ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.288.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 288

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
19 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/649/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 960/2012 tat-18 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

2

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2012 tat-18 ta’ Ottubru 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

4

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2012 tat-18 ta’ Ottubru 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 963/2012 tat-18 ta’ Ottubru 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2012 tat-18 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/650/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Curaçao u Sint Maarten fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi minn dik il-lista (notifikata bid-dokument numru C(2012) 7147)  ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

(2012/649/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Ġunju 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mar-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fl-24 ta’ April 2012.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (1); ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/persuni bis-setgħa tal-firma tal-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(2)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 960/2012

tat-18 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

67,8

MK

35,9

ZZ

51,9

0707 00 05

MK

38,5

TR

116,3

ZZ

77,4

0709 93 10

TR

116,7

ZZ

116,7

0805 50 10

AR

81,6

CL

108,8

TR

85,5

ZA

84,5

ZZ

90,1

0806 10 10

BR

269,0

MK

59,9

TR

147,1

ZZ

158,7

0808 10 80

AR

216,2

MK

29,8

NZ

127,3

US

143,5

ZA

93,4

ZZ

122,0

0808 30 90

CN

92,8

TR

115,3

ZZ

104,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 961/2012

tat-18 ta’ Ottubru 2012

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa, għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u 8, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2013 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa kemm jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2013, għall-grupp 5, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat il-limitu tad-drittijiet tal-importazzjoni li jistgħu jiġu allokati, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2013 għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u, 8 japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2013, għall-grupp 5, japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ottubru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

In-nru tal-grupp

In-nru tas-serje

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.1.2013 sal-31.3.2013

(f'%)

1

09.4211

0,480769

6

09.4216

0,870177


In-nru tal-grupp

In-nru tas-serje

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.1.2013 sal-31.3.2013

(f'%)

5

09.4215

0,895256


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 962/2012

tat-18 ta’ Ottubru 2012

li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni għal dawk l-istess prodotti tista' tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet tal-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 663/2012 (4). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant jitħassar.

(6)

Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, it-Taqsima I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 663/2012 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 192, 20.7.2012, p. 6.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-laħam tat-tjur applikabbli mid-19 ta’ Ottubru 2012

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjoni

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 14 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

21,70

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

21,70

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

21,70

NB: Il-kodiċijiet tal-prodott u s-serje “A ” tal-kodiċijiet ta' destinazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03

:

A24 , l-Angola, l-Arabja Sawdija, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq u l-Iran.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 963/2012

tat-18 ta’ Ottubru 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2012/2013 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2012 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 940/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 263, 28.9.2012, p. 37.

(4)  ĠU L 280, 13.10.2012, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-19 ta’ Ottubru 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

36,84

0,10

1701 12 90  (1)

36,84

3,56

1701 13 10  (1)

36,84

0,23

1701 13 90  (1)

36,84

3,85

1701 14 10  (1)

36,84

0,23

1701 14 90  (1)

36,84

3,85

1701 91 00  (2)

42,42

4,74

1701 99 10  (2)

42,42

1,61

1701 99 90  (2)

42,42

1,61

1702 90 95  (3)

0,42

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 964/2012

tat-18 ta’ Ottubru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

132,6

0

AR

119,7

0

BR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

130,3

0

AR

126,0

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

274,0

8

AR

220,8

24

BR

328,1

0

CL

230,9

21

TH

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

170,0

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

332,0

0

BR

278,1

6

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

424,3

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

446,2

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

279,1

2

BR

312,6

0

CL

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

594,9

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Curaçao u Sint Maarten fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi minn dik il-lista

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7147)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/650/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq il-lista mfassla u aġġornata skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ listi bħal dawn, għandhom jitqiesu l-verifiki min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3), telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li l-esportazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi u jistgħu skont dan jiġu esportati lejn l-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem, ħlief molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gastropodi tal-baħar ħajjin, iffriżati jew ipproċessati.

(4)

Il-pajjiż awtonomu tal-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi bħalissa huwa inkluż fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma permessi.

(5)

Wara r-riforma interna tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, effettiva sa mill-10 ta’ Ottubru 2010, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti bħala pajjiż awtonomu fi ħdan dak ir-Renju. Fl-istess data, Curaçao u Sint Maarten kisbu l-istatus ta’ pajjiżi awtonomi fi ħdan ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li Bonaire, Sint Eustatius u Saba saru muniċipalitajiet speċjali tal-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Huwa għalhekk xieraq li titħassar l-annotazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi mil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Curaçao u Sint Maarten ppreżentaw l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni biex jipprovaw li s-sistema ta’ kontroll sanitarju fis-seħħ f’dawk il-pajjiżi awtonomi tipprovdi biżżejjed garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni. L-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Curaçao u Sint Maarten turi wkoll li dawk l-awtoritajiet għandhom l-istess setgħat legali li jwettqu kontrolli bħal ma kellha l-awtorità kompetenti tal-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi u li l-operaturi tan-negozju tal-ikel huma marbuta bl-istess obbligi bħal fil-perjodu qabel l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti. Barra minn hekk, skont dik l-informazzjoni, il-kontrolli sanitarji uffiċjali f’dawk il-pajjiżi awtonomi għadhom jissoktaw fl-istess livelli bħal fil-perjodu qabel l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li Curaçao u Sint Maarten jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(8)

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE hu emendat kif ġej:

(1)

l-annotazzjoni dwar l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi titħassar;

(2)

l-annotazzjoni li ġejja għal Curaçao tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għal Cape Verde u l-Alġerija:

“CW

CURAÇAO”

 

(3)

l-annotazzjoni li ġejja għal Sint Maarten tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għal El Salvador u t-Togo:

“SX

SINT MAARTEN”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.