|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.257.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 867/2012
tal-24 ta’ Settembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2) bil-għan li ssir effettiva l-parti l-kbira tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3) tipprovdi għal miżura addizzjonali, jiġifieri li l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti u l-ajruplani kollha destinati għas-Sirja jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jaħseb li l-merkanzija fiha oġġetti li l-forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni tagħhom hija projbita jew suġġetta għal awtorizzazzjoni. |
|
(3) |
Fir-rigward ta’ dik il-miżura, id-Deċiżjoni 2012/420/PESK tipprovdi wkoll li l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn is-Sirja għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla jew qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew tinħareġ minnu. |
|
(4) |
Minbarra dan, id-Deċiżjoni 2012/420/PESK tipprovdi għal deroga mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi fir-rigward ta’ trasferiment ta’ fondi dovuti b’rabta mal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lil ċittadini Sirjani li jkunu qed isegwu edukazzjoni, taħriġ professjonali jew ikunu impenjati f’riċerka akkademika fl-Unjoni. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal derogi mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali tas-Sirja għandhom jiġu emendati. |
|
(6) |
Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex huma jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(7) |
Għall-istess raġuni, hija meħtieġa emenda sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
(2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2c 1. Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni bil-quddiem kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet relevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*2) japplikaw għall-merkanzija kollha li titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn is-Sirja. Il-persuna jew entità li tipprovdi dik l-informazzjoni għandha wkoll tippreżenta kwalunkwe awtorizzazzjoni jekk din tkun meħtieġa minn dan ir-Regolament. 2. Il-qbid u t-trattament ta’ tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li l-forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-Artikoli 2 u 2a ta’ dan ir-Regolament, jistgħu, b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali jew mad-deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti, isiru a spejjeż tal-persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew, jekk ma jkunx possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu rkuprati minn dik il-persuna jew entità, l-ispejjeż jistgħu, b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija jew tagħmir fit-tentattiv ta’ forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti. |
|
(3) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Huma pprojbiti:
|
|
(4) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 20a B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa, it-trasferiment minn jew permezz ta’ entità finanzjarja elenkata fl-Anness II jew IIa ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi, fejn it-trasferiment ikun relatat ma’ ħlas minn persuna jew entità mhux elenkati fl-Anness II jew IIa b’konnessjoni mal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja lil ċittadini Sirjani li jkunu qegħdin isegwu xi edukazzjoni, taħriġ professjonali jew ikunu impenjati f’xi riċerka akkademika fl-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat, abbażi ta’ każ b’każ, li l-pagament ma jkunx riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew IIa.”; |
|
(5) |
L-Artikolu 21a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 21a 1. B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa:
bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti tkun iddeterminat, abbażi ta’ każ b’każ, li l-pagament ma tkun se tirċevih, direttament jew indirettament, l-ebda persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew IIa u bil-kondizzjoni li t-trasferiment ma jkunx ipprojbit b’xi mod ieħor minn dan ir-Regolament. 2. B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa, trasferiment magħmul minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati sabiex jipprovdi lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri b’likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 868/2012
tal-24 ta’ Settembru 2012
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
L-ażorubina (sinonimu karmojżina) ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-għalf tal-qtates u l-klieb li jaqa’ taħt il-kategorija “koloranti” taħt l-intestatura “koloranti awtorizzati biex jagħtu l-kulur lill-oġġetti tal-ikel skont ir-regoli Komunitarji, għajr il-blu patentat V, l-aħdar aċidu jgħajjat BS u l-kantaksantin”. Dan l-użu mbagħad iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 (3) li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-ażorubina ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, jew l-ambjent, u li hija effettiva bħala kolorant. Hija kkonkludiet li sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni ma għandu jinqala’ l-ebda tħassib għall-utenti dwar is-sigurtà. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-ażorubina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Billi saru xi modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-ażorubina u billi ma hemm l-ebda effett immedjat dirett fuq is-sigurtà, għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-awtorizzazzjoni sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jkun hemm perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti ta’ ażorubina, kif awtorizzata skont id-Direttiva 70/524/KEE u ta’ għalf li jkun fih l-ażorubina. |
|
(7) |
Għall-operaturi huwa proċess kumpless ħafna li jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor it-tikketti tal-għalf li jkun fih addittivi differenti li ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom għandhom jikkonformaw ma’ regoli ġodda tal-ittikkettar. Għalhekk, huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti bidla tat-tikketti bla tfixkil. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni
Is-sustanza ażorubina speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi sensorji” u mal-grupp funzjonali “koloranti, (i) sustanzi li jżidu jew li jerġgħu jagħtu l-kulur fl-għalf”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-rekwiżiti tal-ittikkettar
L-għalf li jkun fih l-ażorubina għandu jiġi ttikkettat skont dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.
Madankollu, l-għalf li jkun fih l-ażorubina li ġie ttikkettat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm il-ħażniet jispiċċaw.
Artikolu 3
Il-miżuri tranżitorji
Il-ħażniet eżistenti tal-ażorubina u tal-għalf li jkun fih l-ażorubina fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jispiċċaw.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) EFSA Journal 2012; 10(2):2570.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: koloranti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a122 |
— |
Ażorubina jew karmojżina |
|
Qtates u klieb |
— |
— |
176 |
|
Il-25 ta’ Novembru 2022 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 869/2012
tal-24 ta’ Settembru 2012
dwar l-awtorizzazzjoni tat-tawmatin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi r-rievalwazzjoni tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
It-tawmatin kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-ispeċi kollha tal-annimali. Dan l-addittiv fl-għalf wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tat-tawmatin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, u ntalab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, it-tawmatin ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li huwa effikaċi bħala sustanza għat-togħma. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tat-tawmatin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Minħabba li huma introdotti modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tat-tawmatin u minħabba li ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fuq is-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni għad-disponiment tal-ħażniet eżistenti tat-tawmatin, kif awtorizzat b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE u tal-għalf li fih it-tawmatin. |
|
(7) |
Huwa ferm kumpless għall-operaturi biex jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettjar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettjar. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza tawmatin speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti għat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Rekwiżiti tat-tikkettjar
Għalf li fih it-tawmatin għandu jkun ittikkettjat skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.
Madankollu, għalf li fih it-tawmatin li jkun ġie ttikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 3
Miżuri ta’ tranżizzjoni
Il-ħażniet eżistenti ta’ tawmatin u ta’ għalf li fih it-tawmatin dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bil-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jiġu eżawriti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) EFSA Journal 2011; 9(9):2354.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: komposti li jgħinu fit-togħma |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b957 |
— |
Tawmatin |
|
L-ispeċi kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Il-25 ta’ Novembru 2022 |
||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 870/2012
tal-24 ta’ Settembru 2012
dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi għar-rievalwazzjoni ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
In-narinġin kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċi tal-annimali kollha. Dan l-addittiv tal-għalf wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2011 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, in-narinġin ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li hu effikaċi bħala sustanza għat-togħma. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tan-narinġin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Minħabba li huma introdotti modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tan-narinġin u minħabba li ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fuq is-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni għad-disponiment tal-ħażniet eżistenti tan-narinġin, kif awtorizzat b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE u tal-għalf li fih in-narinġin. |
|
(7) |
Huwa ferm kumpless għall-operaturi biex jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettjar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettjar. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza narinġin speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti għat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Rekwiżiti tat-tikkettjar
Għalf li fih in-narinġin għandu jkun ittikkettat skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.
Madankollu, għalf li fih in-narinġin li jkun ġie ttikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 3
Miżuri ta’ tranżizzjoni
Ħażniet eżistenti ta’ għalf li fih in-narinġin dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bil-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jiġu eżawriti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.
Dan id-dokument għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) EFSA Journal 2011; 9(11):2416.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: komposti li jgħinu fit-togħma |
|||||||||||||||||||||
|
2b16058 |
— |
Narinġin |
|
L-ispeċi kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Il-25 ta’ Novembru 2022 |
||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 871/2012
tal-24 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
57,9 |
|
XS |
50,7 |
|
|
ZZ |
54,3 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
13,4 |
|
TR |
102,3 |
|
|
ZZ |
57,9 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
107,1 |
|
ZZ |
107,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
93,9 |
|
CL |
112,9 |
|
|
TR |
95,0 |
|
|
UY |
109,3 |
|
|
ZA |
95,9 |
|
|
ZZ |
101,4 |
|
|
0806 10 10 |
MK |
36,9 |
|
TR |
121,9 |
|
|
ZZ |
79,4 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
89,7 |
|
CL |
87,3 |
|
|
NZ |
128,1 |
|
|
US |
181,6 |
|
|
ZA |
121,1 |
|
|
ZZ |
121,6 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
86,0 |
|
TR |
113,7 |
|
|
ZA |
144,5 |
|
|
ZZ |
114,7 |
|
|
0809 30 |
TR |
144,7 |
|
ZZ |
144,7 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
60,4 |
|
XS |
74,4 |
|
|
ZZ |
67,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2012
tal-14 ta’ Settembru 2012
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)
(2012/513/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), kifemendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/536/PESK (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika ta' EUMM Georgia, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fl-1 ta' Lulju 2011, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (GħR), il- KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM/1/2011 (3) li taħtar lis-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2011. Il-mandat tiegħu ġie estiż sal-14 ta' Settembru 2012 bid-Deċiżjoni tal-KPS 2011/539/PESK (4). |
|
(3) |
Fit-13 ta' Settembru, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/503/PESK (5) li testendi t-tul tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013. |
|
(4) |
Fit-12 ta' Settembru 2012, ir-RGħ ipproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) huwa b'dan estiż sal-14 ta' Settembru 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.
(2) ĠU L 236, 13.9.2011, p. 7.
(3) ĠU L 175, 2.7.2011, p. 27.
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/514/PESK
tal-24 ta’ Settembru 2012
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), modifikata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2011/537/PESK (2). Il-missjoni EUPOL RD Congo tiskadi fit-30 ta' Settembru 2012. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva r-rakkomandazzjoni li l-EUPOL RD Congo tiġi estiża b'sena waħda, segwita minn fażi transizzjonali finali ta' tnax-il xahar bil-mira li jiġu ttrasferiti l-kompiti tagħha. |
|
(3) |
Il-missjoni EUPOL RD Congo għandha ghalhekk tiġi estiża sat-30 ta' Settembru 2013. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jigi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL RD Congo għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġu adattati ċerti dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni klassifikata tal-UE. |
|
(6) |
Il-missjoni EUPOL RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/576/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 huwa sostitwit bit-test li ġej: "1. Il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn hawn 'il-quddiem imsejħa "EUPOL RD Congo" jew "il-Missjoni"), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK, għandha tiġi estiża għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2013."; |
|
(2) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa sostitwit bit-test li ġej: "1. Għall-finijiet ta' titjib fil-maturità u fis-sostenibbilà tal-proċess ta' riforma tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNK), l-EUPOL RD Congo għandha tassisti lill-awtoritajiet Kongoliżi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Pulizija u fl-iżvilupp tal-linji gwida tal-Qafas Strateġiku. Il-Missjoni ser tikkontribwixxi għall-isforzi lokali u internazzjonali għar-rinforzi tal-kapaċitajiet tal-PNK. L-EUPOL RD Congo għandha tiffoka fuq attivitajiet u proġetti konkreti sabiex tissejjes l-azzjoni tagħha fil-livell strateġiku tal-proċess ta' riforma, fuq il-bini ta' kapaċitajiet u fuq it-tisħiħ tal-interazzjoni bejn il-PNK u s-sistema usa' tal-ġustizzja kriminali bil-għan ta' appoġġ aħjar għall-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità. L-EUPOL RD Congo għandha taħdem b'koordinazzjoni mill-qrib ma' donaturi oħra tal-Unjoni, internazzjonali u bilaterali, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi."; |
|
(3) |
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 huwa sostitwit bit-test li ġej: "3. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-Missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika tal-Unjoni għas-sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal ikun fdat biha waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/KE tad-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurta għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (*1). |
|
(4) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit bit-test li ġej: "Artikolu 12 Sigurtà 1. Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta' miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL RD Congo f'konformità mal-Artikoli 5 u 9. 2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u l-istrumenti ta' appoġġ tagħha. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). 4. Il-persunal tal-EUPOL RD Congo għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f'konformità mal-OPLAN. Hu għandu jingħata taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post, organizzat mill-SMSO. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE."; |
|
(5) |
Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 14(1): “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 6 750 000.”; |
|
(6) |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit bit-test li ġej: "Artikolu 16 Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata 1. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif ikun il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE / EU CONFIDENTIAL" iġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. 2. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU. 3. Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan. 4. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (*2). 5. Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni. (*2) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).";" |
|
(7) |
Fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej: "Hija għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2013.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/515/PESK
tal-24 ta’ Settembru 2012
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2011/538/PESK (2). Il-missjoni EUSEC RD Congo tiskadi fit-30 ta' Settembru 2012. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva r-rakkomandazzjoni li l- EUSEC RD Congo tiġi estiża b'sena waħda, segwita minn fażi transizzjonali finali ta' tnax-il xahar bil-mira li jiġu ttrasferiti l-kompiti tagħha. |
|
(3) |
Il-missjoni EUSEC RD Congo għandha ghalhekk tiġi estiża sat-30 ta' Settembru 2013. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jigi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUSEC RD Congo għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġu adattati ċerti dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni klassifikata tal-UE. |
|
(6) |
Il-missjoni EUSEC RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni Nru 2010/565/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 9(1): "L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 11 000 000."; |
|
(2) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 13 Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata 1. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif ikun il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE / EU CONFIDENTIAL" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (*1). 2. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / UE RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU. 3. Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan. 4. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (*2). 5. Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni. (*1) ĠU L 141. 27.5.2011. p. 17." (*2) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).";" |
|
(3) |
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 15 huwa sostitwit bit-test li ġej: "3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO) li għandu jirrapporta lilu u li għandu jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)."; |
|
(4) |
Fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2013.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/20 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/516/PESK
tal-24 ta’ Settembru 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK. |
|
(2) |
B’segwitu għal deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-KSNU, sitt persuni għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu emendati l-entrati għal dawk il-persuni. |
|
(3) |
Il-listi li jinsabu fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK. Dawk il-persuni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, u l-entrati korrispondenti għandhom jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
ANNESS
PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1
|
|
L-Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet għall-elenkar |
|
1. |
Kaptan (Forza Navali) Sanhá CLUSSÉ |
Ċittadinanza: Ginea Bissaw D.t.t.: 28.9.1965 Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue Kariga uffiċjali: Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali Passaport: SA 0000515 Data tal-ħruġ: 08.12.2003 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data ta’ skadenza: 29.8.2013 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Qrib ħafna ta’ António Injai. Sanhá Clussé integra d-delegazzjoni tal- “Kmand Militari” li ltaqgħet mal-ECOWAS f’Abidjan fis-26 ta’ April 2012. |
|
2. |
Kurunell Cranha DANFÁ |
Ċittadinanza: Ginea Bissaw D.t.t.: 5.3.1957 Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati Passaport: AAIN29392 Data tal-ħruġ: 29.9.2011 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data ta’ skadenza: 29.9.2016 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai. |
|
3. |
Maġġur Idrissa DJALÓ |
Ċittadinanza: Ginea Bissaw D.t.t.: 6.1.1962 Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati |
Punt ta’ Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta’ April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari. |
|
4. |
Logutenent-kurunell Tchipa NA BIDON |
Ċittadinanza: Ginea Bissaw D.t.t.: 28.5.1954 Ġenituri: “Nabidom” Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564 Data tal-ħruġ: 30.11.2005 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data ta’ skadenza: 15.5.2011 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. |
|
5. |
Logutenent-kurunell Tcham NA MAN (magħruf bħala Namam) |
Ċittadinanza: Ginea Bissaw D.t.t.: 27.2.1953 Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati Passaport: SA0002264 Data tal-ħruġ: 24.7.2006 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data ta’ skadenza: 23.7.2009 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Ginea Bissaw) |
|
6. |
Logutenent-kurunell Júlio NHATE |
Ċittadinanza: Ginea Bissaw D.t.t.: 28.9.1965 Kariga uffiċjali: Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Alleat leali ta’ António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta’ April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari. |
Rettifika
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/22 |
Rettifika tar-Regolament Nru 10 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 254 tal-20 ta' Settembru 2012 )
Fil-paġna 70, fl-Anness 15, jiżdiedu l-punti 5, 5.1, 5.1.1 u 5.1.2 kif ġej:
“5. ĠENERAZZJONI TAL-LIVELL TAT-TEST MEĦTIEĠ
5.1. Metodoloġija tat-test
5.1.1. Il-metodu tat-test skont l-IEC 61000-4-4: it-tieni edizzjoni, 2004, għandu jintuża biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-livell tat-test.
5.1.2. Il-fażi tat-test
Il-vettura għandha titqiegħed fuq il-pjan ta’ massa il-kurrenti qosra elettriċi rapidi/il-fqigħ (EFT/B) għandhom jiġu applikati fuq il-vettura fuq il-linji tal-kurrent alternat u tal-kurrent dirett f’modalitajiet komuni billi jintuża CDN kif deskritt fl-Appendiċi ta’ dan l-anness,
Il-preparazzjoni tat-test għandha tkun innutata fir-rapport tat-test.”