ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.217.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/462/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/731/KE, 2002/732/KE, 2002/733/KE, 2002/735/KE u 2006/66/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2002/730/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4982)  ( 1 )

1

 

 

2012/463/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4984)  ( 1 )

11

 

 

2012/464/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4985)  ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

14.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/731/KE, 2002/732/KE, 2002/733/KE, 2002/735/KE u 2006/66/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2002/730/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4982)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/462/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabilità (minn hawn ’il quddiem “TSIs” — Technical Specifications for Interoperability) jkunu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għar-rekwiżiti soċjali, u li tipproponi lill-Kummissjoni dawk l-emendi għat-TSIs li hi tqis neċessarji.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini tal-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrevedi t-TSIs dwar il-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja, il-vaguni tal-merkanzija, il-vetturi ferrovjarji lokomottivi u tal-passiġġieri, l-istorbju, l-infrastruttura, l-enerġija, il-kontroll-kmand u s-sinjalar, il-ġestjoni tal-operazzjoni u t-traffiku, l-applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi ta’ merkanzija u ta’ ġarr ta’ passiġġieri, is-sikurezza fil-mini ferrovjarji u l-aċċessibilità għal persuni b’mobilità mnaqqsa.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura, il-proċedura għall-wiri tal-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi tat-TSIs għal-linji eżistenti u emendi sussegwenti għat-TSIs (ERA/REC/04-2011/INT).

(4)

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati u dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja. Wara l-adozzjoni taż-żewġ atti tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn l-abbozzi, b’mod partikolari d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (6), it-TSIs relevanti jridu jiġu aġġornati sabiex tkun żgurata konsistenza globali.

(5)

Għal raġunijiet prattiċi, ikun aħjar li tiġi emendata serje ta’ TSIs permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni waħda sabiex jiġu implimentati korrezzjonijiet u aġġornamenti partikolari fit-testi legali. Dawn il-korrezzjonijiet u l-aġġornamenti mhumiex ġejjin minn reviżjoni globali tat-TSIs jew mill-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tagħhom.

(6)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu emendati d-Deċiżjonijiet li ġejjin:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li għandha x’taqsam mas-sub-sistema ta’ kmand ta’ kontroll u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (7);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/732/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li tirrelata mas-subsistema tal-infrastruttura tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej ta’ veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (8);

Id-Deċizjoni tal-Kumissjoni 2002/733/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li titratta s-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja ta’ velocità kbira trans-Ewropea msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE (9);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbilità rigward is-subsistema tal-vaguni tal-ferrovija tas-sistema ferrovjarja ta’ veloċità għolja trans-Ewropea msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE (10);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE tat-23 ta’ Diċembru 2005 rigward l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mal-vetturi ferrovjarji tas-subsistema — storjbu tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (mhux disponibbli bil-Malti) (11);

(7)

Id-Deċiżjoni 2002/731/KE ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 li tikkonċerna speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ kontroll u l-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja u li temenda l-Anness A tad-Deċiżjoni 2006/679/KE li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ kontroll u l-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (12). Id-Deċiżjoni 2002/732/KE ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema infrastruttura tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (13). Id-Deċiżjoni 2002/733/KE ġiet revokata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (14). Id-Deċiżjoni 2002/735/KE ġiet revokata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema vetturi ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (15). Id-Deċiżjoni 2006/66/KE ġiet revokata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema “vetturi ferrovjarji — storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (16).

(8)

Madanakollu, id-Deċiżjonijiet 2006/860/KE, 2008/217/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE u 2011/229/UE fihom dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet li jirrevokaw fir-rigward tal-manutenzjoni ta’ proġetti awtorizzati skont it-TSI annessata ma’ dawk id-Deċiżjonijiet u mal-proġetti għal linja ġdida u għat-tiġdid jew l-ameljorament ta’ linja eżistenti li huma fi stadju avvanzat ta’ żvilupp jew is-suġġett ta’ kuntratt li qed jiġi eżegwit fid-data rispettiva ta’ notifika tad-Deċiżjonijiet 2006/860/KE, id-Deċiżjoni 2008/217/KE, id-Deċiżjoni 2008/232/KE, id-Deċiżjoni 2008/284/KE u d-Deċiżjoni 2011/229/UE. Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2002/731/KE, 2002/732/KE, 2002/733/KE, 2002/735/KE u 2006/66/KE xorta waħda għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Matul is-sessjoni tiegħu tat-22 u t-23 ta’ April 2004, il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/3KE qabel li jħassar it-TSI għall-Manutenzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/730/KE (17), filwaqt li jittrasferixxi l-kontenuti tiegħu fit-TSIs l-oħrajn. Wara dan, it-TSIs dwar il-veloċità għolja reveduti u ppubblikati fl-2006 inkorporaw il-kontenut tad-Deċiżjoni 2002/730/KE, li għahekk għandha tiġi revokata, għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/731/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/732/KE huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/733/KE huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/735/KE huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/66/KE huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2002/730/KE hija revokata.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)   ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(6)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.

(7)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 37.

(8)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 143.

(9)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 280.

(10)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 402.

(11)   ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(12)   ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1.

(13)   ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1.

(14)   ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1.

(15)   ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132.

(16)   ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1.

(17)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 1.


ANNESS I

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/731/KE (HS CCS TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Klawżola 6.2 hija emendata kif ġej:

(a)

it-tielet, ir-raba’ u l-ħames paragrafi huma mħassra;

(b)

it-tmien paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-armar abbord u maġenb il-binarji, flimkien maċ-ċertifikati ta’ konformità, hija biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-armar abbord jopera b’armar maġenb il-binarji mgħammar bil-funzjonijiet korrispondenti mingħajr dikjarazzjoni ta’ verifika ta’ subsistema addizzjonali”.

(2)

Il-Klawżola 7.2.1.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.2.1.4    Reġistri

Id-dejta li trid tiġi pprovduta għar-reġistri speċifikati fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*3).

(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1."

(*3)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”."

(3)

Il-Klawżola 7.2.2.4 hija mħassra.

(4)

Il-Klawżola 7.2.3.1 hija mħassra.

(5)

L-Anness B huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-taqsima “Użu tal-Anness B”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-impriżi ferrovjarji li jridu jinstallaw waħda jew aktar minn dawn is-sistemi fuq il-ferroviji tagħhom għandhom jirreferu għall-Istat Membru relevanti”;

(b)

fit-taqsima “Part 2: Radju”, l-aħħar paragrafu tal-“INDIĊI” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bħalissa, dawn is-sistemi qed jintużaw fl-Istati Membri”.

(6)

L-Anness C huwa mħassar.

(7)

L-Anness E huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-taqsima Modulu SB (eżami tat-tip), it-tieni inċiż tas-sitt paragrafu tas-subtaqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-reġistru Ewropew għat-tipi awtorizzati ta’ vetturi, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(b)

it-Taqsima Modulu SD (assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-subtaqsima 6.2, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-subtaqsima 6.7, it-tmien inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(c)

it-Taqsima Modulu SF (verifika tal-prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-subtaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-subtaqsima 11, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(d)

fit-taqsima Modulu SH2 (assigurazzjoni tal-kwalità kompluta bl-eżami tad-disinn), is-seba’ inċiż tas-subtaqsima 6.7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(*3)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”.”


ANNESS II

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/732/KE (HS INF TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 4.1.4 “Il-qawwa massima li taġixxi fuq il-binarju (il-Parametru 4)”, it-tieni sentenza tat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tas-subklawżola “Il-forzi vertikali” hija sostitwita b’dan li ġej:

“ir-regoli tekniċi fl-użu għal dawn il-linji huma applikabbli”.

(2)

Fil-Klawżola 4.2.3.1.3 “Il-mini t-twal”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Barra minn hekk, jekk il-pjattaformi jinbnew f’żoni speċifiċi tal-mina sabiex jipprovdu ħruġ faċli għal żoni ta’ salvataġġ protetti jew inkella għall-passaġġ laterali definit skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, l-għoli tagħhom għandu jkun ta’ bejn 550 u 760 mm sabiex tkun żgurata kompatibilità mal-aċċess għall-vetturi ferrovjarji”.

(3)

Fil-Klawżola 4.2.3.2.3 “Eċċezzjoni għall-każ tat-tlestija tax-xogħol”, it-tieni inċiż tat-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

l-impriżi ferrovjarji li joperaw fuq il-linja għandhom jiġu avżati dwar dawn l-eċċezzjonijiet temporanji, il-post ġeografiku tagħhom, it-tip tagħhom u l-mezzi ta’ sinjalar, permezz ta’ avviżi li jiddeskrivu, fejn dan ikun meħtieġ, it-tip ta’ sinjali speċifiċi użati”.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.3.2.4 “L-ispazju laterali għall-passiġġieri fl-eventwalità tal-qbiż tal-binarju barra minn stazzjon”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fuq linji eżistenti, li ġew ameljorati sabiex iservu għal veloċità għolja, għandu jiġi pprovdut spazju laterali simili f’kull post fejn din id-dispożizzjoni tkun raġonevolment prattikabbli. Fejn ma jkunx jista’ jiġi pprovdut biżżejjed spazju, fuq iż-żewġ naħat taż-żona ta’ ċaqliq ristrett għandhom jitwaħħlu sinjali fuq il-post u l-operaturi għandhom jiġu mgħarrfa dwar din is-sitwazzjoni speċifika”.

(5)

Il-Klawżola 4.2.3.2.6 hija mħassra.

(6)

Fil-Klawżola 4.3.1 “Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija”, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Rekwiżiti bħal dawn li huma differenti minn dawk meħtieġa għall-kisba ta’ livelli ta’ prestazzjoni bażika tan-netwerk għandhom jiġu applikati għal kull parametru jew interfaċċja relevanti b’mod uniformi f’kull sezzjoni tal-linja għall-veloċità għolja li se tinbena jew li qed tiġi ppjanata”.

(7)

Fil-Klawżola 4.3.2 “Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija”, il-ħames paragrafu huwa mħassar

(8)

Il-Klawżola 4.3.3.8 (a) “Id-defiċjenza tal-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju sempliċi u fuq il-binarju priċipali tal-bdil u l-qsim tal-binarji” hija emendata kif ġej:

(a)

fis-subklawżola “Il-linji mibnija apposta għall-veloċità qawwija”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fuq il-linji li r-radji tagħhom ġew definiti fuq il-bażi tal-valuri tad-defiċjenza fit-tabella aktar ‘il fuq, il-ferroviji interoperabbli b’veloċità għolja mgħammra b’mekkaniżmi speċjali (inklinazzjoni) jistgħu jitħallew jaħdmu b’valuri ta’ defiċjenza ogħla, dejjem jekk l-adozzjoni ta’ dawn il-valuri għal dawk il-ferroviji ma ġġibx restrizzjonijiet għal ferroviji interoperabbli oħra. Il-valur ta’ defiċjenza massima għandu jiġi ffissat, fil-każ ta’ ferroviji mgħammra b’mekkaniżmi partikolari (ferroviji b’inklinazzjoni, inter alia), għal kull linja interoperabbli, permezz ta’ applikazzjoni tar-regolamenti nazzjonali għat-tip ta’ ferrovija kkonċernat. L-approvazzjoni ta’ dawn il-ferroviji sabiex jibdew joperaw għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tat-TSI għall-vetturi ferrovjarji”;

(b)

fis-subklawżola “Il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni”, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fuq il-linji li r-radji tagħhom ġew definiti fuq il-bażi tal-valuri tad-defiċjenza fit-tabella aktar ‘il fuq, il-ferroviji interoperabbli b’veloċità għolja mgħammra b’mekkaniżmi speċjali (inklinazzjoni) jistgħu jitħallew jaħdmu b’valuri ta’ defiċjenza ogħla, dejjem jekk l-adozzjoni ta’ dawn il-valuri għal dawk il-ferroviji ma ġġibx restrizzjonijiet għal ferroviji interoperabbli oħra. Il-valur ta’ defiċjenza massima għandu jiġi ffissat, fil-każ ta’ ferroviji mgħammra b’mekkaniżmi partikolari (ferroviji b’inklinazzjoni, inter alia), għal kull linja interoperabbli, permezz ta’ applikazzjoni tar-regolamenti nazzjonali għat-tip ta’ ferrovija kkonċernat. L-approvazzjoni ta’ dawn il-ferroviji sabiex jibdew joperaw għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tat-TSI għall-vetturi ferrovjarji”;

(c)

fis-subklawżola “Il-linji mibnija apposta jew miżjuda fil-grad għall-veloċità qawwija li jkollhom karatteristiċi speċjali”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fuq il-linji li r-radji tagħhom ġew definiti fuq il-bażi tal-valuri tad-defiċjenza fit-tabella aktar ‘il fuq, il-ferroviji interoperabbli b’veloċità għolja mgħammra b’mekkaniżmi speċjali (inklinazzjoni) jistgħu jitħallew jaħdmu b’valuri ta’ defiċjenza ogħla, dejjem jekk l-adozzjoni ta’ dawn il-valuri għal dawk il-ferroviji ma ġġibx restrizzjonijiet għal ferroviji interoperabbli oħra. Il-valur ta’ defiċjenza massima għandu jiġi ffissat, fil-każ ta’ ferroviji mgħammra b’mekkaniżmi partikolari (ferroviji b’inklinazzjoni, inter alia), għal kull linja interoperabbli, permezz ta’ applikazzjoni tar-regolamenti nazzjonali għat-tip ta’ ferrovija kkonċernat. L-approvazzjoni ta’ dawn il-ferroviji sabiex jibdew joperaw għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tat-TSI għall-vetturi ferrovjarji”.

(9)

Fil-Klawżola 4.3.3.21 “Ir-reżistenza tal-binarju, tal-qlib u l-qsim tal-binarji għall-forzi tal-applikazzjoni tal-brejkijiet u l-aċċelerazzjoni”, it-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tas-subklawżola “Il-kondizzjoni termali” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

każ 2: għal każijiet oħra ta’ bbrejkjar, bħal ibbrejkjar tas-servizz normali għal tnaqqis tal-veloċità jew ibbrejkjar mhux ripetittiv għal waqfa, jew ibbrejkjar ripetittiv għal kontroll tal-veloċità, sakemm tinħareġ il-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni Ewropea korrispondenti jew standard tas-CEN (Kumitat Ewropea għall-Istandardizzazzjoni), l-użu tal-brejkijiet u tal-forza ta’ bbrejkjar massima permessa skont dawk il-kondizzjonijiet tal-użu li ssemmew l-aħħar għandu jiġi stabbilit mill-Maniġer tal-Infrastruttura għal kull linja interoperabbli kkonċernata”.

(10)

Fil-Klawżola 4.3.3.23 “L-effetti tar-rjieħ inkroċjati”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kull linja interoperabbli, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati kemm għall-vetturi kif ukoll għall-infrastruttura sabiex tiġi garantita l-istabilità tal-vetturi soġġetti għar-rjieħ inkroċjati”.

(11)

Fil-Klawżola 4.3.3.26 “Il-pjattaformi tal-passiġġieri”, is-subklawżola “Il-linji eżisenti ta’ veloċità qawwija, il-linji miżjuda fil-grad apposta għall-veloċità qawwija u l-linji tal-konnessjoni”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk is-sitwazzjoni eżistenti ma tippermettix aċċess faċli għall-persuni b’diżabilità, l-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi mezz ta’ assistenza għall-persuni b’diżabilità u l-passiġġiera għandhom jiġu mgħarrfa b’dan. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu:

rampi mobbli għal aċċess għall-ferroviji,

pjattaformi li jitilgħu u jinżlu.”.

(12)

Fl-Anness B, it-Tabella B.1, l-għaxar filliera l “Reġistru tal-Infrastruttura (4.2.3.2.6)” hija mħassra.

(13)

L-Anness D huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima D.2.1 “Disinn dettaljat tax-xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili u ta’ superstruttura” hija emendata kif ġej:

(i)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bħala l-ewwel pass, sabiex il-verifiki mill-korp magħżul u notifikat isiru mingħajr intoppi, l-entità ġudikanti jew il-Maniġer tal-Infrastruttura, iħejju u jibgħatu lil dan tal-aħħar, għall-proġett ikkonċernat, ktieb ta’ verifika li jissintetizza t-tagħrif dwar id-definizzjoni tal-proġett għas-sistema ppjanata li għandu jkun parti mill-fajl tekniku tas-subsistema, hekk kif dan jirriżulta f’dan l-istadju ta’ definizzjoni, mid-disinn li serva bħala bażi għad-deċiżjoni tal-Istati Membri sabiex jipproċedu. F’kapitlu separat, dan il-ktieb ta’ verifika jiddeskrivi l-elementi li għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Infrastruttura tal-linja kkonċernata.”,

(ii)

fis-subklawżola “Il-gejġ tal-infrastruttura, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji, l-ispazju laterali, l-aċċess u l-intrużjonijiet”, l-ewwel u t-tieni subinċiżi tal-ewwel inċiż huma sostitwiti b’dan li ġej:

“—

il-gejġ tal-infrastruttura, għal kull binarju kkonċernat, kif tirriżulta mill-għażla li saret bħala reazzjoni għall-kalkoli sabiex jiġu applikati l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej relevanti, jew, sakemm tinħareġ il-pubblikazzjoni tagħhom, il-fuljetti 505-4 u 506 tal-UIC kif stipulat fit-Taqsima 4.3.3 għall-element ta’ ‘gejġ strutturali’ (4.3.3.1), li l-kalkoli għandhom jiġu mwaħħla mad-disinji,

il-gejġ ta’ approvazzjoni tal-pantograf, kif tirriżulta mill-għażliet bħala reazzjoni għall-kalkoli sabiex jiġu applikati l-fuljetti 606-1, 505-1 u 505-4 tal-UIC kif inhu speċifikat fit-Taqsima 4.3.3 għall-element ta’ ‘gejġ strutturali’ (4.3.3.1), li l-kalkoli għandhom jiġu mehmuża,”;

(b)

fit-Taqsima D.2.6 “Fażi ta’ kummissjonament tal-proġett”, ir-raba’ subklawżola (“Reġistri tal-Infrastruttura”) hija mħassra.

(14)

L-Anness E huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS E

IL-KARATTERISTIĊI LI HUMA MEĦTIEĠA JIDHRU FIR-REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2).


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.".


ANNESS III

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/733/KE (HS ENE TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 4.1.1 “Vultaġġ u frekwenza”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-vultaġġ fit-terminali tas-substazzjon u fil-pantograf għandhom jikkonformaw mal-Anness N għal din it-TSI. Il-frekwenza tal-vultaġġ għandha tikkonforma mal-Anness N għal din it-TSI. Għall-valutazzjoni tal-konformità, ara l-Anness N4”.

(2)

Fil-Klawżola 4.1.2.1 “Ġeometrija tal-linja sovraposta ta’ konnessjoni għal sistemi AC”, in-nota (3) tat-Tabella 4.2 hija mħassra.

(3)

Fil-Klawżola 4.1.2.2 “Ġeometrija ta’ linja sovraposta ta’ konnessjoni għal sistemi DC”, in-nota (4) tat-Tabella 4.3 hija mħassra.

(4)

Il-Klawżola 4.2.2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.2.4.   Envelopp dinamiku tal-vettura

Id-disinn tat-tagħmir tal-linja fl-għoli għandu jikkonforma mal-envelope dinamiku tal-vettura. Il-gejġ li għandu jiġi adottat jiddependi mill-kategorija tal-linja. Il-valutazzjoni tal-konformità għandu jitwettaq fi ħdan is-subsistema tal-enerġija”.

(5)

Il-Klawżola 4.2.2.5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.2.5.   Limitu tal-konsum massimu ta’ enerġija

L-enerġija installata fuq linja b’veloċità għolja u ameljorata jew linja ta’ konnessjoni tiddetermina l-konsum ta’ enerġija permissibbli tal-ferroviji. Għaldaqstant, għandhom jiġu installati strumenti ta’ limitazzjoni tal-kurrent abbord kif inhu spjegat fl-Anness O għal din it-TSI. Għandha titwettaq valutazzjoni fi ħdan il-valutazzjoni tas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji (rolling stock)”.

(6)

Fil-Klawżola 4.2.2.8 “Kordinament ta’ protezzjoni tal-elettriku”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Koordinazzjoni bejn il-protezzjoni elettrika tas-substazzjonijiet u dik tal-unitajiet tat-trazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi ottimizzat l-ikklirjar tal-ixxortjar taċ-ċirkwiti. (L-Anness E għal din it-TSI jipprovdi r-rekwiżiti applikabbli.)”.

(7)

Il-Klawżola 4.2.2.10 hija emendata kif ġej:

(a)

it-tielet paragrafu huwa mħassar;

(b)

fis-subklawżola “Ħtiġiet għad-disinn tas-subsistema ta’ enerġija” huwa mħassar it-tielet paragrafu.

(8)

Il-Klawżola 4.2.2.11 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-subklawżola “Ġenerali”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Trid issir għażla mill-entità ġudikanti”;

(b)

fis-subklawżola “Ħtiġiet għal-kmand tal-kontroll u tas-subsistema tar-rolling stock”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(9)

Fil-Klawżola 4.2.3.4 “Eċċezzjoni fil-każ tal-eżekuzzjoni tax-xogħolijiet”, it-tieni inċiż tat-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

l-impriżi ferrovjarji li joperaw fuq il-linja għandhom jiġu avżati dwar dawn l-eċċezzjonijiet temporanji, il-post ġeografiku tagħhom, it-tip tagħhom u l-mezzi ta’ sinjalar, permezz ta’ avviżi bil-miktub li jiddeskrivu, fejn dan ikun meħtieġ, it-tip ta’ sinjali speċifiċi użati”.

(10)

Il-Klawżola 4.2.3.5 hija mħassra.

(11)

Fil-Klawżola 4.3.1.1 “Enerġija installata”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-entità ġudikanti għandha tiddikjara t-tip tal-linja skont il-funzjoni tagħha b’referenza għall-Anness F għal din it-TSI. Id-disinn tas-sistema ta’ elettrifikazzjoni għandu jiggarantixxi l-abilità tal-provvista tal-enerġija sabiex tikseb il-prestazzjoni speċifikata. Għaldaqstant, il-Klawżola 4.2.2.5 tipprovdi rekwiżit dwar il-limitu ta’ konsum ta’ enerġija mis-subsistema tal-vettura ferrovjarja.”

(12)

Fil-Klawżola 4.3.1.4 “Ibbrejkjar reġenerattiv”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-entità ġudikanti tista’ tiddeċiedi jekk taċċettax jew le l-ibbrejkjar riġenerattiv fis-sistemi DC.”

(13)

Fil-Klawżola 5.3.1.2 “Kapaċità tal-kurrent”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kapaċità tal-kurrent tiddependi fuq il-kundizzjonijiet ambjentali li huma temperatura ambjentali massima u veloċità minima tar-rjieħ inkroċjati kif ukoll it-temperaturi permissibbli tal-elementi tal-linja ta’ kuntatt u d-dewmien tal-azzjoni kurrenti. Id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tikkontrolla l-limiti għat-temperaturi massimi kif inhu speċifikat fl-Anness B għall-EN 50119, il-verżjoni tal-2001, filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni d-dejta pprovduta fit-Tabelli 3 u 4 tal-punt 4.5 tal-EN 50149, il-verżjoni tal-1999. Analiżi għandha turi li l-linja ta’ kuntatt kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi”.

(14)

Fil-Klawżola 5.3.2.7 “Forza ta’ kuntatt u performance tal-interazzjoni tal-linja sovraposta/sistema tal-pantograf”, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-manifattur tal-pantograf għandu jipprovdi għall-bidla bejn it-tliet liwjiet li għandhom isiru abbord filwaqt li jittieħed it-tagħrif xieraq, eż. l-użu ta’ pantograf ta’ 1 950 mm jew tagħrif dwar it-tip ta’ vultaġġ dwar il-linja ta’ kuntatt fl-għoli”.

(15)

L-Anness D huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS D

REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA, TAGĦRIF DWAR IS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA

Id-dejta li trid tiġi pprovduta għar-reġistri speċifikati fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura (*2) ferrovjarja u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*3).

(16)

Fl-Anness H, hija mħassra n-nota numru 3 tat-Tabella H.1 fit-Taqsima H.3.1 “Linji ta’ kuntatt fl-għoli”.

(17)

Fl-Anness J, hija mħassra n-nota numru 4 tat-Tabella J.1 fit-Taqsima J.3.1 “Linji ta’ kuntatt fl-għoli”.

(18)

L-Anness O huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima O.2 “KURRENT MASSIMU TAL-FERROVIJA”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kurrent massimu permissibbli tal-ferrovija huwa pprovdut fit-Tabella O.1: il-livelli japplikaw kemm fil-modalità ta’ trazzjoni kif ukoll ta’ riġenerazzjoni.”;

(b)

fit-Taqsima O.4 “STRUMENT TA’ LIMITAZZJONI TAL-ENERĠIJA JEW TAL-KURRENT”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(*3)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”.


ANNESS IV

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/735/KE (HS RST TSI), huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 4 “KARATTERISTIĊI TAS-SUBSISTEMA”, it-tielet paragrafu tal-introduzzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-karatteristiċi komuni tal-vetturi ferrovjarji huma definiti fit-Taqsmia 4 ta’ din it-TSI”.

(2)

FIl-Klawżola 4.1.1 “Forzi massimi tal-binarji (BP4)”, fis-subklawżola (a) Tagħbija dinamika, it-tieni sentenza tat-tieni inċiż hija sostitwita b’dan li ġej:

“ir-regoli tekniċi fl-użu għal dawn il-linji huma applikabbli”.

(3)

Fil-Klawżola 4.1.2 “Tagħbija tal-fus (BP10)”, fit-tieni inċiż tas-seba’ paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“ir-regoli tekniċi fl-użu għal dawn il-linji huma applikabbli”.

(4)

Fil-Klawżola 4.1.4 “Skartament tat-tagħbija tal-vettura (BP12)”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-għażla ta’ gejġ għall-vettura ferrovjarja għandha ssir fuq il-bażi tar-rotot li l-vettura ferrovjarja hija meħtieġa topera”.

(5)

Fil-Klawżola 7.2 “KOMPATIBBILITÀ TAL-VAGUNI AMBULANTI MA’ SUBSISTEMI OĦRAJN”, ir-raba’, il-ħames u s-sitt paragrafu huma mħassra.

(6)

Fit-Tabella 2 tal-Anness E, in-nota li ġejja hija mħassra:

“(*)

Dejta skont ir-reġistru tal-infrastruttura tal-vettura ferrovjarja”

(7)

L-Anness F huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima Modula SD (Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Produzzjoni) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 6.2, is-sentenza “ir-reġistru tal-vettura ferrovjarja, inklużi l-indikazzjonijiet kollha kif inhu speċifikat fit-TSI” hija mħassra,

(ii)

fis-Subtaqsima 6.7, titħassar is-sentenza “u b’mod partikular, ir-reġistru tal-vetturi ferrovjarji (rolling stock), inklużi l-indikazzjonijiet kollha kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(b)

it-Taqsima Modula SF (Verifika tal-Prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 5, is-sentenza “ir-reġistru tal-vettura ferrovjarja, inklużi l-indikazzjonijiet kollha kif inhu speċifikat fit-TSI” hija mħassra,

(ii)

fis-Subtaqsima 11, is-sentenza “ir-reġistru tal-vettura ferrovjarja, inklużi l-indikazzjonijiet kollha kif inhu speċifikat fit-TSI” hija mħassra;

(c)

fit-taqsima Modula SH2 (Assigurazzjoni tal-garanzija sħiħa b’eżami tad-disinn), is-sentenza “ir-reġistru tal-vettura ferrovjarja, inklużi l-indikazzjonijiet kollha kif inhu speċifikat fit-TSI” tas-Subtaqsima 6.7 hija mħassra.

(8)

L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*2).


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”.


ANNESS V

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/66/KE (TSI għall-Istorbju) huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Klawżola 4.8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8.2.   Reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*2).

(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”."

(2)

L-Anness B huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima B.2 Modula SD (Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità tal-Produzzjoni) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-sitt inċiż tat-tieni paragrafu huwa mħassar,

(ii)

fis-Subtaqsima 10, il-kliem “u b’mod partikulari”, u d-disa’ inċiż, jitħassru;

(b)

it-Taqsima B.3 Modula SF (Verifika tal-Prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa mħassar,

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tieni inċiż huwa mħassar;

(c)

fit-Taqsima B.4 Modula SH2 (Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa b’eżami tad-disinn), it-tmien inċiż tas-Subtaqsima 10 huwa mħassar.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”.”


14.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4984)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/463/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament ta' l-Aġenzija) (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabilità (minn hawn ’il quddiem “TSIs” — Technical Specifications for Interoperability) ikunu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għar-rekwiżiti soċjali, u li tipproponi lill-Kummissjoni dawk l-emendi għat-TSIs li hi tqis bħala neċessarji.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2007) 3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini tal-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrevedi t-TSIs dwar il-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja, il-vaguni tal-merkanzija, il-vetturi ferrovjarji lokomotivi u tal-passiġġieri, l-istorbju, l-infrastruttura, l-enerġija, il-kontroll-kmand u s-sinjalar, il-ġestjoni tal-operazzjoni u t-traffiku, l-applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi ta’ merkanzija u ta’ ġarr ta’ passiġġieri, is-sikurezza fil-mini ferrovjarji u l-aċċessibilità għal persuni b’mobilità mnaqqsa.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura, il-proċedura għall-wiri tal-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi tat-TSIs għal-linji eżistenti u emendi sussegwenti għat-TSIs (ERA/REC/04-2011/INT).

(4)

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati u dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja. Wara l-adozzjoni taż-żewġ atti tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn l-abbozzi, b’mod partikolari d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (6), it-TSIs relevanti jridu jiġu aġġornati sabiex tkun żgurata konsistenza globali.

(5)

Għal raġunijiet prattiċi, ikun aħjar li tiġi emendata serje ta’ TSIs permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni waħda sabiex jiġu implimentati korrezzjonijiet u aġġornamenti partikolari fit-testi legali. Dawn il-korrezzjonijiet u l-aġġornamenti mhumiex ġejjin minn reviżjoni globali tat-TSIs jew mill-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tagħhom.

(6)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu emendati d-Deċiżjonijiet li ġejjin:

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (7) u

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 li tikkonċerna speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ kontroll u l-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja u li temenda l-Anness A tad-Deċiżjoni 2006/679/KE li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ kontroll u l-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (8).

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/679/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/860/KE huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)   ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(6)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.

(7)   ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1.

(8)   ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1.


ANNESS I

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/679/KE (CR CCS TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 2.2.4, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kull ferrovija b’veloċità għolja jew konvenzjonali mgħammra b’sistema Abbord tal-Klassi A skont it-TSI korrispondenti ma għandhiex, fuq il-bażi li tikkonċerna waħda miż-żewġ TSIs u skont il-kundizzjonijiet stipulati fihom, tkun ristretta sabiex topera fuq xi rotta trans-Ewropea ta’ veloċità għolja jew konvenzjonali b’infrastruttura mgħammra b’sistema ta’ maġenb il-binarji ta’ Klassi A skont it-TSI korrispondenti”.

(2)

Fil-Klawżola 4.3.2.5 “Kundizzjonijiet ambjentali fiżiċi”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kundizzjonijiet ambjentali, klimatiċi u fiżiċi tat-tagħmir kontroll-kmand mistennija fuq il-ferrovija għandhom jiġu ddefiniti b’referenza għall-Anness A, Indiċi A4”.

(3)

Il-Klawżola 4.3.3.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.3.   Kundizzjonijiet ambjentali fiżiċi

Il-kundizzjonijiet ambjentali klimatiċi u fiżiċi mistennija fl-infrastruttura għandhom jiġu ddefiniti b’referenza għall-Anness A, Indiċi A5”.

(4)

Fit-Taqsima 4.8, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dejta li trid tiġi pprovduta għar-reġistri speċifikati fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*1) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*2).

(*1)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1."

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”."

(5)

Il-Klawżola 6.2.1 “Proċeduri ta’ valutazzjoni” hija emendata kif ġej:

(a)

it-tmien u d-disa’ paragrafi huma mħassra;

(b)

l-għaxar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Dikjarazzjoni ta’ Verifika tal-KE dwar Armar Abbord u Maġenb il-Binarji, flimkien maċ-Ċertifikati ta’ Konformità hija biżżejjed sabiex jiġi żgurat li Armar Maġenb il-Binarji se jopera b’Armar Abbord mgħammar li għandu karatteristiċi korrispondenti u skont il-kundizzjonijiet speċifikati f’din it-TSI mingħajr Dikjarazzjoni addizzjonali tal-KE ta’ verifika tas-subsistema”.

(6)

Fil-Klawżola 6.2.1.3 “Valutazzjoni fil-fażijiet ta’ migrazzjoni”, is-sitt paragrafu huwa mħassar.

(7)

Fil-Klawżola 6.2.2.3 “Kundizzjonijiet għall-użu ta’ moduli għal armar abbord u maġenb il-binarji”, it-tielet paragrafu tas-subklawżola “Validazzjoni ta’ armar abbord” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk it-testijiet juru li l-ispeċifikazzjonijiet ma jkunux inkisbu fil-każijiet kollha (eż. konformità mat-TSI sa ċerta veloċità biss), il-konsegwenzi fir-rigward tal-konformità mat-TSI għandhom jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità”.

(8)

Fil-Klawżola 7.4.2.1 “Kategorija ta’ kull każ speċifiku jingħata fl-Anness A, Appendiċi 1”, fit-tabella, il-ġustifikazzjonijiet tal-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 10, 13 u 15 huma sostitwiti b’dan li ġej:

(a)

għall-punt 1: “Tagħmir eżistenti ta’ axle counter”;

(b)

għall-punt 3: “Relevanti fuq il-linji bi qsim tal-livell”;

(c)

għall-punti 4 u 5: “Tagħmir eżistenti taċ-ċirkwiti ferrovjarji”;

(d)

għall-punt 6: “Tagħmir eżistenti ta’ axle counter”;

(e)

għall-punt 7: “It-tagħbija minima fuq il-flus meħtieġa għall-bidla tal-binarji ta’ ċerti ċirkwiti ferrovjarji hija determinata f’rekwiżit tal-EBA (Eisenbahn-Bundesamt), relevanti fuq xi linji ewlenin fil-Ġermanja fiż-żona li kienet DR (Deutsche Reichsbahn) b’ċirkwiti ferrovjarji ta’ 42 Hz u 100 Hz. L-ebda tiġdid. Għandu jitlesta għall-Awstrija u għall-Iżvezja”;

(f)

għall-punt 10: “Relevanti fuq il-linji bi qsim tal-livell b’ċirkwiti ta’ detezzjoni”;

(g)

għall-punt 13: “Tagħmir eżistenti taċ-ċirkwiti ferrovjarji b’vultaġġ baxx”;

(h)

għall-punt 15: “Relevanti fuq il-linji bi qsim tal-livell”.

(9)

L-Anness A huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-Taqsima 4.6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.6

Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jippermetti limiti inqas restrittivi”,

(ii)

it-Taqsima 5.1.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.1.2.   Dwar id-distanza bx

Id-distanza bx (Fig. 1) ma għandhiex taqbeż l-4 200 mm, ħlief jekk il-Vettura Ferrovjarja taħdem biss fuq linji, li fuqhom hija permessa bx sa 5 000 mm.

Il-Vettura Ferrovjarja li fiha l-bx tkun ta’ aktar minn 4 200 mm ma għandhiex taħdem fuq linji, li għalihom mhijiex permessa bx ta’ aktar minn 4 200 mm.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Verifika tal-KE tal-vettura ferrovjarja għandu jkun fiha din l-indikazzjoni.

Fuq sezzjonijiet mibnijin ġodda ta’ linji ta’ kategorija I, is-sistema ta’ CCS ta’ detezzjoni tal-ferroviji għandha tippermetti ferroviji b’bx sa 5 000 mm.

F’sezzjonijiet oħrajn (linji ta’ kategorija I ameljorati jew restawrati fuq naħa u linji ta’ kategorija II jew III ġodda jew ameljorati jew restawrati fuq in-naħa l-oħra), is-sistema ta’ CCS ta’ detezzjoni tal-ferroviji għandha tippermetti vetturi ferrovjarji b’bx sa 4 200 mm. Il-Maniġers tal-Infrastruttura jingħataw parir li jippruvaw jippermettu anki vetturi ferrovjarji b’bx sa 5 000 mm”,

(iii)

it-Taqsima 6.1.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.1.3.   Każ speċifiku tal-Awstrija, il-Ġermanja u l-Belġju

It-tagħbija fuq il-flus għandha tkun tal-inqas 5 tunnellati fuq ċerti linji”,

(iv)

it-Taqsima 6.5.5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.5.5.   Każ speċifiku tal-Pajjiżi l-Baxxi

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali fl-Anness A, Appendiċi 1, rekwiżiti addizzjonali jistgħu japplikaw għal lokomotivi u unitajiet multipli fuq ċirkwiti ferrovjarji”,

(v)

it-Taqsima 8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“8.2.   Użu tal-brejkijiet elettriċi/manjetiċi

8.2.1.   L-użu ta’ brejkijiet manjetiċi u dawn b’belligħat żgħar tal-kurrent huwa permess biss għall-applikazzjoni tal-brejk ta’ emerġenza jew f’waqfa. L-użu ta’ brejkijiet manjetiċi u brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent għall-applikazzjoni tal-brejk ta’ emerġenza jista’ jkun projbit.

8.2.2.   Jekk dan ikun permess, brejkijiet b’belligħat żgħar u brejkijiet manjetiċi jistgħu jintużaw għall-ibbrejkjar tas-servizz.

8.2.3.   Każ speċifiku tal-Ġermanja:

Il-brejk manjetiku u l-brejk b’belligħat tal-kurrent mhuwiex permess fl-ewwel karru ppernjat ta’ vettura fuq quddiem sakemm dan ma jkunx espliċitament indikat b’mod ieħor”;

(b)

fl-Appendiċi 2, it-Taqsima 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.   TIPI U LIMITI TA’ SISTEMI TA’ TWISSIJA

Il-HABD għandu jibni t-tipi ta’ alarms li ġejjin:

sistema ta’ twissija ta’ ħruq,

sistema ta’ twissija ta’ sħana,

sistema ta’ twissija ta’ differenza jew tip ieħor ta’ sistema ta’ twissija”.

(10)

L-Anness B huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima “UŻU TAL-ANNESS B”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-impriżi ferrovjarji li jridu jinstallaw waħda jew aktar minn dawn is-sistemi fuq il-ferroviji tagħhom għandhom jirreferu għall-Istat Membru xieraq”;

(b)

fit-Taqsima “Parti 2: Radju”, is-sentenza ta’ wara l-punt 17 tal-indiċi hija sostitwita b’dan li ġej:

“Bħalissa, dawn is-sistemi qed jintużaw fl-Istati Membri”.

(11)

L-Anness Ċ huwa mħassar.

(12)

L-Anness E huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima Modula SB (Eżami tat-tip), it-tieni inċiż tas-sitt paragrafu tas-Subtaqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-reġistru Ewropew għat-tipi awtorizzati ta’ vetturi, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(b)

it-Taqsima Modula SD (Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità tal-Produzzjoni) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-sitt inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-Subtaqsima 10, id-disa’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(c)

it-Taqsima Modula SF (Verifika tal-Prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(d)

fit-Taqsima Modula SH2 (Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa b’eżami tad-disinn), it-tmien inċiż tas-Subtaqsima 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(e)

it-Taqsima Modula SG (Verifika tal-Unità) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 3, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-Subtaqsima 8, it-tmien inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

„—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.


(*1)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”.”


ANNESS II

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/860/KE (HS CCS TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 2.2.4, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kull ferrovija b’veloċità għolja jew konvenzjonali mgħammra b’sistema Abbord tal-Klassi A skont it-TSI korrispondenti ma għandhiex, fuq il-bażi li tikkonċerna waħda miż-żewġ TSIs u skont il-kundizzjonijiet stipulati fihom, tkun ristretta sabiex topera fuq xi rotta trans-Ewropea ta’ veloċità għolja jew konvenzjonali b’infrastruttura mgħammra b’sistema ta’ maġenb il-binarji ta’ Klassi A skont it-TSI korrispondenti”.

(2)

Fil-Klawżola 4.3.2.3 “Prestazzjoni u karatteristiċi garantiti tal-ibbrejkjar tal-ferrovija”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal ferroviji fissi, il-prestazzjoni ta’ bbrejkjar garantita hija ppruvduta mill-manifatturi”.

(3)

Il-Klawżola 4.3.2.5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.2.5.   Kundizzjonijiet tal-ambjent fiżiku

Il-kundizzjonijiet ambjentali klimatiċi u fiżiċi tat-tagħmir Kontroll-Kmand mistennija fuq il-ferrovija għandhom jiġu definiti b’referenza għall-Anness A, indiċi A4 u indiċi A5”.

(4)

Fil-Klawżola 4.3.2.9 “Rilevaturi tal-Kaxxa ta’ Fus Jaħraq”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din l-interfaċċja hija relevanti għas-sistema HABD ta’ Klassi A”.

(5)

Il-Klawżola 4.3.3.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.3.4.   Użu ta’ brejkijiet elettriċi/manjetiċi

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tat-tagħmir maġenb il-binarji ta’ Kontroll-Kmand, l-użu tal-brejkijiet manjetiċi u l-brejkijiet b’belligħat żgħar għandu jiġi definit b’referenza għall-Klawżola 5.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness A”.

(6)

Fit-Taqsima 4.8, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Id-dejta li trid tiġi pprovduta għar-reġistri speċifikati fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*3).

(7)

Il-Klawżola 6.2.1 “Proċeduri ta’ valutazzjoni” hija emendata kif ġej:

(a)

it-tmien u d-disa’ paragrafi huma mħassra;

(b)

l-għaxar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Dikjarazzjoni ta’ Verifika tal-KE dwar Armar Abbord u Maġenb il-Binarji, flimkien maċ-Ċertifikati ta’ Konformità hija biżżejjed sabiex jiġi żgurat li Armar Maġenb il-Binarji se jopera b’Armar Abbord mgħammar li għandu karatteristiċi korrispondenti u skont il-kundizzjonijiet speċifikati f’din it-TSI mingħajr Dikjarazzjoni addizzjonali tal-KE ta’ verifika tas-subsistema”.

(8)

Fil-Klawżola 6.2.1.3 “Valutazzjoni fil-fażijiet ta’ migrazzjoni”, is-sitt paragrafu huwa mħassar.

(9)

Fil-Klawżola 6.2.2.3.1 “Validazzjoni tal-Armar Abbord”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ li jkun hemm limitazjonijiet għall-applikabbiltà ġenerali tar-riżultati u tat-testijiet (eż. konformità mat-TSI sa ċerta veloċità biss), dawn il-limitazzjonijiet għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat”.

(10)

Fil-Klawżola 6.2.2.3.2 “Validazzjoni tal-Armar Maġenb il-Binarji”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ li jkun hemm limitazjonijiet għall-applikabbiltà ġenerali tar-riżultati u tat-testijiet (eż. konformità mat-TSI sa ċerta veloċità biss), dawn il-limitazzjonijiet għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat”.

(11)

Il-Klawżola 7.2.8 hija mħassra.

(12)

Fil-Klawżola 7.2.9 “Vettura ferrovjarja b’tagħmir ta’ protezzjoni tal-ferrovija ta’ Klassi A u Klassi B”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Barra minn hekk, is-sistema ta’ Klassi B tista’ tiġi implimentata b’mod indipendenti (jew, f’każ ta’ ameljorament jew tiġdid, titħalla ‘kif inhi’), fil-każ ta’ sistemi tal-Klassi B li għalihom STM (Specific Transmission Module) mhuwiex alternattiva ekonomikament vijabbli mill-perspettiva tas-sid tal-vettura ferrovjarja. Madanakollu, jekk ma jintużax STM, l-Impriża Ferrovjarja trid tiżgura li n-nuqqas ta’ ‘handshake’ (= ġestjoni mill-ETCS (European Train Control System) tat-tranżizzjonijiet bejn il-Klassi A u l-Klassi B maġenb il-binarji) ikun ġestit kif inhu xieraq xorta waħda”.

(13)

Il-Klawżola 7.2.10 hija mħassra.

(14)

Fil-Klawżola 7.5.2.1 “Kategorija ta’ kull każ speċifiku jingħata fl-Anness A, Appendiċi 1”, fit-tabella, il-ġustifikazzjonijiet tal-punti 1, 3, 4, 5, 6, 8, 11, 14 u 17 huma sostitwiti b’dan li ġej:

(a)

għall-punt 1: “Tagħmir eżistenti ta’ axle counter”;

(b)

għall-punt 3: “Relevanti fuq il-linji bi qsim tal-livell”;

(c)

għall-punti 4 u 5: “Tagħmir eżistenti taċ-ċirkwiti ferrovjarji”;

(d)

għall-punt 6: “Tagħmir eżistenti ta’ axle counter”;

(e)

għall-punt 8 għall-Ġermanja: “It-tagħbija minima fuq il-flus meħtieġa għall-bidla tal-binarji ta’ ċerti ċirkwiti ferrovjarji hija determinata f’rekwiżit tal-EBA (Eisenbahn-Bundesamt), relevanti fuq xi linji ewlenin fil-Ġermanja fiż-żona li kienet DR (Deutsche Reichsbahn) b’ċirkwiti ferrovjarji ta’ 42 Hz u 100 Hz. L-ebda tiġdid”;

(f)

għall-punt 8 għall-Awstrija: “It-tagħbija minima fuq il-flus meħtieġa għall-bidla tal-binarji ta’ ċerti ċirkwiti ferrovjarji hija determinata f’rekwiżit għall-funzjoni sigura, relevanti fuq xi linji ewlenin fl-Awstrija b’ċirkwiti ferrovjarji ta’ 100 Hz. L-ebda tiġdid.”;

(g)

għall-punt 11: “Relevanti fuq il-linji bi qsim tal-livell b’ċirkwiti ta’ detezzjoni”;

(h)

għall-punt 14 “Tagħmir eżistenti taċ-ċirkwiti ferrovjarji b’vultaġġ baxx”;

(i)

għall-punt 17: “Relevanti fuq il-linji bi qsim tal-livell”.

(15)

L-Anness A huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-Taqsima 4.6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.6.   Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jippermetti limiti inqas restrittivi”,

(ii)

It-Taqsima 5.1.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.1.2.   Dwar id-distanza bx

Id-distanza bx (Fig. 1) ma għandhiex taqbeż l-4 200 mm, ħlief jekk il-Vettura Ferrovjarja taħdem biss fuq linji, li fuqhom hija permessa bx sa 5 000 mm.

Il-Vettura Ferrovjarja li fiha l-bx tkun ta’ aktar minn 4 200 mm ma għandhiex taħdem fuq linji, li għalihom mhijiex permessa bx ta’ aktar minn 4 200 mm.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Verifika tal-KE tal-vettura ferrovjarja għandu jkun fiha din l-indikazzjoni.

Fuq sezzjonijiet mibnijin ġodda ta’ linji ta’ kategorija I, is-sistema ta’ CCS ta’ detezzjoni tal-ferroviji għandha tippermetti ferroviji b’bx sa 5 000 mm.

F’sezzjonijiet oħrajn (linji ta’ kategorija I ameljorati jew restawrati fuq naħa u linji ta’ kategorija II jew III ġodda jew ameljorati jew restawrati fuq in-naħa l-oħra), is-sistema ta’ CCS ta’ detezzjoni tal-ferroviji għandha tippermetti vetturi ferrovjarji b’bx sa 4 200 mm. Il-Maniġers tal-Infrastruttura jingħataw parir li jippruvaw jippermettu anki vetturi ferrovjarji b’bx sa 5 000 mm”,

(iii)

it-Taqsima 6.1.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.1.3.   Każ speċifiku tal-Awstrija, il-Ġermanja, u l-Belġju

It-tagħbija fuq il-flus għandha tkun tal-inqas 5 tunnellati fuq ċerti linji”,

(iv)

it-Taqsima 6.5.5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.5.5.   Każ speċifiku tal-Pajjiżi l-Baxxi

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali fl-Anness A, Appendiċi 1, rekwiżiti addizzjonali jistgħu japplikaw għal lokomotivi u unitajiet multipli fuq ċirkwiti ferrovjarji”,

(v)

it-Taqsima 8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“8.2.   użu tal-brejkijiet elettriċi/manjetiċi

8.2.1.   L-użu ta’ brejkijiet manjetiċi u dawn b’belligħat żgħar tal-kurrent huwa permess biss għall-applikazzjoni tal-brejk ta’ emerġenza jew f’waqfa. L-użu ta’ brejkijiet manjetiċi u brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent għall-applikazzjoni tal-brejk ta’ emerġenza jista’ jkun projbit”.

8.2.2.   Jekk dan ikun permess, brejkijiet b’belligħat żgħar u brejkijiet manjetiċi jistgħu jintużaw għall-ibbrejkjar tas-servizz.

8.2.3.   Każ speċifiku tal-Ġermanja:

Il-brejk manjetiku u l-brejk b’belligħat tal-kurrent mhuwiex permess fl-ewwel karru ppernjat ta’ vettura fuq quddiem sakemm dan ma jkunx espliċitament indikat b’mod ieħor”;

(b)

fl-Appendiċi 2, it-Taqsima 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5   TIPI U LIMITI TA’ SISTEMI TA’ TWISSIJA

Il-HABD għandu jibni t-tipi ta’ alarms li ġejjin:

sistema ta’ twissija ta’ ħruq,

sistema ta’ twissija ta’ sħana,

sistema ta’ twissija ta’ differenza jew tip ieħor ta’ sistema ta’ twissija”.

(16)

L-Anness B huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima “UŻU TAL-ANNESS B”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-impriżi ferrovjarji li jridu jinstallaw waħda jew aktar minn dawn is-sistemi fuq il-ferroviji tagħhom għandhom jirreferu għall-Istat Membru xieraq”;

(b)

fit-Taqsima “Parti 2: Radju”, is-sentenza ta’ wara l-punt 17 tal-indiċi hija sostitwita b’dan li ġej:

“Bħalissa, dawn is-sistemi qed jintużaw fl-Istati Membri”.

(17)

L-Anness Ċ huwa mħassar.

(18)

L-Anness E huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima Modula SB (Eżami tat-tip), it-tieni inċiż tal-ħames paragrafu tas-Subtaqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-reġistru Ewropew għat-tipi awtorizzati ta’ vetturi, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(b)

it-Taqsima Modula SD (Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità tal-Produzzjoni) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-sitt inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-Subtaqsima 10, id-disa’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(c)

it-Taqsima Modula SF (Verifika tal-Prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(d)

fit-Taqsima Modula SH2 (Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa b’eżami tad-disinn), it-tmien inċiż tas-Subtaqsima 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”;

(e)

it-Taqsima Modula SG (Verifika tal-Unità) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 3, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”,

(ii)

fis-Subtaqsima 8, it-tmien inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.



14.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4985)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/464/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (li minn hawn ’il quddiem sejra tissejjaħ “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (li minn hawn ’il quddiem sejrin jissejħu ‘TSIs’ — Technical Specifications for Interoperability) jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għar-rekwiżiti soċjali u li tipproponi lill-Kummissjoni dawk l-emendi għat-TSIs li hi tqis bħala neċessarji.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini tal-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrevedi t-TSIs dwar il-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja, il-vaguni tal-merkanzija, il-vetturi ferrovjarji lokomottivi u tal-passiġġiera, l-istorbju, l-infrastruttura, l-enerġija, tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalar, il-ġestjoni tal-operazzjoni u t-traffiku, l-applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi ta’ merkanzija u ta’ ġarr ta’ passiġġiera, is-sikurezza fil-mini ferrovjarji u l-aċċessibilità għal persuni b’mobilità mnaqqsa.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura, il-proċedura għall-wiri tal-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi tat-TSIs għal-linji eżistenti u emendi sussegwenti għat-TSIs (ERA/REC/04-2011/INT).

(4)

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati u dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja. Wara l-adozzjoni taż-żewġ atti tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn l-abbozzi, b’mod partikolari d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (6), it-TSIs rilevanti jridu jiġu aġġornati sabiex tkun żgurata konsistenza globali.

(5)

L-Appendiċi A tat-TSIs attwali dwar il-Ġestjoni tal-Operazzjoni u t-Traffiku jirreferi għar-regoli operazzjonali tal-verżjoni 1 tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS — European Railway Traffic Management System) li ġew żviluppati fuq il-bażi tal-verżjoni 2.2.2 tal-Ispeċifikazzjonijiet tar-Rekwiżiti tas-Sistema (SRS — System Requirements Specifications) tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS — European Train Control System).

(6)

L-SRS tal-ETCS waslu għal verżjoni stabbli 2.3.0.d. Din trid tiġi riflessa mir-regoli operazzjonali aġġornati tal-ERTMS fit-TSIs dwar il-ġestjoni tal-operazzjoni u t-traffiku, kemm għal ferroviji konvenzjonali kif ukoll għal dawk ta’ veloċità għolja.

(7)

Fl-20 ta’ Lulju 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar il-prinċipji u r-regoli operazzjonali riveduti tal-ERTMS” fit-TSIs dwar il-ġestjoni tal-Operazzjoni u t-Traffiku għal ferroviji konvenzjonali u ferroviji ta’ veloċità għolja (ERA/REC/08-2011/INT-ERTMS).

(8)

Fit-8 ta’ Settembru 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar emendi ulterjuri għat-TSIs sabiex tikkoreġi l-iżbalji u n-nuqqasijiet (ERA/REC/07-2011/INT).

(9)

Għal raġunijiet prattiċi, ikun aħjar li tiġi emendata serje ta’ TSIs permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni waħda sabiex jiġu implimentati korrezzjonijiet u aġġornamenti partikolari fit-testi legali. Dawn il-korrezzjonijiet u l-aġġornamenti mhumiex ġejjin minn reviżjoni globali tat-TSIs jew mill-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika tagħhom.

(10)

Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu emendati d-Deċiżjonijiet li ġejjin:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta’ Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika tal-interoperabbiltà marbuta mas-subsistema “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema konvenzjonali tal-ferrovija trans-Ewropea (7);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-sikurezza fil-mini ferrovjarji fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali u ta’ veloċità għolja (8);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (9);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema infrastruttura tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (10);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat-30 ta’ Mejju 2002  (11);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema vetturi ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (12);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (13);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà marbuta mas-sottosistema “vetturi ferrovjarji — storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (14);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/274/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (15);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal- “infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (16);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema konvenzjonali trans-Ewropea tal-ferroviji (17);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/314/UE tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (18).

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/163/KE huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/164/KE huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/217/KE huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/231/KE huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/232/KE huwa emendat skont l-Anness VI għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/284/KE huwa emendat skont l-Anness VII għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/229/UE huwa emendat skont l-Anness VIII għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/274/UE huwa emendat skont l-Anness IX għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/275/UE huwa emendat skont l-Anness X għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/291/UE huwa emendat skont l-Anness XI għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/314/UE huwa emendat skont l-Anness XII għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1

(2)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)   ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(6)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.

(7)   ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.

(8)   ĠU L 64, 7.3.2008, p. 1.

(9)   ĠU L 64, 7.3.2008, p. 72.

(10)   ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1.

(11)   ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.

(12)   ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132.

(13)   ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1.

(14)   ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1.

(15)   ĠU L 126, 14.5.2011, p. 1.

(16)   ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53.

(17)   ĠU L 139, 26.5.2011, p. 1.

(18)   ĠU L 144, 31.5.2011, p. 1.


ANNESS I

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE (WAG TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 3.4.3 “KOMPATIBILITÀ TEKNIKA”, l-għaxar inċiż tas-sitt paragrafu huwa mħassar

(2)

Il-Klawżola 4.2.3.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.3.2    Tagħbija statika tal-fus, massa għat-tul tal-unità u karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus

It-tagħbija permissibbli li vagun jista’ jġorr, għal linji ferrovjarji li jaslu sa 25t, għandha tiġi determinata mill-applikazzjoni tal-Klawżoli 6.1 u 6.2 tal-EN 15528:2008. Għall-karatteristiċi tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji, huma imposti rekwiżiti addizzjonali fuq il-vaguni (ara l-Appendiċi 1 tal-Anness A għat-TSI tas-CCS)”.

(3)

Fil-Klawżola 4.2.4.1.2.2 “Elementi ta’ Prestazzjoni tal-Ibbrejkar”, is-subklawżola “Perċentwal tal-massa tal-brejk”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-metodu ta’ determinazzjoni tal-massa tal-brejk/perċentwal tal-massa tal-brejk għandu jibqa’ applikabbli flimkien mal-metodu ta’ profili ta’ tnaqqis tal-veloċità; il-manifattur għandu jipprovdi dawn il-valuri”.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.4.1.2.8 “Brejk tal-Ipparkjar”, il-paragrafu ħdax huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-prestazzjoni minima tal-brejk tal-ipparkjar, mingħajr riħ, għandha tiġi determinata mill-kalkoli kif definit fil-Klawżola 6 tal-EN 14531-6:2009. Il-prestazzjoni minima tal-brejk tal-ipparkjar għandha tiġi mmarkata fuq l-unità. L-immarkar għandu jikkonforma mal-EN 15877-1:2010 (Klawżola 4.5.25)”.

(5)

Fil-Klawżola 4.2.6.1.1 “Ġenerali”, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(6)

Fil-Klawżola 4.2.8 “MANUTENZJONI: IL-FAJL TAL-MANUTENZJONI”, il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(7)

Fil-Klawżola 4.2.8.1.2 “Ġestjoni tal-Fajl tal-Manutenzjoni”, l-ewwel inċiż huwa mħassar.

(8)

Il-Klawżola 4.3.2.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.2.1    Tagħbija statika tal-fus, massa għat-tul tal-unità u karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus (taqsima 4.2.3.2)

It-Taqsima 4.2.3.2 ta’ din it-TSI tispeċifika l-massa għat-tul tal-unità u l-karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus, inklużi rekwiżiti imposti fuq il-vaguni (ara l-Appendiċi 1 tal-Anness A għat-TSI tas-CCS) għall-karatteristiċi tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji”.

(9)

Fil-Klawżola 4.3.3.9 “Kundizzjonijiet Ambjentali”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta jinqabeż limitu tal-kundizzjonijiet klimatiċi definiti fit-taqsima 4.2.6.1.2 ta’ din it-TSI, is-sistema tkun f’modalità degradata. F’dan il-każ, għandhom jiġu kkunsidrati restrizzjonijiet operazzjonali u għandu jingħata tagħrif lill-Impriża Ferrovjarja jew lill-konduttur tal-ferrovija”.

(10)

It-titolu tal-Klawżola 4.3.5.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.3.5.4    Tagħbija statika tal-fus, massa għat-tul tal-unità u karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus

(11)

It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8.   REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA U REĠISTRU EWROPEW TAT-TIPI TA’ VETTURI AWTORIZZATI

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1).

(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 9.” "

(12)

It-taqsima 7.6.5 hija sostitwita b’dan li ġej:

7.6.5.   Anke jekk vagun ikun ġie awtorizzat għat-tqegħid għas-servizz, hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li jitħaddem fuq infrastrutturi kompatibbli”.

(13)

Fl-Anness C, it-Taqsima C.4 “ĦXUNA BEJN IL-BINARJI GA, GB, GC TAL-VETTURI”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tagħbijiet u vetturi li jikkonformaw mal-ħxuna mkabbra ta’ bejn il-binarji GA, GB jew GC għandhom jitħallew biss fuq linji mwessa’ għal dawn il-qisien. Iċ-ċaqliq kollu tal-GA, GB u GC fuq dawn il-linji li ma jintweriex f’din il-lista għandu jiġi ttrattat bħala kunsinna speċjali”.

(14)

L-Anness D huwa mħassar.

(15)

L-Anness H huwa mħassar.

(16)

Fl-Anness I, il-Figura I.5 hija sostitwita b’din li ġejja:

Image 1
Figura I.5

Test ta 'immaġni

(17)

Fl-Anness P, it-Tabella P.3 hija emendata kif ġej:

(a)

It-test fir-raba’ ringiela mill-bidu tat-tabella “Iċ-ċarġ żejjed ta’ pressjoni għolja, għall-pressjoni tal-pajp tal-brejk b’6 bars, wara applikazzjoni ta’ servizz sħiħ, ma għandux iċaqlaq applikazzjoni ta’ brejk jekk sostnut:”, l-aħħar kolonna “Valur Limitu” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Pożizzjonar tal-Passiġġiera: sa 10 sekonda

Pożizzjonar tal-Merkanzija: sa 40 sekonda”.

(b)

It-test fis-sitt ringiela mill-bidu tat-tabella “Ħin ta’ rilaxx tal-ferrovija wara applikazzjoni sħiħa”, l-aħħar kolonna “Valur Limitu” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Pożizzjonar tal-Passiġġiera: sa 25 sekonda

Pożizzjonar tal-Merkanzija: sa 60 sekonda”.

(18)

Fl-Anness Q, it-Tabella Q.1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-test fil-ħames kolonna “Esperjenza fis-servizz (Modulu V)”, il-ħames ringiela mill-qiegħ “pedd u diska tal-brejk” hija sostitwita b’dan li ġej:

“12-il xahar”.

(b)

Fit-test fil-ħames kolonna “Esperjenza fis-servizz (Modulu V)”, ir-raba’ ringiela mill-qiegħ “Lokkijiet tal-brejk” hija sostitwita b’dan li ġej:

“12-il xahar”.

(19)

Fl-Anness T, it-Taqsima T.1.1 “Introduzzjoni”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-qisien tal-vaguni tal-merkanzija li ġejjin huma disponibbli fuq il-linji fir-Renju Unit: W6, W7, W8 u W9. Il-qisien huma deskritti aktar ’l isfel fit-Taqsima A —W6, Taqsima B —Kalkolu tal-Kampjun, Taqsima C —W7 u W8, Taqsima D —W9. L-applikazzjoni ta’ dawn il-qisien hija limitata għal vetturi li ċ-ċaqliq u x-xengil tagħhom f’sospensjoni laterali huma minimi. Il-vetturi b’sospensjoni laterali ratba u/jew xengil sostanzjali għandhom jiġu evalwati b’mod dinamiku skont l-Istandards Nazzjonali Notifikati”.

(20)

Fl-Anness V, it-Taqsima V.2 hija emendata kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-vaguni tal-merkanzija li joperaw fir-Renju Unit għandu jkollhom il-forza tal-ibbrejkjar ekwivalenti u, jekk dawn ikunu applikabbli, kull fattur tal-forza tal-ibbrejkjar ikkalkolat. Il-vaguni tal-merkanzija li joperaw fi Stati Membri oħrajn u mhux fir-Renju Unit għandu jkollhom ikkalkolat il-perċentwal tal-piż tal-brejk/piż ibbrejkjat. Il-vaguni tal-merkanzija meħtieġa sabiex joperaw fir-Renju Unit u Stati Membri oħrajn għandu jkollhom ikkalkolati kemm il-forza tal-ibbrejkjar/fatturi tal-forza tal-ibbrejkjar ekwivalenti kif ukoll il-perċentwal tal-piż tal-brejk/piż ibbrejkjat”.

(b)

fis-subkapitolu “Kalkolu tad-Dejta tal-Forza tal-Ibbrejkjar”, il-punt (ii) huwa mħassar.

(21)

L-Anness AA huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima Modulu SD hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-sitt inċiż tat-tieni paragrafu huwa mħassar.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, il-kliem “u b’mod partikolari:” u d-disa’ inċiż jitħassru.

(b)

It-Taqsima Modulu SF (Verifika tal-Prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa mħassar.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tieni inċiż huwa mħassar.

(c)

fit-Taqsima Modulu SH2 (Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità Sħiħa b’Eżaminazzjoni tad-Disinn), it-tmien inċiż tas-Subtaqsima 10 huwa mħassar.

(22)

L-Anness FF huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella FF 2.1 hija emendata kif ġej:

(i)

In-Nota (g) hija sostitwita kif ġej:

“(g)

Funzjonijiet standard ta’ volum taċ-ċilindru tal-brejk jew volum ta’ kontroll (“dummy volume”) sa massimu ta’ 14 l”.

(ii)

In-Nota (k) hija sostitwita kif ġej:

“(k)

SW 4/3 — bil-valv ta’ limitu C3 W, il-mili tar-riżervi ta’ kontroll u awżiljarji jrid jieħu kważi l-istess ħin”.

(b)

It-Tabella FF 2.2 hija emendata kif ġej

(i)

It-test fl-aħħar kolonna “Brejk bl-arja kkompressata”, id-disa’ ringiela mill-qiegħ “Oerlikon/ESH 100” hija sosititwita b’dan li ġej:

“Il-brejk G/P b’azzjoni mhux universali fejn iċ-ċilindru tal-brejk konness jew il-volumi aġġustati minn qabel jaslu sa 14 l”.

(ii)

In-nota (b) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(b)

SW 4C — mili kkontrollat ta’ riżerva ta’ kontroll bi protezzjoni kontra ċarġ żejjed meta jingħafas il-brejk”.

(iii)

In-Nota (d) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(d)

Iċ-ċowk tad-distributur għandu jiġi adattat fi stadji għall-volumi tar-riżerva awżiljarja tal-vettura”.

(c)

Fit-Tabella FF 3, ir-raba’ u l-ħames ringieli mill-qiegħ huma sostitwiti b’dan li ġej:

“DAKO

Valv proporzjonali għat-tagħbija SL1 jew SL2

DAKO-DSS

DAKO

Valv proporzjonali għat-tagħbija SL1 jew SL2

DAKO-DS”

(d)

Fit-Tabella FF 8, is-sitt ringiela (PKP) hija sostitwita b’dan li ġej:

“CNTK

Warsaw”

(23)

L-Anness KK huwa mħassar.


(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 9.” ”


ANNESS II

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/163/KE (SRT TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu “ABBOZZ TA’ SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABBILTÀ” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABBILTÀ”.

(2)

Fil-Klawżola 4.2.4.1 “Rilevaturi tal-kaxxa ta’ fus jaħraq”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-IM (Infrastructure Manager) għandu jagħżel rilevaturi tal-kaxxa ta’ fus jaħraq maġenb il-linja ferrovjarja u l-post tagħhom. L-RU (Railway Undertaing) għandha tinkludi tagħrif dwar dawn fil-Ktieb tar-Rotta”.

(3)

Il-Klawżola 4.2.5.9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.5.9.   Sistema ta’ dwal ta’ emerġenza fil-ferrovija

Id-dispożizzjonijiet fil-Klawżola 4.2.7.12 ‘Dwal ta’ emerġenza’ tal-HS RST TSI japplikaw anki għall-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri konvenzjonali, ħlief li hija meħtieġa awtonomija ta’ 90 minuta wara l-provvista ewlenija tal-enerġija tkun falliet.”

(4)

Fil-Klawżola 4.3.2 “Interfaċċji mas-subsistema tal-Infrastruttura”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”.

(5)

Il-Klawżola 4.3.2.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.3.2.1   Passaġġi ta’ ħruġ

Id-definizzjoni ta’ passaġġi ta’ ħruġ hija spjegata fit-taqsima 4.2.2.7 ta’ din it-TSI.”

(6)

Fil-Klawżola 4.3.3 “Interfaċċji mas-subsistema tal-Enerġija”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”.

(7)

Fil-Klawżola 4.3.4 “Interfaċċji mas-subsistema ta’ Sinjalar tal-Kmand tal-Kontroll”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”.

(8)

Fil-Klawżola 4.3.5 “Interfaċċji mas-subsistema ta’ Ġestjoni u Operazzjoni tat-Traffiku”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”.

(9)

Il-Klawżola 4.3.6 “Interfaċċji mas-subsistema ta’ vetturi ferrovjarji” hija emendata kif ġej:

(a)

L-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”.

(b)

Ir-ringieli 9 u 10 tat-tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.2.5.9

Sistema ta’ dwal ta’ emerġenza fil-ferrovija

4.2.7.12

 

4.2.5.10

It-tifi tal-arja kundizzjonata fil-ferrovija

4.2.7.11.1”

 

(10)

Fil-Klawżola 4.3.7 “Interfaċċji mas-subsistema PRM”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”.

(11)

It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li trid tiġi pprovduta għar-reġistri speċifikati fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*3).

(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1."

(*3)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”."

(12)

Fil-Klawżola 6.2.1 “Valutazzjoni (ġenerali) ta’ konformità”, it-test “CR SRT TSI” jiġi sostitwit b’“SRT TSI”.

(13)

L-Anness A huwa mħassar.

(14)

L-Anness B huwa mħassar.

(15)

L-Anness F huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima F.3.1 Modulu SB (Eżaminazzjoni tat-tip), it-tieni inċiż tas-sitt paragrafu tas-Subtaqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-reġistru Ewropew għat-tipi awtorizzati ta’ vetturi, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(b)

It-Taqsima F.3.2 Modulu SD (Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità tal-Produzzjoni) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.1, is-sitt inċiż tat-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, id-disa’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(c)

It-Taqsima F.3.3 Modulu SF (Verifika tal-Prodott) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-SubTaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(d)

It-Taqsima F.3.4 Modulu SG (Verifika tal-Unità) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 3, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(ii)

fis-Subtaqsima 8, it-tmien inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(e)

It-Taqsima F.3.5 Modulu SH2 (Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa b’eżaminazzjoni tad-disinn) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-seba’ inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura jew ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tmien inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura, inkluż it-tagħrif kollu kif inhu speċifikat fit-TSI”.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.

(*3)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.”.”


ANNESS III

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/164/KE (PRM TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Klawżola 4.1.2.18.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.1.2.18.1.   L-għoli tal-pjattaforma

Għall-pjattaformi fuq netwerk ta’ Veloċità Għolja fejn il-ferroviji li jikkonformaw mat-TSI ta’ Vetturi Ferrovjarji ta’ Veloċità Għolja huma maħsuba li jieqfu f’operazzjoni kummerċjali normali, il-valuri huma mfassla fl-HS INS TSI (Klawżola 4.2.20.4).

Għall-pjattaformi fuq netwerk ta’ Veloċità Għolja fejn l-ebda ferrovija ma tikkonforma mat-TSI tal-Vettura Ferrovjarja ta’ Veloċità Għolja hija maħsuba sabiex tieqaf f’operazzjoni kummerċjali normali u għall-pjattaformi fin-Netwerk Ferrovjarju Konvenzjonali, żewġ valuri nominali huma permissibbli għall-għoli tal-pjattaforma: 550 mm u 760 mm ’l fuq mis-superfiċje tal-binarji. It-tolleranzi ta’ dawn id-dimensjonijiet għandhom ikunu bejn –35 mm/+ 0 mm.

Għall-pjattaformi fin-Netwerk Ferrovjarju Konvenzjonali fejn il-binarji tat-tramm (eż. Stadtbahn jew Tram-Train) huma maħsuba li jieqfu, huwa permess għoli nominali tal-pjattaforma ta’ bejn 300 mm u 380 mm. It-tolleranzi fuq dawn id-dimensjonijiet għandhom ikunu bejn +/–20 mm.

Fil-liwjiet b’radju ta’ inqas minn 500 m, huwa permess li l-għoli tal-pjattaforma jkun aktar jew inqas minn dawk speċifikati, dejjem jekk l-ewwel tarġa utilizzabbli tal-vettura tikkonforma mal-figura 11 fil-Klawżola 4.2.2.12.1”

(2)

Fil-Klawżola 4.2.2.2.2.1 “Sits ta’ prijorità. Ġenerali”, il-figura 3 hija sostitwita b’din li ġejja:

Image 2
Figura 3

(3)

Fil-Klawżola 7.3.2 “Vettura Ferrovjarja”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din it-TSI ma tapplikax għal Vetturi Ferrovjarji li qed jiġu restawrati jew ameljorati skont it-termini ta’ kuntratt diġà ffirmat jew li jinsab fil-fażi finali tal-proċedura ta’ offerti fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din it-TSI.”

(4)

Fl-Anness N “Sinjalar PRM”, il-figura 1 hija sostitwita b’din li ġejja:

Image 3
Figura 1

Figura 1


ANNESS IV

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/217/KE (HS INF TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 2.1 “Definizzjoni tad-dominju infrastrutturali” it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-subsistema strutturali tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja ta’ veloċità għolja trans-Ewropea tinkludi l-binarji u l-punti ta’ qlib u qsim tal-linji ta’ veloċità għolja fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-Kapitolu 1”.

(2)

Fil-Klawżola 4.2.1 “Dispożizzjonijiet ġenerali” id-disa’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-ferroviji ta’ veloċità għolja jistgħu jittejbu billi jiġu adottati sistemi speċifiċi, bħall-inklinazzjoni tal-istruttura tal-vettura. Kundizzjonijiet speċjali huma permessi għat-tħaddim ta’ ferroviji bħal dawn, dejjem jekk dawn ma jinvolvux restrizzjonijiet għall-ferroviji ta’ veloċità għolja li mhumiex mgħammra bl-inklinazzjoni”.

(3)

Fil-Klawżola 4.2.3 “Ħxuna tal-binarji minima tal-infrastruttura” it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.8.1 “Defiċjenza ta’ superelevazzjoni fuq binarji sempliċi u fir-rotta diretta ta’ punti ta’ qlib u ta’ qsim”, in-nota (a) hija mħassra.

(5)

Il-Klawżola 4.2.9.2 “Il-valuri tad-disinn” hija emendata kif ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-valuri tad-disinn tal-istrument li jkejjel il-ħxuna tal-binarji, il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti u l-inklinazzjoni tal-ferrovija għal-linja ferrovjarja sempliċi għandhom jingħażlu sabiex jiġi żgurat li l-limiti ta’ koniċità ekwivalenti stabbiliti fit-tabella ma jinqabżux meta tiġi mmudellata l-kombinazzjoni ta’ rota u fusijiet li jgħaddu minn fuq il-kundizzjonijiet imfassla tal-binarji ferrovjarji (simulati permezz ta’ kalkolu skont l-EN 15302:2008 + A1:2010).

S 1002 kif speċifikat fl-EN 13715:2006 + A1:2010 bl-SR = 1 420 mm

S 1002 kif speċifikat fl-EN 13715:2006 + A1:2010 bl-SR = 1 426 mm

GV 1/40 kif speċifikat fl-EN 13715:2006 + A1:2010 bl-SR = 1 420 mm

GV 1/40 kif speċifikat fl-EN 13715:2006 + A1:2010 bl-SR = 1 426 mm”

(b)

It-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Medda ta’ veloċità (km/h)

Valuri ta’ limitu tal-koniċità ekwivalenti

v ≤ 160

Valutazzjoni mhux meħtieġa

160 < v ≤ 280

0,20

v > 280

0,10 ”

(6)

Fil-Klawżola 4.2.9.3.1 “Valuri minimi tal-ħxuna medja tal-binarji”, it-tabella hija sostitwita b’din li ġejja:

“Medda ta’ veloċità (km/h)

Valur minimu tal-ħxuna medja tal-binarji (mm) ta’ aktar minn 100 m fis-servizz

v ≤ 200

1 430

200 < v ≤ 230

1 432

230 < v ≤ 250

1 433

v > 250

1 434 ”

(7)

Fil-Klawżola 4.2.11 “Inklinazzjoni tal-ferrovija”, il-punt (a) “Linja ferrovjarja sempliċi”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-inklinazzjoni tal-ferrovija għal rotta partikolari għandha tingħażel mill-medda 1/20 sa 1/40”.

(8)

Fil-Klawżola 4.2.13.1 “Linji tal-kategorija I”, is-subtaqsima “Tagħbijiet lonġitudinali”, l-aħħar paragrafu jitħassar.

(9)

Il-Klawżola 4.2.14.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.14.1.   Tagħbijiet vertikali

L-istrutturi għandhom jiġu mfassla sabiex jappoġġjaw tagħbijiet vertikali skont il-mudelli ta’ tagħbija li ġejjin, definiti fl-EN 1991-2:2003:

(a)

Il-mudell ta’ tagħbija 71, kif stipulat fl-EN 1991-2:2003 paragrafu 6.3.2(2)P

(b)

Il-mudell ta’ tagħbija SW/0 għal pontijiet kontinwi, kif stipulat fl-EN 1991-2:2003 paragrafu 6.3.3(3)P

Il-mudelli ta’ tagħbija għandhom jiġu multiplikati bil-fattur alpha (α) kif stipulat fl-EN 1991-2:2003 paragrafi 6.3.2(3)P u 6.3.3(5)P. Il-valur ta’ α għandu jkun daqs jew ikbar minn 1.

L-effetti tat-tagħbija mill-mudelli ta’ tagħbija għandhom jiżdiedu bil-fattur dinamiku phi (Φ) kif stipulat fl-EN 1991-2:2003 paragrafi 6.4.3(1)P u 6.4.5.2(2).

Id-diflessjoni vertikali massima ta’ gverta ta’ pont ma għandhiex taqbeż il-valuri stipulati fil-paragrafu A2.4.4.2.3(1) tal-Anness A2 tal-EN 1990:2002 + EN 1990:2002/A1:2005.”

(10)

Fil-Klawżola 4.2.14.2 “Analiżi dinamika”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-valuri massimi permessi fit-tfassil tal-ogħla veloċità tal-aċċelerazzjoni fuq gverta ta’ pont ikkalkolati fuq linja ferrovjarja ma għandhomx jaqbżu l-valuri stipulati fil-paragrafu A2.4.4.2.1(4)P tal-Anness A2 tal-EN 1990:2002 + EN 1990:2002/A1:2005. Id-disinn tal-pontijiet għandu jikkunsidra l-aktar effetti sfavorevoli jew tat-tagħbijiet vertikali speċifikati fi § 4.2.14.1 jew tal-mudell ta’ tagħbija HSLM, b’konformità mal-paragrafu 6.4.6.5(3) tal-EN 1991-2:2003.”

(11)

Il-Klawżola 4.2.14.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.14.4   Forzi serriepa

Il-forza serriepa għandha tiġi kkunsidrata fid-disinn tal-istrutturi kif stipulat fil-paragrafi 6.5.2 (2)P u (3) tal-EN 1991-2:2003. Għandha tiġi applikata kemm fuq binarji dritti kif ukoll fuq binarji b’liwjiet.”

(12)

Fil-Klawżola 4.2.14.5 “Azzjonijiet minħabba t-trazzjoni u l-ibbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali)”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-forzi ta’ trazzjoni u bbrejkjar għandhom jiġu kkunsidrati fid-disinjar tal-istrutturi kif stipulat fil-paragrafi 6.5.3 (2)P, (4), (5) u (6) tal-EN 1991-2:2003. Id-direzzjoni tal-forzi ta’ trazzjoni u bbrejkjar għandhom jiġu kkunsidrati fid-direzzjonijiet tal-vjaġġi permessi fuq kull binarju.”

(13)

Fil-Klawżola 4.2.18 “Karatteristiċi elettriċi”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(14)

Fil-Klawżola 4.2.23.1 “Spazju laterali maġenb il-binarji” it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fuq linji ta’ Kategorija II u III, għandu jiġi pprovdut spazju laterali simili f’kull post fejn din id-dispożizzjoni tkun raġonevolment prattikabbli. Fejn ma jkunx jista’ jiġi pprovdut spazju, l-Impriżi Ferrovjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar din is-sitwazzjoni speċifika”.

(15)

Fil-Klawżola 4.7 “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Persunal impenjat fil-manutenzjoni tas-subsistema ta’ infrastruttura ta’ veloċità għolja, meta jaħdem fuq jew viċin il-binarji, għandu jilbes ilbies li jirrifletti, bil-marka KE”.

(16)

Il-Klawżola 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2).

(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” "

(17)

Fil-Klawżola 5.3.1.1 “Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti”, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)   Linja Ferrovjarja Sempliċi

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandu jingħażel mill-medda stabbilita fl-Anness A tal-EN 13674-1:2011.

(b)   Punti ta’ qlib u qsim:

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandu jingħażel mill-medda stabbilita fl-Anness A tal-EN 13674-1:2011 u fl-Anness A tal-EN 13674-2:2006 + A1:2010.”

(18)

Il-Klawżola 5.3.1.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.3.1.3.   It-tip ta’ azzar

(a)   Linja ferrovjarja sempliċi

It-tip ta’ azzar tal-binarji għandu jikkonforma mal-Kapitolu 5 tal-EN 13674-1:2011.

(b)   Punti ta’ qlib u qsim

It-tip ta’ azzar tal-binarji għandu jikkonforma mal-Kapitolu 5 tal-EN 13674-2:2006 + A1:2010”.

(19)

Fil-Klawżola 5.3.2 “Is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji”, il-punt (d) huwa mħassar.

(20)

Fil-Klawżola 6.1.6.2 “Valutazzjoni tas-sistema ta’ rbit”, it-tieni inċiż huwa mħassar.

(21)

Fil-Klawżola 7.3.5 “Karatteristiċi partikolari dwar in-netwerk tal-Finlandja”, it-tabella fis-subtaqsima “Koniċità ekwivalenti” hija sostitwita b’dan li ġej:

Medda ta’ veloċità (km/h)

Valur minimu tal-ħxuna medja tal-binarji ta’ aktar minn 100 m (mm)

v ≤ 160

Valutazzjoni mhux meħtieġa

160 < v ≤ 200

1 519

200 < v ≤ 230

1 521

230 < v ≤ 250

1 522

v > 250

1 523

(22)

Fil-Klawżola 7.3.6.2, it-tieni paragrafu tas-subtaqsima “Tul minimu tal-pjattaforma” tat-Taqsima “Pjattaformi (taqsima 4.2.20)” huwa mħassar.

(23)

L-Anness A huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella A1, ir-ringiela “5.3.2.d Reżistenza elettrika” hija mħassra.

(b)

fit-Tabella A2, ir-ringiela “4.2.18 Karatteristiċi elettriċi” hija mħassra.

(24)

Fl-Anness B1, fit-Tabella B1, ir-ringiela “4.2.18 Karatteristiċi elettriċi” hija mħassra.

(25)

Fl-Anness C, it-titolu tal-kapitlu: “Modulu A: Kontroll tad-Disinn Intern b’Verifika tal-Produzzjoni” huwa sostitwit bit-titolu tal-kapitlu: “Modulu A1: Kontroll tad-Disinn Intern b’Verifika tal-Produzzjoni”.

(26)

L-Anness D huwa mħassar.

(27)

L-Anness F huwa mħassar.

(28)

Fl-Anness H, ir-raba’ linja hija mħassra.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” ”


ANNESS V

L-Anness A għall-Anness għad-Deċiżjoni 2008/231/KE (HS OPE TSI) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS A

REGOLI OPERAZZJONALI TAL-ERTMS

Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-dokument tekniku ‘Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 2’ ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”.


ANNESS VI

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/232/KE (HS RST TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 3.4.3 “Kompatibbiltà Teknika”, is-Subtaqsima “paragrafu 3 tar-Rekwiżit Essenzjali 2.4.3”, it-tmintax-il inċiż tat-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(2)

Fit-Taqsima 3.7 “Elementi tas-subsistema tal-vettura ferrovjarja relatati mar-rekwiżiti essenzjali”, l-aħħar ringiela “Reġistru tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji” tat-tabella hija mħassra.

(3)

Fit-Taqsima 4.1 “Introduzzjoni” it-tielet paragrafu huwa sostitwit bis-sentenza li ġejja:

“Il-karatteristiċi komuni tas-subsistema tal-vettura ferrovjarja huma definiti fit-taqsima 4 ta’ din it-TSI”.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.2.5, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(5)

Fil-Klawżola 4.2.3.1, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat ta’ eżaminazzjoni tat-tip jew tad-disinn tal-verifika ‘KE’ tal-vettura ferrovjarja għandu jindika l-ħxuna ta’ bejn il-binarji valutata”.

(6)

Fil-Klawżola 4.2.3.3.2.1 “Ferroviji tal-Klassi 1”, is-seba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta, għal vetturi b’roti indipendenti li jduru, ma tkunx possibbli l-inibizzjoni ta’ sistemi ta’ twissija foloz billi jintuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-ferrovija, għandha tingħata prijorità lis-sistema ta’ detezzjoni abbord jekk ikunu sorveljati l-berings kollha tar-roti”.

(7)

Fil-Klawżola 4.2.3.3.2.3.2 “Rekwiżiti funzjonali għall-vettura”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bħala alternattiva għal dan ir-rekwiżit dwar il-livelli ta’ skattaturi tas-sistemi ta’ twissija, huwa permissibbli permezz ta’ ftehim reċiproku bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja sabiex jiġu identifikati l-ferroviji bis-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-ferroviji u jintużaw livelli speċifiċi ta’ skattaturi ta’ sistemi ta’ twissija kif ikun maqbul, li jkunu differenti mil-livelli msemmija aktar ’il fuq.”

(8)

Fil-Klawżola 4.2.3.4.3 “Il-valuri ta’ limitu tat-tagħbija tal-binarji”, il-punt (b) “Tagħbija lonġitudinali”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“każ 2: għal każijiet ta’ bbrejkjar oħrajn, bħal ibbrejkjar normali tas-servizz għat-tnaqqis tal-veloċità jew ibbrejkjar mhux ripetittiv għal waqfa, jew ibbrejkjar ripetittiv għal kontroll tal-veloċità, l-użu tal-brejk u l-forza tal-ibbrejkjar massima permessa għandhom jiġu determinati mill-maniġer tal-infrastruttura għal kull linja kkonċernata. Kwalunkwe limitazzjoni fuq il-forza tal-ibbrejkjar definita fil-Klawżola 4.2.4.5 għandha tiġi ġustifikata u kkunsidrata fir-regoli operazzjonali”.

(9)

Fil-Klawżola 4.2.3.4.5 “Disinjar għall-istabbiltà tal-vettura”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tiġi speċifikata u ċertifikata l-medda ta’ valuri ta’ veloċità u koniċità li għalihom hija mfassla l-vettura sabiex tkun stabbli”.

(10)

Fil-Klawżola 4.2.3.4.7 “Valuri ta’ disinn għall-profili tar-roti”, fit-tabella 4, it-test fil-kolonna “profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti” għar-ringieli tal-“kundizzjoni tat-test Nru” 5 u 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“sezzjoni ferrovjarja 60 E 2 definita fl-EN 13674-1:2003/A1:2007”.

(11)

Il-Klawżola 4.2.3.7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.3.7   Radju minimu tal-liwjiet

Dan il-parametru huwa interfaċċja b’subsistema ta’ infrastruttura ta’ veloċità għolja fis-sens li, min-naħa, il-liwjiet minimi li għandhom jiġu kkunsidrati huma definiti għall-binarji ferrovjarji ta’ veloċità għolja (fuq il-bażi tad-defiċjenza ta’ superelevazzjoni) u min-naħa l-oħra, għall-istabbilizzazzjoni tal-binarji ferrovjarji. Għandha ssir referenza għall-Klawżoli 4.2.6 u 4.2.24.3 tat-TSI tal-Infrastruttura ta’ Veloċità Għolja tal-2006”.

(12)

Fil-Klawżola 4.2.4.5 “Brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent”, l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Għal ibbrejkjar ta’ emerġenza fuq il-linji kollha ħlief fuq linji speċifiċi ta’ konnessjoni”.

(13)

Fil-Klawżola 4.2.4.5 “Brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent”, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Għal ibbrejkjar normali jew sħiħ tas-servizz fuq is-sezzjonijiet tal-linja ferrovjarja fejn il-maniġer tal-infrastruttura jippermetti dan”.

(14)

Il-Klawżola 4.2.6.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.6.1   Kundizzjonijiet ambjentali

Il-vettura ferrovjarja u l-partijiet kostitwenti kollha tagħha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din it-TSI fiż-żoni klimatiċi T1 jew T2 jew T3 kif inhu speċifikat fl-EN50125-1:1999 fejn hija maħsuba li titħaddem”.

(15)

Fil-Klawżola 4.2.6.2.2 “Tagħbijiet ajrudinamiċi fuq passiġġiera fuq pjattaforma”, subtaqsima “Kundizzjonijiet tat-test”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk il-valutazzjoni tirnexxi għal għoli ta’ pjattaforma ta’ 240 mm jew inqas, il-ferrovija għandha titqies aċċettabbli għal-linji kollha”.

(16)

Fil-Klawżoli 4.2.7.2.2. “Miżuri għall-prevenzjoni ta’ nirien”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti ta’ konformità huma indirizzati fil-Klawżola 7.1.7”.

(17)

Fil-Klawżola 4.2.7.4.2.1 “Ħornijiet — Ġenerali”, it-test li ġej huwa miżjud wara l-punt (d):

“jew

(e)

Żewġ ħornijiet ta’ twissija li jdoqqu b’mod separat. Il-frekwenzi fundamentali tan-noti tal-ħornijiet ta’ twissija għandhom ikunu:

 

nota għolja: 660 Hz ± 30 Hz

 

nota baxxa: 370 Hz ± 20 Hz”

(18)

Fil-Klawżola 4.2.7.4.2.5 “Ħornijiet — Rekwiżiti kostitwenti tal-interoperabbiltà”, it-test li ġej huwa miżjud:

“jew

660 Hz ± 30 Hz”

(19)

Fil-Klawżola 4.2.8.3.6.1 “Forza ta’ kuntatt tal-pantograf”, il-punt (b) “Aġġustament tal-forza ta’ kuntatt medja tal-pantograf u integrazzjoni fis-Subsistema tal-Vettura Ferrovjarja”, il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(20)

Fil-Klawżola 4.2.10.1 “Responsabbiltajiet”, il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(21)

Fil-Klawżola 4.2.10.2.2 “Id-Dokumentazzjoni tal-Manutenzjoni” ir-raba’ inċiż tal-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Limiti rilevanti għas-sikurezza/interoperabbiltà: Għall-komponenti jew il-partijiet rilevanti għas-sikurezza jew l-interoperabbiltà skont din it-TSI, dan id-dokument għandu jagħti limiti li jistgħu jitkejlu li ma għandhomx jinqabżu matul is-servizz (inkluż matul it-tħaddim f’modalità degradada)”.

(22)

Fil-Klawżola 4.2.10.3 “Ġestjoni tal-fajl tal-manutenzjoni”, l-ewwel inċiż tar-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(23)

Fil-Klawżola 4.2.10.4 “Ġestjoni tat-tagħrif dwar il-manutenzjoni”, l-ewwel inċiż huwa mħassar.

(24)

It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*2).

(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” "

(25)

Il-Klawżola 7.1.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.1.3   Ferroviji ġodda ta’ disinn eżistenti mhux ċertifikat għall-verżjoni preċedenti (2002) tal-HS RST TSI

Għal vetturi ferrovjarji mibnijin ġodda ta’ disinn eżistenti, fil-każ ta’ vettura ferrovjarja ta’ klassi 2, li ma kienx fil-kamp ta’ appliazzjoni tal-verżjoni preċedenti (2002) tal-HS RST TSI, huwa permess li matul perjodu tranżitorju ta’ 4 snin li jibda mid-data ta’ applikzzjoni ta’ din it-TSI, (jiġifieri l-1 ta’ Settembru 2008), jiġi awtorizzat li dawn il-vetturi ferrovjarji jitqiegħdu fis-servizz mingħajr applikazzjoni ta’ din l-HS RST TSI. F’dan il-każ, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli nazzjonali notifikati. Wara tmien il-perjodu tranżitorju ta’ 4 snin, għandha titwettaq valutazzjoni tal-konformità ma’ din l-HS RST TSI sabiex il-vetturi ferrovjarji mibnijin ġodda kkonċernati jitqiegħdu fis-servizz.

Disinn eżistenti kif imsemmi fil-Klawżoli 7.1.2 u 7.1.3. huwa disinn partikolari li diġà kien qed jintuża sabiex jiġi prodott tip ta’ vetturi ferrovjarji li diġà ġew awtorizzati li jitqiegħdu fis-servizz fi Stat Membru qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din it-TSI.”

(26)

Il-Klawżola 7.1.8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.1.8.2   Ftehimiet fil-ġejjieni

Kull ftehim jew modifika fil-ġejjieni ta’ ftehim eżistenti, b’mod partikolari dawk li jinkludu l-akkwist ta’ vetturi ferrovjarji li d-disinn tagħhom mhuwiex ċertifikat skont it-TSIs, għandhom jikkunsidraw il-leġiżlazzjoni tal-UE u din it-TSI. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tali ftehimiet/modifiki. Imbagħad tkun tapplika l-istess proċedura kif stipulata fil-Klawżola 7.1.8.1”.

(27)

Fil-Klawżola 7.3.2.7 “Rilevaturi tal-kaxxa ta’ fus jaħraq għal ferroviji tal-Klassi 2 [Klawżola 4.2.3.3.2.3]”, is-subtaqsima “Rekwiżiti funzjonali għall-vettura” hija sostitwita b’dan li ġej:

Rekwiżiti funzjonali għall-vettura

Huwa mitlub ftehim reċiproku bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja sabiex jiġu identifikati l-ferroviji permezz tas-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-ferroviji u l-użu ta’ livelli speċifiċi ta’ skattaturi tas-sistemi ta’ twissija”.

(28)

Fil-Klawżola 7.3.2.10. “Tul massimu tal-ferroviji [4.2.3.5]”, is-subtaqsima “Każ speċifiku għar-Renju Unit” hija sostitwita b’dan li ġej:

Każ speċifiku għar-Renju Unit

Kategorija ‘P’- permanenti

It-TSI tal-Infrastruttura ta’ Veloċità Għolja tal-2006 fiha każ speċifiku għan-netwerk tar-Renju Unit fejn teħtieġ li l-pjattaformi fuq linji ameljorati jkollhom tul utilizzabbli ta’ tal-inqas 300 m. It-tul tal-ferroviji ta’ veloċità għolja maħsuba sabiex jitħaddmu fin-netwerk tar-Renju Unit għandu jkun kompatibbli mat-tul tal-pjattaformi li fihom huma maħsuba li jieqfu”.

(29)

Fil-Klawżola 7.3.2.19. “Il-Pantograf [4.2.8.3.6]”, is-subtaqsima “Każ speċifiku għall-ferroviji li jaħdmu fin-netwerk tar-Renju Unit” hija sostitwita b’dan li ġej:

Każ speċifiku għall-ferroviji li jaħdmu fin-netwerk tar-Renju Unit

Kategorija ‘P’- permanenti

Għal-linji ferrovjarji fil-Kategoriji II u III, il-partijiet ta’ fuq tal-pantograf ma għandux ikollhom ħornijiet iżolati, sakemm dan ma jkunx permess għal rotot speċifiċi.

Għal-linji ferrovjarji fil-Kategoriji II u III, il-medda ta’ konduzzjoni tal-parti ta’ fuq tal-pantograf għandha tkun ta’ 1 300 mm.

Il-pantografi għandu jkollhom medda ta’ ħidma ta’ 2,1 m.

Il-partijiet ta’ fuq tal-pantograf għandu jkollhom wisa’ massima matul il-binarji ferrovjarji ta’ 400 mm”.

(30)

Fil-Klawżola 7.3.2.19. “Il-Pantograf [4.2.8.3.6]”, is-subtaqsima “L-Envelopp tal-Pantograf”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-veloċitajiet kollha sal-veloċità tal-linja ferrovjarja; superelevazzjoni massima; veloċità massima tar-riħ li fih huwa possibbli tħaddim mingħajr restrizzjonijiet, u veloċità estrema tar-riħ:”

(31)

L-Anness F huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima F.3.1 Modulu SB (Eżaminazzjoni tat-tip), it-tieni inċiż tas-sitt paragrafu tas-Subtaqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

ir-reġistru Ewropew għat-tipi awtorizzati ta’ vetturi, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(b)

It-Taqsima F.3.2. Modulu SD Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità tal-Produzzjoni hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-sitt inċiż tat-tieni paragrafu huwa mħassar.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, il-kliem “u b’mod partikolari:” u d-disa’ inċiż jitħassru.

(c)

It-Taqsima F.3.3. Modulu SF Verifika tal-Prodott hija emendata kif ġej

(i)

fis-Subtaqsima 5, it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu huwa mħassar.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tieni inċiż huwa mħassar.

(d)

It-Taqsima F.3.4 Modulu SH2 (Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa b’eżaminazzjoni tad-disinn) hija emendata kif ġej:

(i)

fis-Subtaqsima 4.2, is-seba’ inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Ir-reġistru Ewropew għat-tipi awtorizzati ta’ vetturi, inkluż kull tagħrif kif inhu speċifikat fit-TSI”.

(ii)

fis-Subtaqsima 10, it-tmien inċiż huwa mħassar.

(32)

L-Anness I huwa mħassar.

(33)

Fl-Anness N, il-figura N1 hija sostitwita b’dan li ġej:

Figura N1

Spettru tal-limitu ta’ ħruxija akustika tal-ferrovija tal-binarju ferrovjarju ta’ referenza

Image 4
Tifsira

Tifsira

1.

livell ta’ ħruxija tal-medda ottava 1/3, dB

2.

Frekwenza, cm”

3.

livell ta’ ħruxija tal-medda ottava 1/3, dB

(34)

Fl-Anness P, il-parti P.1. “Introduzzjoni”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi determinat it-tnaqqis fil-veloċità ai (m/s2) għall-medda ta’ veloċità [vi-1, vi] fil-kundizzjonijiet degradati tal-każ B fit-tabella 6 tal-Klawżola 4.2.4.1 ta’ din it-TSI u d-distanzi massimi ta’ waqfien korrispondenti fit-Tabella 7 tal-Klawżola 4.2.4.1 ta’ din it-TSI”.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” ”


ANNESS VII

L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/284/KE (HS ENE TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 4.2.2 “Il-vultaġġ u l-frekwenza”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-vultaġġ u l-frekwenza fit-terminali tas-substazzjoni u fil-pantograf għandhom jikkonformaw mal-Klawżola 4 tal-EN 50163:2004. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ eżami tad-disinn”.

(2)

Fil-Klawżola 4.2.3, “Il-prestazzjoni tas-sistema u l-enerġija installata”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-disinn tas-subsistema tal-Enerġija għandu jiżgura l-abbiltà li l-provvista tal-enerġija tilħaq il-prestazzjoni speċifikata”.

(3)

Fil-Klawżola 4.2.4 “Ibbrejkjar riġenerattiv”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-sistemi ta’ provvista tal-enerġija DC mhumiex meħtieġa li jitfasslu sabiex jippermettu l-użu ta’ bbrejkjar riġenerattiv bħala brejk tas-servizz”.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.6 “Kompatibbiltà elettromanjetika esterna”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kompatibbiltà elettromanjetika esterna mhijiex karatteristika speċifika tan-netwerk ferrovjarji ta’ veloċità għolja trans-Ewropew. L-installazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija għandhom jikkonformaw mal-EN 50121-2:2006 sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-kompatibbiltà elettromanjetika”.

(5)

Fil-Klawżola 4.2.9.2 “Ġometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(6)

Fil-Klawżola 4.2.10 “Konformità tas-sistema tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli mal-ħxuna tal-infrastruttura” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-disinn tas-sistema tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jikkonforma mal-ħxuna tal-infrastruttura definita fil-Klawżola 4.2.3 tat-TSI tal-Infrastruttura ta’ Veloċità Għolja. Id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jikkonforma mal-pakkett kinematiku tal-vetturi”.

(7)

Fil-Klawżola 4.2.15 “Forza ta’ kuntatt medja” is-seba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Barra minn hekk, linji ferrovjarji ġodda jistgħu jippermettu l-użu ta’ Pantografi wara l-liwjiet C1 jew C2. Il-linji eżistenti jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ pantografi wara l-liwjiet C1 jew C2”.

(8)

Fil-Klawżola 4.2.20 “Kapaċità kurrenti, sistemi DC, ferroviji weqfin”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha titwettaq valutazzjoni tal-konformità skont l-Anness A.4.1 tal-EN 50367:2006”.

(9)

Il-Klawżola 4.2.21 “Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet” hija emendata kif ġej:

(a)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandhom jiġu pprovduti mezzi adegwati sabiex jippermettu li terġa’ titħaddem ferrovija wieqfa fis-sezzjoni ta’ separazzjoni tal-fażijiet. Is-sezzjoni newtrali għandha tkun tista’ titqabbad mas-sezzjonijiet ta’ maġenbha permezz ta’ skonnettituri kkontrollati mill-bogħod”.

(b)

fis-Subklawżola “Linji ferrovjarji tal-kategorija II u III”:

(i)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal-linji ferrovjarji tal-kategorija II u III, jistgħu jiġu adottati s-sezzjonijiet ta’ seperazzjoni kif speċifikati għal-linji ferrovjarji tal-kategorija I jew disinn skont il-Figura 4.2.21. Fil-każ tal-Figura 4.2.21, is-sezzjoni ċentrali għandha titqabbad mal-passaġġ ta’ ritorn kurrenti, is-sezzjonijiet newtrali (d) jistgħu jiġu ffurmati permezz ta’ iżolaturi ta’ sezzjoni naturali u l-qisien għandhom ikunu kif ġej:”

(ii)

il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(10)

Fil-Klawżola 4.2.22.1 it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Maniġers tal-Infrastrutturi ġirien għandhom jaqblu jew fuq il-punt (a) jew fuq il-punt (b) skont iċ-ċirkostanzi prevalenti”.

(11)

Fil-Klawżola 4.2.23 “Arranġamenti ta’ Koordinazzjoni tal-Protezzjoni Elettrika”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-disinn ta’ koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika tas-subsistema tal-Enerġija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti dettaljati fl-EN 50388:2005, il-Klawżola 11”.

(12)

Il-Klawżola 4.2.25 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.25   L-Armonika u l-Effetti Dinamiċi

Is-subsistema ta’ Enerġija ta’ Veloċità Għolja għandha tkun tiflaħ għal vultaġġi żejda ġġenerati mill-armonika tal-vettura ferrovjarja sal-limiti speċifikati fil-Klawżola 10.4 tal-EN 50388:2005 għall-provvista tal-AC. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tikkonsisti fi studju tal-kompatibbiltà li juri li l-element tas-subsistema jista’ jiflaħ għall-armonika sal-limiti definiti skont il-Klawżola 10 tal-EN 50388:2005. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq skont il-Klawżola 10 tal-EN 50388:2005”.

(13)

It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2).

(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” "

(14)

Fil-Klawżola 6.2.2.1 “Ġenerali”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-proċedura ta’ valutazzjoni tas-subsistema tal-Enerġija, l-Entità Kontraenti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fl-Unjoni, jistgħu jagħżlu waħda minn dawn:

il-proċedura ta’ verifika tal-unità (modulu SG) indikata fl-Anness A.3 għal din it-TSI, jew

is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa bil-proċedura ta’ eżami tad-disinn (modulu SH2) indikata fl-Anness A.3 għal din it-TSI.”

(15)

L-Anness D huwa mħassar.

(16)

L-Anness E huwa mħassar.


(*1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(*2)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” ”


ANNESS VIII

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/229/UE (CR Noise TSI), il-Klawżola 4.8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8.2.   Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1).


(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” ”


ANNESS IX

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/274/UE (CR ENE TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 4.1 “Introduzzjoni”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta jitqiesu r-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, is-subsistema tal-enerġija hija kkaratterizzata mill-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Klawżoli 4.2 sa 4.7”.

(2)

Fil-Klawżola 4.2.3 “Il-vultaġġ u l-frekwenza”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(3)

Fil-Klawżola 4.2.4.1 “Il-kurrent massimu tal-ferrovija”, l-ewwel paragrafu huwa mħassar.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.6 “Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin”, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(5)

Fil-Klawżola 4.2.7 “L-ibbrejkjar riġenerattiv”, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(6)

Fil-Klawżola 4.2.13.1 “L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt”, il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(7)

Fil-Klawżola 4.2.13.3 “Id-devjazzjoni laterali”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(8)

Fil-Klawżola 4.2.17 “L-ispazjar tal-pantografi”, l-aħħar paragrafu (it-test wara t-tabella 4.2.17) huwa mħassar.

(9)

Fil-Klawżola 4.2.18 “Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal-linji AC, il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun imfassal b’tali mod li jippermetti l-użu ta’ strixxi ta’ kuntatt magħmula mill-karbonju sempliċi (il-Klawżola 4.2.8.2.9.4.2 tas-CR LOC&PAS TSI).”

(10)

Fil-Klawżola 4.2.19 “Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(11)

Fil-Klawżola 4.2.20.1 “Ġenerali”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Maniġers Infrastrutturali ġirien għandhom jaqblu fuq (a) jew fuq (b) skont iċ-ċirkostanzi prevalenti.”

(12)

Fil-Klawżola 4.2.20.2 “Il-pantografi mgħollijin ’il fuq”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(13)

Il-Klawżoli 4.4.2.1 u 4.4.2.2. huma sostitwiti b’dan li ġej

“4.4.2.1.   Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’kundizzjonijiet normali

F’kundizzjonijiet normali, sabiex ikun hemm konformità mal-Klawżola 4.2.4.1, il-kurrent permissibbli massimu tal-ferrovija ma għandux jaqbeż il-valur li jinsab fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.4.2.2.   Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’kundizzjonijiet mhux tas-soltu

F’kundizzjonijiet mhux tas-soltu, il-kurrent permissibbli massimu tal-ferrovija jista’ jkun aktar baxx. Il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu javża lill-Impriżi Ferrovjarji dwar il-varjazzjoni”.

(14)

Il-Klawżola 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*1).

(*1)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” "

(15)

Fil-Klawżola 7.4.1 “Introduzzjoni”, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Subsistema eżistenti tista’ tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi li jikkonformaw mat-TSI filwaqt li jilħqu r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE. F’dan il-każ, fuq bażi volontarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun kapaċi juri l-konformità tas-subsistema eżistenti mal-parametri bażiċi ta’ din it-TSI”

(16)

Il-Klawżola 7.4.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.4.4.   Is-subsistemi eżistenti li mhumiex soġġetti għal proġett ta’ restawrar jew ameljoramenti

Subsistema f’operazzjoni kurrenti tista’ tippermetti lill-ferroviji li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-TSIs tal-vetturi ferrovjarji HS u CR sabiex joperaw filwaqt li jilħqu r-rekwiżiti essenzjali”.

(17)

L-Anness C huwa mħassar.

(18)

L-Anness D huwa mħassar.


(*1)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” ”


ANNESS X

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/275/UE (CR INF TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima 4.2.1 “Kategoriji tal-Linji tat-TSI”, il-punt (4) huwa mħassar.

(2)

Fit-taqsima 4.2.2 “Parametri tal-prestazzjoni”, il-punti (6), (7) u (8) huma mħassra.

(3)

It-taqsima 4.2.3.2 “Rekwiżiti għall-Parametri Bażiċi” hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

Hija permessa sezzjoni qasira tal-binarji ferrovjarji bi strumenti sabiex tippermetti t-tranżizzjoni bejn ħxuna nominali tal-binarji ferrovjarji li tvarja”

(b)

Il-punt (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(8)

Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-ferroviji konvenzjonali jistgħu jittejbu billi jiġu adottati sistemi speċifiċi, bħall-inklinazzjoni tal-istruttura tal-vettura. Kundizzjonijiet speċjali huma permessi għat-tħaddim ta’ ferroviji bħal dawn, dejjem jekk dawn ma jinvolvux restrizzjonijiet għall-ferroviji l-oħra li mhumiex mgħammra b’sistemi bħal dawn”.

(4)

Fit-taqsima 4.2.4.2 “Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji”, il-punt (3) huwa mħassar.

(5)

Fit-taqsima 4.2.4.3, il-punti (9) u (10) huma mħassra.

(6)

Fit-taqsima 4.2.4.4 “Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali”, il-punt (5) huwa mħassar.

(7)

Fit-taqsima 4.2.5.1 “Qies standard nominali tal-binarju”, il-punt (2) huwa mħassar.

(8)

Fit-taqsima 4.2.5.2 “Pożizzjoni mżerżqa”, il-punt (2) huwa mħassar.

(9)

Fit-taqsima 4.2.5.7.1 “Linja sempliċi”, il-punt (3) huwa mħassar.

(10)

It-taqsima 4.2.7.2.2 “Kompatibilità mas-sistemi tal-ibbrejkjar” hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt (2) huwa mħassar.

(b)

Il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn il-binarju ferrovjarji jkun kompatibbli mal-użu tas-sistemi ta’ bbrejkjar indipendenti mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u n-numru mistenni ta’ applikazzjonijiet tal-ibbrejkjar ripetuti f’post partikolari. Is-sistemi ta’ bbrejkjar indipendenti mill-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-roti mal-linja ferrovjarja jinkludu brejkijiet manjetiċi fuq il-binarji u brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent.”

(11)

Fit-taqsima 4.2.10.1 “Tul utilizzabbli tal-pjattaformi”, il-punt (3) huwa mħassar.

(12)

Fit-taqsima 4.2.12.1 “Markaturi tad-distanza”, il-punt (2) huwa mħassar.

(13)

Fit-taqsima 4.2.13.1 “Ġenerali”, il-punt (2) huwa mħassar.

(14)

It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*1).

(*1)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” "

(15)

Fit-taqsima 5.3.1.1 “Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti”, il-punt (2) huwa mħassar.

(16)

Fit-taqsima 6.1.4.2 “Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għal-linja ferrovjarja hija mħassra.

(17)

It-taqsima 6.5 “Valutazzjoni tar-Reġistru tal-Infrastruttura” hija mħassra.

(18)

It-taqsima 7.3.4 “Linji eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament” hija emedata kif ġej:

(a)

Il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Subsistema eżistenti tista’ tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi li jikkonformaw mat-TSI filwaqt li jilħqu r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE. F’dan il-każ, fuq bażi volontarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun kapaċi juri l-konformità tas-subsistema eżistenti mal-parametri bażiċi ta’ din it-TSI”

(b)

Il-punt (2) huwa mħassar.

(19)

Fit-taqsima 7.6.3.1 “Il-parametri ta’ prestazzjoni (4.2.2)”, il-punt (6) huwa mħassar.

(20)

Fit-taqsima 7.6.10.1 “Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)”, il-punt (4) huwa mħassar.

(21)

L-Anness D huwa mħassar.


(*1)   ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.” ”


ANNESS XI

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/291/UE (CR Loc&Pas TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Klawżola 4.1.1 “Ġenerali”, il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(2)

Fil-Klawżola 4.2.2.2.3 “Igganċjar tat-truf”, it-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tas-Subklawżola (a) “Igganċjar tat-truf — Ġenerali” huwa mħassar.

(3)

Fil-Klawżola 4.2.2.10 “Kundizzjonijiet ta’ tagħbija u massa miżuna”, is-seba’ paragrafu huwa mħassar.

(4)

Fil-Klawżola 4.2.3.1 “Kejl tal-ħxuna tal-binarji”, is-sitt u s-seba’ paragrafi huma mħassra.

(5)

Fil-Klawżola 4.2.3.3.1 “Karatteristiċi tal-vettura ferrovjarja għall-kompatibbiltà mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferrovija”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(6)

Fil-Klawżola 4.2.4.5.2. “Ibbrejkjar ta’ emerġenza”, is-Subklawżola “Kalkolu tat-tnaqqis tal-veloċità” is-sitt paragrafu (jiġifieri, “għal kull kundizzjoni ta’ tagħbija … ta’ din it-TSI”) huwa mħassar.

(7)

Il-Klawżola 4.2.4.5.4 “Kalkoli relatati mal-kapaċità termali” hija emendata kif ġej:

(a)

Is-seba’ paragrafu huwa mħassar.

(b)

It-tmien paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Huwa ssuġġerit il-“każ ta’ referenza” li ġej għan-niżla li għandha tiġi kkunsidrata: iż-żamma tal-veloċità ta’ 80 km/h fuq niżla ta’ gradjent kostanti ta’ 21 % fuq distanza ta’ 46 km”.

(8)

Fil-Klawżola 4.2.4.5.5 “Brejk tal-ipparkjar”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar tal-unità (ferrovija jew vettura) għandha tiġi kkalkolata kif definit fl-EN14531-6:2009 standard.”

(9)

Fil-Klawżola 4.2.5.9 “Kwalità tal-arja interna”, it-tieni subparagrafu tat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk din id-dispożizzjoni ta’ emerġenza tkun żgurata permezz ta’ ventilazzjoni forzata pprovduta bil-batterija, għandu jitwettaq tkejjil sabiex jiġi definit kemm il-livell tas-CO2 idum taħt l-10 000 ppm, billi tiġi ssppponuta tagħbija tal-passiġġiera miġjuba mill-kundizzjoni tat-tagħbija ‘massa mfassla f’tagħbija normali’. Id-durabilità ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 30 minuta”.

(10)

Fil-Klawżola 4.2.6.1 “Kundizzjonijiet ambjentali”, is-sitt paragrafu huwa mħassar.

(11)

Fil-Klawżola 4.2.6.1.1 “Altitudni”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(12)

Fil-Klawżola 4.2.6.1.2 “Temperatura”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(13)

Fil-Klawżola 4.2.6.1.5 “Borra u silġ”, is-sitt paragrafu huwa mħassar.

(14)

Fil-Klawżola 4.2.8.1.2 “Rekwiżiti fuq il-prestazzjoni”, il-ħames paragrafu huwa mħassar.

(15)

Fil-Klawżola 4.2.8.2.2 “Tħaddim fi ħdan il-medda ta’ vultaġġi u frekwenzi”, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(16)

Fil-Klawżola 4.2.8.2.4 “Enerġija u kurrent massimi mil-linja ta’ kuntatt fl-għoli”, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(17)

Fil-Klawżola 4.2.8.2.5 “Kurrent massimu f’waqfa għal sistemi DC”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-valuri ta’ limitu huma speċifikati fil-Klawżola 4.2.6 tat-TSI tal-enerġija tas-CR”.

(18)

Fil-Klawżola 4.2.8.2.8 “Funzjoni ta’ tkejjil tal-konsum tal-enerġija”, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(19)

Fil-Klawżola 4.2.8.2.9.2 “ĠOMETRIJA TAL-PARTI TA’ FUQ TAL-PANTOGRAF (LIVELL IC)”, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

(20)

Fil-Klawżola 4.2.10.1 “Ġenerali u kategorizzazzjoni”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar.

(21)

Il-Klawżola 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.8   Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1).

(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” "


(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” ”


ANNESS XII

L-Appendiċi A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/314/UE (CR OPE TSI), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi A

Regoli operazzjonali tal-ERTMS

Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-dokument tekniku “Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 2” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”