ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.179.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 179

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
11 ta' Lulju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 617/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-fornitura ta’ assistenza relatata mal-attivitajiet militari fil-Côte d’Ivoire

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jemenda għall-173 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 620/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/368/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

15

 

 

2012/369/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/285/UE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Ġermanja

17

 

 

2012/370/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/422/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Bulgarija

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/371/PESK tal-10 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/372/PESK tal-10 ta’ Lulju 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 617/2012

tal-10 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-fornitura ta’ assistenza relatata mal-attivitajiet militari fil-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/371/PESK tal-10 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK u ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK (3). Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 (4), adottat inizjalment sabiex jagħti effett lill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK, jagħti wkoll effett lid-Deċiżjoni 2010/656/PESK fil-livell tal-Unjoni billi jimponi restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ assistenza relatata mal-attivtajiet militari lill-Côte d’Ivoire.

(2)

Id-Deċiżjoni 2012/371/PESK temenda l-kamp tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK fid-dawl tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2045 (2012) u tneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari. Tneħħi wkoll ir-restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ apparat li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

(3)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Sabiex ikun żgurat illi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tieghu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘Kumitat tas-Sanzjonijiet’ tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 14 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 1572 (2004).”

(2)

L-Artikolu 2 jitħassar.

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew b’mod indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-ripressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk ikun joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Côte d’Ivoire, jew biex jintuża f’dak il-pajjiż;

(b)

li wieħed jipparteċipa, b’mod li jkun jaf x’qed jagħmel u bil-ħsieb, f’attivitajiet li l-iskop jew effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li ssir promozzjoni tat-tranżazzjonijiet msemmijin fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu.”

(4)

L-Artikolu 4 jitħassar.

(5)

fl-Artikolu 4a, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz, tista’ tawtorizza, bil-kundizzjonijiet li jidhrilha xerqin, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir li ma joqtolx inkluż fl-Anness I, wara li tkun iddeterminat li l-apparat li ma joqtolx inkwistjoni jkun maħsub biss biex jippermetti lill-forzi tas-sigurtà tal-Côte d’Ivoire jużaw biss forza xierqa u proporzjonata biex iżommu l-ordni pubbliku.

2.   B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz, tista’ tawtorizza, bil-kundizzjonijiet li jidhrilha xerqin, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, li huwa maħsub biss biex jiġi sostnut il-proċess tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fil-Côte d’Ivoire u għas-sostenn jew l-użu mill-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jsostnuhom.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)   ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(3)   ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50; ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 264 (MT).

(4)   ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5; ĠU L 333M, 11.12.2008, p. 1019 (MT).


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2012

tal-10 ta’ Lulju 2012

li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha żewġ listi ta' klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi. It-Tabella 3.1 telenka l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi bbażati fuq il-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. It-Tabella 3.2 telenka l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi (2). Dawk iż-żewġ listi jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jinkludu klassifikazzjonijiet aġġornati għal sustanzi li huma diġà suġġetti għal dawk il-klassifikazzjonijiet armonizzati u biex jinkludu klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda.

(2)

Il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħareġ opinjonijiet fuq proposti għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta' sustanzi li kienu ġew ippreżentati lill-ECHA skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Skont dawk l-opinjonijiet, kif ukoll il-kummenti riċevuti mill-partijiet ikkonċernati, huwa approprjat li l-Anness VI jiġi emendat għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 sabiex jiġu armonizzati l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' ċerti sustanzi.

(3)

Il-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b'dan ir-Regolament, ma għandhomx japplikaw immedjatament, għaliex ikun meħtieġ ċertu perjodu ta' żmien sabiex jippermetti lill-operaturi jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda u biex ibigħu l-istokkijiet eżistenti. Barra minn hekk, ikun meħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex jippermetti lill-operaturi jikkonformaw mal-obbligi ta' reġistrazzjoni li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda għal sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, il-kategoriji 1A u 1B (Tabella 3.1) u l-kategoriji 1 u 2 (Tabella 3.2), jew bħala tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi li jistgħu jikkawżaw effetti fit-tul fl-ambjent akkwatiku, b'mod partikolari b'dawk stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (3).

(4)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri għandu jkollhom il-possibilità li japplikaw il-klassifikazzjoni armonizzata stipulata fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendata b’dan ir-Regolament, u li skont dan jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ fuq bażi volontarja qabel l-1 ta' Diċembru 2013.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

It-Tabella 3.1 hija emendata kif ġej:

(a)

L-entrati li jikkorrispondu mal-entrati stipulati fl-Anness I għandhom jinbidlu bl-entrati stipulati f’dak l-Anness;

(b)

L-entrati stipulati fl-Anness II għandhom jiddaħħlu fl-istess ordni tal-entrati stipulati fit-Tabella 3.1.

(2)

It-Tabella 3.2 hija emendata kif ġej:

(a)

L-entrati li jikkorrispondu mal-entrati stipulati fl-Anness III għandhom jinbidlu bl-entrati stipulati f’dak l-Anness;

(b)

L-entrati stipulati fl-Anness IV għandhom jiddaħħlu fl-istess ordni tal-entrati stipulati fit-Tabella 3.2.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2013.

Il-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b'dan ir-Regolament, jistgħu jiġu applikati qabel l-1 ta' Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.

(3)   ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.


ANNESS I

Nru tal-Indiċi

Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti Speċifiċi ta' Konċentrazzjoni, Fatturi-M

Rimarki

Kodiċi(jiet) tal-Klassi u tal-Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tal-Pittogrammi u tal-Kliem ta' Twissija

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu supplementari

"009-016-00-2

trisodium hexafluoroaluminate [1]

237-410-6 [1]

13775-53-6 [1]

STOT RE 1

Acute Tox. 4

Aquatic Chronic 2

H372

H332

H411

GHS07

GHS08

GHS09

Dgr

H372

H332

H411

 

 

 

trisodium hexafluoroaluminate (cryolite) [2]

239-148-8 [2]

15096-52-3 [2]

603-012-00-X

2-ethoxyethanol;

ethylene glycol monoethyl ether

203-804-1

110-80-5

Flam. Liq. 3

Repr. 1B

Acute Tox. 3

Acute Tox. 4

H226

H360FD

H331

H302

GHS02

GHS08

GHS06

Dgr

H226

H360FD

H331

H302

 

 

 

603-025-00-0

tetrahydrofuran

203-726-8

109-99-9

Flam. Liq. 2

Carc. 2

Eye Irrit. 2

STOT SE 3

H225

H351

H319

H335

GHS02

GHS07

GHS08

Dgr

H225

H351

H319

H335

EUH019

STOT SE 3;

H335: C ≥ 25 %

Eye Irrit.2;

H319: C ≥ 25 %

 

613-016-00-3

fuberidazole (ISO);

2-(2-furyl)-1H-benzimidazole

223-404-0

3878-19-1

Carc. 2

Acute Tox. 4

STOT RE 2

Skin Sens. 1

Aquatic Acute 1

Aquatic Chronic 1

H351

H302

H373 (heart)

H317

H400

H410

GHS07

GHS08

GHS09

Wng

H351

H302

H373 (heart)

H317

H410

 

M = 1

 

617-001-00-2

di-tert-butyl peroxide

203-733-6

110-05-4

Org. Perox. E

Flam. Liq. 2

Muta. 2

H242

H225

H341

GHS02

GHS08

Dgr

H242

H225

H341"

 

 

 


ANNESS II

Nru tal-Indiċi

Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti Speċifiċi ta' Konċentrazzjoni, Fatturi-M

Rimarki

Kodiċi(jiet) tal-Klassi u tal-Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tal-Pittogrammi u tal-Kliem ta' Twissija

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu supplementari

“015-199-00-X

tris[2-chloro-1-chloromethyl)ethyl] phosphate

237-159-2

13674-87-8

Carc. 2

H351

GSH08

Wng

H351

 

 

 

015-200-00-3

indium phosphide

244-959-5

22398-80-7

Carc. 1B

Repr. 2

STOT RE 1

H350

H361f

H372 (lungs)

GHS08

Dgr

H350

H361f

H372 (lungs)

 

STOT RE 1;

H372: C ≥ 0,1 %

Carc 1B;

H350: C ≥ 0,01 %

STOT RE 2;

H373: 0,01 % ≤ C < 0,1 %

 

015-201-00-9

trixylyl phosphate

246-677-8

25155-23-1

Repr. 1B

H360F

GHS08

Dgr

H360F

 

 

 

015-202-00-4

tris(nonylphenyl) phosphite

247-759-6

26523-78-4

Skin Sens. 1

Aquatic Acute 1

Aquatic Chronic 1

H317

H400

H410

GHS07

GHS09

Wng

H317

H410

 

 

 

015-203-00-X

diphenyl(2,4,6-trimethylbenzoyl)phosphine oxide

278-355-8

75980-60-8

Repr. 2

H361f (causing atrophy of the testes)

GHS08

Wng

H361f (causing atrophy of the testes)

 

 

 

602-109-00-4

Hexabromocyclododecane [1]

247-148-4 [1]

25637-99-4[1]

Repr. 2

Lact.

H361

H362

GHS08

Wng

H361

H362

 

 

 

1,2,5,6,9,10-hexabromocyclododecane [2]

221-695-9[2]

3194-55-6[2]

606-143-00-0

abamectin (combination of avermectin B1a and avermectin B1b) (ISO) [1]

_ [1]

71751-41-2 [1]

Repr. 2

Acute Tox. 2

Acute Tox. 1

STOT RE 1

Aquatic Acute 1

Aquatic Chronic 1

H361d

H300

H330

H372 (nervous system)

H400

H410

GHS06

GHS08

GHS09

Dgr

H361d

H300

H330

H372 (nervous system)

H410

 

STOT RE 1;

H372: C ≥ 5 %

STOT RE 2;

H373: 0,5 % ≤ C < 5 %

M = 10 000

 

avermectin B1a (purity ≥ 80 %); [2]

265-610-3 [2]

65195-55-3 [2]

606-144-00-6

acequinocyl (ISO);

3-dodecyl-1,4-dioxo-1,4-dihydronaphthalen-2-yl acetate

57960-19-7

Skin Sens. 1

STOT SE 1

STOT RE 2

Aquatic Acute 1

Aquatic Chronic 1

H317

H370 (lung)

(inhalation)

H373 (blood system)

H400

H410

GHS07

GHS08

GHS09

Dgr

H317

H370 (lung)

(inhalation)

H373 (blood system)

H410

 

M = 1 000

 

607-698-00-1

4-tert-butylbenzoic acid

202-696-3

98-73-7

Repr. 1B

STOT RE 1

Acute Tox. 4

H360F

H372

H302

GHS07

GHS08

Dgr

H360F

H372

H302

 

 

 

612-281-00-2

leucomalachite green;

N,N,N',N'-tetramethyl-4,4'-benzylidenedianiline

204-961-9

129-73-7

Carc. 2

Muta. 2

H351

H341

GHS08

Wng

H351

H341

 

 

 

616-205-00-9

Metazachlor (ISO);

2-chloro-N-(2,6-dimethylphenyl)-N-(1H-pyrazol-1-ylmethyl)acetamide

266-583-0

67129-08-2

Skin Sens. 1B

Carc. 2

Aquatic Acute 1

Aquatic Chronic 1

H317

H351

H400

H410

GHS07

GHS08

GHS09

Wng

H317

H351

H410

 

M = 100

M = 100”

 


ANNESS III

Nru tal-Indiċi

Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti ta’ konċentrazzjoni

Rimarki

“009-016-00-2

trisodium hexafluoroaluminate [1]

237-410-6 [1]

13775-53-6 [1]

Xn; R20

T; R48/23/25

N; R51-53

T; N

R: 20-48/23/25-51/53

S: (1/2-)22-37-45-61

 

 

trisodium hexafluoroaluminate (cryolite) [2]

239-148-8 [2]

15096-52-3 [2]

603-012-00-X

2-ethoxyethanol;

ethylene glycol monoethyl ether

203-804-1

110-80-5

R10

Repr. Cat. 2; R60-61

Xn; R20/22

T

R: 60-61-10-20/22

S: 53-45

 

E

603-025-00-0

tetrahydrofuran

203-726-8

109-99-9

F; R11-19

Carc. Cat. 3; R40

Xi; R36/37

F; Xn

R: 11-19-40-36/37

S: (2-)(13-)16-29-33-36-37(-46)

Xi; R36/37: C ≥ 25 %

 

613-016-00-3

fuberidazole (ISO);

2-(2-furyl)-1H-benzimidazole

223-404-0

3878-19-1

Carc. Cat. 3; R40

Xn; R48/22

Xn; R22

Xi; R43

N; R50-53

Xn; N

R: 40-48/22-22-43-50/53

S: (2)-22-36/37-60-61

N; R50-53: C ≥ 25 %

N; R51-53: 2,5 % ≤ C < 25 %

R52-53: 0,25 % ≤ C < 2,5 %

 

617-001-00-2

di-tert-butyl peroxide

203-733-6

110-05-4

O; R7

F; R11

Muta. Cat. 3, R68

O; F; Xn

R: 7-11-68

S: (2-)3/7-14-16-23-36/37/39”

 

 


ANNESS IV

Nru tal-Indiċi

Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti ta’ konċentrazzjoni

Rimarki

"015-199-00-X

tris[2-chloro-1-chloromethyl)ethyl] phosphate

237-159-2

13674-87-8

Carc. Cat. 3; R40

Xn

R: 40

S: (2-)36/37

 

 

015-200-00-3

indium phosphide

244-959-5

22398-80-7

Carc. Cat. 2; R45

Repr. Cat. 3; R62

T; R48/23

T

R: 45–48/23–62

S: 45- 53

T; R48/23: C ≥0,1%

Carc Cat 2; R45: C ≥0,01%

Xn; R48/20: 0,01%≤ C < 0,1%

E

015-201-00-9

trixylyl phosphate

246-677-8

25155-23-1

Repr. Cat. 2; R60

T

R: 60

S: 53-45

 

 

015-202-00-4

tris(nonylphenyl) phosphite

247-759-6

26523-78-4

Xi; R43

N; R50-53

Xi; N

R: 43-50/53

S: 24-37-60-61

 

 

015-203-00-X

diphenyl(2,4,6-trimethylbenzoyl)phosphine oxide

278-355-8

75980-60-8

Repr. Cat. 3; R62

Xn

R: 62

S: (2)-22-36/37.

 

 

602-109-00-4

Hexabromocyclododecane [1]

247-148-4 [1]

25637-99-4[1]

Repr. Cat. 3; R63 R64

Xn

R: 63-64

S: 36/37-53

 

 

1,2,5,6,9,10-hexabromocyclododecane [2]

221-695-9[2]

3194-55-6[2]

606-143-00-0

abamectin (combination of avermectin B1a and avermectin B1b) (ISO) [1]

_ [1]

71751-41-2 [1]

Repr. Cat. 3; R63

T+; R26/28

T; R48/23/25

N; R50-53

T+; N

R: 63-26/28-48/23/25-50/53

S: 28-36/37-45-60-61

T; R48/23: C ≥ 5%

Xn; R48/20: 0,5% ≤ C <5%

N; R50-53: C ≥ 0,0025%

N; R51-53: 0,00025% ≤ C <0,0025%

R52-53: 0,000025% ≤ C<0,00025%

 

avermectin B1a (purity ≥80%); [2]

265-610-3 [2]

65195-55-3 [2]

606-144-00-6

acequinocyl (ISO);

3-dodecyl-1,4-dioxo-1,4-dihydronaphthalen-2-yl acetate

57960-19-7

T; R39/23

Xi; R43

N; R50-53

T; N

R: 39/23-43-50/53,

S: (2-)24-37-38-60-61

N; R50-53: C ≥ 0,025%

N; R51-53: 0,0025% ≤ C < 0,025%

R52-53: 0,00025% ≤ C < 0,0025%

 

607-698-00-1

4-tert-butylbenzoic acid

202-696-3

98-73-7

Repr. Cat. 2; R60

T; R48/23/24/25

Xn; R22

T

R: 60-22-48/23/24/25

S: 53-45

 

E

612-281-00-2

leucomalachite green

N,N,N',N'-tetramethyl-4,4'-benzylidenedianiline

204-961-9

129-73-7

Carc. Cat. 3; R40

Muta. Cat. 3; R68

Xn

R: 40-68

S: (2-)36/37

 

 

616-205-00-9

Metazachlor (ISO);

2-chloro-N-(2,6-dimethylphenyl)-N-(1H-pyrazol-1-ylmethyl)acetamide

266-583-0

67129-08-2

R43

Carc. Cat. 3; R40

N; R50-53

Xn; N

R: 40-43-50/53

S: (2-)36-37-60-61

N; R50-53: C ≥ 0,25%

N; R51-53: 0,025% ≤ C < 0,25%

R52-53: 0,0025% ≤ C < 0,025%"

 


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 619/2012

tal-10 ta’ Lulju 2012

li jemenda għall-173 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda u entità waħda mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista mressqa minn din il-persuna u din l-entità u r-Rapporti Komprensivi tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha titħassar:

"(ukoll taħt il-psewdonimi (a) (b) MIRA, (c) Al Islah (Rform), (d) MRA, (e) Al-Harakat al-Islamiyah lil-Islah, (f) (g), (h) ). Indirizz: (a) BM Box: MIRA, London WC1N 3XX, United Kingdom, (b) Safiee Suite, EBC House, Townsend Lane, London NW9 8LL, United Kingdom. Tagħrif ieħor: (a) indirizz tal-email: info@islah.org u info@islah.tv, (b) websajt http://www.islah.info, (c) tel. 020 8452 0303, (d) faks 020 8452 0808, (e) in-numru tal-Kumpanija fir-Renju Unit 03834450. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.7.2005.’

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi" għandha titħassar:

"Saad Rashed Mohammad Al-Faqih (ukoll taħt il-psewdonimi (a) Abu Uthman Sa'd Al-Faqih, (b) Sa'ad Al-Faqih, (c) Saad Alfagih, (d) Sa'd Al-Faqi, (e) Saad Al-Faqih, (f) Saad Al Faqih, (g) Saad Al-Fagih, (h) Saad Al-Fakih, (i) Sa'd Rashid Muhammed Al-Fageeh). Titlu: Dott. Indirizz: London, United Kingdom. Data tat-twelid: (a) 1.2.1957, (b) 31.1.1957. Post tat-twelid: Al-Zubair, l-Iraq. Nazzjonalità: Sawdija. Tagħrif ieħor: Kap tal-. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.12.2004.’


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 620/2012

tal-10 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

50,2

ZZ

50,2

0707 00 05

TR

104,1

ZZ

104,1

0709 93 10

TR

107,7

ZZ

107,7

0805 50 10

AR

80,7

TR

53,0

UY

92,0

ZA

85,4

ZZ

77,8

0808 10 80

AR

130,7

BR

88,5

CA

169,1

CL

115,6

CN

124,7

NZ

128,8

US

141,4

UY

68,3

ZA

112,3

ZZ

119,9

0808 30 90

AR

122,2

CL

111,8

CN

83,4

NZ

179,1

ZA

111,3

ZZ

121,6

0809 10 00

TR

182,4

ZZ

182,4

0809 29 00

TR

352,1

ZZ

352,1

0809 30

TR

194,9

ZZ

194,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/15


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL, TAL-KUMMISSJONI, TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA, TAL-QORTI TAL-AWDITURI, TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2012/368/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL,

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-AWDITURI,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (1) sabiex tiġi adattata għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati kif emendati mit-Trattat ta’ Lisbona u, b’mod partikolari, biex jiżdied l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni firmatarja.

(2)

Il-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet qabel fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2010 li l-Kunsill Ewropew isir istituzzjoni firmatarja u li, fl-14 ta’ April 2011, dik id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom għandha għaldaqstant tiġi emendata,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom hi emendata kif ġej:

1.

It-titolu jinbidel hekk, “Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea”.

2.

Il-lista ta’ istituzzjonijiet u korpi li jippromulgaw tinbidel b’din li ġejja:

“IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL EWROPEW,

IL-KUNSILL,

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-AWDITURI,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI”.

3.

Fl-Artikolu 1(1) l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-kompitu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-Uffiċċju), li huwa uffiċċju interistituzzjonali, għandu jkun li jippubblika l-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.”.

4.

L-Artikolu 4(6) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ servizz mal-Uffiċċju sabiex jiddefinixxu l-metodi ta’ kooperazzjoni tagħhom. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jista’ jikkoopera wkoll mal-Uffiċċju u, għal dan il-għan, jikkonkludi ftehim ta’ servizz.”.

5.

L-Artikolu 6(1) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Huwa b’dan stabbilit Kumitat tal-Ġestjoni, li fi ħdanu jkunu rappreżentati l-istituzzjonijiet firmatarji kollha. Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun magħmul mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat tal-Ġestjoni bħala osservatur. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun rappreżentat mis-Segretarju tal-Bord Eżekuttiv tiegħu jew minn sostitut maħtur minnhom.”.

(6)

Il-lista tal-firmatarji tinbidel b’din li ġejja:

“Għall-Parlament Ewropew,

Għall-Kunsill Ewropew,

Għall-Kunsill,

Għall-Kummissjoni,

Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

Għall-Qorti tal-Awdituri,

Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Għall-Kumitat tar-Reġjuni”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell u fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Martin SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Villy SØVNDAL

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-President

Vassilios SKOURIS

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

Il-President

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)   ĠU L 168, 30.6.2009, p. 41.


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2012

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/285/UE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Ġermanja

(2012/369/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, permezz tad-Deċiżjoni 2010/285/UE (1), konsegwentement għal proposta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 126(6) tat-Trattat, il-Kunsill iddeċieda li fil-Ġermanja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali tal-gvern ippjanat għall-2009 kien ta’ 3,7 % tal-PDG, li kien ogħla mit-3% tal-valur ta’ referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross ġenerali tal-gvern kien ippjanat li jilħaq l-74,2 % tal-PDG fl-2009, u b’hekk ‘il fuq minn 60 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG skont it-Trattat (2).

(2)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009, f’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel rakkomandazzjoni indirizzata lill-Ġermanja bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

L-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattati jeħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dejta dwar defiċit u dejn tal-gvern u dwar fatturi varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (4).

(4)

Meta jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk il-previżjonijiet tal-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit mhux se jaqbeż il-limitu ta' 3 % tal-PDG tul iż-żmien previst (5).

(5)

Fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mill-Ġermanja qabel l-1 ta’ April 2012 u fuq il-bażi tal-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Wara li kien ta’ 3,2 % tal-PDG fl-2009 u 4,3 % tal-PDG fl-2010, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fil-Ġermanja tnaqqas għal 1 % tal-PDG fl-2011, u b’hekk taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 %, sentejn qabel id-data ta’ skadenza stabbilita mill-Kunsill. Dan it-titjib ġie minn kondizzjonijiet ċikliċi favorevoli, is-suq tax-xogħol b'saħħtu, l-eliminazzjoni gradwali ta' miżuri ta' stimolu, il-konsolidazzjoni fiskali u t-tnaqqis gradwali tal-impatt, ta’ darba biss, tal-miżuri għall-istabilizzazzjoni tas-settur finanzjarju fuq id-defiċit fis-sena ta’ qabel.

Il-Programm ta’ Stabbiltà Ġermaniż tal-2012 jippjana li d-defiċit jibqa' 1 % tal-PDG fl-2012 u jaqa għal ½ % tal-PDG fl-2013, li b’mod ġenerali jikkonforma mal-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ defiċit ta' 0,9 % tal-PDG fl-2012 u ta’ 0,7 % tal-PDG fl-2013. B’hekk id-defiċit għandu jibqa’ ferm taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG. Barra minn hekk, skont il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-defiċit baġitarju aġġustat ċiklikament, nett wara tnaqqis ta’ miżuri ta’ darba biss u miżuri temporanji oħrajn, se jkun ta’ 0,4 % tal-PDG fl-2012 u ta’ 0,3 % tal-PDG fl-2013. Sadanittant, ir-rata tat-tkabbir fin-nefqa tal-gvern, netta wara tnaqqis minn miżuri diskrezzjonarji ta’ dħul hija prevista li fl-2012 se taqbeż il-valur referenzjali tan-nefqa kif speċifikat fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (6), filwaqt li tirrispettah fl-2013.

Il-proporzjon tad-dejn mal-PDG tela’ drastikament b’8,6 punti perċentwali għal 83,0 % fl-2010, notevolment minħabba t-trasferiment ta’ assi deprezzati lil banek b’assi deterjorati (bad banks) fil-kuntest tal-istabilizzazzjoni tas-settur finanzjarju. Wara li waqa’ għal 81,2 % tal-PDG fl-2011, id-dejn gross huwa mistenni li jerġa’ jiżdied għal 82,0 % tal-PDG fl-2012 bħala riżultat tal-miżuri ta’ stabilizzazzjoni fiż-żona tal-euro, skont il-Programm ta’ Stabbiltà, qabel ma jaqa’ għal 80 % tal-PDG fl-2013 u sussegwentement ikompli x-xejra tiegħu ’l isfel. B’mod ġenerali din hija konformi mal-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ proporzjon ta’ dejn mal-PDG ta’ 82,2 % fl-2012 u ta’ 80,7% fl-2013, li ma tqisx il-qligħ potenzjali mill-istralċ tal-banek b’assi deterjorati (bad banks).

(6)

F’konformità mal-Artikolu 126(12) tat-Trattat, deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat.

(7)

Il-Kunsill ifakkar li b’bidu mis-sena wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tagħha, il-Ġermanja tinsab f’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin (2012-2014), li matulu r-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jitqies bħala sodisfatt jekk il-pajjiż jagħmel progess suffiċjenti lejn il-konformità mal-valur referenzjali tat-tnaqqis fid-dejn, f’konformità mal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. L-aġġustament fiskali ppjanat mill-Ġermanja fil-programm ta’ stabbiltà tagħha huwa konsistenti mal-progress suffiċjenti lejn il-konformità mal-valur referenzjali tat-tnaqqis fid-dejn fit-tmiem tat-tranżizzjoni.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Ġermanja ġie kkorreġut u d-Deċiżjoni 2010/285/UE għandha għalhekk tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Ġermanja ġiet ikkorreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/285/UE hija b’dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)   ĠU L 125, 21.5.2010, p. 38.

(2)  Id-defiċit ġenerali u d-dejn tal-gvern għall-2009 sussegwentement ġew riveduti u attwalment qiegħdin 3,2 % tal-PDG u 74,4 % tal-PDG rispettivament.

(3)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(4)   ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(5)  F’konformità mal-“Specifications on the implementation of the Stability and Growth Pact and Guidelines on the format and content of Stability and Convergence Programmes”, kif miftiehma mill-Kunsill fl-24 ta’ Jannar 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf

(6)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2012

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/422/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Bulgarija

(2012/370/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Lulju 2010, permezz tad-Deċiżjoni 2010/422/UE (1), konsegwentement għal proposta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 126(6) tat-Trattat, il-Kunsill iddeċieda li fil-Bulgarija kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit pubbliku laħaq it-3,9 % tal-PDG fl-2009, u b’hekk ogħla mit-3% tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross tal-gvern ġenerali kien ta’ 14,8 % tal-PDG, li huwa ferm taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat (2).

(2)

Fit-13 ta' Lulju 2010, f’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel rakkomandazzjoni indirizzata lill-Bulgarija bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2011. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dejta dwar defiċit u dejn tal-gvern u dwar fatturi varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta' Ottubru, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (4).

(4)

Meta jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk il-previżjonijiet tal-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit mhux se jaqbeż il-limitu ta' 3 % tal-PDG tul taż-żmien previst (5).

(5)

Fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifka mill-Bulgarija qabel l-1 ta’ April 2012 u fuq il-bażi tal-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Il-miri baġitarji b’mod konsistenti qabżu l-previżjonijiet fil-perjodu wara s-sena tad-defiċit eċċessiv. Id-defiċit tal-gvern ġenerali ġie mnaqqas għal 3,1 % tal-PDG fl-2010 u tnaqqas iżjed għal 2,1% tal-PDG fl-2011, meta mqabbel mal-miri stabbiliti inizjalment ta’ 3,8% u 2,5% rispettivament. Il-korrezzjoni tad-defiċit seħħet l-aktar bis-saħħa ta’ kontroll strett tat-tkabbir fl-infiq, anke permezz tal-iffriżar tal-pagi u tal-pensjonijiet tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika, bir-riżultat li l-proporzjon tan-nefqa mal-PDG waqa’ b’5.5 punti perċentwali bejn l-2009 u l-2011. Il-Programm ta’ Konverġenza 2012 jipproġetta li d-defiċit ikompli jonqos għal 1,6% tal-PDG fl-2012 u għal 1,3% tal-PDG fl-2013. Fil-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-defiċit tal-gvern ġenerali huwa pproġettat li jitjieb għal 1,9% tal-PDG fl-2012 u għal 1,7% tal-PDG fl-2013, bis-sostenn ta’ iffriżar kontinwat tal-pagi fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll ta’ titjib ċikliku fl-introjti.

Il-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipproġettaw bilanċ aġġustat ċiklikament wara tnaqqis ta’ miżuri ta’ darba biss u miżuri temporanji, ta’ 0,7 % fl-2012 u ta’ 0,8 % tal-PDG fl-2013, abbażi ta’ preżunzjoni ta’ ebda bidla fil-politika. Sadanittant, fl-2012 u fl-2013, ir-rata tat-tkabbir tan-nefqa tal-gvern wara tnaqqis tal-miżuri diskrezzjonali tal-introjti hija prevista li tibqa’ taħt il-valur referenzjali tar-rata tat-tkabbir potenzjali tal-PDG fuq terminu ta’ żmien medju, kif speċifikat fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (6).

Il-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipproġettaw li d-dejn gross tal-gvern ġenerali jiżdied moderatament minn 16,3 % tal-PDG fl-2011 għal 18,5 % tal-PDG fl-2013. Din il-previżjoni tad-dejn ma tinkludix l-emissjoni possibbli ta’ strumenti ta’ dejn estern fl-2012 għall-iskop ta’ pre-finanzjament tal-ħlas lura ta’ bonds iddenominati bl-euro ta’ madwar 2 % tal-PDG f'Jannar 2013. Bl-istess mod, l-aħħar programm ta' konverġenza jipproġetta li l-proporzjon tad-dejn għandu jiżdied sa 18,4 % sal-2013.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 126(12) tat-Trattat, deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat.

(7)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Bulgarija ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/422/UE għandha għalhekk tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Bulgarija ġiet ikkorreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/422/UE hija b’dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)   ĠU L 199, 31.7.2010, p. 26.

(2)  Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2009 sussegwentament ġew riveduti u attwalment qegħdin 4,3 % tal-PDG u 14,6 % tal-PDG rispettivament.

(3)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(4)   ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(5)  Skont il-“Specifications on the implementation of the Stability and Growth Pact and Guidelines on the format and content of Stability and Convergence Programmes”, kif miftiehma mill-Kunsill fl-24 ta' Jannar 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf

(6)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/371/PESK

tal-10 ta' Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1).

(2)

Fis-26 ta’ April 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2045 (2012) li ġeddet il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Côte d’Ivoire sat-30 ta’ April 2013 u li emendat il-miżuri restrittivi fuq l-armi.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(2) huwa mħassar.

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

provvisti intiżi unikament għas-sostenn ta’ jew l-użu mill-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d'Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jsostnuhom;

(b)

dan li ġej, kif notifikat bil-quddiem lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 14 tal-UNSCR 1572 (2004) (minn hawn ’il quddiem “Kumitat tas-Sanzjonijiet”):

(i)

il-provvista ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għal użu umanitarju jew protettiv, inkluż tali tagħmir intiż għall-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-Unjoni, in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS);

(ii)

provvisti esportati temporanjament lejn il-Côte d’Ivoire lill-forzi ta’ Stat li jkun qed jieħu azzjoni, f’konformità mad-dritt internazzjonali, unikament u direttament biex jiffaċilita l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tiegħu u ta’ dawk li lejhom għandu responsabbiltà konsulari fil-Côte d’Ivoire;

(iii)

provvisti ta' tagħmir militari mhux letali relatat mal-infurzar tal-liġi intiż biex il-forzi ta’ sigurtà Ivorjan jkunu jistgħu jużaw biss forza adatta u proporzjonata fiż-żamma tal-ordni pubbliku;

(c)

il-provvista ta’ ilbies protettiv, inklużi ġkieket għall-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Côte d’Ivoire minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk impjegati fl-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss;

(d)

provvisti ta' armi u tagħmir letali relatat ieħor lill-forzi ta’ sigurtà Ivorjani, intiżi unikament għas-sostenn ta', u l-użu fil-proċess Ivorjan ta’ Riforma tas-Settur tas-Sigurtà, kif approvat minn qabel mill-Kumitat;

(e)

provvisti ta' tagħmir militari mhux letali li jista' jintuża għar-ripressjoni interna u li huwa intiż unikament biex il-forzi ta’ sigurtà Ivorjani jkunu jistgħu jużaw biss forza adatta u proporzjonata fiż-żamma tal-ordni pubbliku;

(f)

provvisti ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna lill-forzi ta’ sigurtà Ivorjani, intiżi unikament għas-sostenn ta', jew l-użu fil-proċess Ivorjan ta’ Riforma tas-Settur tas-Sigurtà.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)   ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


11.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/372/PESK

tal-10 ta’ Lulju 2012

li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1).

(2)

Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (2), li estendiet il-missjoni sat-30 ta' Ġunju 2012.

(3)

Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Reviżjoni Strateġika, il-missjoni għandha tiġi estiża b’perijodu ieħor ta' 18-il xhar iktar.

(4)

Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-attivitajiet ta' taħriġ għandhom isiru fl-Iraq u fir-reġjun kif ukoll fl-Unjoni. Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ għandu jkollha uffiċċji fi Brussell, f'Bagdad, inkluża antenna f'Basra, u f'Erbil (Reġjun tal-Kurdistan).”.

(2)

L-Artikolu 2(5) huwa mħassar.

(3)

L-Artikolu 6(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (*1).

(*1)   ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.”."

(4)

L-Artikolu 10 huwa b’dan emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar mill-Kap tal-Missjoni ta' miżuri tas-sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-missjoni EUJUST LEX-IRAQ f'konformità mal-Artikoli 4 u 8.”;

b)

il-paragrafu 4 huwa mħassar;

c)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   Il-membri, il-persunal li jħarreġ u l-esperti tal-missjoni EUJUST LEX-IRAQ għandhom jagħmlu taħriġ obbligatorju fis-sigurtà u, meta jkun il-każ, eżamijiet mediċi qabel kwalunkwe skjerament jew ivvjaġġar lejn l-Iraq.”.

(5)

Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2012 u t-30 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 27 150 000.”.

(6)

Fl-Artikolu 16, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 62, 9.3.2005, p. 37.

(2)   ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.