|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.180.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
12.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 621/2012
tal-10 ta’ Lulju 2012
li jirrikonoxxi t-terminu tradizzjonali previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 [Classic - TDT-US-N0016]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 118u(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Żewġ organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti fl-Istati Uniti tal-Amerika, Wine America u California Export Association, ippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjoni, li waslet fit-22 ta’ Ġunju 2010, għall-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali "Classic" fir-rigward tal-prodotti tad-dwieli ta' kategorija "1. Inbid" previst fl-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li juru denominazzjoni tal-oriġini elenkati fl-Anness V tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (3), l-applikazzjoni ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Ma tressqet l-ebda oġġezzjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni. |
|
(3) |
L-applikazzjoni għall-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali "Classic" li tirrelata għal inbejjed Amerikani tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 118u(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli 31 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tiġi aċċettata u t-terminu tradizzjonali “Classic” għalhekk għandu jiddaħħal fil-bażi tad-dejta elettronika "E-Bacchus" għall-inbejjed magħmulin mill-membri taż-żewġ organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi li ppreżentaw l-applikazzjoni. |
|
(4) |
L-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 jitlob li l-Kummissjoni tagħmel pubbliku l-informazzjoni dwar organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-kummerċ u l-membri tagħha. Dik l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata fil-bażi tad-dejta elettronika "E-Bacchus". |
|
(5) |
Il-miżura pprovduta f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjoni għall-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali "Classic" hija hawnhekk aċċettata għal prodotti tad-dwieli Amerikani tal-kategorija "1. Inbid" previst fl-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. It-terminu "Classic" għandhu jiġu mdaħħal fil-bażi tad-dejta elettronika "E-Bacchus" kif indikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Terminu Tradizzjonali Protett
|
— |
Classic |
Lingwa msemmija fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 607/2009
|
— |
L-Ingliż |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli kkonċernati mill-protezzjoni
(l-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)
|
— 1. |
Inbid |
Lista ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti konċernati
|
— |
L-ismijiet tal-oriġini kif elenkati fl-Anness V tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ fl-inbid |
Referenza għar-regoli applikabbli fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz
|
— |
Riżoluzzjoni ta’ WineAmerica dwar id-Definizzjonijiet tal-Produzzjoni tal-Inbid għall-Komunità Ewropea adottat fl-24 ta’ Marzu 2009; |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ California Wine Export Program adottata fis-7 ta' Mejju 2009. |
Sommarju tad-definizzjoni jew kondizzjonijiet tal-użu
|
— |
Inbid prodott f'denominazzjoni tal-oriġini, kif definit minn Titolu 27, § 4.25 tal-Kodiċi tar-Regolamenti Federali (CFR) minn varjetà ta’ inbid speċifiku |
Isem il-pajjiż jew il-pajjiżi tal-oriġini
|
— |
L-Istati Uniti tal-Amerika |
Il-lista tal-membri ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-kummerċ stabbilit fil-pajjiż terz li huma intitolati li jużaw terminu tradizzjonali protett huwa aċċessibbli fuq:
http://ec.europa.eu/agriculture/markets/wine/e-bacchus/
|
12.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2012
tal-11 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti (2) il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, stipulat fil-Punt 2 tal-Anness II għal dak ir-Regolament, għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti qabel l-1 ta’ Jannar 2012. |
|
(2) |
Ir-reviżjoni li wettqet il-Kummissjoni kif ukoll l-esperjenza miskuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 żvelaw il-ħtieġa ta’ emendi f’ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 sabiex jiġu evitati l-impatti mhux intenzjonati fuq is-swieq taċ-ċirkolaturi u fuq il-prestazzjoni tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 641/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 641/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit indipendenti u ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti. 2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2017, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-alternattivi tad-disinn li jistgħu jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Ir-riżultati tar-reviżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn.” |
|
(3) |
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Emendi fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA Il-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) għaċ-ċirkolaturi hija kif ġej:
(*1) CXX % tfisser fattur ta’ skalar li jiżgura li, meta jiġi definit il-fattur tal-iskalar, XX % biss taċ-ċirkolaturi ta’ ċertu tip ikollhom EEI ≤ 0,20.” " |
(*1) CXX % tfisser fattur ta’ skalar li jiżgura li, meta jiġi definit il-fattur tal-iskalar, XX % biss taċ-ċirkolaturi ta’ ċertu tip ikollhom EEI ≤ 0,20.” ’
|
12.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 623/2012
tal-11 ta’ Lulju 2012
li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Polonja ressqet talba motivata biex issir emenda fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
|
(2) |
Il-Polonja talbet għal emenda fil-kontenut tat-taħriġ għall-professjoni tad-dispaċer tal-ferroviji (“dyżurny ruchu”), professjoni li diġà tinsab fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Dawn il-programmi ta’ taħriġ jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (c)(ii) tad-Direttiva 2005/36/KE għaliex jipprovdu taħriġ li huwa ekwivalenti għal-livell ta’ taħriġ stipulat fl-Artikolu 11 (c)(i) ta’ dik id-Direttiva, jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lit-trainee għal livell komparabbli ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet, kif jidher fil-leġiżlazzjoni li ġejja: L-Att dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fis-sistema edukattiva tat-8 ta’ Jannar 1999 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Polonja tal-1999 Nru 12, pos. 96); l-Att dwar it-Trasport bil-Ferrovija tat-28 ta’ Marzu 2003 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2003 Nru 86, pos. 789); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tas-16 ta’ Awwissu 2004 dwar lista ta’ karigi assoċjati b'mod dirett mal-operar u s-sikurezza tat-traffiku tal-ferroviji, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn persuni f'dawn il-karigi u li jsuqu vetturi tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2004 Nru 212, pos. 2152); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-operar u s-sinjalizzazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2005 Nru 172, pos. 1444). |
|
(3) |
Il-Polonja talbet ukoll għaż-żieda tal-professjoni ta’ maniġer tal-ferroviji (“kierownik pociągu”) fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Il-programmi ta’ taħriġ għal din il-professjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (c)(ii) tad-Direttiva għaliex jipprovdu taħriġ li huwa ekwivalenti għal-livell ta’ taħriġ stipulat fl-Artikolu 11 (c)(i) ta’ dik id-Direttiva, jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lit-trainee għal livell komparabbli ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet, kif jidher fil-leġiżlazzjoni li ġejja: L-Att dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fis-sistema edukattiva tat-8 ta’ Jannar 1999 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Polonja tal-1999 Nru 12, pos. 96); l-Att dwar it-Trasport bil-Ferrovija tat-28 ta’ Marzu 2003 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2003 Nru 86, pos. 789); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tas-16 ta’ Awwissu 2004 dwar lista ta’ karigi assoċjati b'mod dirett mal-operar u s-sikurezza tat-traffiku tal-ferroviji, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn persuni f'dawn il-karigi u li jsuqu vetturi tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2004 Nru 212, pos. 2152); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-operar u s-sinjalizzazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2005 Nru 172, pos. 1444). |
|
(4) |
Il-Polonja talbet ukoll għaż-żieda tal-professjoni ta’ inġinier fil-qasam tan-navigazzjoni interna (“mechanik statkowy żeglugi śródlądowej”) fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Il-programmi ta’ taħriġ għal din il-professjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (c)(ii) tad-Direttiva għaliex jipprovdu taħriġ li huwa ekwivalenti għal-livell ta’ taħriġ stipulat fl-Artikolu 11 (c)(i) ta’ dik id-Direttiva, jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lit-trainee għal livell komparabbli ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet, kif jidher fil-leġiżlazzjoni li ġejja: L-Att dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fis-sistema edukattiva tat-8 ta’ Jannar 1999 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Polonja tal-1999 Nru 12, pos. 96); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-23 ta’ Jannar 2003 dwar il-kwalifiki professjonali u l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġi tal-bastimenti tan-navigazzjoni interna (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2003 Nru 50, pos. 427). |
|
(5) |
Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat fil-punt 4, taħt l-intestatura “fil-Polonja”, kif ġej:
|
(1) |
Ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-ħames u s-sitt inċiżi li ġejjin jiżdiedu:
|
|
12.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 624/2012
tal-11 ta’ Lulju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0707 00 05 |
TR |
103,7 |
|
ZZ |
103,7 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
107,9 |
|
ZZ |
107,9 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
82,3 |
|
BO |
90,5 |
|
|
TR |
53,0 |
|
|
UY |
95,3 |
|
|
ZA |
89,9 |
|
|
ZZ |
82,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
184,4 |
|
BR |
91,3 |
|
|
CA |
169,1 |
|
|
CL |
123,9 |
|
|
CN |
125,2 |
|
|
NZ |
121,4 |
|
|
US |
186,8 |
|
|
UY |
68,3 |
|
|
ZA |
110,3 |
|
|
ZZ |
131,2 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
201,1 |
|
CL |
106,3 |
|
|
NZ |
179,1 |
|
|
ZA |
119,0 |
|
|
ZZ |
151,4 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
181,8 |
|
ZZ |
181,8 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
350,9 |
|
ZZ |
350,9 |
|
|
0809 30 |
TR |
179,6 |
|
ZZ |
179,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
12.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 625/2012
tal-11 ta’ Lulju 2012
li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mid-29 ta’ Ġunju sas-6 ta’ Lulju 2012 skont il-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament "Waħdieni dwar l-OKS") (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 3 112 030 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam f'erba' subkwoti. |
|
(2) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jaqsam is-subkwota III (numru tas-serje 09.4125) f'erba' subperjodi trimestrali u ffissa l-kwantità ta' 594 597 tunnellata għas-subperjodu nru 3, għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2012. |
|
(3) |
Mill-komunikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jidher li t-talbiet, magħmula skont l-Artikolu 4(1)(2) tal-imsemmi Regolament, mis-13:00, ħin ta' Brussell, tad-29 ta’ Ġunju 2012 sas-13:00, ħin ta' Brussell, tas-6 ta’ Lulju 2012, jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota. |
|
(5) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull talba għal liċenzja għall-importazzjoni tas-subkwota III msemmija skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mid-29 ta’ Ġunju 2012 mis-13:00 sas-6 ta’ Lulju 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 2,634753 %.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mis-6 ta’ Lulju 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tas-subkwota III msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għas-subperjodu attwali tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.