|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.176.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2012
tal-4 ta’ Lulju 2012
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-bifenażat, il-kaptan, iċ-ċiprodinil, il-fluwopikolid, l-eżitijażoss, l-isoprotijolan, il-metaldeide, l-ossadissil u l-fosmet f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għall-bifenażat u l-kaptan, il-livelli massimi ta’ residwu (MRL) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għaċ-ċiprodinil, il-fluwopikolid, l-eżitijażoss, il-metaldeide, l-ossadissil u l-fosmet, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-isoprotijolan l-ebda MRL ma ġie stabbilit f'xi Anness tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura, għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva bifenażat fuq il-passolina (ħamra, sewda u bajda), il-lampun u t-tut tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-emendi tal-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Dwar il-kaptan, saret tali applikazzjoni għall-użu fuq it-tut, il-lampun, il-blueberries, il-passolina (ħamra, sewda u bajda), u l-gooseberries. Dwar iċ-ċiprodinil, saret tali applikazzjoni għal fuq il-ħxejjex aromatiċi friski, l-ispinaċi, il-weraq tal-pitravi, il-ħass, il-lamb's lettuce, il-ħabirxa (cress), l-iscarole, ir-rukola u l-weraq u l-isprouts tal-Brassica spp. Fil-każ tal-fluwopikolid, tali applikazzjoni saret għal fuq ir-ravanell, il-basal, il-patata u l-kale. Fir-rigward tal-eżitijażoss, applikazzjoni bħal din saret għal fuq it-te. Fil-każ tal-metaldeide tali applikazzjoni saret għal fuq il-frawli, il-patata, il-ġidra, il-ħass u pjanti oħra tal-insalata, il-grupp kollu tal-ispinaċi u dak simili tiegħu, il-grupp kollu tal-ħxejjex aromatiċi u ż-żerriegħa tar-rapa. Fir-rigward tal-fosmet, tali applikazzjoni saret għal fuq il-patata, il-berquq, il-ħawħ, iż-żebbuġ tal-ikel, iż-żebbuġ tal-produzzjoni taż-żejt u ż-żerriegħa tar-rapa. |
|
(4) |
Skont l-Artikoli 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 saret applikazzjoni għall-użu tal-isoprotijolan fuq ir-ross. L-użu awtorizzat tal-isoprotijolan fuq ir-ross fil-Ġappun iwassal għal residwu ogħla mill-MRL li hemm fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Biex jiġu evitati l-ostakli għall-importazzjoni ta’ din il-prodott agrikolu, hemm bżonn ta' MRL ogħla. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ngħaddew lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mill-Belġju dwar ir-residwi tal-ossadissil fit-tursin, il-karfus u l-kurrat li huma ogħla mill-MRLs attwali. Skont l-awtoritajiet tal-Belġju, il-preżenza mhux mistennija tal-ossadissil f'dawn il-prodotti agrikoli hija dovuta għall-persistenza tas-sustanza attiva fil-ħamrija. Il-Belġju ressaq applikazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifiki f'dawk l-MRLs. |
|
(7) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità", evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, u dan filwaqt li eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u fejn rilevanti għall-annimali, u tat opinjonijiet motivati fuq l-MRLs proposti (2). Għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
|
(8) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha l-Awtorità kkonkludiet li fil-każ tal-fluwopikolid fil-basal, id-dejta mressqa mhix biżżejjed biex jinħareġ MRL ġdid. Fil-każ tal-metaldeide fil-frawli u l-ġidra, id-dejta mressqa mhix biżżejjed biex jinħareġ MRL ġdid. Fil-każ tal-fosmet fil-berquq, id-dejta mressqa mhix biżżejjed biex jinħareġ MRL ġdid. |
|
(9) |
Dwar l-użu tal-bifenażat fuq il-lampun u t-tut, mhi meħtieġa ebda modifika fl-MLRs u dan minħabba li l-MRLs stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma identiċi għal dawk mitluba. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta kienu ġew issodisfati u li, abbażi ta' valutazzjoni dwar l-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, il-modifiki fl-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
|
(11) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, il-modifiki f'lokhom fl-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA, li huma disponibbli f': http://www.efsa.europa.eu:.
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for bifenazate in currants (red, black and white), blackberries and raspberries. EFSA Journal 2012;10(2):2577. [24 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2577. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for captan in certain berries. EFSA Journal 2011;9(11):2452. [31 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2452. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for cyprodinil in various leafy crops. EFSA Journal 2012;10(1):2509. [25 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2509. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for fluopicolide in radishes, onions, kale and potatoes. EFSA Journal 2012; 10(2):2581. [39 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2581. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRL for hexythiazox in tea. EFSA Journal 2012;10(1):2514. [24 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2514. |
|
|
European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the setting of a new MRL for isoprothiolane in rice. EFSA Journal 2012;10(3):2607. [29 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2607. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for metaldehyde in various crops. EFSA Journal 2012;10(1):2515. [33 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2515. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for oxadixyl in parsley, celery and leek. EFSA Journal 2012; 10(2):2565. [27 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2565. |
|
|
European Food Safety Authority; Modification of the existing MRLs for phosmet in various crops. EFSA Journal 2012;10(2):2582. [27 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2582. |
ANNESS
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-bifenażat u l-kaptan jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-Parti A tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(*2) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(3) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*4) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru [ajrunavigabbli] u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2), waqt li jżomm livell għoli uniformi tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, ġie emendat sabiex inġenji tal-ajru mhux komplessi li jaħdmu b'mutur, inġenji tal-ajru rikreattivi, u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, jiġu suġġetti għall-miżuri proporzjonali għad-disinn sempliċi u t-tip ta' operazzjoni tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li tintuża fl-ajru [l-ajrunavigabbiltà kontinwa] ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (3) għandu jiġi emendat biex jibqa’ konsistenti mat-tibdil introdott fir-Regolament (KE) Nru 1702/2003, b’mod partikulari fir-rigward tad-definizzjoni l-ġdida tal-inġenji tal-ajru ELA1 u l-possibbiltà li jiġu aċċettati ċerti partijiet mhux kritiċi f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza għal installazzjoni mingħajr il-Formula 1 tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency — EASA). |
|
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) ippreparat abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom lill-Kummissjoni bħala l-opinjoni Nru 01/2011 tagħha dwar il-“Proċess ELA u t-tibdil u t-tiswija Standard”. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (k) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness I (il-Parti-M) u l-Anness II (il-Parti-145) jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
1)
L-Anness I (il-Parti-M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Fil-punt M.A.302, il-paragrafu (d) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(b) |
Il-punt M.A.304 jinbidel b'li ġej: “M.A.304 Dejta għal modifiki u tiswijiet Għandha ssir valutazzjoni tal-ħsara, u l-modifiki u t-tiswijiet jitwettqu bl-użu skont kif xieraq ta':
|
|
(c) |
Il-punt M.A.502 huwa emendat kif ġej:
|
|
(d) |
Fil-punt M.A.613, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(e) |
Il-punt M.A.614, il-paragrafu (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(f) |
Fil-punt M.A.710, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(g) |
Il-punt M.A.802, il-paragrafu (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(h) |
Il-punt M.A.902, il-paragrafu (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(i) |
Fil-punt (b) (xogħlijiet) tal-Appendiċi VIII tal-Anness I (il-Parti-M), il-paragrafu (8) jinbidel b’dan li ġej:
|
2)
L-Anness II (il-Parti-145) għar-Regolament (KE) Nru 2402/2003 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Il-punt 145.A.42 huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
Fil-punt 145.A50, il-paragrafu (d) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(c) |
Fil-punt 145.A.55, il-paragrafu (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(d) |
Fil-punt 145.A.65, il-paragrafu (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-kontaminanti okratossina A, PCBs li ma jixbħux lid-dijossini u l-melamina fl-oġġetti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011 (3), li jemenda r-Regeolament (KE) Nru 1881/2006, jistabbilixxi livelli massimi ġodda għall-PBCs li ma jixbħux lid-dijossini b'applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2012. Jixraq li jiġi previst li dawk il-livelli massimi ma jkunux applikabbli għall-oġġetti tal-ikel li kienu tqiegħdu fis-suq skont il-liġi qabel dik id-data. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 (4), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jistabbilixxi livell massimu finali aktar baxx għall-Okratossina A fil-ħwawar, li suppost jintlaħaq billi jiġu applikati prattiki tajbin. Biex tingħata l-possibbiltà lill-pajjiżi li jipproduċu l-ħwawar biex ipoġġu fis-seħħ miżuri preventivi u biex jiġi evitat tħarbit tal-kummerċ sa punt li ma jkunx aċċettabbli, dak ir-Regolament ikompli billi jistipula livell massimu ogħla li għandu jiġi applikat għal perjodu limitat ta’ żmien. Ir-Regolament ikompli billi jistipula li għandha titwettaq evalwazzjoni ta' kemm jistgħu jintlaħqu livelli aktar baxxi ta’ okratossina A permezz tal-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fir-reġjuni produttivi differenti fid-dinja. Din l-evalwazzjoni kellha ssir qabel ma jsir applikabbli l-livell massimu aktar baxx tal-Okratossina A. Għalkemm ġie nnutat titjib sinifikanti fl-applikazzjoni tal-prattiki tajbin fir-reġjuni produttivi differenti fid-dinja, il-livell massimu aktar baxx fil-mira għall-Okratossina A għadu ma jistax jinkiseb fl-ispeċi Capsicum fuq bażi konsistenti. Għaldaqstant jixraq li tiġi posposta l-applikazzjoni tal-livell massimu aktar baxx għall-Capsicum spp. |
|
(4) |
Il-gluten tal-qamħ huwa mmanifatturat bħala koprodott mill-produzzjoni tal-lamtu. Ġiet provduta xhieda li l-livell massimu attwali tal-Okratossina A fil-gluten tal-qamħ m'għadhiex tista' tinkiseb, b'mod partikolari fi tmiem l-istaġun tal-ħażna, anki bl-applikazzjoni stretta ta' prattiki tajbin fir-rigward tal-ħażna, possibbilment minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi li kull ma jmur qed jinbidlu. Għaldaqstant jixraq li jiġi mmodifikat il-livell massimu attwali għal livell li jkun jista' jinkiseb permezz tal-applikazzjoni ta' prattiki tajbin u li xorta jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem. |
|
(5) |
Il-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), fl-4 ta' April 2006 adotta, fuq talba tal-Kummissjoni, opinjoni xjentifika aġġornata fir-rigward tal-okratossina A fl-ikel (5) u ħa inkonsiderazzjoni l-informazzjoni xjentifika ġdida u d-doża tollerabbli ta' kull ġimgħa (TWI) ta’ 120 ng/kg b.w. B’konformità mal-konklużjonijiet tal-opinjoni adottata mill-EFSA, il-bidliet maħsuba fir-rigward tal-Okratossina A f’dan ir-Regolament ikomplu jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni għaas-saħħa tal-bniedem. |
|
(6) |
L-EFSA, fuq talba mill-Kummissjoni, nhar it-18 ta’ Marzu 2010, adottat opinjoni xjentifika relatata mal-melamina fl-għalf u fl-ikel (6). Is-sejbiet tagħha juru li l-espożizzjoni għall-melamina tista’ tirriżulta fil-formazzjoni ta’ kristalli fil-passaġġ tal-urina. Dawn il-kristalli jikkawżaw ħsara tubulari prossimali u ġew osservati f'annimali u tfal b'riżultat ta' inċidenti li jinvolvu l-adulterazzjoni tal-għalf u tat-trab tat-trabi bil-melamina, li xi drabi wasslu għall-mewt. Il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius stabbiliet il-livelli massimi għall-melamina fl-għalf u l-ikel (7). Huwa xieraq li jiġu inklużi dawk il-livelli massimi fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi dawk il-livelli huma f'konformità mal-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-EFSA. |
|
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet emendatorji
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 11, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ għajr għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 2.2.11. tal-Anness li għandhom japplikaw mill-01 ta' Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) ĠU L 320, 3.12.2011, p. 18.
(5) Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Ochratoxin A in Food EFSA Journal 2006; 365:1-56. Jinstab fuq: http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/365.pdf
(6) Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) u Bord tal-EFSA dwar il-Materjali ta' Kuntatt mal-Ikel, Enżimi, Ħwawar u għajnuniet għall-Ipproċessar (CEF); Opinjoni Xjentifika dwar il-Melamina fl-Ikel u l-Għalf. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(4):1573. [145 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1573. Jinstab fuq: www.efsa.europa.eu
(7) Report on the Thirty-Third Session of the Joint FAO/WHO Food Standards Programme, Codex Alimentarius Commission, Ġinevra, l-Isvizzera, 5-9 ta’ Lulju 2010 (ALINORM 10/33/REP).
ANNESS
L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 2.2 Okratossina A hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
It-taqsima 7 li ġejja: Il-melamina u l-analogi strutturali tagħha huma miżjuda: “Taqsima 7: Melamina u analogi strutturali tagħha
|
||||||||||||
(*1) Il-livell massimu ma japplikax għal ikel li għalih tista’ tingħata prova li l-livell ta’ melamina ogħla minn 2,5 mg/kg huwa l-konsegwenza ta’ użu awtorizzat tas-cyromazine bħala insettiċida. Il-livell ta’ melamina m’għandux jisboq il-livell ta’ cyromazine.”
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/46 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 595/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li japprova s-sustanza attiva fenpirażammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għall-fenpirażammina, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/150/UE (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-3 ta' Settembru 2009, l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Sumitomo Chemical Agro Europe SAS għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fenpirażammina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/150/UE kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent ġew ivvalutati, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni fis-17 ta' Jannar 2011. |
|
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni saritlu reviżjoni bejn il-pari mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva fenpirażammina (4) fis-6 ta' Diċembru 2011. Dan l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fl-1 ta' Ġunju 2012 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fenpirażammina. |
|
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-fenpirażammina huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hu xieraq li l-fenpirażammina tiġi approvata. |
|
(6) |
Madanakollu, bla ħsara, għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fenpirażammina. L-Istati Membri għandhom jemendaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijet, skont il-każ. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi. |
|
(7) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza attiva
Is-sustanza attiva fenpirażammina, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenpirażammina bħala sustanza attiva sat-30 ta' Ġunju 2013.
Sa dik id-data huma għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu fajl jew aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fenpirażammina bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fenpirażammina bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014; jew |
|
(b) |
fil-każ ta' prodott li fih il-fenpirażammina bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2014 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvaw dik is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema waħda tkun l-aktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 61, 11.3.2010, p. 35.
(4) EFSA Journal (2012); 10(1):2496. Jista' jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Fenpirażammina Nru tal-CAS 473798-59-3 Nru tas-CIPAC 832 |
S-allil 5-ammino-2,3-diidro-2-iżopropil-3-osso-4-(o-tolil)pirażol-1-karbotijoat |
≥ 940 g/kg |
l-1 ta' Jannar 2013 |
il-31 ta' Diċembru 2022 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-fenpirażammina, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta' Ġunju 2012. Il-purità mogħtija f'din l-entrata hija bbażata fuq produzzjoni bi prova tal-pjanti. L-Istat Membru eżaminanti għandu jinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bl-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied din l-entrata:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“25 |
Fenpirażammina Nru tal-CAS 473798-59-3 Nru tas-CIPAC 832 |
S-allil 5-ammino-2,3-diidro-2-iżopropil-3-osso-4-(o-tolil)pirażol-1-karbotijoat |
≥ 940 g/kg |
l-1 ta' Jannar 2013 |
il-31 ta' Diċembru 2022 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-fenpirażammina, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta' Ġunju 2012. Il-purità mogħtija f'din l-entrata hija bbażata fuq produzzjoni bi prova tal-pjanti. L-Istat Membru eżaminanti għandu jinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bl-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 596/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jniedi investigazzjoni dwar il-possibilità ta' evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 467/2010 fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet tas-silikon mibgħutin mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u kemm jekk le, u li jagħmel lit-tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku") u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li, f'konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ikkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IT-TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex tagħmel l-importazzjonijiet tas-silikon mibgħuta mit-Tajwan suġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u kemm jekk le. |
|
(2) |
It-talba ġiet ppreżentata fil-15 ta' Mejju 2012 minn Euroalliages (Kumitat ta' Kuntatt tal-Industrija tal-Ħadid-Liegi) (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti ewlenija, jiġifieri 100 %, tal-produzzjoni tas-silikon tal-Unjoni. |
B. IL-PRODOTT
|
(3) |
Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa l-metall tas-silikon li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 2804 69 00 (kontenut ta' silikon ta’ inqas minn 99.99 % bil-piż) (“il-prodott ikkonċernat”). Sempliċement minħabba l-klassifika attwali stabbilita fin-Nomenklatura Magħquda, dan għandu jkun “silikon”. Silikon li jkun aktar pur, jiġifieri li ma jkollux inqas minn 99,99 % ta’ silikon bil-piż, użat l-iktar fl-industrija elettronika tas-semikondutturi, jaqa’ taħt Kodiċi NM differenti u mhux kopert minn din il-proċedura. |
|
(4) |
Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda mibgħut mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarat li joriġina mit-Tajwan u kemm jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat ("il-prodott investigat"). |
C. IL-MIŻURI EŻISTENTI
|
(5) |
Il-miżuri li qegħdin fis-seħħ attwalment u li hemm possibbiltà li qed jiġu evitati huma miżuri tal-anti-dumping imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 467/2010 (2) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet tas-silikon kkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarat li joriġina fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. |
|
(6) |
Saret ukoll investigazzjoni kontra l-evażjoni bejn l-2006 u l-2007 fir-rigward ta’ importazzjonijiet tas-silikon, li wasslet biex ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 42/2007 (3) jestendi d-dazju tal-anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 398/2004 fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet tas-silikon mibgħuta mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le. |
D. IR-RAĠUNIJIET
|
(7) |
It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li qed ikun hemm evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ trasbord vija t-Tajwan. |
|
(8) |
L-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni hija din li ġejja: |
|
(9) |
Hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan lejn l-Unjoni, li saret wara l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, mingħajr raġuni jew ġustifikazzjoni valida biżżejjed għal bidla bħal din għajr l-impożizzjoni tad-dazju. |
|
(10) |
Jidher li din il-bidla ġejja mit-trasbord tas-silikon li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina vija t-Tajwan lejn l-Unjoni. |
|
(11) |
Barra minn hekk, l-evidenza tindika li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri eżistenti tal-anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat qed jiġu kompromessi f’termini ta’ kwantità u ta’ prezz. Volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qed isiru bi prezzijiet ħafna aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti, aġġustat għaż-żieda fil-kosti tal-materja prima. |
|
(12) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott investigat qegħdin ikunu oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali li ġie stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat, aġġustat għaż-żieda fil-kosti tal-materja prima. |
|
(13) |
Jekk tul l-investigazzjoni jiġu identifikati prattiki ta’ evażjoni mit-Tajwan koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn il-prattiki. |
E. IL-PROĊEDURA
|
(14) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Tajwan u kemm jekk le, suġġetti għal reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
(a) Kwestjonarji
|
(15) |
Biex tikseb it-tagħrif meqjus neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fit-Tajwan, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi magħrufa fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tat-Tajwan. Jista' jintalab ukoll tagħrif mill-industrija tal-Unjoni, skont kif ikun xieraq. |
|
(16) |
F’kull każ, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, peress li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. |
|
(17) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan se jkunu nnotifikati bil-ftuħ tal-investigazzjoni. |
(b) Il-ġbir tat-tagħrif u s-seduti ta’ smigħ
|
(18) |
Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jagħtu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. |
(c) Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri
|
(19) |
B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri, jekk l-importazzjoni ma tikkostitwixxix evażjoni. |
|
(20) |
Billi l-evażjoni possibbli ssir barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw l-eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tas-silikon fit-Tajwan li jkunu jistgħu juru li mhuma relatati (4) mal-ebda produttur suġġett għall-miżuri (5) u li jinstab li mhumiex involuti fi prassi ta’ evażjoni, kif definit fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament. |
F. IR-REĠISTRAZZJONI
|
(21) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' evażjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji tal-anti-dumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn mibgħuta mit-Tajwan. |
G. IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN
|
(22) |
Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti taż-żmien li fihom:
|
|
(23) |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien indikati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
H. IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI
|
(24) |
F'każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli. |
|
(25) |
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, dik l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. |
|
(26) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu ibbażati fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din kienet ikkooperat. |
I. L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(27) |
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
J. L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI
|
(28) |
Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (6). |
K. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(29) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jitħaddmu b'mod sħiħ. |
|
(30) |
It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji. |
|
(31) |
Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Huwa permezz ta' dan li qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta'silikon (b’kontenut tas-silikon ta’ anqas minn 99.99 % bil-piż), mibgħuta mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u kemm jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2804 69 00 (kodiċi TARIC 2804 69 00 20), hux qed jevadu l-miżuri imposti mir-Regolament (UE) Nru 467/2010.
Artikolu 2
L-awtoritajiet Doganali b’dan qed jintalbu, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni, permezz ta' regolament, tista' titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.
Artikolu 3
1. Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Biex ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattaw lill-Kummisjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
3. Il-produtturi fit-Tajwan li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri, għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.
4. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.
5. Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kull Prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw il-kwestjonarju mimli għandhom jitressqu fuq karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence.
Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata "Limited" ("ristrett") (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata "For inspection by interested parties" ("Għal spezzjoni mill-partijiet interessati").
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N105 4/92 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Faks + +32 229 52372 |
|
L-indirizz elettroniku: trade-silicon-circumvention@ec.europa.eu |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 131, 29.5.2010, p. 1.
(4) B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew iżjed tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest "persuna" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(5) Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma’ kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri oriġinali tal-anti-dumping), xorta waħda tista’ tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji suġġetta għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.
(7) Dokument "Ristrett" huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-dumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/54 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 597/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġej mill-pjanti, u l-ureaġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (5). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-fehmiet tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni għas-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju (6) fis-6 ta' Diċembru 2011, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam (7), għar-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti (8) u għall-urea (9) fis-16 ta' Diċembru 2011. L-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni u l-opinjonijiet tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta' Ġunju 2012 fil-format tar-rapporti ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għas-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, għar-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea. |
|
(3) |
L-Awtorità kkomunikat il-fehmiet tagħha dwar is-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, ir-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea lin-notifikaturi, u l-Kummissjoni talbithom iressqu l-kummenti dwar ir-rapporti ta' reviżjoni. |
|
(4) |
Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, ir-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġej mill-pjanti, u l-urea għandhom jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jkunu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, tar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, tar-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea. Huwa xieraq, b'mod partikolari, li jeħtieġu informazzjoni konfermatorja oħra rigward dawk is-sustanzi attivi. Fl-istess ħin għandhom isiru ċerti adattamenti tekniċi, b'mod partikolari l-isem tas-sustanzi attivi “Repellanti bir-riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tal-ħuta” u “residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam” għandhom jinbidlu rispettivament b'“żejt tal-ħuta” u “residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam”. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta' żmien qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.
(4) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.
(5) ĠU L 153, 11.06.2011, p. 1.
(6) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva s-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, EFSA Journal 2012;10(3):2491. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
(7) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva r-residwi mid-distilazzjoni tax-xaħam, EFSA Journal 2012;10(2):2519. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
(8) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva ż-żejt tal-ħuta, EFSA Journal 2012;10(2):2546. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
(9) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva urea, EFSA Journal 2012;10(1):2523. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Ir-ringiela 219 dwar is-sustanza attiva s-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Ir-ringiela 229 dwar is-sustanza attiva residwi mid-destilazzjoni tax-xaħam tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Ir-ringiela 248 dwar is-sustanza attiva Repellanti bir-riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tal-ħuta tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Ir-ringiela 257 dwar is-sustanza attiva urea tinbidel b'dan li ġej:
|
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
(*2) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
(*3) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
(*4) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/59 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 598/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda għall-172 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dawn l-individwi u r-Rapporti Komprensivi tal-Ombudsperson stabbiliti skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fis-27 ta’ Ġunju 2012 hi ddeċidiet li tneħħi persuna fiżika oħra mil-lista. Barra minn hekk, fl-10 ta’ Mejju 2012, il-25 ta’ Mejju 2012, u l-21 ta’ Ġunju 2012, hi ddeċidiet li temenda ħames entrati fil-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:
|
|
(2) |
L-entrata ‘Abid Hammadou (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah). Data tat-twelid:12.12.1965. Post tat-twelid: Touggourt, Wilaya (il-provinċja) ta’ Ouargla, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Assoċjat mal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Islamiku; (b) Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; Isem l-omm: Fatma Hammadou. Isem il-missier: Benabes.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: ‘Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta’ Ouargla, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ |
|
(3) |
L-entrata ‘Mohammad Ilyas Kashmiri (alias (a) Muhammad Ilyas Kashmiri, (b) Elias al-Kashmiri, (c) Ilyas Naib Amir). Titlu: (a) Mufti, (b) Maulana. Indirizz: il-Villaġġ Thathi, Samahni, id-Distrett Bhimber, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 2.1.1964, (b) 10.2.1964. Post tat-twelid: Bhimber, Samahani Valley, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Tagħrif ieħor: Kmandant tal-Harakat-ul Jihad Islami. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Mohammad Ilyas Kashmiri (alias (a) Muhammad Ilyas Kashmiri, (b) Elias al-Kashmiri, (c) Ilyas Naib Amir). Titlu: Mufti. Indirizz: il-Villaġġ Thathi, Samahni, id-Distrett Bhimber, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 2.1.1964, (b) 10.2.1964. Post tat-twelid: Bhimber, Samahani Valley, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Titlu preċedenti: Maulana. (b) Allegatament miet fil-Pakistan fil-11 ta’ Ġunju 2011. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.’ |
|
(4) |
L-entrata ‘Mati ur-Rehman (alias (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1977. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Mati ur-Rehman huwa l-kap kmandant operazzjonali ta’ Lashkar i Jhangvi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Mati ur-Rehman Ali Muhammad (alias (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial, (i) Ustad Talha, (j) Qari Mushtaq, (k) Tariq, (l) Hussain). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1977. Post tat-twelid: Chak numru 36/DNB, Rajkan, Madina Colony, id-Distrett Bahawalpur, il-Provinċja tal-Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’ |
|
(5) |
L-entrata ‘Youcef Abbes (alias Giuseppe). Data tat-twelid: 5.1.1965. Post tat-twelid: Bab el Oued, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Mil-5 ta’ Lulju 2008 huwa meqjus bħala maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani. (b) Allegatament miet fl-2000; (c) Isem il-missier hu Mokhtar; (d) Isem l-omm hu Abbou Aicha; (e) Ħu Moustafa Abbes. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Youcef Abbes (alias Giuseppe). Data tat-twelid: 5.1.1965. Post tat-twelid: Bab el Oued, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier hu Mokhtar; (b) Isem l-omm hu Abbou Aicha; Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.’ |
|
(6) |
L-entrata ‘Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso (alias (a) Fahd al-Quso, (b) Fahd Mohammed Ahmen Al-Quso, (c) Abu Huthaifah, (d) Abu Huthaifah al-Yemeni, (e) Abu Huthaifah al-Adani, (f) Abu al-Bara, (g) Abu Huthayfah al- Adani, (h) Fahd Mohammed Ahmed al-Awlaqi, (i) Huthaifah al-Yemeni (j) Abu Huthaifah al-Abu al-Bara, (k) Fahd Mohammed Ahmad al-Kuss). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 12.11.1974. Post tat-twelid: Aden, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali Jemeni 2043, (b) Operatur tal-Al- Qaida fil-Peniżola Għarbija u jmexxi ċellula fil-Provinċja ta’ Shabwa, il-Jemen. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.12.2010.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso (alias (a) Fahd al-Quso, (b) Fahd Mohammed Ahmen Al-Quso, (c) Abu Huthaifah, (d) Abu Huthaifah al-Yemeni, (e) Abu Huthaifah al-Adani, (f) Abu al-Bara, (g) Abu Huthayfah al- Adani, (h) Fahd Mohammed Ahmed al-Awlaqi, (i) Huthaifah al-Yemeni (j) Abu Huthaifah al-Abu al-Bara, (k) Fahd Mohammed Ahmad al-Kuss). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 12.11.1974. Post tat-twelid: Aden, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Tagħrif ieħor: Allegatament miet fis-6 ta’ Mejju 2012 fil-Jemen. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.12.2010.’ |
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/62 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 599/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
TR |
50,2 |
|
ZZ |
50,2 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
103,2 |
|
ZZ |
103,2 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
115,5 |
|
ZZ |
115,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
89,2 |
|
TR |
54,0 |
|
|
UY |
85,8 |
|
|
ZA |
94,1 |
|
|
ZZ |
80,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
200,7 |
|
BR |
79,0 |
|
|
CL |
111,2 |
|
|
CN |
100,6 |
|
|
NZ |
133,5 |
|
|
US |
144,1 |
|
|
UY |
58,9 |
|
|
ZA |
107,5 |
|
|
ZZ |
116,9 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
206,9 |
|
CL |
113,3 |
|
|
CN |
83,4 |
|
|
NZ |
207,2 |
|
|
ZA |
127,2 |
|
|
ZZ |
147,6 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
182,6 |
|
ZZ |
182,6 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
327,1 |
|
ZZ |
327,1 |
|
|
0809 30 |
TR |
207,2 |
|
ZZ |
207,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2012
tat-3 ta’ Lulju 2012
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2012/361/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (minn issa “il-Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(2) |
Fil-25 ta' Mejju 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/1/2012 (2) dwar il-ħatra tar-Rear Admiral Jean-Baptiste DUPUIS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar ir-Rear-Admiral Enrico CREDENDINO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rear Admiral Enrico CREDENDINO huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Awwissu 2012.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/65 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Lulju 2012
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta' studji ta' sorveljanza volontarji dwar it-telf ta' kolonji tan-naħal tal-għasel
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4396)
(It-testi bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bl-Ispanjol, bl-Isvediż biss huma awtentiċi)
(2012/362/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel (2) tagħti ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni li diġà ttieħdu u li qed jittieħdu fir-rigward tas-saħħa tan-naħal tal-għasel fl-UE. Il-kwistjoni fis-suġġett prinċipali tal-Komunikazzjoni hija l-mortalità li qed tiżdied tan-naħal osservati madwar id-dinja. |
|
(2) |
Fl-2009, il-proġett tal-EFSA “Il-mortalità tan-naħal u s-sorveljanza tan-naħal fl-Ewropa” ikkonkluda li b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ sorveljanza fl-UE huma dgħajfa u hemm nuqqas ta’ dejta fuq livell ta’ Stati Membri u nuqqas ta’ dejta komparabbli fuq livell ta’ UE. |
|
(3) |
Sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta dwar il-mortalità tan-naħal, huwa xieraq li ċerti studji ta’ sorveljanza fl-Istati Membri dwar it-telf tan-naħal tal-għasel jingħataw assistenza u appoġġ. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni 2011/881/UE tal-21 ta' Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament li tappoġġa studji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (3) warrbet EUR 3 750 000 bħala kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta' studji ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel. |
|
(5) |
Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal (EURL) ippreżenta id-dokument “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) li jipprovdi gwida għall-Istati Membri biex jelaboraw l-istudji tagħhom ta’ sorveljanza. |
|
(6) |
L-Istati Membri kienu mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni l-programmi tal-istudji tagħhom ta’ sorveljanza bbażati fuq id-dokument tekniku tal-EURL għas-saħħa tan-naħal. Għoxrin Stat Membru bagħtu l-proposti tagħhom għall-istudji ta’ sorveljanza. Dawn il-proposti ġew evalwati mil-lat tekniku u finanzjarju sabiex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses”. |
|
(7) |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġabru programmi ta' studji ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel b'konformità mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” u talbu l-appoġġ finanzjarju tal-UE. |
|
(8) |
Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-1 ta' April 2012 għall-programmi ta' studju ta' sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel implimentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, mill-Polonja, mill-Portugall, mis-Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Isvezja u mir-Renju Unit. |
|
(9) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-programmi ta' studju ta' sorveljanza ppjanati fil-fatt ikunu twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni u lil-laboratorju ta’ referenza għas-saħħa tan-naħal tal-UE. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tagħti għajnuna finanzjarja għall-programmi ta’ studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lill-Polonja, lill-Portugall, lis-Slovakkja, lill-Finlandja, lill-Isvezja u lir-Renju Unit.
2. Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni
|
(a) |
għandha tkun bir-rata ta' 70 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-programmi ta’ studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel u speċifikata fl-Anness I għall-perjodu mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013; |
|
(b) |
ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
ma għandhiex taqbeż EUR 595 għal kull żjara tal-apikultura. |
Artikolu 2
1. Il-massimu tal-kontribuzzjoni globali awtorizzata minn din id-Deċiżjoni għall-ispejjeż imġarrba għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1 huwa stabbilit għal EUR 3 307 803 u għandu jiġi ffinanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-infiq relatat mal-ispejjeż tal-persunal għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, għat-teħid ta' kampjuni, għall-monitoraġġ, għall-oġġetti konsumabbli u għall-ispejjeż ġenerali relatati mal-istudji ta' sorveljanza għandu jkunu eliġibbli skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III.
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas wara l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 3(2) u (3).
Artikolu 3
1. Il-programmi għandhom jitwettqu skont id-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) u skont il-programmi ta' studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel ippreżentati mill-Istati Membri.
2. Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:
|
— |
rapport tekniku intermedju mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2013 dwar l-ewwel żjara prevista fil-programm ta' studju ta' sorveljanza, u |
|
— |
rapport tekniku finali mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2013 dwar it-tieni u t-tielet żjara previsti fil-programm ta' studju ta' sorveljanza; |
|
— |
ir-rapport tekniku għandu jkun konformi mal-mudell li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-laboratorju ta' referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal. |
3. Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:
|
— |
verżjoni fuq il-karta u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju miġbur skont l-Anness II mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Fuq talba tal-Kummissjoni għandhom jintbagħtu d-dokumenti ta' sostenn, li jixhdu l-infiq kollu imsemmi fl-applikazzjoni għar-rimbors. |
4. Ir-riżultat tal-istudji għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) COM (2010) 714 finali.
ANNESS I
|
MS |
Numru ta' mġiebaħ |
Għadd ta' żjajjar previsti fl-istudju ta' sorveljanza għal kull miġbħa tan-naħal |
Total tal-ispejjeż diretti (Testijiet tal-laboratorju) + żjajjar għat-teħid ta' kampjuni u għall-monitoraġġ |
Spejjeż ġenerali (7 %) |
Spiża totali |
Kontribuzzjoni tal-UE (70 %) |
|
BE |
150 |
3 |
83 946 |
5 876 |
89 822 |
62 876 |
|
DK |
194 |
3 |
257 260 |
18 008 |
275 268 |
192 688 |
|
DE |
220 |
3 |
392 831 |
27 498 |
420 329 |
294 230 |
|
EE |
196 |
3 |
88 968 |
6 228 |
95 196 |
66 637 |
|
EL |
200 |
3 |
146 770 |
10 274 |
157 044 |
109 931 |
|
ES |
200 |
3 |
273 765 |
19 164 |
292 929 |
205 050 |
|
FR |
396 |
3 |
707 096 |
49 497 |
756 593 |
529 615 |
|
IT |
390 |
3 |
696 382 |
48 747 |
745 129 |
521 590 |
|
LV |
193 |
3 |
196 762 |
13 773 |
210 535 |
147 375 |
|
LT |
193 |
3 |
122 994 |
8 610 |
131 604 |
92 123 |
|
HU |
196 |
3 |
132 034 |
9 242 |
141 276 |
98 893 |
|
PL |
190 |
3 |
339 263 |
23 749 |
363 012 |
254 108 |
|
PT |
145 |
3 |
37 410 |
2 619 |
40 029 |
28 020 |
|
SK |
198 |
3 |
244 776 |
17 134 |
261 910 |
183 337 |
|
FI |
160 |
3 |
285 695 |
19 999 |
305 694 |
213 986 |
|
SE |
150 |
3 |
53 220 |
3 725 |
56 945 |
39 862 |
|
UK |
200 |
3 |
357 119 |
24 998 |
382 117 |
267 482 |
|
Total |
|
|
4 416 293 |
309 141 |
4 725 433 |
3 307 803 |
ANNESS II
MUDELL TA' RAPPORT FINANZJARJU DWAR L-ISTUDJI TA' SORVELJANZA VOLONTARJA DWAR IT-TELF TA' KOLONJI TAN-NAĦAL TAL-GĦASEL
|
Nefqa totali għall-proġett (spejjeż reali, mingħajr il-VAT) |
||
|
Stat Membru: |
|
Numru ta' mġiebaħ miżjura: |
|
Spejjeż tal-laboratorju |
|||
|
Kategorija tal-persunal |
Nru ta' ġranet tax-xogħol |
Rata ta' kuljum |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni) |
Kwantità |
Kost ta' kull unità |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Teħid ta' kampjuni u l-ispejjeż tal-monitoraġġ (żjajjar tal-imġiebaħ) |
|||
|
Kategorija tal-persunal |
Nru ta' ġranet tax-xogħol |
Rata ta' kuljum |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni) |
Kwantità |
Kost ta' kull unità |
Total |
|
… |
|
|
|
|
… |
|
|
|
Ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju
Niċċertifikaw li:
|
— |
in-nefqa msemmija hawn fuq kienet magħmula fit-twettiq tax-xogħol deskritt fid-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (1) u hija direttament relatata mal-implimentazzjoni tal-programm ta' studju ta' sorveljanza li għalih ingħata appoġġ finanzjarju skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE, |
|
— |
in-nefqa saret tassew, ingħata rendikont preċiż għaliha u hija eleġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE; |
|
— |
id-dokumenti kollha ta’ evidenza marbuta mal-ispiża huma disponibbli għall-finijiet ta’ verifika, |
|
— |
ma ntalbet l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għall-proġetti imsemmija f'din id-Deċiżjoni. |
Data:
Isem u firma tal-uffiċjal finanzjarju responsabbli:
(1) (tista' tinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm)
ANNESS III
IR-REGOLI TA' ELIĠIBBILTÀ
1. Spejjeż tal-laboratorju
|
— |
L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (ir-rimunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju u tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju. Għal dan il-għan għandhom jinżammu l-iskedi tal-ħin kull xahar. |
|
— |
Ir-rata ta' kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena. |
|
— |
Ir-rimborż ta' konsumibbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali mġarrba mill-Istati Membri biex iwettqu t-testijiet fil-laboratorju. |
|
— |
Il-kit tat-testijiet, ir-reaġenti u l-oġġetti konsumabbli kollha għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet:
|
2. L-ispejjeż tat-teħid ta' kampjuni u tal-monitoraġġ
|
— |
L-ispejjeż għat-teħid ta' kampjuni u l-monitoraġġ jistgħu jiġi rimborżati biss jekk ikunu direttament marbuta maż-żjarat tal-imġiebaħ. |
|
— |
L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (ir-rimunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju. Għal dan il-għan għandhom jinżammu l-iskedi tal-ħin kull xahar. |
|
— |
Ir-rata ta' kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena. |
|
— |
Ir-rimborż ta' oġġetti konsumabbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali magħmula mill-Istati Membri u għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament matul iż-żjarat fl-imġiebaħ. |
3. Spejjeż ġenerali
Tista' tiġi ikklejmjata kontribuzzjoni b'rata fissa ta' 7 % ikkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż diretti eliġibbli kollha.
4. In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-taxxi l-oħra kollha.
|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/70 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Lulju 2012
li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi l-ġodda l-biksafen, il-Candida oleophila tip O, il-fluwopiram, l-alosulfuron, il-jodur tal-potassju, it-tijoċjanat tal-potassju u l-ispirotetramat
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4436)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/363/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tkompli tapplika għal sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel l-14 ta' Ġunju 2011. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Ottubru 2008 r-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva biksafen fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/700/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Lulju tal-2006 r-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand BIONEXT sprl għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Candida oleophila tip O fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/380/KE (4) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE f'Ġunju tal-2008 l-Ġermanja rċeviet applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fluwopiram fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/464/KE (5) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Mejju tal-2005 r-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Nissan Chemical Europe SARL għall-inklużjoni tas-sustanza attiva amisulbrom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE (6) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Settembru tal-2004 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Koppert Beheer BV għall-inklużjoni tas-sustanza attiva jodur tal-potassju fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/751/KE (7) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Settembru tal-2004 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Koppert Beheer BV għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tijoċjanat tal-potassju fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2005/751/KE kkonfermat li d-dokument kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Ottubru tal-2006 l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva spirotetramat fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/560/KE (8) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva. |
|
(9) |
Il-konferma li d-dossiers kienu kompluti kienet meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni dettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati b'dik id-Direttiva. |
|
(10) |
Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi li pproponew l-applikanti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti ta' valutazzjoni rispettivi lill-Kummissjoni fis-16 ta' Diċembru 2009 (biksafen), fil-5 ta' Frar 2008 (Candida oleophila tip O), fit-30 ta' Awwissu 2011 (fluwopiram), fit-30 ta' Marzu 2008 (alosulfuron), fis-27 ta' Lulju 2007 (jodur tal-potassju u tijoċjanat tal-potassju) u fid-29 ta' April 2008 (spirotetramat). |
|
(11) |
Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti ta' valutazzjoni mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm bżonn li tintalab iktar informazzjoni mingħand l-applikanti u li l-Istati Membri relaturi jeżaminaw dik l-informazzjoni u jressqu l-valutazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżami tad-dossiers għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni tintemm fil-qafas taż-żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/457/KE (9) (fil-każ tal-Candida oleophila, tip O, il-jodur tal-potassju u t-tijoċjanat tal-potassju) u 2010/671/UE (10) (fil-każ tal-ispirotetramat). |
|
(12) |
Peress li sa issa l-evalwazzjoni għadha ma identifikat l-ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta' 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex ikun jista' jitkompla l-eżami tad-dossiers. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' deċiżjoni dwar approvazzjoni possibbli skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-biksafen, il-Candida oleophila tip O, il-fluwopiram, l-alosulfuron, il-jodur tal-potassju, it-tijoċjanat tal-potassju u l-ispirotetramat se jitlestew fi żmien 24 xahar. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-biksafen, il-Candida oleophila tip O, il-fluwopiram, l-alosulfuron, il-jodur tal-potassju, it-tijoċjanat tal-potassju jew l-ispirotetramat għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Lulju 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Lulju 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(3) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 32.
(4) ĠU L 141, 2.6.2007, p. 78.
(5) ĠU L 151, 16.6.2009, p. 37.
(6) ĠU L 236, 31.8.2006, p. 31.
(7) ĠU L 282, 26.10.2005, p. 18.
(8) ĠU L 213, 15.8.2007, p. 29.