ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.210.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 210

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
7 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 714/2012 tat-30 ta’ Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2012 tat-30 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 42/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2012 tat-30 ta’ Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2012 tas-6 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/459/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fl-Italja fl-2011 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5265)

10

 

 

2012/460/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fi Cloppeburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5289)

12

 

 

2012/461/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ bażi ġdida taċ-chewing gum bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/882/UE (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5406)

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 714/2012

tat-30 ta’ Lulju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod speċjali l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifika ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fl-intier tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifika

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott li jikkonsisti minn membrana għat-tastieri flessibbli magħmula mis-silikon b’19-il buttuna inkorporata u b’dimensjonijiet ta’ madwar 65 × 40 × 1 mm.

Il-prodott għandu tasti stampati li jirrappreżentaw tastiera alfanumerika, buttuni għat-telefonati u buttuni oħra tipiċi tat-telefons ċellulari.

Taħt kull tast hemm element ta’ kuntatt elettriku, magħmul minn silikon mimli bil-karbonju.

Il-prodott għandu forma speċifika u disinn speċifiku u huwa maħsub biex jiġi inkorporat f’mudell partikolari ta’ telefon ċellulari..

8517 70 90

Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2 (b) għat-Taqsima XVI u bil-kliem użat fil-kodiċijiet tan-NM 8517 , 8517 70  u 8517 70 90 .

Il-klassifika taħt l-intestatura 8536 bħala swiċċ hija eskluża billi l-prodott jikkonsisti biss minn parti waħda (naħa waħda tal-punti ta’ kuntatt) ta’ apparat tal-iswiċċjar (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM għall-intestatura 8536 , il-punt (8)).

Il-prodott huwa parti essenzjali għat-tħaddim ta’ telefon ċellulari u ma jistax jintuża independentement għal għanijiet oħra. Barra minn hekk, huwa adattat b’mod speċjali biex jintuża f’mudell partikolari ta’ telefon ċellulari. Ukoll, il-forma u l-metodu ta’ tħaddim tiegħu jipprekludu kull użu ieħor (ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-183/06). Għaldaqstant, il-klassifika taħt l-intestatura 8538 bħala part adattata għall-użu biss jew prinċipalment ma’ apparat tal-iswiċċjar hija eskluża wkoll.

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8517 70 90 bħala parti minn telefon ċellulari.

2.

Prodott (hekk imsejjaħ “assemblaġġ flex tal-keyboard”), li l-korp ewlieni tiegħu għandu dimensjonijiet ta’ madwar 56 × 42 × 1 mm u li jinkludi żewġ membrani li jikkonstitwixxu apparat tal-iswiċċjar:

membrana ta’ fuq tal-poliimmid li fiha 24 punti ta’ kuntatt tar-ram fuq in-naħa ta’ isfel,

membrana ta’ isfel tal-poliimmid li fiha ċirkwit stampat b’24 punt ta’ kuntatt tar-ram fuq in-naħa tal-wiċċ.

Fuq il-membrana tal-wiċċ hemm folja protettiva tal-plastik trasparenti stampata b’immaġni li tirrappreżenta tastiera tat-telefon ċellulari, u taħt il-membrana ta’ isfel folja protettiva tal-karta.

Il-komponenti li ġejjin huma konnessi mal-korp ewlieni tal-prodott:

żewġ kondutturi elettriċi ċatti bil-konnekters,

żewġ assemblaġġi ta’ ċirkwiti stampati li fihom komponenti attivi u passivi, senser tad-dawl kif ukoll swiċċ bl-“effett ta’ Sala” li jikkontrolla s-sistema tad-dawl tat-tastiera.

Il-prodott għandu forma speċifika u disinn speċifiku u huwa maħsub biex jiġi inkorporat f’mudell partikolari ta’ telefon ċellulari.

8517 70 90

Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) għat-Taqsima XVI u bil-kliem użat fil-kodiċijiet tan-NM 8517 , 8517 70  u 8517 70 90 .

Minbarra ż-żewġ membrani b’punti ta’ kuntatt korrispondenti li jiswiċċjaw iċ-ċirkwiti elettriċi, il-prodott jinkorpora assemblaġġi ta’ ċirkwiti stampati li jikkontrollaw is-sistema tad-dawl tat-tastiera. Il-klassifika bħala apparat tal-iswiċċjar għal ċirkwiti elettriċi taħt l-intestatura 8536 hija għalhekk eskluża.

Il-prodott huwa parti essenzjali għat-tħaddim ta’ telefon ċellulari u ma jistax jintuża independentement għal għanijiet oħra. Barra minn hekk, huwa adattat b’mod speċjali biex jintuża f’mudell partikolari ta’ telefon ċellulari. Ukoll, il-forma u l-metodu ta’ tħaddim tiegħu jipprekludu kull użu ieħor (ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-183/06).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8517 70 90 bħala parti minn telefon ċellulari.


7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 715/2012

tat-30 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 42/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont it-tieni paragrafu tal-kolonna (3) tat-tabella stipulata fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 42/2010 (2) il-prodott li jittiekel f’forma ta’ pilloli deskritt fil-kolonna (1) ta’ dik it-tabella ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota 2(b)(2) tal-Kapitlu 19 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) minħabba l-kompożizzjoni, il-preżentazzjoni u l-użu tiegħu bħala suppliment tal-ikel. Il-klassifikazzjoni tal-prodott skont il-Kapitolu 19 hija għalhekk eskluża.

(2)

Fid-dawl tal-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2009 fil-każijiet konġunti C-410/08 sa C-412/08, Swiss Caps (3), u b’mod partikolari l-paragrafu 33, il-klassifikazzjoni tal-prodotti li jittieklu maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel taħt l-intestatura 2106 tan-NM tista’ tiġi prevista biss jekk il-preparazzjonijiet tal-ikel ikkonċernati ma jkunux speċifikati jew inklużi band’oħra. Il-preparazzjonijiet tal-ikel maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel jistgħu għaldaqstant jiġu kklassifikati skont intestaturi oħra tal-NM fejn id-deskrizzjoni ta’ dawk l-intestaturi tkun aktar speċifika.

(3)

B’konsegwenza ta’ dan, il-preżentazzjoni u l-użu ta’ prodott li jittiekel bħala suppliment tal-ikel ma jistgħux ikunu r-raġuni għall-esklużjoni mill-Kapitolu 19 tan-NM. Għaldaqstant, mhuwiex neċessarju li jiġi ddikjarat li r-raġuni għalfejn il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota 2(b)(2) tal-Kapitolu 19 tan-NM tinsab biss fil-kompożizzjoni tiegħu.

(4)

Ir-raġunijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-kolonna (3) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 42/2010 għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness sħiħ tar-Regolament (UE) Nru 42/2010 għandu jiġi sostitwit.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 42/2010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Il-prodott jikkonsisti minn (% skont il-piż):

ħaxix tax-xgħir, ippolverizzat

28,8

għasel

27,5

ħaxix tal-qamħ, ippolverizzat

21,5

alfalfa, ippolverizzat

21,5

aċtu steariku

0,4

bżar

0,25

pikolinat tal-kromju

0,01

(li jikkorrispondi għal 8,7 μg Cr kull pillola)

Il-prodott jiġi ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut, f’forma ta’ pilloli u jiġi użat bħala suppliment tal-ikel (pillola waħda darbtejn kuljum)

2106 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90  u 2106 90 98 .

Peress li l-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota 2(b)(2) tal-Kapitolu 19 minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, il-klassifikazzjoni skont il-Kapitolu 19 hija eskluża.

Il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 peress li ma ssir l-ebda dikjarazzjoni dwar l-użu kontra mard speċifiku jew dwar il-konċentrazzjoni ta’ sostanzi attivi. Għalhekk ma għandux jitqies bħala preparazzjoni mediċinali li ġejja mill-ħxejjex skont it-tifsira tal-intestatura 3004 .

Il-prodott għalhekk jitqies bħala kopert bit-termini tal-intestatura 2106 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikata jew inkluża x’imkien ieħor, u jintuża bħala suppliment nutrittiv indikat għaż-żamma tas-saħħa ġenerali jew tal-benessri. (Ara wkoll HSEN għall-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, numru (16)).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 2.

(3)  [2010] ECR I -11991.


7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2012

tat-30 ta’ Lulju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Hu xieraq li jkun previst li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni sal-iskadenza li stabbilixxa l-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Trab tal-kolostru b’lattożju mnaqqas f’kapsuli tal-ġelatina, 120 kapsula ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut f’kontejner tal-plastik b’għatu kamin, bil-kompożizzjoni li ġejja (% skont il-piż):

Xaħam tal-ħalib

4,9

Proteini tal-ħalib

56,0

Lattożju

0,2

Id-doża ta’ kuljum li hija rrakomandata fuq it-tikketta hija ta’ żewġ kapsuli darbtejn kuljum.

Skont it-tikketta l-prodott huwa għall-konsum tal-bniedem.

1901 90 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1901 , 1901 90  u 1901 90 99 .

Il-forma tal-preżentazzjoni tat-trab f’kapsuli tal-ġelatina tiddetermina l-użu u n-natura tal-prodott bħala preparazzjoni alimentari. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 0404 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-Kapitolu 4, Ġenerali, punt (I), it-tielet paragrafu, punt (a)).

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat bħala preparazzjoni alimentari taħt l-intestatura 2106 għaliex huwa deskritt b’mod aktar speċifiku mill-kliem tal-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari ta’ prodotti taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 2106 , punt (1), it-tieni paragrafu). Billi l-prodott mhuwiex maħsub għal użu terapewtiku jew profilattiku fit-tifsira tal-Kapitolu 30, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3001 hija eskluża.

Għaldaqstant, meta jitqiesu l-karatteristiċi tiegħu dan il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari tal-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-Kapitolu 19, Ġenerali, l-ewwel paragrafu).

2.

Trab tal-kolostru f’kapsuli ta’ ċelluloża idrossipropilika ppakkjati għal bejgħ bl-imnut f’kaxxi tal-kartun ikkuluriti u li jintwew, li kull waħda jkun fiha bejn tliet u sitt pakketti “blister” ta’ għoxrin kapsula bil-kompożizzjoni li ġejja (% skont il-piż):

Xaħam tal-ħalib

6,9

Proteini tal-ħalib

35,7

Il-prodott fih ukoll il-lattożju.

Id-doża ta’ kuljum li hija rrakomandata fuq il-pakkett hija ta’ 1-2 kapsuli tliet darbiet kuljum.

Skont it-tikketta l-prodott huwa għall-konsum tal-bniedem.

1901 90 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1901 , 1901 90  u 1901 90 99 .

Il-forma tal-preżentazzjoni tat-trab f’kapsuli taċ-ċelluloża idrossipropilika tiddetermina l-użu u n-natura tal-prodott bħala preparazzjoni alimentari. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 0404 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-Kapitolu 4, Ġenerali, punt (I), it-tielet paragrafu, punt (a)).

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat bħala preparazzjoni alimentari taħt l-intestatura 2106 għaliex huwa deskritt b’mod aktar speċifiku mill-kliem tal-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari ta’ prodotti taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 2106 , punt (1), it-tieni paragrafu). Billi l-prodott mhuwiex maħsub għal użu terapewtiku jew profilattiku fit-tifsira tal-Kapitolu 30, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3001 hija eskluża.

Għaldaqstant, meta jitqiesu l-karatteristiċi tiegħu dan il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari tal-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-Kapitolu 19, Ġenerali, l-ewwel paragrafu).


7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2012

tas-6 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

54,5

XS

32,3

ZZ

43,4

0707 00 05

TR

100,7

ZZ

100,7

0709 93 10

TR

104,3

ZZ

104,3

0805 50 10

AR

96,8

UY

90,7

ZA

95,8

ZZ

94,4

0806 10 10

CL

226,1

EG

218,7

IL

138,6

MA

158,7

MX

185,5

TN

203,8

TR

145,9

ZZ

182,5

0808 10 80

AR

164,4

BR

92,8

CL

126,4

NZ

125,0

US

165,5

ZA

103,6

ZZ

129,6

0808 30 90

AR

200,3

CL

132,4

ZA

114,5

ZZ

149,1

0809 29 00

CA

627,1

TR

424,2

ZZ

525,7

0809 30

TR

165,5

ZZ

165,5

0809 40 05

BA

62,7

IL

69,8

MK

70,3

ZZ

67,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fl-Italja fl-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5265)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2012/459/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, qabel ma jittieħed impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandha tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tgħin biex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiżi, ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/132/UE tal-15 ta’ Frar 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fil-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011 (3), ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fl-Italja fl-2011. Fil-11 ta’ April 2012, ġiet ippreżentata talba uffiċjali għar-rimborż mill-Italja, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(5)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(6)

B’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Skont kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż tressqet flimkien ma’ rapport finanzjarju, dokumenti ta’ sostenn, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv.

(7)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Italja fit-2 ta’ Mejju 2012. L-Italja qablet permezz ta’ e-Mail bid-data tat-2 ta’ Mejju 2012.

(8)

Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba b’rabta mal-qerda tal-influwenza avjarja fl-Italjafl-2011, issa jista’ jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fl-Italja fl-2011 hija stabbilita għal EUR 133 190,48.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Repubblika tal-Italja.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 59, 1.3.2012, p. 34.


7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fi Cloppeburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5289)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2012/460/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tgħin biex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3), ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwali li jridu jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-kampanji ta’ ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/581/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fi Cloppenburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009 (3), ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fi Cloppenburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009. Fit-3 ta’ Settembru 2009, il-Ġermanja bagħtet talba uffiċjali għar-rimborż, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(5)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. Id-Deċiżjoni 2009/581/KE tipprevedi li għandha titħallas l-ewwel somma ta’ EUR 2 000 000,00 bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/796/UE (4) tipprevedi li għandha titħallas it-tieni somma ta’ EUR 4 000 000,00 bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(6)

B’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Skont kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż kienet tinkludi rapport finanzjarju, dokumenti ta’ evidenza, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv.

(7)

L-awditjar skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 twettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Ġermanja fis-17 ta’ April 2012. Il-Ġermanja qablet permezz ta’ e-Mail bid-data tad-9 ta’ Mejju 2012.

(8)

Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fi Cloppenburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009issa jista’ jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fi Cloppenburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009 hija stabbilita għal EUR 6 592 151,55.

Artikolu 2

Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 592 151,55.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 83.

(4)  ĠU L 320, 3.12.2011, p. 41.


7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ bażi ġdida taċ-chewing gum bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/882/UE

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5406)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2012/461/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Ottubru 2007 l-kumpanija Revolymer Ltd. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi biex tqiegħed bażi ġdida taċ-chewing gum fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fit-23 ta’ April 2009 l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tal-Pajjiżi l-Baxxi ħarġet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tagħha. F’dan ir-rapport, din waslet għall-konklużjoni li l-bażi ġdida taċ-chewing gum tista’ tintuża b’mod sikur bħala ingredjent għall-ikel.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fit-30 ta’ April 2009.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu oġġezzjonijiet motivati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott skont dik id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fit-2 ta’ Lulju 2010.

(6)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, fis-“Scientific Opinion on the safety of a ‘novel chewing gum base (REV-7)’ as a novel food ingredient” (Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza ta’ ‘bażi ġdida taċ-chewing gum (REV-7)’ bħala ingredjent ġdid tal-ikel) (2) l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-bażi ġdida taċ-chewing gum, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu u l-livelli proposti ta’ konsum, kienet sikura.

(7)

Il-bażi ġdida taċ-chewing gum tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 u għaldaqstant id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/882/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ bażi ġdida taċ-chewing gum bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet adottata.

(8)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/882/UE pprevediet li l-ispeċifikazzjoni tal-bażi ġdida taċ-chewing gum awtorizzata permezz tagħha fuq it-tikketta tal-ikel li fih minnha għandha tkun “bażi ta’ gomma (esteri ta’ omopolimeru ta’ 2-metil, 1,3-butadjen trattat b’maleat u ta’ polietilenglikol monometil-etere)”.

(9)

Madankollu, filwaqt li l-isem kimiku sħiħ jipprevedi deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tas-sustanza, it-tul tiegħu jista’ jiddomina t-tikketta tal-ikel li fih minnha. Peress li ċ-chewing gum ta’ sikwit jinbiegħ f’pakketti bi spazju limitat fil-wiċċ għat-tikketta, ikun xieraq li jkun hemm alternattiva iqsar għat-tikketta.

(10)

In-numri tar-reġistru (in-Nru CAS) tas-Servizz għall-Astratti Kimiċi (CAS) huma standard internazzjonali għad-deskrizzjoni tal-kimiċi, li jipprovdi informazzjoni ekwivalenti għal dak tal-isem kimiku f’dak li jikkonċerna n-natura tas-sustanza.

(11)

Għaldaqstant huwa xieraq li jitħalla jsir użu min-numru tar-reġistru CAS għad-deskrizzjoni tal-bażi taċ-chewing gum ġdida awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/882/UE fuq it-tabella tal-ikel li jkun fih minnha bħala alternattiva tal-isem kimiku sħiħ tiegħu.

(12)

L-Anness seta’ kkawża nuqqas ta’ ftehim peress li fit-titlu tiegħu hu pprovda biss parti mill-isem kimiku. Barra minn hekk, in-Numru CAS għandu jingħata fl-anness.

(13)

Għaldaqstant, jidher li hu xieraq li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/882/UE tiġi revokata u sostitwita b’Deċiżjoni ġdida bil-modifiki msemmija hawn fuq.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-bażi ġdida taċ-chewing gum, kif speċifikat fl-Anness, tista’ titqiegħed fis-suq fl-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex tintuża fiċ-chewing gum sa massimu ta’ 8 %.

Artikolu 2

Id-deskrizzjoni tal-bażi ġdida taċ-chewing gum awtorizzata permezz ta’ din id-Deċiżjoni fuq it-tikketta tal-ikel li fih minnha għandha tkun “bażi ta’ gomma (li tinkludi esteri ta’ omopolimeru ta’ 2-metil, 1,3-butadjen trattat b’maleat u ta’ polietilenglikol monometil-etere)” jew “bażi ta’ gomma (inkluż in-Nru CAS: 1246080-53-4)”.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/882/UE hija b’dan irrevokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Revolymer Ltd., 1, NewTech Square, Deeside Industrial Park, Deeside, Flintshire, CH5 2NT, United Kingdom.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2011;9(4):2127.

(3)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 121.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tal-bażi ġdida taċ-chewing gum

Id-deskrizzjoni

L-ingredjent ġdid tal-ikel huwa polimeru sintetiku (In-numru tal-privattiva WO2006016179). Hu ta’ kulur abjad li jagħti fl-off-white.

Jikkonsisti f’polimeri bi friegħi ta’ glikol tal-monometossipolietilen (MPEG) ittrapjantanti fuq poliisopren-graft-anidrid malejku (PIG-g-MA), u ta’ MPEG li ma jkunx irreaġixxa (inqas minn 35 % f’dak li hu piż).

Nru tal-CAS 1246080-53-4

Struttura molekulari tal-PIP-g-MA ttrapjantat bl-MPEG

Image

Image

Karatteristiċi ta’ esteri ta’ omopolimeru ta’ 2-metil, 1,3-butadjen trattat b’maleat u ta’ polietilenglikol monometil-etere/Nru CAS: 1246080-53-4

Umdità

inqas minn 5 %

Aluminju

inqas minn 3 mg/kg

Litju

inqas minn 0,5 mg/kg

Nikel

inqas minn 0,5 kg/kg

Anidride residwali

inqas minn 15 μmol/g

Indiċi tal-polidispersità

inqas minn 1,4

Isoprene

inqas minn 0,05 mg/kg

Ossidu tal-etilen

inqas minn 0,2 mg/kg

Anidride malejka ħielsa

inqas minn 0,1 %

Total ta’ oligomeri (inqas minn 1 000 Dalton)

mhux iktar minn 50 mg/kg

Glikol etileniku

inqas minn 200 mg/kg

Glikol dietileniku

inqas minn 30 mg/kg

Monoetilen glikol metil etere

inqas minn 3 mg/kg

Dietilen glikol metil etere

inqas minn 4 mg/kg

Trietilen glikol metil etere

inqas minn 7 mg/kg

1,4-Dijoksan

inqas minn 2 mg/kg

Formaldeid

inqas minn 10 mg/kg