ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.259.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 259

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
27 ta' Settembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 878/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/521/UE

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-20 ta’ Settembru 2012 li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

5

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/522/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2012 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar l-assenjar mill-ġdid ta’ parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

6

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 878/2012

tas-26 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

57,9

XS

46,1

ZZ

52,0

0707 00 05

MK

13,4

TR

126,8

ZZ

70,1

0709 93 10

TR

126,8

ZZ

126,8

0805 50 10

AR

89,9

CL

91,5

TR

109,0

UY

64,7

ZA

89,9

ZZ

89,0

0806 10 10

MK

41,5

TR

128,1

ZZ

84,8

0808 10 80

BR

89,7

CL

138,0

NZ

138,0

US

181,6

ZA

108,5

ZZ

131,2

0808 30 90

CN

75,6

TR

110,4

ZA

144,5

ZZ

110,2

0809 30

TR

148,9

ZZ

148,9

0809 40 05

IL

60,4

ZZ

60,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 879/2012

tas-26 ta' Settembru 2012

li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serjejiet li jġibu n-numri 09.4317, 09.4318, 09.4319, 09.4320 u 09.4321.

(2)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serjejiet li jġibu n-numri 09.4317, 09.4318, 09.4319, 09.4320 u 09.4321 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dawk in-numri tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2012/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL

Is-sena tas-suq 2012/2013

Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2012 sal-14.9.2012

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

14,285714

Sospiżi

09.4318

Il-Brażil

12,292758

Sospiżi

09.4319

Kuba

33,333333

Sospiżi

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

4,000003

Sospiżi

09.4321

L-Indja

9,090909

Sospiżi


Iz-zokkor mill-Balkani

Is-sena tas-suq 2012/2013

Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2012 sal-14.9.2012

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

il-Bosnja-Ħerzegovina

 (1)

 

09.4326

Is-Serbja

 (1)

 

09.4327

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (1)

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali

Is-sena tas-suq 2012/2013

Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2012 sal-14.9.2012

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 (2)

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(2)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.


DEĊIŻJONIJIET

27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/5


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-20 ta’ Settembru 2012

li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2012/521/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ erbatax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2012. Għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018, erbatax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali għandhom jinħatru fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

Fil-25 ta’ April 2012, permezz tad-Deċiżjoni 2012/244/EU (1), ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatru ħdax-il Imħallef u tliet Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018. Fl-20 ta’ Ġunju 2012, permezz tad-Deċiżjoni 2012/345/EU (2), ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatru żewġ Imħallfin u Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għal dan l-istess perijodu.

(3)

Biex titwettaq is-sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jaħtru Mħallef ieħor fil-post li għad fadal biex jimtela.

(4)

Ġiet proposta l-kandidatura tas-Sur Anthony BORG BARTHET għall-post vakanti ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Il-kumitat stabbilit mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Anthony BORG BARTHET għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Anthony BORG BARTHET huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2012.

Il-President

K. KORNELIOU


(1)  ĠU L 121, 8.5.2012, p. 21.

(2)  ĠU L 169, 29.6.2012, p. 60.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/6


DEĊIŻJONI Nru 3/2012 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-13 ta’ Settembru 2012

dwar l-assenjar mill-ġdid ta’ parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

(2012/522/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u emendat għat-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u partikolarment il-paragrafu 6 tal-Anness Ib tiegħu,

Billi:

(1)

Il-fondi li baqa’ mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) Intra-AKP mhumiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar li rriżultaw mir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu Intra-AKP tal-10 FEŻ.

(2)

Sabiex tkun tista’ tkompli tipprovdi rispons rapidu u effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta’ kunflitti vjolenti fl-Afrika, hemm bżonn ta’ rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-UE u l-AKP, l-ammont meħtieġ mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għandu jiġi ttrasferit għall-pakkett maħsub għall-koperazzjoni Intra-AKP.

(4)

Huwa xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta din id-deċiżjoni mingħajr dewmien,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kooperazzjoni Intra-AKP

Ammont ta’ EUR 195 miljun għandu jiġi ttrasferit mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għall-pakkett maħsub għall-kooperazzjoni Intra-AKP, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 11, 28, 29 u 30 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

Artikolu 2

Talba għall-finanzjament

B’konformità mal-Artikolu 12b(a) tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jitlob lill-Kummissjoni tiffinanzja l-attivitajiet proposti mill-UE u mill-Grupp ta’ Stati tal-AKP, rispettivament, u b’mod partikulari biex tipprovdi finanzjament addizzjonali għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika ta’ EUR 100 miljun, sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta’ sigurtà madwar l-Afrika.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

D. EVINA ABE’E


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).