ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.168.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 168

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
28 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/341/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 558/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin ikkonsenjati, inter alia, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea sew jekk le

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali li tikkonċerna l-miżuri kompensatorji dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu tereftalat tal-poljetilene (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 560/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali dwar il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 561/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( 1 )

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 fir-rigward tad-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' laboratorji ta' referenza tal-UE ( 1 )

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 565/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/342/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012 li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

37

 

 

2012/343/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

38

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw ( ĠU L 119, 4.5.2012 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

(2012/341/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (3), li permezz tiegħu ġie inkorporat ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (4) fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Permezz tal-inklużjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, l-istess reġim ġie stabbilit bejn l-UE u l-Isvizzera għat-trasportaturi bl-ajru Svizzeri u dawk Komunitarji (5).

(3)

Permezz tal-inklużjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (il-Konvenzjoni ta’ Vaduz) (6), l-istess reġim ġie wkoll stabbilit bejn l-Isvizzera u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għat-trasportaturi bl-ajru Svizzeri u dawk tal-EFTA taż-ŻEE.

(4)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat biex jagħti lit-trasportaturi bl-ajru Svizzeri d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru minn Stat Membru tal-Unjoni lejn Stat tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

(4)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt bejn il-Komunità u l-Isvizzera għat-Trasport bl-Ajru tas-7 ta’ April 2010 (ĠU L 106, 28.4.2010, p. 20).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-EFTA Nru 1/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru … ta’ … (1).

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (2), li jinkorpora fil-Ftehim taż-ŻEE r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (3).

(3)

Il-Partijiet Kontraenti għandhom l-għan li jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA taż-ŻEE jkunu intitolati li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni lejn l-Isvizzera u viċeversa.

(4)

Il-Partijiet Kontraenti għandhom l-għan ukoll li jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità jkunu intitolati li joperaw servizzi bl-ajru minn kwalunkwe Stat tal-EFTA taż-ŻEE lejn l-Isvizzera u viċeversa.

(5)

Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jagħti, soġġett għall-kondizzjoni ta’ reċiproċità, lit-trasportaturi bl-ajru Svizzeri d-dritt li joperaw minn Stati Membri tal-Unjoni lejn Stat tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa.

(6)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Punt 64a (ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-adattament attwali (b) għandu jkun rinumerat bħala l-adattament (c).

2.

L-adattament li ġej għandu jiddaħħal wara l-adattament (a):

“(b)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 15:

‘6.   Taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u dawk tal-EFTA taż-ŻEE, it-trasportaturi bl-ajru Svizzeri għandhom ikunu intitolati li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn Stati tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa. Dan għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li, fuq naħa, il-Komunità u l-Isvizzera jagħtu lit-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA taż-ŻEE d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u viċeversa, u min-naħa l-oħra, li l-Isvizzera u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE jagħtu lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru mill-Isvizzera lejn Stati tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa.

Kwalunkwe restrizzjoni fuq dan l-arranġament li tirriżulta minn ftehimiet bilaterali u multilaterali eżistenti li jorbtu lill-Komunità, minn naħa waħda, u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE, min-naħa l-oħra, hija b’dan imneħħija.’.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera li jagħti lit-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA taż-ŻEE d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u viċeversa, min-naħa, jew tal-ftehim bejn l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u l-Isvizzera li jagħti d-dritt lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li joperaw servizzi bl-ajru mill-Isvizzera lejn Stat tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa, min-naħa l-oħra, liema minnhom ikun l-aħħar.

Artikolu 3

Il-President tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jinnotifika lill-Isvizzera bl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u bl-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, jekk ikun hemm.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

(3)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(*)  [Ma hemm indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


REGOLAMENTI

28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 558/2012

tas-26 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin ikkonsenjati, inter alia, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea sew jekk le

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (2), il-Kunsill impona miżuri tal-antidumping fuq ħbula u kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula kolja, esklużi l-ħbula u l-kejbils magħmula minn azzar li ma jissaddadx, b’dimensjoni trażversali massima ta’ aktar minn 3 mm (“ċerti ħbula u kejbils tal-azzar” jew “il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 u li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu f’rata tad-dazju applikabbli għas-CIF nett, ħielsa minn prezz tal-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, ta’ 60,4 %.

(2)

Fit-12 ta’ Awwissu 2009 u wara talba mressqa mill-Kumitat Kollaborattiv tal-Industriji tal-Ħbula tal-Wajer tal-UE, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Dik l-investigazzjoni ġiet konkluża bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 (3), li permezz tiegħu l-Kunsill estenda d-dazju definittiv antidumping kontra ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea (“il-miżuri estiżi”). Permezz tal-istess Regolament, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjati minn ċerti kumpaniji Koreani msemmija speċifikament kienu esklużi minn dawn il-miżuri billi l-kumpaniji kkonċernati ma nstabux li kienu qed jevadu l-miżuri. Barra minn hekk, għalkemm xi kumpaniji Koreani kkonċernati kienu relatati ma’ kumpaniji tar-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri oriġinali, ma kien hemm l-ebda evidenza li t-tali relazzjoni nħolqot jew intużat għall-evażjoni tal-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ (4).

(3)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 (5) u wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill żamm dawn il-miżuri.

B.   BIDU TA’ REVIŻJONI

(4)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 969/2011 (6), il-Kummissjoni fetħet reviżjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 għall-fini tad-determinazzjoni tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawn il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, Seil Wire & Cable (‘l-applikant’), abbrogat id-dazju tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mingħand l-applikant, u għamlet l-importazzjoni minnu soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(5)

Ir-reviżjoni nfetħet hekk kif il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm biżżejjed evidenza prima facie rigward l-allegazzjonijiet tal-applikant li hu kien produttur esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku u li seta’ jissodisfa l-kriterji biex jingħata eżenzjoni għall-estensjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

(6)

Għalhekk, sar eżami biex jiġi stabbilit jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata eżenzjoni għall-miżuri estiżi kif stipulat fil-premessi (5) sa (7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2011, billi jiġi vverifikat li:

(i)

ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009;

(ii)

ma evitax il-miżuri applikabbli għal ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ; kif ukoll

(iii)

beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea wara tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-għan tad-determinazzjoni tal-issodisfar tal-kriterji ta’ hawn fuq. Dan il-proċess inkluda żjara ta’ verifika fil-post tan-negozju tal-applikant.

C.   IS-SEJBIET

(8)

L-applikant ta biżżejjed evidenza biex jipprova li ssodisfa t-tliet kriterji msemmija fil-premessa (6) ta’ hawn fuq. Tabilħaqq, dan jista’ jipprova li: i) ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009, ii) ma evitax il-miżuri applikabbli għal ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ, u iii) beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea wara t-30 ta’ Ġunju 2009. Għalhekk, l-eżenzjoni għandha tingħata lill-kumpanija kkonċernata.

D.   IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JIBBENEFIKAW MINN EŻENZJONI GĦALL-MIŻURI ESTIŻI

(9)

B’konsiderazzjoni tas-sejbiet tal-investigazzjoni kif indikat fil-premessa 8 ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-kumpanija Seil Wire & Cable għandha tiżdied mal-lista ta’ kumpaniji li huma eżentati mid-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiża għall-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea. Għalhekk, Seil Wire & Cable għandha tiżdied mal-lista ta’ kumpaniji msemmija individwalment skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012. Kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni għandha tkun bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jiġu ppreżentati b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tkun ippreżentata, id-dazju antidumping għandu jibqa’ japplika.

(10)

L-applikant u l-Industrija tal-Unjoni ġew infurmati bis-sejbiet tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Il-kummenti tagħhom ittieħdu f’kunsiderazzjoni fejn xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 għandha tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Korea

Bosung Wire Rope Co., Ltd, 568,Yongdeok-ri, Hallim-myeon, Gimae-si, Gyeongsangnam-do, 621-872

A969

 

Chung Woo Rope Co., Ltd, 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo-Gu, Busan

A969

 

CS Co., Ltd, 287-6 Soju-Dong Yangsan-City, Kyoungnam

A 969

 

Cosmo Wire Ltd, 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju-Kun, Ulsan

A969

 

Dae Heung Industrial Co., Ltd, 185 Pyunglim – Ri, Daesan-Myun, Haman – Gun, Gyungnam

A969

 

DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam

A969

 

Kiswire Ltd, 20th Fl. Jangkyo Bldg, 1, Jangkyo-Dong, Chung-Ku, Seoul

A969

 

Manho Rope & Wire Ltd, Dongho Bldg, 85-2 4 Street Joongang-Dong, Jong-gu, Busan

A969

 

Seil Wire and Cable, 47-4, Soju-Dong, Yangsan-Si, Kyungsangnamdo

A994

 

Shin Han Rope Co., Ltd, 715-8, Gojan-Dong, Namdong-gu, Incheon

A969

 

Ssang YONG Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan

A969

 

Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong,Changwon City, Gyungnam

A969 ”

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 969/2011. M’għandu jinġabar ebda dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet irreġistrati b’dan il-mod.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1.

(4)  Ara l-premessa 80 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010.

(5)  ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 7.


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 559/2012

tas-26 ta’ Ġunju 2012

li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali li tikkonċerna l-miżuri kompensatorji dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu tereftalat tal-poljetilene (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjoni preċedenti u l-miżuri kumpensatorji eżistenti

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (2), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tereftalat tal-poljetilene (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja. Is-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi ta’ reviżjoni aċċelerata skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005 (3). Wara reviżjoni ta’ skadenza u permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (4), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ieħor ta’ ħames snin. Il-miżuri kumpensatorji ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 (5) wara reviżjoni interim parzjali (“l-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni”). Il-miżuri kumpensatorji jikkonsistu f’dazju speċifiku. Ir-rata tad-dazju hija bejn EUR 0 u EUR 106,5 kull tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ EUR 69,4 kull tunnellata, imposta fuq importazzjonijiet tal-produtturi l-oħrajn kollha.

(2)

Wara li tbiddel isem kumpanija waħda Indjana, South Asian Petrochem Ltd, permezz tal-Avviż (KE) Nru 2010/C 335/07 (6), il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sejbiet kontra s-sussidji fir-rigward tas-South Asian Petrochem Ltd għandhom japplikaw għad-Dhunseri Petrochem & Tea Limited.

1.2.   Miżuri antidumping eżistenti

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2604/2000 (7), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina, inter alia, mill-Indja. Reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (8) (“ir-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping”) li tikkonċerna s-South Asian Petrochem Ltd twettqet sussegwentament u s-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi tagħha huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2005 (9). Wara reviżjoni ta’ skadenza u permezz tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 (10),il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv għal perjodu ieħor ta’ ħames snin. Il-miżuri antidumping ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 wara reviżjoni parzjali interim. Il-miżuri ġew stabbiliti fil-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara u kienu jikkonsistu f’dazji antidumping speċifiċi. Ir-rata tad-dazju hija bejn EUR 87,5 u EUR 200,9 kull tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ EUR 153,6 kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi l-oħrajn kollha (“il-miżuri antidumping attwali”).

(4)

Wara li nbidel isem kumpanija waħda Indjana, is-South Asian Petrochem Ltd, permezz tal-Avviż (KE) Nru 2010/C 335/06 (11), il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sejbiet kontra s-sussidji fir-rigward tas-South Asian Petrochem Ltd għandhom japplikaw għad-Dhunseri Petrochem & Tea Limited.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni 2005/697/KE (12), il-Kummissjoni aċċettat l-impenn offrut mis-South Asian Petrochem Ltd li tiffissa prezz minimu tal-importazzjoni (“l-impenn”). Wara li nbidel l-isem, il-Kummissjoni kkonkludiet permezz tal-Avviż (KE) Nru 2010/C335/05 (13) li l-impenn offrut mis-South Asian Petrochem Ltd għandu japplika għad-Dhunseri Petrochem & Tea Limited.

1.3.   Il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali

(6)

Saret talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku minn Dhunseri Petrochem & Tea Limited, produttur esportatur Indjan tal-PET (“l-applikant”). It-talba kienet limitata għall-ambitu tas-sussidju u limitata għall-applikant. L-applikant talab ukoll fl-istess waqt ir-reviżjoni tal-miżuri antidumping attwali. Id-dazji antidumping u kumpensatorji residwi huma applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti magħmula mill-applikant u l-bejgħ tal-applikant lill-Unjoni huwa kopert mill-impenn.

(7)

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-issoktar tal-applikazzjoni tal-miżura fil-livell attwali ma kienx aktar meħtieġ biex jitpatta s-sussidju kumpensabbli. B’mod partikolari, l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li l-ammont tas-sussidju tiegħu naqas sew taħt ir-rata ta’ dazju li bħalissa hija applikabbli għalih. Dan it-tnaqqis fil-livell ta’ sussidju ġenerali huwa prinċipalment minħabba t-tmiem tal-istatus tiegħu ta’ Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni (“UOE”). L-iskema UOE, li d-daqs tagħha kien ta’ 13,5 % kienet tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tas-sussidji ta’ 13,9 % stabbiliti waqt ir-reviżjoni aċċellerata.

(8)

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv u ddeterminat li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie, fit-2 ta’ April 2011 il-Kummissjoni ћabbret il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku permezz ta’ Notifika (KE) Nru 2011/C 102/08 (14). Ir-reviżjoni kienet limitata għall-ambitu tal-eżami tas-sussidju fir-rigward tal-applikant.

1.4.   Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

(9)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta u lill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu.

(10)

Parti interessata waħda talbet seduta ta’ smigħ u din it-talba ntlaqgħet.

(11)

Sabiex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u lill-Gvern tal-Indja (“GTI”) u rċeviet tweġibiet fi żmien l-iskadenza stipulata għal dan l-għan.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Il-Kummissjoni għamlet żjarat ta’ verifika fil-post lill-applikant f’Kolkota, l-Indja, u żjarat ta’ verifika fil-post lill-GTI fi New Delhi (Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani u l-Ministeru tal-Kummerċ) u f’Kolkota (Id-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija, il-Gvern tal-Bengal tal-Punent).

1.5.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni

(13)

L-investigazzjoni tas-sussidju kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”).

1.6.   Investigazzjoni antidumping parallela

(14)

Fit-2 ta’ April 2011 permezz ta’ Notifika 2011/C 102/09 (15), il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali tad-dazji attwali ta’ antidumping limitata għall-ambitu tal-eżami tad-dumping fir-rigward tal-istess applikant, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping.

(15)

Fl-investigazzjoni antidumping parallela nstab li t-tibdil mhuwiex ta’ natura dejjiema. Għaldaqstant, l-investigazzjoni tar-reviżjoni ġiet terminata mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa l-PET li għandu viskożità ta’ 78 ml/g jew aktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, ikklassifikat attwalment taħt il-kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”).

2.2.   Il-prodott simili

(17)

L-investigazzjoni svelat illi f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u użi, il-prodott ikkonċernat magħmul fl-Indja u mibjugħ lill-Unjoni huwa identiku għall-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indja. Gћalhekk, ġie konkluż li skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku l-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku u fis-suq tal-esportazzjoni, huma prodotti simili.

3.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

3.1.   Is-sussidju

(18)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GTI u l-applikant u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji:

 

Skemi nazzjonali:

(a)

L-Iskema tal-Passbook li Jagħti Jedd għad-Dazju (“DEPBS”);

(b)

Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (“UOE0”)/Żoni ta’ Proċessar tal-Esportazzjoni (“EPZ”)/Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZ”);

(c)

L-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Beni Kapitali (“EPCGS”);

(d)

Skema ta’ Fokus fuq is-Suq (“FMS”);

(e)

L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”);

(f)

Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”).

 

Skemi reġjonali:

(g)

L-Iskema ta’ Inċentiva tal-Bengal tal-Punent (“WBIS”).

(19)

L-iskemi minn (a) sa (d) speċifikati fil-premessa (18) huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ in-notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-Politika tal-Kummerċ Barrani (“PKB”), li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u li jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti tal-PKB huma relevanti għall-PIR ta’ dan il-każ, jiġifieri, l-FTP 04-09 u l-FTP 09-14. Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f’Awwissu 2009. Barra minn hekk, il-GTI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 fil-“Manwal tal-Proċeduri, Volum I” (“HOP I 04-09” u “HOP I 09-14” rispettivament). Il-Manwal tal-Proċeduri wkoll jiġi aġġornat fuq bażi regolari.

(20)

L-Iskema (e) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35A tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Banek tal-1949, li jippermetti lill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (“RBI”) biex jidderiġi l-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni.

(21)

L-iskema (f) hija bbażata fuq l-Att tal-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul, li huwa emendat bl-Att annwali dwar il-Finanzi.

(22)

L-iskema (g) hija amministrata mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent u hija stabbilita fin-notifika Nru 580-CI/H tat-22 ta’ Ġunju 1999 tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Gvern tal-Bengal tal-Punent, li hija sostitwita bin-notifika Nru 134-CI/O/Incentive/17/03/I tal-24 ta’ Marzu 2004.

3.2.   L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolament tad-Dazji (“DEPBS”)

(a)   Bażi Legali

(23)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEBPS tinsab fil-paragrafi 4.3 tal-politika-FTP 04-09 u l-politika-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(24)

Kull manifattur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   L-implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

(25)

Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur ta’ prodotti esportati f’din l-iskema. Dawn ir-rati DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jiġu ddeterminati mingħajr ma jitqies jekk id-dazji tal-importazzjoni jkunux tħallsu jew le. Ir-rata tad-DEPBS għall-prodott ikkonċernat waqt il-PIR tal-investigazzjoni attwali kienet ta’ 8 % tal-valur FOB, suġġett għal limitu massimu tal-valur ta’ INR 58/kg. B’riżultat ta’ dan, il-benefiċċju massimu huwa ta’ INR 4,64/kg.

(26)

Sabiex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument tat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed issir skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu tad-DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. Fil-mument meta tinħareġ il-polza tal-esportazzjoni, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċji li għandu jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti għall-kalkolu tal-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien meta tkun saret id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni. Għalhekk, emenda retroattiva għal-livell tal-benefiċċju, mhijiex possibbli.

(27)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodotti li jistgħu jiġu importati mingħajr restrizzjonijiet, ħlief beni kapitali. Il-prodotti importati b’dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(28)

L-applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPBS jiddaħħlu elettronikament u jistgħu jkopru ammont illimitat ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni. Ma japplikawx skadenzi stretti għal krediti tad-DEPBS, de facto. Is-sistema elettronika użata għall-ġestjoni tad-DEPBS ma teskludix awtomatikament it-transazzjonijiet tal-esportazzjoni li jaqbżu l-iskadenza għas-sottomissjoni msemmija fil-paragrafu 4.47 tal-HOP I 04-09 u l-HOP I 09-14. Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-paragrafu 9.3 tal-HOP I 04-09 u u l-HOP 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati soġġett għall-impożizzjoni ta’ penali minuri (jiġifieri 10 % tal-intitolament).

(29)

Instab li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Il-konklużjonijiet dwar id-DEPBS

(30)

Id-DEPBS jipprovdi s-sussidji skont it-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 u l-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, peress li l-kreditu eventwalment jintuża biex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk inaqqas id-dħul tal-GI mid-dazji li kieku jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(31)

Barra dan, id-DEPBS huwa subordinat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

(32)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni fis-sens tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku kif iddikjarat mill-applikant. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fil-punt (i) tal-Anness I, fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għas sistemi ta’ sostituzzjoni ta’ rtirar tad-dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu ebda obbligu li jikkonsma l-prodotti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-inputs li effettivament intużaw. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala inputs, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS.

(e)   L-abolizzjoni tad-DEPBS

(33)

Permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 54 (RE-2010)/2009-2014 tas-17 ta’ Ġunju 2011, id-DEPBS ġiet estiża għall-aħħar darba għal tliet xhur sat-30 ta’ Settembru 2011. Billi ma ġiet ippubblikata ebda estenzjoni wara dan, id-DEPBS effettivament ġiet irtirata mit-30 ta’ Settembru 2011 ’il quddiem. B’konsegwenza ta’ dan, din l-iskema ma tagħti l-ebda benefiċċji lill-applikant wara t-30 ta’ Settembru 2011. Għaldaqstant irid jiġi vverifikat jekk, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, iridux jiġu imposti l-miżuri fuq din-l-iskema.

(34)

F’dan ir-rigward, kien stabbilit li l-applikant irċieva benefiċċji simili skont l-iskema parallela ta’ rifużjoni tad-dazju. Ir-rata tar-rifużjoni tad-dazju għall-PET kienet ta’ 5,5 % tal-valur FOB, soġġett għall-ammont massimu ta’ INR 5,50/kg. Iżda billi l-iskema ta’ rifużjoni tad-dazji ma ntużatx waqt il-PIR, mhuwiex possibbli li jiġi kkalkulat l-ammont tas-sussidju għal din l-iskema.

(35)

L-applikant asserixxa li l-iskema ta’ Rifużjoni ta’ Dazji tikkonforma mal-“linji gwida dwar il-konsum tal-inputs fil-proċess tal-produzzjoni” fl-Anness II tar-Regolament bażiku, b’mod speċifiku fil-paragrafu I ta’ dan l-Anness. Iżda ġie stabbilit li, bħad- DEPBS, ir-rata tar-refużjoni tad-dazju tiġi ddeterminata mingħajr ma jitqies jekk ikunux tħallsu d-dazji tal-importazzjoni.

(f)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(36)

Skont il-punt (2) tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevitur, li jinstab li jeżisti waqt il-PIR. F’dan ir-rigward, tqies li l-benefiċċju huwa konferit lir-riċevitur fil-mument meta tranżazzjoni ta’ esportazzjoni ssir skont din l-iskema. F’dan il-mument, il-GTI huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(37)

Fid-dawl ta’ dan, jitqies li jkun xieraq li jiġi vvalutat il-benefiċċju skont id-DEPBS bħala s-somma tal-krediti ggwadanjati fuq it-tranżazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni li saru skont din l-iskema matul l-PIR.

(38)

Meta saru talbiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex jinkisbu l-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.

(39)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidju ġew allokati fuq il-fatturat kollu tal-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(40)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal 6,7 %.

3.3.   Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (“UOE”)/Żoni ta’ Proċessar tal-Esportazzjoni (“EPZ”)/Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZ”)

(41)

Waqt l-investigazzjoni nstab li l-applikant ma kiseb ebda benefiċċju skont l-UOE/EPZ/SEZ matul il-PIR. Għalhekk ma kienx meħtieġ li dawn l-iskemi jiġu analizzati f’din l-investigazzjoni.

3.4.   Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni tal-Beni Kapitali (“EPCGS”)

(a)   Bażi ġuridika

(42)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 04-09 u tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(43)

L-esportaturi manifatturi, l-esportaturi negozjanti “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri tas-servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   L-implimentazzjoni prattika

(44)

Skont il-kondizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija hija awtorizzata li timporta beni kapitali (beni kapitali ġodda u dawk użati sa massimu ta’ 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju doganali. Għal dan l-għan, il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u pagament ta’ ħlas. L-iskema tistipula rata ta’ dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-beni kapitali kollha importati skont l-iskema. Sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, il-beni kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Skont il-FTP 09-14, il-beni kapitali jistgħu jiġu importati b’rata ta’ dazju ta’ 0 % skont l-EPCGS, iżda f’każ bħal dan il-perjodu taż-żmien għas-sodisfazzjon tal-obbligu ta’ esportazzjoni huwa iqsar.

(45)

Id-detentur tal-liċenzja EPCGS jista’ wkoll iġib il-beni kapitali minn sors indiġenu. F’dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ beni kapitali jista’ japprofitta mill-benefiċċju ta’ importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn il-beni kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni li jqis li jkun wettaq fir-rigward tal-provvista ta’ beni kapitali lid-detentur ta’ liċenzja EPCGS.

(46)

Instab li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Konklużjoni dwar l-EPCGS

(47)

L-EPCGS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 u l-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, billi d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(48)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija subordinata fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4), tar-Regolament bażiku. Ġie ddikjarat mill-applikant li s-sussidji tal-EPCGS fir-rigward tax-xiri tal-beni kapitali fejn l-obbligu ta’ esportazzjoni kien diġà sodisfatt qabel il-PIR ma għandhomx jibqgħu jiġu ttrattati bħala subordinati għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk dawn ma għandhomx jiġu ttrattati bħala sussidji speċifiċi u ma għandhomx jiġu kkompensati. Madankollu, din id-dikjarazzjoni għandha tinċaħad. Għandu jiġi enfasizzat li s-sussidju fih innifsu huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri ma kienx jingħata kieku l-kumpanija ma aċċettatx ċertu obbligu ta’ esportazzjoni.

(49)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar ta’ dazju jew sistema ta’ rtirar sostituttiva fit-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Il-beni kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fil-punt (i) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(50)

L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq beni kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ dawn il-beni kapitali fl-industrija kkonċernata, jiġifieri 18,93 snin. L-imgħaxijiet għandhom jiġu miżjuda ma’ dan l-ammont sabiex jirriflettu l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta’ imgħaxijiet kummerċjali għas-self fil-munita lokali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni fl-Indja kienet meqjusa li hi xierqa għal dan l-iskop.

(51)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi mill-mod kif tkun marret l-esportazzjoni.

(52)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal 0,6 %.

3.5.   Skema ta’ Fokus fuq is-Suq (“FMS”)

(a)   Bażi ġuridika

(53)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-paragrafi 3.9.1 sa 3.9.2.2 tal-FTP 04-09 u l-paragrafi 3.14.1 sa 3.14.3 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafi 3.20 sa 3.20.3 tal-HOP I 04-09 u l-paragrafi 3.8 sa 3.8.2 tal-HOP I 09-14.

(b)   L-eliġibbiltà

(54)

Kull manifattur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   L-implimentazzjoni prattika

(55)

Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi notifikati skont l-Appendiċi 37(C) tal-HOP I 04-09 u l-HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta’ dazji ekwivalwenti għal 2,5 % tal-valur FOB tal-prodotti esportati skont din l-iskema. Ċertu tip ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, eż. esportazzjonijiet ta’ prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, prodotti meqjusa għall-esportazzjoni, esportazzjonijiet ta’ servizzi u l-qligħ tal-esportazzjoni ta’ unitajiet li joperaw skont żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Ċerti tipi ta’ prodotti huma wkoll esklużi mill-iskema, eż. djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt.

(56)

Il-krediti tad-dazju skont l-FMS huma trasferibbli liberament u validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data ta’ ħruġ taċ-ċertifikat ta’ intitolament tal-kreditu rilevanti. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe inputs jew prodotti, inklużi prodotti kapitali.

(57)

Iċ-ċertifikat ta’ intitolament ta’ kreditu jinħareġ mill-port minn fejn saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-applikant jipprovdi l-kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (pereżempju, ordni ta’ esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta’ realizzazzjoni mill-bank), lill-awtoritajiet, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(58)

Instab li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Il-konklużjoni dwar l-FMS

(59)

L-FMS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 u l-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ibaxxi d-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tal-FMS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(60)

Iktar minn hekk, l-FMS huwa subordinat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u jista’ jiġi kkumpensat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

(61)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi r-rifużjoni ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fil-punt (i) tal-Anness I, fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta’ sostituzzjoni tal-irtirar tad-dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu ebda obbligu li effettivament jikkonsma l-prodotti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-inputs li effettivament intużaw. Mhemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS mingħajr ma jingħata każ jekk jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal tal-input. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jintużaw bħala input jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista’ juża l-krediti tad-dazju FMS biex jimporta beni kapitali għalkemm il-beni kapitali mhumiex koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi permissibbli tal-irtirar tad-dazju, kif stipulat fil-punt (i) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, għaliex ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(62)

L-ammont ta’ sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li jinstab li jeżisti matul il-PIR li jingħata lir-riċevitur, kif prenotat mill-produttur esportatur li kkoopera b’sistema ta’ akkumulazzjoni bħala dħul fl-istadju ta’ transazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa subordinat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(63)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal inqas minn 0,1 %.

3.6.   L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)

(64)

Ġie stabbilit li l-applikant irċieva l-benefiċċju ta’ rati ta’ interessi preferenzjali għall-finanzjament tal-esportazzjonijiet tiegħu waqt il-PIR sat-30 ta’ Ġunju 2011. Il-bażi legali għal din ir-rata ta’ interessi preferenzjali hija stabbilita fil-Master Circular on Rupee/Foreign Currency Export Credit & Customer Services to Exporters DBOD No DIR.(Exp). BC 07/04.02.02/2009-10 tar-RBI, li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

(65)

Fl-1 ta’ Lulju 2011, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ECS (Skema ta’ Kreditu ta’ Esportazzjoni) ġew riveduti mill-Master Circular on Rupee/Foreign Currency Export Credit & Customer Services to Exporters DBOD No. DIR. (Exp). BC.04/04.02.002/2011-12 tal-RBI. Il-kundizzjonijiet riveduti ma taw ebda benefiċċju lill-applikant. Għalhekk, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, din l-iskema m’għandhiex tkun ikkumpensata.

3.7.   L-Iskema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)

(66)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-applikant ma kiseb l-ebda benefiċċju mill-ITES waqt il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

3.8.   L-Iskema ta’ Inċentivi tak-Bengal tal-Punent 1999 (“WBIS 1999”)

(67)

L-Istat tal-Bengal tal-Punent jagħti l-inċentivi lill-impriżi industrijali eliġibbli fis-sura ta’ għadd ta’ benefiċċji li jinkludu eżenzjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ u tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali fuq il-bejgħ ta’ oġġetti kompluti, biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp industrijali ta’ żoni li huma inqas żviluppati ekonomikament f’dan l-Istat.

(a)   Bażi ġuridika

(68)

Id-deskrizzjoni ddettaljata ta’ din l-iskema kif applikata mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent hija stabbilita f’din in-Notifika Nru 580-CI/H tat-22 ta’ Ġunju 1999 tad-Dipartiment tal-Kumnmerċ u l-Industrija tal-Gvern tal-Bengal tal-Punent.

(b)   L-eliġibbiltà

(69)

Il-kumpaniji li qed iwaqqfu stabbilimenti industrijali ġodda jew qed ikabbru fuq skala kbira, stabbilimenti industrijali eżistenti f’żoni li għadhom mhux żviluppati, huma eliġibbli li jgawdu mill-benefiċċji ta’ din l-iskema. Madankollu, teżisti lista eżawrjenti ta’ industriji li mhumiex eliġibbli (lista negattiva tal-industriji) li qed iżżomm il-kumpaniji f’ċerti oqsma ta’ operazzjonijiet milli jgawdu mill-inċentivi.

(c)   L-implimentazzjoni prattika

(70)

F’din l-iskema, il-kumpaniji jridu jinvestu f’żoni li għadhom mhux żviluppati. Dawn iż-żoni, li jirrappreżentaw ċerti unitajiet territorjali fil-Bengal tal-Punent huma klassifikati f’kategoriji differenti skont l-iżvilupp ekonomiku tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin hemm żoni żviluppati esklużi mill-applikazzjoni tal-iskemi ta’ inċentiva. Il-kriterju ewlieni biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ inċentivi huwa d-daqs tal-investiment u ż-żona fejn tinsab l-intrapriża jew se tkun tinsab.

(d)   Konklużjoni

(71)

Din l-iskema tipprovdi s-sussidji fit-tifsira tal-punt (1)(a)(ii) tal-Artikoli 3 u l-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Hija tikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent, peress li l-inċentivi mogħtija, fil-każ attwali eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-bejgħ u tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, inaqqsu d-dħul mit-taxxa li kienet tkun dovuta Barra dan, dawn l-inċentivi jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji, għaliex itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom peress li ma jitħallsux taxxi li kienu jkunu dovuti.

(72)

Barra minn hekk, l-iskema hija speċifika għar-reġjun fit-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku billi hija disponibbli biss għal ċerti kumpaniji li nvestew f’ċerti żoni geografiċi nominati fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-Istat ikkonċernat. Mhijiex disponibbli għal kumpaniji li mhumiex f’dawn iż-żoni u, apparti hekk, il-livell tal-benefiċċju huwa differenzjat skont iż-żona kkonċernata.

(73)

Għalhekk id-WBIS 1999 hija kumpensabbli.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(74)

L-ammont ta’ sussidju ġie ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta’ taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali normalment dovut matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni imma li b’din l-iskema baqa’ ma tħallasx. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) imbagħad ġie allokat fuq il-bejgħ kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju mhuwiex subordinat għall-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ir-rata ta’ sussidju miksub kien jammonta għal 1,4 %.

3.9.   L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli

(75)

L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli ddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-applikant huwa ta’ 8,7 %. Dawn l-ammonti ta’ sussidjar jaqbżu l-limitu de minimis imsemmi skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(76)

Il-livelli tas-sussidjar għall-applikant stabbiliti fil-proċedura attwali jidhru hawn taħt:

Skemi

DEPBS

EPCGS

FMS

WBIS

Total

Dhunseri Petrochem & Tea Ltd

6,7  %

0,6  %

< 0,1 %

1,4  %

8,7  %

(77)

Għalhekk huwa meqjus li, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, is-sussidju baqa’ għaddej matul il-PIR.

3.10.   In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tas-sussidju

(78)

Skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġonevoli li jitqies li ċ-ċirkustanzi mibdula huma ta’ natura dejjiema.

(79)

Ġie stabbilit li, matul il-PIR, l-applikant kompla jibbenefika mill-għoti ta’ sussidji kumpensabbli mill-GTI. Barra minn hekk, ir-rata tas-sussidju li nstabet matul din ir-reviżjoni hija inqas minn dik stabbilita matul l-aħħar investigazzjoni ta’ reviżjoni. Ġie stabbilit ukoll li l-bidliet li qal li saru l-applikant fil-premessa (7) kienu tabilħaqq saru fir-realtà. Fil-fatt, l-applikant ma baqax jibbenefika mill-iskema UOE matul il-PIR, kif inhu indikat fil-premessa (41).

(80)

Iżda ġie stabbilit ukoll li l-iżjed skema importanti użata mill-applikant matul il-PIR (jiġifieri d-DEBPS ma baqgħetx tintuża fit-30 ta’ Settembru 2011, u bħalissa qed tintuża skema oħra mill-applikant (jiġifieri rtirar tad-dazju) li ma ntużatx waqt il-PIR. Għalhekk jidher ċar li s-sitwazzjoni li kienet teżisti waqt il-PIR mhijiex ta’ natura dejjiema, billi din diġà nbidlet b’mod sinifikanti minn dak iż-żmien ’l hawn.

(81)

Għalhekk ġie konkluż li l-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali għandha tintemm mingħajr ma jinbidlu l-miżuri kompensatorji li hemm fis-seħħ. L-applikant kif ukoll il-partijiet ikkonċernati l-oħra ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi propost l-għeluq tal-investigazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tereftalat tal-poljetilene li attwalment huma kklassifikati bil-kodiċi NM 3907 60 20, u li joriġinaw, inter alia, mill-Indja hija b’dan mitmuma mingħajr emendi għall-miżuri fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 266, 11.10.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34.

(5)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1.

(6)  ĠU C 335, 11.12.2010, p. 7.

(7)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21.

(8)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(9)  ĠU L 266, 11.10.2005, p. 10.

(10)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 1.

(11)  ĠU C 335, 11.12.2010, p. 6.

(12)  ĠU L 266, 11.10.2005, p. 62.

(13)  ĠU C 335, 11.12.2010, p. 5.

(14)  ĠU C 102, 2.4.2011, p. 15.

(15)  ĠU C 102, 2.4.2011, p. 18.


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 560/2012

tas-26 ta’ Ġunju 2012

li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali dwar il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2604/2000 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-polietilentereftalat (“PET”) li joriġina mill-Indja, fost pajjiżi oħra. Sussegwentement twettqet reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku dwar South Asian Petrochem Ltd u s-sejbiet u l-konklużjonijiet jinsabu stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2005 (3). Wara reviżjoni ta’ skadenza u permezz tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 (4), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin. Il-miżuri anti-dumping ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 (5) wara reviżjoni interim parzjali (“l-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni”). Dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji anti-dumping speċifiċi. Ir-rata tad-dazju hija bejn EUR 87,5 u EUR 200,9 kull tunnellata għal produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ EUR 153,6 kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet minn produtturi oħra (“id-dazji attwali”).

(2)

Wara tibdil fl-isem tal-kumpanija Indjana, South Asian Petrochem Ltd, il-Kummissjoni kkonkludiet permezz tan-Notifika 2010/C 335/06 (6) li s-sejbiet anti-dumping fir-rigward ta’ South Asian Petrochem Ltd għandhom japplikaw għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (7), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina mill-Indja, fost pajjiżi oħra. Wara reviżjoni aċċellerata skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (8) (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji”), il-miżuri definittivi ġew emendati kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005 (9). Wara reviżjoni ta’ skadenza u permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (10), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin. Il-miżuri kumpensatorji ġew emendati bir-Regolament (KE) Nru 1286/2008 wara l-aħħar l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Dawn il-miżuri kumpensatorji jikkonsistu f’dazju speċifiku. Ir-rata tad-dazju hija bejn EUR 0 u EUR 106,5 kull tunnellata għal produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ EUR 69,4 kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet minn produtturi oħra (“il-miżuri kumpensatorji attwali”).

(4)

Wara tibdil fl-isem tal-kumpanija Indjana, South Asian Petrochem Ltd, il-Kummissjoni kkonkludiet permezz tan-Notifika 2010/C 335/07 (11), li s-sejbiet kontra s-sussidji fir-rigward ta’ South Asian Petrochem Ltd għandhom japplikaw għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni 2005/697/KE (12), il-Kummissjoni aċċettat l-impenn minn South Asian Petrochem Ltd li tiffissa prezz minimu tal-importazzjoni (“l-impenn”). Wara tibdil fl-isem tal-kumpanija, il-Kummissjoni kkonkludiet permezz tan-Notifika 2010/C 335/05 (13) li l-impenn offrut minn South Asian Petrochem Ltd għandu japplika għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited.

1.2.   It-talba għal reviżjoni

(6)

Tressqet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku minn Dhunseri Petrochem & Tea Ltd, produttur esportatur Indjan tal-PET(“l-applikant”). It-talba kienet limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni għad-dumping u għall-applikant. Fl-istess waqt, l-applikant talab ukoll ir-reviżjoni tal-miżuri kumpensatorji attwali. Id-dazju anti-dumping u dak kumpensatorju japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati mill-applikant u l-bejgħ tal-applikant lill-Unjoni huwa kopert mill-impenn.

(7)

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-issoktar tal-applikazzjoni tad-dazju attwali fil-livell attwali tiegħu ma kienx aktar meħtieġ biex jitpatta d-dumping. B’mod partikolari, l-applikant stqarr li kien hemm tibdil sinifikanti fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-kumpanija u li dan it-tibdil wassal għal marġni ta’ dumping sostanzjalment aktar baxx minn mindu ġew imposti d-dazji attwali. Tqabbil li sar mill-applikant bejn il-prezzijiet domestiċi tiegħu u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni jissuġġerixxi li l-marġni ta’ dumping kien sostanzjalment aktar baxx mil-livell tad-dazji attwali.

1.3.   Il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali

(8)

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv u ddeterminat li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika l-bidu tar-reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ħabbret fit-2 ta’ April 2011, permezz ta’ Notifika 2011/C 102/09 (14), il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata għall-eżami tad-dumping sa fejn jikkonċerna lill-applikant (“in-Notifika ta’ bidu”).

1.4.   Reviżjoni interim parzjali parallela tal-miżuri kumpensatorji

(9)

Fit-2 ta’ April 2011, permezz ta’ Notifika 2011/C 102/08 (15), il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni għas-sussidjar u għall-applikant.

(10)

Fir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri kumpensatorji nstab li t-tibdil mhuwiex ta’ natura dejjiema. Għaldaqstant, l-investigazzjoni tar-reviżjoni ġiet terminata mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ.

1.5.   Il-partijiet ikkonċernati

(11)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

(12)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa dwar il-possibbiltà li jitolbu seduta ta’ smigħ. Intalbet u ngħatat seduta ta’ smigħ waħda.

(13)

Sabiex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba fi żmien l-iskadenza stipulata għal dan l-għan.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hi qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tad-dumping. Il-Kummissjoni wettqet żjara ta’ verifika fl-uffiċċji tal-applikant f’Kolkata, l-Indja u f’Haldia, l-Indja.

2.   IRTIRAR TAT-TALBA U TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

(15)

Permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni datata t-18 ta’ April 2012, l-applikant irtira formalment it-talba tiegħu għar-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-duming applikabbli għall-importazzjonijiet tal-PET li joriġina mill-Indja. L-irtirar huwa ġġustifikat prinċipalment mill-espansjoni ulterjuri tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-applikant li turi li t-tibdil fir-rigward tad-dumping mhuwiex ta’ natura dejjiema minħabba tnaqqis ulterjuri imminenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni. L-applikant iddikjara li hu l-proċess ta’ tibdil kontinwu li jqajjem dubji dwar in-natura dejjiema tat-tibdil stabbilit matul l-investigazzjoni. Ġie stabbilit li, għalkemm xi wħud mit-tibdiliet stabbiliti matul l-investigazzjoni kienu ta’ natura dejjiema, il-kumpanija tinsab effettivament fi proċess ta’ tibdil kontinwu.

(16)

Fid-dawl tal-irtirar, ġie kkunsidrat jekk ikunx iġġustifikat illi l-investigazzjoni tar-reviżjoni tissokta ex officio. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma sabu l-ebda raġuni valida biex iqisu li t-terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, l-investigazzjoni tar-reviżjoni għandha tiġi terminata.

(17)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa dwar l-intenzjoni li l-investigazzjoni tar-reviżjoni tiġi terminata u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(18)

Għaldaqstant, ġie konkluż li r-reviżjoni dwar l-importazzjonijiet tal-PET li joriġina mill-Indja għandha tiġi terminata mingħajr ma jiġu emendati l-miżuri anti-dumping fis-seħħ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, fost pajjiżi oħra, mibdija skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, huwa b’dan terminat mingħajr emendi għall-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21.

(3)  ĠU L 266, 11.10.2005, p. 10.

(4)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1.

(6)  ĠU C 335, 11.12.2010, p. 6.

(7)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1.

(8)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(9)  ĠU L 266, 11.10.2005, p. 1.

(10)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34.

(11)  ĠU C 335, 11.12.2010, p. 7.

(12)  ĠU L 226, 11.10.2005, p. 62.

(13)  ĠU C 335, 11.12.2010, p. 5.

(14)  ĠU C 102, 2.4.2011, p. 18.

(15)  ĠU C 102, 2.4.2011, p. 15.


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 561/2012

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista’ toħloq theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dak ir-Regolament ġie mibdul bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3) li iktar tard kien mibdul bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4).

(3)

L-awtoritajiet Ġappuniżi reċentement irrapportaw nuqqas ta’ konformità frekwenti fix-shiitake imkabbar fuq iz-zkuk tas-siġar (log-grown shiitake) li joriġina fil-prefettura ta' Iwate. Il-livelli tas-somma ta' ċesju-134 u ċesju-137 li nstabu fix-shiitake imkabbar fuq iz-zkuk tas-siġar qabżu l-livell massimu strett ta’ 100 Becquerel/kg, fl-applikazzjoni fil-Ġappun sa mill-1 ta' April 2012. Ukoll, f'għadd sinifikanti ta' kampjuni, il-livelli misjuba kienu ogħla mil-livell massimu applikabbli qabel l-1 ta' April 2012 (500 Becquerel/kg). Barra minn hekk, ġiet irrappurtata nuqqas ta’ konformità fi ftit kampjuni tal-felċa u ta' ħut li joriġinaw f'Iwate. Il-prefettura ta' Iwate mhijiex fost il-prefetturi taż-żona milquta, fejn jinħtieġ l-ittestjar tal-għalf u l-ikel kollu li joriġina minn dawn il-prefetturi qabel ma dan jiġi esportat lejn l-Unjoni. Minħabba dawn is-sejbiet riċenti, huwa xieraq li l-prefettura ta' Iwate tiżdied maż-żona milquta.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:

(a)

il-prodotti nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew

(b)

il-prodotti joriġinaw u ġejjin minn prefettura oħra għajr dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka u Iwate; jew

(c)

il-prodotti ġejjin mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa, Shizuoka u Iwate, iżda ma joriġinawx minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġewx esposti għar-radjoattività matul it-tranżitu; jew

(d)

meta l-prodotti joriġinaw mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa, Shizuoka u Iwate, il-prodotti huma akkumpanjati minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi."

(2)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżura ta' tranżizzjoni

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jekk huma akkumpanjati minn dikjarazzjoni skont il-mudell preċedenti tad-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament meta:

(a)

il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

id-dikjarazzjoni tkun inħarġet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-prodotti jkunu ħallew il-Ġappun mhux aktar minn għaxart ijiem tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5.

(3)  ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.

(4)  ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16.


ANNESS

“ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 562/2012

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 fir-rigward tad-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), il-fajl tal-applikazzjoni għandu jinkludi d-dejta disponibbli kollha rilevanti għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tar-riskju.

(2)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 234/2011 rigward id-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel, għandha tingħata informazzjoni fuq dejta bijoloġika u tossikoloġika.

(3)

Għadd ta’ enżimi tal-ikel attwalment imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ġew evalwati u awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fi Franza u fid-Danimarka skont il-linji gwida għall-preżentazzjoni tad-dejta dwar l-enżimi tal-ikel tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (“SCF”) stabbilit fl-opinjoni espressa fil-11 ta' April 1991 (ippubblikata fl-1992) (3). Ftit enżimi tal-ikel (eż. kimożina, invertażi u ureażi) ukoll ġew evalwati mill-SCF (4).

(4)

Fir-rigward tal-proprjetajiet tossikoloġiċi tat-tħejjijiet tal-enżimi, il-linji gwida tal-SCF indikaw li l-enżimi tal-ikel derivati minn partijiet li jittieklu ta' pjanti u annimali (li mhumiex ġenetikament modifikati) huma ġeneralment meqjusa li ma joħolqu l-ebda problemi għas-saħħa. Skont il-linji gwida ma hemmx il-ħtieġa li tiġi fornuta xi dokumentazzjoni speċjali għas-sigurtà sakemm il-konsum potenzjali taħt użu normali ma jwassalx għal inġestjoni ta' kwalunkwe komponenti li hija akbar minn dik mistennija minn konsum normali tas-sors bħala tali, u sakemm jistgħu jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet kimiċi u mikrobijoloġiċi sodisfaċenti.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fil-linji gwida tagħha dwar ir-rekwiżiti tad-dejta għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-enzima tal-ikel (5), indikat ukoll li l-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' forniment ta' dejta tossikoloġika għal enżimi tal-ikel minn partijiet li jittieklu tal-animali u pjanti li mhumiex ġenetikament modifikati jistgħu jinkludu storja dokumentata dwar is-sigurtà tas-sors tal-enżimi tal-ikel, il-kompożizzjoni u l-proprjetajiet tal-enzima tal-ikel kif ukoll l-użu tagħhom fl-ikel li ma juri ebda effetti negattivi għas-saħħa tal-bniedem meta jiġu kkunsmati b’mod simili, u dan għandu jkun sostnut bi kwalunkwe studji tossikoloġiċi eżistenti. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-enżima għall-enżimi tal-ikel minn tali sorsi li jittieklu ma għandhiex tkun meħtieġa li tinkludi dejta tossikoloġika.

(6)

Il-kunċett ta' Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata (Qualified Presumption of Safety minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “QPS”) (6) ġie stabbilit mill-Awtorità bħala għodda għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' mikro-organiżmi introdotti fil-katina alimentari jew direttament jew bħala sors ta’ addittivi jew enżimi tal-ikel. Dan il-kunċett ifisser li, fejn razza ta’ mikro-organiżmu tiġi assenjata lil grupp ta' QPS u tissodisfa l-kwalifiki speċifiċi, l-Awtorità ma għandhiex għalfejn twettaq aktar valutazzjoni dwar is-sigurtà tar-razza tal-produzzjoni. Għalhekk, jekk il-mikro-organiżmu użat fil-produzzjoni ta' enżima tal-ikel għandu status ta' QPS skont il-lista l-aktar riċenti ta' aġenti bijoloġiċi rrakkomandati mill-QPS u adottati mill-Awtorità, l-applikazzjoni tal-enzima ma għandhiex tkun meħtieġa li tinkludi dejta tossikoloġika. Madankollu, jekk ir-residwi, l-impuritajiet, il-prodotti tad-degradazzjoni marbuta mal-proċess tal-produzzjoni totali tal-enżimi (il-produzzjoni, l-irkupru u l-ippurifikazzjoni) jistgħu jagħtu lok għal tħassib, l-Awtorità, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, tista’ titlob dejta addizzjonali għall-valutazzjoni tar-riskju, inkluż dejta tossikoloġika.

(7)

Skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (7), enżima tal-ikel tista' tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni biss jekk ma toħloqx tħassib għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell tal-użu propost, u dan abbażi tal-evidenza xjentifika disponibbli. It-tnaqqis tad-dejta meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju f'relazzjoni mal-enżimi tal-ikel miksuba minn partijiet li jittieklu ta' annimali u pjanti mhux ġenetikament modifikati, u minn mikro-organiżmi li għandhom status ta' QPS ma għandux impatt negattiv fuq il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq l-SCF u l-gwida tal-Awtorità.

(8)

Fir-rigward tat-tpoġġija fi gruppi speċifiċi ta’ enżimi tal-ikel f’applikazzjoni waħda, l-Awtorità diġà indikat fil-gwida tagħha dwar ir-rekwiżiti tad-dejta għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-enżimi tal-ikel li enżimi tal-ikel speċifiċi bl-istess attività katalitika, prodotti mill-istess razza ta' mikro-organiżmi u b’sostanzjalment l-istess proċess ta' manifattura jistgħu jinġabru f’applikazzjoni waħda, anke jekk bħala regola kull enżima tal-ikel individwali għandha tiġi vvalutata.

(9)

Huwa xieraq li l-enżimi tal-ikel miksuba minn partijiet li jittieklu ta' pjanti jew annimali li jkollhom l-istess attività katalitika u li huma pproċessati mill-istess sors (eż. fil-livell ta' speċi) u b’sostanzjalment l-istess proċess tal-produzzjoni jistgħu jinġabru taħt applikazzjoni waħda.

(10)

Huwa xieraq ukoll li l-enżimi tal-ikel miksuba minn mikro-organiżmi li jkollhom status ta' QPS jew minn mikro-organiżmi li ntużaw fil-produzzjoni ta’ enżimi tal-ikel li ġew evalwati u awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti fi Franza jew fid-Danimarka bi qbil mal-linji gwida tal-SCF tal-1992 jistgħu jinġabru taħt applikazzjoni waħda taħt l-istess kundizzjonijiet.

(11)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, matul il-valutazzjoni tar-riskju l-Awtorità tista’ titlob informazzjoni addizzjonali f’każi ġustifikati.

(12)

Il-formolazzjoni tal-lista tal-Unjoni tal-enżimi tal-ikel għandha ssir bla xkiel u ma għandhiex tfixkel is-suq eżistenti tal-enżimi tal-ikel. Id-deroga mill-preżentazzjoni tad-dejta tossikoloġika u l-possibbiltà ta’ ġbir ta' fajls fi gruppi se jnaqqsu l-piż fuq l-applikanti u b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(13)

Id-deroga mill-preżentazzjoni tad-dejta tossikoloġika u l-possibbiltà ta’ ġbir ta' fajls fi gruppi ma għandhomx japplikaw għal enżimi tal-ikel li huma prodotti minn pjanti jew annimali ġenetikament modifikati kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (8) u lanqas għal enżimi tal-ikel li huma prodotti minn mikro-organiżmi ġenetikament modifikati jew prodotti b'dawn il-mikro-organiżmi kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (9). Madankollu, fir-rigward ta' enżimi tal-ikel miksuba minn mikro-organiżmi ġenetikament modifikati bl-użu tat-tekniki elenkati fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 4 tad-Direttiva 2009/41/KE, id-deroga mill-preżentazzjoni tad-dejta tossikoloġika għandha tapplika jekk ir-razzez parentali tal-mikro-organiżmi jkollhom status ta' QPS (10).

(14)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 234/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 234/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a kif ġej:

“Artikolu 1a

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Status ta' Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata” tfisser l-istatus tas-sigurtà mogħti mill-Awtorità lil gruppi magħżula ta' mikro-organiżmi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni li ma turi l-ebda tħassib dwar is-sikurezza.

(b)

“Il-gwida tal-SCF tal-1992” tfisser il-linji gwida għall-preżentazzjoni tad-dejta dwar l-enżimi tal-ikel stabbiliti fl-opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel fil-11 ta' April 1991 (11).

(11)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_27.pdf”"

(2)

Fl-Artikolu 8, jiżdiedu l-paragrafi 3, 4, 5, u 6 li ġejjin:

“3.   B'deroga mill-punt (l) tal-paragrafu 1 il-fajl ippreżentat biex jappoġġa applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ enzima tal-ikel ma għandux għalfejn jinkludi dejta tossikoloġika jekk l-enżima tal-ikel inkwistjoni hija miksuba minn:

(a)

partijiet li jittieklu ta' pjanti jew annimali maħsuba jew raġonevolment mistennija li jiġu inġestiti mill-bniedem; jew

(b)

mikro-organiżmi li għandhom l-istatus ta' Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata.

4.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika fejn il-pjanti jew l-annimali kkonċernati huma organiżmi ġenetikament modifikati kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jew fejn il-mikro-organiżmu kkonċernat huwa mikro-organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE (12). Madankollu, il-paragrafu 3, il-punt (b) għandu japplika għal mikro-organiżmi fejn il-modifikazzjoni ġenetika tinkiseb permezz tal-użu ta’ tekniki/metodi elenkati fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 4 tad-Direttiva 2009/41/KE.

5.   L-enżimi tal-ikel jistgħu jinġabru taħt applikazzjoni waħda sakemm ikollhom l-istess attività katalitika, huma pproċessati mill-istess materjal tas-sors (eż. fil-livell ta' speċi) u b’sostanzjalment l-istess proċess ta' produzzjoni, u nkisbu minn:

(a)

partijiet li jittieklu ta' pjanti jew annimali maħsuba jew raġonevolment mistennija li jiġu inġestiti mill-bniedem; jew

(b)

mikro-organiżmi li għandhom l-istatus ta' Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata; jew

(c)

mikro-organiżmi li ntużaw fil-produzzjoni ta’ enżimi tal-ikel li ġew evalwati u awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti fi Franza jew fid-Danimarka skont il-linji gwida tal-SCF tal-1992.

6.   Il-paragrafu 5 ma għandux japplika fejn il-pjanti jew l-annimali kkonċernati huma organiżmi ġenetikament modifikati kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jew fejn il-mikro-organiżmu kkonċernat huwa mikro-organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE.

(12)  ĠU L 125, 21.5.2009, p. 75.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU 354, 31.12.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 11.3.2011, p. 15.

(3)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_27.pdf

(4)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports_en.html

(5)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1305.htm

(6)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/587.pdf

(7)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.

(8)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1

(9)  ĠU L 125, 21.5.2009, p. 75.

(10)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/587.pdf. Ara l-paġna 13


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 563/2012

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' laboratorji ta' referenza tal-UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin. Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (2), tistabblixxi miżuri għall-monitoraġġ ta' sustanzi u gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Wara riorganizzazzjoni tal-attivitajiet laboratorji fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-funzjonijiet kollha, inklużi l-infrastruttura u l-persunal, ta' Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), li attwalment huwa elenkat bħala laboratorju ta' referenza għal residwi ta' mediċini veterinarji u kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali, għal residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A (1), (2), (3), (4), il-Grupp B (2)(d) u l-Grupp B (3)(d) mad-Direttiva 96/23/KE, ġew ittrasferiti għal RIKILT - Institute of Food Safety. Il-ħidmiet imwettqa minn RIVM ġew assenjati lil RIKILT skont kuntratt qafas li għalaq fil-31 ta' Diċembru 2011.

(4)

Peress li l-kuntratt ta' RIVM kien wasal fl-aħħar, saret sejħa għas-selezzjoni ta' laboratorju ta' referenza tal-UE biex dan jiġi sostitwit. RIKILT - Institute of Food Safety intgħażel bħala dak li jissodisfa l-kriterji meħtieġa kollha u għalhekk għandu jinħatar bħala tali.

(5)

Minħabba l-importanza tas-sustanzi fil-Gruppi A (1) sa A (4) fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u l-fatt li RIKILT - Institute of Food Safety intgħażel bħala dak li jissodisfa l-kriterji meħtieġa kollha, dan għandu jinħatar bħala laboratorju ta' referenza kompetenti tal-UE għal residwi ta' mediċini veterinarji u kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali, għal residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A (1), (2), (3), (4), il-Grupp B (2)(d) u l-Grupp B (3)(d) tad-Direttiva 96/23/KE mill-1 ta' Jannar 2012. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012.

(6)

Il-Parti I tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punt 12(a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A (1), (2), (3) u (4), il-Grupp B (2)(d) u l-Grupp B (3)(d) tad-Direttiva 96/23/KE:

RIKILT – Institute for Food Safety, parti minn Wageningen UR

Wageningen

Il-Pajjiżi l-Baxxi”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 564/2012

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 123(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 131(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-Istati Membri li fl-2012 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku prevista fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52, 53 u 54 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Għall-Istati Membri li fl-2012 qed jużaw l-għażliet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 69(1) jew 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(3)

L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 3,5 % tal-livell massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tal-istess Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri kkonċernati.

(4)

Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkulati skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri li beħsiebhom jużaw skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku, li jiġu billi l-livelli massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 54 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jitnaqqsu mil-livelli massimi mogħtija fl-Anness VIII għall-istess Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-Anness VIII msemmi sabiex tiġi ffinanzjata l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikat mill-Istati Membri u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1), l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-livell massimu għall-iskema ta’ pagament uniku, minħabba li din l-għajnuna tieħu l-forma ta’ żieda fil-valur tal-unità u/jew fl-għadd ta’ drittijiet tal-bidwi għall-pagamenti.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti l-pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2012 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja li dwarha hemm dispożizzjoni fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2012 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix fl-2012 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(9)

Għandhom jiġu ppubblikati, għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u abbażi tan-notifika tagħhom, il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex fl-2012 skont l-Artikolu 128(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(10)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għall-frott artab fl-2012 skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 imsemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 imsemmija fl-Artikolu 69(3) u fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 għall-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

6.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2012 imsemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

7.   L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għaz-zokkor fl-2012, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

8.   L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott u l-ħaxix fl-2012, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

9.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

10.   L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Polonja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott artab fl-2012, kif imsemmi fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.


ANNESS I

IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLI 52, 53 U 54 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

(f’eluf ta’ Euro)

 

BE

DK

ES

FR

IT

AT

PT

SI

FI

SE

Primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

 

 

 

21 892

 

600

 

Primjums addizzjonali għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

 

 

 

7 184

 

200

 

Primjums għall-baqar li jreddgħu

77 565

 

261 153

525 622

 

70 578

78 695

 

 

 

Primjums addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

19 389

 

26 000

 

 

99

9 462

 

 

 

Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam – l-Artikolu 54 (2)

 

 

 

33 025

850

 

 

 

 

 


ANNESS II

IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FL-ARTIKOLU 68(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Belġju

8 600

Il-Bulgarija

28 500

Ir-Repubblika Ċeka

31 826

Id-Danimarka

36 325

L-Estonja

1 253

L-Irlanda

25 000

Il-Greċja

108 000

Spanja

248 065

Franza

466 600

L-Italja

321 950

Il-Latvja

5 130

Il-Litwanja

13 304

L-Ungerija

130 898

Il-Pajjiżi l-Baxxi

37 900

L-Awstrija

13 900

Il-Polonja

106 558

Il-Portugall

34 111

Ir-Rumanija

37 545

Is-Slovenja

13 154

Is-Slovakkja

12 000

Il-Finlandja

52 483

L-Isvezja

3 469

Ir-Renju Unit

29 800

L-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri biex tingħata l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) li huma inklużi fil-livell massimu tal-iskema ta’ pagament uniku.

Il-Greċja: EUR 30 000 elf

Is-Slovenja: EUR 5 400  elf


ANNESS III

IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-GĦAJNUNA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FIL-PUNTI (i), (ii), (iii) u (iv) TAL-ARTIKOLU 68(1)(a) U FL-ARTIKOLU 68(1)(b) U (e) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Belġju

4 461

Il-Bulgarija

28 500

Ir-Repubblika Ċeka

31 826

Id-Danimarka

18 285

L-Estonja

1 253

L-Irlanda

25 000

Il-Greċja

78 000

Spanja

184 965

Franza

297 600

L-Italja

152 950

Il-Latvja

5 130

Il-Litwanja

13 304

L-Ungerija

46 164

Il-Pajjiżi l-Baxxi

30 100

L-Awstrija

13 900

Il-Polonja

106 558

Il-Portugall

21 210

Ir-Rumanija

37 545

Is-Slovenja

7 754

Is-Slovakkja

12 000

Il-Finlandja

52 483

L-Isvezja

3 469

Ir-Renju Unit

29 800


ANNESS IV

L-AMMONTI LI GĦANDHOM JINTUŻAW MILL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 69(6)(a) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009 BIEX IKOPRU L-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FL-ARTIKOLU 68(1) TA’ DAK IR-REGOLAMENT

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Belġju

8 600

Id-Danimarka

23 250

L-Irlanda

23 900

Il-Greċja

70 000

Spanja

144 400

Franza

84 000

L-Italja

144 900

Il-Pajjiżi l-Baxxi

31 700

L-Awstrija

11 900

Il-Portugall

21 700

Is-Slovenja

5 400

Il-Finlandja

6 190


ANNESS V

IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Belġju

517 901

Id-Danimarka

1 035 927

Il-Ġermanja

5 852 938

L-Irlanda

1 339 769

Il-Greċja

2 225 227

Spanja

4 913 824

Franza

7 586 247

L-Italja

4 202 085

Il-Lussemburgu

37 671

Malta

5 137

Il-Pajjiżi l-Baxxi

891 551

L-Awstrija

679 111

Il-Portugall

476 907

Is-Slovenja

129 221

Il-Finlandja

523 455

L-Isvezja

767 437

Ir-Renju Unit

3 958 242


ANNESS VI

IL-PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Bulgarija

472 216

Ir-Repubblika Ċeka

755 659

L-Estonja

90 789

Ċipru

45 787

Il-Latvja

125 540

Il-Litwanja

323 394

L-Ungerija

1 033 364

Il-Polonja

2 504 542

Ir-Rumanija

1 043 001

Is-Slovakkja

328 485


ANNESS VII

L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 126 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Ir-Repubblika Ċeka

44 245

Il-Latvja

3 308

Il-Litwanja

10 260

L-Ungerija

41 010

Il-Polonja

159 392

Ir-Rumanija

6 062

Is-Slovakkja

19 289


ANNESS VIII

L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT U L-ĦAXIX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 127 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Ir-Repubblika Ċeka

414

L-Ungerija

4 756

Il-Polonja

6 715

Is-Slovakkja

690


ANNESS IX

IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI TRANŻIZZJONALI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦAXIX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 128 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

(f'eluf ta’ euro)

Stat Membru

Ċipru

Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam – l-Artikolu 128(2)

3 359


ANNESS X

L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT ARTAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 129 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2012

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Bulgarija

226

L-Ungerija

391

Il-Polonja

11 040


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 565/2012

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

47,7

ZZ

47,7

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

103,5

ZZ

103,5

0805 50 10

AR

75,4

UY

89,3

ZA

102,4

ZZ

89,0

0808 10 80

AR

123,6

BR

88,1

CL

108,8

NZ

134,3

US

121,2

UY

57,1

ZA

107,2

ZZ

105,8

0809 10 00

TR

200,9

ZZ

200,9

0809 29 00

TR

379,6

ZZ

379,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2012

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/342/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 .

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Manfred RICHTER,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Barbara HACKENSCHMIDT, Mitglied des Landtags Brandenburg.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2012/343/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   L-INIZJAZZJONI

(1)

Fid-19 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), (“avviż tal-bidu”), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment inbeda b’riżultat ta’ ilment ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2011 minn Solae Europe S.A. (“l-ilmentatur”) li jirrappreżenta biċċa kbira, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata (3). L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi, kif ukoll ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, u li tqieset biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

2.   IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-PROĊEDIMENT

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-bidu tal-proċediment lill-ilmentatur, lill-produttur magħruf l-ieħor tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi u lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(4)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(5)

Fejn kien xieraq ġew ikkunsidrati l-kummenti verbali u bil-miktub li ppreżentaw il-partijiet interessati.

(6)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi esportaturi u importaturi mhux relatati tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika tal-bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun il-każ, biex tkun tista’ tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha u l-importaturi mhux relatati fl-Unjoni ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott ikkonċernat fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati wkoll fuq il-kampjun tal-produtturi esportaturi.

2.1.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUN TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(7)

Għoxrin produttur esportatur taw l-informazzjoni mitluba fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni u offrew il-kooperazzjoni qabel l-iskadenzi. Il-volumi tal-bejgħ tal-UE rrapurtati minn dawn il-(gruppi ta’) produtturi esportaturi rrappreżentaw madwar 90 % tal-importazzjonijiet ikkonċernati fil-perjodu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-kooperazzjoni kienet meqjusa sostanzjali.

(8)

Minħabba l-għadd għoli ta’ (gruppi ta’) produtturi esportaturi li wrew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li kien meħtieġ li jittieħed kampjun fir-rigward tal-produtturi esportaturi.

(9)

Il-Kummissjoni għażlet kampjun, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li, b’mod raġonevoli, jista’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul inizjalment kien jikkonsisti f’żewġ gruppi ta’ kumpaniji relatati, li jirrappreżentaw inter alia ħames produtturi individwali u 40 % sa 50 % tal-volum tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-UE fil-perjodu tal-investigazzjoni. Wara li waslu indikazzjonijiet li aktarx dawn iż-żewġ gruppi se jkollhom jiġu ttrattati bħala entità waħda għall-għan tal-istabbiliment ta’ dazju anti-dumping (ara l-premessa 41), il-kampjun ġie estiż biex jinkludi t-tielet grupp ta’ produtturi esportaturi, sabiex b’hekk jirrappreżenta 45 % sa 60 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Ċiniżi ġew ikkonsultati dwar l-għażla inizjali kif ukoll dwar l-espansjoni ta’ wara tal-kampjun. Żewġ produtturi esportaturi relatati oġġezzjonaw l-espansjoni tal-kampjun billi argumentaw li, jekk il-kampjun jiġi estiż, huma jkunu jikkwalifikaw aħjar bħala t-tielet grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għandu jkun enfasizzat li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun ġdid propost kien magħmul minn tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi bl-akbar volumi tal-bejgħ tal-UE tal-prodott ikkonċernat fil-PI. Barra minn hekk, il-volumi tal-bejgħ fl-UE tal-prodott ikkonċernat matul il-PI taż-żewġ produtturi relatati li saħqu li kellhom jintgħażlu bħala t-tielet grupp, kienu żgħar ħafna, u jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-volumi korrispondenti tat-tielet grupp magħżul. Għalhekk, ġie kkonfermat li r-rappreżentattività tal-kampjun estiż kienet moqdija l-aħjar bit-tliet gruppi proposti. Ma tqajmux iktar oġġezzjonijiet.

2.2.   TEĦID TA’ KAMPJUN TAL-IMPORTATURI

(10)

Wara li ġiet eżaminata l-informazzjoni mressqa, u minћabba l-għadd kbir ta’ importaturi li indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, ġie deċiż li kien meħtieġ kampjun fil-każ tal-importaturi mhux relatati.

(11)

Seba’ importaturi mhux relatati, li jirrappreżentaw 20 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Tliet importaturi, li jirrappreżentaw madwar 17 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ u kważi 90 % tal-importazzjonijiet tal-importaturi li kkooperaw, intgħażlu fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-għażla tal-kampjun. Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni. Wieħed mill-importaturi fil-kampjun ma kompliex jikkoopera u ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju.

2.3.   IT-TWEĠIBIET TAL-KWESTJONARJU U L-VERIFIKI

(12)

Sabiex il-gruppi fil-kampjun tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkunu jistgħu jitolbu trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), f’każ li jkunu jixtiequ, il-Kummissjoni bagħtitilhom formoli ta’ applikazzjoni għal TES/IT. F’dan ir-rigward, iż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji fil-kampjun talbu TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-grupp ta’ kumpaniji l-ieħor fil-kampjun talab TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(13)

Intbagħtu wkoll formoli għal TES/TI lill-(gruppi ta’) produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kienu ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kif ukoll lill-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li kienu ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżami individwali, lill-ilmentatur u lill-produttur tal-Unjoni l-ieħor magħruf, lill-importaturi li kienu fil-kampjun, u lill-utenti kollha magħrufa.

(15)

Wara li talbet informazzjoni mingħand produtturi fil-pajjiżi analogi possibbli tal-Brażil, l-Iżrael u l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”), il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lill-produtturi fil-Brażil u l-Iżrael li kienu offrew li jikkooperaw bl-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali għall-kumpaniji li ma setgħux jingħataw TES (ara l-premessi 60 sa 64 hawn taħt).

(16)

Waslu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mit-tliet gruppi fil-kampjun tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, minn produttur Brażiljan wieħed, produttur Iżraeljan wieħed, produttur wieħed tal-Unjoni (b’faċilità tal-produzzjoni waħda fil-Belġju u oħra fid-Danimarka), żewġ importaturi (minn tlieta) fil-kampjun u erba’ utenti fl-UE. Produttur Brażiljan ieħor bagħat tweġiba mhux kompluta.

(17)

Barra dan, waslu talbiet għal eżami individwali (“EI”) skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku mingħand produttur esportatur wieħed mhux fil-kampjun (“l-applikant A”) u grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi relatati mhux fil-kampjun (flimkien “applikant B”) (4). Wara li ġie analizzat it-tagħrif imressaq mill-partijiet fil-kampjun, kif ukoll dawn it-talbiet inklużi l-kwestjonarji mimlija kif suppost, ġie meqjus li l-għadd ta’ (gruppi ta’) produtturi esportaturi li kellu jiġi investigat fil-kampjun biss kien tant kbir li EI addizzjonali kienu jkunu ta’ piż mhux mistħoqq u kienu jipprevjenu t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. Għalhekk, l-applikanti ġew infurmati li t-talba tagħhom għal eżami individwali kienet miċħuda.

(18)

L-applikant B kkontesta din id-deċiżjoni li ma tiġix ikkunsidrata t-talba tiegħu għal EI. Fl-opinjoni tiegħu dan ir-rifjut ikun kontra l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6.10 tal-Ftehim ta’ Anti-dumping (“ADA”), kif interpretat reċentement mill-Korp tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO fil-każ tal-qfieli (5). It-tieninett, dan ir-rifjut ikun kontra l-prinċipju fundamentali tal-proporzjonalità.

(19)

Fir-rigward tal-ewwel argument, l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku kif ukoll l-Artikolu 6.10 tal-ADA jippermettu espliċitament li l-awtorità investigattiva ma tqisx it-talbiet għal EI jekk l-għadd ta’ esportaturi u/jew produtturi involuti ikun tant kbir li dan l-eżerċizzju ma jkunx prattikabbli. Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-każ tal-qfieli għamilha ċara li t-talbiet fil-ħin għal EI għandhom “bħala regola” jiġu aċċettati sakemm dan ma jkunx “ta’ piż mhux mistħoqq” (6). F’dan il-każ, il-verifika tar-risposti għall-kwestjonarju u t-tweġibiet għall-formoli tat-talba għal TES tal-applikanti għal EI tkun tinvolvi investigazzjonijiet fil-post f’kumpanija waħda (l-applikant A) u żewġ kumpaniji oħra (dawk li jiffurmaw parti mill-applikant B). Matul dawn l-investigazzjonijiet fil-post, għandha tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) kif ukoll ir-rapporti ta’ dawn l-entitajiet kollha dwar l-istruttura, l-ispejjeż (inklużi l-ispejjeż tal-produzzjoni u x-xiri), il-bejgħ u l-profitabilità. Minħabba l-għadd kbir ta’ entitajiet fil-kampjun li diġà ġew investigati, biex jiżdied applikant addizzjonali kien ikun tabilħaqq ta’ piż mhux mistħoqq u kien jipperikola serjament it-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. Għalhekk, id-deċiżjoni biex dawn it-talbiet għal eżami individwali ma jiġux aċċettati hija ġġustifikata bil-liġi u ma tiksirx il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(20)

Wara li ġie infurmat li EI ikun wisq tassattiv, l-applikant B aktar tard ippropona li jirtira t-talba tiegħu għal TES jekk minflok jiġi eżaminat għal TI. Minħabba li allega li għamel biss tranżazzjoni ta’ esportazzjoni waħda żgħira matul il-PI u li mhux se jitlob aktar TES, huwa argumenta li l-Kummissjoni mhux se jkollha għalfejn tagħmel verifika fuq il-post fir-RPĊ biex tiddeċiedi dwar id-dumping u li jkun biżżejjed li tivverifika dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni waħda waqt il-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur fl-UE. Fuq din il-bażi, l-esportatur argumenta illi l-għoti ta’ eżami individwali ma jkunx ta’ piż.

(21)

Madankollu, jekk tingħata EI, ikun jeħtieġ issir verifika fuq il-post tal-applikant B, billi mingħajr verifika fuq il-post fir-RPĊ taż-żewġ produtturi fil-grupp, l-eżistenza ta’ bejgħ ieħor lejn l-UE matul il-PI ma tistax tiġi eskluża. Din il-verifika kienet tkun ta’ piż mhux mistħoqq minħabba d-daqs tal-kampjun bi tliet gruppi kbar ta’ kumpaniji. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(22)

Id-deċiżjoni li mhux se jiġu aċċettati t-talbiet għal trattament individwali nżammet. Minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ġie deċiż definittivament li t-talbiet għal eżami individwali ma kinux se jintlaqgħu peress li kieku l-investigazzjoni tkun ta’ piż ikbar milli hemm bżonn u jżommu l-investigazzjoni milli titlesta fil-ħin.

(23)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset meħtieġa biex jiġi determinat id-dumping, il-ħsara li rriżultat jew it-theddida tal-ħsara, u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ:

Gushen Biological Technology Group Co., Ltd. u l-kumpaniji relatati tagħha, Dezhou,

Shandong Crown Soya Protein Co., Ltd. u l-kumpaniji relatati tagħha, Shenxian, Qingdao, Yucheng,

Shandong Sinoglory Health Food Co., Ltd. u l-kumpaniji relatati tagħha, Liaocheng, Qingdao.

(b)

Il-produttur tal-Unjoni:

Solae Europe, b’faċilitajiet tal-produzzjoni fi:

il-Belġju, Ieper (Solae Belgium), u

id-Danimarka, Aarhus (Solae Denmark).

(c)

Il-produtturi fil-pajjiż analogu:

Bremil Industria De Produtos Alimenticios Ltda., Arroio do Meio,

Solae do Brasil Ind. Com. Alimentos Ltda., Esteio, Sao Paulo.

3.   IL-PERJODU TAL-INVESTIGAZZJONI

(24)

L-investigazzjoni dwar id-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-2007 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

4.   IS-SEJBIET FL-ISTADJU INTERIM

(25)

Fl-istadju interim tqies li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ma tkunx xierqa, b’mod partikolari minħabba l-bżonn li titkompla l-analiżi tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.   IL-PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(26)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti l-miżuri provviżorji (“l-iżvelar interim”), diversi partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(27)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex l-informazzjoni li kien jidhrilha meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha. Minbarra l-verifiki msemmija fil-premessa 23 hawn fuq, saret verifika oħra fil-post ta’ Kerry fi Bristol, ir-Renju Unit, wieħed mill-importaturi u l-utenti tal-proteini tas-sojja li kkooperaw fl-investigazzjoni.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(28)

Il-prodott ikkonċernat ġie definit fl-avviż ta’ notifika bħala prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata, li 65 % jew aktar mill-piż tagħhom ikun proteini (N × 6,25), ikkalkulat fuq il-piż niexef bl-esklużjoni tal-vitamini, il-minerali, l-amino aċidi u l-addittivi tal-ikel miżjuda, li joriġinaw fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “CCSPP”) u li bħalissa għandu l-kodiċi NM ex 2106 10 20, ex 2106 90 92, ex 2309 90 10, ex 2309 90 99 (ex 2309 90 96 mill-1 ta’ Jannar 2012) u ex 3504 00 90.

(29)

Fi ħdan l-ambitu tal-prodott ta’ hawn fuq, żewġ gruppi ewlenin ta’ prodotti jistgħu jiġu ddistingwiti: (i) konċentrati tal-proteina tas-sojja (“SPCs” jew “konċentrati” inklużi konċentrati sempliċi/bażiċi u konċentrati pproċessati ulterjorment), li jkollhom kontenut ta’ proteina ta’ aktar minn 65 % iżda inqas minn 90 %; u (ii) proteini tas-sojja iżolati (“ISPs” jew “iżolati”), li jkollhom kontenut ta’ proteina ta’ 90 % jew aktar.

(30)

Ġie stabbilit ukoll li filwaqt li l-konċentrat sempliċi huwa prodott pjuttost bażiku b’valur miżjud baxx, l-iżolati u l-konċentrati ipproċessati ulterjorment jeħtieġu sostanzjalment aktar ipproċessar u għalhekk huma prodotti b’valur miżjud ogħla.

(31)

L-ambitu tal-prodott kif deskritt hawn fuq jinkludi wkoll konċentrati sempliċi (mhux ipproċessati ulterjorment) għall-għalf tal-annimali. Dawn ġew prodotti fil-perjodu meqjus fl-UE minn impjant wieħed tal-ilmentatur li jinsab fi Franza u minn kumpanija oħra, ADM, ibbażata fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(32)

Wara l-iżvelar interim il-ilmentatur talab bidla fl-ambitu tal-prodott billi jiġu eliminati l-konċentrati użati għall-għalf tal-annimali. L-ilmentatur oppona l-approċċ propost fid-dokument interim u argumenta li l-esklużjoni tad-dejta mill-impjant Franċiż li għalaq fl-2009 (i.e. fin-nofs tal-perjodu meqjus) irriżultat f’inkonsistenza fid-dejta li jifdal (bid-dejta ta’ ADM inkluża). Konsegwentament, il-bejgħ u s-sehem tas-suq ta’ produtturi tal-UE tal-prodott taħt l-investigazzjoni kienu artifiċjalment minfuħa.

(33)

L-ilmentatur argumenta li minħabba d-domanda relattivament stabbli, xi wħud mill-provvisti mill-impjant Franċiż Solae sakemm għalaq fl-2009 kienu meħuda mill-kompetitur tagħhom fl-UE, ADM. Konsegwentement, l-esklużjoni tad-dejta tal-impjant Franċiż wasslet għal paragun qarrieqi tad-dejta tas-sena 2008, meta ADM kellha biss sehem iżgħar mis-suq tal-konċentrati tal-annimali, ma’ dik tal-PI, meta AMD kellha sehem ferm akbar minn dak is-suq.

(34)

B’mod partikolari, l-ilmentatur ipprovda informazzjoni dwar id-differenzi tekniċi u kimiċi bejn il-konċentrati għall-għalf tal-annimali fuq naħa waħda u iżolati u konċentrati oħrajn min-naħa l-oħra. Apparti dan, jintużaw kanali ta’ distribuzzjoni differenti għal dawn is-sottogruppi. Barra minn hekk, il-konċentrati għall-għalf tal-annimali għandhom kodiċi NM differenti minn konċentrati oħra (għall-ikel) u l-iżolati.

(35)

Wara s-sottomissjoni tal-ilmentatur, esportatur wieħed ma qabilx mat-talba li jiġi llimitat l-ambitu tal-prodott. Madankollu, dan l-esportatur ma fehemx it-talba u kien ħaseb li t-talba kienet li jiġu esklużi l-konċentrati tal-proteina tas-sojja kollha, filwaqt li, fil-fatt, din tirreferi biss għal SPC sempliċi għall-għalf tal-annimali. Barra minn hekk, l-esportatur ma tax raġunament fattwali għaliex it-talba ma kinitx tkun iġġustifikata.

(36)

Huwa nnota wkoll li, abbażi tal-informazzjoni miġbura fl-investigazzjoni, l-importazzjonijiet tal-konċentrati tal-proteina tas-sojja għall-għalf tal-annimali jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi fl-Unjoni tal-prodott taħt l-investigazzjoni (kif definit oriġinarjament).

(37)

Minħabba dawn ta’ hawn fuq u, partikolarment, id-differenzi ċari — tekniċi, kimiċi u relatati mas-suq — huwa meqjus xieraq li l-ambitu tal-prodott jiġi limitat billi jiġu esklużi t-tipi ta’ konċentrati tal-proteina tas-sojja sempliċi użati fl-għalf tal-annimali. Konsegwentement, il-prodott ikkonċernat huwa l-prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata, esklużi dan it-tip ta’ prodotti użati fl-għalf ta’l-annimali, u li 65 % jew iktar mill-piż tagħhom ikun proteini (N × 6,25) ikkalkulat fuq il-piż niexef bl-esklużjoni tal-vitamini, il-minerali, l-amino aċidi u l-addittivi tal-ikel miżjuda, li joriġinaw fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “CCSPP”) u li bħalissa għandu l-kodiċi NM ex 2106 10 20, ex 2106 90 92 u ex 3504 00 90.

(38)

Il-prodott ikkonċernat jintuża l-aktar fl-industrija tal-ikel fl-applikazzjonijiet tal-laħam u sostituti tal-laħam. Applikazzjonijiet oħra tal-laħam jinkludu taħlita għal fuq l-insalata, sopop, trabijiet tax-xorb, bars tal-enerġija, sostituti tal-ħalib, deżerti ffriżati, krema maħbuta, formoli tat-tfal, ħobż, ċereali għall-fatra, għaġin eċċ. Minħabba l-funzjonalitajiet tiegħu, il-prodott ikkonċernat għandu wkoll xi applikazzjonijiet speċifiċi inklużi l-adeżivi, asfalt, rażi, materjali tat-tindif, kożmetiċi, linka, ġilda, żebgħa, kisjiet tal-karti, pestiċidi/fungiċidi, plastik, poliesteri u fibri tat-tessuti.

(39)

Minkejja xi differenzi fl-applikazzjonijiet finali possibbli, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat, konċentrati u iżolati, kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu prodott wieħed u uniku.

2.   IL-PRODOTT SIMILI

(40)

Il-prodott ikkonċernat u ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata, prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u fis-suq domestiku tal-Brażil, li serva b’mod provviżorju bħala pajjiż analogu, kif ukoll ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata, prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, instabu li għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   ID-DUMPING

1.   IR-RELAZZJONI BEJN IL-GRUPP SINOGLORY U L-GRUPP GUSHEN

(41)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun kienu Shandong Crown Soya Protein Co. Ltd. u l-kumpaniji relatati tagħha (“il-grupp Crown”), Gushen Biological Technology Group Co. Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha (“il-grupp Gushen”) u Sinoglory Health Food Co. Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha (“il-grupp Sinoglory”). Fi stadju bikri tal-investigazzjoni ġie kkunsidrat li kien hemm mnejn li l-grupp Gushen u l-grupp Sinoglory grupp jkollhom jiġu ttrattati bħala esportaturi relatati. Madankollu, wara l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-esportaturi kkonċernati, ġie deċiż finalment li l-grupp Gushen u l-grupp Sinoglory ikunu kkunsidrati bħala entitajiet separati għall-għanijiet ta’ din l-investigazzjoni.

2.   TRATTAMENT TA’ EKONOMIJA TAS-SUQ (“TES”)

(42)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(43)

Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:

1.

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat;

2.

Il-kotba tal-kontijiet jiġu vverifikati indipendentement u skont in-normi tal-kontabilità internazzjonali u applikati għall-għanijiet kollha;

3.

Ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

4.

Il-liġijiet dwar il-proprjetà u dwar il-falliment jipprovdu stabbiltà u ċertezza ġuridika; kif ukoll

5.

Il-kambju tal-flus jinħadem bir-rata tas-suq.

(44)

It-TES ġie ddikjarat mill-grupp Crown u l-grupp Sinoglory.

(45)

Għaż-żewġ gruppi, Crown u Sinoglory, il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mressqa fil-formoli ta’ talba għat-TES u kull informazzjoni oħra li qieset meħtieġa, fl-istabbilimenti tal-kumpaniji kkonċernati.

(46)

L-investigazzjoni stabbiliet li ż-żewġ gruppi ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku biex jingħataw TES.

(47)

Partikolarment, il-kumpaniji miż-żewġ gruppi naqsu milli jissodisfaw il-kriterji 1, 2, u 3.

L-EWWEL GRUPP

(48)

Fil-każ ta’ Grupp wieħed, wieħed mill-produtturi fil-grupp ma ssodisfax il-kriterju 1 minħabba l-eżistenza ta’ obbligu li jbigħ il-prodotti kollha tiegħu fis-suq internazzjonali. Għalkemm il-kumpanija saħqet li din id-dispożizzjoni ma kinitx vinkolanti, il-kumpanija effettivament qatt ma biegħet fis-suq domestiku (bl-eċċezzjoni ta’ bejgħ żgħir fl-2007). Rigward il-kriterju 2, instabu diversi problemi tal-kontabilità għaż-żewġ produtturi fil-grupp. Barra minn hekk, waħda mill-kumpaniji fil-grupp ma ssottomettietx il-formola tat-talba għal TES. Barra minn hekk, kumpanija waħda fil-grupp tikri parti mill-art tagħha mingħajr l-ebda reġistru tad-dħul mill-kera fil-kontijiet tagħha billi ma nħarġet l-ebda fattura jew prova tal-ħlas għal dawn il-ħlasijiet. Meta ttrasferiet għal sit tal-produzzjoni ġdid u parti mill-apparat tagħha sar inattiv, ma sar l-ebda test għall-ħsara. Fl-aħħarnett, meta waħda mill-kumpaniji fil-grupp xtraw biċċa art ġdida, hija rċeviet trasferiment mill-gvern biex jintuża bħala kumpens għan-nies tar-raħal li kellhom jiċċaqalqu. Madankollu, dan il-ħlas ma ntużax għal dak l-iskop imma biex jitnaqqas il-kost tad-dritt għall-użu tal-art. Rigward il-kriterju 3, iż-żewġ produtturi fil-grupp ipartu l-materja prima minn fornitur komuni mingħajr kwalunkwe dokumentazzjoni jew reġistri xierqa, fuq il-bażi ta’ arranġamenti informali ħafna mingħajr ebda aġġustamenti għad-differenzi fil-prezzijiet jew miżati: din hija forma ta’ kummerċ bit-tpartit. Barra minn hekk, produttur wieħed seta’ juża l-art li hija proprjetà tal-azzjonist maġġoritarju tagħha mingħajr kwalunkwe ħlas għal bosta snin. Skont dik il-kumpanija, dan kien possibbli minħabba li d-drittijiet tal-użu tal-art relatati kienu ġew akkwistati għal prezz baxx ħafna mill-kumpanija prinċipali fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tagħha.

(49)

Wara li ġew żvelati r-riżultati dettaljati tat-TES u l-iżvelar interim, il-grupp tenna l-istqarrijiet ta’ qabel li wieħed miż-żewġ produtturi ma għandux jitqies bħala marbut legalment mal-bqija tal-grupp. Madankollu, rigward din il-pretensjoni, instab li ż-żewġ produtturi kienu jsegwu strateġija kummerċjali u industrijali kkoordinata flimkien mal-bqija tal-grupp, inklużi prattiċi kummerċjali ta’ tpartit imsemmija fil-premessa 48 hawn fuq. Il-pretensjoni hija għalhekk miċħuda.

(50)

Il-grupp stqarr ukoll li r-restrizzjoni fuq il-bejgħ għal wieħed mill-produtturi tiegħu kienet imsemmija biss fl-Artikoli tal-Assoċjazzjoni, u mhux fil-liċenzja tan-negozju jew iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni. Skont il-kumpanija, ir-restrizzjoni għalhekk ma kinitx vinkolanti. Barra minn hekk, saħaq li l-kumpanija li ma kinitx bagħtet formola ta’ talba għat-TES ma kinitx kumpanija tal-produzzjoni jew tal-kummerċ iżda pjuttost aġent tal-ħlas u li dak il-grupp kien għamel mill-aħjar biex jipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli.

(51)

Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, il-produttur ikkonċernat ikkonforma biċ-ċar mar-restrizzjoni fuq il-bejgħ. Barra minn hekk, l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni huma parti mid-dokumenti li huma sottomessi għall-approvazzjoni lill-awtoritajiet meta titwaqqaf il-kumpanija u għalhekk huwa ċar li l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti jifforma l-bażi għal operazzjonijiet attwali tal-kumpanija. Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-kumpanija li ma ssottomettietx formola tat-talba għal TES, instab li din il-kumpanija kienet fil-fatt involuta f’ċerti aspetti marbuta mal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat u, għalhekk, kien messha tressaq formola ta’ talba għal TES. Għalhekk, dawn iż-żewġ pretensjonijiet mhumiex aċċettati.

IT-TIENI GRUPP

(52)

Fil-każ tal-grupp l-ieħor, wieħed mill-produtturi esportaturi kien ukoll suġġett għal limitazzjoni tal-bejgħ tiegħu, fejn 70 % tal-produzzjoni tiegħu għandu jinbiegħ għall-esportazzjoni, u għalhekk ma kkonformax mal-kriterju 1. Rigward il-kriterju 2, instabu għadd ta’ problemi li jikkonċernaw id-deprezzament tal-assi u bidliet fil-politiki tal-kontabilità. Rigward il-kriterju 3, il-valur attribwit għal żewġ biċċiet ta’ art fil-kontijiet ta’ waħda mill-kumpaniji jvarja b’mod sinifikanti, u huwa meqjus li bl-akkwist ta’ biċċa art bi prezz li biċ-ċar huwa inqas mill-valur tas-suq, il-kumpanija rċeviet sussidju moħbi. Barra minn hekk, kumpanija oħra fil-grupp ibbenefikat minn kiri b’xejn ta’ biċċa art għal sena u akkwistat id-drittijiet tal-użu tal-art għal prezz aktar baxx mill-valur tas-suq. Finalment, kien hemm numru ta’ garanziji bejn il-grupp li ma ġewx żvelati fin-noti għall-kontijiet, bi ksur tal-IAS 24.

(53)

Wara li ġew żvelati r-riżultati dettaljati tat-TES u l-iżvelar interim, il-grupp saħaq li l-bejgħ de facto taż-żewġ produtturi ma kienx suġġett għal xi restrizzjoni fuq il-bejgħ. Skont il-kumpaniji, il-fatt li l-volumi tal-esportazzjoni rispettivi tagħhom kienu konformi mar-restrizzjonijiet fl-Artikoli tal-Assoċjazzjoni tagħhom kien biss minħabba l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-proteina tas-sojja. Huma enfasizzaw li dawn id-disposizzjonijiet restrittivi kienu tneħħew minn dawn it-testi malajr wara l-PI. Barra minn hekk, rigward il-kriterju 2, il-grupp saħaq li apparti żbalji żgħar tal-kontabilità, huwa kien kompletament konformi mal-GAAP Ċiniż li huma għandhom jimplimentaw minflok l-IAS. Fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art, il-grupp saħaq li l-valur differenti ta’ dawn il-biċċtejn art kien minħabba l-ispejjeż ta’ livellar ta’ waħda minnhom. Fl-aħħar nett, ġie enfasizzat li l-kiri b’xejn ta’ biċċa art oħra kien minħabba dewmien amministrattiv qabel ma seta’ effettivament jiġi akkwistat id-dritt għall-użu tal-art u li, xorta waħda, il-valur tal-eżenzjoni kien biss wieħed żgħir jekk jiġi mqabbel mad-dħul operattiv tal-kumpanija.

(54)

Rigward il-kriterju 1, l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni huma parti mid-dokumenti li huma sottomessi lill-awtoritajiet u approvati meta titwaqqaf il-kumpanija. Il-fatt li l-kumpanija kkonformat mar-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ jitqies li hu minħabba rekwiżit biex din tagħmel hekk u huwa ċar li l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti jifforma l-bażi għall-operazzjonijiet attwali tal-kumpanija. Barra minn hekk, huwa enfasizzat li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet mill-Artikoli tal-Assoċjazzjoni seħħet wara l-IP u għalhekk mhijiex rilevanti għal din l-investigazzjoni. Rigward il-kriterju 2, kien ċar li l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tar-reġistri ma setgħux jiġu kkonfermati. Barra minn hekk, ir-reġistri tal-kontabilità tal-kumpanija għandhom jiġu vverifikati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità li ma setgħux jiġu kkonfermati waqt il-verifika. Fir-rigward tal-kriterju 3, ma setgħetx tiġi sottomessa evidenza waqt il-verifika fuq il-post li tissostanzja l-ispejjeż għal-livellar tal-biċċa art ikkonċernata. Fl-aħħarnett, indipendentement mill-ispjegazzjonijiet mressqa, jibqa’ l-fatt li waħda mill-kumpaniji kriet l-art tagħha bla ħlas għal ċertu perjodu ta’ żmien u għalhekk gawdiet minn sussidju. Għalhekk, il-kummenti ma kinux tali li jbiddlu s-sejbiet tat-TES. Dawk is-sejbiet huma b’dan ikkonfermati.

3.   TRATTAMENT INDIVIDWALI (“TI”)

(55)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk ikun il-każ, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

Fil-każ ta’ kumpaniji li huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti,

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament,

Il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lill-persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fil-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu fil-minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat,

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq, kif ukoll

l-interferenza tal-Istat mhijiex tali li tippermetti ċ-ċirkumvenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati tad-dazju differenti.

(56)

Il-grupp Gushen biss talab TI. Din it-talba ġiet eżaminata u ma nstab l-ebda element li jindika li l-kumpanija mhijiex konformi mal-kriterji msemmija hawn fuq. B’hekk, ġie konkluż li l-Grupp Gushen seta’ jingħata TI.

(57)

Saret ukoll valutazzjoni tal-grupp Crown u tal-grupp Sinoglory, billi ma ngħatax TES lil dawn il-kumpaniji. Fiż-żewġ każijiet, ma nstab l-ebda element li jindika li l-kumpaniji mhumiex konformi mal-kriterji msemmija hawn fuq. Għalhekk huwa konkluż li ż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji setgħu jingħataw TI.

(58)

Wara l-iżvelar finali, l-ilmentatur esprima n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-għoti ta’ TI lill-gruppi ta’ esportaturi fil-kampjun. Madankollu, minħabba li l-miżuri mhux se jiġu imposti, ma kienx hemm bżonn li din tiġi eżaminata iktar.

4.   IL-VALUR NORMALI

(59)

Kif spjegat fil-premessa 46, ma ngħatax TES liż-żewġ gruppi fil-kampjun li kienu talbuha. It-tielet grupp fil-kampjun ma applikax għal TES. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-gruppi kollha ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(a)    Il-pajjiż analogu

(60)

Fl-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni wriet il-ħsieb tagħha li tuża lill-Istati Uniti bħala l-pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar dan.

(61)

Wasal għadd ta’ kummenti u ġew proposti pajjiżi oħrajn bħala alternattiva, partikolarment il-Brażil u l-Iżrael. L-argument ewlieni ppreżentat kontra l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu kien li fl-Istati Uniti l-prodott ikkonċernat isir minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata, filwaqt li dan ma jiġrix fir-RPĊ. L-użu ta’ fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (“ĠM”) jista’ potenzjalment iwassal biex il-prodott jintuża minn utenti u/jew industriji tal-ipproċessar differenti. Issemma wkoll minn produttur esportatur illi s-sussidjarja fl-Istati Uniti tal-ilmentatur ikollha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Istati Uniti, u dan jirriżulta fi prezzijiet tal-bejgħ domestiku minfuħa.

(62)

Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti rċevuti, il-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni tal-produtturi CCSPP magħrufa kollha fil-Brażil, l-Iżrael u l-Istati Uniti billi saqsithom għadd ta’ mistoqsijiet ewlenin dwar il-produzzjoni, il-bejgħ u s-swieq lokali tagħhom u saqsithom jekk humiex lesti jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar l-ispejjeż u l-prezzijiet tagħhom, f’każ li l-pajjiż tagħhom jintgħażel bħala l-pajjiż analogu. Produttur wieħed mill-Istati Uniti u żewġ produtturi Brażiljani biss wieġbu billi pprovdew l-informazzjoni mitluba u offrew aktar kooperazzjoni. Fi stadju aktar tard, produttur Iżraeljan ukoll bagħat risposta sħiħa għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni wkoll għamlet ħilitha biex tikseb informazzjoni dwar is-swieq imsemmija u swieq potenzjali oħra b’mezzi oħra.

(63)

L-informazzjoni miġbura b’dan il-mod ġiet analizzata bir-reqqa. Kien ikkonfermat li l-prodott tal-Istati Uniti kien fil-biċċa l-kbira magħmul minn fażola tas-sojja MĠ, għall-kuntrarju tas-CCSPP mir-RPĊ, il-Brażil jew l-Iżrael. Madankollu, ma seta’ jkun hemm l-ebda konklużjoni fir-rigward tal-impatt ta’ dik id-differenza fil-materji primi ewlenin fuq il-karatteristiċi, l-użi, l-ispejjeż jew il-prezz tal-prodott. Barra minn hekk, għalkemm is-suq Brażiljan kellu dazju tal-importazzjoni ta’ 14 %, kien hemm volumi sinifikanti ta’ CCSPP importat fil-Brażil li jikkompeti mal-prodott li jiġi prodott lokalment. Fil-fatt, iż-żewġ produtturi Brażiljani, li t-tnejn offrew li jikkooperaw, irrappreżentaw, bejn wieħed u ieħor, ¾ tal-konsum fil-Brażil, filwaqt li s-suq tal-Istati Uniti deher li kien iddominat biċ-ċar minn żewġ produtturi domestiċi kbar ħafna, li wieħed minnhom biss kien offra li jikkoopera. Għalhekk, għalkemm id-daqs totali tas-suq tal-Istati Uniti kien ikbar, deher li kien hemm kundizzjonijiet iktar qawwija ta’ kompetizzjoni fil-Brażil, b’żewġ produtturi domestiċi kbar u importazzjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, globalment, il-volumi ta’ bejgħ domestiku tal-produtturi Brażiljani li kkooperaw dehru li kienu tal-istess daqs bħall-volumi ta’ bejgħ lill-UE mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun, u l-firxiet tal-prodotti kienu komparabbli. Fl-aħħarnett, instab li s-suq domestiku Brażiljan kien akbar sewwa minn dak Iżraeljan.

(64)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Brażil intgħażel bħala l-pajjiż analogu. Din l-għażla hija kkonfermata.

(b)    Id-determinazzjoni tal-valur normali

(65)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata li ġiet ipprovduta mill-produtturi fil-pajjiż analogu. Fil-każijiet fejn it-tipi tal-prodott fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu ma jkunux saru fl-andament normali tal-kummerċ jew fejn ma kinux jinbiegħu tipi simili, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku.

(66)

Wara l-iżvelar interim, il-kalkoli ġew raffinati iktar sabiex iqisu wkoll il-kummenti sottomessi mill-partijiet.

5.   IL-PREZZ TAL-ESPORTAZZJONI

(67)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Unjoni, direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpaniji tal-kummerċ relatati, li jinsabu fir-RPĊ. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jridu jiġu mħallsa.

(68)

Wara l-iżvelar interim, il-kalkoli ġew raffinati iktar sabiex iqisu wkoll il-kummenti sottomessi mill-partijiet.

6.   IT-TQABBIL

(69)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa għall-iskontijiet, it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u t-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u t-tassazzjoni indiretta fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

7.   MARĠNIJIET TAD-DUMPING

(70)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi ġew espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(71)

Għal kull wieħed mit-tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, ġie stabbilit marġni tad-dumping fuq il-bażi ta’ paragun tal-medja ddifferenzjata tal-valur normali fil-pajjiż analogu mal-medja ddifferenzjata tal-prezz tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(72)

Għall-kumpaniji li kkooperaw u li ma kinux fil-kampjun, il-marġini tad-dumping ġie kkalkulat bħala l-medja tat-tliet gruppi ta’ kumpaniji fil-kampjun.

(73)

Minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni, fejn il-kumpaniji li kkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 90 % tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ fil-PI, għal kull kumpanija li ma kkooperatx ġie stabbilit marġni għall-pajjiż kollu bl-użu tal-ogħla wieħed mill-marġnijiet li nstabu għall-gruppi ta’ kumpaniji fil-kampjun.

(74)

Fuq din il-bażi l-livelli definittivi ta’ dumping huma kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġni tad-dumping

Il-grupp Crown

59,4  %

Il-grupp Gushen

55,8  %

Il-grupp Sinoglory

67,0  %

Il-kumpaniji li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun

61,3  %

Kumpaniji oħra

67,0  %

D.   Il-ĦSARA

1.   RIMARKI INTRODUTTORJI

(75)

Wara r-reviżjoni tal-ambitu tal-prodott (l-esklużjoni tal-konċentrati għall-għalf tal-annimali), kumpanija waħda — ADM fil-Pajjiżi l-Baxxi, li l-produzzjoni tagħha hija limitata għal konċentrati għall-għalf tal-annimali — ma għadhiex meqjusa parti mill-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, l-ilmentatur (Solae) biss immanifattura l-prodott simili fl-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni. Solae bħalissa għandha żewġ siti tal-manifattura fl-UE — wieħed fil-Belġju li jipproduċi l-iżolati tal-proteina tas-sojja u ieħor fid-Danimarka li jipproduċi l-konċentrati tal-proteina tas-sojja (l-SPC bażiku u l-konċentrati pproċessati ulterjoment b’valur għoli li għalihom l-SPC bażiku jservi bħala prodott intermedju). Sit ieħor ta’ manifattura ta’ Solae f’Boudreaux, Franza, li mmanifattura u qiegħed fis-suq biss konċentrati sempliċi għall-għalf tal-annimali, għalaq fil-bidu tal-2009.

(76)

Safejn għandha x’taqsam il-produzzjoni fl-UE, l-investigazzjoni żvelat li l-proċess tal-manifattura ta’ Solae huwa bbażat esklussivament fuq ftehim ta’ tolling mal-kumpanija omm tagħha fl-Isvizzera, Solae Europe. Skont dan il-Ftehim Solae Belgium u Solae Denmark jipproċessaw il-materja prima pprovduta minn Solae Europe għal miżata għas-servizz. Matul il-proċess, Solae Europe tibqa’ l-uniku proprjetarju tal-materja prima, ta’ kull prodott intermedju u tal-prodott finali.

(77)

Billi s-sjieda tal-materja prima u tal-prodotti lesti tibqa’ tal-prinċipal, l-arranġamenti ta’ tolling huma legalment differenti minn arranġamenti oħrajn tal-produzzjoni possibbli. Madankollu, fil-każ attwali, il-valur miżjud minn dawk il-kumpaniji fl-UE jammonta għal madwar 50 % tal-ispiża tal-manifattura. Dan is-sehem mill-valur miżjud jirrifletti wkoll, l-investimenti teknoloġiċi u kapitali bbażati fl-Unjoni. Il-valur nett ta’ investimenti bħal dawn fl-UE huwa sinifikanti u l-industrija timpjega għadd kbir ta’ persuni fl-Unjoni.

(78)

Għandu jiġi nnutat ukoll li l-operazzjonijiet tat-tolling fl-UE jikkostitwixxu “l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali” u għalhekk, jikkonferixxu lill-prodotti l-oriġini fl-UE.

(79)

Minħabba dak li ssemma hawn fuq, ġie konkluż li attività ekonomika bħal dik imwettqa minn Solae Belgium u Solae Denmark fl-UE tista’ tkun potenzjalment mhedda minn prattiċi ta’ dumping u għalhekk setgħet tiġġustifika protezzjoni irrispettivament min-natura legali ta’ tali attività (tolling jew arranġament ta’ produzzjoni differenti). Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li Solae Belgium u Solae Denmark jiġu kkunsidrati bħala produtturi tal-Unjoni li jiffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(80)

Wara l-iżvelar interim, esportatur wieħed ikkummenta li l-kumpaniji tat-tolling ma jikkwalifikawx bħala produtturi tal-Unjoni u mhumiex relevanti għall-investigazzjonijiet anti-dumping. L-esportatur argumenta li billi s-sjieda tal-materja prima u l-prodotti lesti tibqa’ ta’ Solae Europe li hija rreġistrata fl-Isvizzera (jiġifieri barra l-UE), Solae Belgium u Solae Denmark ma setgħux jiġu meqjusa produtturi tal-Unjoni u ma kienx jistħoqqilhom protezzjoni minn prattiċi tad-dumping.

(81)

L-esportatur indikat li f’każijiet preċedenti, bħal waħda dwar l-importazzjonijiet ta’ xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-RPĊ (7), l-istituzzjonijiet iddeċidew li jeskludu żewġ kumpaniji Ċiniżi minn kampjun ta’ produtturi esportaturi għax ma kinux huma stess li pproduċew ammont kbir ta’ prodotti esportati ddikjarati, imma fil-fatt kienu pproċessawhom għal produtturi esportaturi oħrajn.

(82)

Ta’ min jinnota li l-qagħda fil-każ li semma l-esportatur mhuwiex komparabbli ma’ dik tal-każ preżenti. L-ewwel nett, il-kumpaniji Ċiniżi fil-każ tal-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik imsemmi hawn fuq kellhom il-produzzjoni (mhux tolled) tagħhom stess (iżda l-bejgħ tal-prodotti mmanifatturati minnhom kien żgħir wisq biex il-kumpaniji jiġu inklużi fil-kampjun), filwaqt li fis-sitwazzjoni preżenti Solae Belgium u Solae Denmark jaħdmu esklussivament bl-arranġament tat-tolling.

(83)

Barra minn hekk, filwaqt li Solae Belgium u Solae Denmark huma kompletament proprjetà ta’ Solae Europe, l-investigazzjoni tal-kumpaniji Ċiniżi esklużi mill-kampjun ma tistabbilixxix relazzjoni ta’ pussess ma’ produtturi esportaturi oħra li pproċessaw il-prodotti għalihom.

(84)

Fis-sottomissjoni tiegħu l-esportatur semma investigazzjoni oħra fil-passat, dik dwar l-importazzjonijiet tal-gliċina li joriġinaw fir-RPĊ (8), fejn il-Kummissjoni ttrattat xi kumpaniji Ċiniżi bħala negozjanti minflok produtturi, billi l-attività li wettqu nstabet li ma kinitx tikkwalifika bħala produzzjoni.

(85)

Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li l-każ tal-gliċina lanqas ma jsostni l-argument tal-esportatur, billi f’dak il-każ, il-kumpaniji esportaturi Ċiniżi sempliċiment wettqu xi operazzjonijiet ta’ pproċessar li ma kinux jibdlu l-kompożizzjoni kimika jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott ikkunsidrat. Din hija sitwazzjoni kompletament differenti minn din preżenti fejn l-operazzjonijiet immexxija mill-kumpaniji tal-UE jikkonvertu l-fażola tas-sojja jew il-flejks tas-sojja fi proteini tas-sojja u mhux biss ibiddlu l-kompożizzjoni kimika jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-materjal iżda wkoll iżidu valur sinifikanti lill-prodott finali.

(86)

L-esportatur argumenta wkoll li ċ-ċentru tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-produzzjoni tat-tolling kollu fl-Unjoni jinsab esklużivament f’kumpanija barra l-UE u li d-destin kollu tal-kumpaniji tat-tolling huwa kompletament u esklussivament dipendenti fuq il-kumpanija omm Żvizzera tagħhom. L-esportatur żied jgħid li f’każ differenti, dwar l-importazzjonijiet tal-aċetat tal-vinil li joriġinaw fl-Istati Uniti (9), il-Kummissjoni eskludiet produttur tal-UE mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba r-relazzjoni tagħha ma’ kumpanija f’pajjiż fil-mira.

(87)

Parti oħra ssuġġerixxiet ukoll li fl-analiżi tal-kwistjoni ta’ arranġament tat-tolling u l-kwalifika tiegħu bħala produzzjoni, kwistjonijiet bħal fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali, iċ-ċentru tal-interess u l-impenn lejn is-suq tal-UE, għandhom jiġu analizzati b’mod simili għall-analiżi tal-kumpaniji relatati fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(88)

Tabilħaqq, bħala grupp, Solae għandu rabtiet strutturali mal-kumpanija omm Svizzera tagħha u aktar rabtiet korporattivi ma’ kumpaniji Amerikani. Mhix xi ħaġa ġdida fi proċedimenti kontra d-dumping li l-kumpaniji bi preżenza qawwija fl-UE jkollhom tali rabtiet strutturali, kapitali jew korporattivi barra l-UE. Madankollu, dawn ir-rabtiet strutturali u korporattivi barra l-UE ma jistgħux idgħajfu l-konklużjoni li l-ilmentaturi jikkwalifikaw bħala produtturi tal-UE.

(89)

Ta’ min jinnota li dawn l-argumenti jkunu relevanti għall-għanijiet tal-Artikolu 4(1)a tar-Regolament bażiku u għad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni biss fil-każ li Solae Europe kienet kumpanija f’pajjiż fil-mira, jiġifieri r-RPĊ f’dan il-każ. Huwa evidenti li dan mhuwiex il-każ, u għalhekk l-argument tal-esportatur mhuwiex relevanti.

(90)

Barra minn hekk, huwa mtenni li s-sjieda tal-materjal użat u/jew tal-prodott lest mhuwiex il-kriterju deċiżiv għad-definizzjoni ta’ produttur tal-Unjoni. Filwaqt li t-tolling huwa legalment differenti minn arranġamenti tal-produzzjoni oħra, il-kumpaniji li jipproduċu t-tolling jistgħu jitqiesu produtturi tal-Unjoni.

(91)

Din l-istrateġija hija konsistenti mal-prattika preċedenti tal-istituzzjonijiet, bħal pereżempju reviżjoni tal-iskadenza għall-importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku li joriġina fir-RPĊ (10).

(92)

Huwa mtenni li fil-każ attwali l-valur miżjud mill-kumpaniji fl-UE jammonta għal iktar minn 50 % tal-ispiża tal-manifattura. Dan is-sehem ta’ valur miżjud jirrifletti l-investimenti teknoloġiċi u kapitali bbażati fl-Unjoni. Il-valur nett ta’ investimenti bħal dawn fl-UE huwa sinifikanti u l-industrija timpjega għadd kbir ta’ persuni fl-Unjoni.

(93)

Bħala konklużjoni, Solae Belgium u Solae Denmark huma meqjusa produtturi tal-Unjoni li jiffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem se jissejħu l-“industrija tal-Unjoni”.

(94)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur.

(95)

Billi l-industrija tal-Unjoni għandha biss produttur wieħed, id-dejta hawn taħt hija ppreżentata f’format indiċjati sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

2.   IL-KONSUM TAL-UNJONI

(96)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-produzzjoni tolled tal-industrija tal-Unjoni destinata għas-suq tal-Unjoni, il-volumi tal-importazzjoni fis-suq tal-Unjoni miksuba minn Eurostat, u l-istimi mill-ilmentatur.

(97)

Il-kodiċijiet tan-NM li jkopru ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata jkopru firxa usa’ ta’ prodotti, u mhux biss il-prodott li qed jiġi investigat. Abbażi ta’ riċerka estensiva u l-għarfien tas-suq, l-ilmentatur għamel stimi tal-valur u l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni. Dawn l-istimi ġew eżaminati matul l-investigazzjoni u huma meqjusa bħala affidabbli. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma rċevew l-ebda kumment bi proposta alternattiva li tista’ toħloq dubji dwar l-użu ta’ dawn l-istimi għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni.

(98)

Parti waħda saħqet li l-metodoloġija tal-kalkolu tal-importazzjonijiet ma ġietx spjegata biżżejjed. Din il-kritika, madankollu, ma ġietx sostanzjata aktar. Il-parti kkritikat l-approċċ tal-Kummissjoni mingħajr, iżda, ma ssuġġeriet alternattiva aktar adattata jew aktar affidabbli. Il-kritika kienet marbuta prinċipalment mal-fatt li l-parti ma kinitx f’pożizzjoni li tikkummenta. Ta’ min ifakkar li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, li tistabbilixxi b’mod dettaljat il-metodoloġija tal-esklużjoni, kienet disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali minn mindu tnediet il-proċedura.

(99)

Ta’ min ifakkar li s-servizzi tal-Kummissjoni vverifikaw id-dejta pprovduta fl-ilment u ma setgħu jistabbilixxu xejn li kien jimmina r-raġonevolezza tal-metodu magħżul. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-partijiet ma pproponewx metodu ta’ esklużjoni alternattiv, il-kummenti tagħhom tqiesu bħala li ma kinux sostanzjati.

(100)

Matul il-perjodu meqjus id-domanda fis-suq tal-Unjoni naqset bi 8 %. Aktar speċifikament, il-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli bejn l-2007 u l-2008, naqas bi 8 % fl-2009 u baqa’ stabbli fil-PI.

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

Il-volum (f’tunnellati)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

100

92

92

Sors:

Ir-risposti għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni u l-istimi tal-ilmentatur ibbażati fuq dejta ta’Eurostat

3.   L-IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻ IKKONĊERNAT

(a)    Volum

(101)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied bi 15 % fil-perjodu meqjus u laħaq 20 117-il tunnellata fil-PI. Aktar speċifikament, l-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu stabbli bejn l-2007 u l-2008, qabel ma żdiedu b’26 punt perċentwali fl-2009, meta laħqu l-quċċata tagħhom. Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet mir-RPĊ waqgħu b’madwar 9 punti perċentwali fil-PI.

Tabella 2

 

2007

2008

2009

PI

Il-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

17 495

17 557

22 017

20 117

L-indiċi (2007 = 100)

100

100

126

115

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat — indiċjat

100

100

136

125

Sors:

L-istimi tal-ilmentatur ibbażati fuq dejta tal-Eurostat

(b)    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(102)

L-indiċi li jirrifletti l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, żdied b’25 % fil-perjodu meqjus. Baqa’ stabbli bejn l-2007 u l-2008, iżda żdied b’36 % fl-2009. Fil-PI naqas bi 11-il punt perċentwali.

(c)    Il-prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(103)

Il-prezz medju tal-importazzjoni żdied b’37 % fil-perjodu meqjus. Aktar speċifikament, żdied inizjalment b’saħansitra 48 % bejn l-2007 u l-2008, u mbagħad naqas fl-2009 bi 11-il punt perċentwali u baqa’ f’dak il-livell fil-PI. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-PI kien ta’ EUR 1 569 kull tunnellata.

Tabella 3

 

2007

2008

2009

PI

Il-prezz CIF tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata)

1 149

1 704

1 570

1 569

L-indiċi (2007 = 100)

100

148

137

137

Sors:

L-istimi tal-ilmentatur ibbażati fuq dejta tal-Eurostat

(ii)   It-twaqqigħ tal-prezz

(104)

Għall-iskop tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-bejgħ medji ddifferenzjati tal-produttur tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni u aġġustati, partikolarment għal spejjeż tal-kreditu, spejjeż ta’ kunsinna, imballaġġ u kummissjonijiet, għal livell ex-works, tqabblu mal-medja ddifferenzjata korrispondenti tal-prezzijiet CIF tal-esportaturi li kkooperaw mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, aġġustati biex ikopru l-ispejjeż kollha relatati mar-rilaxx mid-dwana, jiġifieri, it-tariffa doganali u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni, (il-prezz tal-iżbark).

(105)

It-tqabbil wera li matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’madwar 12 %.

Il-kumpanija

L-offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz

Il-grupp Crown

11,1  %

Il-grupp Gushen

9,6  %

Il-grupp Sinoglory

15,0  %

(106)

Parti waħda kkummentat li ovvjament il-livell tat-twaqqigħ fil-prezz kien kkalkulat biss għall-PI u li l-livelli ta’ twaqqigħ preċedenti mhumiex magħrufa. Madankollu, il-parti ssuġġeriet li, minħabba li bejn l-2007 u l-PI il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti aktar mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, jista’ jiġi inferit li t-twaqqigħ tal-prezzijiet kien qed jonqos.

(107)

Tabilħaqq, huwa rikonoxxut li filwaqt li bejn l-2007 u l-PI, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’37 %, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu biss bi 15 % (ara l-premessa 119 hawn taħt). Konsegwentement, huwa ċar li fir-rigward tal-prezzijiet medji, id-distakk bejn il-prezzijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-UE naqas bejn l-2007 u l-PI.

4.   IS-SITWAZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(108)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkludiet valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu meqjus.

(109)

Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mit-tweġibiet sħaħ u vverifikati tal-kwestjonarju mill-ilmentatur.

(a)    Il-produzzjoni

(110)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’14 % bejn l-2007 u l-PI. Aktar speċifikament, naqset bi 8 % fl-2008, qabel ma kompliet tonqos bi 15-il punt perċentwali oħra fl-2009. Madankollu, kien hemm titjib ċar bejn l-2009 u l-PI, meta l-produzzjoni żdiedet b’9 punti perċentwali.

Tabella 4

 

2007

2008

2009

PI

Il-produzzjoni (tunnellati)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

92

77

86

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

(b)    Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(111)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni baqgħet relattivament stabbli fil-perjodu meqjus:

Tabella 5

 

2007

2008

2009

PI

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

92

77

86

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

(112)

L-indiċi li jirrifletti l-evoluzzjoni tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqas b’14 % fil-perjodu meqjus. Bejn l-2007 u l-2008 naqas bi 8 % u bi 15-il punt perċentwali oħra fl-2009. Imbagħad żdied b’9 punti perċentwali fil-PI. Ix-xejra għar-rata tal-utilizzazzjoni tirrifletti l-iżvilupp tal-produzzjoni fil-perjodu meqjus, minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli.

(113)

Ta’ min jinnota li minkejja tnaqqis ġenerali, l-użu tal-kapaċità baqa’ relattivament għoli u fil-PI kien ogħla minn 80 %.

(c)    Il-volum tal-bejgħ

(114)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-UE naqas bi 8 % fil-perjodu meqjus. Il-bejgħ naqas b’9 % bejn l-2007 u l-2008 u b’5 punti perċentwali oħra fl-2009. Madankollu, kien hemm titjib ċar bejn l-2009 u l-PI, meta l-bejgħ żdied b’xi 6 punti perċentwali.

Tabella 6

 

2007

2008

2009

PI

Il-bejgħ fl-UE (tunnellati)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

91

86

92

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

(d)    Is-sehem mis-suq

(115)

Kumplessivament, matul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja żammet is-sehem tagħha mis-suq. Aktar speċifikament, l-indiċi naqas b’9 % bejn l-2007 u l-2008, iżda fl-2009 kien diġà tela’ b’1 punt perċentwali u żdied b’7 punti perċentwali oħra fil-PI.

Tabella 7

 

2007

2008

2009

PI

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

91

92

99

Sors:

Ir-risposti għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni u l-istimi tal-ilmentatur ibbażati fuq dejta ta’ Eurostat

(e)    It-tkabbir

(116)

Bejn l-2007 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 %, il-volum tal-bejgħ naqas ukoll bi 8 %, u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli.

(f)    L-impjiegi

(117)

L-impjiegi naqsu b’7 % bejn l-2007 u il-PI. Żdiedu modestament bejn l-2007 u l-2008 qabel tnaqqis qawwi ta’ 10 punti perċentwali fl-2009. Madankollu, l-impjiegi żdiedu mill-ġdid b’2 punti perċentwali fil-PI.

Tabella 8

 

2007

2008

2009

PI

L-impjiegi (persuni)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

101

91

93

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

(g)    Il-produttività

(118)

Il-produttività, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull impjegat fis-sena, naqset b’7 % fil-perjodu meqjus. Dan it-tnaqqis jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset b’pass iktar mgħaġġel mill-impjiegi. Madankollu, ta’ min jinnota li bejn l-2009 u l-PI il-produttività żdiedet bi 8 punti perċentwali u dan jirrifletti ż-żieda fil-produzzjoni b’ritmu saħansitra ogħla miż-żieda fl-impjiegi.

Tabella 9

 

2007

2008

2009

PI

Il-produttività (tunnellati għal kull impjegat)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

91

85

93

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

(h)    Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(119)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’madwar 15 % fil-perjodu meqjus. Il-prezz medju żdied fl-2008 u l-2009 (bi 8 % u 10 punti perċentwali rispettivament), qabel ma naqas ħarira fil-PI bi 3 punti perċentwali. Inġenerali, il-prezzijiet CCSPP jiddependu ħafna fuq l-ispejjeż tal-materja prima (jiġifieri l-fażola tas-sojja jew flejks tal-fażola tas-sojja) u l-enerġija. Flimkien dawn jammontaw għal proporzjon kbir tal-ispiża tal-manifattura. Ta’ min jinnota li s-suq għall-fażola tas-sojja huwa volatili u kkaratterizzat minn varjazzjonijiet sinifikanti annwali jew anke kull xahar.

(120)

Minħabba l-varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ bejn it-tipi differenti tal-prodott li qed jiġi investigat, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ medji għandha tiġi studjata b’kawtela billi kwalunkwe bidla fil-prezz medju hija influwenzata ħafna minn kwalunkwe bidla fit-taħlita tal-prodotti.

Tabella 10

 

2007

2008

2009

PI

Il-prezz ta’ unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

108

118

115

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju

(i)    Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(121)

Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġnijiet attwali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

(j)    L-istokk

(122)

Il-livell tal-istokk tal-għeluq baqa’ ġeneralment stabbli bejn l-2007 u l-PI. Ta’ min jinnota li l-istokk jirrappreżenta porzjon pjuttost żgħir mill-produzzjoni annwali u għaldaqstant ir-rilevanza ta’ dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata.

Tabella 11

 

2007

2008

2009

PI

L-istokk tal-għeluq (tunnellati)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

90

110

99

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju

(k)    Il-pagi

(123)

L-ispiża tax-xogħol annwali żdiedet b’7 % bejn l-2007 u l-PI. Din żdiedet b’5 % bejn l-2007 u l-2008 qabel ma naqset b’2 punti perċentwali fl-2009 u wara żdiedet b’4 punti perċentwali fil-PI.

Tabella 12

 

2007

2008

2009

PI

L-ispiża tax-xogħol annwali (EUR)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

105

103

107

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju

(l)    Il-profittabbiltà u r-redditu mill-investimenti

(124)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali tal-bejgħ nett, kienet qed tvarja ħafna. Filwaqt li fl-2007 u l-2009 l-industrija tal-Unjoni għamlet il-qligħ, hija sofriet telf fl-2008 u fil-PI. Il-varjazzjoni fil-profittabbiltà tista’ tkun riflessjoni tal-varjazzjonijiet fis-suq tal-fażola tas-sojja.

Tabella 13

 

2007

2008

2009

PI

Il-profittabbiltà tal-UE (% ta’ bejgħ nett)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

–89

10

–45

ROI (il-profitt f’% tal-valur nett tal-ktieb tal-investimenti)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

– 160

–9

– 109

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju

(125)

Ir-redditu fuq l-investimenti espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa fil-biċċa l-kbira x-xejra tal-profittabbiltà.

(m)    Il-likwidità u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

(126)

Il-likwidità netta mill-attivitajiet operattivi naqset b’mod sinifikanti fil-perijodu kkunsidrat. Minn ċifra pożittiva fl-2007, din iddeterjorat fl-2008 meta saret negattiva, iżda tjiebet fl-2009 biex għal darb’oħra reġgħet saret negattiva fil-PI. B’mod ġenerali, il-fluss tal-likwidità segwa ġeneralment ix-xejra tal-profittabbiltà.

(127)

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet xi diffikultajiet biex issib il-kapital, l-aktar minħabba l-fatt li hija inkorporata fi grupp akbar.

Tabella 14

 

2007

2008

2009

PI

Il-likwidità (EUR)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

–93

24

–7

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju

(n)    L-investimenti

(128)

L-investimenti annwali fil-produzzjoni tal-prodott simili żdiedu b’4 % bejn l-2007 u l-2008 u mbagħad komplew jiżdiedu b’ 29 punti perċentwali fl-2009. Naqsu ftit b’5 punti perċentwali fil-IP. B’mod ġenerali, l-investmenti naqsu bi 28 % fil-perjodu meqjus.

Tabella 15

 

2007

2008

2009

PI

L-investimenti nett (EUR)

Id-dejta kunfidenzjali tan-negozju

L-indiċi (2007 = 100)

100

104

133

128

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju

5.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-ĦSARA

(129)

L-analiżi tad-dejta turi li b’mod ġenerali l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni tagħha, l-utilizzar tal-kapaċità, il-bejgħ, l-impiegi u l-produttività fil-perjodu meqjus. L-ispiża tal-pagi żdiedet ukoll.

(130)

Fl-istess ħin, din l-istampa negattiva hija mitigata mill-fatt li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-indikaturi esperjenzaw żvilupp pożittiv bejn 2009 u l-PI (2010). Partikolarment bejn l-2009 u l-2010 (PI), il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet b’9 punti perċentwali; il-bejgħ fl-UE u s-sehem mis-suq żdied b’6 u 7 punti perċentwali rispettivament; l-impjiegi żdiedu b’2 punti perċentwali, filwaqt li l-produttività żdiedet bi 8 punti perċentwali.

(131)

Ukoll, is-sehem mis-suq kumplessiv tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fil-perjodu meqjus. Filwaqt li niżel fl-2008, fl-2009 diġà kien żdied. Fl-2010 huwa laħaq livell qrib ħafna dak tal-2007.

(132)

Il-profittabbiltà, kif ukoll ir-redditu fuq l-investiment u l-likwidità (it-tnejn relatati mill-qrib mal-profittabbiltà), ilkoll juru stampa mħallta tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li naqsu kumplessivament (bejn l-2007 u l-PI), huma jvarjaw ħafna u juru l-karattru instabbli tas-suq.

(133)

L-investiment nett kien qed jiżdied b’mod evidenti bejn l-2007 u l-2009 (b’33 %) u dan esperjenza biss tnaqqis żgħir (b’5 punti perċentwali) fl-2010 (IP).

(134)

Barra minn hekk, il-livell attwali ta’ telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni fil-PI huwa relattivament moderat.

(135)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa konkluż li l-industrija tal-Unjoni soffriet xi ħsara. Madankollu, minħabba l-livell relattivament insinifikanti ta’ telf reali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fil-PI, u minħabba s-sinjali ta’ rkupru lejn tmiem il-perjodu meqjus, dik il-ħsara ma tistax tiġi kkaratterizzata bħala materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

(136)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet finali, l-ilmentatur argumenta li l-ħsara f’dan il-każ għandha titqies bħala materjali minħabba li f’xi każijiet oħra b’ċirkustanzi allegatament simili (jiġifieri ġew osservati xejriet pożittivi lejn tmiem il-perjodu meqjus) (11) is-sejbiet kienu differenti. L-ilmentatur argumenta wkoll li jkun inkompatibbli mal-liġi tad-WTO li wieħed iħares lejn il-parti tal-aħħar tal-perjodu meqjus u jfassal konklużjonijiet minn sinjali ta’ rkupru f’dak il-perjodu (12).

(137)

Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li kull każ irid jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu. F’dan il-każ partikolari, l-investigazzjoni mhux biss stabbiliet sinjali ċari ta’ rkupru tal-industrija tal-Unjoni lejn tmiem il-perjodu meqjus, iżda wkoll li d-daqs tax-xejriet negattivi kien relattivament limitat. Pereżempju, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ġeneralment baqa’ stabbli u relattivament għoli, il-kapaċità tal-utilizzazzjoni naqset ftit imma baqgħet f’livell ogħla mit-80 %, u l-investimenti żdiedu. Min-naħa l-oħra, fil-każ tal-Aċidu ossaliku  (13), pereżempju, l-industrija tal-Unjoni tilfet 9 % tas-sehem mis-suq fil-PI meta mqabbel mal-ewwel sena tal-perjodu tal-investigazzjoni tal-ħsara (14). Fil-każ tal-Aċidu ċitriku  (15) kien hemm telf simili tas-sehem mis-suq u kien hemm tnaqqis fl-investimenti (16).

(138)

Fir-rigward tal-obbligi tad-WTO, ir-rapport tal-bord ikkwotat jirreferi għal sitwazzjoni kompletament differenti fejn l-awtorità investigattiva analizzat biss dejta parzjali minn sitt xhur biss ta’ kull sena minn tliet snin konsekuttivi u bbażat is-sejbiet tagħha fuq din l-analiżi mhux kompluta. Jidher ċar li s-sitwazzjoni fil-każ preżenti hija differenti billi l-analiżi tal-ħsara tkopri dejta ta’ sena sħiħa minn erba’ snin konsekuttivi u, addizzjonalment, hemm xi enfasi fuq il-fatt li sa tmiem dak il-perjodu ta’ erba’ snin kien hemm żvilupp pożittiv f’ħafna mix-xejriet analizzati meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-PI.

(139)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, qed jiġi definittivament konkluż li kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni mhijiex karatterizzata bħala materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   INTRODUZZJONI

(140)

Bla ħsara għad-determinazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħsara materjali u skont l-ipotesi li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni setgħet tkun ikkaratterizzata bħala materjali, il-Kummissjoni eżaminat il-potenzjal ta’ rabta kawżali.

(141)

Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali sofruta mill-industrija tal-Unjoni kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Minbarra dan, fatturi magħrufa oħra għajr l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-EFFETTI TAL-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA L-OĠĠETT TA’ DUMPING

(142)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedu bi 15 % bejn l-2007 u l-PI u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom żdied b’25 % minkejja d-domanda dejjem iżgħar fis-suq tal-Unjoni. Dawk l-iżviluppi ġeneralment ħabtu mas-sitwazzjoni ekonomika dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm is-sehem tagħha mis-suq, l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu iktar minn 5 punti perċentwali.

(143)

Fuq dik il-bażi, jidher mal-ewwel daqqa t’għajn, li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(144)

Madanakollu, analiżi aktar dettaljata tal-effetti tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma jidhirx li turi korrelazzjoni ċara. Pereżempju, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ bilkemm żdiedu bejn l-2007 u l-2008 (il-premessa 101) u l-prezz CIF tal-importazzjoni tagħhom żdied bi 48 punt perċentwali (il-premessa 103), madankollu l-industrija tal-Unjoni sofriet telf sinifikanti fl-2008 u tilfet xi sehem mis-suq. B’kuntrast, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’26 % bejn l-2008 u l-2009, u prezz CIF tal-importazzjoni tagħhom naqas bi 11-il punt perċentwali, l-industrija tal-Unjoni żammet is-sehem tas-suq tagħha u rkuprat mit-telf tal-2008. Barra minn hekk, bejn l-2009 u l-PI filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żammew il-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet biċ-ċar kif diskuss hawn fuq fl-analiżi tal-ħsara.

(145)

Dan in-nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u x-xejriet tal-indikaturi tal-ħsara jissuġġerixxi bil-qawwa li kien hemm fatturi oħra li kkontribwew u possibbilment ikkawżaw kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Din il-kwistjoni se tiġi esplorata iktar hawn taħt.

3.   L-EFFETTI TA’ FATTURI OĦRA

(146)

Il-fatturi l-oħra li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma: (i) it-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni, probabbilment relatat parzjalment mal-kriżi finanzjarja u ekonomika fis-snin 2008/2009 u (ii) il-volatilità tas-suq tal-fażola tas-sojja.

(i)   Tnaqqis fid-domanda, probabbilment relatat parzjalment mal-kriżi finanzjarja u ekonomika fis-snin 2008/2009

(147)

Fil-perjodu meqjus seta’ jiġi osservat tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, jiġifieri bi 8 % jekk wieħed iqabbel l-2007 mal-2010 (il-PI). Ħafna mill-fatturi tal-ħsara żviluppaw l-aktar skont dak il-fattur. Pereżempju, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-UE ukoll naqas bi 8 % jekk wieħed iqabbel iż-żewġ perjodi msemmija qabel. Eżempji oħra huma l-impjiegi — 7 % inqas fl-2010 milli fl-2007 — u l-produttività — ukoll 7 % inqas fl-2010 milli fl-2007. Għalhekk huwa ċar li t-tnaqqis fid-domanda, tkun xi tkun il-kawża sottostanti tiegħu, kien fattur prinċipali fl-iżviluppi tal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(148)

Għalkemm ir-raġuni għat-tnaqqis fid-domanda mhijiex direttament rilevanti għall-analiżi tal-kawżalità, jista’ jkun ukoll li ġie kkawżat, almenu parzjalment, mill-kriżi finanzjarja u ekonomika. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li d-domanda niżlet b’mod partikolari bejn l-2008 u l-2009. Minħabba l-koinċidenza fiż-żmien tagħha, it-tnaqqis ta’ 8 punti perċentwali bejn l-2008 u l-2009 aktarx kien marbut mal-kriżi ekonomika. Konsegwentement, jista’ jiġi argumentat li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-kriżi ekonomika u t-tnaqqis li rriżulta fid-domanda.

(149)

Huwa wkoll innutat li Solae Belgium tirrikonoxxi fir-rapport annwali tagħha mill-2009 li introjtu iktar baxx mill-assi finanzjarji kkawżat mill-kriżi finanzjarja kellu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija.

(150)

Huwa mtenni wkoll li l-industrija tal-Unjoni tejbet is-sitwazzjoni ekonomika tagħha bejn l-2009 u l-PI. Dan it-titjib jikkoinċidi b’mod ċar mal-irkupru ekonomiku ġenerali.

(151)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa kkunsidrat li t-tnaqqis fid-domanda, probabbilment ikkawżata parzjalment mill-kriżi ekonomika, kien kawża ewlenija ta’ kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(152)

Wara l-iżvelar finali, l-ilmentatur saħaq li l-kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi ma kkawżawx il-ħsara, iżda ma pprovda l-ebda argument konvinċenti f’dan ir-rigward u sempliċiment irrefera għal għadd ta’ każijiet oħra (17) fejn is-sejbiet kienu differenti.

(153)

F’dan ir-rigward, hu mtenni li kull każ irid jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu. F’dan il-każ partikolari jibqa’ l-fatt li filwaqt li hemm nuqqas ta’ korrelazzjoni ċara bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fid-domanda, li x’aktarx kien ikkawżat parzjament mill-kriżi ekonomika, kien fattur li kkontribwixxa għas-sitwazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, tal-inqas sa ċertu punt, kif spjegat hawn fuq, dan ġie rikonoxxut espliċitament fir-rapport annwali ta’ Solae Belgium tal-2009.

(154)

Madankollu, hemm differenzi importanti bejn il-każijiet imsemmija mill-ilmentatur u l-każ preżenti. Xi wħud minn dawn id-differenzi huma elenkati fil-premessi li ġejjin.

(155)

Fil-każ tal-aċidu ossaliku (18), għalkemm xi indikaturi tabilħaqq immarkaw żvilupp pożittiv bejn l-2009 u l-PI, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas, filwaqt li fil-każ preżenti dan żdied kważi għal-livell tal-2007 (19). Barra minn hekk, il-każ tal-aċidu ossaliku ma jurix assenza sena wara sena ta’ korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u x-xejriet tal-indikaturi tal-ħsara, li hija karatteristika tal-każ preżenti. Ix-xejriet tal-profittabbiltà huma differenti wkoll. Notevolment, fil-każ preżenti l-profittabbiltà tvarja konsiderevolment. Fl-aħħar nett, fil-każ preżenti s-suq huwa volatili ferm.

(156)

Fil-każ tad-drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ (20), is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas kull sena, u b’kollox naqas bi 12-il punt perċentwali (21). Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kiber konsistentement sena wara sena, u b’kollox bi 12,4 punti perċentwali (22). Fil-każ preżenti, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied sal-2009 u mbagħad naqas bejn l-2009 u l-PI. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien diġà naqas fl-2008 u mbagħad irkupra kważi sal-livell tal-2007.

(157)

Fil-każ tal-fibri tal-ħġieġ (23), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kiber konsistentement sena wara sena, u b’kollox b’6,3 punti perċentwali (24).

(158)

Fil-każ tal-madum taċ-ċeramika (25), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kien qed jiżdied b’mod kostanti (26). Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-istokk kienet differenti ħafna. Fil-każ tal-madum taċ-ċeramika ż-żieda fl-istokk kienet fattur indikattiv tal-ħsara (27). Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni fil-każ tal-madum taċ-ċeramika wriet li minkejja l-irkupru fis-settur tal-kostruzzjoni, l-indikaturi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu juru xejra negattiva (28).

(159)

Fl-aħħar nett fil-każ tal-alkoħol xaħmi (29), l-iżvilupp tal-indikaturi tal-ħsara bejn l-2009 u l-PI kienu differenti minn tal-każ preżenti (eż. l-impjiegi naqsu) (30), u l-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu bejn l-2009 u l-PI (31).

(160)

Konsegwentement, il-klejm tal-ilmentatur għandha tiġi miċħuda.

(ii)   Il-volatilità tas-suq tal-fażola tas-sojja

(161)

Hawn fuq intwera li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni toxxilla ħafna u tindika li s-suq għandu natura volatili.

(162)

Dik il-volatilità hi marbuta mill-qrib mal-varjazzjonijiet fis-suq tal-materja prima. Is-suq immedjat għall-materja prima prinċipali — il-fażola tas-sojja — huwa karatterizzat tradizzjonalment minn varjazzjonijiet mensili u annwali sinifikanti (32), filwaqt li l-prezzijiet għall-prodott finali — CCSPP — għandhom tendenza li jkunu pjuttost stabbli (billi huma bbażati fuq kuntratti itwal). Konsegwentement, il-livell ta’ profittabbiltà għall-prodott li qed jiġi investigat huwa dipendenti ħafna fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq tal-fażola tas-sojja.

(163)

F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li tassew kien hemm żieda sinifikanti fil-prezz tal-fażola tas-sojja fl-2008 li kellha impatt importanti fuq il-profittabbiltà u is-sitwazzjoni globali tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur stess irrikonoxxa li ż-żieda fil-prezz tal-fażola tas-sojja kkontribwiet għas-sitwazzjoni fqira tiegħu fl-2008.

(164)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa ċar li l-volatilità tas-suq tal-fażola tas-sojja wkoll kien kawża ewlenija ta’ kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(165)

Wara l-iżvelar finali, l-ilmentatur saħaq li l-volatilità tal-prezzijiet tal-fażola tas-sojja lanqas ma setgħu jkissru r-rabta kawżali u li din kienet rilevanti biss għat-telf tal-2008. Madankollu, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza ssostanzjata f’dan ir-rigward.

(166)

Ta’ min jinnota li ż-żidiet fil-prezzijiet tal-fażola tas-sojja jikkoinċidu mar-rendiment finanzjarju batut tal-industrija tal-Unjoni u, peress li l-prezzijiet għolja tal-fażola tas-sojja kienu meqjusa bħala l-kawża prinċipali tat-telf tal-2008, ma hemm l-ebda raġuni partikolari għalfejn it-telf tal-2010 li kkoinċida ma’ żieda oħra fil-prezzijiet tal-fażola tas-sojja għandu jiġi ttrattat b’mod differenti.

(167)

Konsegwentement, il-klejm tal-ilmentatur għandha tiġi miċħuda.

4.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-KAWŻALITÀ

(168)

Fatturi oħra, u partikolarment it-tnaqqis fid-domanda (probabbilment ikkawżat parzjalment mill-kriżi ekonomika tal-2008/2009) u l-karattru volatili tas-suq tal-materja prima ewlenija kienu kawżi importanti ta’ kwalunkwe ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(169)

Għalhekk, anke bis-suppożizzjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali, billi dawk il-fatturi l-oħra jiksru r-rabta kawżali, ma jistax jiġi konkluż li l-ħsara kienet ikkawżata minn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(170)

Billi instab hawn fuq li l-industrija tal-Unjoni mhijiex qiegħda ġġarrab ħsara li tista’ tkun ikkwalifikata bħala materjali u li, fi kwalunkwe każ, fatturi oħra jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u dik il-ħsara, mhux meħtieġ li jiġi eżaminat l-interess tal-Unjoni.

G.   IT-TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

(171)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward in-nuqqas ta’ ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u fir-rigward tan-nuqqas ta’ rabta kawżali, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Bażiku, il-proċediment għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri.

(172)

Il-partijiet kollha kkonċernati ġew infurmati bis-sejbiet finali u l-intenzjoni li l-proċediment jiġi tterminat u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. Il-kummenti tagħhom tqiesu iżda ma biddlux il-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa b’dan itterminat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 121, 19.4.2011, p. 71.

(3)  Minkejja r-relazzjoni tiegħu ma’ grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, l-ilmentatur hu meqjus bħala produttur tal-Unjoni, speċjalment billi l-evidenza disponibbli tindika li l-esportazzjonijiet minn dak il-grupp relatat lejn l-UE huma limitati ħafna.

(4)  Għall-informazzjoni, ta’ min jinnota li l-applikant B huwa relatat mal-kwerelant.

(5)  Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tal-15 ta’ Lulju 2011, WT/DS397/AB/R, Komunitajiet Ewropej – miżuri anti-dumping definittivi fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar miċ-Ċina.

(6)  Ara r-Rapport tal-Korp tal-Appell imsemmi hawn fuq tal-15 ta’ Lulju 2011, il-premessa 319.

(7)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.

(8)  ĠU L 118, 19.5.2000, p. 6.

(9)  ĠU L 209, 17.8.2011, p. 24.

(10)  ĠU L 323, 10.12.2009, p. 48.

(11)  L-ilmentatur jikkwota partikolarment Aċidu ossaliku mill-Indja u ċ-Ċina (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 1) u Aċidu ċitriku miċ-Ċina (ĠU L 143 3.6.2008, p. 13)

(12)  L-ilmentatur jirreferi għar-Rapport Finali tal-Bord fit-tilwima WT/DS331/R il-Messiku — Dazji anti-dumping fuq pajpijiet u tubi tal-azzar mill-Gwatemala.

(13)  ĠU L 106, 18.4.2012, p. 1.

(14)  Ara Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2011 li jimponi dazji provviżorji (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 1), il-premessa 77.

(15)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1

(16)  Ara Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2008 li jimponi dazji provviżorji (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 13), fil-premessi 68 u 72 rispettivament.

(17)  Drappijiet tal-malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 9); Aċidu ossaliku mill-Indja u r-RPĊ (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 1); Fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1) u Madum taċ-ċeramika mir-RPĊ (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 5).

(18)  ĠU L 275, 20.10.2011, p. 1.

(19)  Ibid., il-premessa 75.

(20)  ĠU L 43, 17.2.2011, p. 9.

(21)  Ibid., il-premessa 75.

(22)  Ibid., il-premessa 66.

(23)  ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1.

(24)  Ibid., il-premessa 64.

(25)  ĠU L 70, 17.3.2011, p. 5.

(26)  Ibid., il-premessa 73.

(27)  Ibid, il-premessi 93-95 u 125.

(28)  Ibid., il-premessa 124.

(29)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 47.

(30)  Ibid., il-premessa 85.

(31)  Ibid., il-premessa 70.

(32)  Dejta disponibbli pubblikament (ara pereżempju: http://www.indexmundi.com) turi li l-varjazzjonijiet mensili fil-prezz għall-fażola tas-sojja jistgħu jkunu saħansitra +/– 15 %.


Rettifika

28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/55


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 119 tal-4 ta’ Mejju 2012 )

Paġna 3, Artikolu 8(1):

għal:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness I għandhom:

(a)

ifornu …”

aqra:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

ifornu …”.