ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.278.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
12.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 932/2012
tat-3 ta’ Ottubru 2012
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
(2) |
L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni għall-apparat domestiku, inklużi l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (“tumble driers”) domestiċi. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli s-soltu jintużaw fid-djar. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tiegħu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
Dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti maħsubin għat-tnixxif tal-ħwejjeġ fid-djar. |
(5) |
Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jistgħu jintużaw ukoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandhom karatteristiċi partikolari u għalhekk m’għandhomx jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
L-aspett ambjentali tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli ġie identifikat bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu. Ġie stmat li, fl-2005, il-konsum annwali tal-elettriku mill-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġfl-Unjoni Ewropea kien ta’ 21 TWh. Dan mistenni jiżdied għal 31 TWh fl-2020, sakemm ma jittiħdux miżuri speċifiċi. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija mill-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti. |
(7) |
L-istudju ta’ tħejjija juri li r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ parametri oħrajn tal-ekodisinn, imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE, mhumiex meħtieġa, minħabba li l-konsum tal-enerġija mill-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġwaqt il-fażi tal-użu huwa, bla dubju ta’ xejn, l-aktar aspett ambjentali importanti. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim, fit-territorju tagħhom, ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġminħabba rekwiżiti tal-ekodisinn marbutin ma’ dawk il-parametri tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għal dik id-Direttiva, li għalihom dan ir-Regolament jistipula li ma huwa meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn. |
(8) |
Il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġgħandu jsir aktar effiċjenti billi jiġu applikati teknoloġiji mhux proprjetarji eżistenti li huma kosteffiċjenti u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawk il-prodotti. |
(9) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent finali u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sigurtà jew l-ambjent. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu għandhom aktar milli jikkumpensaw għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali marbut mal-fażijiet tal-produzzjoni u tar-rimi tal-prodott. |
(10) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu b’mod gradwali sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex ikunu jistgħu jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. L-għażla taż-żmien għandha tkun tali li jiġu evitati impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir li jinsab fis-suq u li jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż fuq l-utenti finali u l-manifatturi, b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu f’waqthom. |
(11) |
Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jitwettaq billi jintużaw metodi tal-kejl affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti, li jqisu l-aktar metodi tal-kejl moderni rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2). |
(12) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(13) |
Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu tagħrif fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI għad-Direttiva 2009/125/KE safejn dak it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(14) |
Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati wkoll parametri referenzjarji indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom tkun disponibbli b’mod wiesa’ u tkun faċilment aċċessibbli. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli jaħdmu bl-elettriku, li jaħdmu bil-gass u li jkunu mmuntati fl-għamara, inklużi dawk li jinbiegħu għal użu mhux domestiku.
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jistgħu jintużaw ukoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bid-dawran (“spin-extractors”) domestiċi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika” tfisser apparat li fih il-ħwejjeġ jitnixxfu billi jiddawru f’tanbur (“drum”) li jdur, li minnu tgħaddi arja msaħħna, u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali; |
(2) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika li tkun immuntata fl-għamara” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika magħmula biex tiġi installata f’armarju, f’daħla fil-ħajt jew f’xi post simili u li teħtieġ finitura ta’ għamara; |
(3) |
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tista’ tintuża wkoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tinkludi kemm funzjoni ta’ estrazzjoni bit-tidwir kif ukoll mezz biex tnixxef il-ħwejjeġ, normalment permezz tat-tisħin u t-tidwir fit-tanbur; |
(4) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bid-dawran domestika”, li kummerċjalment tissejjaħ ukoll “spindrajer” (“spin-drier”), tfisser apparat li fih l-ilma jitneħħa minn ġol-ħwejjeġ f’tanbur li jdur permezz ta’ azzjoni ċentrifuga u jinħareġ permezz ta’ pompa awtomatika, u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali; |
(5) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tiġbed l-arja friska ‘l ġewwa, tgħaddiha minn fuq il-ħwejjeġ u tarmi ‘l barra l-arja niedja li tinħoloq għal ġol-kamra jew għal barra; |
(6) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tinkludi tagħmir (li juża l-kondensazzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor) biex ineħħi l-umdità mill-arja li tintuża għall-proċess tat-tnixxif; |
(7) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna li tnixxef il-ħwejjeġ, li twaqqaf il-proċess tat-tnixxif meta jkun identifikat ċertu kontenut ta’ ilma fil-ħasla, pereżempju permezz ta’ konduttività jew apparat li jħoss it-temperatura; |
(8) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux awtomatika” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeg li ttemm il-proċess tat-tnixxif wara perjodu definit minn qabel, normalment ikkontrollat b’arloġġ, li jista’ jintefa wkoll manwalmemt; |
(9) |
“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma stabbiliti minn qabel u li l-manifattur jiddikjara li huma adattati biex jitnixxfu ċerti tipi ta’ ħwejjeġ; |
(10) |
“ċiklu” tfisser proċess sħiħ tat-tnixxif, kif iddefinit għall-programm magħżul; |
(11) |
“tul tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi minn x’ħin jibda l-programm sa ma jitlesta, minbarra kwalunkwe dewmien ipprogrammat min-naħa tal-utent finali; |
(12) |
“kapaċità nominali” tfisser il-massa massima f’kilogrammi, kif iddikjarata mill-manifattur, f’żidiet ta’ 0,5 kilogrammi ta’ ħwejjeġ xotti ta’ tip partikolari, li tista’ tiġi ttrattata f’magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, meta din titgħabba skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(13) |
“tagħbija parzjali” tfisser nofs il-kapaċità nominali ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għal programm partikolari; |
(14) |
“effiċjenza tal-kondensazzjoni” tfisser il-proporzjon tal-massa tal-umdità kkondensata minn magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur meta mqabbla mal-massa tal-umdità mneħħija mit-tagħbija meta jintemm iċ-ċiklu; |
(15) |
“modalità mitfija” tfisser kundizzjoni fejn il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tintefa permezz ta’ kontrolli jew swiċċijiet fl-apparat li huma aċċessibbli għall-utent finali u maħsubin biex jintużaw minnu waqt l-użu normali tal-magna sabiex jinkiseb l-inqas konsum tal-elettriku possibbli, li tista’ tinżamm għal tul ta’ żmien indefinit waqt li l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-elettriku u tkun qed tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; fejn ma jkunx hemm kontrolli jew swiċċ li jkun aċċessibbli għall-utent finali, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni milħuqa wara li l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tmur lura weħidha għal stat stabbli ta’ konsum tal-enerġija; |
(16) |
“modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità bl-aktar konsum baxx tal-elettriku li tista’ tinżamm għal tul ta’ żmien indefinit wara li jitlesta l-programm mingħajr ebda intervent ieħor min-naħa tal-utent finali apparti t-tbattil tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika; |
(17) |
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti” tfisser mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika li jitqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, l-istess karatteristiċi tekniċi u ta’ prestazzjoni, l-istess konsum tal-enerġija, l-istess effiċjenza tal-kondensazzjoni fejn dan ikun applikabbli, l-istess tul tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton u l-istess ammont ta’ storbju akustiku fl-arja matul it-tnixxif bħal dawk ta’ mudell ieħor ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika mqiegħed fis-suq mill-istess manifattur b’numru differenti tal-kodiċi kummerċjali. |
(18) |
“programm standard għall-qoton” ifisser li ċ-ċiklu li jnixxef il-ħwejjeġ tal-qoton b’kontenut tal-ilma inizjali tal-ħasla ta’ 60 % sakemm il-kontenut tal-ilma tal-ħasla jsir 0 %. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġhuma mogħtija fil-punt 1 tal-Anness I. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġhuma mogħtija fil-punt 2 tal-Anness I.
Ma huwa meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn għal kwalunkwe parametru ieħor tal-ekodisinn imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tikkonsisti fil-kontroll intern tad-disinn stabbilit fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew fis-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-kalkoli stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Fejn l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun inkisbet b’kalkolu abbażi tad-disinn jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti oħrajn, jew mit-tnejn, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ dawn il-kalkoli jew l-estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, kif ukoll id-dettalji tat-testijiet imwettqa mill-manifatturi sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli li jkunu saru. F’każijiet bħal dawn, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġekwivalenti li għalihom l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika tkun inkisbet bl-istess mod.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE biex jiċċekkjaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Parametri referenzjarji
Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġbl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness III u l-effiċjenza tal-apparat b’vent tal-arja.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2013.
Madankollu:
(a) |
ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014; |
(b) |
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2015. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
ANNESS I
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn
1.1 |
Biex jiġu kkalkulati l-konsum tal-enerġija u parametri oħrajn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, għandu jintuża ċ-ċiklu għat-tnixxif ta’ ħwejjeġ magħmulin mill-qoton (b’kontenut inizjali ta’ umdità tat-tagħbija ta’ 60 %) sa ma jibqa’ kontenut ta’ umdità tat-tagħbija ta’ 0 % (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton”). Dan iċ-ċiklu għandu jkun jista’ jiġi identifikat b’mod ċar fuq l-apparat(i) tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika li jintuża għall-għażla tal-programm jew fuq l-iskrin tal-wiri (“display”) tagħha, jekk ikollha, jew fuq it-tnejn, u għandu jiġi indikat bħala “il-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton” jew permezz ta’ simbolu uniformi jew kombinazzjoni xierqa tagħhom, u għandu jiġi ssettjat bħala ċ-ċiklu normali (“default”) għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mgħammra b’għażla awtomatika tal-programmi jew bi kwalunkwe funzjoni biex programm tat-tnixxif jintgħażel b’mod awtomatiku jew biex jinżamm l-istess programm li jkun intgħażel. Jekk il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun awtomatika, “il-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton” għandu jkun awtomatiku. |
1.2 |
Il-ktejjeb ta’ struzzjonijiet li jingħata mill-manifattur għandu jipprovdi:
|
2. Rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn
Il-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
2.1 |
Mill-1 ta’ Novembru 2013:
|
2.2 |
Mill-1 ta’ Novembru 2015:
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) u l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni huma kkalkulati skont l-Anness II. |
ANNESS II
Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika u tal-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni
1. IL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
Biex jiġi kkalkulat l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) ta’ mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa u parzjali jitqabbel mal-konsum annwali standard tal-enerġija tagħha.
(a) |
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb għal punt deċimali wieħed:
fejn: — AEC = il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika; — SAEC = il-konsum annwali standard tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika. |
(b) |
Il-Konsum Annwali Standard tal-Enerġija (SAEC ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh fis-sena kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:
fejn:
|
(c) |
Il-Konsum Annwali ppeżat tal-Enerġija (AEC ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh fis-sena kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:
|
(d) |
It-tul ippeżat tal-programm (Tt ) għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton għandu jiġi kkalkulat f’minuti kif ġej u jitqarreb għall-eqreb minuta:
fejn: — Ttnixxif = it-tul tal-programm għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta; — Ttnixxif½ = it-tul tal-programm għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta. |
(e) |
Il-konsum ippeżat tal-enerġija (Et ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:
fejn: — Etnixxif = il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali; — Etnixxif½ = il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali. |
(f) |
Għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġli jaħdmu bil-gass, il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton, kemm meta jkun hemm tagħbija sħiħa kif ukoll meta jkun hemm tagħbija parzjali, għandu jiġi kkalkulat f’kWh u jitqarreb għal żewġ punti deċimali, kif ġej:
fejn: — Egtnixxif = il-konsum tal-gass għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali; — Egtnixxif½ = il-konsum tal-gass għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali; — Egtnixxif,a = il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali; — Egtnixxif½,a = il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali; — fg = 2,5. |
2. IL-KALKOLU TAL-EFFIĊJENZA PPEŻATA TAL-KONDENSAZZJONI
L-effiċjenza tal-kondensazzjoni ta’ programm hija l-proporzjon bejn il-massa ta’ umdità kkondensata u miġbura fil-kontenitur ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur u l-massa tal-umdità mneħħija mit-tagħbija bħala parti mill-programm, u din tal-aħħar hija d-differenza bejn il-massa tat-tagħbija tat-test imxarrba qabel it-tnixxif u l-massa tat-tagħbija użata għall-prova wara t-tnixxif. Biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni, titqies l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton kemm meta jkun hemm tagħbija sħiħa kif ukoll meta jkun hemm tagħbija parzjali.
L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ programm għandha tiġi kkalkulata bħala perċentwal u titqarreb għall-eqreb perċentwal sħiħ kif ġej:
fejn:
— Ctnixxif = l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija sħiħa;
— Ctnixxif½ = l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali.
L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni C għandha tiġi kkalkulata kif ġej mill-valuri tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni li joħorġu mill-provi li jsiru u għandha tingħata bħala perċentwal:
fejn:
— |
n huwa l-għadd ta’ provi li jsiru, li għandu jinkludi mill-inqas erba’ provi validi għall-programm magħżul; |
— |
j huwa n-numru tal-prova; |
— |
Wwj hija l-massa tal-ilma miġbura fir-reċipjent tal-kondensatur waqt il-prova j; |
— |
Wi hija l-massa tat-tagħbija mxarrba użata għall-prova qabel it-tnixxif; |
— |
Wf hija l-massa tat-tagħbija użata għall-prova wara t-tnixxif. |
ANNESS III
Il-proċedura ta’ verifika għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom isiru miżuri u kalkoli bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jikkunsidraw l-iktar metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li għandhom inċertezza baxxa.
Sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika waħda. Jekk il-parametri mkejla ma jissodisfawx il-valuri ddikjarati mill-manifattur fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2), fil-meded stabbiliti fit-Tabella 1, il-kejl għandu jsir ukoll fuq tliet magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġoħrajn. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla għal dawk it-tliet magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tissodisfa r-rekwiżiti fil-meded stabbiliti fit-Tabella 1.
Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell u l-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
Tabella 1
Parametru mkejjel |
Tolleranzi tal-verifika |
Il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija |
Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali (*) ta’ AEC b’aktar minn 6 %. |
Il-konsum ippeżat tal-enerġija |
Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali ta’ Et b’aktar minn 6 %. |
L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni |
Il-valur imkejjel m’għandux ikun inqas mill-valur nominali ta’ Ct b’aktar minn 6 %. |
It-tul ippeżat tal-programm |
Il-valur imkejjel m’għandux ikun itwal mill-valuri nominali ta’ Tt b’aktar minn 6 %. |
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva |
Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ aktar minn 1,00 W m’għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 6 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ 1,00 W jew ta’ inqas minn hekk m’għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 0,10 W. |
It-tul tal-modalità mixgħula u inattiva |
Il-valur imkejjel m’għandux ikun itwal mill-valur nominali ta’ Tl b’aktar minn 6 %. |
(*) “valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-manifattur. Il-perċentwal ta’ inċertezza fil-kejl ta’ 6 % jirrappreżenta l-marġni ta’ żball aċċettabbli dal-ħin għall-ittestjar fil-laboratorju tal-kejl tal-parametri ddikjarati permezz tal-metodu l-ġdid tal-kejl li qed jintuża għar-rekwiżiti l-ġodda dwar it-tikkettar u l-ekodisinn, inkluż għaċ-ċikli ta’ tagħbija sħiħa u parzjali.
ANNESS IV
Parametri referenzjarji
Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ġie stabbilit li l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, f’termini tal-konsum tal-enerġija tagħhom u tal-ammont ta’ storbju akustiku fl-arja waqt it-tnixxif għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton, hija din li ġejja:
(1) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 3 kilogrammi:
|
(2) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 5 kilogrammi:
|
(3) |
Magna domestika li tnixxef il-ħwejjeġ b’vent tal-arja li taħdem bil-gass b’kapaċità nominali ta’ 5 kg
|
(4) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 5 kilogrammi:
|
(5) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 6 kilogrammi:
|
(6) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 6 kilogrammi:
|
(7) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 7 kilogrammi:
|
(8) |
Magna domestika li tnixxef il-ħwejjeġ b’vent tal-arja li taħdem bil-gass b’kapaċità nominali ta’ 7 kg:
|
(9) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 7 kilogrammi:
|
(10) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 8 kilogrammi:
|
(11) |
Magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 8 kilogrammi:
|
(*) ikkalkulat billi wieħed jassumi li jsiru 160 ċiklu ta’ tnixxif fis-sena b’konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm tagħbija parzjali li jiġi daqs 60 % tal-konsum tal-enerġija meta jkun hemm tagħbija sħiħa, u li jkun hemm konsum addizzjonali annwali tal-enerġija ta’ 13,5 kWh mill-użu ta’ modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija.
12.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 933/2012
tal-11 ta’ Ottubru 2012
li jemenda għall-180 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fl-5 ta' Ottubru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dan l-individwu u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1904(2009). Barra minn hekk, fit-3 ta’ Ottubru 2012 l-kumitat iddeċieda li jemenda waħda mill-partiti fil-lista. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01 pp. 294 – 307.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali" titħassar:-{}- ‘Yasin Abdullah Ezzedine Qadi (alias (a) Kadi, Shaykh Yassin Abdullah; (b) Kahdi, Yasin; (c) Yasin Al-Qadi). Indirizz: Farsi Center – West Tower 11th floor, Suite 1103, Wally Al-Ahd Street, Ruwais District, P.O. Box 214, Jeddah 21411, l-Arabja Sawdija. Data tat-twelid: 23.2.1955. Post tat-twelid: il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-Passaport: (a) B 751550, (b) E 976177 (maħruġ fis-6.3.2004, skada fil-11.1.2009). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.’ |
(2) |
L-annotazzjoni ‘Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (magħruf ukoll bħala (a) AQAP, (b) Al-Qaida tal-Jihad Organization fil-Peniżola Għarbija, (c) Tanzim Qa’idat al-Jihad fi Jazirat al-Arabm, (d) Al-Qaida Organization fil-Peniżola Għarbija, (e) Al-Qaida fil-Peniżola t'Isfel Għarbija, (f) Al-Qaida fil-Jemen, (g) AQY). Tagħrif ieħor: Post: Il-Jemen jew l-Arabja Sawdija. Inħolqot f’Jannar 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.’ taħt l-intestatura ’Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ tinbidel b’dan li ġej: ‘Al-Qaida fil-peniżola Għarbija (alias (a) AQPGħ, (b) l-organizzazzjoni ta’ Al-Qaida tal-Ġiħad fil-peniżola Għarbija, (c) Tanzim Qa’idat al-Jihad fi Jazirat al-Arab, (d) l-organizzazzjoni Al-Qaida fil-peniżola Għarbija, (e) Al-Qaida fin-naħa ta’ isfel tal-peniżola Għarbija, (f) Ansar al-Shari’a, (g) AAS, (h) Al-Qaida fil-Jemen, (i) AQY). Tagħrif ieħor: Post: Il-Jemen jew l-Arabja Sawdija. L-Ansar al-Shari’a ġiet iffurmata fil-bidu tal-2011 mill-AQPGħ. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.1.2010.’ |
12.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 934/2012
tal-11 ta’ Ottubru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
67,7 |
MK |
39,0 |
|
TR |
59,9 |
|
ZZ |
55,5 |
|
0707 00 05 |
MK |
34,4 |
TR |
118,1 |
|
ZZ |
76,3 |
|
0709 93 10 |
TR |
116,6 |
ZZ |
116,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
86,7 |
CL |
84,6 |
|
TR |
89,1 |
|
UY |
65,5 |
|
ZA |
94,8 |
|
ZZ |
84,1 |
|
0806 10 10 |
BR |
237,0 |
MK |
116,3 |
|
TR |
130,5 |
|
ZZ |
161,3 |
|
0808 10 80 |
BR |
79,8 |
CL |
99,9 |
|
NZ |
114,0 |
|
ZA |
96,9 |
|
ZZ |
97,7 |
|
0808 30 90 |
CN |
69,0 |
TR |
110,9 |
|
ZZ |
90,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
12.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 935/2012
tal-11 ta’ Ottubru 2012
li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013 skont ċerti kwoti tal-GATT
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS” [ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kapitolu III, taqsima 2, tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jistabbilixxi l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tal-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti gruppi ta’ prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2013. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti koeffiċjenti ta' allokazzjoni. |
(3) |
Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati huma għal kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli, huwa xieraq li tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdal b'mod proporzjonali għall-kwantitajiet mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati. |
(4) |
Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo u 16-, 17-, 18-, 20- u 21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna 5 ta' dan l-Anness.
Artikolu 2
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati mit-"22-, 25-Tokjo u 22-, 25- Urugwaj" fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.
Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fi żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.
ANNESS
Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika |
Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota |
Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2013 (f’kg) |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1 |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2 |
|
In-numru tan-nota |
Grupp |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
16 |
Mhux speċifikament previst (NSPF) |
16-Tokjo |
908 877 |
0,2822774 |
|
16-Urugwaj |
3 446 000 |
0,1674651 |
|
||
17 |
Blue Mould |
17-Urugwaj |
350 000 |
0,0862068 |
|
18 |
Cheddar |
18-Urugwaj |
1 050 000 |
0,5000000 |
|
20 |
Edam/Gouda |
20-Urugwaj |
1 100 000 |
0,1743264 |
|
21 |
Tip Taljan |
21-Urugwaj |
2 025 000 |
0,1220614 |
|
22 |
Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn |
22-Tokjo |
393 006 |
|
1,8110875 |
22-Urugwaj |
380 000 |
|
9,5000000 |
||
25 |
Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn |
25-Tokjo |
4 003 172 |
|
1,5396815 |
25-Urugwaj |
2 420 000 |
|
3,2925170 |
DEĊIŻJONIJIET
12.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Ottubru 2012
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/630/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni tat mandat lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) li l-kompiti tiegħu ġew assunti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011 skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2) (AETS), fejn talbet il-parir tagħhom fir-rigward tal-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(2) |
Fil-parir mogħti fit-18 ta’ April 2012, l-AETS issuġġeriet li l-qafas legali u superviżorju tal-Kanada fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jitqies bħala ekwivalenti skont ir-reġim regolatorju tal-UE għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, sabiex il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk ġewx issodisfati tliet kundizzjonijiet. |
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-Kanada għandha qafas komprensiv u legalment vinkolanti fir-rigward tas-CRAs u l-użu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu. L-Istrument Nazzjonali 25-101 Organizzazzjonijiet ta’ Klassifikazzjoni Deżinjati (Designated Rating Organizations – DRO) kien introdott fis-27 ta’ Jannar 2012 u sar effettiv mill-20 ta’ April 2012. Dan il-qafas jesiġi li aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tkun irreġistrata mal-Amministratruri Kanadiżi tat-Titoli (Canadian Securities Administrators – CSA) u jipprevedi superviżjoni kontinwa tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu min-naħa tas-CSA. Għall-finijiet ta’ twettiq tal-kompiti ta’ sorveljanza tiegħu, is-CSA huwa mogħti firxa wiesgħa u komprensiva ta’ setgħat. Is-CSA għandu s-setgħa li jesiġi aċċess għall-kotba, rekords u dokumenti miżmuma mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, u li jitlob informazzjoni rilevanti oħra, inklużi reġistrazzjonijiet telefoniċi u traffiku tad-dejta. Is-CSA huwa mogħti wkoll is-setgħa li jwettaq spezzjonijiet fuq il-post, jistħarreġ dwar kotba u rekords u jeżaminahom. Minbarra dan, is-CSA jista’ jibda proċedimenti kontra aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu f’każ ta’ ksur tal-Istrument Nazzjonali 25-101 bl-użu ta’ kwalunkwe setgħa disponibbli f’każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-titoli. Fost setgħat oħra, is-CSA jista’ jordna revoka tal-istatus deżinjat ta’ DRO, jimponi multa sa CAD 1 000 000 għal kull nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali tagħha, u jesiġi li DRO tirretifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-passat. Is-CRAs kollha bbażati fil-Kanada kienu rreġistrati bħala DROs mis-CSA fit-30 ta’ April 2012 u minn dak iż-żmien ‘il hawn kienu soġġetti għas-superviżjoni kontinwa tas-CSA. Il-Kummissjoni ta’ Ontario dwar it-Titoli li taġixxi bħala superviżur prinċipali fi ħdan is-CSA biħsiebha twettaq spezzjonijiet fuq il-post kull sentejn. Fil-ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-AETS u s-CSA huwa previst skambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ infurzar u dawk superviżorji meħuda fil-konfront ta’ CRAs transfruntieri. |
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għar-regoli legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stipulati mill-Artikoli 6 sa 12 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas legali u superviżorju tal-Kanada jilħaq l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-proċessi organizzazzjonali u l-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.. Għalhekk, il-qafas tal-Kanada jipprovdi protezzjonijiet ekwivalenti f’termini ta’ integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u affidabbiltà tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, ir-reġim regolatorju fil-pajjiż terz għandu jevita l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji. F’dan ir-rigward, it-Taqsima B tal-Appendiċi A tal-Istrument Nazzjonali 25-101 tesiġi li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jistabbilixxu kumitat responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proċess rigoruż u formali tal-ħruġ u reviżjoni tal-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni użati minnhom. La s-CSA u lanqas xi awtorità pubblika oħra ma għandhom is-setgħa jindaħlu f’dan il-proċess jew fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, jew il-metodoloġiji tal-kreditu. |
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati mill-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-AETS, se tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju tal-Kanada għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.