ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.262.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
27.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Awwissu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5538)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/506/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE (2), id-definizzjonijiet tal-każi stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu aġġornati safejn ikun meħtieġ fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (3) (ECDC), l-ECDC pprovda, fuq talba tal-Kummissjoni, opinjoni xjentifika dwar id-definizzjonijiet tal-każi li tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ intervent fil-kamp tas-sorveljanza u tar-rispons għal mard li jinxtered. |
(3) |
Id-definizzjonijiet tal-każi diġà elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE għal HIV/AIDS, difterite, Haemophilus influenzae (marda invażiva), epatite B u C, mard tal-meninġikokki, gattone, legjonellożi, rubella konġenitali, tossina shiga/veroċitotossina li tipproduċi infezzjoni ta’ Escherichia coli (STEC/VTEC), salmonellożi u leptospirożi għandhom ikunu aġġornati fuq il-bażi ta’ din l-opinjoni xjentifika mogħtija mill-ECDC. |
(4) |
Definizzjoni ġenerika ta’ każ ta’ reżistenza antimikrobika, definizzjoni ġenerika ta’ infezzjonijiet nożokomjali, għadd ta’ definizzjonijiet speċifiċi ta’ każi ta’ infezzjonijiet nożokomjali, u definizzjoni għall-każ ta’ enċefalite li tinġarr minn insetti parassiti għandhom ukoll ikunu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE fuq il-bażi ta’ dik l-opinjoni xjentifika mogħtija mill-ECDC. |
(5) |
Għall-fini ta’ ċarezza, ikun xieraq li l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE jkun ristrutturat biex ikun żgurat li d-definizzjonijiet tal-każi ta’ mard li jinxtered ikunu f’lista separata minn dawk ta’ kwistjonijiet speċjali ta’ saħħa, u li, f’kull lista, id-definizzjonijiet tal-każi jkunu jidhru f’ordni numeriku. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE qed jinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.
(3) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
1. SPJEGAZZJONI TAT-TAQSIMIET UŻATI FID-DEFINIZZJONI U L-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KAŻI
Il-kriterji kliniċi
Il-kriterji kliniċi jinkludu sinjali u sintomi komuni u rilevanti tal-marda li jew individwalment jew magħqudin flimkien jikkostitwixxu stampa klinika ċara jew indikattiva tal-marda. Huma jagħtu d-deskrizzjoni ġenerali tal-marda u ma jindikawx neċessarjament il-fatturi kollha meħtieġa għal dijanjożi klinika individwali.
Il-kriterji tal-laboratorju
Il-kriterji tal-laboratorju huma lista ta’ metodi tal-laboratorju li jintużaw biex jikkonfermaw xi każ. Ġeneralment wieħed biss mit-testijiet imniżżla jkun biżżejjed biex jikkonferma l-każ. Jekk tkun tinħtieġ taħlita ta’ metodi biex tissodisfa l-konferma tal-laboratorju, dan jiġi speċifikat. It-tip ta’ kampjun li għandu jinġabar għat-testijiet tal-laboratorju jiġi speċifikat biss meta ċerti tipi ta’ kampjuni biss jitqiesu rilevanti għall-konferma ta’ dijanjożi. Il-kriterji tal-laboratorju għal xi każ probabbli huma inklużi għal xi każijiet eċċezzjonali miftiehma,. Dawk il-kriterji tal-laboratorju jikkonsistu f’lista ta’ metodi tal-laboratorju li jistgħu jintużaw biex isostnu d-dijanjożi ta’ każ iżda li ma jkunux konfermattivi.
Il-kriterji epidemjoloġiċi u r-rabta epidemjoloġika
Il-kriterji epidemjoloġiċi jitqiesu li ġew sodisfatti meta tkun tista’ tiġi stabbilita r-rabta epidemjoloġika.
Ir-rabta epidemjoloġika, matul il-perjodu ta’ inkubazzjoni, tfisser waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
— Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem: il-fatt li persuna kellha kuntatt ma’ każ uman ikkonfermat mil-laboratorju b’tali mod li kellha l-possibbiltà li tiġi infettata
— Trażmissjoni minn annimal għal bniedem: il-fatt li persuna kellha kuntatt ma’ annimal b’infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju b’tali mod li kellha l-possibbiltà li tiġi infettata
— Esponiment għal sors komuni: il-fatt li persuna tkun ġiet esposta għall-istess mezz jew sors komuni ta’ infezzjoni, bħala każ uman ikkonfermat
— Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat: il-fatt li persuna tkun ikkonsmat ikel jew ilma tax-xorb b’kontaminazzjoni kkonfermata mil-laboratorju jew li tkun ikkonsmat prodotti potenzjalment ikkontaminati minn annimal b’infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju
— Esponiment ambjentali:: il-fatt li persuna tkun għamet f’ilma jew kellha kuntatt ma’ sors ambjentali kkontaminat li jkun ġie kkonfermat mil-laboratorju
— Esponiment fil-laboratorju:: il-fatt li persuna tkun ħadmet f’laboratorju fejn ikun hemm potenzjal għal esponiment
Persuna tista’ titqies marbuta b’mod epidemjoloġiku għal każ ikkonfermat jekk għall-inqas każ wieħed fil-katina ta’ trażmissjoni jkun ikkonfermat mil-laboratorju. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjonijiet trażmessi mill-ħmieġ tal-imsaren u mill-ħalq jew mill-arja, il-katina ta’ trażmissjoni ma għandhiex neċessarjament tiġi stabbilita biex każ jitqies marbut b’mod epidemjoloġiku.
It-trażmissjoni tista’ sseħħ permezz ta’ waħda jew aktar mir-rotot li ġejjin:
— Mill-arja: permezz ta’ projezzjoni ta’ aerosol minn persuna infettata għal fuq membrani mukużi waqt li din tkun qed tisgħol, tobżoq, tkanta jew titkellem, jew meta l-aerosols mikrobiċi mxerrda fl-atmosfera jinġibdu man-nifs minn persuni oħra
— Kuntatt: kuntatt dirett ma’ persuna infettata (il-ħmieġ tal-imsaren u l-ħalq, il-qtar respiratorji, l-esponiment tal-ġilda jew dak sesswali) jew ma’ annimal (eż. gdim, mess) jew kuntatt indirett ma’ materjali jew oġġetti infettati (fomites infettati, fluwidi tal-ġisem, demm)
— Vertikali: mill-omm għat-tarbija, ħafna drabi fl-utru, jew b’riżultat tal-iskambju inċidentali ta’ fluwidi tal-ġisem normalment matul il-perjodu immedjatament qabel jew wara t-twelid
— Trażmissjoni minn vettur: trażmissjoni indiretta minn nemus, dud irqiq, dubbien u insetti oħra infettati li jittrażmettu l-mard lill-bnedmin permezz tal-gdim tagħhom
— Ikel jew ilma: konsum ta’ ikel jew ilma tax-xorb potenzjalment ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-każ
Il-każi huma kklassifikati bħala “possibbli”, “probabbli” u “konfermati”. Il-perjodi ta’ inkubazzjoni għall-mard jingħataw fl-informazzjoni addizzjonali biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-rabta epidemjoloġika.
Każ possibbli
Każ possibbli tfisser każ li hu kklassifikat bħala possibbli għal għanijiet ta’ rapportar. Ġeneralment dan ikun każ li jissodisfa l-kriterji kliniċi kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ mingħajr evidenza epidemjoloġika jew tal-laboratorju tal-marda konċernata. Id-definizzjoni ta’ każ bħala possibbli għandha sensittività għolja u speċifiċità baxxa. Din tippermetti l-individwazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-każi iżda xi każi pożittivi foloz se jiġu inklużi f’din il-kategorija.
Każ probabbli
Każ probabbli tfisser każ li hu kklassifikat bħala probabbli għal għanijiet ta’ rapportar. Dan hu ġeneralment każ bi kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika kif deskritt fid-definizzjoni tal-każ. It-testijiet tal-laboratorju għal każi probabbli huma speċifikati biss għal ċertu mard.
Każ ikkonfermat
Każ ikkonfermat tfisser każ li hu kklassifikat bħala kkonfermat għal għanijiet ta’ rapportar. Il-każi kkonfermati jkunu kkonfermati mil-laboratorju u jistgħu jissodisfaw il-kriterji kliniċi jew le kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ. Id-definizzjoni ta’ każ bħala kkonfermat hija speċifika ħafna u inqas sensittiva; għalhekk ħafna mill-każi miġbura se jkunu każi veri għalkemm xi wħud mhumiex se jkunu individwati.
Il-kriterji kliniċi ta’ xi mard ma jalludux għall-fatt li ħafna każi akuti ma jurux sintomi (eż. l-epatite A, B u C, il-kampilobatterjożi, s-salmonellożi), għalkemm dawn il-każi xorta jistgħu jkunu importanti mill-perspettiva ta’ saħħa pubblika fuq livell nazzjonali.
Il-każi kkonfermati jaqgħu f’waħda mit-tliet subkategoriji mniżżla hawn taħt. Huma se jkunu assenjati lil waħda minn dawk is-subkategoriji matul l-analiżi tad-dejta bl-użu tal-varjabbli miġburin fil-kuntest tal-informazzjoni dwar il-każ.
Każ ikkonfermat mil-laboratorju bi kriterji kliniċi
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ u l-kriterji kliniċi inklużi fid-definizzjoni tal-każ.
Każ ikkonfermat mil-laboratorju bi kriterji kliniċi mhux magħrufa
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-kriterji kliniċi (eż. ir-rapport tal-laboratorju biss).
Każ ikkonfermat mil-laboratorju mingħajr kriterji kliniċi
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma jissodisfax il-kriterji kliniċi fid-definizzjoni tal-każ jew ma jurix sintomi.
2. DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI TA’ MARD LI JINXTERED
2.1 SINDROMU TA’ IMMUNODEFIĊJENZA AKKWIŻITA (AIDS) u INFEZZJONI TAL-VIRUS UMAN TAL-IMMUNODEFIĊJENZA (HIV)
Kriterji Kliniċi (AIDS)
Kull persuna li għandha xi waħda mill-kundizzjonijiet kliniċi kif iddefiniti fid-definizzjoni Ewropea tal-każ tal-AIDS:
— |
Adulti u adoloxxenti minn 15-il sena ’l fuq |
— |
Tfal li jkollhom inqas minn 15-il sena |
Kriterji tal-Laboratorju (HIV)
— |
Adulti, adoloxxenti u tfal minn 18-il xahar ’il fuq Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Tfal ta’ età < 18-il xahar Riżultati pożittivi fuq żewġ kampjuni separati (eskluż id-demm tal-kurdun) minn għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
— |
Infezzjoni tal-HIV Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-infezzjoni tal-HIV |
— |
AIDS Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għall-AIDS u l-kriterji tal-laboratorju għall-infezzjoni tal-HIV |
2.2 ANTHRAX (Bacillus anthracis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Antraks kutanju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Ferita bi nfafet jew vexxikolari |
— |
Eskar imħaffra sewda b’edema mad-dawra |
Antraks gastrointestinali
— |
Deni jew stat ta’ deni |
U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Uġigħ akut addominali |
— |
Dijarea |
Id-dħul man-nifs tal-anthrax
— |
Deni jew stat ta’ deni |
U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Diffikultà respiratorja akuta |
— |
Evidenza radjoloġika ta’ twessigħ medjastinali |
Antraks tal-meninġi/meningoenċefalopatiku
— |
Deni |
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Konvulżjonijiet |
— |
Telf tas-sensi |
— |
Sinjali ta’ meninġi |
Anthrax septicaemia
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Iżolament ta’ Bacillus anthracis minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Bacillus anthracis f’kampjun kliniku |
Kampjun nażali pożittiv mingħajr sintomi kliniċi ma jikkontribwixxix għal dijanjożi kkonfermat ta’ każ
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.3 INFLUWENZA AVJARJA A/H5 JEW A/H5N1 FIL-BNEDMIN
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b’waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Deni U sinjali u sintomi ta’ infezzjoni respiratorja akuta |
— |
Mewt minħabba marda respiratorja akuta inspjegabbli |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament tal-influwenza A/H5N1 minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-influwenza A/H5 f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-influwenza A/H5 (żieda b’erba’ darbiet jew aktar jew titru singolu għoli) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem minħabba kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma’ persuna rrapportata bħala każ probabbli jew ikkonfermat |
— |
Esponiment fil-laboratorju: fejn hemm esponiment potenzjali għal influwenza A/H5N1 |
— |
Kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma’ annimal b’infezzjoni A/H5N1 ikkonfermata għajr tjur u għasafar selvaġġi (eż. qattus jew ħanżir) |
— |
Għajxien jew żjara f’żona fejn l-influwenza A/H5N1 hi attwalment suspettata jew ikkonfermata (1) U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn laboratorju li mhuwiex Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta’ Referenza għall-influwenza umana (CNRL)
C. Każ ikkonfermat nazzjonalment
Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta’ Referenza għall-influwenza umana (CNRL)
D. Każ ikkonfermat mill-WHO
Kull persuna b’konferma tal-laboratojru minn Ċentru ta’ Kollaborazzjoni tal-WHO għal H5
2.4 BOTULIŻMU (Clostridium botulinum)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Botuliżmu li jinġarr fl-ikel u botuliżmu minn ferita
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Indeboliment tan-nervaturi kranjali bilaterali (eż. diplopja, viżjoni mċajpra, dysphagia, fjakkezza fil-boċċa tal-għajn) |
— |
Paraliżi simetrika periferali |
Botuliżmu fit-trabi
Trabi li jkollhom għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
— |
Stitikezza |
— |
Letarġija |
— |
Nuqqas ta’ aptit |
— |
Ptożi |
— |
Dysphagia |
— |
Dgħufija ġenerali fil-muskoli |
It-tip ta’ botuliżmu li normalment ikun hemm fit-trabi (ta’ inqas minn 12-il xahar) jista’ jaffettwa wkoll lit-tfal li jkollhom aktar minn 12-il xahar u xi kultant lill-adulti, b’anatomija gastrointestinali u mikroflora alterati.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Clostridium botulinum għal botuliżmu fit-trabi (ippurgar) jew botuliżmu minn ferita (ferita) (l-iżolament ta’ Clostridium botulinum fl-ippurgar ta’ adulti mhux rilevanti għad-dijanjożi ta’ botuliżmu li jinġarr fl-ikel) |
— |
Sejbien ta’ tossina tal-botulinum f’kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal sors komuni (eż. l-ikel, l-iskambju ta’ labar jew apparati oħra) |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.5 BRUĊELLOŻI (Brucella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha d-Deni
U għall-inqas waħda mis-sebgħa li ġejjin:
— |
Għaraq (abbundanti, jinten, speċjalment matul il-lejl) |
— |
Riħ qawwi |
— |
Artralġija |
— |
Dgħufija |
— |
Depressjoni |
— |
Uġigħ ta’ ras |
— |
Anoreksja |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Brucella spp. minn kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-Brucella (Test ta’ Agglutinazzjoni Standard, Fissazzjoni tal-Komplement, ELISA) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment għal prodotti minn annimal ikkontaminat (ħalib jew prodotti tal-ħalib) |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (tnixxijiet jew organi kkontaminati eż. tnixxija vaġinali, plaċenta) |
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.6 KAMPILOBATTERJOŻI (Campylobacter spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Uġigħ addominali |
— |
Deni |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Iżolament ta’ Campylobacter spp. mill-ippurgar jew mid-demm |
Jekk ikun possibbli għandha ssir differenzjazzjoni ta’ Campylobacter spp.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.7 INFEZZJONI TAL-KLAMIDJA (Chlamydia trachomatis), inkluża LYMPHOGRANULOMA VENEREUM (LGV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Infezzjoni tal-Klamidja mhux LGV
Għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
— |
Uretrite |
— |
Epididimite |
— |
Salpinġite akuta |
— |
Endometrite akuta |
— |
Ċerviċite |
— |
Proktite |
Fi trabi tat-twelid għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Konġuntivite |
— |
Pulmonite |
LGV
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— |
Uretrite |
— |
Ulċera ġenitali |
— |
Limfadenopatija ingwinali |
— |
Ċerviċite |
— |
Proktite |
Kriterji tal-Laboratorju
Infezzjoni tal-Klamidja mhux LGV
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Chlamydia trachomatis minn kampjun tal-passaġġ anoġenitali jew mill-konġuntiva |
— |
Dimostrazzjoni ta’ Chlamydia trachomatis permezz tat-test DFA f’kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Chlamydia trachomatis f’kampjun kliniku |
LGV
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Chlamydia trachomatis minn kampjun tal-passaġġ anoġenitali jew mill-konġuntiva |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Chlamydia trachomatis f’kampjun kliniku |
U
— |
Identifikazzjoni ta’ serovar (genovar) L1, L2 jew L3 |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.8 KOLERA (Vibrio cholerae)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Remettar |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Iżolament ta’ Vibrio cholerae minn kampjun kliniku U |
— |
Dimostrazzjoni ta’ antiġen O1 jew O139 fl-iżolat U |
— |
Dimostrazzjoni ta’ enterotossina tal-kolera jew il-ġene tal-enterotossina tal-kolera fl-iżolat |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.9 IL-MARDA CREUTZFELDT-JAKOB, VARJANTI (vCJD)
Kundizzjonijiet minn qabel
— |
Kull persuna li jkollha diżordni newropsikjatrika progressiva li ddum mill-inqas sitt xhur |
— |
Investigazzjonijiet ta’ rutina ma jissuġġerux dijanjożi alternattiva |
— |
L-ebda każ fl-imgħoddi ta’ esponiment għal ormoni pitwitarji umani jew tilqim uman ta’ dura mater |
— |
L-ebda evidenza ta’ forma ġenetika ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered |
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas erbgħa minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— |
Sintomi psikjatriċi minn kmieni (3) |
— |
Sintomi sensorji b’uġigħ persistenti (4) |
— |
Ataksja |
— |
Mijoklonus jew kolera jew distonja |
— |
Dimenzja |
Kriterji Dijanjostiċi
Kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ:
— |
Konferma newropatoloġika: bidla sponġiformi u depożizzjoni estensiva tal-proteina prion b’qoxra żejda madwar iċ-ċerebru u ċ-ċervellett |
Kriterji dijanjostiċi għal każ probabbli jew possibbli:
— |
L-EEG ma jurix id-dehra tipika (5) ta’ CJD sporadika (6) fl-istadji bikrija tal-marda |
— |
Sinjal għoli pulvinari bilaterali fuq scan tal-moħħ bl-MRI |
— |
Bijopsija pożittiva tat-tunsilli (7) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. trasfużjoni tad-demm)
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
— |
tilħaq il-kriterji kliniċi U |
— |
EEG negattiv għal CJD sporadika (8) |
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
— |
tilħaq il-kriterji kliniċi U |
— |
EEG negattiv għal CJD sporadika (9) U |
— |
scan tal-moħħ bl-MRI pożittiv JEW |
— |
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel U |
— |
bijopsija pożittiva tat-tunsilli |
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
tilħaq il-kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ
2.10 KRIPTOSPORIDJOŻI (Cryptosporidium spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Uġigħ addominali |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Dimostrazzjoni ta’ ooċiti tal-Cryptosporidium fl-ippurgar |
— |
Dimostrazzjoni tal-Cryptosporidium fil-fluwidi intestinali jew minn kampjuni miġbura b’bijopsija mill-imsaren iż-żgħar |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Cryptosporidium fl-ippurgar |
— |
Sejbien tal-antiġen tal-Cryptosporidium fl-ippurgar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.11 DIFTERITE (Corynebacterium diphtheriae, Corynebacterium ulcerans u Corynebacterium pseudotuberculosis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Difterite Respiratorja Klassika:
Marda fil-passaġġ ta’ fuq tan-nifs bil-larinġite jew bin-nażofarinġite jew bit-tonsillite
U
membrana/psewdomembrana aderenti
Difterite respiratorja ħafifa:
Marda tal-passaġġ ta’ fuq tan-nifs bil-larinġite jew bin-nażofarinġite jew bit-tonsillite
MINGĦAJR
membrana/psewdomembrana aderenti.
Difterite fil-Ġilda:
Ferita fil-ġilda
Difterite ta’ partijiet oħra:
Ferita tal-konġuntiva jew tal-membrani mukużi
Kriterji tal-Laboratorju
L-iżolament ta’ Corynebacterium diphtheriae, Corynebacterium ulcerans jew Corynebacterium pseudotuberculosis li jipproduċu tossina minn kampjun kliniku.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mir-rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għal difterite respiratorja klassika
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għad-difterite (Difterite Respiratorja Klassika, Difterite Respiratorja Ħafifa, Difterite fil-Ġilda, Difterite ta’ partijiet oħra) b’rabta epidemjoliġika ma’ każ uman ikkonfermat jew b’rabta epidemjoliġika ma’ trażmissjoni minn annimal għal bniedem
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju U għall-inqas waħda mill-forom kliniċi
2.12 EKINOKOKKOŻI (Echinococcus spp.)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Kriterji Dijanjostiċi
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— |
Istopatoloġija jew parassitoloġija kompatibbli ma’ Echinococcus multilocularis jew granulosus (eż. viżwalizzazzjoni diretta tal-protoskoliċi fil-fluwidu taċ-ċista) |
— |
Sejbien ta’ morfoloġija makroskopika patonjomonika ta’ Echinoccocus granulosus ta’ ċista/ċisti f’kampjuni kirurġiċi |
— |
Feriti f’organi tipiċi misjuba permezz ta’ tekniki bl-immaġni (eż.: tomografija kompjuterizzata, sonografija, MRI) U kkonfermati b’test seroloġiku |
— |
Antikorpi speċifiċi tas-serum ta’ Echinococcus spp. b’test seroloġiku b’sensittività għolja U kkonfermati permezz ta’ test seroloġiku bi speċifiċità għolja |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Echinococcus multilocularis jew granulosus f’kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji dijanjostiċi
2.13 ĠARDJAŻI (Giardia lamblia)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Uġigħ addominali |
— |
Nefħa |
— |
Sinjali ta’ ħdim ħażin tal-ikel (eż. steatorrea, telf fil-piż) |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Dimostrazzjoni ta’ ċisti jew tropożojti tal-Giardia lamblia fl-ippurgar, fluwidu duodenali jew bijopsija tal-imsaren iż-żgħar |
— |
Dimostrazzjoni ta’ antiġeni ta’ Giardia lamblia fl-ippurgar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.14 GONORREA (Neisseria gonorrhoeae)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tmienja li ġejjin:
— |
Uretrite |
— |
Salpinġite akuta |
— |
Marda ta’ infjammazzjoni pelvika |
— |
Ċerviċite |
— |
Epididimite |
— |
Proktite |
— |
Farinġite |
— |
Artrite |
JEW
Kull tarbija tat-twelid b’konġuntivite
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
L-iżolament ta’ Neisseria gonorrhoeae minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Neisseria gonorrhoeae f’kampjun kliniku |
— |
Dimostrazzjoni ta’ Neisseria gonorrhoeae permezz ta’ test b’sonda mhux amplifikata tal-aċidu nuklejku f’kampjun kliniku |
— |
Sejbien mikroskopiku ta’ diplokokki gram-negattivi intraċellulari f’kampjun maskili tal-uretra |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.15 HAEMOPHILUS INFLUENZAE, MARDA INVAŻIVA (Haemophilus influenzae)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.16 EPATITE A (Virus tal-Epatite A)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu diskret ta’ sintomi (eż. għeja kbira, uġigħ addominali, telf ta’ aptit, nawżja u remettar intermittenti)
U
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Deni |
— |
Suffejra |
— |
Livelli elevati ta’ transaminażi tas-serum |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Sejbien ta’ aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite A fis-serum jew fl-ippurgar |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tal-virus tal-epatite A |
— |
Sejbien ta’ antiġen tal-virus tal-epatite A fl-ippurgar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.17 EPATITE B (Virus tal-Epatite B)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Riżultati pożittivi ta’ għall-inqas wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin jew taħlita ta’ testijiet:
— |
Antikorp ċentrali tal-epatite B tal-IgM (anti-HBc IgM) |
— |
Antiġen tal-wiċċ tal-epatite B (HBsAg) |
— |
Antiġen e tal-epatite B (HBeAg) |
— |
Aċidu nuklejku tal-epatite B (HBV-DNA) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.18 EPATITE C (Virus tal-Epatite C)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite C (HCV RNA) |
— |
Sejbien tal-antiġen ċentrali tal-virus tal-epatite C (HCV-core) |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorp tal-virus tal-epatite C (anti-HCV) ikkonfermata minn test konfermattiv ta’ antikorp (eż. immunoblot) fuq persuni ta’ aktar minn 18-il xahar fl-età mingħajr evidenza ta’ infezzjoni mfejqa |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.19 INFLUWENZA (virus tal-influwenza)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Marda simili għall-influwenza (ILI)
— |
Bidu għal għarrieda tas-sintomi |
U
— |
Għall-inqas wieħed mill-erba’ sintomi sistemiċi li ġejjin:
|
U
— |
Għall-inqas wieħed mit-tliet sintomi respiratorji li ġejjin:
|
Infezzjoni respiratorja akuta (ARI)
— |
Bidu għal għarrieda tas-sintomi |
U
— |
Għall-inqas wieħed mill-erba’ sintomi respiratorji li ġejjin:
|
U
— |
Opinjoni klinika li l-marda hi kkawżata minn infezzjoni |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus tal-influwenza minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-influwenza f’kampjun kliniku |
— |
Identifikazzjoni ta’ antiġen tal-virus tal-influwenza permezz tat-test DFA f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tal-influwenza |
Jekk ikun possibbli għandha ssir klassifikazzjoni tas-subtip tal-iżolati tal-influwenza
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI)
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u tal-laboratorju
2.20 INFLUWENZA A(H1N1)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b’waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
deni > 38 °C U sintomi ta’ infezzjoni respiratorja akuta |
— |
Pulmonite (marda respiratorja akuta) |
— |
Mewt minħabba marda respiratorja akuta inspjegabbli |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas wieħed mit-testijiet li ġejjin:
— |
RT-PCR |
— |
koltivazzjoni virali (meħtieġa faċilitajiet BSL 3) |
— |
żieda b’erba’ darbiet f’antikorpi newtralizzanti speċifikatament għal virus tal-influwenza A(H1N1) ġdida (li jimplika l-ħtieġa ta’ seri pari, minn marda f’fażi akuta u wara fi stadju ta’ konvalexxenza ta’ 10-14-il jum minimu) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin fis-sebat ijiem qabel il-bidu tal-marda:
— |
persuna li kienet f’kuntatt mill-qrib ma’ każ ikkonfermat ta’ infezzjoni minn virus tal-influwenza A(H1N1) ġdida waqt li l-każ kien waqt mard |
— |
persuna li vvjaġġat f’post fejn tkun iddokumentata trażmissjoni kontinwa minn bniedem għal bniedem tal-influwenza A(H1N1) ġdida |
— |
persuna li taħdem f’laboratorju fejn isiru testijiet tal-virus tal-influwenza A(H1N1) ġdida |
Klassifikazzjoni tal-każ
A. Każ taħt investigazzjoni
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U epidemjoloġiċi U b’riżultat mil-laboratorju li juri infezzjoni pożittiva tal-influwenza A ta’ tip li ma jistax ikollu subtip
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma
2.21 LEĠJONELLOŻI (Legionella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b’pulmonite
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Għall-inqas wieħed minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Legionella spp. minn tnixxijiet respiratorji jew kull sit normalment sterili |
— |
Sejbien tal-antiġen tal-Legionella pneumophila fl-urina |
— |
Żieda sinifikanti fil-livell speċifiku tal-antikorpi għal serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila f’kampjuni pari tas-serum |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Sejbien tal-antiġen tal-Legionella pneumophila fi tnixxijiet respiratorji jew tessut tal-pulmuni eż. permezz ta’ tebgħa bid-DFA bl-użu ta’ reaġenti derivati tal-antikorpi monoklonali |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Legionella spp. fi tnixxijiet respiratorji, tessut tal-pulmun jew kull sit normalment sterili |
— |
Żieda sinifikanti fil-livell speċifiku tal-antikorpi għal-Legionella pneumophila minbarra serogrupp 1 jew Legionella spp. oħra f’kampjuni pari tas-serum |
— |
Livell singolu għoli tal-antikorp speċifiku għal serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila fis-serum |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterju kliniku U għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każ probabbli
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterju kliniku U għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każ probabbli
2.22 LEPTOSPIROŻI (Leptospira spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha
— |
Deni |
JEW
Għall-inqas tnejn minn dawn il-ħdax li ġejjin:
— |
Riħ qawwi |
— |
Uġigħ ta’ ras |
— |
Uġigħ fil-muskoli |
— |
Xaqq tal-għaraq konġuntivali |
— |
Emorraġiji tal-ġilda jew ta’ membrani mukużi |
— |
Raxx |
— |
Suffejra |
— |
Mijokardite |
— |
Meninġite |
— |
Indeboliment renali |
— |
Sintomi respiratorji bħal emottiżi |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Leptospira interrogans jew ta’ kull Leptospira spp. patoġenika oħra minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien ta’ Leptospira interrogans jew ta’ aċidu nuklejku ta’ kull Leptospira spp. patoġenika oħra f’kampjun kliniku |
— |
Dimostrazzjoni ta’ Leptospira interrogans jew kull Leptospira spp. patoġenika oħra bl-immunofluworexxenza f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Leptospira interrogans jew għal kull Leptospira spp. patoġenika oħra |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment ambjentali |
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.23 LISTERJOŻI (Listeria monocytogenes)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Listerjożi ta’ trabi tat-twelid iddefinita bħala Twelid ta’ tarbija mejta JEW Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin matul l-ewwel xahar ta’ ħajja:
|
— |
Listerjożi fit-tqala ddefinita bħala mill-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Forma oħra ta’ listerjożi ddefinita bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Listeria monocytogenes minn sit normalment sterili |
— |
Iżolament ta’ Listeria monocytogenes minn sit normalment mhux sterili fil-fetu, f’tarbija mwielda mejta, f’tarbija tat-twelid jew fl-omm fi żmien jew mal-24 siegħa mit-twelid |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali) |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Informazzjoni addizzjonali
Perjodu ta’ inkubazzjoni ta’ 3 - 70 jum, ħafna drabi 21 jum
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
JEW
Kull omm li jkollha infezzjoni talisterjożi ikkonfermata mil-laboratorju fil-fetu, fit-tarbija mwielda mejta jew fit-tarbija tat-twelid tagħha
2.24 MALARJA (Plasmodium spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni JEW storja ta’ deni
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Dimostrazzjoni tal-parassiti tal-malarja permezz ta’ mikroskopija ottika f’kampjuni tad-demm |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Plasmodium fid-demm |
— |
Sejbien tal-antiġen ta’ Plasmodium |
Jekk ikun possibbli għandha ssir differenzjazzjoni ta’ Plasmodium spp.
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.25 ĦOŻBA (Virus tal-ħożba)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni
U
— |
Raxx bi tbajja’ u nfafet |
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Sogħla |
— |
Koriża |
— |
Konġuntivite |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus tal-ħożba minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-ħożba f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tal-ħożba karatteristika ta’ infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq |
— |
Sejbien tal-antiġen tal-virus tal-ħożba permezz tad-DFA f’kampjun kliniku bl-użu ta’ antikorpi monoklonali speċifiċi tal-ħożba |
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim. F’każ li t-tilqim ikun reċenti, investiga għall-virus naturali
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.26 MARDA MENINGOKKOKALI, INVAŻIVA (Neisseria meningitidis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas wieħed mis-sintomi li ġejjin:
— |
Sinjali ta’ meninġi |
— |
Raxx emorraġiku |
— |
Xokk settiku |
— |
Artrite settika |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, jew minn feriti purpuriċi fil-ġilda |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, jew minn feriti purpuriċi fil-ġilda |
— |
Sejbien tal-antiġen ta’ Neisseria meningitidis f’CSF |
— |
Sejbien ta’ diplokokku imtebba’ gram-negattiv f’CSF |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.27 GATTONE (Virus tal-gattone)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha
— |
Deni |
U
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Bidu għal għarrieda ta’ nefħa sensitttiva unilaterali jew bilaterali tal-parotid jew ta’ glandoli oħra tal-bżieq mingħajr kawża oħra apparenti |
— |
Orkite |
— |
Meninġite |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus tal-gattone minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-gattone |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tal-gattone karatteristika ta’ infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq |
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
F’każ ta’ tilqim reċenti: kull persuna b’sejbien ta’ razza tal-virus tal-gattone tat-tip naturali
2.28 SOGĦLA KONVULSIVA (Bordetella pertussis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha sogħla li ddum mill-inqas ġimagħtejn
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Attakk ta’ sogħla |
— |
“Tqaħqiħ” ispiratorju |
— |
Remettar wara s-sogħla |
JEW
Kull persuna ddijanjostikata b’sogħla konvulżiva minn tabib
JEW
Episodji ta’ waqfien tan-nifs fit-trabi
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Bordetella pertussis minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Bordetella pertussis f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Bordetella pertussis |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.29 PESTA (Yersinia pestis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Pesta bubonika:
— |
Deni |
U
— |
Bidu għal għarrieda ta’ linfadenite li tikkawża l-uġigħ |
Pesta settiċemika:
— |
Deni |
Pesta pulmonari:
— |
Deni |
U
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Sogħla |
— |
Uġigħ fis-sider |
— |
Emottiżi |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Yersinia pestis minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Yersinia pestis minn kampjun kliniku (antiġen F1) |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi kontra l-antiġen F1 ta’ Yersinia pestis |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-pesta) |
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.30 MARD INVAŻIV TAL-PNEWMOKOKKI (Streptococcus Pneumoniae)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Streptococcus Pneumoniae minn sit normalment sterili |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Streptococcus Pneumoniae minn sit normalment sterili |
— |
Sejbien tal-antiġen ta’ Streptococcus Pneumoniae minn sit normalment sterili |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.31 POLJOMELITE (Virus tal-poljo)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li għandha inqas minn 15-il sena b’paraliżi mpaħpħa akuta (AFP)
JEW
Kull persuna li t-tabib jissuspetta li għandha l-poljo
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus tal-poljo u differenzjazzjoni intratipika – Virus naturali tal-poljo (WPV) |
— |
Virus tal-poljo derivat mill-vaċċin (VDPV) (għall-VDPV mill-inqas 85 % xebh mal-virus tal-vaċċin fis-sekwenzi ta’ nukleotide tat-taqsima VP1) |
— |
Virus tal-poljo simili għal Sabin differenzjazzjoni intratipika mwettqa minn laboratorju tal-poljo akkreditat mill-WHO (għall-VDPV minn > 1 % sa 15 % differenza fis-sekwenza VP1 meta mqabbel mal-virus tal-vaċċin tal-istess serotip) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Storja ta’ vjaġġar lejn żona ta’ poljo endemika jew żona b’ċirkolazzjoni suspettata jew ikkonfermata tal-virus tal-poljo |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.32 DENI Q (Coxiella burnetii)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Deni |
— |
Pulmonite |
— |
Epatite |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Coxiella burnetii minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Coxiella burnetii f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Coxiella burnetii (IgG jew IgM fażi II) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.33 RABJA (virus Lyssa)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b’enċefalomjelite akuta
U
Għall-inqas tnejn minn dawn is-sebgħa li ġejjin:
— |
Bidliet sensorji rriferuti għas-sit fejn qabel seħħet gidma minn annimal |
— |
Pareżi jew paraliżi |
— |
Spażmi tal-muskoli li jomogħdu |
— |
Idrofobija |
— |
Delirju |
— |
Konvulżjonijiet |
— |
Ansjetà |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus Lyssa minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus Lyssa f’kampjun kliniku (eż. il-bżieq jew it-tessut tal-moħħ) |
— |
Sejbien tal-antiġeni virali minn DFA f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus Lyssa permezz ta’ analiżi ta’ newtralizzazzjoni tal-virus fis-serum jew CSF |
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim jew tal-immunizzazzjoni
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (annimal b’infezzjoni suspettata jew ikkonfermata) |
— |
Esponiment għal sors komuni (l-istess annimal) |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. trapjant tal-organi) |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.34 RUBELLA (virus tar-Rubella)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu għal għarrieda ta’ raxx ġeneralizzat bi tbajja’ u nfafet
U
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— |
Adenopatija ċervikali |
— |
Adenopatija tas-suboċċipite |
— |
Adenopatija ta’ wara l-widna |
— |
Artralġija |
— |
Artrite |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
|
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Rabta epidemjoloġika |
— |
Kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli |
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
F’każ ta’ tilqim reċenti, persuna b’sejbien ta’ razza tal-virus tar-rubella tat-tip naturali
2.35 RUBELLA, KONĠENITALI (Inkluż is-Sindromu tar-Rubella Konġenitali)
Kriterji Kliniċi
Infezzjoni tar-rubella konġenitali (CRI)
Ma jistgħu jiġu ddefiniti l-ebda kriterji kliniċi għal CRI
Sindromu tar-rubella konġenitali (CRS)
Kull tarbija li jkollha inqas minn sena jew kull tarbija mwielda mejta bi:
Għall-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet imniżżla taħt il-kategorija (A)
JEW
Waħda fil-kategorija (A) u waħda fil-kategorija (B)
(A)
— |
Katarretta/Katarretti |
— |
Glawkoma konġenitali |
— |
Mard tal-qalb konġenitali |
— |
Nuqqas ta’ smigħ |
— |
Retinopatija pigmentarja |
(B)
— |
Purpura |
— |
Splenomegalija |
— |
Mikroċefalija |
— |
Dewmien fl-iżvilupp |
— |
Meningoenċefalite |
— |
Marda tal-għadam radjoluċida |
— |
Suffejra li tibda fi żmien 24 siegħa wara t-twelid |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tar-Rubella |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgM) |
— |
Persistenza tal-IgG tar-rubella fl-età ta’ bejn 6 u 12-il xahar (għall-inqas żewġ kampjuni b’konċentrazzjoni simili ta’ IgG tar-rubella) |
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim
Kriterji Epidemjoloġiċi
Kull tarbija jew tarbija mwielda mejta ta’ omm b’infezzjoni tar-rubella kkonfermata mil-laboratorju matul it-tqala permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ Rubella konġenitali
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull tarbija mwielda mejta jew tarbija li jew mhijiex ittestjata JEW li jkollha riżultati negattivi tal-laboratorju u b’għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Rabta epidemjoloġika U għall-inqas waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fil-kriterji kliniċi ta’ CRS tal-kategorija ‘A’ |
— |
Il-kriterji kliniċi li jridu jintlaħqu għal CRS |
C. Każ ikkonfermat
Kull tarbija mwielda mejta li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
JEW
Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju U li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Rabta epidemjoloġika |
— |
Għall-inqas waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fil-kriterji kliniċi ta’ CRS tal-kategorija “A” |
2.36 SALMONELLOŻI (Salmonella spp. għajr Salmonella typhi u Salmonella paratyphi)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Deni |
— |
Uġigħ addominali |
— |
Remettar |
Kriterji tal-Laboratorju
L-iżolament ta’ Salmonella (għajr Salmonella typhi u Salmonella paratyphi) mill-ippurgar, awrina, xi mkien fil-ġisem (eż. ferita infettata) jew minn kull fluwidu u tessut tal-ġisem normalment sterili (eż. demm, CSF, għadam, fluwidu sinovjali, eċċ.)
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.37 SINDROMU RESPIRATORJU AKUT GRAVI – SARS (SARS-coronavirus, SARS-CoV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni jew storja ta’ deni
U
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Sogħla |
— |
Diffikultà biex tieħu n-nifs |
— |
Qtugħ tan-nifs |
U
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Evidenza radjografika ta’ pulmonite |
— |
Evidenza radjografika tas-sindromu ta’ diffikultà respiratorja akuta |
— |
Sejbien ta’ pulmonite fl-awtopsja |
— |
Sejbien fl-awtopsja ta’ sindromu ta’ diffikultà respiratorja akuta |
U
L-ebda dijanjożi alternattiva li tista’ tispjega l-marda b’mod sħiħ
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Żewġ ħaddiema jew aktar fil-qasam tal-kura tas-saħħa (12) b’evidenza klinika ta’ SARS fl-istess unità ta’ kura tas-saħħa u bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta’ għaxart ijiem |
— |
Tliet persuni jew aktar (ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u/jew pazjenti u/jew viżitaturi) b’evidenza klinika ta’ SARS bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta’ għaxart ijiem u marbuta epidemjoloġikament ma’ faċilità tal-kura tas-saħħa |
Klassifikazzjoni tal-Każ għall-perjodu interepidemiku
Tapplika wkoll matul tifqigħa f’pajjiż jew f’żona mhux affettwata
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U b’rabta epidemjoloġika U li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
C. Każ ikkonfermat nazzjonalment
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju ta’ referenza nazzjonali
D. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS
Klassifikazzjoni tal-Każ matul tifqigħa
Tapplika matul tifqigħa f’pajjiż/żona fejn mill-inqas persuna waħda ġiet ikkonfermata minn laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat nazzjonalment jew każ ikkonfermat
C. Każ ikkonfermat nazzjonalment
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju ta’ referenza nazzjonali
D. Każ ikkonfermat
Waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS |
— |
Kull każ ikkonfermat nazzjonalment b’rabta epidemjoloġika ma’ katina ta’ trażmissjoni fejn mill-inqas każ wieħed ġie vverifikat b’mod indipendenti minn laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS |
— |
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għal każ probabbili b’rabta epidemjoloġika ma’ katina ta’ trażmissjoni fejn mill-inqas każ wieħed ġie vverifikat b’mod indipendenti minn laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS |
2.38 INFEZZJONI TA’ ESCHERICHIA COLI LI TIPPRODUĊI T-TOSSINA SHIGA/VEROĊITOTOSSINA (STEC/VTEC)
Kriterji Kliniċi
Dijarea STEC/VTEC
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Uġigħ addominali |
HUS
Kull persuna li jkollha insuffiċjenza renali akuta u għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Anemija emolitika mikroanġopatika |
— |
Tromboċitopenija |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ razza ta’ Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (Stx) jew li żżomm fiha ġene/ġeni stx1 jew stx2 |
— |
Iżolament ta’ Escherichia coli O157 li ma jiffermentax sorbitol (NSF) (mingħajr ittestjar tal-ġene Stx jew stx) |
— |
Sejbien dirett tal-aċidu nuklejku tal-ġene/ġeni stx1 jew stx2 (mingħajr l-iżolament tar-razza) |
— |
Sejbien dirett ta’ Stx ħieles fil-feċi (mingħajr l-iżolament tar-razza) |
Dan li ġej jista’ jintuża bħala kriterju tal-laboratorju biex jikkonferma STEC/VTEC f’każ ta’ HUS biss:
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi ta’ serogruppi (LPS) Escherichia coli |
Jekk ikun possibbli għandhom isiru iżolament tar-razza STEC/VTEC u karatterizzazzjoni addizzjonali f’serotip, tip batterjofagu, ġeni eae, u s-sottotipi ta’ stx1/stx2
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli ta’ HUS assoċjat ma’ STEC
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għal HUS
B. Każ probabbli ta’ STEC/VTEC
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat ta’ STEC/VTEC
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.39 SIĠELLOŻI (Shigella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Dijarea |
— |
Deni |
— |
Remettar |
— |
Uġigħ addominali |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Iżolament ta’ Shigella spp. minn kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.40 ĠIDRI (Virus tal-Variola)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Deni |
U
Raxx b’vexxikoli jew ponot ibsin fl-istess stadju ta’ żvilupp b’distribuzzjoni ċentrifuga
— |
Preżentazzjonijiet atipiċi ddefiniti bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Għall-inqas wieħed miż-żewġ testijiet tal-laboratorju li ġejjin:
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim |
— |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
|
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-virus tal-Variola) |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Rabta epidemjoloġika ma’ każ uman ikkonfermat bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli |
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Matul tifqigħa tal-marda: kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
2.41 SIFILIDE (Treponema pallidum)
Kriterji Kliniċi
— |
Sifilide primarja Kull persuna li jkollha ulċera waħda jew aktar (normalment mingħajr uġigħ) fil-parti ġenitali, perineali u anali jew fil-mukuża tal-ħalq jew tal-farinġi jew f’parti oħra ekstraġenitali |
— |
Sifilide sekondarja Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Sifilide latenti prekoċi (inqas minn sena) Storja ta’ sintomi kompatibbli ma’ dawk tal-istadji bikrin tas-sifilide fi żmien it-12-il xahar preċedenti |
— |
Sifilide latenti tardiva (aktar minn sena) Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju (testijiet seroloġiċi speċifiċi) |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas wieħed mill-erba’ testijiet tal-laboratorju li ġejjin:
— |
Dimostrazzjoni ta’ Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta’ eżami mikroskopiku fuq sfond skur |
— |
Dimostrazzjoni ta’ Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta’ test DFA |
— |
Dimostrazzjoni ta’ Treponema fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta’ PCR |
— |
Sejbien ta’ antikorpi ta’ Treponema pallidum permezz ta’ test ta’ skrining (TPHA, TPPA jew EIA) U sejbien addizzjonali ta’ antikorpi Tp-IgM (permezz ta’ IgM-ELISA, IgM immunoblot jew 19S-IgM-FTA-abs) – ikkonfermati bit-tieni analiżi tal-IgM |
Kriterji Epidemjoloġiċi
— |
Sifilide primarja/sekondarja Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali) |
— |
Sifilide latenti prekoċi (inqas minn sena) Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali) fi żmien it-12-il xahar preċedenti |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
2.42 SIFILIDE, KONĠENITALI u NEONATALI (Treponema pallidum)
Kriterji Kliniċi
Kull tarbija li għandha inqas minn sentejn li jkollha mill-inqas waħda minn dawn l-għaxra li ġejjin:
— |
Epatosplenomegalija |
— |
Feriti mukużi u fil-ġilda |
— |
Condyloma lata |
— |
Rinite persistenti |
— |
Suffejra |
— |
Psewdoparaliżi (minħabba perjostite u osteokondrite) |
— |
Involviment tas-sistema nervuża ċentrali |
— |
Anemija |
— |
Sindromu nefrotiku |
— |
Malnutriment |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
U test reattiv mhux treponemali (VDRL, RPR) fis-serum tat-tarbija |
— |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
Kriterji Epidemjoloġiċi
Kull tarbija b’rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull tarbija jew tifel/tifla li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Rabta epidemjoloġika |
— |
Kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli |
C. Każ ikkonfermat
Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
2.43 TETNU (Clostridium tetani)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas tnejn minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ primarjament tal-muskoli masseteri u tal-għonq li jwasslu għal spażmi tal-wiċċ magħrufa bħala trismu u “risus sardonicus” |
— |
Kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ tal-muskoli tat-tronk |
— |
Spażmi ġeneralizzati, ħafna drabi l-pożizzjoni tal-opistotonu |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Clostridium tetani minn sit tal-infezzjoni |
— |
Sejbien ta’ tossina tat-tetanu f’kampjun tas-serum |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.44 ENĊEFALITE MILL-QURDIEN (virus TBE)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha sintomi ta’ infjammazzjoni tas-CNS (eż. meninġite, meningoenċefalite, enċefalomjelite, enċefaloradikulite)
Kriterji tal-Laboratorju (13)
— |
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ: Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Kriterji tal-Laboratorju għal każ probabbli: Sejbien ta’ antikorpi ta’ IgM speċifika ta’ TBE f’kampjun wieħed tas-serum |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Esponiment għal sors komuni (prodotti tal-ħalib mhux pasturizzat)
Klassifikazzjoni tal-każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli,
JEW
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
2.45 TOKSOPLASMOŻI, KONĠENITALI (Toxoplasma gondii)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— |
Dimostrazzjoni ta’ Toxoplasma gondii fit-tessuti jew fil-fluwidi tal-ġisem |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Toxoplasma gondii f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Toxoplasma gondii (IgM, IgG, IgA) f’tarbija tat-twelid |
— |
Titri ta’ IgG Toxoplasma gondii stabbli b’mod persistenti f’tarbija (ta’ inqas minn 12-il xahar) |
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli MA
C. Każ ikkonfermat
Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
2.46 TRIKINOŻI (Trichinella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas tlieta minn dawn is-sitta li ġejjin:
— |
Deni |
— |
Uġigħ fil-muskoli |
— |
Dijarea |
— |
Edema tal-wiċċ |
— |
Eosinofilija |
— |
Emorraġiji subkonġuntivali, taħt id-difer u tar-retina |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Dimostrazzjoni tal-larva ta’ Trichinella fit-tessut miksuba minn bijopsija muskolari |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għat-Trichinella (test IFA, ELISA jew Western Blot) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal ikel (laħam) ikkontaminat |
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju
2.47 TUBERKOLOŻI (Kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b’dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Sinjali, sintomi u/jew sejbiet radjoloġiċi konsistenti ma’ tuberkolożi attiva f’kull sit |
U
— |
Deċiżjoni minn tabib biex il-persuna tieħu trattament b’kors sħiħ ta’ terapija kontra t-tuberkolożi |
JEW
Każ li ġie skopert post mortem b’sejbiet patoloġiċi konsistenti ma’ tuberkolożi attiva li seta’ jindika trattament antibijotiku kontra t-tuberkolożi li kieku l-pazjent ġie ddijanjostikat qabel mewtu
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
Kriterji Epidemjoloġiċi MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
2.48 TULAREMJA (Francisella tularensis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
— |
Tularemja ulċeroglandolari
|
— |
Tularemja glandolari
|
— |
Tularemja okuloglandolari
|
— |
Tularemja orofarinġali
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Tularemja intestinali Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Tularemja pulmonari
|
— |
Tularemja tat-tifojde Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Iżolament ta’ Francisella tularensis minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Francisella tularensis f’kampjun kliniku |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Francisella tularensis |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.49 DENI TAT-TIFOJDE/PARATIFOJDE (Salmonella typhi/paratyphi)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Bidu ta’ deni sostnut |
— |
Għall-inqas tnejn minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
Id-deni tal-paratifojde għandu l-istess sintomi bħad-deni tat-tifojde, għalkemm normalment ikun aktar ħafif
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Iżolament ta’ Salmonella Typhi jew paratyphi minn kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.50 DENI EMORRAĠIKU VIRALI (VHF)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Deni |
— |
Manifestazzjonijiet emorraġiċi taħt forom diversi li jistgħu jwasslu għal insuffiċjenza multiorganika |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus speċifiku minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus speċifiku f’kampjun kliniku u ġenotipar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
Ivvjaġġar matul l-aħħar 21 jum lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każi ta’ VHF |
— |
Esponiment matul l-aħħar 21 jum għal każ probabbli jew ikkonfermat ta’ VHF li l-bidu tiegħu kien matul l-aħħar sitt xhur |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
2.51 DENI TAL-PUNENT TAN-NIL (Infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil, WNV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni
JEW
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Enċefalite |
— |
Meninġite |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
Test tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Test tal-laboratorju għal każ probabbli Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal WNV fis-serum Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (li jgħix, żar jew kien espost għal gdim tan-nemus f’żona fejn il-WNV hija endemika fiż-żwiemel jew fl-għasafar) |
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali, trasfużjoni tad-demm, trapjanti) |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Rabta epidemjoloġika |
— |
Test tal-laboratorju għal każ probabbli |
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
2.52 DENI ISFAR (Virus tad-deni isfar)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-Deni
U
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— |
Suffejra |
— |
Emorraġija ġeneralizzata |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— |
Iżolament tal-virus tad-deni isfar minn kampjun kliniku |
— |
Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tad-deni isfar |
— |
Sejbien tal-antiġen tad-deni isfar |
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għad-deni isfar |
— |
Dimostrazzjoni ta’ feriti tipiċi f’istopatoloġija tal-fwied post mortem |
Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus
Kriterji Epidemjoloġiċi
Ivvjaġġar matul l-aħħar ġimgħa lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każi ta’ deni isfar
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
F’każ ta’ tilqim reċenti, persuna b’sejbien ta’ razza tal-virus tad-deni isfar tat-tip naturali
2.53 JERSINJOŻI (Yersinia enterocolitica, Yersinia pseudotuberculosis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— |
Deni |
— |
Dijarea |
— |
Remettar |
— |
Uġigħ addominali (psewdoappendiċite) |
— |
Teneżmu |
Kriterji tal-Laboratorju
— |
L-iżolament ta’ Yersinia enterocolitica jew Yersinia pseudotuberculosis patoġenika għall-bniedem minn kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
— |
Esponiment għal sors komuni |
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
— |
Esponiment għal ikel ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
3. DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI TA’ KWISTJONIJIET SPEĊJALI TA’ SAĦĦA
3.1 DEFINIZZJONI ĠENERALI TAL-KAŻ TA’ INFEZZJONI NOŻOKOMJALI (JEW “INFEZZJONI ASSOĊJATA MAL-KURA TAS-SAĦĦA”)
Infezzjoni nożokomjali assoċjata ma’ permanenza attwali fi sptar hija ddefinita bħala infezzjoni li taqbel ma’ waħda mid-definizzjonijiet tal-każi U
— |
il-bidu tas-sintomi jkun fit-tielet jum jew wara (jum tad-dħul = l-ewwel jum) tad-dħul attwali fi sptar JEW |
— |
il-pazjent ikun operat fl-ewwel jum jew fit-tieni jum u jiżviluppa sintomi ta’ Infezzjoni ta’ Sit Kirurġiku qabel it-tielet jum JEW |
— |
apparat invażiv jitqiegħed fl-ewwel jum jew fit-tieni jum li jirriżulta f’HAI qabel it-tielet jum |
Infezzjoni nożokomjali assoċjata ma’ waqfa preċedenti fi sptar hija ddefinita bħala infezzjoni li taqbel ma’ waħda mid-definizzjonijiet tal-każi
U
— |
il-pazjent jisfa b’infezzjoni iżda jerġa’ jiddaħħal f’anqas minn jumejn wara dħul preċedenti fi sptar ta’ kura akuta JEW |
— |
il-pazjent ikun iddaħħal b’infezzjoni li tissodisfa d-definizzjoni tal-każ ta’ Infezzjoni ta’ Sit Kirurġiku (SSI), jiġifieri l-SSI tkun seħħet fi żmien 30 jum mill-operazzjoni (jew fil-każ ta’ kirurġija li tinvolvi impjant kienet SSI fonda jew ta’ organu/spazju li tkun żviluppat fi żmien sena mill-operazzjoni) u l-pazjent ikollu sintomi skont id-definizzjoni tal-każ u/jew ikun fuq trattament antimikrobiku għal dik l-infezzjoni JEW |
— |
il-pazjent ikun iddaħħal (jew jiżviluppa sintomi fi żmien jumejn) b’infezzjoni ta’ Clostridium difficile f’anqas minn 28 jum minn rilaxx preċedenti minn sptar ta’ kura akuta. |
Għall-fini ta’ stħarriġ ta’ prevalenza ta’ punti, infezzjoni nożokomjali attiva li jkun hemm fil-jum tal-istħarriġ hija ddefinita bħala infezzjoni li għaliha jkun hemm sinjali u sintomi tal-infezzjoni fid-data tal-istħarriġ jew li kien hemm sinjali u sintomi tagħha fil-passat u l-pazjent ikun (għadu) qed jirċievi trattament għal dik l-infezzjoni fid-data tal-istħarriġ. Il-preżenza ta’ sintomi u sinjali għandha tkun ivverifikata sal-bidu tat-trattament biex ikun iddeterminat jekk l-infezzjoni ttrattata tkunx taqbel ma’ waħda mid-definizzjonijiet tal-każi ta’ infezzjoni nożokomjali.
3.1.1 BJ: INFEZZJONI TAL-GĦADAM U L-ĠOGI
BJ-BONE: Osteomjelite
L-osteomjelite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn għadam |
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta’ osteomjelite b’eżami dirett tal-għadam matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nefħa lokalizzata, irtubija, sħana, jew skulatura f’sit suspettuż ta’ infezzjoni tal-għadam |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
test pożittiv tal-antiġen tad-demm (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae) |
— |
evidenza radjografika ta’ infezzjoni (eż. sejbiet anormali b’X-ray, CT scan, MRI, scan b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.]). |
Innota l-istruzzjoni dwar rapportar:
Irrapporta l-medjastinite wara kirurġija kardijaka li tkun akkumpanjata minn osteomjelite bħala infezzjoni ta’ sit kirurġiku-organu/spazju (SSI-O).
BJ-JNT: Ġog jew bursa
Infezzjonijiet tal-ġogi jew tal-bursae għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu tal-ġogi jew bijopsija sinovjali |
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta’ infezzjoni tal-ġogi jew tal-bursae li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ fil-ġogi, nefħa, irtubija, sħana, evidenza ta’ effużjoni jew limitazzjoni tal-moviment |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi u ċelluli tad-demm bojod li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ fluwidu tal-ġogi |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm, awrina jew fluwidu tal-ġogi |
— |
profil ċellulari u kimiki ta’ fluwidu tal-ġogi kompatibbli ma’ infezzjoni u mhux spjegabbli b’diżordni rewmatoloġiku fil-bażi |
— |
evidenza radjografika ta’ infezzjoni (eż. sejbiet anormali b’X-ray, CT scan, MRI, scan b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.]) |
BJ-DISC: Infezzjoni fl-ispazju tad-diska
L-infezzjoni fl-ispazju ta’ diska vertebrali għandu jilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut mill-ispazju ta’ diska vertebrali miksub matul operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta’ infezzjoni fl-ispazju ta’ diska vertebrali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) b’ebda kawża oħra magħrufa jew uġigħ fl-ispazju tad-diska vertebrali involut |
— |
U evidenza radjografika ta’ infezzjoni, (eż. sejbiet anormali b’X-ray, CT scan, MRI, scan b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.]). |
Pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) b’ebda kawża oħra magħrufa u uġigħ fl-ispazju tad-diska vertebrali involut
— |
U test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae, Neisseria meningitidis, jew Streptococcus ta’ Grupp B). |
3.1.2 BSI: INFEZZJONI TAL-FLUSS TAD-DEMM FIL-ĠISEM
BSI: Infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem ikkonfermata mil-laboratorju
Koltivazzjoni pożittiva waħda tad-demm għal patoġen magħruf
JEW
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin: deni (> 38 °C), riħ qawwi, jew pressjoni għolja
U żewġ koltivazzjonijiet pożittivi ta’ demm għal kontaminant komuni tal-ġilda (minn żewġ kampjuni separati ta’ demm, is-soltu fi żmien 48 siegħa)
Kontaminanti tal-ġilda = stafilokokki koagulażi-negattivi, Micrococcus spp., Propionibacterium acnes, Bacillus spp., Corynebacterium spp.
Sors ta’ infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem:
— Relatat ma’ kateter: l-istess mikroorganiżmu kien ikkoltivat mill-kateter jew sintomi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter (C-PVC: kateter periferali, C-CVC: kateter ċentrali venuż (nota: irrapporta C-CVC jew C-PVC BSI bħala CRI3-CVC jew CRI3-PVC rispettivament jekk il-mikrobijoloġija tkun ikkonfermata, ara d-definizzjoni CRI3)).
— Sekondarju għal infezzjoni oħra: l-istess mikroorganiżmu kien iżolat minn sit ieħor ta’ infezzjoni jew tkun teżisti evidenza klinika qawwija li l-infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem kienet sekondarja għal sit ieħor ta’ infezzjoni, proċedura invażiva dijanjostika jew korp barrani
— |
Pulmonari (S-PUL) |
— |
Infezzjoni tal-passaġġ tal-awrina (S-UTI) |
— |
Infezzjoni tal-passaġġ diġestiv (S-DIG) |
— |
SSI (S-SSI): infezzjoni ta’ sit kirurġiku |
— |
Ġilda u tessut artab (S-SST) |
— |
Oħrajn (S-OTH) |
— Oriġini mhux magħrufa (UO): Xejn minn ta’ hawn fuq, infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem ta’ oriġini mhux magħrufa (ivverifikata matul stħarriġ u ma nstab ebda sors)
— Mhux magħruf (UNK): M’hemm ebda informazzjoni dwar is-sors tal-infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem jew dwar informazzjoni nieqsa
3.1.3 CNS: INFEZZJONI TAS-SISTEMA NERVUŻA ĊENTRALI
CNS-IC: Infezzjoni intrakranjali (axxess tal-moħħ, infezzjoni subdurali jew epidurali, enċefalite)
Infezzjoni intrakranjali għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut tal-moħħ jew dura |
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza ta’ infezzjoni intrakranjali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ ta’ ras, sturdament, deni (> 38 °C), sinjali newroloġiċi li jillokalizzaw, livell jinbidel ta’ kuxjenza, jew konfużjoni |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ tessut tal-moħħ jew axxess miksubin b’aspirazzjoni bil-labra jew b’bijopsija matul operazzjoni kirurġika jew awtopsja |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina |
— |
evidenza radjografika ta’ infezzjoni, (eż. sejbiet anormali bl-ultrasound, CT scan, MRI, scan tal-moħħ b’radjunuklide, jew arteriogram) |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
U jekk issir dijanjożi antemortem, it-tabib jibda terapija antimikrobika xierqa.
Innota l-istruzzjoni dwar rapportar:
Jekk ikun hemm il-meninġite u axxess tal-moħħ flimkien, irrapporta l-infezzjoni bħala IC
CNS-MEN: Meninġite jew ventrikulite
Il-meninġite jew il-ventrikulite għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu ċerebrospinali (CSF) |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ ta’ ras, għonq iebes, sinjali ta’ meninġi, sinjali ta’ nervi kranjali, jew irritabbiltà |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
żieda f’ċelluli bojod, proteina elevata, u/jew glukożju anqas f’CSF |
— |
organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ CSF |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
test pożittiv tal-antiġen ta’ CSF, demm, jew awrina |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa.
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Irrapporta infezzjoni ta’ passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm (shunt) tas-CSF bħala SSI jekk isseħħ ≤ sena minn meta jkun tqiegħed; jekk aktar tard jew wara manipulazzjoni tal-passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm jew aċċess għalih, irrapporta bħala CNS-MEN |
— |
Irrapporta meningoenċefalite bħala MEN |
— |
Irrapporta axxess spinali bil-meninġite bħala MEN |
CNS-SA: axxess spinali mingħajr meninġite
Axxess tal-ispazju tal-epidurali jew subdurali spinali, mingħajr ma jkollhom x’jaqsmu l-fluwidu ċerebrospinali jew l-istrutturi tal-għadam ta’ mal-ġenb, għandu jilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn axxess fl-ispazju epidurali jew subdurali spinali |
— |
Il-pazjent ikollu axxess fl-ispazju epidurali jew subdurali spinali li jidher matul operazzjoni kirurġika jew waqt awtopsja jew ikun hemm evidenza ta’ axxess li jidher matul eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ tad-dahar, irtubija fokali, radikulite, parapareżi, jew parapleġja |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
evidenza radjografika ta’ axxess spinali (eż. sejbiet anormali f’majlografija, ultrasound, CT scan, MRI, jew scans oħra [gallju, teknezju, eċċ.]) |
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta axxess spinali bil-meninġite bħala meninġite (CNS-MEN)
3.1.4 CRI: INFEZZJONI RELATATA MA’ KATETER (14)
CRI1-CVC: Infezzjoni lokali relatata ma’ CVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)
— |
koltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC > 15 CFU |
— |
U materja/infjammazzjoni fis-sit ta’ inserzjoni jew mina |
CRI1-PVC: Infezzjoni lokali relatata ma’ PVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)
— |
koltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC > 15 CFU |
— |
U materja/infjammazzjoni fis-sit ta’ inserzjoni jew mina |
CRI2-CVC: Infezzjoni ġenerali relatata ma’ CVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)
— |
koltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC > 15 CFU |
— |
U sinjali kliniċi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter |
CRI2-PVC: Infezzjoni ġenerali relatata ma’ PVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)
— |
koltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC > 15 CFU |
— |
U sinjali kliniċi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter |
CRI3-CVC: infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem relatata ma’ CVC kkonfermata mikrobijoloġikament
— |
BSI li sseħħ 48 siegħa qabel jew wara t-tneħħija tal-kateter |
U koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu ta’:
— |
koltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC > 15 CFU jew |
— |
kampjun tad-demm CVC/kampjun tad-demm periferali > 5 ta’ proporzjon ta’ koltivazzjoni kwantitattiva tad-demm jew |
— |
dewmien divrenzjali ta’ koltivazzjonijiet pożittivi tad-demm: koltivazzjonijiet ta’ kampjun tad-demm ta’ CVC pożittiv sagħtejn jew aktar qabel koltivazzjonijiet periferali tad-demm (kampjuni tad-demm meħudin fl-istess ħin) jew |
— |
koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu minn materja minn sit ta’ inserzjoni |
CRI3-PVC: infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem relatata ma’ PVC ikkonfermata mikrobijoloġikament
BSI li sseħħ 48 siegħa qabel jew wara t-tneħħija tal-katerer
U koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu ta’:
— |
koltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC > 15 CFU jew |
— |
koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu minn materja minn sit ta’ inserzjoni |
3.1.5 CVS: INFEZZJONI TAS-SISTEMA KARDJOVASKULARI
CVS-VASC: Infezzjoni arterjali jew venuża
Infezzjoni arterjali jew venuża għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn arterji jew vini mneħħija matul operazzjoni kirurġika |
— |
U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm |
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta’ infezzjoni arterjali jew venuża li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, eritema, jew sħana fis-sit vaskulari involut |
— |
U aktar minn 15-il kolonja kkoltivati minn ponta ta’ kannula intravaskulari bl-użu tal-metodu ta’ koltivazzjoni semikwantitattiva |
— |
U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm |
— |
Il-pazjent ikollu skulatura purulenti fis-sit vaskulari involut |
— |
U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta infezzjonijiet ta’ tilqim arterjovenuż, passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm, jew fistula jew sit ta’ kannulazzjoni intravaskulari mingħajr organiżmi kkoltivati mid-demm bħala CVS-VASC
CVS-ENDO: Endokardite
Endokardite ta’ valv naturali jew prostetiku tal-qalb għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn valv jew veġetazzjoni |
— |
Il-pazjent ikollu tnejn jew aktar mis-sinjali u sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), murmuriju ġdid jew jinbidel, fenomena embolika, manifestazzjonijiet tal-ġilda (eż. tbenġil, emorraġiji separati, għoqod taħt il-ġilda jweġġgħu), attakk tal-qalb konġestiv, jew anormalità ta’ konduzzjoni kardijaka |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati minn tnejn jew aktar koltivazzjonijiet tad-demm |
— |
organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ valv meta l-koltivazzjoni tkun negattiva jew ma tkunx saret |
— |
veġetazzjoni valvulari li tidher matul operazzjoni kirurġika jew awtopsja |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcuspneumoniae, Neisseria meningitidis, jew Streptococcus ta’ Grupp B) |
— |
evidenza ta’ veġetazzjoni ġdida li tidher fuq ekokardjogramma |
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa
CVS-CARD: Mijokardite jew perikardite
Il-mijokardite jew il-perikardite għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut perikardju jew fluwidu miksub b’aspirazzjoni bil-labra jew matul operazzjoni kirurġika |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fis-sider, polz paradossali, jew daqs tal-qalb akbar |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
EKG anormali konsistenti ma’ mijokardite jew perikardite |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae) |
— |
evidenza ta’ mijokardite jew perikardite fuq eżami istoloġiku ta’ tessut tal-qalb |
— |
żieda b’erba’ darbiet f’antikorp speċifiku għal tip b’iżolament jew mingħajru ta’ virus mill-falanġi jew mill-feċi |
— |
effużjoni perikardjali identifikata b’ekokardjogramma, CT scan, MRI, jew anġjografija |
CVS-MED: Medjastinite
Il-medjastinite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut medjastinali jew fluwidu miksub minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta’ medjastinite li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fis-sider, jew instabbiltá sternali |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
rilaxx purulenti minn parti medjastinali |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm jew rilaxx minn parti medjastinali |
— |
twessigħ medjastinali b’X-ray |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta medjastinite wara kirurġija kardijaka li tkun akkumpanjata minn osteomjelite bħala SSI-O
3.1.6 EENT: INFEZZJONI TAL-GĦAJN, WIDNA, IMNIEĦER, GERŻUMA, JEW ĦALQ
EENT-CONJ: Konġuntivite
Konġuntivite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu patoġeni kkoltivati minn effużjoni purulenti miksuba mill-konġuntiva jew minn tessuti kontigwi, bħal tebqet il-għajn, kornea, glandoli tal-Mejbomju, jew glandoli tad-dmugħ |
— |
Il-pazjent ikollu wġigħ jew ħmura tal-konġuntiva jew madwar l-għajn |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
WBCs u organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ effużjonijiet |
— |
Effużjonijiet purulenti |
— |
test pożittiv tal-antiġen (eż. ELISA jew IF għal Chlamydia trachomatis, virus ta’ herpes simplex, adenovirus) fuq fdal effużjonali jew konġuntivali |
— |
ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ effużjoni konġuntivali jew ta’ fdalijiet |
— |
koltivazzjoni pożittiva virali |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Irrapporta infezzjonijiet oħra tal-għajn bħala EYE |
— |
Tirrapportax konġuntivite kimika kkawżata minn nitrat tal-fidda (AgNO3) bħala infezzjoni assoċjata ma’ kura tas-saħħa |
— |
Tirrapportax konġuntivite li sseħħ bħala parti minn marda virali mxerrda aktar fil-wisa’ (bħal ħożba, ġidri r-riħ, jew URI) |
EENT-EYE: Għajn, minbarra konġuntivite
Infezzjoni tal-għajn, minbarra konġuntivite, għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn kavità anterjuri jew posterjuri jew minn fluwidu trasparenti |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: għajn tuġa’, disturb viżwali, jew ipopjun |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni ta’ għajn |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae) |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
EENT-EAR: Mastojde tal-widna
Infezzjonijiet tal-widna u tal-mastojde għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
Otite esterna għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu patoġeni kkoltivati minn skulatura purulenti mill-kanal tal-widna |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, ħmura, jew skulatura mill-kanal tal-widna |
— |
U organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ skulatura purulenti |
Otite medja għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu min-nofs tal-widna miksuba minn timpanoċentesi jew waqt operazzjoni kirurġika |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fit-tanbur tal-widna, infjammazzjoni, ritrattazzjoni jew mobilità mnaqqsa tat-tanbur tal-widna, jew fluwidu wara t-tanbur tal-widna |
Otite interna għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu fil-widna ta’ ġewwa miksub waqt operazzjoni kirurġika |
— |
Il-pazjent ikollu dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni fil-widna ta’ ġewwa |
Mastojdite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn skulatura purulenti minn mastojde |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, irtubija, eritema, uġigħ ta’ ras, jew paraliżi tal-wiċċ |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ materjal purulenti minn mastojde |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm |
EENT-ORAL: Kavità orali (ħalq, ilsien, jew ħniek)
Infezzjonijiet tal-kavità orali għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti minn tessuti ta’ kavità orali |
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni ta’ kavità orali li tidher f’eżami dirett, matul operazzjoni kirurġika, jew matul eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: axxess, ulċerazzjoni, jew irqajja’ bojod imqabbżin fuq mukuża infjammata, jew plakek fuq mukuża orali |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram |
— |
tebgħa KOH pożittiva (idrossidu) |
— |
ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ fdalijiet mukużi |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq tnixxijiet orali |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
— |
dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni u trattament b’terapija topikali jew orali kontra l-fungi |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta infezzjonijiet primarji ta’ herpes simplex tal-kavità orali assoċjati mal-kura tas-saħħa bħala ORAL; infezzjonijiet herpes li jirrikorru mhumiex assoċjati ma’ kura tas-saħħa
EENT-SINU: Sinużite
Sinużite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti miksub minn kavità tas-sinus |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ jew irtubija mferxa fuq is-sinus involut, uġigħ ta’ ras, effużjoni purulenti, jew imblukkar nażali |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
Tranżilluminazzjoni pożittiva |
— |
Eżami radjografiku pożittiv (inkluż CT scan) |
EENT-UR: Passaġġ ta’ fuq tan-nifs, farinġite, larinġite, epiglottite
Infezzjonijiet tal-passaġġ ta’ fuq tan-nifs għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), eritema tal-falanġi, uġigħ fil-gerżuma, sogħla, ħanqa, jew effużjoni purulenti fil-gerżuma |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati mis-sit speċifiku |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew tnixxijiet respiratorji |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
— |
dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni tal-passaġġ ta’ fuq tan-nifs |
Il-pazjent ikollu axxess li jidher f’eżami dirett, matul operazzjoni kirurġika, jew matul eżami istopatoloġiku
3.1.7 GI: INFEZZJONI TAS-SISTEMA GASTROINTESTINALI
GI-CDI: Infezzjoni tal-Clostridium difficile
Infezzjoni tal-Clostridium difficile (li r-referenza għaliha qabel kienet ta’ dijarea assoċjata tal-Clostridium difficile jew CDAD) għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Ippurgar b’dijarea jew megakolon tossiku, u analiżi tal-laboratorju pożittiva għal tossina A u/jew B tal-Clostridium difficile fl-ippurgar |
— |
Kolite psewdomembrana murija b’endoskopija gastrointestinali ta’ taħt |
— |
Istopatoloġija tal-kolon karatteristika tal-infezzjoni tal-Clostridium difficile (b’dijarea jew mingħajrha) fuq kampjun miksub minn endoskopija, kolektomija jew awtopsja |
GI-GE: Gastroenterite (CDI eskluża)
Gastroenterite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu bidu akut ta’ dijarea (ippurgar likwidu għal aktar minn 12-il siegħa) b’remettar jew mingħajru jew deni (> 38 °C) u x’aktarx mingħajr kawża mhux infettiva (eż. testijiet dijanjostiċi, dieta terapewtika minbarra aġenti antimikrobiċi, aggravar akut ta’ kondizzjoni kronika, jew tensjoni psikoloġika) |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: nawżea, remettar, uġigħ addominali, deni (> 38 °C), jew uġigħ ta’ ras |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
patoġen enteriku li jkun ikkoltivat mill-ippurgar jew minn kampjun tar-rektum |
— |
patoġen enteriku li jinstab b’mikroskopija ta’ rutina jew tal-elettroni |
— |
patoġen enteriku li jinstab b’analiżi ta’ antiġen jew ta’ antikorp fuq demm jew feċi |
— |
evidenza ta’ patoġen enteriku li tinstab b’tibdiliet ċitopatiċi f’koltivazzjoni ta’ tessuti (analiżi ta’ tossina) |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
GI-GIT: Passaġġ gastrointestinali (l-esofagu, l-istonku, il-musrana l-kbira u ż-żgħira, u r-rektum) esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite
Infezzjoni tal-passaġġi gastrointestinali, esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite, għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa u kompatibbli ma’ infezzjoni tal-organu jew tat-tessut involuti: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ addominali, jew irtubija |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati minn skulatura jew tessut miksub minn operazzjoni kirurġika jew endoskopija jew minn drejn imqiegħed b’operazzjoni kirurġika |
— |
organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram jew KOH jew ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ skulatura jew tessut miksub minn operazzjoni kirurġika jew endoskopija jew minn drejn imqiegħed b’operazzjoni kirurġika |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
evidenza ta’ sejbiet patoloġiċi f’eżami radjografiku |
— |
evidenza ta’ sejbiet patoloġiċi f’eżami endoskopiku (eż. esopaġite jew proktite ta’ Candida spp.) |
GI-HEP: Epatite
l-epatite għandha tilħaq il-kriterju li ġej:
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), anoreksja, nawżea, remettar, uġigħ addominali, suffejra, jew storja ta’ trasfużjoni tul it-tliet xhur preċedenti
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
antiġen pożittiv jew test għal antikorp għall-epatite A, l-epatite B, l-epatite C, jew epatite delta |
— |
testijiet għal funzjoni anormali tal-fwied (eż. ALT/AST elevati, bilirubin) |
— |
ċitomegalovirus (CMV) misjub fl-awrina jew fi tnixxijiet orofarinġi |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Tirrapportax epatite jew suffejra ta’ oriġini mhux infettiva (defiċjenza antitrypsin alpha-1, eċċ.) |
— |
Tirrapportax epatite jew suffejra li tkun ġejja minn esponiment għal epatotossini (epatite alkoħolika jew miġjuba bl-aċetaminofen, eċċ.) |
— |
Tirrapportax epatite jew suffejra li jiġu minn imblukkar biljari (koleċistite) |
GI-IAB: Intraaddominali, mhux speċifikat band’oħra, inklużi l-bużżieqa tal-marrara, kanali tal-bili, il-fwied (eskluża l-epatite virali), il-milsa, il-frixa, il-peritonew, l-ispazju subfreniku jew subdijaframmatiku, jew tessut intraaddominali ieħor jew parti mhux speċifikata band’oħra
Infezzjonijiet intraaddominali għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti minn spazju intraaddominali miksub minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni intraaddominali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ addominali, jew suffejra |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati minn skulatura minn drejn imqiegħed b’operazzjoni kirurġika (eż. sistema ta’ skulatura bi rdigħ magħluq, drejn miftugħ, drejn għamla ta’ T) |
— |
organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ skulatura jew tessut miksuba minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm u evidenza radjografika ta’ infezzjoni (eż. sejbiet anormali bl-ultrasound, CT scan, MRI, jew scans b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.] jew b’X-ray addominali) |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Tirrapportax pankreatite (sindromu li jġib infjammazzjoni kkaratterizzata minn uġigħ addominali, nawżea, u remettar assoċjat ma’ livelli għoljin ta’ serum ta’ enzimi tal-frixa) ħlief jekk ikun stabbilit li tkun infettiva fl-oriġini
3.1.8 LRI: INFEZZJONI TAL-PASSAĠĠ TA’ ISFEL TAN-NIFS, MINBARRA PULMONITE
LRI-BRON: Bronkite, trakeobronkite, bronkijolite, trakeite, mingħajr evidenza ta’ pulmonite
Infezzjonijiet trakeobronkjali għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
Il-pazjent ma jkollux evidenza klinika jew radjografika ta’ pulmonite
U l-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), sogħla, produzzjoni ġdida jew miżjuda ta’ bżieq, rhonchi, tħarħir
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
koltivazzjoni pożittiva miksuba minn aspirat fil-fond tat-trakea jew bi bronkoskopija |
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq tnixxijiet respiratorji |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Tirrapportax bronkite kronika f’pazjent b’marda kronika tal-pulmun bħala infezzjoni ħlief jekk ikun hemm evidenza ta’ infezzjoni sekondarja akuta, murija b’bidla fl-organiżmu
LRI-LUNG: Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ ta’ isfel tan-nifs
Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ ta’ isfel tan-nifs għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi li jidhru fuq tiċpisa jew ikkoltivati minn tessut tal-pulmun jew fluwidu, inkluż fluwidu tal-plewra |
— |
Il-pazjent ikollu axxess tal-pulmun jew materja fil-plewra (empyema) li jidhru matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu kavità ta’ axxess li tidher f’eżami radjografiku tal-pulmun |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta axxess tal-pulmun jew empyema mingħajr pulmonite bħala LUNG
3.1.9 NEO: DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TAL-KAŻI NEONATALI
NEO-CSEP: Sepsis klinika
It-tliet kriterji KOLLHA li ġejjin:
— |
It-tabib li jagħmel superviżjoni jkun beda terapija antimikrobika xierqa għal sepsis għal mill-inqas ħamest ijiem. |
— |
Ebda sejbien ta’ patoġeni fil-koltivazzjoni tad-demm jew li ma jkunux ġew ittestjati |
— |
Ebda infezzjoni ċara f’sit ieħor |
U tnejn mill-kriterji li ġejjin (mingħajr kawża apparenti oħra):
— |
Deni (> 38 °C) jew instabbiltà fit-temperatura (post-set frekwenti tal-inkubatur) jew ipotermja (< 36,5 °C) |
— |
Takikardija (> 200/min) jew bradikardija ġdida/miżjuda(< 80/min) |
— |
Ħin ta’ mili kapillari mill-ġdid (CRT) > 2s |
— |
Apnea (s) ġdida jew miżjuda (> 20s) |
— |
Aċidożi metabolika inspjegabbli |
— |
Bidu ġdid ta’ ipergliċemja (> 140 mg/dl) |
— |
Sinjal ieħor ta’ sepsis (kulur il-ġilda (biss jekk ma jintużax CRT)), sinjali tal-laboratorju (CRP, interleukin), ħtieġa akbar ta’ ossiġnu (intubazzjoni), kondizzjoni ġenerali mhux stabbli tal-pazjent, apatija) |
NEO-LCBI: BSI kkonfermata mil-laboratorju
— |
għall-inqas tnejn minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, apnea, ħin ta’ mili kapillari mill-ġdid (CRT) estiż, aċidożi metabolika, ipergliċemja, sinjal ieħor ta’ BSI bħall-apatija |
U
— |
patoġen magħruf minbarra stafilokokki koagulażi-negattivi (CNS) ikkoltivat mid-demm jew fluwidu ċerebrospinali (CSF; dan huwa inkluż minħabba li meninġite fil-grupp ta’ din l-età is-soltu tkun ematoġenuża, għalhekk CSF pożittiv jista’ jitqies bħala evidenza ta’ BSI wkoll jekk koltivazzjonijiet tad-demm ikunu negattivi jew ma jkunux ittieħdu) |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar:
— |
biex tkun konsistenti f’rapportar dwar BSI f’adulti (inkluża BSI sekondarja), il-kriterju “l-organiżmu mhux relatat ma’ infezzjoni f’sit ieħor” tneħħa mid-definizzjoni ta’ Neo-KISS għall-finijiet tal-PPS tal-UE |
— |
irrapporta l-oriġini tal-BSI neonatali fil-qasam ta’ oriġini ta’ BSI |
— |
jekk iż-żewġ definizzjonijiet tal-każi għal NEO-LCBI u NEO-CNSB ikunu jaqblu, irrapporta NEO-LCBI |
NEO-CNSB: BSI kkonfermata mil-laboratorju bi stafilokokki koagulażi-negattivi (CNS)
— |
għall-inqas tnejn minn: temperatura > 38 °C jew < 36.5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, apnea, ħin estiż għal rikapillarizzazzjoni, aċidożi metabolika, ipergliċemja, sinjal ieħor ta’ BSI bħall-apatija |
— |
U CNS tkun ikkoltivata mid-demm jew minn ponta ta’ kateter |
— |
U l-pazjent ikollu waħda minn: proteina C-reattiva > 2,0 mg/dL, proporzjon ta’ newtrofilu immatur/totali (I/T ratio) > 0,2, lewkoċiti < 5/nL, platelets < 100/nL |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar:
— |
biex tkun konsistenti f’rapportar dwar BSI f’adulti (inkluża BSI sekondarja), il-kriterju “l-orgniżmu mhux relatat ma’ infezzjoni f’sit ieħor” tneħħa mid-definizzjoni ta’ Neo-KISS għall-finijiet tal-PPS tal-UE |
— |
irrapporta l-oriġini tal-BSI neonatali fil-qasam ta’ oriġini ta’ BSI |
— |
jekk iż-żewġ definizzjonijiet tal-każi għal NEO-LCBI u NEO-CNSB ikunu jaqblu, irrapporta NEO-LCBI |
NEO-PNEU: Pulmonite
— |
kompromess respiratorju |
— |
U infiltrat ġdid, konsolidazzjoni jew effużjoni plewrali fuq X-ray tas-sider |
— |
U għall-inqas erbgħa minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, takipnoea jew apnea, dispnea, aktar tnixxijiet respiratorji, bidu ġdid ta’ bżieq purulenti, iżolament ta’ patoġen minn tnixxijiet respiratorji, proteina C-reattiva > 2,0 mg/dL, I/T proporzjon > 0,2 |
NEO-NEC: Enterokolite nekrotika
— |
Evidenza istopatoloġika ta’ enterokolite nekrotika |
JEW
— |
għall-inqas anormalità radjografika karatteristika waħda (pnewmoperitonew, pnewmatożi intestinali, ċrieki ‘riġidi’ li ma jinbidlux tal-musrana ż-żgħira) u għall-inqas tnejn minn dawn li ġejjin mingħajr spjegazzjoni oħra: remettar, distensjoni addominali, fdalijiet ta’ qabel l-ikel, ippurgar persistentement mikroskopiku jew b’ħafna demm |
3.1.10 PN: PULMONITE
Żewġ X-rays jew CT-scans jew aktar wara xulxin tas-sider bi xbiha suġġestiva tal-pulmonite għal pazjenti li jkollhom ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun. F’pazjenti li ma jkollhomx ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun, X-ray jew CT-scan wieħed definittiv tas-sider ikun biżżejjed
U għall-inqas wieħed mis-sintomi li ġejjin:
Deni > 38 °C b’ebda kawża oħra
Lewkopenja (< 4 000 WBC/mm3) jew lewkoċitożi (12 000 WBC/mm3)
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin (jew għall-inqas tnejn jekk ikun hemm pulmonite klinika biss = PN 4 u PN 5)
— |
Bidu ġdid ta’ bżieq purulenti, jew bidla fil-karattru tal-bżieq (lewn, riħa, kwantità, konsistenza) |
— |
Sogħla jew dispnea jew takipnea |
— |
Askultazzjoni suġġestiva (ħsejjes tan-nifs tal-pulmun jew tal-bronki), ronki, tħarħir |
— |
Skambju jeħżien ta’ gass (eż. desaturazzjoni ta’ O2 jew aktar ħtiġijiet ta’ ossiġnu jew talba għal aktar ventilazzjoni) |
u skont il-metodu dijanjostiku użat
a Dijanjostika batterjoloġika mwettqa permezz ta’:
|
Koltivazzjoni kwantitattiva pożittiva b’kampjun LRT (15) minimament ikkontaminat (PN 1)
|
|
Koltivazzjoni kwantitattiva pożittiva possibbilment minn kampjun LRT kontaminat (PN 2)
|
b Metodi alternattivi mikrobijoloġiċi (PN 3)
— |
Koltivazzjoni pożittiva tad-demm mhux relatata ma’ sors ta’ infezzjoni |
— |
Tkabbir pożittiv fil-koltivazzjoni ta’ fluwidu plewrali |
— |
Axxess plewrali jew pulmonari b’aspirazzjoni pożittiva bil-labra |
— |
Eżami istoloġiku pulmonari juri evidenza ta’ pulmonite |
— |
Eżamijiet pożittivi għal pulmonite b’virus jew b’mikrobi partikolari (eż. Legionella, Aspergillus, mikobatterja, mikoplażma, Pneumocystis jirovecii) |
— |
Sejbien pożittiv ta’ antiġen virali jew antikorp minn tnixxijiet respiratorji (eż. EIA, FAMA, analiżi ta’ kunjett magħluq, PCR) |
— |
Eżami dirett pożittiv jew koltivazzjoni pożittiva minn tnixxijiet jew tessut tal-bronki |
— |
Konverżjoni ta’ serum (eż. virus tal-influwenza, Legionella, Chlamydia) |
— |
Sejbien ta’ antiġeni fl-awrina (Legionella) |
c Oħrajn
— |
Koltivazzjoni ta’ bżieq pożittiv jew koltivazzjoni ta’ kampjun LRT mhux kwantitattiv (PN 4) |
— |
Ebda mikrobijoloġija pożittiva (PN 5) |
Nota: |
Kriterji ta’ PN 1 u PN 2 ikunu ġew ivvalidati mingħajr terapija minn qabel kontra l-mikrobi |
Pulmonite assoċjata ma’ intubazzjoni (IAP)
Il-pulmonite hija ddefinita bħala assoċjata ma’ intubazzjoni (IAP) jekk ikun hemm apparat tan-nifs invażiv (ukoll minn ħin għal ieħor) fit-48 siegħa qabel il-bidu ta’ infezzjoni
Nota: |
Pulmonite li għaliha tkun inbdiet intubazzjoni fil-jum meta tkun bdiet mingħajr informazzjoni addizzjonali fis-sekwenza ta’ ġrajjiet ma titqiesx bħala IAP |
3.1.11 REPR: INFEZZJONI TAL-PASSAĠĠ RIPRODUTTIV
REPR-EMET: Endometrite
Endometrite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjenta jkollha organiżmi kkoltivati minn fluwidu jew tessut minn endometriju miksuba minn operazzjoni kirurġika, b’aspirazzjoni bil-labra, jew b’bijopsija bil-pinzell |
— |
Il-pazjenta jkollha għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ addominali, irtubija tal-utru, jew skulatura purulenti mill-utru |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta endometrite wara t-twelid bħala infezzjoni assoċjata ma’ kura tas-saħħa ħlief jekk il-fluwidu amnijotiku jkun infettat fil-ħin meta l-pazjenta tiddaħħal jew il-pazjenta tkun iddaħħlet 48 siegħa wara li l-membrana tkun inqasmet
REPR-EPIS: Episjotomija
Infezzjonijiet tal-episjotomija għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjenta wara l-ħlas postvaġinali jkollha skulatura purulenti mill-episjotomija |
— |
Il-pazjenta wara l-ħlas postvaġinali jkollha axxess ta’ episjotomija |
REPR-VCUF: Keffa vaġinali
Infezzjoni tal-keffa vaġinali għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjenta wara isterektomija jkollha skulatura purulenti mill-keffa vaġinali |
— |
Il-pazjenta wara isterektomija jkollha axxess tal-keffa vaġinali |
— |
Il-pazjenta wara isterektomija jkollha patoġeni kkoltivati minn fluwidu jew tessut miksuba mill-keffa vaġinali |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta infezzjonijiet tal-keffa vaġinali bħala SSI-O
REPR-OREP: Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ riproduttiv tar-raġel jew tal-mara (epididimu, testikuli, prostata, vaġina, ovarji, utru, jew tessuti oħra pelviċi, esklużi infezzjonijiet tal-endometrite jew tal-keffa vaġinali)
Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ riproduttiv tar-raġel jew tal-mara għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut jew fluwidu minn sit affettwat |
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni ta’ sit affettwat li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ, irtubija, jew disurja |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
dijanjożi ta’ tabib |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Irrapporta endometrite bħala EMET |
— |
Irrapporta infezzjonijiet tal-keffa vaġinali bħala VCUF |
3.1.12 SSI: INFEZZJONI TA’ SIT KIRURĠIKU
Nota: |
Il-preżunzjoni hija li d-definizzjonijiet kollha jkunu kkonfermati għall-finijiet ta’ rapportar ta’ sorveljanza. |
Inċiżjoni superfiċjali (SSI-S)
Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi biss il-ġilda u tessut ta’ taħt il-ġilda tal-inċiżjoni U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
Skulatura purulenti b’konferma mil-laboratorju jew mingħajrha, mill-inċiżjoni superfiċjali |
— |
Organiżmi iżolati minn koltivazzjoni miksuba b’mod mhux settiku ta’ fluwidu jew tessut mill-inċiżjoni superfiċjali |
— |
Għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin ta’ infezzjoni: uġigħ jew irtubija, nefħa lokalizzata, ħmura, jew sħana U inċiżjoni superfiċjali li tinfetaħ deliberatament mill-kirurgu, ħlief jekk l-inċiżjoni tkun koltivazzjoni negattiva |
— |
Dijanjożi ta’ SSI inċiżjonali superfiċjali magħmula minn kirurgu jew tabib assistent |
Inċiżjoni fonda (SSI-D)
Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni jekk impjant ma jitħalliex fil-post jew fi żmien sena jekk impjant ikun f’postu U l-infezzjoni tkun tidher relatata mal-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi tessut artab fond (eż. faxxa, muskolu) tal-inċiżjoni U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
Skulatura purulenti mill-inċiżjoni fonda iżda mhux mill-komponent ta’ organu/spazju tas-sit kirurġiku |
— |
Inċiżjoni fonda tinferaħ spontanjament jew tinfetaħ deliberatament minn kirurgu meta l-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin: deni (> 38 °C), uġigħ jew irtubija lokalizzati, ħlief jekk l-inċiżjoni tkun koltivazzjoni negattiva |
— |
Axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li jinvolvu l-inċiżjoni fonda jinstabu f’eżami dirett, matul operazzjoni mill-ġdid, jew f’eżami istopatoloġiku jew radjoloġiku |
— |
Dijanjożi ta’ SSI inċiżjonali fil-fond magħmula minn kirurgu jew tabib assistent |
Organu/Spazju (SSI-O)
Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni jekk impjant ma jitħalliex fil-post jew fi żmien sena jekk impjant ikun f’postu U l-infezzjoni tidher li tkun relatata mal-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi kull parti tal-anatomija (eż. organi u spazji) minbarra l-inċiżjoni li tkun infetħet jew li tkun ġiet immanipulata matul operazzjoni U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
Skulatura purulenti minn drejn li jitqiegħed fl-organu/spazju minn naħa għal oħra ta’ ferita b’oġġett bil-ponta |
— |
Organiżmi iżolati minn koltivazzjoni miksuba b’mod mhux settiku ta’ fluwidu jew tessut fl-organu/spazju |
— |
Axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tinvolvi l-organu/spazju li jinstabu f’eżami dirett, matul operazzjoni mill-ġdid, jew b’eżami istopatoloġiku jew radjoloġiku |
— |
Dijanjożi ta’ organu/spazju ta’ SSI magħmula minn kirurgu jew tabib assistent |
3.1.13 SST: INFEZZJONI TAL-ĠILDA U TA’ TESSUT ARTAB
SST-SKIN: Infezzjoni tal-ġilda
Infezzjonijiet tal-ġilda għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu skulatura purulenti, ponot bil-materja, bżieżaq, jew imsiemer |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ jew irtubija, nefħa lokalizzata, ħmura, jew sħana |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati minn aspirat jew skulatura minn sit affettwat; jekk l-organiżmi jkunu flora ta’ ġilda normali (eż. difterojdi [Corynebacterium spp.], Bacillus [mhux B.anthracis] spp., Propionibacterium spp., stafilokokki koagulażi negattivi [inkluża Staphylococcusepidermidis], streptokokki tal-grupp viridans, Aerococcus spp., Micrococcus spp.), huma għandhom ikunu koltivazzjoni pura |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
test pożittiv tal-antiġen magħmul fuq tessut jew demm infettat (eż. herpes simplex, varicella zoster, Haemophilus influenzae, Neisseria meningitidis) |
— |
ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ tessut affettwat |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Irrapporta ulċeri decubitus infettati bħala DECU |
— |
Irrapporta ħruq infettat bħala BURN |
— |
Irrapporta axxessi tas-sider jew mastite bħala BRST |
SST-ST: Tessut artab (faxxite nekrotika, kankrena infettiva, ċellulite nekrotika, mijożite infettiva, limfadenite, jew limfanġite)
Infezzjonijiet ta’ tessut artab għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut jew skulatura minn sit affettwat |
— |
Il-pazjent ikollu skulatura purulenti fis-sit affettwat |
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin fis-sit affettwat b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ jew irtubija lokalizzati, ħmura, nefħa, jew sħana |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
test pożittiv tal-antiġen magħmul fuq demm jew awrina (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae, Neisseria meningitidis, Streptococcus ta’ Grupp B, Candida spp.) |
— |
titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Irrapporta ulċeri decubitus infettati bħala DECU |
— |
Irrapporta infezzjoni ta’ tessuti pelviċi fondi bħala OREP |
SST-DECU: Ulċera decubitus, inklużi infezzjonijiet kemm superfiċjali kif ukoll fondi
Infezzjonijiet ta’ ulċeri decubitus għandhom jilħqu l-kriterju li ġej:
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: ħmura, irtubija, jew nefħa fil-ġnub tal-ferita decubitus |
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati minn fluwidu jew tessut miġburin kif imiss |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
SST-BURN: Ħruq
Infezzjonijiet minn ħruq għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu bidla fid-dehra jew fil-karattru tal-ferita minn ħruq, bħal separazzjoni rapida ta’ eskar, jew tidnis tal-kulur f’kannella skur, iswed, jew ta’ lewn vjola tal-eskar, jew edema f’tarf il-ferita |
U eżami istoloġiku tal-bijopsija tal-ħarqa juri invażjoni ta’ organiżmi f’tessut vijabbli fil-ġenb
Il-pazjent ikollu bidla fid-dehra jew fil-karattru tal-ferita minn ħruq, bħal separazzjoni rapida ta’ eskar, jew tidnis tal-kulur f’kannella skur, iswed, jew ta’ lewn vjola tal-eskar, jew edema f’tarf il-ferita
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm fin-nuqqas ta’ infezzjonijiet oħra identifikabbli |
— |
l-iżolament tal-virus ta’ herpes simplex, identifikazzjoni istoloġika ta’ inklużjonijiet b’mikroskopija ottika jew ta’ elettroni, jew viżwalizzazzjoni ta’ partikuli b’mikroskopija tal-elettroni f’bijopsiji jew fdalijiet ta’ leżjoni |
Il-pazjent b’ħarqa jkollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C) jew ipotermja (< 36 °C), pressjoni għolja, oligurija (< 20 cc/hr), ipergliċemja f’livell ta’ karboidrat ta’ dieta li qabel kien ikun tollerabbli, jew konfużjoni mentali
U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
eżami istoloġiku tal-bijopsija tal-ħarqa juri invażjoni ta’ organiżmi f’tessut vijabbli fil-ġenb |
— |
organiżmi kkoltivati mid-demm |
— |
l-iżolament tal-virus ta’ herpes simplex, identifikazzjoni istoloġika ta’ inklużjonijiet b’mikroskopija ottika jew ta’ elettroni, jew viżwalizzazzjoni ta’ partikuli b’mikroskopija tal-elettroni f’bijopsiji jew fdalijiet ta’ leżjoni |
SST-BRST: Axxess tas-sider jew mastite
Axxess tas-sider jew mastite għandu jilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
— |
Il-pazjent ikollu koltivazzjoni pożittiva ta’ tessut tas-sider affettwat jew fluwidu miksub b’inċiżjoni u skulatura jew aspirazzjoni bil-labra |
— |
Il-pazjent ikollu axxess tas-sider jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
— |
Il-pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) u infjammazzjoni lokali tas-sider |
U dijanjożi ta’ tabib ta’ axxess tas-sider
3.1.14 SYS: INFEZZJONI SISTEMIKA
SYS-DI: Infezzjoni mferrxa
Infezzjoni mferrxa hija infezzjoni li tinvolvi organi jew sistemi multipli, mingħajr ebda sit wieħed ta’ infezzjoni li jkun jidher, is-soltu ta’ oriġini virali, u b’sinjali jew sintomi ma’ ebda kawża oħra magħrufa u kompatibbli ma’ involviment infettiv ta’ organi jew sistemi multipli
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
— |
Uża dan il-kodiċi għal infezzjonijiet virali li jinvolvu sistemi multipli ta’ organi (eż. ħożba, gattone, rubella, variċella, eritema infectiosum). Dawn l-infezzjonijiet sikwit jistgħu jkunu identifikati bi kriterji kliniċi biss. Tużax dan il-kodiċi għal kura assoċjata mas-saħħa infezzjonijiet b’siti metastatiċi multipli, bħal b’endokardite batterjali: għandu jkun irrapportat biss is-sit primarju ta’ dawn l-infezzjonijiet |
— |
Tirrapportax deni ta’ oriġini mhux magħrufa (FUO) bħala DI |
— |
Irrapporta eżantemi jew mard ta’ raxx bħala DI |
SYS-CSEP: Sepsi klinika f’adulti u tfal
Il-pazjent ikollu għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin
— |
sinjali kliniċi jew sintomi b’ebda kawża oħra magħrufa |
— |
deni (> 38 °C) |
— |
pressjoni għolja (pressjoni sistolika < 90 mm/Hg) |
— |
jew oligurija (20 cm3(ml)/hr) |
U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmi jew antiġen misjubin fid-demm
U ebda infezzjoni apparenti f’sit ieħor
U tabib jistitwixxi trattament għal sepsi
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar:
— |
Tużax din il-kodiċi ħlief jekk ikun assolutament meħtieġ |
— |
Għal CSEP fi trabi tat-twelid, uża d-definizzjoni tal-każ NEO-CSEP (ara hawn taħt) |
3.1.15 UTI: INFEZZJONI FIL-PASSAĠĠ TAL-AWRINA
UTI-A: UTI sintomatika kkonfermata mikrobijoloġikament
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), urġenza, frekwenza, disurja, jew irtubija suprapubes
U
Il-pazjent ikollu koltivazzjoni pożittiva tal-awrina, jiġifieri, ≥ 105 mikroorganiżmi għal kull ml ta’ awrina b’mhux aktar minn żewġ speċijiet ta’ mikroorganiżmi.
UTI-B: UTI sintomatika mhux ikkonfermata mikrobijoloġikament
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn minn dawn li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), urġenza, frekwenza, disurja, jew irtubija suprapubes
U
Għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— |
Dipstik pożittiva għall-lewkoċite esterażi u/jew nitrat |
— |
Kampjun ta’ awrina bil-materja bi ≥ 104 WBC/ml jew ≥ 3 WBC/qasam mikroskopiku ta’ riżoluzzjoni għolja ta’ awrina mhux ċentrifuga |
— |
Organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ awrina mhux ċentrifuga |
— |
Għall-inqas żewġ koltivazzjonijiet tal-awrina b’iżolament imtenni tal-istess uropatoġen (batterja gram negattiva jew Staphylococcus saprophyticus) bi ≥ 102 kolonji/ml awrina f’kampjuni mhux kompluti |
— |
≤ 105 kolonji/ml ta’ uropatoġen wieħed (batterja gram negattiva jew Staphylococcus saprophyticus) f’pazjent li jkun qed jiġi ttrattat b’aġent antimikrobiku effettiv għal infezzjoni tal-awrina |
— |
Dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina |
— |
Tabib jistitwixxi terapija xierqa għal infezzjoni tal-awrina |
Batterjurja asintomatika m’għandhiex tkun irrapportata, iżda infezzjonijiet tal-fluss tad-demm fil-ġisem sekondarja għall-batterjurja asintomatika jkunu rrapportati bħala BSI b’sors (oriġini) S-UTI
Infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina (UCA-UTI) hija ddefinita bħala li jkollha rabta ma’ kateter jekk kateter tal-awrina li jkun imqiegħed ġewwa kien preżenti (ukoll kultant) fis-sebat ijiem qabel il-bidu tal-infezzjoni
3.2 DEFINIZZJONI ĠENERIKA TA’ KAŻ TA’ REŻISTENZA ANTIMIKROBIKA
Definizzjoni
Mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala suxxettibbli klinikament, intermedju klinikament jew reżistenti klinikament għal aġent antimikrobiku skont il-valuri tal-limitu kliniċi EUCAST, jiġifieri valuri tal-limitu MIC kliniċi u l-korrelati tad-dijametru taż-żona ta’ inibizzjoni tagħhom (17)
Suxxettibbli Klinikament (S)
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala suxxettibbli b’livell ta’ attività antimikrobika assoċjat ma’ probabbiltà kbira ta’ suċċess terapewtiku |
— |
mikroorganiżmu huwa kkategorizzat bħala suxxettibbli (S) bl-applikazzjoni tal-valur tal-limitu adatt f’sistema definita ta’ test fenotipiku |
— |
dan il-valur tal-limitu jista’ jinbidel b’tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi |
Intermedju Klinikament (I)
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala intermedju b’livell ta’ attività ta’ aġent antimikrobiku assoċjata ma’ effett terapewtiku inċert. Jimplika li infezzjoni minħabba l-iżolat tista’ tiġi ttrattata kif imiss f’siti ta’ korpi fejn il-mediċini jkunu kkonċentrati fiżikament jew meta tkun tista’ tintuża doża għolja ta’ mediċina; jindika wkoll faxxa ta’ protezzjoni li m’għandhiex tħalli fatturi tekniċi żgħar, mhux ikkontrollati, joħolqu diskrepanzi kbar f’interpretazzjonijiet |
— |
mikroorganiżmu huwa kkategorizzat bħala intermedju (I) bl-applikazzjoni tal-valuri tal-limitu adatti f’sistema definita ta’ test fenotipiku |
— |
dawn il-valuri tal-limitu jistgħu jinbidlu b’tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi |
Reżistenti Klinikament (R)
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala reżistenti b’livell ta’ attività antimikrobika assoċjat ma’ probabbiltà kbira ta’ falliment terapewtiku |
— |
mikroorganiżmu huwa kkategorizzat bħala reżistent (R) bl-applikazzjoni tal-valur tal-limitu adatt f’sistema definita ta’ test fenotipiku |
— |
dan il-valur tal-limitu jista’ jinbidel b’tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi |
Valuri tal-limitu kimiċi huma ppreżentati bħala S≤x mg/L; I>x, ≤y mg/L; R>y mg/L
Mikroorganiżmi u aġenti antimikrobiċi korrispondenti (taħlitiet ta’ mediċini kontra virus) rilevanti għal sorveljanza fil-bnedmin huma ddefiniti fil-protokolli ta’ sorveljanza rilevanti
(1) Ara l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali –OIE- u l-Kummissjoni Ewropea (SANCO) Sistema ta’ Notifika dwar Mard tal-Annimali (ADNS), disponibbli fuq: http://www.oie.int/eng/en_index.htm u http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/adns/index_en.htm#)
(2) Dan ma jinkludix għasafar li jidhru b’saħħithom u li ġew maqtula, pereżempju mill-kaċċa.
(3) Depressjoni, ansjetà, apatija, tbegħid mis-soċjetà, taqriq.
(4) Dan jinkludi kemm uġigħ evidenti u/jew disesteżija.
(5) Id-dehra tipika tal-EEG f’CJD sporadika tikkonsisti f’kumplessi perjodiċi ġeneralizzati b’rata ta’ madwar wieħed kull sekonda. Dawn jistgħu jidhru kultant fl-aħħar stadji tal-vCJD.
(6) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(7) Il-bijopsija tat-tunsilli mhijiex irrakkomandata bħala rutina u lanqas f’każijiet b’dehriet tal-EEG tipiċi tas-CJD sporadika, iżda tista’ tkun utli f’każi suspettati fejn il-fatturi kliniċi jkunu kompatibbli mal-vCJD u l-MRI ma jurix sinjal għoli pulvinari.
(8) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(9) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(10) Meta tkun issuspettata r-rubella fit-tqala, tinħtieġ konferma ulterjuri tar-riżultati pożittivi tal-IgM tar-rubella (eż. test ta’ qawwa ta’ IgG speċifika tar-rubella li juri qawwa baxxa). F’ċerti sitwazzjonijiet, bħal tifqigħat ikkonfermati ta’ rubella s-sejbien tal-virus IgM tar-rubella jista’ jitqies konfermattiv f’każijiet mhux ta’ tqala.
(11) Kuntatt mill-qrib hija persuna li ħadet ħsieb, għexet ma’, jew kellha kuntatt dirett mat-tnixxijiet respiratorji, il-fluwidi tal-ġisem u/jew il-ħmieġ (eż. il-feċi) ta’ każijiet ta’ SARS.
(12) F’dan il-kuntest it-terminu “ħaddiem fil-qasam tal-kura tas-saħħa” jinkludi l-istaff kollu tal-isptar. Id-definizzjoni tal-unità tal-kura tas-saħħa fejn iseħħu l-każijiet se tiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali. Id-daqs tal-unità jista’ jvarja minn faċilità sħiħa tal-kura tas-saħħa jekk tkun żgħira, għal dipartiment wieħed jew sala waħda ta’ sptar terzjarju kbir.
(13) Riżultati seroloġiċi għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim u esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali. Każijiet ikkonfermati f’sitwazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu vvalidati b’analiżi ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew b’analiżi oħrajn ekwivalenti.
(14) CVC = kateter vaskulari ċentrali, PVC = kateter vaskulari periferali
kolonizzazzjoni ta’ kateter vaskulari ċentrali m’għandhiex tkun irrapportata. CRI3 (-CVC or –PVC) hija wkoll infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem b’sors ta’ C-CVC jew C-PVC rispettivament; iżda meta CRI3 tkun irrapportata, il-BSI m’għandhiex tkun irrapportata fl-istħarriġ tal-prevalenza tal-punti; BSI relatata ma’ kateter ikkonfermata mikrobijoloġikament għandha tkun irrapportata bħala CRI3
(15) LRT = Passaġġ tan-Nifs ta’ Isfel [Lower Respiratory Tract]
(16) CFU = Unitajiet li Jifformaw Kolonji [Colony Forming Units]
(17) http://www.eucast.org/clinical_breakpoints/