ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.207.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
2 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

2

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) tal-Ftehim ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XII (Moviment Liberu ta’ Kapital) tal-Ftehim ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

53

 

 

 

*

Avviż lill-qarejja (Ara paġna 54)

54

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/707/UE tas-26 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni, m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim:

“—

32011 D 0707: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/707/UE tas-26 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 29).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/707/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 5.

(2)   ĠU L 281, 28.10.2011, p. 29.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 rigward ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ kunsinni ta’ gajdri tal-Paċifiku maħsuba għall-Istati Membri jew partijiet minnhom b’miżuri nazzjonali rigward il-virus tal-erpete tal-gajdri ostreid herpes 1 μνar (OsHV-1 μνar) approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/358/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għalhekk, din id-deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 86 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008) fil-Parti 4.2:

“—

32011 R 0350: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2011 tal-11 ta’ April 2011 (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 9).”;

2.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA JQISU KIF MISTĦOQQ”, jiżdied l-inċiż li ġej mal-punt 41b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32011 D 0358: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/358/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 161, 21.6.2011, p. 29).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 350/2011 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/358/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 5.

(2)   ĠU L 97, 12.4.2011, p. 9.

(3)   ĠU L 161, 21.6.2011, p. 29.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/403/UE tas-7 ta’ Lulju 2011 li jemenda l-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-irtirar ta’ programm ta’ eradikazzjoni għall-marda batterika tal-kliewi għal Gran Brittanja u l-approvazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-ostreid herpesvirus 1 μνar għal Guernsey (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 94 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim:

“—

32011 D 0403: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/403/UE tas-7 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 180, 8.7.2011, p. 47).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/403/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 5.

(2)   ĠU L 180, 8.7.2011, p. 47.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 37/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf tat-tjur u tal-ispeċi porċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 255/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u slavaġ oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. Ġappun, irrappreżentat minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2011 tal-4 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodott minn Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv tal-għalf għas-salmonidi (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1091/2009 li jikkonċerna l-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755) u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 dwar tal-użu ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv fl-għalf li fih id-diklażuril, il-monensin sodiku u n-nikarbażina (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala adittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 943/2005 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.) (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ Clostridium butyricum FERM-BP 2789 bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri ħlief għasafar li jbidu, ħnienes miftuma u speċi tal-porċini (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd., irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2380/2001 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf maduramiċin ammonju alfa (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(16)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 109/2007 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf monesin sodiku (16) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) (17) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(18)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Vitamina B 6 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (18) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(19)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf li fih aċidu formiku (19) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(20)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (20) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(21)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (21) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (22) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(23)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għan-nitrit, il-melamina, l-Ambrosia spp. u t-trażmissjoni ta’ ċerti koċċidjostati u istomonostati u li jikkonsolida l-Annessi I u II għaliha (23) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(24)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar Katalgu tal-materjali tal-għalf (24) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(25)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011 tal-31 ta’ Awwissu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (25) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(26)

Ir-Regolament (UE) Nru 171/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007 (26) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(27)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010 (27) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(28)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi segwenti jiżdiedu fil-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):

“—

32011 R 0388: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3),

32011 R 0532: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001):

“—

32011 R 0406: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2011 tas-27 ta’ April 2011 (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 11).”;

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004):

“—

32011 R 0532: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).”.

4.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1zzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0171: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 11).’;

5.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 1zzi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005):

“—

32011 R 0221: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2011 tal-4 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 60, 5.3.2011, p. 3).”;

6.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32011 R 0516: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 43).”;

7.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 1zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0361: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011 (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 22).’;

8.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005):

“—

32011 R 0170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8).”;

9.

L-inċiż segwenti jizdied fil-punt 1zzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007):

“—

32011 R 0495: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 134, 21.5.2011, p. 6).”;

10.

It-test tal-punt 1zzzzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007) għandu jitħassar;

11.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1zzzzze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0336: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2011 tas-7 ta’ April 2011 (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 17).’;

12.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0373: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta’ April 2011 (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10).’;

13.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0335: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2011 tas-7 ta’ April 2011 (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 14).’;

14.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010):

“2t.

32011 R 0170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8).

2u.

32011 R 0171: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf tat-tjur u tal-ispeċi porċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 255/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 11).

2v.

32011 R 0184: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u selvaġġi oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 33).

2w.

32011 R 0212: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1).

2x.

32011 R 0221: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2011 tal-4 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 14223) bħala addittiv tal-għalf għas-salmonidi (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (ĠU L 60, 5.3.2011, p. 3).

2y.

32011 R 0337: Ir-iIr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19).

2z.

32011 R 0361: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala adittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 943/2005 (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 22).

2za.

32011 R 0371: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6).

2zb.

32011 R 0373: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ Clostridium butyricum FERM-BP 2789 bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri ħlief għasafar li jbidu, ħnienes miftuma u speċi tal-porċini (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd., irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10).

2zc.

32011 R 0388: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3).

2zd.

32011 R 0389: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7).

2ze.

32011 R 0496: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) (ĠU L 134, 21.5.2011, p. 9).

2zf.

32011 R 0515: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina B 6 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 40).

2zg.

32011 R 0527: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 6).

2zh.

32011 R 0528: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10).

2zi.

32011 R 0532: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).

2zj.

32011 R 0868: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011 tal-31 ta’ Awwissu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 226, 1.9.2011, p. 2).”

15.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 0574: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 7).”;

16.

It-test ta’ punt 49 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010) jitħassar.

17.

Il-punt li jmiss jiddaħħal wara l-punt 50 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2010):

“51.

32011 R 0575: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar Il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 170/2011, (UE) Nru 171/2011, (UE) Nru 184/2011, (UE) Nru 212/2011, (UE) Nru 221/2011, (UE) Nru 335/2011, (UE) Nru 336/2011, (UE) Nru 337/2011, (UE) Nru 361/2011, (UE) Nru 371/2011, (UE) Nru 373/2011, (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 406/2011, (UE) Nru 495/2011, (UE) Nru 496/2011, (UE) Nru 515/2011, (UE) Nru 516/2011, (UE) Nru 527/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 532/2011, (UE) Nru 574/2011, (UE) Nru 575/2011 u (UE) Nru 868/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 8.

(2)   ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8.

(3)   ĠU L 49, 24.2.2011, p. 11.

(4)   ĠU L 53, 26.2.2011, p. 33.

(5)   ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1.

(6)   ĠU L 60, 5.3.2011, p. 3.

(7)   ĠU L 94, 8.4.2011, p. 14.

(8)   ĠU L 94, 8.4.2011, p. 17.

(9)   ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19.

(10)   ĠU L 100, 14.4.2011, p. 22.

(11)   ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6.

(12)   ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10.

(13)   ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3.

(14)   ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7.

(15)   ĠU L 108, 28.4.2011, p. 11.

(16)   ĠU L 134, 21.5.2011, p. 6.

(17)   ĠU L 134, 21.5.2011, p. 9.

(18)   ĠU L 138, 26.5.2011, p. 40.

(19)   ĠU L 138, 26.5.2011, p. 43.

(20)   ĠU L 143, 31.5.2011, p. 6.

(21)   ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10.

(22)   ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7.

(23)   ĠU L 159, 17.6.2011, p. 7.

(24)   ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25.

(25)   ĠU L 226, 1.9.2011, p. 2.

(26)   ĠU L 333, 19.12.2007, p. 54.

(27)   ĠU L 77, 24.3.2010, p. 17.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 38/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 881/2011 tat-2 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-kompożizzjoni addittiva tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) u l-użu tiegħu fl-għalf li fih l-aċidu formiku (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co SA) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tat-5 ta’ Settembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċid A sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1068/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1074/2011 tal-24 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R-625 bħala addittiv għall-għalf tal-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Integro Gida SAN. ve TIC. A.S. rappreżentat minn RM Associates Ltd) (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2011 tat-27 ta’ Ottubru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżim ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (13), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar oġġetti tal-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):

“—

32011 R 0888: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 9).”;

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007):

“—

32011 R 0881: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 881/2011 tat-2 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 228, 3.9.2011, p. 9).”;

3.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zj (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011):

“2zk.

32011 R 0026: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18).

2zl.

32011 R 0885: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 3).

2zm.

32011 R 0886: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2011 tal- 5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 5).

2zn.

32011 R 0887: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Norel SA) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 7).

2zo.

32011 R 0888: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diklażuril bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 9).

2zp.

32011 R 0900: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċid A sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) (ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15).

2zq.

32011 R 1068: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1068/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (ĠU L 277, 22.10.2011, p. 11).

2zr.

32011 R 1074: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1074/2011 tal-24 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R-625 bħala addittiv għall-għalf tal-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Integro Gida SAN. ve TIC. A.S. rappreżentat minn RM Associates Ltd) (ĠU L 278, 25.10.2011, p. 5).

2zs.

32011 R 1088: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2011 tat-27 ta’ Ottubru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżim tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 14).

2zt.

32011 R 1110: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 27).

2zu.

32011 R 1111: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 30).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 26/2011, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 881/2011, (UE) Nru 885/2011, (UE) Nru 886/2011, (UE) Nru 887/2011, (UE) Nru 888/2011, (UE) Nru 900/2011, (UE) Nru 1068/2011, (UE) Nru 1074/2011, (UE) Nru 1088/2011, (UE) Nru 1110/2011 u (UE) Nru 1111/2011 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 8.

(2)   ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18.

(3)   ĠU L 228, 3.9.2011, p. 9.

(4)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 3.

(5)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 5.

(6)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 7.

(7)   ĠU L 229, 6.9.2011, p. 9.

(8)   ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15.

(9)   ĠU L 277, 22.10.2011, p. 11.

(10)   ĠU L 278, 25.10.2011, p. 5.

(11)   ĠU L 281, 28.10.2011, p. 14.

(12)   ĠU L 287, 4.11.2011, p. 27.

(13)   ĠU L 287, 4.11.2011, p. 30.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2010 tas-7 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal ċerti pestiċidi f’ċerti prodotti (3) jew fuqhom għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0750: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2010 tas-7 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 220, 21.8.2010, p. 1).”.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32010 R 0750: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2010 tas-7 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 220, 21.8.2010, p. 1).”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 750/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 8.

(2)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 15.

(3)   ĠU L 220, 21.8.2010, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (2), kif ikkoreġut fil-ĠU L 337, 20.12.2011, p. 27, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 672/2010 tas-27 ta’ Lulju 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (3), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (4), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (5), għandu jkun inkorporat fil-ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (6), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop (7), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (8), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fil-qasam tas-sistemi ta’ sospensjoni tat-titjir (9), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom (10), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 tat-12 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (11), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE (12), id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE (13), id-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE (14), id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE (15), id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE (16), id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE (17), id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE (18), id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE (19), id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE (20), id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE (21), id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE (22), id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE (23), id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE (24), id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE (25), id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE (26), id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE (27), id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE (28), id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (29), id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (30), id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE (31), id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE (32), id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE (33), id-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE (34), id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE (35), id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE (36), id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE (37), id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE (38), id-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE (39), id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE (40), id-Direttiva tal-Kunsill 78/317/KEE (41), id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE (42), id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE (43), id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE (44), id-Direttiva tal-Kunsill 89/297/KEE (45), id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE (46), id-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE (47), id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE (48), id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE (49), id-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE (50), id-Direttiva 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51), id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52), id-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53), id-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54), id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55), id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56) u d-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57) li huma inkorporati fil-Ftehim u għalhekk ikunu revokati skont il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Novembru 2014.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE (58) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tiġi revokata skont il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Novembru 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test f’punti 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE), 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE), 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE), 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE), 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE), 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE), 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE), 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE), 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE), 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE), 18 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE), 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE), 20 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE), 21 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE), 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE), 23 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE), 24 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE), 25 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE), 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE), 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE), 28 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE), 29 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE), 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE), 31 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE), 32 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE), 33 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE), 34 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE), 35 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/317/KEE), 36 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE), 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE), 45 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/297/KEE), 45a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE), 45b (id-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE), 45c (id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE), 45e (id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE), 45 g (id-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE), 45r (id-Direttiva tal-Kunsill 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45t (id-Direttiiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45u (id-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45v (id-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45w (id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45y (id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 45zc (id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassar b’effett mill-1 ta’ Novembru 2014;

2.

It-test f’punt 45d (id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE) jitħassar b’effett mill-1 ta’ Novembru 2017;

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0661: Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 337, 20.12.2011, p. 27.”;

4.

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45zz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009):

“45zza.

32009 R 0661: Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 337, 20.12.2011, p. 27, kif emendat bi:

32011 R 0407: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2011 tas-27 ta’ April 2011 (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 13).

45zzb.

32010 R 0672: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 672/2010 tas-27 ta’ Lulju 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom(ĠU L 196, 28.7.2010, p. 5).

45zzc.

32010 R 1003: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 291, 9.11.2010, p. 22).

45zzd.

32010 R 1005: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 291, 9.11.2010, p. 36).

45zze.

32010 R 1008: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 2).

45zzf.

32010 R 1009: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 21).

45zzg.

32011 R 0019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).

45zzh.

32011 R 0109: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fil-qasam tas-sistemi ta’ sospensjoni tat-titjir (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 2).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fil-Parti 3 tal-Anness II, li ġej għandu jiżdied mal-punt 1.1:

‘IS għall-Islanda

FL għal-Liechtenstein

16 għan-Norveġja’.

45zzi.

32011 R 0458: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 tat-12 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 124, 13.5.2011, p. 11).”.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 337, 20.12.2011, p. 27, u r-Regolamenti (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 407/2011 u (UE) Nru 458/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 12.

(2)   ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 196, 28.7.2010, p. 5.

(4)   ĠU L 291, 9.11.2010, p. 22.

(5)   ĠU L 291, 9.11.2010, p. 36.

(6)   ĠU L 292, 10.11.2010, p. 2.

(7)   ĠU L 292, 10.11.2010, p. 21.

(8)   ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1.

(9)   ĠU L 34, 9.2.2011, p. 2.

(10)   ĠU L 108, 28.4.2011, p. 13.

(11)   ĠU L 124, 13.5.2011, p. 11.

(12)   ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23.

(13)   ĠU L 76, 6.4.1970, p. 25.

(14)   ĠU L 133, 18.6.1970, p. 10.

(15)   ĠU L 176, 10.8.1970, p. 5.

(16)   ĠU L 176, 10.8.1970, p. 12.

(17)   ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.

(18)   ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15.

(19)   ĠU L 38, 11.2.1974, p. 2.

(20)   ĠU L 38, 11.2.1974, p. 22.

(21)   ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16.

(22)   ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1.

(23)   ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4.

(24)   ĠU L 196, 26.7.1975, p. 1.

(25)   ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1

(26)   ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6.

(27)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.

(28)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.

(29)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.

(30)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.

(31)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.

(32)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.

(33)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.

(34)   ĠU L 145, 13.6.1977, p. 41.

(35)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.

(36)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72.

(37)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83.

(38)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95.

(39)   ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1

(40)   ĠU L 81, 28.3.1978, p. 3.

(41)   ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27.

(42)   ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49.

(43)   ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.

(44)   ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1.

(45)   ĠU L 124, 5.5.1989, p. 1.

(46)   ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5.

(47)   ĠU L 129, 14.5.1992, p. 1.

(48)   ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11.

(49)   ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154.

(50)   ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17.

(51)   ĠU L 195, 29.7.1994, p. 1.

(52)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1.

(53)   ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.

(54)   ĠU L 18, 21.1.1997, p. 7.

(55)   ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.

(56)   ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1.

(57)   ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1.

(58)   ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (2) għandu jkun inkorporat f’dan il-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (3), kif korrett bil-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2011 tat-22 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jirrevoka, b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013, id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE, (5) id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE (7) li huma inkorporati mal-Ftehim u li għalhekk iridu jkunu revokati skont l-istess Ftehim b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 43 (Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE), 45zl (id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 45zo (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE) għandhom jitħassru b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 45zt (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0595: Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif rettifikat mill-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52.”;

3.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0079: Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32),

32009 R 0595: Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif rettifikat mill-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52,

32011 R 0183: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2011 tat-22 ta’ Frar 2011 (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 4).”;

4.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 45zzi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011):

“45zzj.

32009 R 0079: Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32).

45zzk.

32009 R 0595: Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jirrevoka d-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif korrett mill-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 79/2009, (KE) Nru 595/2009, kif korretti bil-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52 u r-Regolament (UE) Nru 183/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 12.

(2)   ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

(3)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(4)   ĠU L 53, 26.2.2011, p. 4.

(5)   ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46.

(6)   ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1.

(7)   ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 42/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta’ Settembru 2010 li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE u 86/297/KEE u d-Direttivi 2003/37/KE, 2009/60/KE u 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva 2009/58/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE (8) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tiġi rrevokata skont il-Ftehim,

(9)

Id-Direttiva 2009/59/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE (9) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim,

(10)

Id-Direttiva 2009/60/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE (10) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim,

(11)

Id-Direttiva 2009/61/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE (11) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tiġi rrevokata skont il-Ftehim,

(12)

Id-Direttiva 2009/68/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE (12) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tiġi rrevokata skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE), 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE), 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE) u 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE) għandu jitħassar.

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punti 18 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE), 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE) u 28 (id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 23 (id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7).”

4.

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 34 (id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“35.

32009 L 0058: Id-Direttiva 2009/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 4).

36.

32009 L 0059: Id-Direttiva 2009/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 9).

37.

32009 L 0060: Id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-veloċita’ massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15), kif emendata minn:

32010 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tal-8 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7).

38.

32009 L 0061: Id-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 19)

39.

32009 L 0068: Id-Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/58/KE, 2009/59/KE, 2009/60/KE, 2009/61/KE u 2009/68/KE u 2010/62/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 14.

(2)   ĠU L 198, 30.7.2009, p. 4.

(3)   ĠU L 198, 30.7.2009, p. 9.

(4)   ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15.

(5)   ĠU L 203, 5.8.2009, p. 19.

(6)   ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52.

(7)   ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7.

(8)   ĠU L 145, 13.6.1979, p. 20.

(9)   ĠU L 191, 15.7.1974, p. 1.

(10)   ĠU L 84, 28.3.1974, p. 33.

(11)   ĠU L 325, 20.11.1978, p. 16.

(12)   ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva 2011/72/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta’ flessibbiltà (2) kif korretta mill-ĠU L 254, 30.9.2011, p. 22, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2011/87/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b’karreġġjata dejqa (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdied mal-punt 29 (id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32011 L 0072: Id-Direttiva 2011/72/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 246, 23.9.2011, p. 1), kif korretta bil-ĠU L 254, 30.9.2011, p. 22,

32011 L 0087: Id-Direttiva 2011/87/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 301, 18.11.2011, p. 1).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2011/72/UE, kif korretti bil-ĠU L 254, 30.9.2001, p. 22, u 2011/87/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ippublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 14.

(2)   ĠU L 246, 23.9.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 301, 18.11.2011, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/74/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 4a (Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32011 L 0074: Direttiva tal-Kummissjoni 2011/74/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 32).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/74/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 171, 30.6.2011, p. 9.

(2)   ĠU L 198, 30.7.2011, p. 32.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1169/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 353/2008 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2011 tal-1 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi, (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal, (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard, (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal, (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi tal-ikel ħlief għal kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fi prodotti tal-ikel, (8) kif emendata mill-ĠU L 78, 17.3.2007, p. 32, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot il-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli ma tkunx estiża għal-Liechtenstein, kif stabbilit fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni għalhekk m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 54z (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE) u 54zb (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE):

“—

32006 L 0052: Id-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10), kif emendata mill-ĠU L 78, 17.3.2007, p. 32.”;

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzza (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2008):

“, kif emendat permezz ta:

32009 R 1169: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1169/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 34).’;

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011):

“, kif emendat permezz ta:

32011 R 0321: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2011 tal-1 ta’ April 2011 (ĠU L 87, 2.4.2011, p. 1).’;

4.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara punt 56 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008):

“57.

32011 R 0432: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 115, 5.5.2011, p. 1).

58.

32011 R 0440: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 119, 7.5.2011, p. 4).

59.

32011 R 0665: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 5).

60.

32011 R 0666: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 8).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1169/2009, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 321/2011, ir-Regolamenti (UE) Nru 432/2011, (UE) Nru 440/2011, (UE) Nru 665/2011 u (UE) Nru 666/2011 u d-Direttiva 2006/52/KE, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 78, 17.3.2007, p. 32, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jkun awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 15.

(2)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 34.

(3)   ĠU L 87, 2.4.2011, p. 1.

(4)   ĠU L 115, 5.5.2011, p. 1.

(5)   ĠU L 119, 7.5.2011, p. 4.

(6)   ĠU L 182, 12.7.2011, p. 5.

(7)   ĠU L 182, 12.7.2011, p. 8.

(8)   ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 46/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/38/UE tal-11 ta’ April 2011 li temenda l-Anness V għad-Direttiva 2004/33/KE dwar il-valuri massimi ta’ pH għal konċentrati ta’ pjastrini fi tmiem il-perjodu ta’ konservazzjoni, (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 15v (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32011 L 0038: Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/38/UE tal-11 ta’ April 2011 (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 28).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/38/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 16.

(2)   ĠU L 97, 12.4.2011, p. 28.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 47/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ dejta tal-kwalità u dik mhux klinika marbuta ma’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata żviluppati minn intrapriżi mikro, żgħar u medji (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15zl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE) fil-Kapitolu XIII tal-Anness II mal-Ftehim:

“15zm.

32009 R 0668: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ dejta tal-kwalità u dik mhux klinika marbuta ma’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata żviluppati minn intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 7).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 668/2009 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 16.

(2)   ĠU L 194, 25.7.2009, p. 7.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2012 tat-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/66/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/67/UE tat-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-abamectin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/69/UE tat-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-imidacloprid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32011 L 0066: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/66/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 175, 2.7.2011, p. 10),

32011 L 0067: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/67/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 175, 2.7.2011, p. 13),

32011 L 0069: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/69/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 175, 2.7.2011, p. 24).”.

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2011/66/UE, 2011/67/UE u 2011/69/UE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġt ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 20.

(2)   ĠU L 175, 2.7.2011, p. 10.

(3)   ĠU L 175, 2.7.2011, p. 13.

(4)   ĠU L 175, 2.7.2011, p. 24.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/78/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-Bacillus thuringiensis sottospeċi tal-israelensis Serotip H14, tar-Razza AM65-52 bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/79/UE tat-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-fipronil ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/80/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-lambda-cyhalothrin bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2011/81/UE tad-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex id-deltamethrin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32011 L 0078: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/78/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 7),

32011 L 0079: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/79/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 10),

32011 L 0080: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/80/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 13),

32011 L 0081: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/81/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 16).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2011/78/UE, 2011/79/UE, 2011/80/UE u 2011/81/UE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 20.

(2)   ĠU L 243, 21.9.2011, p. 7.

(3)   ĠU L 243, 21.9.2011, p. 10.

(4)   ĠU L 243, 21.9.2011, p. 13.

(5)   ĠU L 243, 21.9.2011, p. 16.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 50/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/79/UE tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal fil-punt 9 (Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz:

32010 L 0079: tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/79/UE tad-19 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 304, 20.11.2010, p. 18).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/79/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 16.

(2)   ĠU L 304, 20.11.2010, p. 18.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 51/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (2).

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/68/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/75/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir marittimu [tal-baħar] (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32010 L 0068: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/68/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 305, 20.11.2010, p. 1),

32011 L 0075: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/75/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 239, 15.9.2011, p. 1).”.

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 56d (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KEE) tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32010 L 0068: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/68/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 305, 20.11.2010, p. 1),

32011 L 0075: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/75/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 239, 15.9.2011, p. 1).”.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttivi 2010/68/UE u 2011/75/UE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 20.

(2)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(3)   ĠU L 305, 20.11.2010, p. 1.

(4)   ĠU L 239, 15.9.2011, p. 1.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 52/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68) tal-Anness V tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32011 R 0492: ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 36(1) m’għandux japplika.

(b)

Fl-Artikolu 36(2), ir-referenza għall-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinbidel bir-referenza għall-Artikolu 29 ta’ dan il-Ftehim.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 20.

(2)   ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (2) għandha tkun inkorporata f’dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX għall-Ftehim:

“31ec.

32010 D 0578: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/578/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2012 tal-10 ta’ Frar 2012, skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 26.

(2)   ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta min-naħa tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunta taż-ŻEE Nru 53/2012 tal-30 ta’ Marzu 2012 li tinkorpora d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE fil-Ftehim

“Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 titratta l-ekwivalenza.għal pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE.”


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

ir-Rakkomandazzjoni 2006/952/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 34 (ir-Rakkomandazzjoni 2005/865/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI għall-Ftehim:

“35.

32006 H 0952: ir-Rakkomandazzjoni 2006/952/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkkomandazzjoni 2006/952/KE fil-lingwi Islandiżi u Norveġiżi, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 22.

(2)   ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XII (Moviment Liberu ta’ Kapital) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2011/7/UE tħassar, b’effett mis-16 ta’ Marzu 2013, id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għaldaqstant għandha titħassar skont l-istess Ftehim b’effett mis-16 ta’ Marzu 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2 (id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XII għal-Ftehim għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej, b’effett mis-16 ta’ Marzu 2013:

32011 L 0007: Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/7/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 18.

(2)   ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 56/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/453/UE tat-13 ta’ Lulju 2011 li tadotta linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 17ka (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 135/03) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“17kb.

32011 D 0453: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/453/UE tat-13 ta’ Lulju 2011 li tadotta linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 23.7.2011, p. 48).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/453/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 193, 23.7.2011, p. 48.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 57/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tat-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37df (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“37dg.

32011 D 0275: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/275/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 58/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tad-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (2) għandu jiġi integrat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 42ea (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0445: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).”;

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 42ef (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010):

“42eg.

32011 R 0445: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 445/2011 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 59/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 55a (Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32009 L 0017: Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 101).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/17/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 101.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 55a (Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32011 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 33).”.

Artikolu 2

It-testi awtentiċi tad-Direttiva 2011/15/UE huma bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 49, 24.2.2011, p. 33.

(*1)  Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 61/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/584/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli dwar is-SafeSeaNet (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi emendat biex jinkludi l-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli dwar is-SafeSeaNet imwaqqaf bid-Deċiżjoni 2009/584/KE, u l-Anness XIII għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Grupp,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 55aa (imħassar) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“55ab.

32009 D 0584: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/584/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli dwar is-SafeSeaNet (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 63).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat tal-EFTA jista’, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/584/KE, jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli dwar is-SafeSeaNet.”.

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim:

“34.

Il-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli dwar is-SafeSeaNet (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/584/KE).”.

Artikolu 3

It-testi awtentiċi tad-Deċiżjoni 2009/584/KE huma bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (4), skont liema data minnhom tkun l-aktar tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 318, 1.12.2011, p. 42.

(3)   ĠU L 201, 1.8.2009, p. 63.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(4)  Ara l-paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 62/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej għandu jiġi mdaħħal fil-punt 55c (imħassar):

32009 L 0018: Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 55a (id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0018: Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).”;

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56ca (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE):

“—

32009 L 0018: Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/18/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XIII ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 55ca (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummisssjoni (UE) Nru 651/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“55d.

32009 L 0021: Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/21/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 65 (imħassar) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim:

“65a.

32009 L 0012: id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/12/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 tal-21 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32011 R 1197: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 tal-21 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 14).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1197/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

(2)   ĠU L 303, 22.11.2011, p. 14.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XV għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/21/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test fil-punt 1h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE) tal-Anness XV ta’ mal-Ftehim jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

32012 D 0021: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti kif definita fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(b)

Il-kelmiet ‘kompatibbli mas-suq intern’ għandhom jinqraw ‘kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(c)

It-terminu ‘Stat Membru’ għandu jinqara ‘Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA’. It-terminu ‘Stati Membri’ għandu jinqara ‘Stati Membri tal-UE jew Stati tal-EFTA’;

(d)

Fl-Artikoli 1 u 2(3), it-terminu ‘Artikolu 108(3) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u tal-Qorti’;

(e)

Fl-Artikolu 2, it-terminu ‘Artikolu 106(2) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(f)

Fl-Artikolu 3, it-terminu ‘Artikolu 108(3) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u tal-Qorti’;

(g)

Fl-Artikolu 5, it-terminu ‘Artikolu 107 tat-Trattat’ għandu jinqara bħala ‘Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE’.”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2012/21/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 339, 18.12.2008, p. 111.

(2)   ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.

(3)   ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XVI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiddaħħal fil-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVI ta’ mal-Ftehim:

“—

32011 R 1251: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1251/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 54.

(2)   ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE tat-12 ta’ Mejju 2010 dwar l-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/136/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn il-punti li ġejjin jiġu mdaħħla wara l-punt 20 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/KE) tal-Anness XIX ta’ mal-Ftehim:

“21.

32010 H 0304: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE tat-12 ta’ Mejju 2010 dwar l-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (ĠU L 136, 2.6.2010, p. 1).

22.

32011 H 0136: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/136/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 44).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjonijiet 2010/304/UE u 2011/136/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 30.

(2)   ĠU L 136, 2.6.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 57, 2.3.2011, p. 44.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA ta’ miegħu (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

“—

32011 R 0664: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 2).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 664/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 36.

(2)   ĠU L 182, 12.7.2011, p. 2.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2012 tat-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/337/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/358/KE tad-29 ta’ April 2009 dwar l-armonizzazzjoni, it-trażmissjoni regolari tat-tagħrif u l-kwestjonarju msemmija fl-Artikoli 22(1)(a) u 18 tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/359/KE tat-30 ta’ April 2009 għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/360/KE tat-30 ta’ April 2009 li tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart stabbiliti mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’skart mill-industriji tal-estrazzjoni (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 32fe (id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“32fea.

32009 D 0335: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’estrazzjoni (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 25).

32feb.

32009 D 0337: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/337/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III għad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 102, 22.4.2009, p. 7).

32fec.

32009 D 0358: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/358/KE tad-29 ta’ April 2009 dwar l-armonizzazzjoni, it-trażmissjoni regolari tat-tagħrif u l-kwestjonarju msemmija fl-Artikoli 22(1)(a) u 18 tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tal-iskart mill-industriji tal-estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 39).

32fed.

32009 D 0359: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/359/KE tat-30 ta’ April 2009 għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 46).

32fee.

32009 D 0360: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/360/KE tat-30 ta’ April 2009 li tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart stabbiliti mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 48).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/335/KE, 2009/337/KE, 2009/358/KE, 2009/359/KE u 2009/360/KE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 36.

(2)   ĠU L 101, 21.4.2009, p. 25.

(3)   ĠU L 102, 22.4.2009, p. 7.

(4)   ĠU L 110, 1.5.2009, p. 39.

(5)   ĠU L 110, 1.5.2009, p. 46.

(6)   ĠU L 110, 1.5.2009, p. 48.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2010 tal-15 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 18ar (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 317/2010) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“18as.

32010 R 0216: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2010 tal-15 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza (ĠU L 66, 16.3.2010, p. 1).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 216/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 37.

(2)   ĠU L 66, 16.3.2010, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18z (ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

“18z1.

32011 R 0328: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 22).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jitrażmetti dejta dwar trabi li jitwieldu mejta.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 328/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 37.

(2)   ĠU L 90, 6.4.2011, p. 22.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/54


NOTA LILL-QARREJ

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2012 ġiet irtirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix.