ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.194.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 665/2012
tal-20 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li l-kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (2), l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat proċess ta’ ġesjtoni tat-tibdil għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Bħala riżultat, fl-20 ta' Diċembru 2011, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea issottomettiet rakkomandazzjoni għall-aġġornament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 sabiex ikun jirreferi għad-dokumenti tekniċi li ġew emendati skont il-proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 454/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.
ANNESS
“ANNESS III
Lista ta' dokumenti tekniċi msemmija f’din it-TSI
Referenza |
Tabella |
B.1. (V1.1.1) |
Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju ta’ dejta tariffjarja maħsuba għal bejgħ barrani u internazzjonali – biljetti NRT |
B.2. (V1.1) |
Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju ta’ dejta tariffjarja maħsuba għal bejgħ barrani u internazzjonali – Biljetti għal Riservazzjoni Integrata (IRT) |
B.3. (V1.1) |
Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju ta’ dejta maħsuba għal bejgħ barrani jew internazzjonali – Offerti speċjali |
B.4. (V1.1.1) |
Gwida ta' implimentazzjoni għal messaġġi EDIFACT li jkopru l-iskambju tad-dejta tat-tabella taż-żmien. |
B.5. (V1.1) |
Riservazzjoni elettronika ta’ siġġijiet/postijiet u l-produzzjoni elettronika ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar – Skambju ta’ messaġġi |
B.6. (V1.1) |
Riservazzjoni elettronika ta' siġġijiet/postijiet u l-produzzjoni elettronika ta' dokumenti tat-trasport (standards RCT2) |
B.7. (V1.1.1) |
Biljett internazzjonali tal-ferrovija għall-istampar mid-dar |
B.8. (V1.1) |
Kodifikazzjoni numerika standard għall-impriżi ferrovjarji, maniġers tal-infrastruttura u kumpaniji oħra involuti fil-ktajjen ta’ trasport ferrovjarju. |
B.9. (V1.1) |
Kodifikazzjoni numerika standard tal-lokalitajiet |
B.10 (V1.1) |
Riservazzjoni elettronika tal-assistenza għal persuni b’mobbiltà imnaqqsa – Skambju ta’ messaġġi |
B.30. (V1.1) |
Skema – katalgu tal-messaġġi/settijiet tad-dejta meħtieġ għall-komunikazzjoni RU/IM tat-TAP TSI” |
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 666/2012
tal-20 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2092/2004, (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 1914/2006, (KE) Nru 1120/2009, (KE) Nru 1121/2009, (KE) Nru 1122/2009, (UE) Nru 817/2010 u (UE) Nru 1255/2010 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u l-iskemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(q) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (3), jistipula regoli komuni għan-notifika ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku. |
(3) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b'mod elettroniku fi ħdan il-proċeduri ta' ħidma interni tagħha u fi ħdan ir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
(4) |
Huwa kkunsidrat li diversi obbligi ta' notifiki jistgħu jitwettqu permezz ta' dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b'mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/2004 tat-8 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għal kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' ċanga mnixxfa bla għadam li ġejja mill-Isvizzera (4), (KE) Nru 793/2006 tat-12 ta' April 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni (5), (KE) Nru 1914/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar (6), (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ għal bdiewa (7), (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta' appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (8), (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (9), (UE) Nru 817/2010 tas-16 ta' Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta' rekwiżiti għall-għoti ta' rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport (10), (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti "baby beef" li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja (11). |
(5) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni effiċjenti u meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jew jiġu ssimplifikati u speċifikati jew imħassra f’dawk ir-Regolamenti. |
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2092/2004, (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 1914/2006, (KE) Nru 1120/2009, (KE) Nru 1121/2009, (KE) Nru 1122/2009, (UE) Nru 817/2010, u (UE) Nru 1255/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 7a, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: "2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. 3. In-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*) u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti kif ġie indikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 |
(2) |
L-Annessi IV, V u VI huma mħassra. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 47, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. Il-komunikazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**). |
(2) |
Fl-Artikolu 48, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. Il-komunikazzjonijiet u r-rapporti msemmija fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandhom isiru u jiġu sottomessi skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009." |
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 32, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. Il-komunikazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***). |
(2) |
Fl-Artikolu 33, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. Il-komunikazzjonijiet u r-rapporti msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009." |
Artikolu 4
Fir-Regolament (KE) Nru 1120/2009, jiżdied l-Artikolu 51a li ġej:
“Artikolu 51a
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 51(4) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).
In-notifiki msemmija fl-Artikolu 51(3), għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 mill-1 ta' Jannar 2013 biss.
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Għandu jiżdied l-Artikolu 94a li ġej. “Artikolu 94a In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****). |
Artikolu 6
Fl-Artikolu 84 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
"6. In-notifiki msemmija fl-Artikolu 40 u fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******).
Artikolu 7
Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 817/2010, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"Il-komunikazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*******);
Artikolu 8
Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej: "2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. 3. In-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********) u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti kif ġie indikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008. |
(2) |
L-Annessi VIII, IX u X huma mħassra. |
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta' Awissu 2012. Madanakollu, l-Artikoli 1 u 8 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(4) ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4.
(5) ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.
(6) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.
(7) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.
(8) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.
(9) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
(10) ĠU L 245, 17.9.2010, p. 16.
(11) ĠU L 342, 28.12.2010, p. 1.
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 667/2012
tal-20 ta’ Lulju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0707 00 05 |
TR |
95,4 |
ZZ |
95,4 |
|
0709 93 10 |
TR |
99,0 |
ZZ |
99,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
95,5 |
BO |
97,8 |
|
TR |
52,0 |
|
UY |
104,0 |
|
ZA |
91,1 |
|
ZZ |
88,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
127,6 |
BR |
94,1 |
|
CL |
116,7 |
|
CN |
126,4 |
|
NZ |
130,5 |
|
US |
146,3 |
|
UY |
52,1 |
|
ZA |
101,9 |
|
ZZ |
112,0 |
|
0808 30 90 |
AR |
129,7 |
CL |
120,2 |
|
ZA |
107,0 |
|
ZZ |
119,0 |
|
0809 10 00 |
TR |
169,0 |
ZZ |
169,0 |
|
0809 29 00 |
TR |
360,4 |
ZZ |
360,4 |
|
0809 30 |
TR |
178,7 |
ZZ |
178,7 |
|
0809 40 05 |
BA |
74,7 |
ZZ |
74,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 668/2012
tal-20 ta' Lulju 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Lulju 2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa, għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u 8, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Lulju 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa kemm jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Lulju 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012, għall-grupp 5, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat il-limitu tad-drittijiet tal-importazzjoni li jistgħu jiġu allokati, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012 għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u, 8 japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012, għall-grupp 5, japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
In-nru tal-grupp |
In-nru tas-serje |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.10.2012 sal-31.12.2012 (f'%) |
1 |
09.4211 |
0,573392 |
6 |
09.4216 |
1,345898 |
In-nru tal-grupp |
In-nru tas-serje |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.10.2012 sal-31.12.2012 (f'%) |
5 |
09.4215 |
0,958773 |
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2012
tal-20 ta’ Lulju 2012
li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta' Lulju 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta' Lulju 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru 09.4321. |
(2) |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serje li ġġib in-numru 09.4321 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dak in-numru tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mill-1 sas-7 ta' Lulju 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.
ANNESS
“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”
Is-sena tas-suq 2011/2012
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2012 sas-7.7.2012
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’%) |
Iktar applikazzjonijiet |
||
09.4317 |
L-Awstralja |
— |
Sospiżi |
||
09.4318 |
Il-Brażil |
— |
Sospiżi |
||
09.4319 |
Kuba |
— |
Sospiżi |
||
09.4320 |
Kwalunkwe pajjiż terz |
— |
Sospiżi |
||
09.4321 |
L-Indja |
9,090909 |
Sospiżi |
||
|
“Iz-zokkor mill-Balkani”
Is-sena tas-suq 2011/2012
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2012 sas-7.7.2012
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni(f’%) |
Iktar applikazzjonijiet |
||
09.4324 |
L-Albanija |
— |
|
||
09.4325 |
il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
|||
09.4326 |
Is-Serbja |
|
|||
09.4327 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
|
||
09.4328 |
Il-Kroazja |
— |
|
||
|
“Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”
Is-sena tas-suq 2011/2012
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2012 sas-7.7.2012
In-numru tas-serje |
It-tip |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’%) |
Iktar applikazzjonijiet |
||
09.4380 |
Eċċezzjonali |
— |
|
||
09.4390 |
Industrijali |
— |
|
||
|
(1) Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.
DEĊIŻJONIJIET
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Lulju 2012
li temenda l-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4816)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/414/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (2) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (“l-embrijuni”). Din id-Deċiżjoni tistipula wkoll garanziji li għandhom jingħataw fir-rigward ta’ mard speċifiku tal-annimali minn ċerti pajjiżi terzi elenkati f’dak l-Anness. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/168/KE tipprevedi wkoll li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ embrijuni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikati veterinarji fl-Annessi II, III u IV ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali relatati mal-bluetongue fiċ-ċertifikati veterinarji mudell fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kapitolu 8.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li tittratta l-bluetongue. Dak il-Kapitolu jirrakkomanda firxa sħiħa ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskju maħsuba biex jew jipproteġu l-mammiferi ospitanti mill-espożizzjoni għall-organiżmu trasportatur infettiv jew jinattivaw il-vajrus bl-antikorpi. |
(4) |
Barra minn hekk, l-OIE stabbiliet Kapitolu dwar is-Sorveljanza għal artropodi trasportaturi tal-mard tal-annimali fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ma jinkludux il-monitoraġġ tar-ruminanti għall-antikorpi għall-vajrusis tas-Simbu, bħall-vajrusis Akabane u Aino tal-familja tal-Bunyavirida, li fil-passat kien meqjus bħala metodu ekonomiku għad-determinazzjoni tad-distribuzzjoni ta’ organiżmi trasportaturi kompetenti tal-bluetongue sakemm isir disponibbli aktar tagħrif dwar il-firxa ta’ dawk il-mardiet. |
(5) |
Apparti dan, l-OIE ma telenkax il-mard Akabane u Aino fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Konsegwentement, ir-rekwiżit għal test annwali għal dak il-mard li jagħti prova tal-assenza ta’ organiżmu trasportatur għandu jitħassar mill-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE u miċ-ċertifikati veterinarji mudell fl-Annessi II, III u IV tiegħu. |
(6) |
Barra minn hekk, ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi li jħaddnu kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ embrijuni fl-Unjoni. Għalhekk, fl-interess tal-konsistenza fejn dawk l-arranġamenti bilaterali jħaddnu kondizzjonijiet speċifiċi u ċertifikati veterinarji mudell għall-importazzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet u l-mudelli għandhom minflok japplikaw il-kondizzjonijiet u l-mudelli stipulati fid-Deċiżjoni 2006/168/KE. |
(7) |
L-istatus ta’ saħħet l-annimali tal-Isvizzera hija ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li embrijuni derivati in vivo u embrijuni prodotti in vitro importati fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ikollhom magħhom ċertifikat veterinarju mfassal skont iċ-ċertifikat intern mudell użat għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina stipulati fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE. Dak iċ-ċertifikat għandu jqis l-adattamenti stipulati fil-punt 2 tal-Kapitolu VI(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi Prodotti Agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (3). |
(8) |
Fuq il-bażi tad-Direttiva 89/556/KEE, in-New Zealand kien rikonoxxut ukoll bħala pajjiż terz bi status ekwivalenti tas-saħħa tal-annimali għal dak tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ embrijuni derivati in vivo. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li embrijuni derivati in vivo miġbura fin-New Zealand u importati fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jkunu akkumpanjati minn ċertifikat simplifikat imfassal skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE tal-24 ta’ Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn New Zealand (4) stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ tal-annimali ħajjin u tal-prodotti mill-annimali (5), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (6). |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (7) tipprevedi li ċ-ċertifikati diversi veterinarji, pubbliċi u ta’ saħħet l-annimali meħtieġa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ semen, embrijuni, ova u prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jissejsu fuq il-mudelli standard taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I tagħha. Fl-interess tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iċ-ċertifikati veterinarji mudell stabbiliti fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE għandhom iqisu d-Deċiżjoni 2007/240/KE. |
(11) |
L-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2006/168/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(12) |
Biex jiġi evitat kull tfixkil tal-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati veterinarji maħruġa skont id-Deċiżjoni 2006/168/KE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ kunsinni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina minn pajjiżi terzi li jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013 skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.
(2) ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19.
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
(4) ĠU L 22, 25.1.2003, p. 38.
(7) ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.
ANNESS
L-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE jinbidlu b’dan li ġej:
ANNESS I
Kodiċi ISO |
Pajjiż Terz |
Ċertifikat veterinarju applikabbli |
||
AR |
l-Arġentina |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
AU |
l-Awstralja |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
CA |
il-Kanada |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
CH |
l-Isvizzera (*) |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
HR |
il-Kroazja |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
IL |
l-Iżrael |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
MK |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**) |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
NZ |
New Zealand (***) |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
US |
l-Istati Uniti |
l-ANNESS II |
l-ANNESS III |
l-ANNESS IV |
ANNESS II
Ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni derivati in vivo ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina miġbura b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS III
Ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina kkonċepiti bl-użu ta’ semen konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
Ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina konċepiti bl-użu ta’ semen minn ċentri ta’ ġbir jew ħżin tas-semen approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
(*) Għal embirjuni derivati in vivo u prodotti in vitro, iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu VI(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehimmal-Konfederazzjoni Svizzera.
(**) Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun allokata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.
(***) Għal embrijuni derivati in vivo, iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjoni minn New Zealand huwa stipulat fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE tal-24 ta’ Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn New Zealand (biss għal embrijuni miġbura fi New Zealand), stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE.
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali marbuta mal-vajrus tas-Simbu u tal-bluetongue
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4882)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/415/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini u garanziji addizzjonali fir-rigward ta' mard speċifiku tal-annimali li għandhom jiġu pprovduti minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tagħha. Din tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta' dan is-semen ġol-Unjoni. |
(2) |
Iċ-ċertifikat mudell għas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE jinkludi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ġol-Unjoni ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (3). |
(3) |
Ir-rekwiżiti attwali tas-saħħa tal-annimali għall-bluetongue fiċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE jipprevedu li l-annimali donaturi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għas-semen tal-bovini stabbiliti fil-Kapitolu dwar il-Bluetongue tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Dak il-Kapitolu jirrakkomanda firxa sħiħa ta' miżuri li jnaqqsu r-riskji bil-għan li jew jipproteġu lill-mammiferu ospitanti mill-espożizzjoni għall-organiżmi trasportaturi infettivi jew permezz tal-inattivazzjoni tal-vajrus permezz tal-antikorpi. Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li ċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali jistabbilixxi b'mod ċar ir-rekwiżiti u l-garanziji rilevanti li għandu jipprovdi l-pajjiż terz esportatur, skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika. |
(4) |
Barra minn hekk, l-OIE stabbilixxiet Kapitolu dwar is-Sorveljanza ta' artropodi trasportaturi ta' mard tal-annimali fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ma jinkludux il-monitoraġġ ta' ruminanti għall-antikorpi għal-vajrusis tas-Simbu, bħall-vajrusis Akabane u Aino tal-familja Bunyaviridae, li fil-passat kien ikkunsidrat metodu ekonomiku għad-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tal-organiżmi trasportaturi kompetenti tal-bluetongue sakemm kien disponibbli aktar tagħrif dwar il-firxa ta' dawk il-mardiet. |
(5) |
Apparti dan, l-OIE ma telenkax il-mard Akabane u Aino fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Konsegwentement, ir-rekwiżit ta' test annwali għal dawk il-mardiet sabiex tingħata prova dwar l-assenza tal-organiżmu trasportatur għandu jitħassar mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE u miċ-ċertifikat mudell tas-saħħa fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tagħha. |
(6) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Sabiex ma jittellifx il-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b'din id-Deċiżjoni, għandha tiġi awtorizzata matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjon 2011/630/UE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2013, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen u l-istokkijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju 2013, skont il-mudell stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE qabel l-emendi introdotti b'din id-Deċiżjoni
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32.
(3) ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.
ANNESS
(1) |
L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS I Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
|
(2) |
Fil-Parti 1 tal-Anness II, it-Taqsima A hija sostitwita b'dan li ġej: “TAQSIMA A Il-mudell 1 — Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen, fejn ikun inġabar is-semen Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(*) Iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta' April 2005 dwar ċertfikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali, kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.
(**) Iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ma' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.”
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Lulju 2012
li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Belġju
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4933)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2012/416/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjali, il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi ta’ klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, u dawn il-metodi jistgħu jkunu biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni hija soġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Id-definizzjoni ta' din it-tolleranza tinsab fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (2). |
(2) |
Bid-Deċiżjoni 97/107/KE (3), il-Kummissjoni awtorizzat l-użu ta' ħames metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Belġju. |
(3) |
Minħabba t-tibdiliet fil-popolazzjoni tal-majjali, fil-preżent il-formuli matematiċi użati ma’ dawn il-metodi qed jissottovalutataw il-kontenut ta’ laħam dgħif. Għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-formula tal-metodi awtorizzati u li jinkisbu u jiġu użati tliet metodi ġodda ta’ klassifikazzjoni. |
(4) |
Il-Belġju talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza tmien metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tiegħu, u ppreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, u indika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawn il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu, u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. |
(5) |
Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Belġju. |
(6) |
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
(7) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, għandha tiġi revokata d-Deċiżjoni 97/107/KE. |
(8) |
Minħabba ċ-ċirkustanzi tekniċi waqt l-introduzzjoni ta’ apparat ġdid u ekwazzjonijiet ġodda, il-metodu għall-klassifikazzjoni ta’ karakassi tal-majjali awtorizzat bid-Deċiżjoni 97/107/KE għandu jibqa’ japplika sat-30 ta’ Settembru 2012. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fil-Belġju:
(a) |
l-apparat "Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness; |
(b) |
l-apparat "Giralda Choirometer Pork Grader (PG 200)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness; |
(c) |
l-apparat "Hennessy Grading Probe (HGP 4)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness; |
(d) |
l-apparat "Fat-O-Meat’er (FOM II)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 4 tal-Anness; |
(e) |
l-apparat "OptiScan TP" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 5 tal-Anness; |
(f) |
l-apparat "CSB Image-Meater" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 6 tal-Anness; |
(g) |
l-apparat "VCS 2000" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 7 tal-Anness; |
(h) |
l-apparat "AutoFOM III" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 8 tal-Anness. |
Artikolu 2
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni awtorizzati ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 97/107/KE hija revokata.
Madankollu, sat-30 ta’ Settembru 2012, il-Belġju jista’ jkompli japplika l-metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali awtorizzati skont id-Deċiżjoni 97/107/KE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.
ANNESS
METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIL-BELĠJU
PARTI 1
Capteur gras/maigre – Sydel (CGM)
1. |
Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)". |
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda (probe) Sydel ta’ definizzjoni għolja, 8 mm fil-wisa’, dajowd li jagħti dawl infra-aħmar (Honeywell) u żewġ sensuri tad-dawl (Honeywell). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 105 mm. Il-valuri mkejla għandhom jiġu kkonvertiti f'kontenut ta' laħam dgħif stmat mis-CGM innifsu. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 66,09149 – 0,82047 × X1 + 0,10762 × X2 fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma. |
PARTI 2
Giralda choirometer pork grader (PG200)
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "Giralda Choirometer Pork Grader (PG 200)". |
2. |
L-apparat PG200 għandu jiġi mgħammar b’sonda (Siemens KOM 2110) b’fond ta’ 6 mm, dajowd tad-dawl (LED Siemens F 28) u sensur tad-dawl (Siemens F 232). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 125 mm. Il-valuri mkejla għandhom jiġu kkonvertiti f'kontenut ta' laħam dgħif stmat mill-apparat PG200 innifsu. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 70,09860 – 0,84616 × X1 + 0,091860 × X2 fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma. |
PARTI 3
Hennessy grading probe (HGP4)
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala l-"Hennessy Grading Probe (HGP4)". |
2. |
L-apparat HGP4 għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta' 5,95 millimetri (u ta' 6,3 millimetru fix-xafra ta' fuq is-sonda) li jkun fiha fotodajowd u fotoditekter u li jkollha distanza operattiva ta' bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti f'kontenut ta' laħam dgħif permezz tal-apparat HGP4 innifsu jew permezz ta' kompjuter li jkun imqabbad miegħu. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 70,37871 – 0,86986 × X1 + 0,080138 × X2 fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma. |
PARTI 4
Fat-O-Meat’er (FOM II)
1. |
Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "Fat-O-Meat'er (FOM II)". |
2. |
L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl Fat-O-Meat'er. Il-FOM II jikkonsisti f’sonda ottika b'sikkina, tagħmir għall-kejl tal-fond li jkollu distanza operattiva ta' bejn 0 u 125 mm u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta - kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II innifsu. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 68,85997 – 0,94985 × X1 + 0,088314 × X2 fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma. |
PARTI 5
OptiScan TP
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "OptiScan TP". |
2. |
L-apparat Optiscan-TP għandu jkun mgħammar b’apparat tal-immaġni diġitali li jieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassi. L-immaġnijiet għandhom ikunu l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skont il-metodu taż-żewġ punti “Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)”. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti jinħażnu u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kkontrollati. L-interfaċċa Bluetooth® integrata tippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Ŷ = 58,81491 – 0,64150 × X1 + 0,16873 × X2 fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma. |
PARTI 6
CSB Image Meater (CSB)
1. |
Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta' apparat magħruf bħala "CSB Image-Meater". |
2. |
l-apparat CSB-Image-Meater huwa sistema ta’ pproċessar ta’ immaġni onlajn fejn permezz ta’ sistema ta’ kamera, in-nofsijiet ta’ karkassa jiġu ffilmjati awtomatikament. Id-dejta dwar l-immaġni mbagħad tiġi pproċessata f'kompjuter permezz ta' softwer speċjali tal-ipproċessar tal-immaġni. Il-varjabbli tas-CSB-Image-Meater huma kollha mkejla f’nofs il-linja tal-parti tal-perżuta (madwar il-M. gluteus medius). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Ŷ = 71,65733 – (0,22223 × S) + (0,032383 × F) – (0,20522 × MS) + (0,053050 × MF) – (0,13195 × WL) – (0,16384 × WaS) fejn:
|
4. |
Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Belġju skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kg. |
PARTI 7
VCS 2000
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "VCS 2000". |
2. |
L-apparat VCS 2000 huwa sistema ta’ pproċessar ta’ immaġni onlajn fejn permezz ta’ sistema ta’ kamera, in-nofsijiet ta’ karkassa jiġu ffilmjati awtomatikament. Id-dejta dwar l-immaġni mbagħad tiġi pproċessata f'kompjuter permezz ta' softwer speċjali tal-ipproċessar tal-immaġni. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Ŷ = 51,85549 + (0,013351 × TL1) + (0,020216 × TL4) + (0,012917 × TL6) – (0,0061754 × TL7) + (0,014479 × TL8) – (0,000020016 × HF13) – (0,0067020 × HL7) – (0,015821 × HL8) + (10,97550 × HV1) – (0,000010969 × HF26) – (0,00043912 × HF28) – (0,000021232 × HF31) – (0,000019406 × HF34) – (0,024227 × HL15) – (0,0099866 × HL17) – (0,0085447 × HL18) – (0,020238 × HL20) – (0,0086577 × HL21) – (0,0076468 × HL23) – (0,0074809 × HL24) + (0,074204 × HV19) – (0,0058634 × HL31) – (0,015560 × SBAR1) – (0,015265 × SBAR2) – (0,019170 × SBAM2) + (0,043510 × VBAM2) – (0,026957 × FBAR4) – (0,010999 × KBAR4) – (0,018434 × FBAM4) – (0,017239 × SBAR5) + (0,072272 × VBAR5) – (0,0071030 × SBAM5) + (0,068737 × VBM5) – (3,68219 × TL2/TL8) – (1,17220 × TL5/TL8) – (3,19090 × TL7/TL8) + (4,49917 × TL1/TL5) + (9,13323 × TL4/TL5) + (4,82528 × TL6/TL5) – (6,62198 × HL15/HL7) – (2,36961 × HL17/HL7) – (1,75295 × HL18/HL7) – (5,58346 × HL20/HL7) – (1,66395 × HL23/HL7) + (2,85610 × HL30/HL7) + (0,0034487 × HL1/HL18) + (0,0036430 × HL4/HL18) + (0,0046569 × HL9/HL18) + (0,096880 × HL10/HL18) + (0,0051002 × HL12/HL18) + (0,076501 × HL13/HL18) + (0,0054646 × HL14/HL18) – (1,49515 × HL15/HL18) – (1,18547 × HL20/HL18) + (0,082962 × HL27/HL18) + (0,071890 × HL30/HL18) + (0,086655 × HL32/HL18) + (44,62296 × HF2/HF1) – (44,62325 × HF3/HF1) + (26,92160 × HF4/HF1) – (2,60469 × HF26/HF1) – (138,22300 × HF28/HF1) – (5,26517 × HF31/HF1) – (4,09877 × HF34/HF1) + (108,30840 × HF37/HF1) + (8,05099 × HF40/HF1) + (0,30959 × HF4/HF26) + (1,21963 × HF20/HF26) – (20,88758 × HF28/HF26) + (1,67606 × HF37/HF26) + (0,15193 × HF40/HF26) fejn:
TL1, TL4, TL6 … HF40/HF/26 huma l-varjabbli mkejla f’VCS 2000. |
4. |
Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Belġju skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kg. |
PARTI 8
AutoFOM III
1. |
Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta' apparat magħruf bħala "AutoFOM III". |
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniċi ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinbidlu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Ŷ = 72,82182 – (0,055746 × R2P2) – (0,056757 × R2P3) – (0,054895 × R2P4) – (0,055823 × R2P6) – (0,056800 × R2P7) – (0,054876 × R2P8) – (0,056419 × R2P10) – (0,055541 × R2P11) – (0,022251 × R2P13) – (0,022702 × R2P14) – (0,051975 × R2P15) – (0,030301 × R2P16) + (0,011064 × R3P1) + (0,011312 × R3P3) + (0,011353 × R3P5) + (0,011789 × R3P6) + (0,012286 × R3P7) + (0,010915 × R3P9) – (0,033450 × R4P7) – (0,020275 × R4P8) – (0,032423 × R4P9) – (0,038300 × R4P10) – (0,062709 × R4P11) – (0,027456 × R4P12) – (0,052494 × R4P13) – (0,064748 × R4P15) – (0,076343 × R4P16) fejn:
R2P2, R2P3, R2P4 … R4P16 — huma l-varjabbli mkejla permezz tal-AutoFOM III. |
4. |
Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Belġju skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kg. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/39 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Lulju 2012
dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni tagħha
(2012/417/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropa 2020 (1) tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. |
(2) |
Il-miri stabbiliti mill-istrateġija Ewropa 2020 huma mogħtija f’aktar dettall b’mod partikolari fl-Inizjattivi Ewlenin “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (2) u “Unjoni tal-Innovazzjoni” (3). Fost l-azzjonijiet li jridu jittieħdu skont l-“Aġenda Diġitali”, ir-riċerka ffinanzjata mill-fondi pubbliċi għandha tinxtered sew billi d-dejta xjentifika u l-kitbiet jiġu ppubblikati permezz ta’ aċċess miftuħ. L-inizjattiva “Unjoni tal-Innovazzjoni” titlob li jiġi stabbilit qafas għal Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) biex jgħin fit-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità u għall-kooperazzjoni transkonfinali. Din tistabbilixxi li l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet u d-dejta mir-riċerka ffinanzjata mill-fondi pubbliċi għandu jkun promoss,u l-aċċess għall-pubblikazzjonijiet għandu jsir il-prinċipju ġenerali għall-proġetti ffinanzjati mill-Programmi ta’ Qafas dwar ir-riċerka tal-UE. |
(3) |
Fl-14 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-informazzjoni xjentifika fl-era diġitali: aċċess, tixrid u konservazzjoni (4), akkumpanjata minn dokument ta’ ħidma tal-persunal. Din tat stampa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali fl-Ewropa fir-rigward tal-pubblikazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni tar-riżultati tar-riċerka, u teżamina kwistjonijiet organizzazzjonali, legali, tekniċi u finanzjarji rilevanti. |
(4) |
Il-Komunikazzjoni ġiet segwita f’Novembru 2007 mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-informazzjoni xjentifika fl-era diġitali: aċċess, tixrid u konservazzjoni. Il-Konklużjonijiet stiednu lill-Kummissjoni biex tesperimenta bl-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi minn proġetti ffinanzjati mill-programmi ta’ qafas dwar ir-riċerka tal-UE u li jinkludu sett ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri. Saru avvanzi f’xi wħud mill-oqsma trattati fil-Konklużjonijiet, iżda ma ntlaħqux il-miri kollha u l-progress kien irregolari fost l-Istati Membri. L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex tisfrutta bl-aħjar mod il-potenzjal tar-riċerka tal-Ewropa. |
(5) |
“Il-politiki tal-aċċess miftuħ” għandhom l-għan li jipprovdu lill-qarrejja, bla ħlas u kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess tat-tixrid, aċċess għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi vvalutati u dejta tar-riċerka, u li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika. Dawn il-politiki għandhom ikunu implimentati billi jqisu l-isfida tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. |
(6) |
Il-politiki dwar l-aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka xjentifika għandhom japplikaw għar-riċerka kollha li tirċievi fondi pubbliċi. Dawn il-politiki huma mistennija jtejbu l-kundizzjonijiet tat-twettiq tar-riċerka billi jnaqqsu d-dupllikazzjoni tal-isforzi u jimminimizzaw il-ħin meħtieġ għat-tiftix ta’ informazzjoni u biex tiġi aċċessata. Dan se jħaffef il-progress xjentifiku u jagħmilha iktar faċli biex issir kooperazzjoni madwar u lil hinn mill-UE. Dawn il-politiki se jwieġbu wkoll għas-sejħiet fi ħdan il-komunità xjentifika għal aktar aċċess għall-informazzjoni xjentifika. |
(7) |
Li jkun possibbli għall-atturi soċjali li jinteraġixxu fiċ-ċiklu tar-riċerka jtejjeb il-kwalità, ir-rilevanza, l-aċċettabbiltà u s-sostenibbiltà tal-eżiti tal-innovazzjoni permezz tal-integrazzjoni tal-apettattivi, il-ħtiġijiet, l-interessi u l-valuri tas-soċjetà. L-aċċess miftuħ huwa fattur ewlieni tal-politiki tal-Istati Membri għar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli billi r-riżultati tar-riċerka jkunu disponibbli għal kulħadd u billi jiġi ffaċilitat l-involviment tas-soċjetà. |
(8) |
In-negozji se jibbenefikaw ukoll minn aċċess usa’ għar-riżultati tar-riċerka xjentifika. B’mod partikolari, l-impriżi żgħar u medji se jtejbu l-kapaċità tagħhom għall-innovazzjoni. Għalhekk, il-politiki dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika għandhom jiffaċilitaw ukoll l-aċċess tal-kumpaniji privati għall-informazzjoni xjentifika. |
(9) |
L-Internet biddel b’mod fundamentali d-dinja tax-xjenza u tar-riċerka. Pereżempju, il-komunitajiet tar-riċerka ilhom jesperimentaw b’modi ġodda kif jirreġistraw, jiċċertifikaw, ixerrdu u jikkonservaw pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Il-politiki ta’ riċerka u ta’ finanzjament jeħtieġu li jadattaw għal dan l-ambjent ġdid. Għandu jiġi rrakkomandat lill-Istati Membri li jadattaw u jiżviluppaw il-politiki tagħhom dwar l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi. |
(10) |
L-aċċess miftuħ għad-dejta tar-riċerka xjentifika jżid il-kwalità tad-dejta, inaqqas il-ħtieġa tar-riċerka doppja, iħaffef il-progress xjentifiku u jgħin fil-ġlieda kontra l-frodi xjentifika. Fl-aħħar rapport tiegħu “Riding the wave: How Europe can gain from the rising tide of scientific data” (5) f’Ottubru 2010, il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar id-Dejta Xjentifika enfasizza l-importanza kritika tal-qsim u tal-konservazzjoni ta’ dejta affidabbli prodotta matul il-proċess xjentifiku. Għalhekk, il-politika ta’ azzjoni dwar l-aċċess għad-dejta hija urġenti u għandha tiġi rrakkomandata lill-Istati Membri. |
(11) |
Huwa fl-interess pubbliku li jkun hemm konservazzjoni tar-riżultati tar-riċerka xjentifika. Tradizzjonalment kienet taħt ir-responsabbiltà tal-biblijoteki, speċjalment il-biblijoteki nazzjonali ta’ depożitu legali. Il-volum tar-riżultati tar-riċerka ġġenerati qiegħed jikber bil-bosta. Għandu jkun hemm mekkaniżmi, infrastrutturi u soluzzjonijiet software informatiċi li jippermettu l-konservazzjoni fit-tul tar-riżultati tar-riċerka f’forma diġitali. Il-finanzjament sostenibbli għall-konservazzjoni huwa kruċjali peress li l-ispejjeż għall-manutenzjonimanutenzjoni tal-kontenut diġitali għadhom relattivament għoljin. Minħabba l-importanza tal-konservazzjoni għall-użu futur tar-riżultati tar-riċerka, l-istabbiliment jew it-tisħiħ tal-politiki f’dan il-qasam għandu jiġi rrakkomandat lill-Istati Membri. |
(12) |
Il-politiki li jridu jiġu żviluppati mill-Istati Membri għandhom jiġu ddefiniti fuq livell nazzjonali jew subnazzjonali skont is-sitwazzjoni kostituzzjonali u d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet li jiddefinixxu il-politika ta’ riċerka. |
(13) |
Infrastrutturi elettroniċi solidi li jirfdu s-sistema ta’ informazzjoni xjentifika se jtejbu l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni fit-tul tagħha. Dan jista’ jagħti spinta lir-riċerka kollaborattiva. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Infrastrutturi tal-ICT għax-Xjenza elettronika”, l-infrastrutturi elettroniċi huma mfissra bħala “ambjent li fih ir-riżorsi ta’ riċerka (ħardware, software u l-kontenut (6)) jistgħu jinqasmu jiġu aċċessati minnufih kull fejn ikun meħtieġ biex jippromwovu r-riċerka aħjar u iktar effettiva.” Għalhekk, għandu jiġi rrakkomandat l-iżvilupp ulterjuri ta’ dawn l-infrastrutturi u tal-interkonnessjoni tagħhom fuq livell Ewropew |
(14) |
Il-mixja lejn l-aċċess miftuħ hija impenn dinji, kif muri mill-“Istrateġija rreveduta dwar il-kontribuzzjoni tal-UNESCO għall-promozzjoni tal-aċċess miftuħ għar-riċerka u l-informazzjoni xjentifika” (7) u d-“Dikjarazzjoni tal-OECD dwar l-Aċċess għad-Dejta tar-Riċerka mill-Finanzjament Pubbliku” (8). L-Istati Membri għandhom ikunu parti minn dan l-impenn globali u għandhom ikunu ta’ eżempju billi jżidu ambjent ta’ riċerka miftuħ u kollaborattiv ibbażat fuq ir-reċiproċità. |
(15) |
Minħabba l-istat tranżizzjonali tas-settur tal-pubblikazzjoni, jeħtieġ li l-partijiet interessati jingħaqdu flimkien biex jakkumpanjaw il-proċess ta’ tranżizzjoni u jfittxu soluzzjonijiet sostenibbli għall-proċess ta’ pubblikazzjoni xjentifika. |
(16) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat pakkett li jikkonsisti f’Komunikazzjoni dwar id-dejta miftuħa, proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (9) u regoli ġodda tal-Kummissjoni fuq id-dokumenti li hija għandha. Il-pakkett jippreżenta l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar id-dejta miftuħa f’qafas uniku u koerenti, li jħaddan l-azzjonijiet inkluża din ir-Rakkomandazzjoni. |
(17) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija akkumpanjata minn Komunikazzjoni fejn il-Kummissjoni tiddefinixxi l-politika u l-viżjoni tagħha dwar l-aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka. Tiddeskrivi l-azzjonijiet li l-Kummissjoni se tieħu bħala korp li jipprovdi l-finanzjament għar-riċerka xjentifika mill-baġit tal-Unjoni. |
(18) |
Flimkien ma’ din ir-Rakkomandazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ akkumpanjament, il-Kummissjoni qed tadotta Komunikazzjoni dwar “Sħubija msaħħa taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-eċċellenza u għat-tkabbir” fejn tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin għat-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, fejn waħda minn dawn il-prijoritajiet hija ċ- ċirkolazzjoni ottimali tal-għarfien xjentifiku, l-aċċess għalih u t-trasferiment tiegħu. |
B’DAN TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
Aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi
1. |
Jiddefinixxu b’mod ċar il-politiki għat-tixrid tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata mill-fondi pubbliċi, u l-aċċess miftuħ għal dawn il-pubblikazzjonijiet. Dawn il-politiki għandhom jipprovdu għal:
Jiżguraw li, bħala riżultat ta’ dawn il-politiki:
|
2. |
Jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka responsabbli għall-immaniġġjar tal-iffinanzjar għar-riċerka pubblika u l-istituzzjonijiet akkademiċi li jirċievu finanzjament pubbliku jimplimentaw il-politiki billi:
|
Aċċess miftuħ għad-dejta tar-riċerka.
3. |
Jiddefinixxu politiki ċari għat-tixrid tad-dejta tar-riċerka li trriżultaw minn riċerka ffinanzjata mill-fondi pubbliċi, u l-aċċess miftuħ għaliha. Dawn il-politiki għandhom jipprovdu għal:
Jiżguraw li, bħala riżultat ta’ dawn il-politiki:
|
Konservazzjoni u użu mill-ġdid ta’ informazzjoni xjentifika
4. |
Jinfurzaw il-konservazzjoni ta’ informazzjoni xjentifika, billi:
|
Infrastrutturi elettroniċi
5. |
Jiżviluppaw aktar l-infrastrutturi elettroniċi li jsostnu s-sistema għat-tixrid ta’ informazzjoni xjentifika billi:
|
6. |
Jiżguraw sinerġiji bejn l-infrastrutturi elettroniċi nazzjonali fuq livell Ewropew u globali billi:
|
Djalogu bejn bosta partijiet interessati fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali
7. |
Jipparteċipaw fi djalogi bejn il-bosta partijiet interessati fuq livell nazzjonali, Ewropew u/jew internazzjonali dwar kif irawwmu l-aċċess miftuħ għal u l-konservazzjoni ta’ informazzjoni xjentifika. Il-parteċipanti għandhom iħarsu b’mod partikolari lejn:
|
Koordinazzjoni strutturata tal-Istati Membri fuq livell tal-UE u s-segwitu tar-Rakkomandazzjoni
8. |
Sal-aħħar tas-sena jinnominaw punt nazzjonali ta’ referenza li l-kompiti tiegħu se jkunu li:
|
Reviżjoni u rappurtar
9. |
Jinfurmaw lill-Kummissjoni, 18-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u kull sentejn wara dan, dwar kull azzjoni meħuda bi tweġiba għall-elementi differenti ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, f’konformità mal-formalitajiet li jridu jiġu definiti u miftiehma. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni se tirrevedi il-progress magħmul fl-UE biex tivvaluta jekk hemmx il-ħtieġa ta’ azzjoni ulterjuri biex jinkisbu l-għanijiet stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi President
(1) COM(2010) 2020 finali tat-3.3.2010, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:2020:FIN:MT:PDF.
(2) COM(2010) 245 finali/2 tas-26.8.2010, disponibbli fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0245:FIN:MT:PDF.
(3) COM(2010) 546 finali tas-6.10.2010, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/research/innovation-union/pdf/innovation-union-communication_en.pdf#view=fit&pagemode=none.
(4) COM(2007) 56 finali tal-14.2.2007; disponibbli fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0056:MT:NOT.
(5) http://cordis.europa.eu/fp7/ict/e-infrastructure/docs/hlg-sdi-report.pdf.
(6) COM(2009), 108 finali.
(7) http://www.unesco.org/new/fileadmin/MULTIMEDIA/HQ/CI/CI/images/GOAP/OAF2011/213342e.pdf.
(8) http://www.oecd.org/dataoecd/9/61/38500813.pdf.
(9) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.