ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.234.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2012/491/UE |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tiġi maħtura mill-Ġermanja u jikkoreġi l-Artikolu 59(7) tiegħu ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
31.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Lulju 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP
(2012/491/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), ġie emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u ġie emendat għat-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”). It-tieni emenda ġiet applikata provviżorjament mill-31 ta' Ottubru 2010. |
(2) |
L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri AKP-UE bis-setgħa li jieħu deċiżjonijiet b’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. |
(3) |
B’konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness 1b għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jista’, f’isem il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, jassenja mill-ġdid xi fondi bejn l-allokazzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Anness, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar taħt waħda minn dawn l-allokazzjonijiet. |
(4) |
Il-bilanċ tal-fondi disponibbli bħala parti mill-pakkett tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP mhux biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar li rriżultaw mir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu. Huwa meħtieġ li, mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ, EUR 195 miljun jiġu ttrasferiti għall-pakkett maħsub għall-koperazzjoni Intra-AKP sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati azzjonijiet ibbażati fuq il-prijoritajiet eżistenti kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati tal-AKP, inkluża rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika li tammonta għal EUR 100 miljun. |
(5) |
L-Unjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għall-benefiċċju tal-allokazzjoni maħsuba għall-koperazzjoni Intra-AKP, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-kooperazzjoni Intra-AKP għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Bidliet formali u minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mingħajr il-bżonn li tiġi emendata din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta' sigurtà madwar l-Afrika, EUR 100 miljun mir-riallokazzjoni finanzjarja ta’ EUR 195 miljun, għandhom jiġu rriservati għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 35 p. 399–404.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 35 p. 3-379.
(3) Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f' Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 33–70).
(4) Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
ta' …
dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u emendat għat-tieni darba f’Ouagadougo fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u partikolarment il-paragrafu 6 tal-Anness Ib ta' tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-fondi li baqa’ mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) Intra-AKP mhumiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar li rriżultaw mir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu Intra-AKP tal-10 FEŻ. |
(2) |
Sabiex tkun tista' tkompli tipprovdi rispons rapidu u effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta’ kunflitti vjolenti fl-Afrika, hemm bżonn ta' rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika. |
(3) |
Sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-UE u l-AKP, l-ammont meħtieġ mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għandu jiġi ttrasferit għall-pakkett maħsub għall-koperazzjoni Intra-AKP. |
(4) |
Huwa xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta din id-deċiżjoni mingħajr dewmien, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Koperazzjoni Intra-AKP
Ammont ta’ EUR 195 miljun għandu jiġi ttrasferit mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għall-pakkett maħsub għall-kooperazzjoni Intra-AKP, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 11, 28, 29 u 30 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.
Artikolu 2
Talba għall-finanzjament
B'konformità mal-Artikolu 12b(a) tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jitlob lill-Kummissjoni tiffinanzja l-attivitajiet proposti mill-UE u mill-Grupp ta' Stati tal-AKP, rispettivament, u b’mod partikulari biex tipprovdi finanzjament addizzjonali għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika ta' EUR 100 miljun, sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta' sigurtà madwar l-Afrika.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 35 p. 3–379.
(2) Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f' Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 33–70).
(3) Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
REGOLAMENTI
31.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 784/2012
tat-30 ta’ Awwissu 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tiġi maħtura mill-Ġermanja u jikkoreġi l-Artikolu 59(7) tiegħu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3d(3) u 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2), jippermetti lill-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta kif provdut fl-Artikolu 26(1) u (2) biex jaħtru l-pjattaforma tal-irkant tagħhom għall-irkantar tas-sehem tagħhom tal-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-ħatra ta’ pjattaformi tal-irkant bħal dawn hija soġġetta għall-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata fl-Anness III, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 30(5) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li ma tipparteċipax fl-azzjoni konġunta kif provdut fl-Artikolu 26(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, u li taħtar pjattaforma tal-irkant tagħha. |
(3) |
Fid-9 ta’ Marzu 2012, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li taħtar European Energy Exchange (“EEX”) bħala pjattaforma tal-irkant kif jissemma fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. |
(4) |
Fit-22 ta’ Marzu 2012, il-Ġermanja ppreżentat in-notifika lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima. Barra minn hekk, il-Ġermanja pprovdiet aktar informazzjoni u kjarifika lill-Kummissjoni, li jissupplimentaw in-notifika skont dan. |
(5) |
Il-ħatra proposta ta’ EEX bħala pjattaforma tal-irkant kif jissemma fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 hija kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u hija f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(6) |
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma tal-irkant ma għandhiex twassal għal distorsjoni fil-kuntratt li jaħtarha biex tingrana, mhux debitament, il-kompetittività tal-attivitajiet l-oħra tagħha, partikolarment is-suq sekondarju li torganizza. Għalhekk, l-elenkar ta’ EEX bħala pjattaforma tal-irkant għandu jsir bil-kundizzjoni li EEX tipprovdi l-għażla għall-kandidati offerenti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti fl-irkanti mingħajr il-ħtieġa li jsiru membri ta’ jew parteċipanti fis-suq sekondarju organizzat minn EEX jew ta’ kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat minn EEX jew minn kwalunkwe parti terza. |
(7) |
Skont il-punt (h) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, meta tinħatar pjattaforma tal-irkant, l-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-limitu sa fejn miżuri adegwati huma pprovduti biex jirrikjedu li pjattaforma tal-irkant titrasferixxi l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli meħtieġa għat-twettiq tal-irkantijiet minn suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar u f’waqthom fi strateġija ta’ ħruġ li għandha tiġi riveduta mis-sorveljatur tal-irkant. EEX għandha tiżviluppa strateġija ta’ ħruġ bħal din u kemm jista’ jkun tikkunsidra l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant dwarha. |
(8) |
Pjattaforma tal-irkant hija meħtieġa sabiex tikseb l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant dwar il-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(6) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Madankollu, fejn is-sorveljatur tal-irkant ma jkunx ġie maħtur qabel il-bidu tal-irkant konċernat, il-pjattaforma tal-irkant għandha titħalla tipproċedi mingħajr ma tkun kisbet l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Barra minn hekk, ċerti referenzi fl-Artikolu 59(7) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandhom jiġu kkoreġuti. |
(11) |
Sabiex ikunu żgurati rkanti prevedibbli u f’waqthom mill-pjattaforma tal-irkant li għandha tinħatar mill-Ġermanja, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1031/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 7, il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej: “7. Qabel jibda rkant, il-pjattaforma tal-irkant għandha tiddetermina l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6, wara li tikkonsulta sorveljatur tal-irkant u tikseb l-opinjoni tiegħu dwar dan u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 56. Bejn żewġ perjodi ta’ offerti fuq l-istess pjattaforma tal-irkant, il-pjattaforma tal-irkant konċernata tista’ timmodifika l-metodoloġija wara li tikkonsulta sorveljatur tal-irkant, tikseb l-opinjoni tiegħu dwar dan, u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 56. Fejn is-sorveljatur tal-irkant ma jkunx ġie maħtur mill-inqas xahar qabel il-bidu tal-irkant konċernat, il-pjattaforma tal-irkant tista’ tapplika l-metodoloġija intenzjonata mingħajr ma tkun kisbet l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant. Il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha kemm jista’ jkun tikkunsidra l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant.” |
(3) |
Fl-Artikolu 8, paragrafu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fejn is-sorveljatur tal-irkant ikun għadu ma ġiex maħtur mill-inqas xahar qabel il-bidu tal-irkant konċernat, il-pjattaforma tal-irkant tista’ tipproċedi bil-bidla fiż-żmien maħsuba.” |
(4) |
Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: “6. Is-sorveljatur tal-irkant għandu jipprovdi opinjonijiet skont l-Artikolu 7(7) u 8(3), u kif ipprovdut fl-Anness III. L-opinjonijiet għandhom jitwasslu fi żmien raġonevoli.” |
(5) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010
Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:
“7. Klijenti tal-offerenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jressqu kwalunkwe ilment li jista’ jkollhom fir-rigward tal-konformità mar-regoli ta’ twettiq ipprovduti fil-paragrafi 2 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 4 skont ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti għall-ġestjoni ta’ lmenti bħal dawn fl-Istat Membru fejn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 huma sorveljati.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, it-tabella għandha tinbidel b'dan li ġej:
“Pjattaformi tal-irkant maħtura mill-Ġermanja |
||
1 |
Pjattaforma tal-irkant |
European Energy Exchange AG (EEX) |
|
Terminu tal-ħatra |
Mill-1 ta’ Settembru 2012 l-aktar kmieni sa, tal-inqas, il-31 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 l-iktar tard, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5). |
|
Kundizzjonjiet |
L-ammissjoni fl-irkanti ma għandhiex tkun dipendenti fuq li wieħed isir membru ta’ jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat mill-EEX jew ta’ kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat mill-EEX jew minn kwalunkwe parti terza. |
|
Obbligi |
Fi żmien xahrejn mill-1 ta’ Settembru 2012, EEX għandha tissottometti l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha lill-Ġermanja biex issir konsultazzjoni tas-sorveljatur tal-irkant. Fi żmien xahrejn minn meta tasal l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant, EEX għandha tirrevedi l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha, filwaqt li kemm jista' jkun tikkunsidra dik l-opinjoni. Il-Ġermanja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet sostantivi f'relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti mal-EEX.” |
31.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 785/2012
tat-30 ta’ Awwissu 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
66,1 |
ZZ |
66,1 |
|
0707 00 05 |
MK |
43,1 |
TR |
95,4 |
|
ZZ |
69,3 |
|
0709 93 10 |
TR |
108,7 |
ZZ |
108,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
102,1 |
CL |
88,4 |
|
TR |
96,0 |
|
UY |
84,7 |
|
ZA |
93,5 |
|
ZZ |
92,9 |
|
0806 10 10 |
BA |
54,5 |
CL |
206,9 |
|
EG |
197,6 |
|
TR |
147,1 |
|
XS |
91,2 |
|
ZZ |
139,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
114,4 |
BR |
75,4 |
|
CL |
110,7 |
|
NZ |
127,0 |
|
US |
153,8 |
|
ZA |
101,0 |
|
ZZ |
113,7 |
|
0808 30 90 |
CN |
75,8 |
TR |
135,1 |
|
ZA |
103,8 |
|
ZZ |
104,9 |
|
0809 30 |
TR |
162,0 |
ZZ |
162,0 |
|
0809 40 05 |
BA |
60,8 |
HR |
73,9 |
|
IL |
73,7 |
|
MK |
67,5 |
|
ZZ |
69,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.