ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.253.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 253

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
20 ta' Settembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 847/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-merkurju ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 848/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komposti tal-fenilmerkurju ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 849/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd u Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA) ( 1 )

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 850/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 851/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 852/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

15

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 853/2012 tad-19 ta’ Settembru 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/507/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/19)

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/435/UE tad-19 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 190, 21.7.2011 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 847/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-merkurju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li-kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju (2), il-Kummissjoni saħqet fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-livelli ta’ merkurju fl-ambjent u fl-esponiment tal-bniedem u proponiet bħala objettivi, fost l-oħrajn, it-tnaqqis tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni tal-merkurju fis-soċjetà billi jitnaqqsu l-provvista u d-domanda, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-merkurju u l-ħarsien kontra l-emissjonijiet tal-merkurju.

(2)

L-istrateġija ġiet riveduta fl-2010 fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja dwar il-Merkurju (3), li fiha l-Kummissjoni rrikonoxxiet li se tissokta l-ħidma biex ir-restrizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni eżistenti għal ċerti strumenti tal-kejl li fihom il-merkurju jiġu estiżi għal strumenti addizzjonali użati fis-settur tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari l-isfigmomanometri u għal użi professjonali u industrijali oħra.

(3)

Il-Kunsill afferma għal diversi drabi l-impenn tiegħu għall-objettiv globali ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mir-rilaxx tal-merkurju u l-komposti tiegħu billi jimminimizza u, fejn ikun vijabbli, jelimina finalment ir-rilaxxi antropoġeniċi globali tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fuq l-art. F’dan il-kuntest, il-Kunsill saħaq li l-prodotti li fihom il-merkurju, fejn jeżistu alternattivi vijabbli, għandhom jitneħħew gradwalment kemm jista’ jkun malajr u kompletament, bl-għan aħħari li l-prodotti li fihom il-merkurju jitneħħew, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq iċ-ċirkostanzi tekniċi u ekonomiċi u l-ħtiġijiet għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi (4).

(4)

Il-merkurju u l-komposti tiegħu huma tossiċi ħafna għall-bnedmin, l-ekosistemi u l-organiżmi slavaġ. Dożi għoljin jistgħu jkunu fatali għall-bnedmin, iżda anki dożi relattivament baxxi jista’ jkollhom impatti negattivi serji fuq l-iżvilupp newroloġiku u ġew marbuta wkoll mal-possibbiltà ta’ effetti ta’ ħsara fuq is-sistema kardjovaskulari, immunitarja u riproduttiva. Il-merkurju jitqies bħala inkwinant persistenti globali, li jiċċirkola bejn l-arja, l-ilma, is-sedimenti, il-ħamrija u l-bijota f’diversi forom. Fl-ambjent dan jista’ jinbidel f’metilmerkurju, l-aktar forma tossika tiegħu. Il-metilmerkurju jikber b’mod bijoloġiku speċjalment fil-katina alimentari akkwatika, u dan iwassal biex il-popolazzjoni umana u l-organiżmi slavaġ b’konsum għoli ta’ ħut u frott tal-baħar ikunu partikolarment vulnerabbli. Il-metilmerkurju jgħaddi faċilment kemm mill-partizzjoni tal-plaċenta kif ukoll mill-partizzjoni tad-demm tal-moħħ, u jfixkel l-iżvilupp mentali potenzjali anki qabel it-twelid, filwaqt li jqajjem tħassib serju rigward l-esponiment tat-tfal u tan-nisa fl-età li jista’ jkollhom it-tfal. Il-merkurju u l-prodotti ta’ degradazzjoni tiegħu, partikolarment il-metilmerkurju, jippreżentaw livell ta’ tħassib ekwivalenti għas-sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBTs) u għandhom proprjetajiet ta’ trasport fuq medda twila.

(5)

L-istrumenti tal-kejl tal-merkurju jintużaw ħafna mal-Ewropa kollha, u dan iwassal għall-possibbiltà ta’ rilaxx tal-merkurju fl-ambjent matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jikkontribwixxi għall-emissjonijiet globali tal-merkurju, u b’hekk anki għall-esponiment tal-popolazzjoni umana u ta’ speċijiet oħrajn permezz tal-ambjent.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fl-annotazzjoni 18a tal-Anness XVII, jipprevedi projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ termometri tad-deni li fihom il-merkurju, kif ukoll strumenti tal-kejl oħra li fihom il-merkurju maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali, u jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq reviżjoni tad-disponibbiltà ta’ alternattivi affidabbli u aktar sikuri li huma teknikament u ekonomikament vijabbli għall-isfigmomanometri u strumenti tal-kejl oħra li fihom il-merkurju li jintużaw fil-qasam tal-kura tas-saħħa kif ukoll f’oqsma professjonali u industrijali oħrajn. Abbażi ta’ dik ir-reviżjoni, jew malli tkun disponibbli informazzjoni ġdida dwar alternattivi affidabbli u aktar sikuri għal sfigmomanometri u strumenti oħra tal-kejl li fihom il-merkurju, il-Kummissjoni hi mitluba, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex testendi r-restrizzjonijiet li diġà huma stipulati f’dik l-annotazzjoni għall-isfigmomanometri u strumenti oħra tal-kejl li jintużaw fil-qasam tal-kura tas-saħħa kif ukoll f’oqsma professjonali u industrijali oħrajn, sabiex il-merkurju fi strumenti tal-kejl jitneħħa gradwalment kull meta jkun teknikament u ekonomikament vijabbli.

(7)

Abbażi tal-ammont konsiderevoli ta’ informazzjoni ġdida miġubra, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ reviżjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) u talbitha biex tħejji dossier li jikkonfoma mar-rekwiżiti tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skont l-Artikolu 69 ta’ dak ir-Regolament.

(8)

L-Aġenzija ħejjiet dossier fejn tipproponi li l-merkurju jiġi ristrett fl-istrumenti tal-kejl li ġejjin, użati f’applikazzjonijiet industrijali u professjonali (inkluża l-kura tas-saħħa): barometri, igrometri, manometri, sfigmomanometri, strain gauges użati mal-pletismografi, tensjometri, termometri u applikazzjonijiet termometriċi oħrajn mhux tal-elettriku li fihom il-merkurju, strumenti tal-kejl tal-merkurju għad-determinazzjoni tal-punt tat-trattib u piknometri tal-merkurju. Id-dossier juri li tinħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi indirizzat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent li joħloq l-użu tal-merkurju f’dawn l-istrumenti tal-kejl.

(9)

Issa saru disponibbli strumenti tal-kejl alternattivi mingħajr merkurju, li jippreżentaw riskji assoċjati ferm aktar baxxi mir-riskji għas-saħħa u l-ambjent maħluqa mill-istrumenti tal-kejl tal-merkurju.

(10)

Għall-istudji epidemjoloġiċi li jinsabu għaddejjin u li jużaw l-isfigmomanometri tal-merkurju, il-metodju tal-kejl ma għandux jinbidel, u għalhekk għandha tingħata deroga sakemm jitlestew dawn l-istudji. Għall-isfigmomanometri użati bħala standard ta’ referenza għall-validazzjoni ta’ strumenti ħielsa mill-merkurju, ma setax jiġi stabbilit iż-żmien meħtieġ biex jiġu żviluppati u rikonoxxuti, bħala standard ta’ referenza, l-alternattivi ħielsa mill-merkurju, u għalhekk id-deroga għal dawn l-istrumenti għandha tkun mingħajr limitu ta’ żmien.

(11)

Għal termometri maħsuba esklużivament biex iwettqu testijiet skont l-istandards li jirrikjedu l-użu ta’ termometri tal-merkurju, jinħtieġ perjodu ta’ żmien biex jiġu emendati dawk l-istandards, u għalhekk id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta’ ħames snin. Billi l-merkurju jinħtieġ bħala punt ta’ referenza fl-Iskala Internazzjonali tat-Temperatura tal-1990, għandha tingħata wkoll deroga, mingħajr limitu ta’ żmien, għaċ-ċelloli tal-merkurju għall-kejl tal-punt triplu li jintużaw għall-kalibrazzjoni ta’ termometri ta’ reżistenza tal-platinu.

(12)

Fil-każ tal-porożimetri, tal-elettrodi tal-merkurju użati fil-voltametrija u tas-sondi tal-merkurju użati biex jiddeterminaw il-kapaċitanza u l-vultaġġ, għad ma jeżistux alternattivi vijabbli, u għalhekk mhi proposta l-ebda restrizzjoni għal dawn l-istrumenti tal-kejl.

(13)

Għandha tingħata deroga biex ikunu permessi l-bejgħ u x-xiri ta’ strumenti tal-kejl abbażi tal-merkurju antiki u ta’ valur storiku, li jistgħu jitqiesu bħala antikitajiet jew oġġetti kulturali. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fl-annotazzjoni 18a tal-Anness XVII, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl li fihom il-merkurju maħsuba biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali, għajr termometri għad-deni, jekk ikollhom aktar minn 50 sena fit-3 ta’ Ottubru 2007. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom japplikaw l-istess determinanti ta’ età ħlief fir-rigward ta’ strumenti tal-kejl antiki użati fl-applikazzjonijiet industrijali u professjonali (inkluża l-kura tas-saħħa).

(14)

Għandha tingħata wkoll deroga għall-istrumenti tal-kejl li jidhru f’wirjiet għal finijiet kulturali u storiċi, inklużi dawk li kellhom anqas minn 50 sena fit-3 ta’ Ottubru 2007 iżda xorta waħda għandhom valur storiku u kulturali.

(15)

Fit-8 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni proposta, li qies bħala l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f’termini tal-effikaċja fit-tnaqqis tar-riskji.

(16)

Fil-15 ta’ Settembru 2011 il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni proposta, li qies bħala l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f’termini tal-proporzjonalità tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħha mal-ispejjeż soċjoekonomiċi tagħha.

(17)

L-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni l-opinjonijiet tal-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u għall-Analiżi Soċjoekonomika.

(18)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(19)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(20)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-10 ta’ April 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  COM(2005) 20 finali.

(3)  COM(2010) 723 finali.

(4)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2011“Reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja dwar il-Merkurju”, tal-4 ta’ Diċembru 2008“Nindirizzaw l-isfidi globali tal-merkurju” u tal-24 ta’ Ġunju 2005“Dwar l-Istrateġija Komunitarja Dwar il-Merkurju”.


ANNESS

Fl-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 l-annotazzjoni 18a hi emendata kif ġej:

(1)

il-paragrafu 4 qed jitħassar;

(2)

qed jiżdiedu l-paragrafi 5 sa 8 li ġejjin:

 

“5.

L-istrumenti tal-kejl li ġejjin, li fihom il-merkurju u huma maħsuba għal użi industrijali u professjonali ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq wara l-10 ta’ April 2014:

(a)

barometri;

(b)

igrometri;

(c)

manometri;

(d)

sfigmomanometri;

(e)

strain gauges biex jintużaw mal-pletismografi;

(f)

tensjometri;

(g)

termometri u applikazzjonijiet termometriċi mhux tal-elettriku oħrajn.

Ir-restrizzjoni għandha tapplika wkoll għal strumenti tal-kejl fil-punti (a) sa (g) li jitqiegħdu fis-suq vojta jekk ikunu maħsuba biex jimtlew bil-merkurju.

6.

Ir-restrizzjoni fil-paragrafu 5 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

sfigmomanometri li jridu jintużaw:

(i)

fi studji epidemjoloġiċi li jkunu għaddejjin fl-10 ta’ Ottubru 2012

(ii)

bħala standards ta’ referenza fi studji ta’ validazzjoni klinika ta’ sfigmomanometri ħielsa mill-merkurju;

(b)

termometri maħsuba esklużivament għat-twettiq ta’ testijiet skont l-istandards li jirrikjedu l-użu ta’ termometri tal-merkurju sal-10 ta’ Ottubru 2017;

(c)

ċelloli tal-merkurju għall-kejl tal-punt triplu li jintużaw għall-kalibrazzjoni ta’ termometri ta’ reżistenza tal-platinu.

7.

L-istrumenti tal-kejl li ġejjin, li jużaw il-merkurju u huma maħsuba għal użi professjonali u industrijali ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq wara l-10 ta’ April 2014:

(a)

piknometri tal-merkurju;

(b)

strumenti tal-kejl tal-merkurju għad-determinazzjoni tal-punt tat-trattib.

8.

Ir-restrizzjonijiet fil-paragrafi 5 u 7 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

strumenti tal-kejl li fit-3 ta’ Ottubru 2007 ikollhom aktar minn 50 sena;

(b)

strumenti tal-kejl li jridu jidhru f’wirjiet pubbliċi għal finijiet kulturali u storiċi.”


20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 848/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-komposti tal-fenilmerkurju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li-kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Strateġija Komunitarja li Tirrigwarda l-Merkurju (2) il-Kummissjoni enfasizzat li hemm bżonn li jitnaqqsu l-livelli tal-merkurju fl-ambjent u l-esponiment tal-bniedem għall-merkurju u bħala għanijiet ipproponiet, fost l-oħrajn, it-tnaqqis fid-dħul fiċ-ċirkolazzjoni tal-merkurju fis-soċjetà, permezz ta’ tnaqqis fil-provvista u d-domanda, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-merkurju u l-ħarsien mill-emissjonijiet tal-merkurju. Dik il-Komunikazzjoni ġiet riveduta fl-2010 (3).

(2)

Il-Kunisll afferma diversi drabi l-impenn tiegħu lejn l-għan ġenerali tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mir-rilaxx tal-merkurju u l-komposti tiegħu bit-tnaqqis, u fejn ikun fattibbli, eventwalment bl-eliminazzjoni tar-rilaxxi globali antropoġeniċi tal-merkurju fl-arja, l-ilma u r-raba’. F’dan il-kuntest, il-Kunsill enfasizza li, fejn jeżistu alternattivi vijabbli, il-prodotti li jkun fihom il-merkurju għandhom jitneħħew minnufih u kompletament, bl-għan aħħari li l-prodotti kollha li jkun fihom il-merkurju jitneħħew, b’kunsiderazzjoni xierqa għaċ-ċirkostanzi tekniċi u ekonomiċi u l-ħtieġa għal riċerka u żviluppi xjentifiċi. (4).

(3)

Il-merkurju u l-komposti tiegħu huma tossiċi ħafna għall-bniedem, l-ekosistemi u l-organiżmi selvaġġi. Dożi għoljin tiegħu jistgħu jkunu fatali għall-bniedem, iżda anki dożi relattivament baxxi jista’ jkollhom impatti negattivi serji fuq l-iżvilupp newroloġiku u kienu marbuta wkoll ma’ effetti negattivi potenzjali fuq is-sistema kardjovaskulari, immunoloġika u riproduttiva. Il-merkurju huwa kkunsidrat bħala sustanza niġġiesa organika persistenti globalment, li tiċċirkola bejn l-arja, l-ilmijiet, is-sedimenti, il-ħamrija u l-bijota f’diversi forom u li tista’ tinbidel fl-ambjent f’metilmerkurju, l-iktar forma tossika tagħha.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li jekk Stat Membru jqis li l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza waħedha, f’taħlita jew f’oġġett, jistgħu jkunu ta’ periklu mhux ikkontrollat adegwatement għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u hemm bżonn li dan jiġi indirizzat, l-Istat Membru għandu jħejji fajl wara li jinforma lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) bl-intenzjoni tiegħu.

(5)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2008 tal-14 ta’ Marzu 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE (5), ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(6)

In-Norveġja ħejjiet fajl dwar ħames komposti tal-fenilmerkurju, jiġifieri l-aċetat tal-fenilmerkurju, il-propjonat tal-fenilmerkurju, il-fenilmerkurju 2-etileżanoat, l-ottanoat tal-fenilmerkurju u n-neodekanoat tal-fenilmerkurju, li juri li hija meħtieġa azzjoni mifruxa fl-Unjoni kollha sabiex jiġi indirizzat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikkawżat mill-manifattura, l-użu u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk is-sustanzi, waħdehom, f’taħlitiet jew f’oġġetti. Dan il-fajl tressaq lill-Aġenzija biex jinbeda l-proċess ta’ restrizzjoni.

(7)

Huwa magħruf li l-ħames komposti tal-fenilmerkurju jintużaw, b’mod speċjali, bħala katalisti fis-sistemi tal-poliuretan li jintużaw għall-kisi, it-twaħħil, is-siġill u fl-applikazzjonijiet li jużaw l-elastomeri. Il-katalisti tal-merkurju jiġu inkorporati fl-istruttura polimera u jibqgħu fl-oġġett finali li minnu l-komposti tal-merkurju jew tal-fenilmerkurju ma jiġux rilaxxati intenzjonalment. Mhuwiex magħruf li komposti oħra tal-fenilmerkurju jintużaw bħala katalisti f’sistemi tal-poliuretan u għalhekk dawn ma kinux inklużi fil-valutazzjoni mwettqa fil-fajl.

(8)

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-komposti tal-fenilmerkurju jwasslu għal rilaxx sinifikanti fl-ambjent ta’ merkurju u dan iwassal għal żieda fl-emissjonijiet globali ta’ merkurju. B’mod partikolari, il-komposti tal-fenilmerkurju jiddegradaw fl-ambjent u jagħtu prodotti mid-degradazzjoni, inkluż il-metilmerkurju, li huma ta’ tħassib daqs is-sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBTs). L-interkonverżjoni tal-metaboliti tal-komposti tal-fenilmerkurju tagħti proprjetajiet ta’ trasportazzjoni fit-tul. Għalhekk, billi jkunu qed jiġu ġġenerati prodotti mit-trasformazzjoni/id-degradazzjoni li huma ta’ natura persistenti, bijoakkumulattiva u tossika, il-komposti tal-fenilmerkurju stess għandhom jiġu trattati bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi fir-rigward tal-kontroll tal-emissjonijiet u l-esponiment. Għal dan il-għan, l-esponiment tal-bniedem u l-ambjent u l-emissjonijiet li jaffettwawhom, għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun.

(9)

L-esponiment prinċipali tal-bniedem permezz tal-ambjent jista’ jkun mill-ikel, fejn jista’ jkun hemm prodotti mid-degradazzjoni tal-komposti tal-fenilmerkurju, inkluż il-metilmerkurju. Il-konċentrazzjoni bijoloġika tal-metilmerkurju tiżdied speċjalment fil-katina alimentari akkwatika, u minħabba f’dan il-popolazzjoni umana u l-organiżmi selvaġġi li għandhom dieta rikka fil-ħut u l-frott tal-baħar isiru partikolarment vulnerabbli. Il-metilmerkurju jgħaddi faċilment kemm mill-plaċenta u kemm mill-partizzjoni bejn id-demm u l-moħħ, u jwaqqaf l-iżvilupp mentali potenzjali anki qabel it-twelid, u b’hekk u b’hekk l-esponiment tan-nisa li jista’ jkollhom it-tfal u t-tfal stess huwa ta’ tħassib kbir.

(10)

Fl-10 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija (RAC) adotta l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni proposta, filwaqt li qies l-effikaċja tagħha fit-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Barra minn hekk, l-RAC identifika li komposti oħra tal-organumerkurju jistgħu jintużaw bħala katalisti fil-produzzjoni tal-polimeri. Madankollu, dawn is-sustanzi ma kinux inklużi fil-valutazzjoni mwettqa fil-fajl.

(11)

Fil-15 ta’ Settembru 2011, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni proposta, filwaqt li qies l-effikaċja tagħha fl-indirizzar tar-riskji identifikati fir-rigward tal-proporzjonalità tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħha meta mqabblin mal-ispejjeż soċjoekonomiċi.

(12)

L-Aġenzija ppreżentat l-opinjonijiet tal-Kumitati għall-Valutazzjoni tar-Riskju u għall-Analiżi Soċjekonomika lill-Kummissjoni.

(13)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-10 ta’ Ottubru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  COM(2005) 20 finali.

(3)  COM(2010) 723 finali.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2011“Reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja fir-rigward tal-Merkurju”, tal-4 ta’ Diċembru 2008“Nindirizzaw l-isfidi globali tal-merkurju” u tal-24 ta’ Ġunju 2005“Dwar l-Istrateġija Komunitarja fir-rigward tal-Merkurju”.

(5)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 11.


ANNESS

Fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiddaħħal l-annotazzjoni 62 li ġejja:

“62.

(a)

Aċetat tal-fenilmerkurju

 

Nru KE: 200-532-5

 

Nru tal-CAS: 62-38-4

(b)

Propjonat tal-fenilmerkurju

 

Nru KE: 203-094-3

 

Nru tal-CAS: 103-27-5

(c)

Fenilmerkurju 2-etileżanoat

 

Nru KE: 236-326-7

 

Nru tal-CAS: 13302-00-6

(d)

Ottanoat tal-fenilmerkurju

 

Nru KE: -

 

Nru tal-CAS: 13864-38-5

(e)

Neodekanoat tal-fenilmerkurju

 

Nru KE: 247-783-7

 

Nru tal-CAS: 26545-49-3

1.

Ma għandhomx jiġu manifatturati, jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet wara l-10 ta’ Ottubru 2017 jekk il-konċentrazzjoni tal-merkurju fit-taħlitiet tkun ekwivalenti għal 0,01 % bil-piż jew akbar minn hekk.

2.

L-oġġetti jew kwalunkwe parti ta’ oġġett li jkun fihom waħda minn dawn is-sustanzi ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq wara l-10 ta’ Ottubru 2017 jekk il-konċentrazzjoni tal-merkurju fl-oġġetti jew kwalunkwe parti minnhom tkun ekwivalenti għal 0,01 % bil-piż jew akbar minn hekk.”


20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 849/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd u Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd u l-ispeċijiet porċini minuri kollha (miftuma), li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fil-każ ta’ ħnienes miftuma permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1117/2010 (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2012 (3) li taħt il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina stabbiliti fl-Anness ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni tal-ispeċijiet fil-mira. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali kif speċifikat f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 3.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(5):2670.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut niedi ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri żootekniċi)

4d 3

Vetagro SpA

Preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, it-timol u l-vanillina

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ żibeċ żgħar ħafna protetti li fihom l-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, it-timol u l-vanillina b’minimu ta’:

 

Aċidu ċitriku: 25 g/100 g

 

Aċidu sorbiku: 16,7 g/100 g

 

Timol: 1,7 g/100 g

 

Vanillina: 1 g/100 g

 

Karatterisitiċi tas-sustanzi attivi

 

Aċidu ċitriku C6H8O7 (purità ≥ 99,5 %)

2-idrossi-1,2,3-aċidu propanetrikarbossliku, numru tal-CAS 77-92-9 anidrus

 

Aċidu sorbiku C6H8O2 (purità ≥ 99,5 %)

2,4-aċidu essaadijenojku, numru tal-CAS 110-44-1

 

Timol (purità ≥ 98 %)

5-metil-2-(1-metiletil)fenol, numru tal-CAS 89-83-8)

 

Vanillina (purità ≥ 99,5 %)

4-idrossi-3-metossibenżaldeid, in-numru tal-CAS 121-33-5)

 

Metodi analitiċi  (1)

Determinazzjoni tal-aċidu sorbiku u timol fl-għalf: Metodu tal-kromatografijalikwida ta’ prestazzjoni għolja tal-fażi maqluba b’tagħmir ta’ detenzjoni tar-raġġ ultravjola/dijod (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-addittiv jew il-pretaħlitiet: (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-għalf: Determinazzjoni enżimatika tal-kontenut ċitriku – il-metodu spettrometriku tal-NADH (forma mnaqqsa tan-nikotinamid adenina dinukleotid)

Tiġieġ għat-tismin u mrobbija għall-bajd

Speċijiet tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd

200

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġar

l-10 ta’ Ottubru 2022

Suidae miftuma

għajr Sus scrofa domesticus

1 000


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 850/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

57,9

XS

59,9

ZZ

58,9

0707 00 05

MK

23,6

TR

106,4

ZZ

65,0

0709 93 10

TR

113,9

ZZ

113,9

0805 50 10

AR

94,9

CL

89,9

UY

84,5

ZA

105,7

ZZ

93,8

0806 10 10

MK

65,0

TN

197,3

TR

122,2

ZZ

128,2

0808 10 80

AR

201,7

BR

89,7

CL

159,1

NZ

92,7

US

119,9

ZA

109,7

ZZ

128,8

0808 30 90

CN

68,2

TR

114,8

ZA

149,6

ZZ

110,9

0809 30

TR

148,3

ZZ

148,3

0809 40 05

IL

63,3

TR

107,6

XS

74,4

ZZ

81,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 851/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2012-31.12.2012

(f’%)

P1

09.4067

3,257358

P3

09.4069

0,376937


20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 852/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru tal-2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2012-31.12.2012

(%)

E2

09.4401

26,788977


20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 853/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2012-31.12.2012

(f’%)

1

09.4410

0,30601

2

09.4411

0,338411

3

09.4412

0,333262

4

09.4420

0,432525

6

09.4422

0,437276


DEĊIŻJONIJIET

20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/19


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2012/19)

(2012/507/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Settembru 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (1), li tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li jipproteġu l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas.

(2)

B’mod partikolari, l-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 jeħtieġ li jitwessa’ sabiex ikun ikopri serje kurrenti u futuri ta’ karti tal-flus tal-euro, biex b’hekk jiġi żgurat illi l-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni huma ġenwini u f’kundizzjoni tajba u li l-karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz jiġu identifikati u mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal dan il-għan, għandhom isiru numru ta’ emendi tekniċi lill-annessi tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14.

(3)

L-istandards minimi għall-verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, kif stabbiliti f’Anness IIIa tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, jikkostitwixxu rekwiżiti li japplikaw għall-funzjonalitajiet tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Għalhekk huma ta’ interess biss għal manifatturi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u ma għandhom ebda impatt fuq il-proċeduri tal-verifika tal-awtentitċità u l-kundizzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/14, li magħha jridu jikkonformaw dawk li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Billi jinsabu barra l-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, l-istandards minimi għall-verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni għandhom jiġu integrati fir-regoli u l-proċeduri għall-ittestjar ta‘ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, għall-ġbir ta’ dejta u l-monitoraġġ..

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fir-rigward tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 huwa meħtieġ illi jittejbu uħud mir-regoli u l-proċeduri għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ effiċjenza.

(5)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċizjoni BĊE/2010/14 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

“13.

‘karti tal-flus tal-euro’ tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Deċiżjoni BĊE/2003/4 (*) jew kwalunkwe att legali li jibdel jew jikkumplimenta lil dik id-Deċiżjoni u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.;

(*)  ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16.”"

(2)

fl-Artiklu 3, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu minn kaxxiera biss jekk ikunu ġew ittestjati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq il-websajt tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw biss għad-denominazzjonijiet u s-serje ta’ karti tal-flus tal-euro elenkati fuq il-websajt tal-BĊE għall-magni korrispondenti, bil-programmazzjonijiet standard tal-fabbrika, inkluż kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ittestjati b’suċċess sakemm ma jiġux miftehma programmazzjonijet aktar stretti bejn il-BĊN u l-kaxxier.”;

(3)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li gej:

“Artikolu 6

Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

1.   Verifika tal-kundizzjoni b’mod manwali għandha titwettaq skont l-istandards minimi stabbiliti f’Anness III.

2.   Verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata għandha titwettaq minn magna li timmaniġġja l-karti tal-flus skont l-istandards minimi li huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE u emendati minn żmien għal żmien.

3.   BĊN jista’, wara li jkun informa l-BĊE, jistipula standards aktar stretti għal denominazzjoni jew serje ta’ karti tal-flus tal-euro waħda jew aktar jekk dan huwa ġġustifikat, pereżempju min deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istat Membru tiegħu. Dawn l-istandards aktar stretti għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ dak il-BĊN.

4.   Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN filwaqt li jitqiesu r-regolamenti nazzjonali.”;

(4)

fl-Artiklu 8, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-kaxxiera għandhom ikunu informati mill-Eurosistema b’theddid ta’ foloz fejn xieraq u jistgħu jkunu mitluba li jieħdu azzjoni mill-Eurosistema, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkolazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tas-serje tal-karti tal-flus tal-euro kkonċernata(i).”;

(5)

fl-Artiklu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus hija ttestjata b’eżitu pożittiv, ir-riżultati tat-test għandhom ikunu validi maż-żona tal-euro kollha għal sena mill-aħħar tax-xahar li fih ikun twettaq it-test, sakemm hija tibqa’ kapaċi tagħraf il-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin lill-Eurosistemas matul dan il-perjodu.”;

(6)

fl-Artiklu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn BĊN jagħraf non-konformità minn kaxxier mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, huwa għandu jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi mill-kaxxier fi żmien speċifikat. Sakemm tiġi rrettifikata n-non-konformità, il-BĊN li jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-kaxxier milli jirriċirkola d-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus tal-eur tas-serje kkonċernata. Jekk in-non-konformità hija dovuta għal nuqqas tat-tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(2).”;

(7)

L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li gej:

“Artikolu 13

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kaxxiera ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikawha sa mid-data tal-adozzjoni tal-euro.”;

(8)

L-Annessi I, IIa, IIb, IIIa, IIIb u IV huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Settembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, Iia, Iib, IIIa, IIIb u IV tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS

1.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1.

Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifka l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara fiżikament il-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers dedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.

1.2.

Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li huma kapaċi jidentifikaw foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti standards anqas restrittivi għall-issortjar skont il-kundizzjoni, jekk dan ikun il-każ.

2.   Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew magni mħaddmin mill-persunal:

Tabella 1

Magni mħaddmin mill-klijent

A.   Magni mħaddmin mill-klijent fejn il-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent.

1.

Cash-in machines (CIMs)

Is-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jagħtu l-flus. Is-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakoltattivi.

2.

Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs)

Is-CRMs jippermettu lill-klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, is-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti

3.

Cash-in machines ikkombinati (CCMs)

Is-CCMs jippermettu lil klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakoltattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti imma karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament biss

B.   Magni oħrajn imħaddmin mill-klijent

4.

Magni cash-out (COM))

Is-COMs huma magni li jagħtu l-flus kontanti li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jagħtuhom lill-klijenti. Is-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro mgħobbija fihom mill-kaxxiera jew minn sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni tal-bejgħ)

CRM tista’ tintuża bħala CIM jew CCM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CRM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE.

CCM tista’ tintuża bħala CIM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CCM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE.

Tabella 2

Magni mħaddmin mill-persunal

1.

Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs)

Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni

2.

Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs)

Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità

3.

Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs)

It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-kaxxiera li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini li jkunu ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, huma jżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-kaxxiera biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti

4.

Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs)

It-TAMs huma magni mħaddmin minn kaxxiera li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-kaxxierabiex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti

Magni mħaddmin mill-persunal għandhom jipproċessaw il-karti tal-flus f’pakketti.

TARMs u TAMs jistgħu jintużaw bħala magni mħaddmin mill-klijent jekk it-tip ta’ magna tkun ġiet ittestjata u elenkata fuq il-websajt tal-BĊE bħala CRM jew CIM/CCM rispettivament. F’dan il-każ, TARM għandha titqies bħala CRM u TAM għandha titqies bħala CIM/CCM.

3.   Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

L-Eurosistema tittestja tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin permezz tas-sistemi speċifiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.”;

2.

L-Anness IIa jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IIa

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma separati fiżikament skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx l-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b.

Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwija kbar jew parti(jiet) nieqsa

żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Għoti lura mill-magna lill-klijent

2.

Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-BĊN minnufih sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro jkunu ġew identifikati mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-BĊN. Alternattivament, bi ftehim mal-BĊN, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dak il-BĊN flimkien mal-karti tal-flus tal-euro.

Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont.

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 1:

1.

Il-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klient minn magna jekk il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra tranżazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.

2.

I l-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 3 m’għandhomx jiġu separati fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 4b. F’dan il-każ it-terminu ta’ żmien biex it-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 3 u 4b tiġi mgħoddija lill-BĊN u r–rekwiżiti għar-rintraċċar tal-klijent tal-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 kif speċifikat għal kategorija 3 xorta japplikaw.

Tabella 2

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni oħrajn imħaddmin mill-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin

żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

2.

Karti tal-flus tal-euro sssuspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata.

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Għandhom jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont jekk disponibbli,

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikata mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro mhumiex f’kundizzjoni tajba.

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u mogħtija minnufih lill-BĊN għall-awtentikazzjoni, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li jiġu ddepożitati fil-magna

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jitqassmu lill-klijenti

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti u jingħataw lura lill-BĊN

Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 2:

1.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ma jistgħux jinfirdu fiżikament. Meta jkunu mħalltin, it-tliet kategoriji kollha għandhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2. Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ikunu jistgħu jinfirdu fuq magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk ikun qabel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, huma għandhom jiġu ttrattati skont Tabella 2.

2.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 ma jistgħux jinfirdu fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dan il-każ it-terminu ta’ żmien biex it-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 3 u 4b tiġi mgħoddija lill-BĊN kif speċifikat għal kategorija 3 xorta japplika.”;

3.

L-Anness IIb jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IIb

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda mill-kategoriji stabiliti f’Tabella 1. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b għandhom jinfirdu fizikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b.

Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin

żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Jingħataw lura lill-operatur mill-magna għall-iktar valutazzjoni u trattament.

Wara valutazzjoni viżiva minn membru tal-persunal dawn jistgħu jingħataw lura mill-kaxxier lill-klijent.

2.

Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata.

Jingħataw lura lill-operatur mill-magna lill-operatur għal iktar valutazzjoni u trattament.

Dawn jiġu pproċessati separatament u jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni finali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-ipproċessar mill-magna.

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba.

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u għandhom jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont.

Regola speċifika fir-rigward ta’ Tabella 1:

Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 jistgħu jinfirdu fiżikament mill-magna nnifisha jew minn magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk jaqbel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 jistgħu jingħataw lill-BĊN flimkien ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dak il-każ, it-terminu ta’ żmien il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2 tiġi mgħoddija lill- awtorità nazzjonali kompetenti u t-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 u 4b lill-BĊN xorta japplika kif speċifikat fit-tabella.

Regoli speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni u l-issortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal

1.

Il-BPMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 f’ output stacker wieħed jew aktar u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’ żewġ output stackers separati kif stabbilit f’Anness IIb, li għalih huwma meħtieġa tal-anqas tliet output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

2.

Il-BPMs b’żewġ output stackers iddedikati biss jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw il-karti tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-verifiki tal-awtentiċità u l-kundizzjoni jsiru fl-istess proċess. F’dan il-proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju wieħed, filwaqt li karti tal-flus tal-kategoriji l-oħra għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju separat li ma jkollux kuntatt fiżiku ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a.

(b)

Jekk karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 tiġi identifikata bħala preżenti fit-tieni output stacker, l-operatur għandu jerġa’ jgħaddi l-karta/i tal-flus tal-euro mit-tieni output stacker. F’dan it-tieni proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 jew 3 għandhom jinfirdu mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b billi tal-ewwel jiġu ssortjati f’output stacker iddedikat u ttrattati kif speċifikat fit-tabella hawn fuq. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.

3.

Il-BAMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stacker wieħed u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’output stacker ieħor, fejn ikunu meħtieġa mill-inqas żewġ output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

4.

Il-BAMs b’output stacker wieħed iddedikat jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw karta tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Kull darba li tiġi pproċessata karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3, il-magna għandha twaqqaf l-ipproċessar minnufih u żżomm dik il-karta tal-flus tal-euro f’pożizzjoni li tevita kull kuntatt fiżiku mal-karti tal-flus tal-euro awtentikati.

(b)

Ir-riżultat tal-verifika tal-awtentiċità għandu jiġi indikat għal kull karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3fuq display. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.

(c)

Il-magna għandha tivverifika l-preżenza ta’ karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 meta tieqaf tipproċessa, u l-ipproċessar jista’ jkompli biss wara t-tneħħija fiżika tal-karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 mill-operatur.

(d)

Għal kull waqfa fil-modalità tal-ipproċessar mhux iktar minn karta tal-flus tal-euro waħda ta’ kategorija 1, 2 jew 3 għandha tkun aċċessibbli għall-operatur.”;

4.

Anness IIIa huwa mħassar, Anness IIIb huwa rrenumerat bħala Anness III;

5.

Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

ANNESS IV

ĠBIR TA’ DEJTA MILL-KAXXIERA

1.   Għanijiet

L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta huma biex il-BĊNi u l-BĊE jkunu jistgħu jimmoniterjaw l-attivitajiet rilevanti tal-kaxxiera u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.

2.   Prinċipji ġenerali

2.1.

Dejta fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tiġi rrapportata biss meta l-magni jintużaw biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

2.2.

Il-kaxxiera jipprovdu regolarment il-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:

informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati bħal fergħat tal-uffiċini, u

informazzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti.

2.3.

Barra minn dan, il-kaxxiera li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u magni li jagħtu l-flus kontanti jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru b’dan li ġej:

informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet tal-flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti,

informazzjoni dwar fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment.

3.   Tip ta’ dejta u ħtiġijiet ta’ rapportar

3.1.

Skont in-natura tagħha, id-dejta miġbura tinqasam f’dejta ewlenija u dejta operattiva.

Dejta ewlenija

3.2.

Dejta ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-kaxxiera individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus li qed jaħdmu; u (b) fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.3.

Dejta ewlenija tiġi pprovduta lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara. Għandha tiġi pprovduta d-dejta speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi Iż, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.

3.4.

BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal f’ fergħat tal-uffiċċji.

3.5.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tal-ħtiġijiet tar-rapportar magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus użati biss biex jiġu pproċessati karti tal-flus tal-euro mqassmin mill-kaxxiera jew li mhumiex użati għar-riċirkolazzjoni. BĊN jista’ jitlob lill-kaxxiera biex jindikaw is-CRMs u s-CCMs li jintużaw rispettivament bħala CCMs/CIMs jew CIMs.

3.6.

Id-dejta speċifikata dwar il-fergħat imbiegħda għandha tiġi fornuta fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti.

Dejta operattiva

3.7.

Dejta li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta‘ karti tal-flus tal-euro mill-kaxxiera hija kklassifikata bħala dejta operattiva.

3.8.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, mill-obbligu li jirrapportaw dejta operattiva jekk in-numru tal-karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jagħtu l-flus kontanti huwa inqas mil-limitu determinat mill-BĊN.

3.9.

Id-dejta tiġi fornita fuq bażi ta’ sitt xhur. Id-dejta tiġi rrappurtata lill-BĊN sa mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perijodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-dejta tista’ tiġi pprovduta permezz tal-galvu stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.

3.10.

Id-dejta tiġi fornita mill-kaxxiera li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk kaxxier ikun ta l-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil kaxxier ieħor, id-dejta tingħata mill-kaxxier innominat skont l-Artikolu 3(2).

3.11.

Id-dejta tiġi rrappurtata mill-kaxxiera bħala biċċiet (volum), aggregata fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Kategorizzazzjoni skont is-serje tal-karti tal-flus mhijiex meħtieġa. Għal fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-dejta operattiva tiġi rrappurtata separatament.

3.12.

BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal fergħat tal-uffiċini

3.13.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tal-ħtiġijieti tar-rapportar karti tal-flus tal-euro li huma pproċessati fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u mqassmin mill-kaxxiera.

3.14.

Kaxxiera li jkunu taw il-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil kaxxiera oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni ddettaljata lill-BĊN fuq din tal-aħħar, inkluż l-arranġamenti tal-għoti tax-xogħol.

3.15.

Għandha tiġi fornita dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti u jista’ jaqbel mal-kaxxiera biex jiġbru dejta iktar estensiva.

4.   Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni ta’ dejta

4.1.

Kemm id-dejta ewlenija u d-dejta operattiva jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

4.2.

Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ dejta miksubina taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din hija aggregata b’tali mod li l-ebda dejta ma tista’ jiġu attribwita lil entitajiet ta’ rapportar partikolari.

Appendiċi 1

GALVU TAR-RAPPORTAR

Dejta ewlenija

Din l-informazzjoni għandha tingħata lil:

[Isem tal-BĊN; dettalji għall-kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]

1.   Informazzjoni dwar il-kaxxier

Isem il-kaxxier:

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

ŻIP/kodiċi postali:

Belt:

Triq:

Tip ta’ kumpanija:

Istituzzjoni ta’ kreditu:

Bureau de change

Kumpanija cash in transit li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas

Kummerċjant (kummerċjant bl-imnut)

Casino

Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika)

Il-persuni tal-kuntatt:

Ismijiet:

Nri tat-telefon:

Numri tal-faks

Indirizzi tal-e-Mail:

Sieħeb mogħti x-xogħol (jekk rilevanti)

Isem:

Indirizz:

Żip/kodiċi postali/:

Belt

2.   Magni mħaddmin mill-klijent

Kategorija ta’ magna

Numru ta’ identifikazzjoni (*)

Manifattur (*)

Isem tal-magna (*)

Identifikazzjoni (*)

(sistema ta’ identifikazzjoni/verżjonijiet tas-software)

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

CIMs

 

 

 

 

 

CRMs

 

 

 

 

 

CCMs

 

 

 

 

 

COMs

 

 

 

 

 

3.   Magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija ta’ magna

Numru ta’ identifikazzjoni (**)

Manifattur (**)

Isem tal-magna (**)

Identifikazzjoni (**)

(sistema ta’ identifikazzjoni/verżjonijiet tas-software)

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

BPMs

 

 

 

 

 

BAMs

 

 

 

 

 

TARMs

 

 

 

 

 

TAMs

 

 

 

 

 

4.   Magni li jagħtu l-flus

 

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

ATMs

 

SCoTs

 

Oħrajn

 

Appendiċi 2

GALVU TAR-RAPPORTAR

Dejta operattiva

1.   Informazzjoni dwar il-kaxxier

Isem il-kaxxier

 

Perijodu ta’ rapportar

 

2.   Dejta

Jekk jogħġbok agħti dejta aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN – bl-esklużjoni ta’ fergħat imbiegħda.

 

Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati (1)

Li minnhom ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba (1)

Li minnhom irriċirkulati (2)

EUR 5

 

 

 

EUR 10

 

 

 

EUR 20

 

 

 

EUR 50

 

 

 

EUR 100

 

 

 

EUR 200

 

 

 

EUR 500

 

 

 


Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jagħtu l-flus kontanti

 

Jekk BĊN japplika l-eċċezzjoni għall-fergħat imbiegħda stabbilita fl-Artikolu 7, din id-dejta hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsultaw lill-BĊNi tagħhom biex jiżguraw ruħhom dwar jekk din id-dejta għandhiex tkun irrapportata.

Appendiċi 3

FERGĦAT IMBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

Din l-informazzjoni hija pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).

1.   Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu

 

Perijodu ta’ rapportar

 


2.   Dejta

Isem il-fergħa mbiegħda

Indirizz

Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus

 

 

 


(*)  Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE.

(**)  Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE.

(1)  Din il-partita tkopri kemm magni mħaddmin mill-persunal kif ukoll dawk imħaddmin mill-klijenti.

(2)  Huma esklużi karti tal-flus tal-euro li jintbagħtu lura lill-BĊNi, u karti tal-flus tal-euro riċirkolati mill-kaxxiera, jekk il-BĊN jiddeċiedi hekk.


Rettifika

20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/32


Rettifika għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/435/UE tad-19 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190 tal-21 ta’ Lulju 2011 )

F’paġna 74, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1:

minflok:

“L-iskema volontarja msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED”, li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent parzjali lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Mejju 2011, turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17(3)a, 17(3)b, 17(3)c, 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE, u fl-Artikolu 7b(3)a, 7b(3)b, 7b(3)c, 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE.”,

aqra:

“L-iskema volontarja msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED”, li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Mejju 2011, turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17(3)a, 17(3)b, 17(3)c, 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikolu 7b(3)a, 7b(3)b, 7b(3)c, 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE.”.