ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.222.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2012/480/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida Aureobasidium pullulans (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5709) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 749/2012
tal-14 ta’ Awwissu 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Prodott (hekk imsejjaħ “Kitosan”) ppreparat mill-qxur tal-krustaċej, li jikkonsisti f’polisakkaridi amminiċi. Il-prodott huwa ppreżentat f’kapsuli tal-ġelatina, għall-bejgħ bl-imnut. Skont it-tabella l-prodott huwa ppreżentat bħala suppliment tal-ikel għall-konsum mill-bniedem. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-prodott hu preparazzjoni tal-ikel ippreżentata fil-forma ta’ kapsuli. Il-qoxra hija fattur li, flimkien mal-kontenut, tiddetermina l-użu u l-karattru tal-prodott bħala suppliment tal-ikel (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi konġunti C-410/08 sa C-412/08 “Swiss Caps”, [2009] Ġabra p.I-11991, paragrafi 29 u 32). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni tal-prodott bħala polimer naturali taħt l-intestatura 3913 hija eskluża. Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106 bħala preparat tal-ikel li mhux speċifikat jew inkluż banda oħra (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2106 , punt 16). |
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 750/2012
tal-14 ta’ Awwissu 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fit-totalità tiegħu, u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
Prodott (imsejjaħ “Propolis”) ippreżentat f’kapsuli tal-ġelatina, li jinbigħ bl-imnut. Il-kontenut ta’ kull kapsula jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin (% bil-piż):
Dawk il-komponenti huma materjal miġbur min-naħal u huma trasformati permezz tal-enzemi tal-bżieq tiegħu. Skont it-tikketta l-prodott huwa ppreżentat bħala suppliment tal-ikel għall-konsum mill-bniedem. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel ippreżentat fil-forma ta’ kapsuli. Il-qoxra tal-kapsuli hija fattur li, flimkien mal-kontenut, jiddetermina l-użu u n-natura tal-prodott bħala suppliment tal-ikel (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi konġunti C-410/08 sa C-412/08, “Swiss Caps”, [2009] Ġabra p. I-11991, paragrafi 29 u 32). Għalhekk, il-klassifikazzjoni tal-prodott bħala prodott li jittiekel ta’ oriġini mill-annimali taħt il-kodiċi NM 0410 00 00 hija eskluża. Il-prodott għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhix imsemmija jew inkluża xi mkien ieħor (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2106 , il-punt 16). |
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 751/2012
tas-16 ta’ Awwissu 2012
li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) kif emendat bl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012 (3) jistabbilixxi lista ta’ korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. |
(2) |
Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni CERES Certification of Environmental Standards GmbH, Ecocert SA u Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l., ċertu pajjiżi terzi, numri tal-kodiċijiet u kategoriji ta’ prodotti tneħħew minn dik il-lista. Barra minn hekk, għall-Ecocert SA, hemm nieqsa referenza għal eċċezzjoni għall-prodotti koperti. |
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
(4) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.
(3) ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1.
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fit-test relatat mas-“CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
It-test relatat mal-“Ecocert SA” huwa kkoreġut kif ġej:
|
(3) |
Fit-test relatat mal-“Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l.”, il-punt 3 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:
|
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 752/2012
tas-17 ta’ Awwissu 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
57,4 |
ZZ |
57,4 |
|
0707 00 05 |
MK |
66,1 |
TR |
108,7 |
|
ZZ |
87,4 |
|
0709 93 10 |
TR |
104,8 |
ZZ |
104,8 |
|
0805 50 10 |
AR |
100,0 |
CL |
88,4 |
|
TR |
95,0 |
|
UY |
81,0 |
|
ZA |
94,7 |
|
ZZ |
91,8 |
|
0806 10 10 |
BA |
58,2 |
EG |
199,9 |
|
TR |
133,9 |
|
ZZ |
130,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
168,7 |
BR |
105,4 |
|
CL |
125,5 |
|
NZ |
127,1 |
|
US |
194,6 |
|
ZA |
99,6 |
|
ZZ |
136,8 |
|
0808 30 90 |
AR |
111,1 |
CN |
80,2 |
|
TR |
140,3 |
|
ZA |
110,2 |
|
ZZ |
110,5 |
|
0809 30 |
TR |
166,2 |
ZZ |
166,2 |
|
0809 40 05 |
BA |
62,3 |
IL |
85,8 |
|
ZZ |
74,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Awwissu 2012
li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida Aureobasidium pullulans
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5709)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/480/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikulari r-raba’ sub-paragrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tkompli tapplika għal sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’April 2008 l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand bio-ferm GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Aureobasidium pullulans fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/953/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Kien hemm il-ħtieġa ta’ konferma tal-kompletezza tad-dossier sabiex seta’ jiġi eżaminat fid-dettall u sabiex l-Istati Membri setgħu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom s-sustanza attiva kkonċernata, filwaqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kondizzjonijiet dwar l-evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipolati minn dik id-Direttiva. |
(4) |
Għal din is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta’ rapport evalwattiv lill-Kummissjoni fit-16 ta’ Diċembru 2009. |
(5) |
Wara li tressaq l-abbozz tar-rapport evalwattiv mill-Istat Membru relatur, instab li hemm il-ħtieġa li tintalab aktar informazzjoni mingħand l-applikant u li l-Istat Membru relatur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq il-valutazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżami tad-dossier għadu għaddej u mhux ser ikun possibbli li l-valutazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE. |
(6) |
Minħabba li l-valutazzjoni sa issa għadha ma identifikat l-ebda raġuni ta’ tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva kkonċernata għal perjodu ta’ 24 xahar b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE b’mod li jkun jista’ jitkompla l-eżami tad-dossier. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar approvazzjoni possibbli skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-Aureobasidium pullulans se jitlestew fi żmien 24 xahar. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza Aureobasidium pullulans għal perjodu li jintemm l-aktar tard nhar il-31 ta’ Awwissu 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi nhar il-31 ta’ Awwissu 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(3) ĠU L 338, 17.12.2008, p. 62.