ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.211.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
8 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2012 tas-7 ta’ Awwissu 2012 li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 719/2012 tas-7 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2012 tas-7 ta’ Awwissu 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/465/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu tal-2010, mill-1 ta’ Settembru tal-2010, mill-1 ta’ Ottubru tal-2010, mill-1 ta’ Novembru tal-2010, mill-1 ta’ Diċembru tal-2010, mill-1 ta’ Jannar tal-2011, mill-1 ta’ Frar tal-2011, mill-1 ta’ Marzu tal-2011, mill-1 ta’ April tal-2011, mill-1 ta’ Mejju tal-2011 u mill-1 ta’ Ġunju tal-2011 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi

7

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 718/2012

tas-7 ta’ Awwissu 2012

li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha titħassar:

“Bekkay Harrach (alias (a) Abu Talha al Maghrabi, (b) al Hafidh Abu Talha der Deutsche (‘al Hafidh Abu Talha l-Ġermaniż’)). Data tat-twelid: 4.9.1977. Post tat-twelid: Berkane, il-Marokk. Nazzjonalità: Ġermaniż. Numru tal-passaport: 5208116575 (passaport Ġermaniż maħruġ f’Bonn, il-Ġermanja, validu sas-7.9.2013). Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 5209243072 (Bundespersonalausweis Ġermaniż (karta tal-identità nazzjonali), maħruġa f’Bonn, il-Ġermanja, valida sas-7.9.2013, (b) J17001W6Z12 (liċenzja tas-sewqan Ġermaniża, maħruġa f’Bonn, il-Ġermanja). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 27.5.2009. Tagħrif ieħor: Huwa meqjus li kien fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan/Pakistan f’April 2009.”


8.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 719/2012

tas-7 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

54,9

XS

32,3

ZZ

43,6

0707 00 05

TR

100,7

ZZ

100,7

0709 93 10

TR

105,8

ZZ

105,8

0805 50 10

AR

96,8

TR

92,0

UY

94,8

ZA

99,0

ZZ

95,7

0806 10 10

CL

226,1

EG

229,0

IL

138,6

MA

159,3

MX

186,3

TN

203,8

TR

138,3

ZZ

183,1

0808 10 80

AR

165,0

BR

86,0

CL

120,9

NZ

123,4

US

161,5

ZA

102,7

ZZ

126,6

0808 30 90

AR

129,0

CL

164,3

NZ

165,5

TR

130,9

ZA

104,0

ZZ

138,7

0809 29 00

CA

627,1

TR

434,9

ZZ

531,0

0809 30

TR

166,0

ZZ

166,0

0809 40 05

BA

62,3

IL

69,8

MK

70,3

ZZ

67,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


8.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 720/2012

tas-7 ta’ Awwissu 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 202, 28.7.2012, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ Awwissu 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

40,90

0,00

1701 12 90  (1)

40,90

2,34

1701 13 10  (1)

40,90

0,00

1701 13 90  (1)

40,90

2,63

1701 14 10  (1)

40,90

0,00

1701 14 90  (1)

40,90

2,63

1701 91 00  (2)

50,30

2,38

1701 99 10  (2)

50,30

0,00

1701 99 90  (2)

50,30

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

8.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Awwissu 2012

dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu tal-2010, mill-1 ta’ Settembru tal-2010, mill-1 ta’ Ottubru tal-2010, mill-1 ta’ Novembru tal-2010, mill-1 ta’ Diċembru tal-2010, mill-1 ta’ Jannar tal-2011, mill-1 ta’ Frar tal-2011, mill-1 ta’ Marzu tal-2011, mill-1 ta’ April tal-2011, mill-1 ta’ Mejju tal-2011 u mill-1 ta’ Ġunju tal-2011 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi

(2012/465/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-sistema applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2), tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 964/2011 (2) u bl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li mill-1 ta’ Lulju 2010, jaffettwaw ir-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, imħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn dawn ikunu ġew assenjati.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, hemm bżonn li, mill-1 ta’ Awwissu tal-2010, mill-1 ta’ Settembru tal-2010, mill-1 ta’ Ottubru tal-2010, mill-1 ta’ Novembru tal-2010, mill-1 ta’ Diċembru tal-2010, mill-1 ta’ Jannar tal-2011, mill-1 ta’ Frar tal-2011, mill-1 ta’ Marzu tal-2011, mill-1 ta’ April tal-2011, mill-1 ta’ Mejju tal-2011, u mill-1 ta’ Ġunju tal-2011, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi jiġi adattati peress li, skont l-informazzjoni statistika li għandha l-Kummissjoni, id-differenza tal-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u tar-rata tal-kambju korrispondenti, irriżultat, għal ċerti pajjiżi terzi, ogħla minn 5 % mill-aħħar darba li dawn il-koeffiċjenti ġew iffissati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn ikunu ġew assenjati, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness fih tnax-il tabella mensili li juru liema pajjiżi huma kkonċernati u liema huma d-dati suċċessivi tal-applikazzjoni għal kull wieħed minnhom.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrespondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Catherine ASHTON

Viċi President


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 29.9.2011, p. 1.


ANNESS

AWWISSU TAL-2010

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Awwissu tal-2010

Rati tal-kambju Awwissu tal-2010 (*)

Koeffiċjenti korrettivi Awwissu tal-2010 (**)

L-Eġittu

4,398

7,40935

59,4

L-Eritrea

18,83

19,7388

95,4


SETTEMBRU TAL-2010

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Settembru tal-2010

Rati tal-kambju Settembru tal-2010 (***)

Koeffiċjenti korrettivi Settembru tal-2010 (****)

L-Eritrea

19,78

19,4388

101,8

Is-Sudan

2,827

3,15356

89,6

Il-Venezwela

4,516

5,45421

82,8

Iż-Żambja

5 270

6 297,45

83,7


OTTUBRU TAL-2010

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Ottubru tal-2010

Rati tal-kambju Ottubru tal-2010 (*****)

Koeffiċjenti korrettivi Ottubru tal-2010 (******)

L-Eġittu

4,701

7,60410

61,8

L-Etjopja

16,15

22,2107

72,7

Ħaiti

50,97

55,0818

92,5

Il-Paragwaj

3 677

6 399,74

57,5

Is-Surinam

2,305

3,75000

61,5

Timor Leste

1,274

1,36110

93,6


NOVEMBRU TAL-2010

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Novembru tal-2010

Rati tal-kambju Novembru tal-2010 (*******)

Koeffiċjenti korrettivi Novembru tal-2010 (********)

L-Eritrea

21,80

21,4143

101,8

Il-Gana

1,359

2,00225

67,9

Il-Ginea (Conakry)

5 200

8 493,73

61,2

Il-Venezwela

4,745

5,95110

79,7

Iż-Żambja

5 547

6 444,62

86,1


DIĊEMBRU TAL-2010

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Diċembru tal-2010

Rati tal-kambju Diċembru tal-2010 (*********)

Koeffiċjenti korrettivi Diċembru tal-2010 (**********)

L-Angola

144,4

127,091

113,6

L-Eġittu

5,034

7,75680

64,9

In-Nepal

79,72

98,9700

80,5

Sjerra Leone

5 458

5 730,45

95,2

Is-Sudan

3,010

3,33921

90,1


JANNAR TAL-2011

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Jannar tal-2011

Rati tal-kambju Jannar tal-2011 (***********)

Koeffiċjenti korrettivi Jannar tal-2011 (************)

L-Eritrea

23,16

20,2338

114,5

Il-Gana

1,427

1,87210

76,2

Il-Pakistan

57,86

114,090

50,7

Is-Sudan

3,186

3,48053

91,5

Iż-Żambja

5 852

6 178,44

94,7


FRAR TAL-2011

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Frar tal-2011

Rati tal-kambju Frar tal-2011 (*************)

Koeffiċjenti korrettivi Frar tal-2011 (**************)

L-Armenja

397,0

497,460

79,8

L-Etjopja

17,59

22,7406

77,4

Il-Gana

1,564

1,99590

78,4

Il-Ginea (Conakry)

5 487

8 205,25

66,9

Il-Kosovo

0,6410

1,00000

64,1

Il-Malawi

179,1

205,194

87,3

Il-Możambik

31,72

43,9700

72,1

L-Użbekistan

1 151

2 263,30

50,9

Is-Serbja

74,80

104,558

71,5

Is-Surinam

2,454

4,59285

53,4

It-Taġikistan

4,004

6,03651

66,3

Il-Venezwela

4,984

5,88797

84,6


MARZU TAL-2011

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Marzu tal-2011

Rati tal-kambju Marzu tal-2011 (***************)

Koeffiċjenti korrettivi Marzu tal-2011 (****************)

L-Arabja Sawdija

3,427

5,09730

67,2

Il-Belarus

2 793

4 099,94

68,1

Ħaiti

47,71

55,5912

85,8

Il-Liberja

USD 1,398

USD 1,37620

101,6

Kongo, Repubblika Demokratika ta’ (Kinshasa)

USD 1,898

USD 1,37620

137,9

Timor Leste

USD 1,361

USD 1,37620

98,9


APRIL TAL-2011

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi April tal-2011

Rati tal-kambju April tal-2011 (*****************)

Koeffiċjenti korrettivi April tal-2011 (******************)

L-Azerbajġan

1,151

1,11762

103,0

Il-Barbados

3,130

2,83209

110,5

Ir-Russja

43,08

40,2462

107,0

Is-Surinam

2,609

4,57925

57,0

L-Ukrajna

8,031

11,2355

71,5

Il-Vjetnam

14 537

29 444,6

49,4


MEJJU TAL-2011

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Mejju tal-2011

Rati tal-kambju Mejju tal-2011 (*******************)

Koeffiċjenti korrettivi Mejju tal-2011 (********************)

L-Arġentina

3,496

6,03921

57,9

Il-Belarus

2 955

4 444,18

66,5

L-Etjopja

18,75

24,6099

76,2

Il-Kenja

87,48

122,669

71,3


ĠUNJU TAL-2011

Post tax-xogħol

Paritajiet ekonomiċi Ġunju tal-2011

Rati tal-kambju Ġunju tal-2011 (*********************)

Koeffiċjenti korrettivi Ġunju tal-2011 (**********************)

Il-Gana

1,664

2,14365

77,6

Il-Ginea (Conakry)

5 787

9 426,41

61,4

Il-Laos

9 103

11 273,5

80,7

In-Nikaragwa

17,64

31,8675

55,4

L-Użbekistan

1 212

2 428,78

49,9

Is-Serbja

78,61

97,3302

80,8

Is-Sudan

3,359

4,00271

83,9

It-Tajlandja

34,07

43,2870

78,7

Il-Venezwela

5,380

6,12932

87,8

Il-Jemen

213,9

305,135

70,1


(*)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**)  Brussell = 100.

(***)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(****)  Brussell = 100.

(*****)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(******)  Brussell = 100.

(*******)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(********)  Brussell = 100.

(*********)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**********)  Brussell = 100.

(***********)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(************)  Brussell = 100.

(*************)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**************)  Brussell = 100.

(***************)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(****************)  Brussell = 100.

(*****************)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(******************)  Brussell = 100.

(*******************)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(********************)  Brussell = 100.

(*********************)  1 EURO = x unitajiet tal-valuta nazzjonali, minbarra l-USD għal dawn il-pajjiżi: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(**********************)  Brussell = 100.