhux irregolat

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(34)

Sehem tas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet

= (33)/(32)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Għajnuna mhux kompatibbli

(35)

Differenza fir-rati tal-kontribuzzjoni

= (31) - (27)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(36)

Għajnuna mhux kompatibbli

= (23)*(34)*(35)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(37)

Somma 2003 sal-2010

 

 

 

 

 

 

 

 

[…]

Noti spjegattivi

Linji (1) sa (17): Dejta dwar ir-rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Dawk il-linji jippreżentaw ir-rati tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li l-impjegati privati għandhom iħallsu lill-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali (maqsuma skont is-sehem tal-impjegatur u tal-impjegat) L-aħħar żewġ linji juru r-rati tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni supplimentari u l-iskemi tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti li huma inklużi fir-rata regolatorja ta’ Deutsche Post.

Linji (18) sa (23): Il-kalkolu tal-paga grossa tal-impjegati taċ-ċivil

Sabiex ikun hemm denominatur komuni għar-rati ta’ referenza, għandu jiġi nnotat li l-paga grossa tal-impjegati privati ġeneralment tiġi ddefinita bħala l-paga netta plass is-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Billi l-impjegati taċ-ċivil iridu jiffinanzjaw 30-50 % tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tagħhom iżda ma jagħtux kontribut għall-pensjoni statutorja u assigurazzjoni kontra l-qgħad, il-paga effettiva tal-impjegat taċ-ċivil hija daqs is-salarju gross tal-impjegati privati (100 %) nieqes is-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-pensjoni u l-assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dan jassumi kontribuzzjoni ta’ 50 % lill-assigurazzjoni tas-saħħa mill-impjegati taċ-ċivil infushom.

Il-linja (21) tesprimi l-paga effettiva tal-impjegat taċ-ċivil bħala perċentwal tal-paga grossa tal-impjegat privat. Sabiex jiġu kkalkulati l-pagi grossi totali tal-impjegati taċ-ċivil, il-paga effettiva tal-impjegat taċ-ċivil titkabbar b’100 (100 — is-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzjonijiet tal-qgħad u l-assigurazzjoni għall-pensjoni), kif muri fil-linja (23).

Linji (24) sa (27): Rata tal-kontribuzzjoni regolatorja

Ir-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja tinkludi s-sehem tal-impjegatur tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ukoll ir-rati tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni supplimentari u l-assigurazzjoni kontra l-incidenti. Sabiex tinkiseb bażi komuni għat-tqabbil tar-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja mar-referenza tal-assigurazzjoni soċjali, ir-rati tal-kontribuzzjoni regolatorja jiġu espressi bħala perċentwal tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil. Minħabba t-tibdil fil-bażi, ir-rati tal-kontribuzzjoni regolatorja aġġustati huma iżjed baxxi mir-rati statutorji rispettivi.

Linji (28) sa (31): Parametru referenzjarju tal-assigurazzjoni soċjali

Billi huwa preżunt li l-impjegati taċ-ċivil ikopru 50 % tal-ispejjeż tas-saħħa tagħhom minn buthom stess, il-parametru referenzjarju tal-assigurazzjoni soċjali jinkludi ir-rata totali tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni u l-assigurazzjoni kontra l-qgħad iżda biss is-sehem tal-impjegat għall-assigurazzjoni tas-saħħa u l-kura.

Linji (32) sa (34): Kalkolu tal-pagi grossi totali tal-impjegati taċ-ċivil għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet

It-total tal-pagi grossi tal-impjegati taċ-ċivil fis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet jiġi approssimat billi jittieħdu l-ishma tad-dħul tas-servizzi mhux irregolati mill-prezijiet minħabba n-numru preċiż tal-impjegati taċ-ċivil li ħadmu għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet ma setgħax jiġi stabbilit bl-użu tal-kontabilità tal-ispejjeż ta’ Deutsche Post.

Linji (35) sa (37): Kalkolu tal-għajnuna mhux kompatibbli

Il-vantaġġ komparattiv f’termini tar-rata tal-kontribuzzjoni huwa d-differenza bejn ir-rata tal-kontribuzzjoni ta’ referenza u r-rata tal-kontribuzzjoni regolatorja. L-għajnuna mhux kompatibbli tiġi kkalkulata abbażi tal-pagi grossi totali tal-impjegati taċ-ċivil għas-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.


(*)  Din it-tabella hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li 100 % tal-piż #2 ġie allokat mir-Regolatur lis-servizzi rregolati mill-prezzijiet. Din is-suppoizzjoni jkollha tinbidel jekk il-Ġermanja turi waqt il-fażi ta’ rkupru li r-Regolatur Postali jkun alloka ċertu perċentwal tal-piż #2 lis-servizzi mhux irregolati mill-prezzijiet.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Marzu 2012

dwar Għajnuna mill-Istat SA.29864 (C 6/10) (ex NN 1/10) implimentata mir-Repubblika Ċeka għal České aerolinie, a. s. (ČSA – Czech Airlines a.s. — il-possibbiltà ta’ implikazzjonijiet ta’ Għajnuna mill-Istat fuq self li ngħata minn Osinek a.s.)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1664)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/637/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), fir-rigward tal-għajnuna SA.29864 (C 6/10, ex NN 1/10, CP 371/2009) (2),

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

F'Mejju 2009, abbażi ta’ informazzjoni pubblikament disponibbli, il-Kummissjoni skopriet li kumpanija tal-Istat li qiegħda fi proċess ta’ likwidazzjoni, imsejħa Osinek a.s. (‘Osinek’), kienet qablet li tagħti self ta’ CZK 2,5 biljun (madwar EUR 100 miljun) lil ČSA – Czech airlines, a. s. (“ČSA”). Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mir-Repubblika Ċeka permezz ta’ ittri datati l-14 ta’ Mejju 2009 u l-24 ta’ Settembru 2009. Ir-Repubblika Ċeka pprovdiet il-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri datati l-10 ta’ Settembru 2009 u l-25 ta’ Novembru 2009.

(2)

Permezz tal-ittra datata l-24 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Ċeka bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-miżura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Ir-Repubblika Ċeka pprovdiet kummenti għal dik id-deċiżjoni f'ittra datata s-26 ta’ April 2010. Il-Kummissjoni staqsiet aktar mistoqsijiet f'ittra datata s-6 ta’ Lulju 2010, li r-Repubblika Ċeka rrispondiet fil-15 ta’ Settembru 2010.

(3)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lil partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn erba' partijiet interessati: Travel Service u Icelandair Group fl-10 ta’ Marzu 2011, Czech Connect Airlines a.s. fil-11 ta’ Marzu 2011, JOB AIR Technic a.s. fl-10 ta’ Marzu 2011, u ČSA fl-14 ta’ Marzu 2011. Il-Kummissjoni għaddiet dawn il-kummenti lir-Repubblika Ċeka, li ngħatat l-opportunità li twieġeb; il-Kummissjoni rċeviet it-tweġiba permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Mejju 2011.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

2.1.   Is-self minn Osinek

(5)

Il-miżura taħt investigazzjoni huwa self mogħti fit-30 ta’ April 2009 minn Osinek lil-linja nazzjonali tal-ajru Ċeka, ČSA. Is-self ingħata fi tliet partijiet hekk kif ġej:

(a)

l-ewwel parti, ta’ CZK 800 miljun, inġibdet fil-11 ta’ Mejju, 2009;

(b)

it-tieni parti, ta’ CZK 900 miljun, inġibdet fit-30 ta’ Lulju, 2009; u

(c)

it-tielet parti, ta’ CZK 800 miljun, inġibdet fl-24 ta’ Settembru, 2009;

(6)

Id-data mistennija tal-ħlas lura kienet it-30 ta’ Novembru 2010, bil-possibbiltà ta’ tiġdid. Ir-rata tal-imgħax fuq is-self kienet ir-Rata Inter-Bankarja Offruta ta’ Praga (Prague Inter Bank Offered Rate) (“PRIBOR”) fuq tliet xhur plus 300 punt bażi bħala primjum ta’ riskju, jiġifieri 5,51 % fid-data li fiha kien iffirmat il-ftehim ta’ self. L-imgħax kien dovut kull tliet xhur fl-aħħar ġurnata tan-negozju ta’ tliet xhur kalendarji (perjodu ta’ imgħax). L-imgħax kien ikkalkolat kuljum mill-ġurnata ta’ qabel il-ħlas lura tas-self minn Osinek.

(7)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-marġini tar-riskju ta’ 300 punt bażi jirrifletti korrettament marġini ta’ riskju xieraq għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija, li kellha klassifikazzjoni B minn Standard & Poor's (sitwazzjoni finanzjarja vulnerabbli), u l-livell ta’ kollateralizzazzjoni tal-ammont tas-self, li jammonta għal 110 % tal-ammont tas-self.

(8)

Il-kollateral użat biex jiggarantixxi s-self kien jinkludi l-bini li jinsab fl-ajruport ta’ Praga Ruzyne, artijiet, inventarji u spare parts. Il-valur tas-suq ta’ ħafna mill-kollateral kien stabbilit minn espert indipendenti. Erba' addenda għall-ftehim tas-self minn Osinek ġew konklużi, li estendew u mmodifikaw l-assi kollaterali (3). L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li dawn il-bidliet kollha jirrispettaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim tas-self minn Osinek li l-ammont tas-self attwali m'għandux jeċċedi 90 % tal-valur tal-kollateral fi kwalunkwe żmien jew l-ammont massimu ta’ self miftiehem.

(9)

Is-self minn Osinek ma tħallasx lura kif kien inizjalment maħsub, iżda minflok ġie dekollateralizzat u d-dejn ġie kapitalizzat fit-30 ta’ Ġunju 2010 (tibdil ta’ self f'ekwità).

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn l-assi li jiggarantixxu s-self ipprovdut minn Osinek

Kollateral

Valur f'CZK (miljun)

Valur determinat minn

Perjodu ta’ użu

Bini operazzjonali – Hangar F (inkluża l-art taħt il-bini)

[925–990] (*)

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tal-1 ta’ Ġunju 2009

mill-11 ta’ Mejju 2009 (l-ewwel parti)

Bini amministrattiv – “APC” (inkluża l-art taħt il-bini)

[735–770]

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tal-5 ta’ Lulju 2009

mit-30 ta’ Lulju 2009 (it-tieni parti) sad-9 ta’ Diċembru 2009 (ikkanċellata bit-tielet Addendum)

Spare parts (spare parts li jduru u/jew magni ta’ sostituzzjoni)

[150–165]

Valutazzjoni bbażata fuq il-valur nett skont il-kotba fit-30 ta’ Settembru 2009

mill-24 ta’ Settembru 2009 (it-tielet parti)

Spare parts (li jduru, it-tip A310 (kollha) u Boeing

[520–575]

Valutazzjoni bbażata fuq il-valur nett skont il-kotba fit-30 ta’ Settembru 2009

mill-24 ta’ Settembru 2009 (it-tielet parti) sal- 25 ta’ Jannar 2010 (ir-raba' Addendum)

L-art madwar il-bini amministrattiv “APC”

[60–65]

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tal-5 ta’ Lulju 2009

mit-23 ta’ Lulju 2009 (l-ewwel Addendum) sal- 25 ta’ Jannar 2010

L-art madwar u li tmiss mal-Hangar F

[105–115]

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tal-5 ta’ Lulju 2009

mit-23 ta’ Lulju 2009 (l-ewwel Addendum)

Spare parts, tip: A319/320

[265–290]

Abbażi tal-valur nett skont il-kotba

mit-23 ta’ Lulju 2009 (l-ewwel Addendum)

Spare parts, tip: A310, ATR u Boeing

[440–485]

Abbażi tal-valur nett skont il-kotba

mit-22 ta’ Settembru 2009 (it-tieni Addendum)

Simulatur tat-titjiriet

[155–170]

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tal-10 ta’ Settembru 2009

mit-22 ta’ Settembru 2009 (it-tieni Addendum)

1 Boeing 737-55s, marka tar-reġistrazzjoni: OK CGK

[140–155]

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tas-7 ta’ Diċembru 2009

mid-9 ta’ Diċembru 2009 (it-tielet Addendum)

2 Boeing 737-55s, marki tar-reġistrazzjoni: OK CGH, OK CGJ

[300–330]

YBN Consult - Znalecký ústav s.r.o., Opinjoni esperta tas-7 ta’ Diċembru 2010

mid-9 ta’ Diċembru 2009 (it-tielet Addendum) sal- 25 ta’ Jannar 2010 (ir-raba' Addendum)

IT

[80–85]

PROSCON - s.r.o., Opinjoni esperta tat-30 ta’ Novembru 2009

mid-9 ta’ Diċembru 2009 (it-tielet Addendum)

It-trejdmark “ČSA CZECH AIRLINES”

[140–155]

Vladimir Cmejla, Opinjoni esperta tat-30 ta’ Novembru 2009

mid-9 ta’ Diċembru 2009 (it-tielet Addendum)

Is-sehem ta’ ČSA f'ČSA Support, s.r.o.

[790–865]

PROSCON - s.r.o., Opinjoni esperta tal-20 ta’ Jannar 2010

mill-25 ta’ Jannar 2010 (ir-raba' Addendum)

2.2.   Kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

(10)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ datata l-24 ta’ Frar 2010 tirreferi għas-self mogħti minn Osinek ta’ CZK 2,5 biljun fuq il-bażi tal-ftehim tas-self konkluż fit-30 ta’ April 2009 u tassumi li d-dekollateralizzazzjoni tas-self abbażi tar-Riżoluzzjoni Nru. 1343 tal-Gvern Ċek tas-26 ta’ Ottubru 2009 kienet diġà twettqet. Madanakollu, id-dekollateralizzazzjoni tas-self u l-kapitalizzazzjoni tiegħu (it-tibdil ta’ self f'ekwità) ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Mejju 2010 (SA.30908 CSA – Czech Airlines - Pjan ta’ ristrutturar) u implimentat f'Ġunju 2010. Għalhekk, din id-deċiżjoni tittratta biss is-self minn Osinek ta’ CZK 2,5 biljun abbażi tal-ftehim tas-self konkluż fit-30 ta’ April 2009. Il-valutazzjoni tal-dekollateralizzazzjoni u t-tibdil sussegwenti ta’ self f'ekwità fir-rigward tas-self minn Osinek se jkunu s-suġġett tad-deċiżjoni finali fil-Każ SA.30908.

2.3.   Osinek

(11)

Osinek kienet korporazzjoni finanzjarja mwaqqfa sabiex tissorvelja l-għeluq tal-minjieri tal-faħam fir-Repubblika Ċeka u r-rivitalizzazzjoni tagħhom. Fiż-żmien meta ngħata s-self, kienet 100 % sjieda tal-awtoritajiet Ċeki taħt is-sorveljanza tal-Ministeru tal-Finanzi. Fil-5 ta’ Novembru 2008, Osinek bdiet il-likwidazzjoni. Qabel il-likwidazzjoni tagħha, Osinek kien għad fadlilha fondi għad-dispożizzjoni tagħha, u kienet irrapurtata li qed tfittex possibilitajiet differenti ta’ investiment. Il-ftehim ta’ self minn Osinek ġie konkluż u ffirmat fit-30 ta’ April 2009 f'isem Osinek mil-likwidatur tagħha. Sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali assoċjati mas-self, Osinek ikkummissjonat analiżi ekonomika ta’ ČSA minn espert indipendenti, European Business Consulting spol. s.r.o. (‘EBC’), kif ukoll analiżi legali mid-ditta legali, JUDr. Jiří Rybář & JUDr. Pavel Štrbík.

(12)

Fid-29 ta’ Settembru 2009, Osinek u l-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka ffirmaw ftehim li permezz tiegħu l-kontijiet ta’ Osinek riċevibbli mingħand ČSA bħala riżultat tal-ftehim tas-self minn Osinek kienu assenjati lill-Ministeru b'riżultat tal-proċedura ta’ likwidazzjoni ta’ Osinek. ČSA irċeviet avviż ta’ din l-assenjazzjoni fl-istess jum. Fit-8 ta’ Marzu 2010, il-proċedura ta’ likwidazzjoni ta’ Osinek kienet finalizzata.

(13)

Fit-3 ta’ Mejju 2010, il-Gvern Ċek adotta r-Riżoluzzjoni Nru. 333 dwar pjan ta’ ristrutturar għal ČSA li permezz tagħha l-Gvern Ċek ta struzzjonijiet lill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ biex jimplimenta r-rilaxx ta’ rahan fuq xi kollateral qabel iż-żieda tal-kapital reġistrat ta’ ČSA. Il-kapitalizzazzjoni ta’ self (tibdil ta’ self f'ekwità) kienet legalment ibbażata fuq dik ir-Riżoluzzjoni u implimentata fit-30 ta’ Ġunju 2010.

2.4.   Il-benefiċjarju, ČSA

(14)

ČSA ilha t-trasportatur nazzjonali tal-ajru tar-Repubblika Ċeka mill-1923. Il- kwartieri ġenerali tagħha qegħdin fi Praga u topera mill-ajruport Prague Ruzyně. ČSA hija l-akbar linja tal-ajru bbażata fl-ajruport Prague Ruzyně, b'rappreżentanza ta’ 37 % tal-passiġġieri li l-vjaġġ tagħhom joriġina jew jispiċċa fi Praga. ČSA hija membru tal-alleanza Sky Team. Qabel ir-ristrutturar, il-flotta ta’ ČSA kienet magħmula minn 51 inġenju tal-ajru. ČSA toffri servizzi skedati ta’ trasport bl-ajru (sa 104 destinazzjoni f'44 pajjiż). ČSA tipprovdi wkoll titjiriet charter, servizzi ta’ merkanzija, servizzi ta’ assistenza fuq l-art (tiġġestixxi madwar 60 % tal-passiġġieri kollha fl-ajruport Prague Ruzyně), servizzi ta’ manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru, servizzi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ, servizzi ta’ kejtering, u topera ħwienet mingħajr dazju fl-ajruport Prague Ruzyně u bejgħ ħieles mid-dazju fuq l-ajruplani.

2.4.1.   Struttura tas-sjieda

(15)

ČSA hija kumpanija statali li 95,69 % tal-ishma tagħha huma proprjetà tar-Repubblika Ċeka permezz tal-Ministeru tal-Finanzi. L-azzjonisti minoritarji huma Česká pojišťovna, a.s. (2,26 %), il-Belt ta’ Praga (1,53 %) u l-Belt ta’ Bratislava (0,51 %).

(16)

Hekk kif jitlesta l-proċess ta’ ristrutturar, l-Istat għandu l-għan li jsib sieħeb strateġiku għal ČSA. Bħala tħejjija għall-privatizzazzjoni ppjanata, il-Gvern Ċek iddeċieda li joħloq struttura korporattiva ġdida taħt l-umbrella ta’ Český Aeroholding, a.s. (“ČAH”).

(17)

Fil-25 ta’ Ottubru 2011, l-awtorità Ċeka għall-kompetizzjoni approvat il-ħolqien ta’ ČAH li se tinkludi lil ČSA, l-ajruport Prague Ruzyně u s-sussidjarji attwali ta’ ČSA, jiġifieri Czech Airlines Handling, Holidays Czech Airlines, Technics and ČSA Services s.r.o. Il-ġestjoni u l-istruttura ta’ ČAH għandhom jinkludu elementi ta’ struttura azzjonarja finanzjarja, li l-għan tagħha huwa li tirristruttura l-kumpaniji miġbura fi ħdan l-azjenda biex tiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament kummerċjali u biex tħejjijhom għall-privatizzazzjoni li ġejja.

2.4.2.   Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija

(18)

ČSA għaddiet minn esperjenzi diffiċli li komplew jaggravaw b'mod sinifkanti fl-2009 fil-quċċata tal-kriżi ekonomika attwali. Għalkemm fl-ebda ħin il-kumpanija ma kkwalifikat għall-proċedimenti ta’ falliment taħt il-liġi nazzjonali Ċeka, hija esperjenzat xejra negattiva fl-iżvilupp tal-indikaturi finanzjarji ewlenin tagħha.

Tabella 2

L-ekwità u l-kapital reġistrat ta’ ČSA, 2006-2008 (CZK elf)

 

2006

2007

2008

2009

Ekwità

938 646

1 238 093

101 686

–2 352 045

Kapital reġistrat

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

Sors: Rapporti Annwali ta’ ČSA


Tabella 3

Bidliet fil-finanzi ta’ ČSA (CZK elf)

(eluf) CZK

31.12.2006

31.12.2007

31.3.2008

30.6.2008

31.12.2008

31.3.2009

30.6.2009

30.9.2009

31.12.2009

Profitt/Telf

– 396 951

206 600

[– 880 000 - – 800 000 ]

[– 180 000 - – 165 000 ]

470 057

[– 1 320 000 - – 1 190 000 ]

[– 1 840 000 - – 1 660 000 ]

[– 2 625 000 - – 2 365 000 ]

–3 756 125

Fatturat (4)

23 375 950

23 399 853

[4 625 000 - 5 080 000 ]

[10 175 000 - 11 250 000 ]

22 581 692

[4 385 000 - 4 820 000 ]

[9 265 000 - 10 235 000 ]

[14 300 000 - 15 830 000 ]

19 789 620

Fluss nett ta’ flus minn operazzjonijiet

– 533 192

– 275 234

[– 1 110 000 - – 1 000 000 ]

[– 640 000 - – 580 000 ]

–1 762 376

[– 1 230 000 - – 1 115 000 ]

[– 1 320 000 - – 1 195 000 ]

–3 066 694

Dejn

6 476 911

4 391 070

[4 410 000 - 4 890 000 ]

[3 665 000 - 4 065 000 ]

6 494 752

[5 685 000 - 6 285 000 ]

[5 550 000 - 6 065 000 ]

[6 290 000 - 6 960 000 ]

6 581 325

Valur nett tal-assi

11 679 439

10 161 647

[8 945 000 - 9 855 000 ]

[9 535 000 - 10 065 000 ]

10 418 871

[8 340 000 - 9 255 000 ]

[8 990 000 - 9 920 000 ]

[8 470 000 - 9 390 000 ]

7 948 571

Sors: Dikjarazzjonijiet finanzjarji pprovduti minn ČSA.

(19)

Il-kumpanija għamlet profitti fl-2007 u l-2008. Madanakollu, ir-riżultat tan-negozju tagħha ddeterjora b'mod sinifikanti fl-2009. Il-fatturtat tagħha naqas bi ftit tul l-erba' snin ta’ qabel, iżda l-fluss tal-flus kien sejjer lura b'mod konsiderevoli. Il-livell tad-dejn kien bejn wieħed u ieħor stabbli. Il-kumpanija kienet qed tikkumpensa għat-telf tagħha bil-bejgħ tal-assi, b'mod speċjali fis-sena finanzjarja 2009.

(20)

Is-sitwazzjoni tal-kumpanija kompliet sejra għall-agħar matul l-2009, b'mod partikolari wara s-sajf, li tradizzjonalment huwa perjodu profittabbli għal ČSA.

2.5.   Id-deċiżjoni tal-ftuħ

(21)

Fl-24 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ČSA kinitx diġà f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti f'diffikultà (‘il-Linji Gwida S u R’) (5) fil-ħin li rċeviet is-self.

(22)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet tas-self ipprovdut minn Osinek lil ČSA, meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, tawhiex vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet jekk, li kieku s-self kien jinvolvi għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna setgħetx tinstab kompatibbli mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, speċjalment il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Qafas Komunitarju Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (“il-Qafas Temporanju”) (6). Jekk is-self ta’ Osinek jinstab li jinvolvi għajnuna mill-Istat, il-miżura kieku kienet tkun detrimentali fuq il-kompetizzjoni, jiġifieri għall-kumpaniji li joperaw rotot mill-ajruport Prague Ruzyně jew li jikkompetu ma’ ČSA u s-sussidjarji tagħha fi swieq oħra.

3.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA ĊEKA

(23)

Bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, ir-Repubblika Ċeka ppreżentat kummenti fejn hija sostniet li s-self minn Osinek kien jissodisfa t-test ‘prinċipju ta’ investitur f'ekonomija tas-suq’ minħabba li dan ma pprovdiex lil ČSA b'benefiċċji ekonomiċi mhux xierqa.

(24)

B'mod partikolari, ir-Repubblika Ċeka hija tal-fehma li fid-data tal-iffirmar tal-ftehim tas-self minn Osinek, ČSA ma kinitx impriża f'diffikultà u saret biss impriża f'diffikultà lejn l-aħħar ta’ Awwissu 2009. Ir-Repubblika Ċeka targumenta li minkejja l-problemi dejjem jikbru tagħha, ČSA dejjem kienet kapaċi tiżgura l-vijabilità tagħha. Madanakollu, is-sitwazzjoni nbidlet fl-aħħar tal-2008 u bidu tal-2009 u kompliet tiddeterjora matul is-sena minħabba r-riċessjoni ekonomika globali, li kellha impatt qawwi fuq is-swieq tat-trasport dinjija (7). Dan, flimkien ma’ swieq taż-żejt destabilizzati u l-varjazzjonijiet tal-munita, ikkontribwew għad-deterjorament tal-kundizzjoni finanzjarja ta’ ČSA.

(25)

Matul l-2009 ČSA qagħdet fuq it-tbassir ibbażat fuq ir-riżultati tas-snin preċedenti u stenniet riżultati ferm aħjar fl-istaġun tas-sajf. Madanakollu, l-ewwel nofs tar-riżultati tal-2009 irrappurtati lill-amministrazzjoni f'nofs Awwissu wera tnaqqis sostanzjali fid-dħul medju ta’ ČSA għal Ġunju. F'Awissu 2009 kien jidher ċar għall-amministrazzjoni li l-kumpanija ma setgħetx topera iżjed mingħajr miżuri immedjati ta’ qtugħ fl-ispejjeż u assistenza finanzjarja minn sorsi esterni.

(26)

Fir-rigward tal-element possibbli tal-għajnuna mill-Istat fis-self minn Osinek, ir-Repubblika Ċeka ssostni li r-rata tal-imgħax tissodisfa r-rekwiżiti tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u tal-iskont (‘il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza’) (8). B'mod partikolari, ir-Repubblika Ċeka ssostni li kien xieraq li tintuża r-rata PRIBOR ta’ tliet xhur bħala r-rata bażi biex tiddetermina l-imgħax tas-self inkwistjoni minħabba l-volatilità tas-swieq finanzjarji fil-ħin tal-iffirmar tal-ftehim tas-self ta’ Osinek.

(27)

ČSA ma tiġix ivvalutata skont sistemi ta’ klassifikazzjoni, għalhekk ir-Repubblika Ċeka ma tistax tipprovdi evidenza għas-suppożizzjoni tagħha li ČSA ikkwalifikat għal klassifikazzjoni B fil-ħin meta l-ftehim tas-self ta’ Osinek kien iffirmat. Madanakollu, ir-Repubblika Ċeka tirreferi għal rapport tas-27 ta’ April 2009 miktub minn EBC skont liema ČSA kienet solventi u ta’ sodezza kreditizja.

(28)

Ir-Repubblika Ċeka ssostni li biex tassigura s-self, ČSA kienet meħtieġa tipprovdi kollateral li jammonta għal mill-inqas 110 % tas-self għat-tul kollu tiegħu. Għalhekk, l-ammont ta’ self fil-fatt mogħti lil ČSA fl-ebda ħin ma kellu jeċċedi d-90 % tal-valur tal-kollateral kollu. Ir-Repubblika Ċeka kkonfermat li dan ir-rekwiżit ġie sodisfatt fil-każijiet kollha u ppreżentat rapporti ta’ evalwazzjoni tal-assi li ntużaw bħala kollateral għas-self.

(29)

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka targumenta li l-likwidatur ta’ Osinek, fid-dawl tal-fatt li Osinek kellha ammont konsiderevoli ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli, fittex opportunitajiet ta’ investiment li jiġġeneraw redditu. Qabel ma daħal għall-ftehim tas-self ta’ Osinek, il-likwidatur ikkummissjona l-kumpanija ta’ konsulenza indipendenti, EBC u l-uffiċċju legali JUDr. Jiří Rybář & JUDr. Pavel Štrbík biex ifasslu analiżi ekonomika u legali dwar l-offerta tas-self. L-analiżi mill-EBC ikkonfermat li ČSA tista' tiġi kkunsidrata solventi u li r-riskju li s-self lil ČSA jista' jikkawża telf jew ħsara lil Osinek kien wieħed minimu. Abbażi ta’ din l-analiżi, il-likwidatur iddeċieda li s-self lil ČSA ikun mezz vantaġġjuż ta’ depożitu fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji disponibbli ta’ Osinek.

(30)

Addizzjonalment, ir-Repubblika Ċeka ssostni li, anki jekk il-Kummissjoni ssib li t-termini tas-self ta’ Osinek huma iktar favorevoli minn dawk offruti fis-suq, is-self ikun kompatibbli mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas Temporanju.

4.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(31)

Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn tliet partijiet terzi interessati u mill-benefiċjarju tal-miżura taħt investigazzjoni, ČSA (paragrafu 4).

(32)

Il-kummenti ta’ ČSA jirriflettu essenzjalment il-kummenti tar-Repubblika Ċeka dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegata hawn fuq. ČSA issostni li s-self ta’ Osinek ingħata fuq kundizzjonijiet tas-suq, peress li Osinek aġixxiet bħala operatur razzjonali f'ekonomija tas-suq motivata minn objettivi kummerċjali aktar milli minn objettivi ekonomiċi jew ta’ politika soċjali. Barra minn hekk, ČSA tikkumenta dwar il-kwantifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna possibbli, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self ta’ Osinek ingħata b'rata ta’ imgħax vantaġġuża, jiġifieri, jekk wieħed jassumi li l-klassifikazzjoni ta’ ČSA kienet agħar minn “B” u/jew il-kollateral ma kellux jiġi kklassifikat bħala “għoli”.

(33)

Il-partijiet terzi kollha interessati huma kompetituri ta’ ČSA u huma rappreżentati mill-istess uffiċċju legali: għaldaqstant, ir-raġunament tagħhom huwa sa ċertu punt identiku. Il-partijiet terzi interessati jargumentaw li s-self minn Osinek pprovda lil ČSA b'għajnuna mill-Istat li ppermettiet li l-kumpanija tikkompeti b'mod inġust billi titlob prezzijiet li l-kompetituri l-oħra li ma rċevew l-ebda sussidju mill-Istat ma jistgħux joffru mingħajr ma jitilfu l-kapaċità li jkopru l-kostijiet tagħhom u jiġġeneraw profitt raġonevoli (9).

(34)

Il-partijiet terzi interessati jargumentaw li ČSA diġà kienet f'diffikultajiet serji qabel l-1 ta’ Lulju 2008. Barra minn hekk, huma jsostnu li s-self minn Osinek ingħata b'rata ta’ imgħax sostanzjalment aktar baxxa minn dak li jeżiġi bank f'ċirkustanzi simili, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ČSA, it-tul tal-ħlas lura, il-kwalità tal-kollateral u l-probabbiltà baxxa ta’ ħlas lura reali. F'ċirkostanzi bħal dawn, is-self minn Osinek jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat inkompatibbli mar-regoli tal-UE. Wieħed mill-kompetituri li pprovda kummenti jsostni li ČSA issodisfatt il-kundizzjoni li aktar minn nofs il-kapital reġistrat tagħha kien għeb fl-2007, 2008 u 2009. Barra minn hekk, fis-snin 2008 u 2009, aktar minn kwart tal-kapital reġistrat ta’ ČSA għeb matul l-aħħar 12-il xahar. L-istess kompetitur jispjega li wieħed jista' jassumi li mit-tnaqqis ta’ kapital reġistrat ta ČSA fl-2008, fl-1 ta’ Lulju 2008 il-kumpanija diġà kienet tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet ta’ ditta f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 10(a) tal-Linji Gwida S u R.

(35)

Il-partijiet terzi interessati jsostnu wkoll li minħabba l-likwidità negattiva tal-operazzjoni, il-pluralità tal-kredituri u l-eżistenza ta’ obbligi finanzjarji dovuti u pagabbli fi żmien 30 jum, wieħed jista' jassumi li l-kumpanija sofriet minn insolvenza imminenti mill-aħħar tas-sena 2007 u kellha, għalhekk, tikkwalifika bħala impriża f'diffikultà mill-2007 (skont il-punt 10(c) tal-Linji Gwida S u R).

5.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA ĊEKA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(36)

Ir-Repubblika Ċeka ma qablitx mal-kummenti tal-partijiet terzi interessati u qablet mal-kummenti ta’ ČSA. Ir-Repubblika Ċeka sostniet l-argument tagħha li s-self minn Osinek ingħata fuq termini tas-suq u skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li ČSA kienet kapaċi topera mingħajr għajnuna mill-Istat sat-tieni nofs tal-2009. Il-kundizzjoni tal-assi ta’ ČSA ma kinitx danneġġata serjament anke fl-ewwel nofs tal-2009, u l-valur tagħha fil-fatt żdied minn CZK [8 340-9 255] miljun fl-ewwel tliet xhur tal-2009 għal CZK [8 990-9 920] miljun fit-tieni tliet xhur tal-2009.

(37)

Ir-Repubblika Ċeka tinnota li, għalkemm ČSA tippubblika r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, miġbura kemm skont l-Istandards Ċeki tal-Kontabilità (“CAS”) kif ukoll skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (“IFRS”), il-partijiet terzi interessati bbażaw il-kummenti tagħhom biss fuq riżultati miġbura skont il-CAS, li l-metodoloġija tagħhom ma tipprovdix stampa vera tal-operazzjonijiet tal-kumpanija. Kontijiet miġbura skont l-IFRS jipprovdu informazzjoni aħjar dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u għalhekk huma aktar xierqa. ČSA qed tuża lil CAS minħabba l-obbligu tagħha taħt il-liġijiet tat-taxxa Ċeki. Madanakollu, l-attivitajiet ta’ ČSA mhumiex limitati għar-Repubblika Ċeka iżda huma globali, u huwa għal din ir-raġuni li ČSA kienet qed tuża wkoll l-IFRS. Ir-Repubblika Ċeka tindika li l-IFRS huma applikati mill-banek fid-deċiżjonijiet ta’ self tagħhom minħabba li huma kkunsidrati aktar preċiżi mill-CAS.

(38)

Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ċeka pprovdiet xhieda li turi li fiż-żmien meta ngħata s-self minn Osinek, ČSA ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-insolvenza skont l-Att Ċek dwar l-Insolvenza (10).

6.   PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(39)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(40)

Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) huma kumulattivi. Għaldaqstant, sabiex jiġi determinat jekk il-miżuri notifikati jirrappreżentawx għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin iridu jkunu sodisfatti. L-appoġġ finanzjarju jrid ikun:

mogħti mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat;

jagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju;

jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti;

ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni; u

jeffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.   Riżorsi tal-Istat u l-imputabilità

(41)

Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat, mogħti mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li qed jaġixxi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu.

(42)

Għaldaqstant, l-ewwel irid jiġi stabbilit jekk is-self minn Osinek għandux jitqies bħala riżorsi tal-Istat. Kif imsemmi hawn fuq, Osinek kienet, fiż-żmien meta ngħata s-self, 100 % sjieda tal-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Ċeka u, għal din ir-raġuni, irrispettivament mill-istatus korporattiv tagħha jew kwalunkwe status legali ieħor, hija impriża pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (11). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-self minn Osinek huwa ffinanzjat minn riżorsi tal-Istat.

(43)

Madanakollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, anki jekk l-Istat huwa f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċizzju attwali ta’ dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi awtomatikament preżunt. Impriża pubblika tista' taġixxi b'aktar jew anqas indipendenza, skont il-grad ta’ awtonomija mogħtija lilha mill-Istat. Għalhekk, is-sempliċi fatt li impriża pubblika qiegħda taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed biex il-miżuri meħuda minn dik l-impriża, bħall-ftehim tas-self inkwistjoni, jiġu kkunsidrati imputabbli lill-Istat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu implikati, b'xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ din il-miżura. F'dan ir-rigward, il-Qorti indikat li l-imputabilità lill-Istat ta’ miżura meħuda minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn sett ta’ indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li ttieħdet fih dik il-miżura (12).

(44)

Indikaturi bħal dawn jistgħu jkunu l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn tal-aħħar fuq is-suq fil-kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istatus legali tal-impriża (fis-sens li tkun soġġetta għal-liġi pubblika jew għal-liġi ordinarja tal-kumpanija), l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq l-amministrazzjoni tal-impriża, jew kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-każ partikolari, involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, wara li jiġu kkunsidrati wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li jkunu fiha.

(45)

Il-Kummissjoni tinnota li l-maġġoranza tal-membri tal-Bord tas-Sorveljanza ta’ Osinek huma rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi (bħall-Ministeru tal-Finanzi).

(46)

Osinek bdiet il-likwidazzjoni fil-5 ta’ Novembru 2008 bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-azzjonist uniku tagħha tal-istess data. Għalkemm, skont il-liġi Ċeka, il-likwidatur għandu jaġixxi b'mod awtonomu u mingħajr istruzzjonijiet mill-korpi tal-kumpanija waqt il-proċess ta’ likwidazzjoni, il-Kummissjoni tkompli tinnota li l-likwidatur kien maħtur mill-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Ċeka biex jaġixxi bħala l-uniku azzjonist ta’ Osinek.

(47)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki pprovdew lill-Kummissjoni b'opinjonijiet esperti minn JUDr. Jiří Rybář & JUDr. Pavel Štrbík li rrakkomandaw li qabel tittieħed id-deċiżjoni biex jingħata s-self lil ČSA, il-likwidatur ta’ Osinek għandu jikkonsulta mal-azzjonist ta’ Osinek, jiġifieri r-Repubblika Ċeka.

(48)

Fir-rigward tas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ Osinek mill-Istat, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Gvern Ċek sussegwentement ukoll ħa d-deċiżjoni biex jiddekollateralizza s-self ta’ Osinek u jibdel is-self għall-ekwità ta’ ČSA permezz tar-Riżoluzzjoni Nru. 333.

(49)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni li jingħata s-self minn Osinek hija imputabbli lill-Istat Ċek. Is-self minn Osinek għandu, għalhekk, jitqies bħala finanzjament mir-riżorsi tal-Istat.

6.2.   Vantaġġ ekonomiku

(50)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont prinċipji stabbiliti sew tal-liġi tal-UE, jekk kapital addizzjonali jsir disponibbli mill-Istat għal impriża fuq kundizzjonijiet aħjar minn kundizzjonijiet normali tas-suq, dan jista' jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għax iwassal biex jiffavorixxi l-impriża partikolari skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu. Sabiex jiġi determinat jekk impriża tkunx ingħatat vantaġġ ekonomiku mill-Istat, vantaġġ li hija ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni tapplika l-“prinċipju ta’ investitur f'ekonomija tas-suq” (“l-MEIP”) (13).

(51)

Skont dak il-prinċipju, l-ebda għajnuna mill-Istat ma tkun involuta fejn, f'ċirkustanzi simili, investitur privat ta’ daqs komparabbli ma’ dak tal-korpi li joperaw fis-settur pubbliku seta', waqt l-operazzjoni fil-kundizzjonijiet normali tas-suq ta’ ekonomija tas-suq, ġie mħeġġeġ jagħmel il-kontribuzzjoni tal-kapital inkwistjoni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tivvaluta jekk investitur privat kienx jidħol fit-tranżazzjoni inkwistjoni fuq l-istess termini. L-imġiba mbassra tal-investitur privat ipotetiku hija dik ta’ investitur prudenti li l-għan tiegħu ta’ massimizzazzjoni tal-profitti huwa mtaffi minn kawtela dwar il-livell ta’ riskju aċċettabbli għal rata partikolari ta’ redditu. Skont dan il-prinċipju, kapital li jitpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ kumpanija mill-Istat, direttament jew indirettament, f'ċirkostanzi li jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, m'għandux jitqies bħala għajnuna mill-Istat (14).

(52)

Skont każistika stabbilita, l-MEIP huwa applikabbli fuq self. Meta jiġi applikat għall-għotja ta’ self, dan il-prinċipju jqajjem il-kwistjoni ta’ jekk investitur privat kienx jagħti s-self lill-benefiċjarju skont it-termini li fil-fatt ingħata s-self (15). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tivvaluta jekk is-self isirx fuq termini kummerċjali normali u jekk self bħal dan kienx ikun disponibbli minn bank kummerċjali. Fir-rigward tat-termini ta’ self bħal dan, il-Kummissjoni tikkunsidra b'mod partikolari r-rata tal-imgħax mitluba u s-sigurtà mfittxija biex jiġi kopert dan is-self. Il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-garanzija mogħtija hijiex biżżejjed biex tħallas lura s-self b'mod sħiħ fil-każ ta’ inadempjenza u l-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija fiż-żmien meta jsir is-self (16).

(53)

Il-Kummissjoni tinnota li ČSA hija persuna ġuridika involuta f'attivitajiet ekonomiċi u għalhekk hija meqjusa bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Sabiex jiġi ddeterminat jekk is-self minn Osinek ingħatax fuq kundizzjonijiet favorevoli jew kundizzjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni vverifikat il-konformità tar-rata tal-imgħax għas-self inkwistjoni mar-rata ta’ referenza kif stabbilita fil-Komunikazzjoni tar-Rata ta’ Referenza, li hija applikata bħala indikatur għar-rata tas-suq.

(54)

Fir-rigward tad-data rilevanti li għandha tiġi kkunsidrata meta qed tiġi mqabbla r-rata tal-imgħax tas-self inkwistjoni mar-rata ta’ referenza, il-Kummissjoni diġà esprimiet l-opinjoni tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ li din għandha tkun id-data tal-att li jorbot legalment skont liema s-self ingħata, jiġifieri t-30 ta’ April 2009 (id-data tal-konklużjoni tal-ftehim tas-self bejn Osinek u ČSA).

(55)

Ir-Repubblika Ċeka ssostni li, f'dak iż-żmien, ČSA kien għad għandha aċċess għal finanzjament estern minn banek privati u saret ditta f'diffikultajiet biss f'Awwissu 2009. Fil-bidu tal-2009 l-affidabbiltà kreditizja ta’ ČSA kienet tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta’ kategorija B.

(56)

Sabiex tivverifika l-pretensjonijiet tar-Repubblika Ċeka, il-Kummissjoni kkonsultat ma’ diversi banek privati li għandhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ ČSA dwar il-klassifikazzjoni interna tagħhom għal ČSA fl-ewwel sitt xhur tal-2009, il-bidliet tal-klassifikazzjoni interna għal ČSA bejn Lulju 2008 u Lulju 2009, il-kundizzjonijiet ta’ self li ngħataw lil ČSA fl-ewwel sitt xhur tal-2009, u kummenti oħra dwar l-affidabbiltà kreditizja fl-ewwel sitt xhur tal-2009. Tliet banek privati taw informazzjoni bil-kundizzjoni li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali, tintuża biss għall-valutazzjoni interna tal-Kummissjoni u ma tiġix żvelata lil kwalunkwe parti terza, inklużi ČSA u l-awtoritajiet Ċeki.

(57)

Għalkemm dawn il-banek kollha jirrikonoxxu l-aggravament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ČSA fil-bidu tal-2009, self ta’ kapital għall-ħidma u faċilitajiet ta’ kreditu kineu provduti lil ČSA fl-ewwel sitt xhur tal-2009. Il-klassifikazzjoni interna tat-tliet banek privati fir-rigward ta’ CSA tikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal klassifikazzjoni B.

(58)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tweġibiet tal-banek huma konsistenti u ġusti. Għalkemm il-klassifikazzjoni interna tal-kumpanija marret għall-agħar, id-deklassifikar ma jidhirx sinifikanti biżżejjed biex jiġġustifika marġni ta’ riskju ogħla.

(59)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, kif diġà ġie indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Ċeka, l-UniCreditBank ipprovda kapital għall-ħidma, self fuq perjodu medju (4 snin) ta’ CZK 200 miljun lil ČSA f'Settembru 2008, garantiti permezz ta’ simulatur tat-titjiriet. Fil-25 ta’ Ġunju 2009, minħabba d-devjazzjoni mill-indikaturi finanzjarji miftiehma fil-ftehim tas-self, l-UniCreditBank żied il-marġni ta’ riskju għas-self ta’ ČSA minn 160 punt ta’ bażi (miftiehem f'Settembru 2008) għal 325 punt ta’ bażi ‘l fuq mill-PRIBOR ta’ xahar (jiġifieri rata ta’ imgħax ta’ 5,10 % fis-sena fil-25 ta’ Ġunju 2009). Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rata ta’ imgħax, li kienet tirrifletti d-deterjorament riċenti tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ČSA, hija inqas mir-rata ta’ imgħax tas-self minn Osinek (5,51 % fis-sena) u tikkorrispondi approssimattivament għal rata ta’ referenza għal kumpanija bi klassifikazzjoni B (b’kollateralizzazzjoni għolja).

(60)

Fid-dawl ta’ dan kollu, jista' jiġi konkluż li, bħala prinċipju, ČSA kellha aċċess għal finanzjament estern fiż-żmien li s-self minn Osinek kien mogħti u li l-affidabbiltà kreditizja ta’ ČSA fl-ewwel sitt xhur tal-2009 tikkorrispondi ma’ klassifikazzjoni B.

(61)

Il-kollateral użat biex jiġi żgurat is-self kien jinkludi bini li jinsab fl-ajruport ta’ Prague Ruzyně, artijiet, inventarji u spare parts. Il-valur tas-suq tal-kollateral ġie stabbilit minn esperti indipendenti mir-Repubblika Ċeka, li huma rreġistrati jew fir-Reġistru tal-Istituti Esperti jew fir-Reġistru Ċentrali ta’ Esperti Awtorizzati miżmuma mill-Ministeru Ċek tal-Ġustizzja u li għandhom esperjenza fil-qasam tal-evalwazzjoni ta’ assi (17).

(62)

Il-Kummissjoni tinnota li d-data tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kollateral Hangar F (ara Tabella 1) hija l-1 ta’ Ġunju 2009, waqt li l-ewwel parti tas-self minn Osinek tħallset fil-11 ta’ Mejju 2009. L-awtoritajiet Ċeki ssottomettew dikjarazzjoni mill-YBN Consult, datata s-6 ta’ Mejju 2009, li tikkonferma l-valur tal-kollateral użat. Dikjarazzjoni bħal din hija konformi mal-paragrafu 5.9.11 tal-ftehim ta’ self minn Osinek sakemm ir-rapport sħiħ ta’ evalwazzjoni jiġi sottomess fi żmien xahar mid-data tal-ħlas tal-ewwel parti. Il-Kummissjoni tinnota li din il-kundizzjoni ġiet sodisfatta.

(63)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni evalwat b'mod kritiku r-rapporti ta’ evalwazzjoni sottomessi. L-evalwazzjonijiet ma jagħtux lok għal tħassib peress li ma ġie nnutat l-ebda żball ċar, huma applikati metodoloġiji aċċettati u l-evalwazzjonijiet huma bbażati fuq suppożizzjonijiet kredibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li r-riżultati tar-rapporti attwali ta’ evalwazzjoni huma approssimazzjoni xierqa għall-prezzijiet realistiċi tas-suq tal-assi użati bħala kollateral għas-self minn Osinek. Għal tip wieħed ta’ kollateral (l-ispare parts), il-valur kien ibbażat fuq il-valur nett tagħhom skont il-kotba. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-metodu ta’ valutazzjoni huwa xieraq għal dan it-tip ta’ assi peress li l-ispare parts jistgħu faċilment jiġu nnegozjati u għalhekk il-valur tagħhom għandu jikkorrispondi mal-akkwist oriġinali tagħhom bid-deprezzament akkumulat imnaqqas.

(64)

Il-ftehim tas-self stipula li l-ammont tas-self attwali m'għandux jeċċedi 90 % tal-valur tal-kollateral, jiġifieri l-valur tal-kollateral għandu jkun mill-anqas ugwali għal 110 % tal-ammont tas-self. Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata, fiż-żmien meta l-ewwel parti kienet allokata f'Mejju 2009, il-valur tal-kollateral oriġinali kif miftiehem fil-ftehim tas-self tat-30 ta’ April 2009 kien mill-anqas [110-117]%; fiż-żmien meta t-tieni parti kienet allokata f'Lulju 2009 mill-anqas [120-132]%; u fiż-żmien meta t-tielet parti kienet mogħtija f'Settembru 2009 mill-anqas [128-141]%. Barra minn hekk, permezz ta’ diversi addenda għall-ftehim tas-self minn Osinek (ara l-premessa 8) ġew miżjuda assi kollaterali adizzjonali u xi assi ġew rilaxxati.

Tabella 4

Ħarsa ġenerali lejn il-kollateralizzazzjoni f'perjodi ta’ żmien differenti tas-self minn Osinek

Data tal-bidla

Ammont miġbud

(CZK miljun)

Valur tal-kollateral (CZK miljun)

% livell tal-kollateral

fil-11 ta’ Mejju 2009

800

[880-935]

[110-117] %

fit-23 ta’ Lulju 2009

800

[1 350 -1 485 ]

[169-186] %

fit-30 ta’ Lulju 2009

1 700

[2 040 –2 240 ]

[120-132] %

fit-22 ta’ Settembru 2009

1 700

[2 485 -2 760 ]

[146-162] %

fl-24 ta’ Settembru 2009

2 500

[3 190 -3 535 ]

[128-141] %

fid-9 ta’ Diċembru 2009

2 500

[3 275 -3 615 ]

[131-145] %

fil-25 ta’ Jannar 2010

2 500

[3 310 -3 640 ]

[132-146] %

(65)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza tassumi li kollateralizzazzjoni ‘għolja’ timplika telf fil-każ ta’ inadempjenza taħt jew ugwali għal 30 %, li jikkorrispondi għal valur tal-kollateral ta’ mill-anqas 70 % tal-ammont tas-self. Il-Kummissjoni tinnota li l-kollateralizzazzjoni pprovduta għas-self hija ogħla b'mod sinifikanti, li toħloq marġini ta’ sikurezza importanti fir-rigward ta’ kwalunkwe devjazzjoni possibbli fl-estimi tal-valur tal-kollateral.

(66)

Ir-rata ta’ imgħax xierqa wara l-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza f'dak iż-żmien tkun ta’ 5,16 % fis-sena (rata bażi ta’ 2,96 % + 220 punt bażi = 5,16 % fis-sena). Il-marġini ta’ 220 punt bażi tirrifletti klassifikazzjoni B kif ikkonfermat mill-banek privati u l-kollateralizzazzjoni għolja kif deskritta hawn fuq.

(67)

Dik ir-rata hija inqas mir-rata ta’ imgħax applikata għas-self minn Osinek (PRIBOR ta’ tliet xhur (18) + 300 punt bażi), li fit-30 ta’ April 2009 waslet għal 5,51 % fis-sena.

(68)

Analiżi tar-rata applikata (PRIBOR ta’ tliet xhur flimkien ma’ 300 mitt punt bażi) u r-rata ta’ referenza flimkien ma’ marġini ta’ 220 punt bażi juru li dawn ir-rati huma komparabbli f'termini tal-metodoloġija tal-bażi kif ukoll fil-livell ġenerali tar-rati applikati, inkluż il-marġni tar-riskju rilevanti.

(69)

PRIBOR hija l-valur ta’ referenza tar-rati tal-imgħax fuq is-suq ta’ depożiti interbankarji li huwa kkalkulat (ifissat) mill-kwotazzjonijiet tal-banek ta’ referenza għall-bejgħ ta’ depożiti (jiġifieri offerti) mill-aġent tal-kalkolu għall-Bank Nazzjonali Ċek u għall-Czech Forex Club (Assoċjazzjoni ta’ Swieq Finanzjarji tar-Repubblika Ċeka — A.C.I.) (19).

(70)

Ir-rata għas-self minn Osinek hija bbażata fuq PRIBOR ikkalkulata għall-maturità ta’ 3 xhur. Ir-rata ta’ referenza hija bbażata fuq sena rati ta’ swieq ta’ flus. Madanakollu, il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li tuża maturitajiet iqsar jew itwal addottati għal ċerti każi.

(71)

Analiżi tal-iżvilupp taż-żewġ rati matul il-ħajja tas-self ta’ Osinek (April 2009 sa Ġunju 2010) turi li ż-żewġ rati huma tabilħaqq komparabbli. Ir-rati medji (20) għall-perjodu minn April 2009 sa Ġunju 2010 huma kważi l-istess (4,77 % għall-PRIBOR + 300 punt bażilari; 4,79 % għar-rata ta’ referenza inkluż marġini ta’ riskju ta’ 220 punt bażi). Id-differenza żgħira bejn iż-żewġ punti bażi hija dovuta għall-metodu differenti ta’ aġġustament. PRIBOR hija aġġustata kull ġurnata; ir-rata ta’ referenza tiġi aġġustata biss kull ftit xhur.

(72)

F'dan l-isfond, ir-rata ta’ imgħax applikata tista' tiġi aċċettata bħala indikatura xieraq għal rata tas-suq. Fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza, il-miżura hija konformi mas-suq u għaldaqstant ma tinvolvix vantaġġ ekonomiku lil ČSA.

(73)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-pagamenti ta’ imgħax minn ČSA lill-kreditur kienu esegwiti f'konformità sħiħa mat-termini tal-ftehim tas-self minn Osinek (21).

6.3.   Selettivitá

(74)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jirrikjedi li miżura, sabiex tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, għandha tiffavorixxi ‘ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti’. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li s-self minn Osinek kien mogħti lil ČSA biss. Għaldaqstant, hija selettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

6.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(75)

Fir-rigward tal-kriterji kumulattivi ta’ għajnuna mill-Istat, fil-każ attwali l-effett fuq il-kummerċ intrakomunitarju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni tal-miżura kkontestata huma indiskutibbli u lanqas kienu kkontestati mill-awtoritajiet Ċeki. ČSA hija f'kompetizzjoni ma’ linji oħra tal-ajru tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tat-tielet stadju ta’ liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru (“it-tielet pakkett”) fl-1 ta’ Jannar 1993. Il-miżuri inkwistjoni ppermettew lil ČSA li tkompli topera b'tali mod li ma kellhiex tiffaċċja, bħal ma ġralhom kompetituri oħra, il-konsegwenzi li normalment jirriżultaw mir-riżultati finanzjarji ħżiena tagħha.

6.5.   Konklużjoni

(76)

Abbażi ta’ dak kollu msemmi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat lil ČSA peress li s-self minn Osinek kien ipprovdut taħt kundizzjonijiet li investitur f'ekonomija tas-suq ikun jeħtieġ. B'mod partikolari, ir-rata tal-imgħax li biha ngħata s-self minn Osinek f'konformità mar-rata ta’ referenza ddeterminata abbażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza fid-dawl tal-fatt li ČSA kellha klassifikazzjoni B fiż-żmien meta s-self ingħata, li kien ikkonfermat mill-banek privati u s-self kien assigurat il-ħin kollu b'kollateralizzazzjoni kemmxejn ogħla mis-70 % tal-ammont tas-self stipulat fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza.

7.   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN

(77)

Madanakollu, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk, li kieku s-self kien ikkunsidrat li jinvolvi għajnuna mill-Istat, il-miżura tkunx kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, abbażi tal-Qafas Temporanju.

(78)

Is-self minn Osinek ingħata fl-2009. Il-miżura għalhekk għandha l-għan li tiffaċilita l-aċċess ta’ ditta għall-finanzi esterni f'perjodu ta’ żmien meta l-funzjonament normali tas-swieq ta’ kreditu huwa severament imfixkel minħabba l-kriżi finanzjarja u meta l-kriżi finanzjarja (‘mument deċiżiv għall-kreditu’) qed taffettwa l-ekonomija usa' u qed twassal għal tfixkil serju tal-ekonomija tal-Istati Membri.

(79)

Fis-17 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni indirizzat din il-kriżi billi adottat il-Qafas Temporanju. Fil-Qafas, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-‘gravità tal-kriżi finanzjarja attwali u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija globali tal-Istati Membri’. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet ‘li ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat huma ġustifikati, għal perjodu limitat, sabiex jirrimedjaw dawn id-diffikultajiet u li dawn jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq komuni abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.’

7.1.   Konformità mat-taqsima 4.4.2 tal-Qafas Temporanju

(80)

Il-miżura għandha tiġi valutata kontra r-rekwiżiti tat-Taqsima 4.4.2 tal-Qafas Temporanju (‘Għajnuna fil-forma ta’ rata tal-imgħax issussidjata’).

Konformità tar-rata tal-imgħax applikata

(81)

Skont il-Qafas Temporanju, ir-rata tal-imgħax applikata għandha tkun tal-anqas ekwivalenti għar-rata mil-lum għall-għada (overnight) tal-bank ċentrali miżjuda bi primjum ekwivalenti għad-differenza bejn ir-rata medja ta’ fost il-banek għal sena waħda u r-rata mil-lum għall-għada medja tal-bank ċentrali matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008, flimkien mal-primjum għar-riskju tal-kreditu li jikkorrispondi għall-profil ta’ riskju tal-benefiċjarju, kif stipulat mill-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza.

(82)

Ir-rata mil-lum għall-għada għar-Repubblika Ċeka fit-30 ta’ April 2009 kienet 1,45 % (22). Id-differenza bejn ir-rata medja ta’ fost il-banek għal sena waħda u r-rata mil-lum għall-għada medja tal-bank ċentrali matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 kienet ta’ 68 punt bażi.

(83)

Il-primjum tar-riskju tal-kreditu li jikkorrispondi mal-profil tar-riskju tal-benefiċjarju kien ta’ 220 punt bażi. Dan il-primjum huwa bbażat fuq klassifikazzjoni B (ara premessa 57) u livell għoli ta’ kollateralizzazzjoni minħabba l-kollateral offrut (ara premessi 64 u 65).

(84)

Skont il-Qafas Temporanju, ir-rata minima għalhekk għandha tkun 4,33 % (1,45 % + 0,68 % + 2,20 %). Ir-rata attwali għas-self minn Osinek kienet ta’ 5,51 %. B'riżultat ta’ dan, is-self minn Osinek ingħata b'rata ogħla mill-minimu permess taħt il-Qafas Temporanju.

(85)

Barra minn hekk, it-Taqsima 4.4 tal-Qafas Temporanju teħtieġ żewġ kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu sodisfatti sabiex self jiġi kkunsidrat bħala għajnuna kompatibbli:

Kuntratt konkluż qabel il-31 ta’ Diċembru 2010

(86)

L-ewwel, il-kuntratt kellu jiġi konkluż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Ir-rati ta’ imgħax imnaqqsa jistgħu jiġu applikati għal pagamenti ta’ imgħax qabel il-31 ta’ Diċembru 2012.

(87)

Il-ftehim ta’ self minn Osinek ġie konkluż fit-30 ta’ April 2009. Is-self kellu jitħallas lura f'pagament wieħed fit-30 ta’ Novembru 2010. Il-kuntratt tas-self għaldaqstant jissodisfa l-ewwel kundizzjoni.

Mhux ditta f'diffikultà fl-1 ta’ Lulju 2008

(88)

It-tieni, il-benefiċjarju ma kellux ikun f'diffikultà fl-1 ta’ Lulju 2008.

(89)

Il-punt 9 tal-Linji Gwida S u R jiddikjara li m'hemm l-ebda definizzjoni tal-UE ta’ x'jikkostitwixxi impriża f'diffikultà u jżid li l-Kummissjoni tikkunsidra ditta f'diffikultà fejn mhijiex kapaċi, kemm permezz tar-riżorsi proprji tagħha jew b'fondi li tista' tikseb mill-proprjetarji/azzjonisti jew kredituri tagħha, twaqqaf it-telf li, mingħajr għajnuna esterna mill-awtoritajiet pubbliċi, kważi ċertament jikkundannaha biex tagħlaq in-negozju fi żmien qasir jew medju.

(90)

Sussegwentement, il-punt 10(b) tal-Linji Gwida S u R jiċċara li ditta hi meqjusa li tkun f'diffikultà, fil-każ ta’ kumpanija fejn mill-anqas xi membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija, fejn aktar minn nofs il-kapital reġistrat tagħha jkun għeb u aktar minn kwart ta’ dak il-kapital ikun ġie mitluf matul l-aħħar 12-il xahar.

(91)

Fl-2008 il-kapital reġistrat ta’ ČSA laħaq it-total ta’ CZK 2 735 miljun. Skont l-istandard ta’ CSA, l-ekwità tal-kumpanija waqgħet għal CZK 101 miljun fl-istess sena.

Tabella 5

Ekwità u kapital reġistrat fl-2007 u 2008 (CZK elf)

Sors: Dikjarazzjonijiet finanzjarji pprovduti minn ČSA.

2007

6/07

7/07

8/07

9/07

10/07

11/07

12/07

Ekwità

[1 035 000 - 1 140 000 ]

[1 415 000 - 1 555 000 ]

[1 450 000 - 1 595 000 ]

[1 410 000 - 1 565 000 ]

[1 950 000 - 2 145 000 ]

[1 260 000 - 1 390 000 ]

1 238 093

Kapital reġistrat

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510


2008

1/08

2/08

3/08

4/08

5/08

6/08

Ekwità

[585 000 - 645 000 ]

[385 000 - 420 000 ]

[110 000 - 120 000 ]

[690 000 - 755 000 ]

[860 000 - 950 000 ]

[965 000 - 1 065 000 ]

Kapital reġistrat

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510


 

7/08

8/08

9/08

10/08

11/08

12/08

Ekwità

[945 000 - 1 030 000 ]

[1 220 000 - 1 340 000 ]

[1 270 000 - 1 410 000 ]

[1 295 000 - 1 430 000 ]

[610 000 - 670 000 ]

101 686

Kapital reġistrat

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

2 735 510

(92)

Minkejja li aktar minn nofs il-kapital reġistrat tal-kumpanija kien diġà għeb fl-1 ta’ Lulju 2008, it-tieni kundizzjoni tal-punt 10(a) tal-Linji Gwida S u R — li aktar minn kwart tal-kapital reġistrat irid ikun għeb matul it-12-il xahar ta’ qabel — mhijiex sodisfatta. L-ekwità mitlufa bejn Ġunju 2007 u Lulju 2008 (CZK [31 570 000-34 875 000]) tikkorrispondi għal [0,8-1,5] % biss tal-kapital reġistrat.

(93)

Barra minn hekk, il-punt 10(c) tal-Linji Gwida S u R jikkunsidra li kumpanija tkun f'diffikultà fejn din tissodisfa l-kriterji taħt il-liġi domestika tagħha għax tkun suġġetta għal proċeduri kollettivi ta’ insolvenza. L-awtoritajiet Ċeki kkonfermaw li ČSA ma kinitx eliġibbli għal proċeduri ta’ insolvenza skont il-paragrafu 3 tal-Att dwar l-Insolvenza Ċeka.

(94)

Skont il-punt 11 tal-Linji Gwida S u R, anke meta ma tkun preżenti l-ebda ċirkostanza stabbilita fil-punt 10 ta’ dawk il-Linji Gwida, impriża xorta tista' titqies f'diffikultajiet, b'mod partikolari fejn hemm preżenti sinjali li s-soltu juru ditta f'diffikultà, bħal żieda fit-telf, fatturat dejjem jonqos, inventarji dejjem jiżdiedu ta’ stokks, kapaċità eċċessiva, nuqqas ta’ likwidità, dejn dejjem jikber, spejjeż dejjem jogħlew tal-imgħax u valur nett tal-assi dejjem nieżel jew li spiċċa.

(95)

Il-bidliet fir-riżultati finanzjarji ta’ ČSA matul il-perjodu rilevanti ma wrewx xejra negattiva ċara (ara Tabella 3). Il-kumpanija għamlet telf fl-aħħar tal-2006, iżda rkuprat u wriet riżultat pożittiv għall-2007. Telf ta’ CZK [800-880] miljun kien sussegwentement reġistrat fl-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2008. Madanakollu, is-sitwazzjoni tjiebet sal-aħħar tat-tieni tliet xhur, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2008. Xejra simili tista' tiġi osservata fis-sitwazzjoni ta’ likwidità. Il-fatturat ta’ ČSA naqas bil-mod fuq bażi annwali fuq il-perjodu osservat. Madanakollu, ma jistax jiġi konkluż li l-fatturat naqas b'mod sinifikanti qabel it-30 ta’ Ġunju 2008.

(96)

Id-dejn tal-kumpanija naqas bejn Marzu 2008 u Ġunju 2008, u mbagħad żdied fis-sitt xhur ta’ wara. Finalment, il-valur tal-assi varja matul il-perjodu osservat mingħajr l-ebda tendenza ċara.

(97)

Bħala konklużjoni, it-tendenza fil-kriterji finanzjarji kif stabbilit fil-punt 11 tal-Linji Gwida S u R ma tindikax b'mod ċar is-sinjali kollha li s-soltu juru li ditta qiegħda f'diffikultà qabel it-30 ta’ Ġunju 2008. Barra minn hekk, ČSA xorta kellha aċċess għall-finanzi f'dak iż-żmien, kif muri mill-fatt li hija kienet f'pożizzjoni li tikseb self minn bank privat f'Settembru 2008 (ara l-premessa 59).

(98)

Il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna kompatibbli taħt it-taqsima 4.4 tal-Qafas Temporanju tista' tingħata lil ditti li ma kinux f'diffikultà fl-1 ta’ Lulju 2008 iżda li daħlu f'diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. Għaldaqstant, il-fatt li ČSA saret impriża f'diffikultà f'data aktar tard huwa mingħajr preġudizzju għall-kompatibilità taħt il-Qafas Temporanju.

(99)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li ČSA ma kinitx impriża f'diffikultà fl-1 ta’ Lulju 2008 u li kienet għalhekk eliġibbli għall-applikazzjoni tal-Qafas Temporanju.

7.2.   Konklużjoni

(100)

Fid-dawl ta’ dan kollu, is-self minn Osinek jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha deskritti fit-Taqsima 4.4 tal-Qafas Temporanju. Għaldaqstant, anki jekk is-self minn Osinek jitqies li jinvolvi għajnuna mill-Istat, il-miżura xorta tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

8.   KONKLUŻJONI

(101)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self minn Osinek ma jinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, anki jekk is-self minn Osinek jitqies li jinvolvi għajnuna mill-Istat, il-miżura xorta tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

(102)

Din id-Deċiżjoni ma tkoprix id-dekollateralizzazzjoni u l-kapitalizzazzjoni tas-self minn Osinek tat-30 ta’ Ġunju 2010. Il-valutazzjoni ta’ din il-miżura se tkun is-suġġett tad-deċiżjoni finali fil-Każ SA.30908,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li r-Repubblika Ċeka implimentat għal České aerolinie, a.s. fil-forma ta’ self li jammonta għal CZK 2,5 biljun ipprovdut minn Osinek a.s. fuq il-bażi tal-ftehim tas-self tat-30 ta’ April 2009 ma tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, anki li kieku kienet tagħmel dan, hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  B'effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, fejn xieraq, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħat-tibdil ta’ ‘Komunità’ ma’ ‘Unjoni’ u ‘suq komuni’ ma’ ‘suq intern’. It-terminoloġija tat-TFUE se tintuża f'din id-Deċiżjoni.

(2)  Id-Deċiżjoni ta-Kummissjoni C(2010) 987 finali tal-24 ta’ Frar 2010 (ĠU C 43, 11.2.2011, p. 6).

(3)  L-ewwel addendum ġie konkluż fit-23 ta’ Lulju 2009, it-tieni fit-22 ta’ Settembru 2009, it-tielet fid-9 ta’ Diċembru 2009 u r-raba' fil-25 ta’ Jannar 2010.

(*)  Sigriet tan-negozju.

(4)  L-informazzjoni dwar l-introjtu matul sena finanzjarja hija kumulattiva.

(5)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(6)  ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1.

(7)  Fl-2009 is-suq Ċek esperjenza nuqqas ta’ 6 % fit-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ Prague Ruzyně.

(8)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(9)  Kummenti addizzjonali magħmulin mill-partijiet terzi interessati jikkonċernaw: (i) il-kapitalizzazzjoni tas-self minn Osinek permezz ta’ tibdil ta’ self f'ekwità; (ii) il-ħlas allegat ta’ remunerazzjoni lill-President tal-Bord tad-Diretturi u lill-President ta’ ČSA mill-ajruport tal-IIstat Prague Ruzyně, u (iii) it-trasferimenti ta’ proprjetà ta’ ČSA lill-ajruport tal-Istat Prague Ruzyně bil-kirja sussegwenti lura lil ČSA, ma jirrelatawx ma’ dan il-każ u se jiġu analizzati fid-deċiżjoni finali fil-Kawża SA.30908 ČSA — Czech Airlines — Pjan ta’ Ristrutturar.

(10)  L-Att Nru 182/2006.

(11)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

(12)  Kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] ECR I-4397, paragrafi 52 u 57.

(13)  Kawżi konġunti T-228/99 u T-233/99 Westdeutsche Landesbank GZ v Il-Kummissjoni [2003] ECR II-435, paragrafu 251.

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Applikazzjoni tal-Istati Membri tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE u tal-Artikolu 5 tar-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE lill-impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura, ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3, punt 11. Il-Komunikazzjoni tittratta s-settur tal-manifattura, iżda hija applikabbli għal setturi ekonomiċi oħra. Cf. Kawża T-16/96 Cityflyer [1998] ECR II-757, paragrafu 51.

(15)  Ara Kawża T-16/96 Cityflyer Express Ltd v Il-Kummissjoni [1998] ECR II-757, paragrafi 45 u 46.

(16)  Ara l-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).

(17)  YBN Consult - Znalecký ústav, s.r.o. huwa istitut espert ikkwalifikat biex jipprovdi pariri esperti fl-ekonomija u fl-industrija tal-bini. PROSCON - s.r.o. huwa istitut espert ikkwalifikat biex jipprovdi pariri esperti fir-rigward tal-ekonomija. Is-sur Vladimír Čmejla huwa espert fl-ekonomija, privattivi u invenzjonijiet.

(18)  Għar-rati ta’ kuljum ta’ PRIBIOR ara http://www.cnb.cz/en/financial_markets/money_market/pribor/daily.jsp.

(19)  Għall-metodoloġija tal-PRIBOR ara http://www.cnb.cz/docs/ARADY/MET_LIST/prib_en.pdf

(20)  Ir-rati medji huma derivati mill-medja aritmetika tal-medji PRIBOR ta’ kull xahar għal tliet xhur flimkien ma’ 300 punt bażi skont il-Bank Nazzjonali Ċek u r-rati ta’ referenza rilevanti flimkien ma’ 220 punt bażi bejn April 2009 u Ġunju 2010 (għad-data rilevanti ara t-tabelli f' http://www.cnb.cz/en/financial_markets/money_market/pribor/averages_form.jsp u http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html).

(21)  Imgħax debitament tħallas kull tliet xhur kalendarji għal ħames darbiet konsekuttivi u f'okkażjoni waħda penali kuntrattwali kienu mitluba għal dewmien ta’ jumejn fil-pagamenti.

(22)  CZEONIA (Medja ta’ Indiċi mil-lum għall-għada tar-Repubblika Ċeka) hija definita bħala l-medja peżata tar-rati ta’ imgħax ta’ depożiti O/N mhux garantiti mqiegħda mill-banek ta’ referenza fis-suq interbankarju. Hija kkalkolata u ppubblikata mill-Bank Nazzjonali Ċek (http://www.cnb.cz/en/financial_markets/money_market/czeonia/daily.jsp).