ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.208.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 208

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
3 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 708/2012 tat-2 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012 tat-2 ta' Awwissu 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

2

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2012 tat-2 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tat-2 ta’ Awwissu 2012 li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kosmetiċi ( 1 )

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/456/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà AFGHANISTAN/1/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/457/PESK tat-2 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

18

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali ( ĠU L 168, 30.6.2009 )

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 708/2012

tat-2 ta’ Awwissu 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Dan ir-Regolament jipprevedi, inter alia, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX għalih.

(2)

Sabiex jiġu ċċarati l-kriterji għall-elenkar ta l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fl-Anness IX għal dan ir-Regolament, hija meħtieġa emenda għall-Artikolu 23.

(3)

Dan ir-Regolament jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex jiġi implimentat hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat b’dan il-mod.

(5)

Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 23, il-punt (e) tal-paragrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

huma persuna, entità jew korp ġuridiku, li huwa proprjetà jew ikkontrollat mill-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 709/2012

tat-2 ta' Awwissu 2012

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra li ċerti persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u li għandhom jiġu emendati l-entrati li jikkonċernaw ċerti entitajiet.

(3)

B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita f'konformità mar-Riżoluzzjoni KSNU 1737 (2006), żewġ persuni u entità għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness VIII għal dak ir-Regolament.

(4)

Il-listi li jinsabu fl-Annessi VIII u IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

(5)

Sabiex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

Artikolu 2

Fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet imsemmija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u miżjuda fil-lista stabbilita fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 kif emendata bl-entrati li jinsabu stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ANNESS I

Persuni imsemmija fl-Artikolu 1

1.

Dr Ahmad AZIZI

2.

Dr Ali DIVANDARI

3.

Dr Abdolnaser HEMMATI

4.

Mohammad Reza MESKARIAN

5.

Sayeed ZAVVAR


ANNESS II

Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Mobin Sanjesh

Entry 3, No 11, 12th Street, Miremad Alley, Abbas Abad, Tehran.

Involut fix-xiri ta' tagħmir u ta' materjali li għandhom applikazzjonijiet diretti fil-programm nukleari Iranjan.

1.12.2011

2.

Bank Melli Iran ZAO (magħruf ukoll bħala Mir Business Bank)

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russia Indirizz alternattiv: Mashkova st. 9/1 Moscow 105062 Russia

Proprjetà tal-Bank Melli.

23.6.2008

3.

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, United Kingdom

Proprjetà tal-Bank Melli.

23.6.2008

4.

Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

Unit 7, No 12, 13th Street, Mir-Emad St, Motahary Avenue, Tehran, 15875- 6653

Involut fl-akkwist ta' tagħmir speċjalizzat u materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

23.5.2011

5.

Bank Tejarat

Indirizz postali: Taleghani Br. 130, Taleghani Ave. Kaxxa Postali: 11365 - 5416, Tehran

Tel.: 88826690

Tlx.: 226641 TJTA IR.

Fax: 88893641

Website: http://www.tejaratbank.ir

Il-Bank Tejarat huwa parzjalment proprjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b'mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, il-Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' għexieren ta' miljuni ta' dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-AEOI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta' produzzjoni ta' materjal fissili. Fil-passat, il-Bank Tejarat assista wkoll banek Iranjani indikati biex jevitaw sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f'kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta' kopertura tas-Shahid Hemmat Industrial Group, indikati min-NU.

23.1.2012

6.

Shahid Beheshti University

Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran

Proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-Ministry of Defence and Armed Forces Logistics (MODAFL). Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta' armamenti nukleari.

23.5.2011


ANNESS III

Persuni u entità msemmija fl-Artikolu 3

Persuni

1.

Azim Aghajani (spelluta wkoll: Adhajani). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Numru tal-Passaport: 6620505, 9003213

Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta' April 2012

2.

Ali Akbar Tabatabaei (psewdonomu: Sayed Akbar Tahmaesebi). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Data tat-twelid: 1967

Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta' April 2012

Entità

1.

Behineh Trading Co.

Informazzjoni oħra: Kumpannija Iranjana li kellha rwol ewlieni fit-trasferiment illegali ta' armi għall-Punent tal-Afrika u aġixxiet f'isem l-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007), bħala dik li tibgħat il-konsenja tal-armamenti.

Aktar informazzjoni: Lokazzjoni: Tavakoli Building, Opposite of 15th Alley, Emam-Jomeh Street, Tehran, Iran. Telefon: +98 9195382305. Website: htt://www.behinehco.ir

Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta' April 2012


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 710/2012

tat-2 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

58,9

TR

69,6

XS

32,3

ZZ

53,6

0707 00 05

MK

53,8

TR

100,7

ZZ

77,3

0709 93 10

TR

103,7

ZZ

103,7

0805 50 10

AR

100,4

TR

91,0

UY

98,2

ZA

104,1

ZZ

98,4

0806 10 10

EG

203,2

IL

154,9

IN

210,3

MA

224,9

MX

301,8

TR

145,9

ZZ

206,8

0808 10 80

AR

164,6

BR

84,0

CL

119,0

NZ

116,9

US

165,5

ZA

106,9

ZZ

126,2

0808 30 90

AR

200,3

CL

148,9

ZA

102,7

ZZ

150,6

0809 29 00

TR

404,6

ZZ

404,6

0809 30

TR

154,5

ZZ

154,5

0809 40 05

BA

61,3

IL

69,8

ZZ

65,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/8


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/21/UE

tat-2 ta’ Awwissu 2012

li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kosmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem "Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk", il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, li wara nbidel għall-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumaturi ("SCCP"), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. L-SCCP irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCP jirrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali dwar is-sikurezza tas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għall-ittestjar tas-sustanzi wżati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li, skontha, l-industrija ntalbet tippreżenta fajls bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

(4)

L-SCCP, li wara nbidel għall-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ("SCCS") skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali li għalihom tressqu fajls aġġornati mill-industrija.

(5)

L-aħħar pass tal-istrateġija tal-valutazzjoni tas-sikurezza kien li jiġi evalwat ir-riskju possibbli għas-saħħa tal-konsumatur bi prodotti ta' reazzjoni li jiffurmaw minn sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar waqt li x-xagħar ikun qed jinżebagħ. Abbażi ta' dejta tas-sikurezza disponibbli s'issa, fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 l-SCCS ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni rigward il-ġenotossiċità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom li bħalissa qed jintużaw fl-UE.

(6)

Fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskji tad-dejta tas-sikurezza mressqa u l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza ta' sustanzi individwali u tal-prodotti ta' reazzjoni huwa xieraq li jiġu inklużi fil-Parti 1 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE, 24 żebgħa tax-xagħar li mhumiex regolati bid-Direttiva 76/768/KEE.

(7)

Is-sustanzi Hydroxyethyl-2-Nitro-p-Toluidine u HC Red No. 10 + HC Red No. 11 kienu provviżorjament awtorizzati għall-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar sal-31 ta' Diċembru 2011 bir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-annotazzjonijiet 10 u 50 fil-Parti 2 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE. Fuq il-bażi tal-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom, il-Hydroxyethyl-2-Nitro-p-Toluidine u HC Red No. 10 + HC Red No. 11 jistgħu jiġu kkunsidrati bħala sikuri għall-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 1 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE.

(8)

Wara l-valutazzjoni mill-SCCS dwar is-sustanzi 1-Napthol u Resorcinol, elenkati fil-Parti 1 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE, il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest ma għandhiex tinbidel.

(9)

Dwar is-sustanza HC Red No. 16, l-SCCS fl-opinjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2010, qal li fuq il-bażi tal-marġni baxx ta' sikurezza għall-użu fil-formoli taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi u mhux ossidattivi, l-HC Red No. 16 huwa riskjuż għas-saħħa tal-konsumatur. Għalhekk l-HC Red No. 16 għandu jkun elenkat fl-Anness II mad-Direttiva 76/768/KEE.

(10)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III mad-Direttiva 76/768/KEE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu f'konformità ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.

(3)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, għandha tiġi miżjuda l-annotazzjoni li ġejja:

Nru ta’ Ref

Isem Kimiku

Nru CAS / Nru KE

“1373

N-(2-Nitro-4-amminofenil)-allilammina (HC Red No. 16) u l-imluħa tiegħu

Nru CAS 160219-76-1”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

Nru. ta' Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam tal-applikazzjoni u/jew l-użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħra

a

b

c

d

e

f

“253

Sulfat ta' 2,2'-[(4-Amminofenil))immino]bis(etanol)

N,N-bis(2-Hydroxyethyl)-p-Phenylenediamine Sulfate

Nru CAS 54381-16-7

Nru KE 259-134-5

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,5 % (ikkalkulata bħala sulfat)

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

254

1,3-Benżenediol, 4-kloro-

4-Chlororesorcinol

Nru CAS 95-88-5

Nru KE 202-462-0

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,5 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

255

Sulfat ta' 2,4,5,6-Tetraamminopirimidina

Tetraaminopyrimidine Sulfate

Nru CAS 5392-28-9

Nru KE 226-393-0

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-3,4 % (ikkalkulata bħala sulfat)

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

3,4 % (calculated as sulphate)

 

 

256

Sulfat ta' 3-(2-Idrossietil)-p-fenilenediammonju

Hydroxyethyl-p-Phenylenediamine Sulfate

Nru CAS 93841-25-9

Nru KE 298-995-1

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (ikkalkulata bħala sulfat)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

257

1H-Indol-5,6-diol

Dihydroxyindole

Nru CAS 3131-52-0

Nru KE 412-130-9

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,5 %.

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

0,5 %

 

(b)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 208, il-kolonna f

258

Idroklorur ta' 5-Ammino-4-kloro-2-metilfenol

5-Amino-4-Chloro-o-Cresol HCl

Nru CAS 110102-85-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 % (ikkalkulata bħala idroklorur)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

259

1H-Indol-6-ol

6-Hydroxyindole

Nru CAS 2380-86-1

Nru KE 417-020-4

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,5 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

260

1H-Indol-2,3-Dion

Isatin

Nru CAS 91-56-5

Nru KE 202-077-8

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

1,6 %

 

Kif imsemmi fin-numru 208 ta’ referenza, il-kolonna f

261

2-Amminopiridina-3-ol

2-Amino-3-Hydroxypyridine

Nru CAS 16867-03-1

Nru KE 240-886-8

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

262

Aċetat ta' 2-Metil-1-naftil

1-Acetoxy-2-Methylnaphthalene

Nru CAS 5697-02-9

Nru KE 454-690-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara li jsir taħlit f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata fuq ix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (Meta fil-formula taż-żebgħa tax-xagħar hemm preżenti kemm 2-Methyl-1-Naphthol kif ukoll 1-Acetoxy-2-Methylnaphthalene, il-konċentrazzjoni massima fuq ir-ras ta' 2-Methyl-1-Naphthol ma għandhiex taqbeż it-2,0 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

263

1-Idrossi-2-metilnaftalen

2-Methyl-1-Naphthol

Nru CAS 7469-77-4

Nru KE 231-265-2

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara li jsir taħlit f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata fuq ix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (Meta fil-formula taż-żebgħa tax-xagħar hemm preżenti kemm 2-Methyl-1-Naphthol kif ukoll 1-Acetoxy-2-Methylnaphthalene, il-konċentrazzjoni massima fuq ir-ras ta' 2-Methyl-1-Naphthol ma għandhiex taqbeż it-2,0 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

264

5,7-dinitro-8-ossidu-2-naftalensulfonat tad-disodju

Acid Yellow 1

Nru CAS 846-70-8

Nru KE 212-690-2

CI 10316

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

0,2 %

 

(b)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 208, il-kolonna f

265

4-Nitro-1,2-fenilendiammina

4-Nitro-o-Phenylenediamine

Nru CAS 99-56-9

Nru KE 202-766-3

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,5 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

266

2-(4-Ammino-3-nitroanilino)etanol

HC Red No. 7

Nru CAS 24905-87-1

Nru KE 246-521-9

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

1,0  %

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru 208 ta’ referenza, il-kolonna f

267

2-[bis(2-Idrossietil)ammino]-5-nitrofenol

HC Yellow No. 4

Nru CAS 59820-43-8

Nru KE 428-840-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

1,5  %

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

 

268

2-[(2-Nitrofenil)ammino]etanol

HC Yellow No. 2

Nru CAS 4926-55-0

Nru KE 225-555-8

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,75 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,0 %

 

269

4-[(2-Nitrofenil)ammino]fenol

HC Orange No. 1

CAS No 54381-08-7

Nru KE 259-132-4

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

1,0  %

 

 

270

2-Nitro-N1-fenil-benżen-1,4-diammina

HC Red No. 1

Nru CAS 2784-89-6

Nru KE 220-494-3

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

1,0  %

 

Kif imsemmi fin-numru 208 ta’ referenza, il-kolonna f

271

Idroklorur ta' 1-Metossi-3-(β-amminoetil)ammino-4-nitrobenżen

HC Yellow No. 9

Nru CAS 86419-69-4

Nru KE 415-480-1

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 % (calculated as hydrochloride)

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

 

272

1-(4’-Amminofenilażo)-2-metil-4-(bis-2-idrossietil) aminobenżen

HC Yellow No. 7

Nru CAS 104226-21-3

Nru KE 146-420-6

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,25  %

 

 

273

N-(2-Idrossietil)-2-nitro-4-trifluwometil-anilina

HC Yellow No. 13

Nru CAS 10442-83-8

Nru KE 443-760-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,5 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

2,5 %

 

274

Klorur ta' Benżenamminju, 3-[(4,5-diidro-3-metil-5-ossi-1-fenil-1H-pirażol-4-il)ażo]-N,N,Ntrimetil-

Basic Yellow 57

Nru CAS 68391-31-1

Nru KE 269-943-5

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

2,0  %

 

 

275

Etanol, 2,2'-[[4-[(4-amminofenil)ażo]fenil]immino]bis-

Disperse Black 9

Nru CAS 20721-50-0

Nru KE 243-987-5

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,3 % (tat-taħlita fil-proporzjon 1:1 ta' 2,2’-[4-(4-aminophenylazo)phenylimino]diethanol u lignosulfate

 

 

276

9,10-Antraċenedion, 1,4-bis[(2,3-diidrossipropil)ammino]-

HC Blue No.14

Nru CAS 99788-75-7

Nru KE 421-470-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,3  %

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

 

277

2-(4-Metil-2-nitroanilino)etanol

Hydroxyethyl-2-Nitro-p-Toluidine

Nru CAS 100418-33-5

Nru KE 408-090-7

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,0 %

 

278

1-Ammino-2-nitro-4-(2',3'-diidrossipropil)ammino-5-klorobenżen + 1,4-bis-(2',3'-diidrossipropil)ammino-2-nitro-5-klorobenżen

HC Red No. 10 + HC Red No. 11

Nru CAS 95576-89-9 + 95576-92-4

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

2,0 %

 

(ii)

L-annotazzjonijiet bin-numri ta’ referenza 16 u 22 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

Nru. ta' Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam tal-applikazzjoni u/jew l-użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħra

a

b

c

d

e

f

“16

1-Naftalenol

1-Naphthol

Nru CAS 90-15-3

Nru KE 201-969-4

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

22

1,3-benżenediol

Resorcinol

Nru CAS 108-46-3

Nru KE 203-585-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

1.

użu ġenerali

2.

użu professjonali

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,25 %.

(a)

1.

Fih ir-resorcinol.

Laħlaħ ix-xagħar tajjeb wara l-applikazzjoni.

Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn jew il-ħuġbejn.

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

2.

Għal użu professjonali biss

Fih ir-resorcinol.

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Lotions u xampujiet tax-xagħar

(b)

0,5 %

 

(b)

Fih ir-resorcinol.”

(b)

Fil-Parti 2 l-annotazzjonijiet bin-numri ta' referenza 10 u 50 huma mħassra.


DEĊIŻJONIJIET

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ AFGHANISTAN/1/2012

tal-10 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

(2012/456/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Karl Åke ROGHE bħala l-Kap tal-Missjoni mill-1 ta’ Awwissu 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Karl Åke ROGHE huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-31 ta’ Mejju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/457/PESK

tat-2 ta’ Awwissu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) u (2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra li ċerti persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u li għandhom jiġu emendati l-entrati li jikkonċernaw ċerti entitajiet.

(3)

B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita f'konformità mar-Riżoluzzjoni KSNU 1737 (2006), żewġ persuni u entità għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Il-listi li jinsabu fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

Artikolu 2

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet imsemmija fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u miżjuda fil-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, kif emendata bl-entrati li jinsabu fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS I

Persuni imsemmija fl-Artikolu 1

1.

Dr Ahmad AZIZI

2.

Dr Ali DIVANDARI

3.

Dr Abdolnaser HEMMATI

4.

Mohammad Reza MESKARIAN

5.

Sayeed ZAVVAR


ANNESS II

Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta’ elenkar

1.

Mobin Sanjesh

Entry 3, No 11, 12th Street, Miremad Alley, Abbas Abad, Tehran.

Involut fix-xiri ta’ tagħmir u ta’ materjali li għandhom applikazzjonijiet diretti fil-programm nukleari Iranjan.

1.12.2011

2.

Bank Melli Iran ZAO (magħruf ukoll bħala Mir Business Bank)

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russia Indirizz alternattiv: Mashkova st. 9/1 Moscow 105062 Russia

Proprjetà tal-Bank Melli.

23.6.2008

3.

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, United Kingdom

Proprjetà tal-Bank Melli.

23.6.2008

4.

Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

Unit 7, No 12, 13th Street, Mir-Emad St, Motahary Avenue, Tehran, 15875- 6653

Involut fl-akkwist ta’ tagħmir speċjalizzat u materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

23.5.2011

5.

Bank Tejarat

Indirizz postali: Taleghani Br. 130, Taleghani Ave. Kaxxa Postali: 11365 - 5416, Tehran

Tel.: 88826690

Tlx.: 226641 TJTA IR.

Fax: 88893641

Website: http://www.tejaratbank.ir

Il-Bank Tejarat huwa parzjalment proprjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b'mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, il-Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-AEOI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta’ produzzjoni ta’ materjal fissili. Fil-passat, il-Bank Tejarat assista wkoll banek Iranjani indikati biex jevitaw sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f'kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta’ kopertura tas-Shahid Hemmat Industrial Group, indikati min-NU.

23.1.2012

6.

Shahid Beheshti University

Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran

Proprjetà ta’ jew ikkontrollata mill-Ministry of Defence and Armed Forces Logistics (MODAFL). Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta’ armamenti nukleari.

23.5.2011


ANNESS III

Persuni u entità msemmija fl-Artikolu 3

Persuni

1.

Azim Aghajani (spelluta wkoll: Adhajani). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mill-Iran.

Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Numru tal-Passaport: 6620505, 9003213

Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta’ April 2012

2.

Ali Akbar Tabatabaei (psewdonomu: Sayed Akbar Tahmaesebi). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mill-Iran.

Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Data tat-twelid: 1967

Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta’ April 2012

Entità

1.

Behineh Trading Co.

Informazzjoni oħra: Kumpannija Iranjana li kellha rwol ewlieni fit-trasferiment illegali ta’ armi għall-Punent tal-Afrika u aġixxiet f'isem l-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007), bħala dik li tibgħat il-konsenja tal-armamenti.

Aktar informazzjoni: Lokazzjoni: Tavakoli Building, Opposite of 15th Alley, Emam-Jomeh Street, Tehran, Iran. Telefon: +98 919 538 2305. Website: http://www.behinehco.ir

Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta’ April 2012


Rettifika

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/22


Rettifika tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 168 tat-30 ta’ Ġunju 2009 )

F’paġna 24, it-test tad-Direttiva għandu jaqra kif ġej:

“DIRETTIVA 2009/52/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi f’soġġorn illegali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006 ġie miftiehem li l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri għandha tissaħħaħ fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u b’mod partikolari li għandhom jiġu intensifikati l-miżuri kontra l-impjieg illegali fuq il-livell tal-Istati Membri u tal-UE.

(2)

Fattur prinċipali li jattira l-immigrazzjoni illegali lejn l-UE huwa l-possibbiltà li jinstab xogħol fl-UE mingħajr l-istatus legali meħtieġ. Għalhekk, l-azzjonijiet kontra l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali għandhom jinkludu miżuri kontra dak il-fattur li jattira.

(3)

Il-komponent ċentrali ta’ dawk il-miżuri għandu jkun projbizzjoni ġenerali fuq l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma għandhomx id-dritt għal residenza fl-UE, flimkien ma’ sanzjonijiet kontra min iħaddem li jikser dik il-projbizzjoni.

(4)

Billi din id-Direttiva tipprevedi standards minimi, l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jadottaw jew iżommu sanzjonijiet u miżuri aktar stretti u jimponu obbligi aktar stretti fuq min iħaddem.

(5)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn legali fi Stat Membru irrispettivament mill-fatt jekk għandhomx permess biex jaħdmu fit-territorju tiegħu, ma għandhiex tapplika għal persuni li jgawdu mid-dritt Komunitarju għall-moviment ħieles, kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment tal-persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (4). Barra minn hekk m’għandhiex tapplika wkoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’sitwazzjoni koperta bil-liġi tal-Komunità, bħal dawk li huma impjegati legalment fi Stat Membru ieħor u li jintbagħtu fi Stat Membru ieħor minn fornitur ta’ servizz fil-kuntest ta’ forniment ta’ servizzi. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn legali iżda li jaħdmu bi ksur tal-istatus tar-residenza tagħhom.

(6)

Għall-finijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, ċertu termini għandhom ikunu definiti u dawn id-definizzjonijiet għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(7)

Id-definizzjoni ta’ impjieg għandha tinkludi l-elementi kostitwenti tiegħu, jiġifieri l-attivitajiet li huma jew suppost ikunu mħallsa, li jitwettqu taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni ta’ min iħaddem, irrispettivament mir-relazzjoni legali.

(8)

Id-definizzjoni ta’ min iħaddem tista’ tinkludi assoċċjazzjoni ta’ persuni li jkun rikonoxxut li jkollhom il-kapaċità li jwettqu atti legali mingħajr ma jkollhom personalità ġuridika.

(9)

Biex jiġi prevenut l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn illegali, min iħaddem għandu jkun meħtieġ li qabel ma jirrekluta ċittadin ta’ pajjiż terz, inkluż f’każijiet fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi reklutat għall-iskop li jintbagħat fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ forniment ta’ servizzi, irid jivverifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu permess tar-residenza jew awtorizzazzjoni oħra valida ta’ soġġorn li turi li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa f’soġġorn legali fit-territorju tal-Istat Membru ta’ reklutaġġ.

(10)

B’mod partikolari biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikxfu dokumenti falsifikati, min iħaddem għandu wkoll ikun meħtieġ li jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-impjieg ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jipprevedu li notifiki bħal dawn isiru fil-qafas ta’ skemi ta’ notifiki oħrajn. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu favur proċedura ssimplifikata minn dawk li jħaddmu li jkunu persuni fiżiċi meta l-impjieg ikun maħsub għall-finijiet personali tagħhom.

(11)

Jekk min iħaddem ikun irrispetta l-obbligi stipulati f’din id-Direttiva, huwa ma għandux jinżamm responsabbli talli jkun impjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn illegali, speċjalment jekk l-awtorità kompetenti wara tiskopri li d-dokument ippreżentat minn impjegat kien fil-fatt ġie ffalsifikat jew użat ħażin, ħlief jekk min iħaddem kien jaf li d-dokument kien iffalsifikat.

(12)

Biex dawk li jħaddmu jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod iżjed faċli, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aqwa sforzi tagħhom biex jittrattaw it-talbiet għal tiġdid tal-permessi ta’ residenza fil-ħin.

(13)

Biex tiġi infurzata l-projbizzjoni ġenerali u jiġi evitat il-ksur tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet xierqa. Dawn għandhom jinkludu sanzjonijiet finanzjarji u kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tar-ritorn taċ-ċittadini minn pajjizi terzi f’soġġorn illegali, flimkien mal-possibilità ta’ sanzjonijiet finanzjarji mnaqqsa għal dawk li jħaddmu li jkunu persuni fiżiċi fejn l-impjieg ikun maħsub għall-finijiet privati tagħhom.

(14)

Fi kwalunkwe każ, min iħaddem għandu jintalab iħallas liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kull remunerazzjoni pendenti għax-xogħol li jkunu għamlu u kull taxxa u kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li jkunu pendenti. Jekk il-livell ta’ remunerazzjoni ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, għandu jkun preżunt li mill-inqas dan ikun jammonta għall-paga prevista mil-liġijiet applikabbli għall-pagi minimi, mill-ftehimiet kollettivi jew skont il-prattika stabbilita fl-oqsma okkupazzjonali rilevanti. Min iħaddem għandu wkoll jintalab iħallas, fejn ikun xieraq, kwalunkwe spiża li tirriżulta meta r-remunerazzjoni pendenti tintbagħat lejn il-pajjiż fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie impjegat illegalment ikun irritorna, jew ikun ġie ripatrijat. F’dawk il-każijiet fejn il-pagamenti b’lura ma jkunux saru minn min iħaddem, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati jissodisfaw dan l-obbligu minflok min iħaddem.

(15)

Iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz impjegat illegalment ma għandux jakkwista dritt għad-dħul, soġġorn u aċċess għas-suq tax-xogħol permezz tar-relazzjoni ta’ impjieg illegali jew permezz tal-ħlas jew tal-ħlas lura ta’ remunerazzjonijiet, kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew taxxi minn min iħaddem jew minn entità legali li jkollha tħallas minflok min iħaddem.

(16)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet ikunu jew ikunu jistgħu jiġu ppreżentati u li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jiggarantixxu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ikunu jistgħu jirċievu l-ammonti rkuprati tar-remunerazzjoni pendenti dovuti lilhom. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jinvolvu l-missjonijiet jew ir-rappreżentanzi tagħhom f’pajjiżi terzi f’dawk il-mekkaniżmi. L-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tat-twaqqif ta’ mekkaniżmi effettivi li jħaffu l-ilmenti u jekk mhux diġà previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iqisu l-possibilità u l-valur miżjud li l-awtorita kompetenti tingħata l-kapaċità li tiftaħ proċeduri kontra min iħaddem għall-finijiet li tkun irkuprata r-remunerazzjoni pendenti.

(17)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal suppożizzjoni ta’ relazzjoni tax-xogħol ta’ mill-inqas tliet xhur biex il-piż tal-prova jintefa’ fuq min iħaddem għall-inqas għal ċertu perjodu. Fost oħrajn, l-impjegat, għandu jkollu wkoll l-opportunità li jipprova l-eżistenza u d-dewmien tar-relazzjoni ta’ impjieg.

(18)

L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà ta’ aktar sanzjonijiet kontra min iħaddem, inter alia it-tneħħija tad-dritt għal uħud mill-benefiċċji, għajnuniet u sussidji, jew kollha kemm huma, inklużi s-sussidji agrikoli; esklużjonijiet minn proċeduri tal-akkwisti pubbliċi u l-irkupru ta’ wħud mill-benefiċċji, għajnuniet u sussidji, jew kollha kemm huma, inkluż il-finanzjament tal-UE amministrat mill-Istati Membri, li jkunu diġà rċevew l-għajnuna. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx sanzjonijiet kontra min iħaddem li jkunu persuni fiżiċi meta l-impjieg ikun maħsub għall-finijiet personali tagħhom.

(19)

Din id-Direttiva, u partikolarment l-Artikoli 7, 10 u 12 tagħha, għandha tkun bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(20)

Fid-dawl tal-prevalenza ta’ subkuntrattazzjoni f’ċerti setturi milquta, jeħtieġ ikun żgurat li tal-inqas il-kuntrattur, li min iħaddem ikun subkuntrattur dirett tiegħu, jista’ jinżamm responsabbli biex iħallas is-sanzjonijiet finanzjarji addizzjonalment għal min jimpjega jew minfloku. F’każi speċifiċi, kuntratturi oħra jistgħu jinżammu responsabbli li jħallsu sanzjonijiet finanzjarji addizjonalment għal min jimpjega jew minfloku talli jkunu ħaddmu ċittadini minn pajjiżi terzi f’soġġorn illegali. Ħlasijiet lura li jkollhom ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ responsabilità ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu wkoll kontribuzzjonijiet għal fondi nazzjonali għall-ħlas tal-vaganzi u għal fondi soċjali rregolati bil-liġi jew bil-ftehimiet kollettivi.

(21)

L-esperjenza turi li s-sistemi eżistenti tas-sanzjonijiet ma kinux biżżejjed biex tintlaħaq konformità sħiħa mal-projbizzjonijiet kontra l-impjieg ta’ ċittadini terzi f’soġġorn illegali. Waħda mir-raġunijiet hija li s-sanzjonijiet amministrattivi waħedhom mhumiex biżżejjed biex iwaqqfu ċerti persuni li jħaddmu bla skruplu. Il-konformità tista’ u għandha tissaħħaħ bl-applikazzjoni ta’ pieni kriminali.

(22)

Biex tkun garantita l-effettività sħiħa tal-projbizzjoni ġenerali, hemm għalhekk bżonn partikolari għal sanzjonijiet iktar dissważivi f’każijiet serji, bħal vjolazzjonijiet ripetuti persistentement, l-impjieg illegali ta’ numru sinifikanti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, partikolarment kundizzjonijiet tax-xogħol b'finijiet ta' sfruttament, fejn min iħaddem ikun jaf li ħaddiem huwa vittma tat-traffikar tal-bnedmin u l-impjieg illegali ta’ minorenni. Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri biex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jipprevedu pieni kriminali fir-rigward ta’ dak il-ksur serju. Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ pieni bħal dawn, jew kwalunkwe sistema disponibbli oħra tal-infurzar tal-liġi, f’każijiet individwali.

(23)

Fil-każijiet kollha meqjusa bħala serji skont din id-Direttiva l-ksur għandu jiġi kkunsidrat bħala reat kriminali madwar il-Komunità kollha meta dan jitwettaq intenzjonalment. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward ir-reat kriminali għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/JHA tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (6).

(24)

Ir-reat kriminali għandu jkun kastigabbli permezz ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-obbligu li jiġu żgurati pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi skont din id-Direttiva huwa bla preġudizzju għall-organizzazzjoni interna tal-liġi kriminali u tal-ġustizzja kriminali fl-Istati Membri.

(25)

Persuni ġuridiċi jistgħu wkoll jinżammu responsabbli għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, minħabba li ħafna minn dawk li jħaddmu huma persuni ġuridiċi. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jinvolvux obbligu għall-Istati Membri li tiddaħħal ir-responsabilità kriminali ta’ persuni ġuridiċi fl-Istati Membri.

(26)

Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva, għandu jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ lmentar li permezz tagħhom iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi rilevanti jkunu jistgħu jippreżentaw l-ilmenti direttament jew permezz ta’ partijiet terzi magħżula bħal trejdjunjins jew assoċjazzjonijiet oħrajn. Dawn il-partijiet terzi magħżula għandhom ikunu protetti, meta jipprovdu għajnuna għall-preżentazzjoni tal-ilmenti, kontra sanzjonijiet taħt regoli li jipprojbixxu l-faċilitazzjoni ta’ residenza mhux awtorizzata.

(27)

Bħala suppliment għall-mekkaniżmi tal-ilmenti, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħtu permessi ta’ residenza ta’ żmien limitat, marbutin mat-tul tal-proċedimenti nazzjonali rilevanti, liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew soġġetti għal kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi jew li kienu minorenni impjegati illegalment u li jikkooperaw fil-proċedimenti kriminali kontra min iħaddimhom. Tali permessi għandhom jingħataw skont arranġamenti kumparabbli ma’ dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (7).

(28)

Biex jiżguraw livell sodisfaċenti tal-infurzar ta’ din id-Direttiva u biex inaqqsu, kemm jista’ jkun, id-differenzi fil-livell tal-infurzar fl-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom isiru spezzjonijiet effettivi u xierqa u għandhom jikkomunikaw id-data dwar l-ispjezzjonijiet li jagħmlu lill-Kummissjoni.

(29)

L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiddeterminaw ta’ kull sena mira nazzjonali għan-numru ta’ spezzjonijiet fir-rigward tas-setturi ta’ attività li fihom ikun hemm konċentrament ta’ impjieg ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu f'soġġorn illegali fit-territorju tagħhom.

(30)

Bil-għan li tikber l-effettività tal-ispezzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti setgħat adegwati lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-ispezzjonijiet; li tinġabar u tiġi pproċessata informazzjoni dwar l-impjiegi illegali, inklużi r-riżultati ta’ spezzjonijiet preċedenti, għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva; u li jkun disponibbli biżżejjed persunal bil-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex jagħmlu l-ispezzjonijiet b’mod effettiv.

(31)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet li jsiru għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jaffettwawx, mill-perspettiva kwantitattiva jew kwalitattiva, spezzjonijiet magħmula biex jevalwaw il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol.

(32)

Fil-każ ta’ ħaddiema impjegati li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jinqdew bil-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni previsti fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 rigward l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi (8), sabiex issir verifika li ċ-ċittadini minn pajjiżi terzi inkwistjoni jkunu impjegati b’mod legali fl-Istati Membri tal-oriġini.

(33)

Din id-Direttiva għandha titqies bħala kumplimentari għall-miżuri kontra x-xogħol mhux dikjarat u l-isfruttament.

(34)

B’konformità mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar leġiżlar aħjar (9), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, kemm għalihom u kemm fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi.

(35)

Kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jsir fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data (10).

(36)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, partikolarment li tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali billi taġixxi kontra l-fattur li jattira fil-qasam tal-impjieg, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(37)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod speċifiku, għandha tiġi applikata b’rispett xieraq lejn il-libertà għat-tmexxija ta’ impriża, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali quddiem il-qorti u l-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, skont l-Artikoli 16, 20, 21, 47 u 49 tal-Karta.

(38)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(39)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tipprojbixxi l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’soġġorn illegali sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali. Għal dan il-għan, din tiffissa standards minimi komuni għal sanzjonijiet u miżuri li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri kontra min iħaddem li jikser dik il-projbizzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kull persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat u li mhix persuna li tgawdi d-dritt Komunitarju tal-moviment liberu, kif definit fl-Artikolu 2(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

(b)

“ċittadin ta’ pajjiż terz f’soġġorn illegali” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru;

(c)

“impjieg” tfisser l-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jkopru kull forma ta’ xogħol jew impjieg regolat mil-liġi nazzjonali jew skont prattika stabbilita għal jew taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni ta’ min iħaddem;

(d)

“impjieg illegali” tfisser impjieg ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’soġġorn illegali;

(e)

“min iħaddem” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe entità legali, inklużi aġenziji ta’ xogħol temporanju, għal jew taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni;

(f)

“subkuntrattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe entità legali, li tiġi fdata l-eżekuzzjoni ta’ parti mill-obbligi jew l-obbligi kollha ta’ kuntratt minn qabel;

(g)

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha dan l-istatus skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għall-Istati jew il-korpi pubbliċi li jeżerċitaw awtorità tal-Istat u l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali;

(h)

“aġenzija ta’ xogħol temporanju” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, b’konformità mal-liġi nazzjonali, tikkonkludi kuntratti ta’ xogħol jew relazzjonijiet ta’ xogħol ma’ ħaddiema temporanji ta’ aġenziji sabiex tassenjahom lil impriżi tal-utent sabiex jaħdmu hemm b’mod temporanju taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom;

(i)

“kundizzjonijiet ta’ xogħol partikolarment abużivi” tfisser kundizzjonijiet ta’ xogħol, inklużi dawk li jirriżultaw minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru jew minn diskriminazzjoni oħra, fejn ikun hemm sproporzjoni impressjonanti meta mqabbla mat-termini tal-impjieg ta’ ħaddiema impjegati b’mod legali, li, pereżempju, ikun qiegħed jaffettwa lis-saħħa u lis-sikurezza tal-ħaddiema, u jmur kontra d-dinjità tal-bniedem;

(j)

“rimunerazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi f’soġġorn illegali” tfisser il-paga jew is-salarju u kull kunsiderazzjoni oħra, kemm jekk fi flus u kemm jekk le, li l-ħaddiem jirċievi b’mod dirett jew indirett b’rabta mal-impjieg tiegħu mill-impjegatur tiegħu, u li tkun ekwivalenti għal dak li kieku kienu jgawdu ħaddiema kumparabbli f’relazzjoni ta’ impjieg legali.

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-impjieg illegali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-impjieg ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi f’soġġorn illegali.

2.   Il-ksur ta’ din il-projbizzjoni għandhom ikunu suġġeti għal sanzjonijiet u miżuri stipulati f’din id-Direttiva.

3.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn illegali li t-tneħħija tagħhom tkun ġiet posposta u li jkollhom permess jaħdmu konformement mal-liġijiet nazzjonali.

Artikolu 4

Obbligi fuq min iħaddem

1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil min iħaddem biex:

(a)

jitlob li ċittadin ta’ pajjiż terz qabel ma jibda l-impjieg tiegħu jkollu u jippreżenta lil min iħaddmu permess validu ta’ residenza jew awtorizzazzjoni oħra għas-soġġorn tiegħu;

(b)

iżomm għal mill-inqas it-tul tal-impjieg kopja jew rekord tal-permess tar-residenza jew awtorizzazzjoni oħra ta’ soġġorn disponibbli għall-ispezzjoni possibbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(c)

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istati Membri l-bidu tal-impjieg ta’ ċittadin minn pajjiżi terz fi żmien perjodu stipulat minn kull Stat Membru.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura mħaffa għan-notifika skont il-paragrafu 1(c) fejn min iħaddem ikun persuna fiżika u l-impjieg ikun għall-finijiet personali tiegħu jew tagħha.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li n-notifika skont il-paragrafu 1(c) ma tkunx meħtieġa meta l-ħaddiem ikun ingħatalu status ta’ residenza fit-tul b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkun residenti fit-tul (11).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jħaddmu u li jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fil-paragrafu 1 ma jinżammux responsabbli għal ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 sakemm dawk li jħaddmu ma kinux jafu li d-dokument ippreżentat bħala permess validu ta’ residenza jew awtorizzazzjoni oħra ta’ soġġorn kien iffalsifikat.

Artikolu 5

Sanzjonijiet finanzjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ikun soġġett għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra min iħaddem.

2.   Sanzjonijiet fir-rigward ta’ ksur tal-projbizzjoni memmija fl-Artikolu 3 għandhom jinkludu:

(a)

sanzjonijiet finanzjarji li għandhom jogħlew skont l-għadd ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi imħaddmin illegalment; u

(b)

ħlasijiet tal-ispejjeż tar-ritorn ta’ ċittadini mħaddmin illegalment f’dawk il-każijiet fejn il-proċeduri tar-ritorn ikunu mwettqa. L-Istati Membri jistgħu, minflok, jiddeċiedu li jirriflettu l-ispejjeż medji tar-ritorn fis-sanzjonijiet finanzjarji taħt punt (a).

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet finanzjarji mnaqqsa fejn min iħaddem ikun persuna fiżika li jħaddem ċittadin minn pajjiż terz f’soġġorn illegali għall-finijiet privati tiegħu jew tagħha u fejn ma jkun hemm l-ebda kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi.

Artikolu 6

Ħlasijiet b’lura lill-impjegati

1.   Fir-rigward ta’ kull ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li min iħaddem ikun responsabbli li jħallas:

(a)

kwalunkwe remunerazzjoni pendenti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz impjegat illegalment. Il-livell maqbul ta’ remunerazzjoni għandu jkun preżunt li kien għoli daqs il-paga prevista mil-liġijiet applikabbli dwar pagi minimi, permezz ta’ ftehim kollettiv jew skont il-prattika stabbilita fl-oqsma tax-xogħol rilevanti ħlief jekk min iħaddem jew l-impjegat ikun jista’ jagħti prova mod ieħor, waqt li jiġu rrispettati, fejn meħtieġ, id-dispożizzjonijiet obbligatorji nazzjonali dwar il-pagi;

(b)

ammont ugwali għal kwalunkwe taxxi u kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li min iħaddem kien se jħallas kieku ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kien impjegat b’mod legali, inklużi ħlasijiet ta’ penali għal dewmien u multi amministrattivi rilevanti;

(c)

meta xieraq, kull spiża li tirriżulta mill-fatt li jkollu jintbagħat il-ħlas b’lura lejn il-pajjiż fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun irritorna jew ġie ripatrijat.

2.   Sabiex tkun żgurata d-disponibilità ta’ proċeduri effettivi biex jiġu implementati l-paragrafi 1(a) u 1(c), u sabiex jitqies l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jadottaw mekkaniżmi biex jiżguraw li ċ-ċittadini minn pajjiżi terzi mħaddma illegalment:

(a)

jistgħu jippreżentaw talba, soġġett għal perijodu limitat ddefinit bil-liġijiet nazzjonali u jistgħu jinfurzaw sentenza kontra min iħaddem għal kull remunerazzjoni pendenti inkluż f’każijiet fejn ikunu rritornaw jew ġew imġiegħla jirritornaw;

(b)

meta jkun previst b’leġiżlazzjoni nazzjonali, jista’ jappella lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru sabiex jibda proċeduri biex jirkupra r-remunerazzjoni pendenti mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-persuna tintroduċi talba f’dan il-każ.

Ċittadini minn pajjiżi terzi mħaddma illegalment għandhom jiġu infurmati b’mod sistematiku u oġġettiv dwar id-drittijiet tagħhom skont dan il-paragrafu u skont l-Artikolu 13, qabel l-infurzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ ritorn.

3.   Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1(a) u (b), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li tiġi preżunta relazzjoni ta’ impjieg ta’ mill-inqas 3 xhur ħlief, jekk l-impjegat jew min iħaddem, fost l-oħrajn, ikun jista’ jipprovdi xhieda mod ieħor.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmi neċessarji huma implimentati biex jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mħaddma illegalment ikunu jistgħu jirċievu kull ħlas b’lura ta’ remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) li tkun irkuprata bħala parti mit-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2, inkluż f’każijiet fejn ikunu rritornaw jew ġew imġiegħla jirritornaw.

5.   Fir-rigward ta’ każijiet meta l-permessi ta’ residenza għal tul limitat ikunu ngħataw skont l-Artikolu 13(4), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet, skont il-liġi nazzjonali, li skont liema leġiżlazzjoni t-tul ta’ dawn il-permessi jista’ jittawwal sakemm iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikun irċieva kull ħlas b’lura tar-rinumerazzjoni rkuprata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Miżuri oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li min iħaddem għandu, jekk ikun xieraq, ikun suġġett għal dawn il-miżuri:

(a)

l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji, l-għajnuna jew is-sussidji pubbliċi kollha, jew uħud minnhom, inkluż l-iffinanzjar tal-UE mmaniġġjat mill-Istati Membri għal mhux iktar minn ħames snin;

(b)

l-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku kif definit mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-proċeduri ta’ koordinazzjoni għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħol, kuntratti pubbliċi ta’ forniment u kuntratti pubbliċi ta’ servizz (12) sa ħames snin;

(c)

irkupru tal-benefiċċji, l-għajnuna u s-sussidji pubbliċi kollha, jew uħud minnhom, inkluż il-finanzjament mill-UE amministrat mill-Istati Membri, mogħtija lil min iħaddem għal mhux iktar minn 12-il xahar qabel il-kxif tal-impjieg illegali;

(d)

għeluq temporanju jew permanenti tal-istabbilimenti li ntużaw biex jitwettaq il-ksur, jew irtirar temporanju jew permanenti ta’ liċenzja biex titmexxa l-attività kummerċjali kkonċernata, jekk dan ikun ġustifikat mill-gravità tal-ksur.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu (1) meta min iħaddem ikun persuna fiżika u l-impjieg ikun għall-finijiet privati tiegħu.

Artikolu 8

Subkuntrattazzjoni

1.   Meta min iħaddem ikun subkuntrattur u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar id-drittijiet ta’ kontribuzzjoni jew rikors jew għad-dispożizzjonijet tal-liġi nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntrattur li min iħaddem ikun subkuntrattur dirett tiegħu jista’ jinżamm responsabbli biex iwettaq il-ħlasijiet, addizzjonalment għal jew minflok min qed iħaddem:

(a)

kwalunkwe sanzjoni finanzjarja imposta bis-saħħa tal-Artikolu 5, u

(b)

kwalunkwe ħlas b’lura dovut bis-saħħa tal-Artikolu 6(1)(a) u (c) u l-Artikolu 6(2) u (3).

2.   Meta min iħaddem ikun subkuntrattur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntrattur ewlieni u kull subkuntrattur intermedjarju, meta dawn ikunu jafu li s-subkuntrattur li jimpjega kien qed jimpjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn illegali, dawn jistgħu jinżammu responsabbli biex jagħmlu l-ħlasijiet identifikati fil-paragrafu 1 addizzjonalment għal jew minflok min iħaddem, jew minflok is-subkuntrattur li jimpjega jew il-kuntrattur li min iħaddem huwa subkuntrattur dirett tiegħu.

3.   Kuntrattur li jkun osserva bl-attenzjoni dovuta l-obbligi kif definiti bil-liġi nazzjonali ma għandux jinżamm responsabbli għall-finijiet tal-paragrafu 1 jew 2.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu regoli għal responsabilità aktar stretta skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 9

Reat kriminali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur tal-projbizzjoni imsemmija fl-Artikolu 3 ikun jikkostitwixxi reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment, f’kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin kif definit mil-liġi nazzjonali:

(a)

il-ksur ikompli jew ikun ripetut b’mod persistenti;

(b)

il-ksur ikun fir-rigward tal-impjieg simultanju ta’ numru sostanzjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn illegali;

(c)

il-ksur ikun akkumpanjat minn kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi;

(d)

il-ksur jitwettaq minn min iħaddem li, filwaqt li ma jiġix akkużat b’reat, jew imressaq il-qorti għal reat stabbilit skont id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/629/JHA, juża xogħol jew servizzi minn persuna ċittadina ta’ pajjiż terz f’soġġorn illegali bl-għarfien li din hu jew hi tkun il-vittma ta’ dan it-tip ta’ traffikar;

(e)

il-ksur huwa relatat mal-impjieg illegali ta’ minorenni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza għall-imġiba intenzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu kastigabbli bħala reat kriminali.

Artikolu 10

Pieni kriminali

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jwettqu r-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9 jingħataw pieni kriminali effettivi, proporzjonati u disswasivi.

2.   Sakemm dan ma jkunx ipprojbit mill-prinċipji ġenerali tal-liġi, il-pieni kriminali stipulati f’dan l-Artikolu jistgħu skont il-liġi nazzjonali jkunu applikati mingħajr ħsara għal sanzjonijiet jew miżuri oħra ta’ natura mhux kriminali, u jistgħu jkunu akkumpanjati mill-pubblikazzjoni tas-sentenza relatata mal-każ.

Artikolu 11

Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għar-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9 fejn tali reat ikun sar għal benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li għandha pożizzjoni importanti fi ħdan il-persuna ġuridika, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn entità jew persuna ġuridika, fuq bażi ta’:

(a)

prokura tal-persuna ġuridika,

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika, jew

(c)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuna ġruidika tista’ tinżamm responsabbli meta n-nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, ikun għamel possibbli t-twettiq tar-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3.   Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika taħt il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi, l-instigaturi jew l-aċċessorji fir-reat imsemmi fl-Artikolu 9.

Artikolu 12

Pieni għall-persuni ġuridiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuna ġuridika responsabbli skont l-Artikolu 11 tkun kastigata permezz ta’ pieni disważivi, proporzjonati u effettivi, li jistgħu jinkludu miżuri bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tkun pubblikata lista ta’ min iħaddem li huma persuni legali u li kienu responsabbli għar-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9.

Article 13

Faċilitar ta’ lmenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati illegalment ikunu jistgħu jippreżentaw ilmenti kontra min iħaddimhom, direttament jew permezz ta’ partijiet terzi nominati mill-Istati Membri bħat-trejdunjins jew assoċjazzjonijiet oħra jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta dan ikun previst b’leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stipulati fil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f’isem ċittadin ta’ pajjiż terz impjegat illegalment jew b’appoġġ għalih, jintervjenu f’kull proċedura ġudizzjarja, amministrattiva u/jew kriminali stipulata bl-objettiv tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   L-għoti ta’ għajnuna lil ċittadini ta’ pajjiż terz biex jippreżentaw ilmenti ma għandux jitqies bħala faċilitazzjoni ta’ residenza mhux awtorizzata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati (13).

4.   Fir-rigward tar-reati kriminali koperti bl-Artikolu 9(1)(c) jew (e), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu skont il-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet taħt liema huma jistgħu jagħtu permessi, każ b’każ, ta’ żmien limitat, marbutin mat-tul tal-proċedimenti nazzjonali rilevanti, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi involuti, skont arranġamenti kumparabbli ma’ dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/81/KE.

Artikolu 14

Spezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorju tagħhom biex jiġi kkontrollat l-impjieg ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi f’soġġorn illegali. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu bbażati l-aktar fuq valutazzjoni tar-riskju li titfassal mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

2.   Bil-ħsieb li tiżdied l-effettività tal-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, jidentifikaw regolarment is-setturi tal-attività fejn huwa kkonċentrat l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’soġġorn illegali fit-territorju tagħhom.

Fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn is-setturi, l-Istati Membri għandhom kull sena qabel l-1 ta’ Lulju jikkomunikaw l-ispezzjonijiet lill-Kummissjoni, kemm f’numri assoluti kif ukoll f’persentaġġi tal-ħaddiema għal kull settur li jkunu saru fis-sena ta’ qabel kif ukoll ir-riżultati tagħhom.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikoli 6 u 13, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 16

Rappurtar

1.   Sal-20 ta’ Lulju 2014, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi, fejn ikun meħtieġ, proposti ta’ emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8, 13 u 14. B’mod partikolari, fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha teżamina l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Artikolu 6(2) u (5).

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tkun adatta għat-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. L-informazzjoni għandha tinkludi n-numru u r-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 14(1), il-miżuri applikati taħt l-Artikolu 13 u, safejn ikun possibbli, il-miżuri applikati skont l-Artikoli 6 u 7.

Artikolu 17

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Lulju 2011 l-iktar tard. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk il-miżuri għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi li bihom għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE”


(1)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 70.

(2)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 20.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2009.

(4)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 203, 1.8.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19.

(8)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(11)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(12)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(13)  ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17.