ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.231.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
28 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/488/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit bil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili u t-twaqqif tal-Bord ta’ Esperti li jeżamina l-kwistjonijiet fl-oqsma li jaqgħu fl-ambitu tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd taċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2012 tas-27 ta’ Awwissu 2012 dwar il-pagamenti bil-quddiem li għandhom isiru mis-16 ta’ Ottubru 2012 tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 777/2012 tas-27 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 778/2012 tas-27 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/489/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Belġju, tal-Awstrija, tal-Brażil, tal-Kolombja, tal-Kroazja u tan-Nikaragwa fir-rigward tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5860)  ( 1 )

13

 

 

2012/490/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali ( 1 )

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit bil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili u t-twaqqif tal-Bord ta’ Esperti li jeżamina l-kwistjonijiet fl-oqsma li jaqgħu fl-ambitu tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

(2012/488/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ April 2007 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta’ kummerċ ħieles mar-Repubblika tal-Korea f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

(2)

Fis-6 ta’ Ottubru 2010 ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”).

(3)

B’konformità mal-Artikolu 15.10(5) tal-Ftehim, il-Ftehim ġie applikat provviżorjament mill-1 ta’ Lulju 2011 suġġett għal li jiġi konkluż aktar tard.

(4)

L-Artikolu 13.13(1) tal-Ftehim jistipula li l-partijiet għandhom jaqblu b’deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) (“il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli”) dwar l-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 13.15(3) jipprevedi li titwaqqaf lista ta’ persuni li jistgħu jiġu msejħa biex iservu f’Bord ta’ Esperti biex jeżaminaw kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’ skont il-kapitolu TSD li ma tistax tiġi indirizzata b’mod sodisfaċenti permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-gvern.

(6)

L-Unjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tieħu dwar l-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili u l-lista ta’ persuni li jitsgħu jiġu msejħa biex iservu bħala esperti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea stabbilit bil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, dwar:

(a)

l-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili previst fl-Artikolu 13.13(1) tal-Ftehim u

(b)

it-twaqqif ta’ lista ta’ persuni kkwalifikati biex iservu bħala membri ta’ Bord, skont l-Artikolu 13.15(3) tal-Ftehim,

għandha tissejjes fuq l-abbożż tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI UE-KOREA

ta’

dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili kif meħtieġ bl-Artikolu 13.13 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2010 (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13.13 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13.13 tal-Ftehim jistipula li l-membri tal-Grupp(i) ta’ Konsultazzjoni Domestika minn kull Parti għandhom jiltaqgħu f’Forum tas-Soċjetà Ċivili.

(2)

L-għamla tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili għandha tkun b’mod li jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata tal-membri tal-Grupp(i) ta’ Konsultazzjoni Domestika.

(3)

Il-Partijiet għandhom jaqblu b’deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea dwar l-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli tal-operat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili, kif imfassla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan stabbiliti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi… nhar …

Għall-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea

Kopresidenza tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea tar-Repubblika tal-Korea

Kopresidenza tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea tal-Unjoni Ewropea

ANNESS

REGOLI TA’ OPERAT TAL-FORUM TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

Artikolu 1

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili se jkun magħmul minn 12-il membru tal-Grupp ta’ Konsultazzjoni Domestika tal-UE u 12-il membru tal-Grupp ta’ Konsultazzjoni Domestika tal-Korea maħtura mill-Gruppi ta’ Konsultazzjoni Domestika nfushom. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn konsulenti esperti. Ir-rappreżentanti tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili minn kull Parti għandhom jinkludu tal-inqas tliet (3) rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tan-negozju, trejdjunjins u organizzazzjonijiet tal-ambjent mhux governattivi rispettivament.

Artikolu 2

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili għandu jkollu ko-presidenza mill-UE u mill-Korea. Il-ko-presidenzi se jkunu maħtura mill-Grupp ta’ Konsultazzjoni Domestika tal-UE u l-Grupp(i) ta’ Konsultazzjoni Domestika tal-Korea, rispettivament, fost il-parteċipanti tagħhom fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili.

Il-kopresidenzi se jfasslu l-aġenda tal-laqgħat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili, abbażi tat-talbiet mill-Gruppi ta’ Konsultazzjoni Domestika rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, l-aġenda għandha tinkludi dawn il-punti regolari li ġejjin:

(a)

Informazzjoni mill-Partijiet fuq l-implimentazzjoni tal-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli;

(b)

Rapporti tal-konsultazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 13.14 u dwar il-ħidma tal-Bord ta’ Esperti skont l-Artikolu 13.15.

Artikolu 3

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili għandu jiltaqa’ tal-inqas darba f’sena, alternattivament fi Brussell u Seoul, sakemm ma jsirx ftehim mod ieħor mill-Partijiet. Tista’ tissejjaħ laqgħa straordinarja fuq talba ta’ wieħed mill-Gruppi ta’ Konsultazzjoni Domestika.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI UE-KOREA

ta’

dwar it-twaqqif ta’ Bord ta’ Esperti kif imsemmi fl-Artikolu 13.15 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI UE-KOREA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2010 (“il-Partijiet” u “il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikolu 13.15 tiegħu,

Billi:

(1)

Parti tista’ titlob li jitlaqqa’ Bord ta’ Esperti biex jeżamina kwistjoni li ma tkunx ġiet indirizzata b’mod sodisfaċenti permezz tal-konsultazzjonijiet governattivi.

(2)

L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Esperti għandha tiġi monitorjata mill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea.

(3)

Il-Partijiet fasslu lista ta’ 18-il isem, kif speċifikat fl-Anness 2.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ esperti li jistgħu jservu bħala membri tal-bord għall-finijiet tal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u hemm qbil dwarha b’dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi adottata u għandu jsir rapport dwarha lill-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea.

Magħmul fi… nhar …

Għall-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea

Kopresidenza tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea tar-Repubblika tal-Korea

Kopresidenza tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea tal-Unjoni Ewropea

ANNESS

LISTA TA’ ESPERTI

Esperti proposti mill-Korea

 

Kee-whahn CHAH

 

Young Gil CHO

 

Weon Jung KIM

 

Suh-Yong CHUNG

 

Taek-Whan HAN

 

Won-Mog CHOI

Esperti proposti mill-UE

 

Eddy LAURIJSSEN

 

Jorge CARDONA

 

Karin LUKAS

 

Hélène RUIZ FABRI

 

Laurence BOISSON DE CHAZOURNES

 

Geert VAN CALSTER

Presidenti

 

Thomas P. PINANSKY

 

Nguyen Van TAI

 

Le HA THANH

 

Jill MURRAY

 

Ricardo MELÉNDEZ-ORTIZ

 

Nathalie BERNASCONI-OSTERWALDER


REGOLAMENTI

28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 775/2012

tat-23 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd taċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta' ħut ta' ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2012.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

19/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

Data

6.8.2012


28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 776/2012

tas-27 ta’ Awwissu 2012

dwar il-pagamenti bil-quddiem li għandhom isiru mis-16 ta’ Ottubru 2012 tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(4)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa previst li pagamenti skont skemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament għandhom isiru matul il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara. Madankollu, l-Artikolu 29(4)(a) ta’ dak ir-Regolament jippermetti lill-Kummissjoni biex tipprovdi għall-pagamenti bil-quddiem.

(2)

Fl-2012, kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli fl-Ewropa, b’nixfa estrema f’xi Stati Membri u xitwa iebsa ħafna u ħafna nżul ta’ xita f’oħrajn, ikkaġunaw ħsarat serji lill-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u għalf. B’riżultat ta’ dan, il-bdiewa kellhom jaffrontaw diffikultajiet finanzjarji enormi, b’mod partikolari l-produtturi tal-bhejjem. Dawn id-diffikultajiet ikomplu jiżdiedu bl-effetti tal-kriżi finanzjarja li għaddejja bħalissa li wasslet sabiex diversi bdiewa kellhom jaffrontaw problemi serji ta’ likwidità. Sabiex il-bdiewa jkunu megħjuna jtaffu dawn id-diffikultajiet, ikun xieraq li dawn ikunu jistgħu jirċievu pagamenti bil-quddiem sa 50 % tal-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fir-rigward tal-pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella previsti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati wkoll li jżidu l-pagamenti bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (2), sa 80 % tal-pagament.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-pagamenti bil-quddiem jitqiesu mas-sena tal-baġit 2013, dawn għandhom isiru mis-16 ta’ Ottubru 2012. Il-verifika meħtieġa dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha ssir xorta waħda qabel il-ħlas tal-pagamenti bil-quddiem, fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ottubru 2012, l-Istati Membri jistgħu jħallsu pagamenti bil-quddiem lill-bdiewa sa 50 % tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-applikazzjonijiet li saru fl-2012 sakemm tkun tlestiet il-verifika dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Fir-rigward tal-pagamenti taċ-ċanga u l-vitella previsti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex iżidu sa 80 % l-ammont imsemmi fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.


28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 777/2012

tas-27 ta’ Awwissu 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 827/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-3, l-10 u l-20 ta' Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1521 (2003) dwar il-Liberja ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta’ mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jitneħħew:

(1)

‘Leonid Yukhimovich Minin (alias (a) Blavstein, (b) Blyuvshtein, (c) Blyafshtein, (d) Bluvshtein, (e) Blyufshtein, (f) Vladamir Abramovich Kerler (g) Vladimir Abramovich Kerler, (h) Vladimir Abramovich Popilo-Veski (i) Vladimir Abramovich Popiloveski, (j) Vladimir Abramovich Popela, (k) Vladimir Abramovich Popelo, (l) Wulf Breslan, (m) Igor Osols). Data tat-twelid: (a) 14.12.1947, (b) 18.10.1946. Post tat-twelid: Odessa, USSR (issa l-Ukraina). Nazzjonalità: Israeljana. Passaporti Ġermaniżi foloz (isem: Minin): (a) 5280007248D, (b) 18106739D. Passaporti Iżraeljani: (a) 6019832 (validu mis-6.11.1994 sal-5.11.1999), (b) 9001689 (validu mit-23.1.1997 sat-22.1.2002), (c) 90109052 (maħruġ fis-26.11.1997). Passaport Russu: KI0861177; Passaport Bolivjan: 65118; Passaport Grieg: l-ebda dettalji. Tagħrif ieħor: sid ta’ Exotic Tropical Timber Enterprises.’

(2)

‘Valeriy Naydo (alias Valerii Naido). Indirizz: c/o CET Aviation, P.O. Box 932-20C, Ajman, United Arab Emirates. Data tat-twelid: 10.8.1957. Nazzjonalità: Ukraina. Numru tal-passaport: (a) AC251295 (Ukraina), (b) KC024178 (Ukraina). Tagħrif ieħor: (a) pilota, (b) wieħed mid-diretturi ta' Air Pass (Pietersburg Aviation Services and Systems), (c) Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' CET Aviation.’

(3)

‘Edwin M., Snowe jr. Indirizz: Elwa Road, Monrovia, il-Liberja. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, il-Liberja. Nazzjonalità: Liberjana. Nru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passaport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-7.8.2008 u s-6.7.2010). Tagħrif ieħor: Rappreżentant, Liberian House of Representatives. Direttur Eżekuttiv tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.’

(4)

‘Agnes Reeves Taylor (alias Agnes Reeves-Taylor). Data tat-twelid: 27.9.1965. Nazzjonalità: Liberjana. Tagħrif ieħor: eks-mara tal-eks-President Charles Taylor. Eks-Rappreżentant Permanenti tal-Liberja għall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali; Eks-Membru Anzjan tal-Gvern Liberjan. (c) Bħalissa residenti fir-Renju Unit.‧

(5)

‘Tupee Enid Taylor. Data tat-twelid: (a) 17.12.1960, (b) 17.12.1962. Nru tal-passaporti: (a) L014670 (Passaport Liberjan, validu bejn it-28.12.2009 u t-28.12.2014) (b) D/002216 (Passaport diplomatiku Liberjan, validu bejn is-17.10.2007 u s-17.10.2009). Tagħrif ieħor: eks-mara tal-eks-President Charles Taylor’

(6)

‘Jewell Howard Taylor (alias Howard Taylor). Data tat-twelid: 17.1.1963. Passaport diplomatiku Liberjan: (a) D/003835-04 (validu mill-4.6.2004 sat-3.6.2006), (b) D/00536307. Tagħrif ieħor: Mara tal-eks-President Charles Taylor.‧

(7)

‘Myrtle Francelle Gibson. Data tat-twelid: 3.11.1952. Tagħrif ieħor: eks-Senatriċi, konsulenta tal-eks-President Liberjan Charles Taylor.‧

(8)

‘Martin George. Tagħrif ieħor: (a) Eks-Ambaxxatur tal-Liberja għar-Repubblika Federali tan-Niġerja; (b) Assoċjat tal-eks-President Charles Taylor b'rabtiet kurrenti miegħu; (c) Allegat li pprovda fondi lill-eks-President Taylor. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 9.6.2005.’

(9)

‘Cyril A. Allen. Data tat-twelid: 26.7.1952. Tagħrif ieħor: eks-President, National Patriotic Party.‧

(10)

‘Randolph Cooper (alias Randolf Cooper). Data tat-twelid: 28.10.1950. Tagħrif ieħor: eks-Direttur Eżekuttiv ta' Robertsfield International Airport.’

(11)

‘Reginald B. Goodridge (Senior) (alias Goodrich). Data tat-Twelid: 11.11.1952. Tagħrif ieħor: eks-Ministru għall-Kultura, l-Informazzjoni, u t-Turiżmu.‧

(12)

‘Emmanuel (II) Shaw. Data tat-twelid: (a) 26.7.1956, (b) 26.7.1946. Tagħrif ieħor: direttur ta' Lonestar Airways. Assoċjat ma' Lone Star Communication Cooperation.’


28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 778/2012

tas-27 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

43,1

ZZ

43,1

0707 00 05

TR

91,2

ZZ

91,2

0709 93 10

TR

108,7

ZZ

108,7

0805 50 10

AR

74,3

CL

88,4

TR

94,0

UY

97,0

ZA

104,9

ZZ

91,7

0806 10 10

BA

56,0

CL

206,9

EG

200,5

TR

143,9

XS

91,2

ZZ

139,7

0808 10 80

AR

114,4

BR

85,6

CL

142,3

NZ

108,6

US

141,5

UY

68,3

ZA

104,4

ZZ

109,3

0808 30 90

CN

71,7

TR

136,4

ZA

139,1

ZZ

115,7

0809 30

TR

160,2

ZZ

160,2

0809 40 05

BA

62,7

IL

61,4

MK

67,5

ZZ

63,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Awwissu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Belġju, tal-Awstrija, tal-Brażil, tal-Kolombja, tal-Kroazja u tan-Nikaragwa fir-rigward tal-BSE

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5860)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/489/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi (1) li tinxtered, u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) tal- Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji skont ir-riskju tal-BSE involut, jiġifieri riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux determinat.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus ta’ riskju ta’ BSE tagħhom (2).

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 17 — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri — adottata mill-OIE f’Mejju 2011 rigward l-istatus tal-BSE tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi.

(4)

F’Mejju 2012, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 16 - Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet lill-Belġju, lill-Brażil u lill-Kolombja bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE u lill-Kroazja u n-Nikaragwa bħala pajjiżi li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex tikkonforma ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn l-Istati Membri u dawn il-pajjiżi terzi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Id-Danimarka

L-Awstrija

Il-Finlandja

L-Isvezja

Il-pajjiżi tal-EFTA

L-Islanda

In-Norveġja

Il-pajjiżi terzi

l-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

L-Indja

In-New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapor

L-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE

Stati Membri

il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, u r-Renju Unit.

Il-pajjiżi tal-EFTA

Il-Liechtenstein

L-Isvizzera

Il-pajjiżi terzi

Il-Kanada

Il-Kroazja

Il-Ġappun

Il-Messiku

in-Nikaragwa

Il-Korea t’Isfel

It-Tajwan

L-Istati Uniti

C.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.”


28.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Awwissu 2012

dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/490/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi tat-trażmissjoni ta’ gass naturali biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass. Peress li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-duplikazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass la hi ekonomika u lanqas effiċjenti, huwa l-aċċess ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-gass naturali li jistimola l-kompetizzoni fis-swieq tal-gass naturali billi jiftaħ l-infrastruttura għall-fornituri kollha b’mod trasparenti u nondiskriminatorju. L-okkorrenza frekwenti tal-konġestjoni kuntrattwali fejn l-utenti tan-netwerk ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għas-sistemi tat-trażmissjoni minkejja d-disponibbiltà fiżika tal-kapaċità hija ostaklu biex jitkompla jitlesta s-suq intern tal-enerġija.

(2)

Il-prattika wriet li minkejja l-applikazzjoni ta’ ċerti prinċipji tal-immaniġġjar tal-konġestjoni, bħall-offerta ta’ kapaċitajiet interrompibbli kif stipulat bir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (2) u bir-Regolament (KE) Nru 715/2009, il-konġestjoni kuntrattwali fin-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass tal-Unjoni tibqa’ ostaklu għall-iżvilupp ta’ suq intern tal-gass li jiffunzjona tajjeb. Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni fil-każ ta konġestjoni kuntrattwali. F’konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, il-linji gwida proposti għandhom jirriflettu d-differenzi bejn is-sistemi tal-gass naturali u jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu għall-kisba ta’ kondizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerk b’mod trasparenti u nondiskriminatorju fir-rigward tal-proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni,

(3)

Il-proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni għandhom japplikaw fil-każ ta’ konġestjoni kuntrattwali u huma mmirati biex jirrisolvu dawk l-avvenimenti billi jirritornaw il-kapaċità mhux użata lis-suq biex imbagħad tiġi allokata mill-ġdid matul il-proċessi tal-allokazzjoni regolari,

(4)

F’punt tal-interkonnessjoni fejn ta’ sikwit isseħħ konġestjoni fiżika, il-proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni x’aktarx li ma jkunu jiswew xejn. F’dawk il-każijiet għandha tkun analizzata soluzzjoni mill-perspettiva tal-ippjanar tan-netwerk u tal-investiment,

(5)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) għandha timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida. Jeħtieġ li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jippubblikaw l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-okkorrenza ta’ konġestjoni kuntrattwali f’format faċli biex wieħed jaħdem fuqu,

(6)

Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dawk il-linji gwida,

(7)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni l-aktar effettiva tal-proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni kollha u bil-għan li l-kapaċitajiet disponibbli jkunu massimizzati fis-sistemi kollha ta’ ħruġ u ta’ dħul kontigwi, hija ta’ importanza kbira li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni mill-Istati Membri differenti u fi ħdan l-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u bejn xulxin. B’mod partikolari l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom iqisu l-aħjar prassi u għandhom ifittxu li jarmonizzaw il-proċessi għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida. Filwaqt li jaġixxu skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni l-aktar effettivi jiġu implimenti fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ applikabbli madwar l-Unjoni,

(8)

Filwaqt li l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom f’idejhom informazzjoni dettaljata dwar l-użu fiżiku tas-sistema u jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw il-flussi tal-futur, xieraq li huma jiddeterminaw ammont ta’ kapaċità addizzjonali li għandha tkun disponibbli minbarra l-kapaċità teknika kkalkolata. Meta huma joffru aktar kapaċità kostanti minn dik li hija disponibbli teknikament billi jqisu x-xenarji ta’ flussi u kapaċitajiet ikkuntrattjati, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jieħdu riskju li għandu jkun ippremjat kif dovut. Madankollu, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-introjtu tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, tali kapaċità addizzjonali għandha tkun applikata biss fil-każ li l-kapaċità kollha l-oħra, inkluż il-kapaċità li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ proċeduri għall-immaniġġjar tal-konġestjoni, tkun ġiet allokata. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw bejniethom mill-qrib biex jistabbilixxu l-kapaċità teknika. Sabiex tkun solvuta l-problema potenzjali ta’ konġestjoni fiżika l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom japplikaw il-miżura l-aktar kosteffettiva, inkluż ix-xiri lura tal-kapaċità jew it-teħid ta’ miżuri oħra tekniċi jew kummerċjali,

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51 tad-Direttiva Nru 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.

(2)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 2.2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.2.   Proċeduri dwar l-amminstrazzjoni [l-immaniġġjar] tal-konġestjoni fil-każ ta’ konġestjoni kontrattwali

2.2.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2 għandhom japplikaw għall-punti ta’ interkonnessjoni kollha bejn is-sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ kontigwi, irrispettivament minn jekk dawn humiex fiżiċi jew virtwali, bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew fi ħdan l-istess Stat Membru safejn dawn il-punti huma soġġetti għall proċeduri ta’ prenotazzjoni minn utenti. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għall-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ minn u lejn pajjiżi terzi, soġġett għad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti. Il-punti ta’ ħruġ għall-konsumaturi finali u għan-netwerks ta’ distribuzzjoni, il-punti ta’ dħul mit-terminals LNG u mill-faċilitajiet ta’ produzzjoni, u l-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ minn u lejn il-faċilitajiet ta’ ħażna mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.

2.

Abbażi tal-informazzjoni ppubblikata mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni skont it-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness u, fejn xieraq, ivvalidata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Aġenzija għandha tippubblika sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’bidu mis-sena 2014, rapport ta’ monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni fir-rigward tal-prodotti ta’ kapaċità kostanti li jkunu nbiegħu fis-sena ta’ qabel filwaqt li tqis, safejn possibbli, in-negozjar ta’ kapaċità fis-suq sekondarju u l-użu ta’ kapaċità interrompibbli.

3.

Kull kapaċità addizzjonali li tkun saret disponibbli mill-applikazzjoni ta’ waħda mill-proċeduri tal-immaniġġjar tal-konġestjoni kif stipulat fil-punti 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4 u 2.2.5 għandha tkun offruta mill-operatur(i) tas-sistema ta’ trażmissjoni rispettiv(i) fil-proċess tal-allokazzjoni regolari.

4.

Il-miżuri stipulati fil-punti 2.2.2, 2.2.4 u 2.2.5 għandhom ikunu implimentati b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2013. Il-punt 2.2.3(1) sa 2.2.3(5) għandu japplika b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2016.

2.2.2.   Żieda tal-kapaċità permezz tal-iskema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura

1.

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jipproponu u, wara l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali, għandhom jimplimentaw skema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura bbażata fuq l-inċentiv sabiex joffru kapaċità addizzjonali fuq bażi kostanti. Qabel l-implimentazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta mal-Istati Membri kontigwi u għandha tqis l-opinjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kontigwi. Il-kapaċità addizzjonali hija definita bħala l-kapaċità kostanti offruta b’żieda mal-kapaċità teknika ta’ punt ta’ interkonnessjoni kkalkulata fuq il-bażi tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-iskema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura għandha tipprovdi lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni bl-inċentiv li jagħmlu disponibbli kapaċità addizzjonali billi jqisu l-kondizzjnijiet tekniċi, bħall-valur kalorifiku, it-temperatura u l-konsum mistenni tas-sistema rilevanti ta’ dħul u ta’ ħruġ u l-kapaċitajiet fin-netwerks kontigwi. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom japplikaw approċċ dinamiku fir-rigward tal-kalkolu mill-ġdid tal-kapaċità teknika jew addizzjonali tas-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ.

3.

L-iskema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura għandha tkun ibbażata fuq reġim ta’ inċentivi li jirrifletti r-riskji li jieħdu l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni billi joffru kapaċità addizzjonali. L-iskema għandha tkun strutturata b’tali mod li d-dħul mill-bejgħ ta’ kapaċità addizzjonali u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-iskema tax-xiri lura jew mill-miżuri skont il-paragrafu 6 jinqasmu bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-utenti tan-netwerk. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddeċiedu dwar id-distribuzzjoni tad-dħul u tal-ispejjeż bejn l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-utent tan-netwerk.

4.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dħul tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, il-kapaċità teknika, b’mod partikolari l-kapaċità irrinunzjata kif ukoll, fejn rilevanti, il-kapaċità li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi li jwasslu għat-telf ta’ kapaċità kostanti minn ġurnata bil-quddiem fil-każ ta’ kapaċita mhux użata [firm day-ahead use-it-or-lose-it], u għal telf ta’ kapaċita mhux użata fuq perjodu ta’ żmien twil [long term use-it-or-lose-it], għandhom jitqiesu bħala allokati qabel kwalunkwe kapaċità addizzjonali.

5.

Sabiex jistabbilixxi l-kapaċità addizzjonali, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jqis ix-xenarji tal-istatistika għall-ammont probabbli ta’ kapaċità mhux użata fis-sens fiżiku fi kwalunkwe mument fil-punti ta’ interkonnesjoni. Huwa għandu jqis ukoll il-profil tar-riskju għall-offerta ta’ kapaċità addizzjonali li ma twassalx għal obbligu ta’ xiri lura eċċessiv. L-iskema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura għandha tqis ukoll il-possibbiltà u l-ispejjeż tal-kapaċità tax-xiri lura fis-suq u għandha tirrifletti dan fl-ammont ta’ kapaċità addizzjonali li għandha tkun disponibbli.

6.

Fejn ikun meħtieġ li tinżamm l-integrità tas-sistema, l-oepraturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom japplikaw proċedura ta’ xiri lura bbażata fuq is-suq li permezz tagħha l-utenti tan-netwerk ikunu jistgħu joffru l-kapaċità. L-utenti tan-netwerk għandhom ikunu informati dwar il-proċedura tax-xiri lura applikabbli. L-applikazzjoni tal-proċedura tax-xiri lura hija bla ħsara għall-miżuri ta’ emerġenza applikabbli.

7.

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, għandhom qabel ma japplikaw proċedura tax-xiri lura, jivverifikaw jekk miżuri alternattivi tekniċi u kummerċjali, jistgħux isostnu l-integrità tas-sistema b’mod aktar kosteffiċjenti.

8.

Meta jipproponi skema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jipprovdi d-dejta, l-estimi u l-mudelli rilevanti kollha lill-awtorità regolatorja nazzjonali sabiex din tkun tista’ tivvaluta l-iskema. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jirrapporta regolarment lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar il-funzjonament tal-iskema u, fuq it-talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali, għandu jipprovdi d-dejta kollha rilevanti. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ ttitlob lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni biex jirrevedi l-iskema tiegħu.

2.2.3.   Mekkaniżmu li jwassal għal telf ta’ kapaċità kostanti minn ġurnata bil-quddiem f’każ ta’ kapaċità mhux użata [Firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism]

1.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jesiġu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni japplikaw tal-anqas ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 3 għal kull utent tan-netwerk fil-punti ta’ interkonnessjoni fir-rigward tal-alterazzjoni tan-nominazzjoni inizjali fil-każ li, abbażi tar-rapport annwali ta’ monitoraġġ tal-Aġenzija f’konformità mal-punt 2.2.1(2), jintwera li f’punti ta’ interkonnessjoni d-domanda tkun ogħla mill-offerta, bil-prezz tar-riżerva meta jintużaw l-irkantijiet, matul il-proċeduri tal-allokazzjoni tal-kapaċità fis-sena koperta mir-rapport tal-monitoraġġ għall-prodotti għall-użu f’dik is-sena jew f’waħda mis-sentejn sussegwenti,

(a)

għal tal-anqas tliet prodotti ta’ kapaċità kostanti b’tul ta’ żmien ta’ xahar; jew

(b)

għal tal-anqas żewġ prodotti ta’ kapaċità kostanti b’tul ta’ żmien ta’ perjodu ta’ tliet xhur; jew

(c)

għal tal-anqas prodott wieħed ta’ kapaċità kostanti b’tul ta’ żmien ta’ sena jew aktar; jew

(d)

meta ma jkun ġie offurt l-ebda prodott ta’ kapaċità kostanti għal tul ta’ żmien ta’ xahar jew aktar.

2.

Fil-każ li, abbażi tar-rapport annwali ta’ monitoraġġ jintwera li ma hemmx il-probabbiltà li fit-tliet snin sussegwenti terġa’ sseħħ is-sitwazzjoni kif iddefinita fil-paragrafu 1, pereżempju b’riżultat tad-disponibbiltà tal-kapaċità minħabba l-espansjoni fiżika tan-netwerk jew minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratti fit-tul, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti jistgħu jiddeċiedi li jitterminaw il-mekkaniżmu li jwassal għal telf ta’ kapaċità kostanti minn ġurnata bil-quddiem f’każ ta’ kapaċità mhux użata [firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism].

3.

In-nominazzjoni mill-ġdid ta’ kapaċità kostanti hija permessa sa 90 % u minimu ta’ 10 % tal-kapaċità kkuntrattjata mill-utent tan-netwerk fil-punt ta’ interkonnessjoni. Madankollu, fil-każ li n-nominazzjoni tissupera t-80 % tal-kapaċità kkuntrattjata, nofs il-volum mhux innominat jista’ jerġa’ jiġi nnominat ’il fuq. Fil-każ li n-nominazzjoni ma tissuperax l-20 % tal-kapaċità rriservata, nofs il-volum mhux innominat jista’ jerġa’ jiġi nnominat ’l isfel. L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu hija bla ħsara għall-miżuri ta’ emerġenza applikabbli.

4.

Id-detentur oriġinali tal-kapaċità kkuntrattjata jista’ jinnomina mill-ġdid il-parti ristretta tal-kapaċità kostanti kkuntrattjata fuq bażi interrompibbli.

5.

Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-utenti tan-netwerk — persuni jew impriżi u l-impriżi li jikkontrolloaw skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — li huma d-detenturi ta’ anqas minn 10 % tal-kapaċità teknika medja fis-sena preċedenti fil-punt ta’ interkonnessjoni.

6.

Fil-punti ta’ interkonnessjoni fejn jiġi applikat mekkaniżmu li jwassal għal telf ta’ kapaċità kostanti minn ġurnata bil-quddiem f’każ ta’ kapaċità mhux użata [firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism] skont il-paragrafu 3, għandha ssir evalwazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali tar-relazzjoni mal-iskema ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura skont il-punt 2.2.2. Dan jista’ jirriżulta f’deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.2 f’dawk il-punti ta’ interkonnessjoni. Deċiżjoni bħal din għandha tkun innotifikata, mingħajr dewmien, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni.

7.

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tiddeċiedi li timplimenta mekkaniżmu li jwassal għal telf ta’ kapaċità kostanti minn ġurnata bil-quddiem f’każ ta’ kapaċità mhux użata [firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism] skont il-paragrafu 3 f‘punt ta’ interkonnessjoni. Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kontigwi. Meta tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis l-opinjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kontigwi.

2.2.4.   Irrinunzjar ta’ kapaċità kkuntrattjata

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jaċċettaw kull ċediment ta’ kapaċità kostanti li hija kkuntrattjata mill-utent tan-netwerk f’punt ta’ interkonnessjoni, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-kapaċità b’tul ta’ żmien ta’ ġurnata jew anqas. L-utent tan-netwerk għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt tal-kapaċità sakemm il-kapaċità tkun allokata mill-ġdid mill-operatur tat-trażmissjoni u safejn il-kapaċità ma tkunx allokata mill-ġdid mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. Kapaċità irrinunzjata għandha titqies li hija allokata mill-ġdid biss wara li l-kapaċità kollha disponibbli tkun ġiet allokata. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jinnotifika lill-utent tan-netwerk mingħajr dewmien dwar kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tal-kapaċita rrinunzjata tiegħu. It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi għar-rinunzjar tal-kapaċità, b’mod partikolari għall-każijiet fejn bosta utenti tan-netwerk jirrinunzjaw il-kapaċità tagħhom, għandhom ikunu approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

2.2.5.   Mekkaniżmu li jwassal għal telf ta’ kapaċità mhux użata fit-tul [Long-term use-it-or-lose-it mechanism]

1.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrikjedu lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li huma jirtiraw parzjalment jew bis-sħiħ u b’mod sistematiku l-kapaċità mhux użata kkuntrattjata f’punt ta’ interkonnessjoni minn utent tan-netwerk meta dan l-utent ma jkunx biegħ jew offra b’kundizzjonijiet raġonevoli, il-kapaċità mhux użata tiegħu u meta l-utenti l-oħra tan-netwerk jitolbu għal kapaċità kostanti. Il-kapaċità kkuntrattjata hija meqjusa bħala sottoutilizzata b’mod sistematiku partikolarment jekk:

(a)

l-utent tan-netwerk juża fuq medja anqas minn 80 % tal-kapaċità kkuntrattjata tiegħu kemm mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru kif ukoll mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu b’tul ta’ żmien effettiv tal-kuntratt ta’ aktar minn sena li għal dan ma tista’ tingħata l-ebda ġustifikazzjoni; jew

(b)

l-utent tan-netwerk jinnomina b’mod sistematiku qrib il-100 % tal-kapaċità kkuntrattjata tiegħu u jerġa’ jinnomina ’l isfel bil-għan li jevita r-regoli stabbiliti fil-punt 2.2.3(3).

2.

L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu li jwassal għal telf ta’ kapaċità kostanti minn ġurnata bil-quddiem f’każ ta’ kapaċità mhux użata [firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism] ma għandhiex titqies bħala ġustifikazzjoni biex tkun evitata l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

3.

L-irtirar għandu jirriżulta fit-telf parzjali jew sħiħ min-naħa tal-utent tan-netwerk tal-kapaċità kuntrattjata tiegħu għal perjodu partikolari jew għall-bqija tat-terminu kuntrattwali effettiv. L-utent tan-netwerk għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt tal-kapaċità sakemm il-kapaċità tkun allokata mill-ġdid mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u sakemm il-kapaċità ma tkunx allokata mill-ġdid mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni.

4.

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu regolarment lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali bid-dejta kollha neċessarja għall-monitoraġġ tal-estent safejn jintużaw il-kapaċitajiet ikkuntrattjati b’tul ta’ żmien effettiv ta’ aktar minn sena jew ta’ perjodi rikorrenti ta’ tliet xhur li jkopru tal-anqas sentejn.”

2.

Il-punt 3.1.1(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa mibdul b’li ġej:

“(e)

f’format li jista’ jitniżżel minn sit elettroniku li jkun ġie miftiehem bejn tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — fuq il-bażi ta’ opinjoni f’format armonizzat li għandha tingħata mill-Aġenzija — u li jippermetti analiżijiet kwantitattivi;”

(b)

Jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

id-dejta kollha għandha tkun disponibbli mill-1 ta’ Ottubru 2013 f’pjattaforma ċentrali unika madwar l-Unjoni kollha, stabbilita mill-ENTSOG fuq bażi kosteffettiva.”

3.

Fil-punt 3.3(1) jiżdiedu l-punti (h), (i), (j), (k) u (l) li ġejjin:

“(h)

L-okkorrenza ta’ talbiet legalment validi u rrifjutati għal prodotti ta’ kapaċità kostanti b’tul ta’ żmien ta’ xahar jew aktar inkluż l-għadd u l-volum ta’ talbiet irrifjutati, u

(i)

fil-każ tal-irkantijiet, fejn u meta l-prodotti ta’ kapaċità kostanti b’tul ta’ żmien ta’ xahar jew aktar ikunu ġew ikklerjati bi prezzijiet ogħla mill-prezz tal-kapaċità riservata,

(j)

fil-każ li u meta ma jkun ġie offurt l-ebda prodott ta’ kapaċità kostanti għal tul ta’ żmien ta’ xahar jew aktar fil-process regolari tal-allokazzjoni.

(k)

il-kapaċità totali li tkun saret disponibbli permezz tal-applikazzjoni tal-proċeduri tal-immaniġġjar tal-konġestjoni stabbiliti fil-punti 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4 u 2.2.5 għal kull proċedura tal-immaniġġjar tal-konġestjoni.

(l)

il-punti (h) sa (k) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2013”.