ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.160.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
21 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/315/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' New Zealand f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ New Zealand f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 526/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/316/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2012 li tapprova restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon innotifikati mid-Danimarka skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4025)

19

 

 

2012/317/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2012 li tapprova restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon innotifikati mill-Ġermanja skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4026)

22

 

 

2012/318/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2012 li tapprova restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon innotifikati mill-Isvezja skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4027)

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/315/PESK

tad-19 ta' Diċembru 2011

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' New Zealand f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ("ir-RGħ"),

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti skont il-każ għal kull operazzjoni konċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fis-26 ta' April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ir-RGħ innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' New Zealand f'operazzjonijiet tal-Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet ("il-Ftehim").

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' New Zealand f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ New Zealand f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

L-UNJONI EWROPEA (UE),

minn naħa waħda, u

NEW ZEALAND

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Partijiet”,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea tista' tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta' kriżijiet.

(2)

L-Unjoni Ewropea ser tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi. In-New Zealand tista' taċċetta l-istedina tal-Unjoni Ewropea u toffri l-kontribut tagħha. F'tali każ, l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi dwar jekk taċċettax il-kontribut propost tan-New Zealand.

(3)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tan-New Zealand f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti skont il-każ għal kull operazzjoni kkonċernata.

(4)

Tali Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u ma għandux jippreġudika n-natura speċifika tad-deċiżjonijiet tan-New Zealand li tipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

(5)

Tali Ftehim għandu jindirizza biss operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim eżistenti li jirregola l-parteċipazzjoni tan-New Zealand f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li tkun diġà nbdiet.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tistieden lin-New Zealand biex tipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, u ladarba n-New Zealand tkun iddeċidiet li tipparteċipa, in-New Zealand għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-kontribut propost tagħha lill-Unjoni Ewropea.

2.   L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lin-New Zealand b'indikazzjoni bikrija tal-kontribuzzjoni probabbli għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibbli bil-ħsieb li tgħin lin-New Zealand fil-formulazzjoni tal-offerta tagħha.

3.   Il-valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tal-kontribut propost tan-New Zealand għandha titmexxa b'konsultazzjoni man-New Zealand.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni lin-New Zealand permezz ta' ittra fi żmien adatt bil-ħsieb li tiżgura l-parteċipazzjoni tan-New Zealand skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Qafas

1.   In-New Zealand għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-UE twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ma' kwalunkwe deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-parteċipazzjoni tan-New Zealand f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-paragrafu 1 ma jaffettwax id-dritt tan-New Zealand li tirtira mill-parteċipazzjoni f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jekk ma taqbilx mad-Deċiżjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

Artikolu 3

Status tal-persunal u tal-forzi

1.   L-istatus tal-persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u/jew tal-forzi kkontribwiti lil operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi min-New Zealand għandhom ikunu rregolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni, jekk disponibbli, konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat jew Stati li fihom titwettaq l-operazzjoni.

2.   L-istatus tal-persunal ikkontribwit għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta' kmand li jinstabu barra l-Istat jew Stati li fihom issir l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, għandu jiġi rregolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u elementi ta' kmand ikkonċernati u n-New Zealand.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/il-missjoni msemmi fil-paragrafu 1, u soġġett għal kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali fis-seħħ, f'każijiet fejn il-forzi tan-New Zealand joperaw abbord bastiment jew inġenju tal-ajru ta' Stat Membru tal-UE, dan l-Istat tal-aħħar għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri interni tiegħu.

4.   In-New Zealand għandha tkun responsabbli biex tirrispondi għal kwalunkwe talba konnessa mal-parteċipazzjoni tagħha f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li tiġi minn jew tikkonċerna kwalunkwe membru tal-persunal tagħha. In-New Zealand għandha tkun responsabbli biex tressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinari, kontra kwalunkwe membru tal-persunal tagħha, skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

5.   Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għat-talbiet kollha (ħlief għal dawk kuntrattwali) kontra xulxin għal dannu, telf jew distruzzjoni ta' assi li jkunu proprjetà ta'/operati minn Parti jew oħra, jew korriment jew mewt ta' persunal ta' Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom b'rabta mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja.

6.   In-New Zealand tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li fiha tipparteċipa n-New Zealand, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

7.   L-Unjoni Ewropea tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' pretensjonijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tan-New Zealand f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni klassifikata

1.   In-New Zealand għandha tieħu miżuri adatti sabiex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata tal-UE tkun imħarsa skont ir-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (1) u skont linji gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fir-rigward ta’ operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jew il-Kap tal-Missjoni tal-UE fir-rigward ta’ operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

2.   Jekk l-UE tirċievi informazzjoni klassifikata min-New Zealand, dik l-informazzjoni għandha tingħata l-protezzjoni adatta għall-klassifikazzjoni tagħha u ekwivalenti għall-istandards stabbiliti fir-regolamenti għal informazzjoni klassifikata tal-UE.

3.   Fejn l-UE u n-New Zealand ikunu kkonkludew ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 5

Personal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi

1.   In-New Zealand għandha tiżgura li l-persunal tagħha li jkun issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jidħol għall-missjoni tiegħu b'mod konformi ma':

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

il-Pjan tal-Operazzjoni;

(c)

il-miżuri implementattivi.

2.   In-New Zealand għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi ("il-Kap tal-Missjoni") u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ("ir-RGħ") bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha f'operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

3   Il-persunal issekondat għall-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jagħmel eżami mediku, jieħu l-vaċċinazzjonijiet li jitqiesu neċessarji mill-awtoritajiet kompetenti tan-New Zealand u għandu jiġi ċċertifikat b'mod mediku li hu b'saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti min-New Zealand. Il-persunal issekondat għall-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandu jipproduċi kopja ta' dik iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 6

Linja ta' kmand

1.   Il-persunal issekondat min-New Zealand għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f'moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi.

2.   Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fuq il-post.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u jieħu f'idejh l-amministrazzjoni tagħha ta' kuljum.

6.   In-New Zealand għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' amministrazzjoni ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjoni, skont l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1).

7.   Il-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju tal-persunal tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi. Meta jkun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinari mill-awtorità nazzjonali konċernata.

8.   Għandu jiġi maħtur Punt Kontinġenti ta' Kuntatt Nazzjonali ("NPC") min-New Zealand biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent.

9.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni man-New Zealand jekk hija tkun għadha qed tikkontribwixxi fl-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fid-data tat-tmiem tal-operazzjoni.

Artikolu 7

Aspetti finanzjarji

1.   In-New Zealand għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat jew Stati li fihom titwettaq l-operazzjoni, il-kwistjonijiet ta' responsabbiltà possibbli u l-kumpens min-New Zealand għandhom jiġu rregolati mill-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), jew kwalunkwe arranġament alternattiv applikabbli.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni għall-baġit operattiv

1.   In-New Zealand għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-New Zealand għall-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ammont ta' referenza li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-DNG tan-New Zealand fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ammont ta' referenza għall-baġit operattiv li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal min-New Zealand li jipparteċipaw fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, in-New Zealand ma għandha tagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' għotjiet per diem imħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha, fil-prinċipju, teżenta lin-New Zealand minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:

(a)

l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li l-parteċipazzjoni tan-New Zealand fl-operazzjoni tipprovdi kontribuzzjoni sinifikattiva li hija essenzjali għal din l-operazzjoni; jew

(b)

in-New Zealand ikollha DNG per capita li ma jaqbiżx dak ta' kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

5.   Għandu jiġi ffirmat arranġament dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tan-New Zealand għall-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi bejn il-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi u s-servizzi amministrattivi rilevanti tan-New Zealand. Dak l-arranġament għandu, inter alia, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont ikkonċernat;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; u

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 9

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi

1.   In-New Zealand għandha tiżgura li l-forzi u l-persunal tagħha li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jidħlu għall-missjoni tagħhom f'konformità ma':

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

il-Pjan tal-Operazzjoni; u

(c)

il-miżuri implementattivi.

2.   In-New Zealand għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien debitu bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni.

Artikolu 10

Linja ta' kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   Persunal issekondat min-New Zealand għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f'moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operattiv u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u l-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li huwa intitolat li jiddelega l-awtorità tiegħu.

4.   In-New Zealand għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' tmexxija ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea.

5.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista', wara konsultazzjonijiet man-New Zealand, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tan-New Zealand.

6.   Rappreżentant Militari Għoli (SMR) għandu jiġi maħtur min-New Zealand biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent tan-New Zealand.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, in-New Zealand għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux soġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Ftehim, kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK (2) li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-UE li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat jew Stati li fihom titwettaq l-operazzjoni, il-kwistjonijiet ta' responsabbiltà possibbli u l-kumpens min-New Zealand għandhom jiġu rregolati mill-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi msemmi fl-Artikolu 3(1) jew kwalunkwe arranġamenti alternattivi applikabbli.

Artikolu 12

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni

1.   In-New Zealand għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-New Zealand għall-ispejjeż komuni għandha tiġi kkalkolata abbażi taż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-DNG tan-New Zealand fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; Jew

(b)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal min-New Zealand parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u n-New Zealand tikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forza, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tagħha għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F'każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kontribwit min-New Zealand għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 1 ta' hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha, fil-prinċipju, teżenta lin-New Zealand minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:

(a)

l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li l-parteċipazzjoni tan-New Zealand fl-operazzjoni tipprovdi kontribuzzjoni sinifikattiva għall-assi u/jew il-kapaċitajiet li huma essenzjali għall-operazzjoni; jew

(b)

in-New Zealand għandha DNG per capita li ma jaqbiżx dak ta' kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

4.   Għandu jiġi konkluż arranġament bejn l-Amministratur previst fid-Deċiżjoni 2008/975/PESK li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, u l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tan-New Zealand. Dak l-arranġament għandu jinkludi inter alia dispożizzjonijiet dwar:

(a)

l-ammont ikkonċernat;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; u

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12(4) u 8(5), kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-awtoritajiet kompetenti tan-New Zealand.

Artikolu 14

Nuqqas ta' konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż minn qabel ta' xahar.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni ta' disputi

Id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rivedut fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn iż-żewġ Partijiet.

4.   Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn kwalunkwe Parti b'notifika bil-miktub ta' denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha ssir effettiva sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.

Magħmul fi Brussell fit-tmintax-il jum ta' April fis-sena elfejn u tnax.

Għall-Unjoni Ewropea

Għan-New Zealand


(1)   ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

(2)   OJ L 345, 23.12.2008, p. 96.

DIKJARAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li tipparteċipa fiha n-New Zealand jagħmlu ħilithom, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, biex jirrinunzjaw safejn ikun possibbli talbiet kontra n-New Zealand għal korriment, mewt ta' persunal, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi li huma proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal min-New Zealand fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja, jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi li huma l-proprjetà tan-New Zealand, bil-kondizzjoni li l-assi ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja ta' persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi min-New Zealand li kien qed juża dawk l-assi.

DIKJARAZZJONI MIN-NEW ZEALAND

In-New Zealand, meta tapplika Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ser tagħmel ħilitha, safejn is-sistema legali interna tagħha tippermetti, biex tirrinunzja sa fejn ikun possibbli talbiet kontra kwalunkwe Stat Membru tal-UE li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għal korriment, mewt ta' persunal tiegħu, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tiegħu u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

(a)

kien ikkawżat minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja; jew

(b)

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi li huma l-proprjetà ta' Stati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, bil-kondizzjoni li l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja ta' persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li jkun qed juża dawk l-assi.


REGOLAMENTI

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 523/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (2), l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim tal-1958 Rivedut”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 97/836/KE, l-Unjoni aderiet ukoll mar-Regolament tal-UNECE Nru 30 dwar it-tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, ir-Regolament Nru 54 dwar it-tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom, u r-Regolament Nru 64 dwar l-użu temporanju ta’ unitajiet żejda, tajers run-flat, sistema run-flat u sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers.

(3)

Permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (3) separata, l-Unjoni aderiet mar-Regolament tal-UNECE Nru 117 dwar l-emissjonijiet ta’ ħsejjes mit-tidwir tat-tajers u l-adeżjoni fuq uċuħ imxarrba.

(4)

Skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (4), il-manifatturi tal-vetturi li jridu l-approvazzjoni għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom għandhom l-għażla li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ waħda mid-Direttivi relevanti jew ir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Il-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti skont id-Direttivi dwar il-parts tal-vetturi huma meħuda mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Hekk kif it-teknoloġija timxi ‘l quddiem, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin jiġu emendati l-ħin kollu u d-Direttivi relevanti għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu konformi mal-kontenut tar-Regolamenti rispettivi tal-UNECE. Sabiex tiġi evitata din id-duplikazzjoni, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 irrakkomanda li bosta Direttivi jiġu sostitwiti mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE.

(5)

Il-possibbiltà li jiġu applikati r-Regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE fuq bażi obbligatorja u li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi sostitwita minn dawk ir-Regolamenti tal-UNECE hija stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE. Skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja se titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

(6)

Is-sostituzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolamenti tal-UNECE tgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards li hemm qbil fuhom internazzjonalment għandha ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958, u b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jipprovdi għar-revoka ta’ bosta Direttivi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom, li, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bir-Regolament korrispondenti tal-UNECE biex jiġi żgurat li jinżammu d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u jiġu ffaċilitati l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

(8)

Minħabba f’hekk, jixraq li r-Regolament tal-UNECE Nru 30, 54, 64 u 117 jiddaħħlu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, li jelenka l-listi tar-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja.

(9)

Jixraq ukoll li jiġi ċċarat l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2011 (5), fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-UNECE Nru 13 dwar l-ibbrejkjar tal-vejikoli u t-trejlers, ir-Regolament Nru 13-H dwar l-ibbrejkar tal-karozzi tal-passiġġieri, ir-Regolament Nru 34 dwar il-prevenzjoni tar-riskju min-nirien (tankijiet tal-fjuwil likwidu) u r-Regolament Nru 55 dwar komponenti ta’ kkoppjar mekkaniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod.

(11)

Ir-Regolamenti tal-UNECE elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw skont id-dati tal-implimentazzjoni stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 30, suppliment 16 tat-02 serje ta’ emendi (6), u r-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje ta’ emendi (7), inklużi r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.1.1, ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stipulati fil-paragrafu 6.2, u r-rekwiżiti tar-reżistenza għat-tidwir tal-istadju 1 stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandhom japplikaw għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ tajers tal-Klassi C1.

2.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 30, suppliment 16 tat-02 serje ta’ emendi, u r-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stipulati fil-paragrafu 6.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandhom japplikaw għall-fini ta’ reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassi C1.

3.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 54, suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament (8), u r-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafi minn 6.1.2 sa 6.1.3 u r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tal-istadju 1 stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandhom japplikaw għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ tajers tal-Klassijiet C2 u C3.

4.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 54 suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C2 u C3.

5.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar il-ħoss tat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafi minn 6.1.1 sa 6.1.3 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C1, C2 u C3.

6.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tal-1 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C1 u C2.

7.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tal-1 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassi C3.

8.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ tajers tal-Klassijiet C1, C2 u C3.

9.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C1 u C2.

10.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2020, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassi C3.

11.   Tajers ġodda tal-Klassijiet C1, C2 u C3 li kienu ġew manifatturati qabel id-dati stipulati fil-paragrafu 2 li jikkonċerna r-rekwiżiti ġenerali u l-prestazzjoni tal-qabda fuq wiċċ imxarrab, il-paragrafu 4 li jikkonċerna rekwiżiti ġenerali, il-paragrafu 5 li jikkonċerna ħoss tal-irrumblar tat-2 stadju, il-paragrafi 6 u 7 li jikkonċernaw rekwiżiti dwar ir-reżistenza għall-irrumblar tal-1 stadju, kif ukoll il-paragrafi 9 u 10 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għall-irrumblar tat-2 stadju, u li ma jkunux konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jistgħu jinbiegħu u jiddaħħllu fis-servizz għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx it-30 xahar minn dawk id-dati.

Artikolu 3

1.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE lil tipi ġodda ta’ tajers għall-vetturi tal-kategorija M1 li ma jkunux mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1 (9).

2.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE lil tipi ġodda ta’ tajers għall-vetturi tal-kategorija M1 li ma jkunux mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1.

Artikolu 4

1.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1, għandu japplika għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tajers ġodda għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 f’każijiet fejn it-tali vetturi jkunu mgħammra b’apparat kopert minn dak ir-Regolament.

2.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1, f’każijiet fejn it-tali vetturi jkunu mgħammra b’apparat kopert minn dak ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(3)  COM(2003) 635 finali — Adozzjoni permezz ta’ dokument mhux ippubblikat.

(4)   ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 108, 28.4.2011, p. 13.

(6)   ĠU L 201, 30.7.2008, p. 70.

(7)   ĠU L 231, 29.8.2008, p. 19.

(8)   ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41.

(9)   ĠU L 310, 26.11.2010, p. 18.


ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-lista tar-Regolamenti tal-UNECE applikabbli fuq bażi obbligatorja hija emendata kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni għar-Regolement Nru 13 tinbidel b’dan li ġej:

“13

Ibbrejkjar ta’ vetturi u trejlers

Is-Suppliment 5 mas-serje ta’ emendi 10

Il-Rettifiki 1 u 2 lir-Reviżjoni 6

ĠU L 257, 30.9.2010, p. 1

M, N, O (b)”

Is-Suppliment 3 mas-serje ta’ emendi 11

ĠU L 297, 13.11.2010, p. 183

(b)

Ir-Regolamnet Nru 30 li ġej jiddaħħal bejn ir-Regolament Nru 28 u r-Regolament Nru 31:

“30

Tajers pnewmatiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (Klassi C1)

Is-Suppliment 16 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 201, 30.7.2008, p. 70

ĠU L 307, 23.11.2011, p. 1

M, N, O”

(c)

L-annotazzjoni għar-Regolement Nru 34 tinbidel b’dan li ġej:

“34

Prevenzjoni tar-riskji tan-nar (tankijiet tal-fjuwil likwidu)

Is-Suppliment 2 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 194, 23.7.2008, p. 14

M, N, O (d)”

(d)

Ir-Regolamnet Nru 54 li ġej jiddaħħal bejn ir-Regolament Nru 48 u r-Regolament Nru 55:

“54

Tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom (Klassijiet C2 u C3)

Is-Suppliment 17 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41

ĠU L 307, 23.11.2011, p. 2

M, N, O”

(e)

L-annotazzjoni għar-Regolement Nru 55 tinbidel b’dan li ġej:

“55

Komponenti tal-igganċjar mekkaniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi

Is-Suppliment 1 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 227, 28.8.2010, p. 1

M, N, O (e)”

(f)

Ir-Regolament Nru 64 li ġej jiddaħħal bejn ir-Regolament Nru 61 u r-Regolament Nru 66:

“64

Unitajiet żejda għal użu temporanju, sistema/tajers run-flat u sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

Is-serje 02 ta’ emendi, rettifika 1

ĠU L 310, 26.11.2010, p. 18

M1, N1

(g)

Ir-Regolament Nru 117 li ġej jiddaħħal bejn ir-Regolament Nru 116 u r-Regolament Nru 118:

“117

Tajers fir-rigward ta’ emissjonijiet tal-ħsejjes tat-tidwir, adeżjoni fuq uċuh imxarrba u reżistenza għat-tidwir (Klassijiet C1, C2 u C3)

Serje 02 ta’ emendi

ĠU L 307, 23.11.2011, p. 3

M, N, O”

(2)

In-Noti mat-tabella huma emendati kif ġej:

(a)

In-Noti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

L-attrezzar ta’ sistema ta’ kontroll tal-istabbilità elettroniku huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-Anness 21 tar-Regolament tal-UNECE Nru 13 hija obbligatorja għall-għanijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi kif ukoll għar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda. Madankollu, id-dati tal-implimentazzjoni li jikkonċernaw is-sistemi ta’ kontroll tal-istabbiltà elettroniċi msemmija f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw minflok id-dati msemmija f’dak ir-Regolament tal-UNECE.

(c)

L-attrezzar ta’ sistema ta’ kontroll tal-istabbilità elettroniku huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-Parti A tal-Anness 9 tar-Regolament tal-UNECE Nru 13-H hija obbligatorja għall-għanijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi kif ukoll għar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda. Madankollu, id-dati tal-implimentazzjoni li jikkonċernaw is-sistemi ta’ kontroll tal-istabbiltà elettroniċi msemmija f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw minflok id-dati msemmija f’dak ir-Regolament tal-UNECE.”

(b)

Jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:

“(d)

Il-konformità mal-Parti II tar-Regolament tal-UNECE Nru 34 hija obbligatorja.

(e)

Kull meta manifattur ta’ vettura jistqarr li vettura hija adatta biex tirmonka tagħbijiet (il-punt 2.11.5 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE), l-ebda tagħmir tal-ikkoppjar attrezzat magħha ma għandu jgħatti xi komponent tad-dwal (eż. il-fanal ta’ wara ta’ kontra ċ-ċpar) jew l-ispazju għall-immuntar u t-twaħħil tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, sakemm it-tagħmir tal-ikkoppjar mekkaniku ma jkunx jista’ jitneħħa jew jiġi ripożizzjonat bla ma tintuża l-ebda għodda, inklużi ċwievet tar-rilaxx.”

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(i) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi lista ta’ skemi ta’ appoġġ li jagħtu dritt għal pagament dirett skont dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja li jagħtu pagament separat għall-frott artab mill-2012. Il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Polonja ddeċidew li jużaw dik il-possibiltà.

(3)

Il-pagament separat għall-frott artab mhuwiex elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Madankollu, min-natura tiegħu stess, dak il-pagament għandu jitqies bħala pagament dirett kif definit fl-Artikolu 2(d) ta’ dak ir-Regolament minħabba li mis-sena kalendarja 2012, dan jissostitwixxi l-pagament transitorju għall-frott artab mogħti skont l-Artikolu 98 ta’ dak ir-Regolament, li huwa elenkat fl-Anness I għal dak ir-Regolament bħala pagament dirett. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 129(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-pagament separat għall-frott artab għandu jingħata skont il-limiti tal-ammonti massimi msemmija fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament li jikkorrispondu għall-pagament għall-frott artab.

(4)

Għal dik ir-raġuni, in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-pagament separat għall-frott artab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkostitwixxi ommissjoni li teħtieġ li tiġi rimedjata.

(5)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi l-pagament separat għall-frott artab jista’ jingħata mill-2012, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-entrata li ġejja qed tiddaħħal wara l-entrata “Frott u ħxejjex”:

“Frott u ħxejjex

(l-Artikolu 129(1) ta’ dan ir-Regolament)

Pagament separat għall-frott artab”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 525/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

41,0

ZZ

41,0

0707 00 05

MK

18,0

TR

110,4

ZZ

64,2

0709 93 10

TR

96,7

ZZ

96,7

0805 50 10

AR

85,2

TR

91,2

UY

109,5

ZA

90,9

ZZ

94,2

0808 10 80

AR

111,3

BR

87,7

CH

68,9

CL

102,2

NZ

126,8

US

161,4

UY

61,2

ZA

108,6

ZZ

103,5

0809 10 00

IL

705,0

TR

216,5

ZZ

460,8

0809 29 00

TR

341,2

ZZ

341,2

0809 40 05

ZA

249,8

ZZ

249,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 526/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)   ĠU L 151, 12.6.2012, p. 29.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-21 ta’ Ġunju 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

39,66

0,00

1701 12 90  (1)

39,66

2,71

1701 13 10  (1)

39,66

0,00

1701 13 90  (1)

39,66

3,01

1701 14 10  (1)

39,66

0,00

1701 14 90  (1)

39,66

3,01

1701 91 00  (2)

48,62

2,88

1701 99 10  (2)

48,62

0,00

1701 99 90  (2)

48,62

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4321 ġew sospiżi mid-19 ta’ Jannar 2012 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2012 (UE) Nru 41/2012 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għall-prodotti fis-settur taz-zokkor li jaqgħu taħt ċerti kwoti tariffarji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 41/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4321 mid-19 ta’ Jannar 2012 qed tiġi irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 40.


DEĊIŻJONIJIET

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2012

li tapprova restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon innotifikati mid-Danimarka skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4025)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2012/316/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE fih il-lista tas-sustanzi attivi approvati fil-livell tal-Unjoni għall-inklużjoni fi prodotti bijoċidali. Is-sustanza attiva difetijalon ġiet approvata għall-inklużjoni fi prodotti li huma prodotti tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difethialone bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2).

(2)

Id-difetijalon huwa rodentiċida antikoagulanti magħruf li joħloq riskji ta’ inċidenti aċċidentali li jinvolvu t-tfal, kif ukoll riskji għall-annimali u għall-ambjent. Ġie identifikat bħala potenzjalment persistenti, b’tendenza ta’ bijoakkumulazzjoni u tossiku (“PBT”), jew persistenti ħafna u b’tendenza kbira ta’ bijoakkumulazzjoni (‘vPvB’).

(3)

Għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u iġjene, madankollu nstab li l-inklużjoni tad-difetijalon u rodentiċidi antikoagulanti oħra fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE kienet iġġustifikata, u b’hekk l-Istati Membri setgħu jawtorizzaw prodotti bbażati fuq id-difetijalon. Madankollu, id-Direttiva 2007/69/KE tobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw, meta jagħtu awtorizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom id-difetijalon, li l-esponiment primarju kif ukoll sekondarju tal-bnedmin, tal-annimali li mhumiex fil-mira u l-ambjent jiġi minimizzat, billi jitqiesu u jiġu applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(4)

L-evalwazzjoni xjentifika li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/69/KE kkonkludiet li t-tnaqqis l-aktar sinifikanti fl-esponiment għad-difetijalon u fir-riskji maħluqa minnu jinkisbu bir-restrizzjoni tal-użu tiegħu għal kampanji ta’ trattament ta’ dewmien limitat, billi jiġi limitat l-aċċess ta’ annimali li mhumiex fil-mira għal-lixka u bit-tneħħija ta’ lixka mhux użata u rodituri mejta jew moribondi matul kampanja ta’ lixkar sabiex tiġi minimizzata l-opportunità ta’ esponiment primarju jew sekondarju ta’ annimali li mhumiex fil-mira. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li utenti professjonali biss huma mistennija li jsegwu tali struzzjonijiet. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fid-Direttiva 2007/69/KE għalhekk jinkludu restrizzjoni għal użu professjonali biss.

(5)

Il-kumpanija LiphaTech S.A.S. (“l-applikant”) issottomettiet, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, applikazzjoni lir-Renju Unit għall-awtorizzazzjoni ta’ disa’ rodentiċidi li fihom id-difetijalon (“il-prodotti”). L-ismijiet tal-prodotti u n-numri ta’ referenza fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (“R4BP”) huma indikati fl-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

(6)

Ir-Renju Unit ta l-awtorizzazzjonijiet fl-20 ta’ April 2011 (Generation Pat), fis-26 ta’ April 2011 (Generation Block) u fis-27 ta’ April 2011 (Generation Grain’Tech u Rodilon Trio) (“l-ewwel awtorizzazzjonijiet”). Il-prodotti ġew awtorizzati b’restrizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE ġew issodisfati fir-Renju Unit. Dawk ir-restrizzjonijiet ma inkludewx restrizzjoni għal utenti professjonali mħarrġa li għandhom liċenzja.

(7)

L-applikant issottometta applikazzjoni sħiħa lid-Danimarka għal rikonoxximent komuni tal-ewwel awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ sebgħa mill-prodotti (Rodilon Paste, Kvit Muse-Pasta, Rodilon Block, Generation Korn’Tech, Rodilon Trio u Kvit Røde Musekorn, u l-prodott li issa ssir referenza għalih bħala Generation Blok) fid-9 ta’ Ġunju 2011, u fir-rigward ta’ tnejn mill-prodotti (Generation Musebloks u Generation Musekorn) fl-14 ta’ Ottubru 2011.

(8)

Fit-2 ta’ Novembru 2011, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant dwar il-proposta tagħha li tirrestrinġi l-ewwel awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE. Id-Danimarka pproponiet li tiġi imposta restrizzjoni fuq il-prodotti biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jissottomettu kummenti bil-miktub rigward in-notifika fi żmien 90 jum skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 98/8/KE.

(10)

L-applikant biss issottometta kummenti fi żmien l-iskadenza. In-notifika ġiet diskussa wkoll bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, ir-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali u l-applikant fil-laqgħa tal-Grupp li Jiffaċilita l-Awtorizzazzjoni tal-Prodotti u r-Rikonoxximent Komuni li saret bejn is-6 u s-7 ta’ Diċembru 2011 u fil-laqgħa tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali li saret bejn id-29 ta’ Frar u t-2 ta’ Marzu 2012.

(11)

L-applikant ressaq l-argument li r-restrizzjoni għal użu minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja mhijiex ġustifikata u ma għandhiex tiġi aċċettata, peress li l-prodotti tiegħu huma wkoll xierqa għall-kontroll ta’ rodituri minn professjonisti li mhumiex imħarrġa u minn dawk li mhumiex professjonisti. Barra minn hekk, l-applikant ressaq l-argumenti li l-prodotti huma tip ta’ prodotti lesti biex jintużaw; li l-kontenut ta’ ingredjent attiv fil-prodotti huwa baxx; li jeżisti antidotu; li l-prodotti jistgħu faċilment jinżammu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jintlaħqu mit-tfal u minn annimali li mhumiex fil-mira; li utenti mhux professjonali għandhom it-tendenza li jneħħu rodituri mejta u li utenti mhux professjonali jistgħu jitħarrġu.

(12)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont id-Direttiva 2007/69/KE, awtorizzazzjonijiet għal prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa u disponibbli, inkluża r-restrizzjoni għal użu professjonali biss. L-evalwazzjoni xjentifika li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/69/KE kkonkludiet li l-utenti professjonali biss setgħu jkunu mistennija li jsegwu l-istruzzjonijiet li jwasslu għat-tnaqqis l-aktar sinifikanti fl-esponiment u fir-riskju. Restrizzjoni għal utenti professjonali għandha għalhekk fil-prinċipju titqies li hija miżura xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji. L-argumenti mressqa mill-applikant ma jdgħajfux dik il-konklużjoni.

(13)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li tmur kontra dan, il-Kummissjoni għalhekk tqis li restrizzjoni għal utenti professjonali hija miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa u disponibbli għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti li fihom id-difetijalon fid-Danimarka. Il-fatt li r-Renju Unit ma qiesx tali restrizzjoni bħala xierqa u disponibbli għal awtorizzazzjoni fit-territorju tiegħu huwa immaterjali għal dik il-konklużjoni. Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li jawtorizza użu mhux professjonali kienet ibbażata b’mod partikolari fuq ir-riskju ta’ dewmien fit-trattament ta’ infestazzjonijiet fid-djar minħabba l-ispejjeż involuti biex jitqabbdu professjonisti mħarrġa, u r-riskji assoċjati għall-iġjene pubblika. Madankollu, id-Danimarka spjegat li r-riskju huwa anqas prevalenti fid-Danimarka, bis-saħħa ta’ sistema obbligatorja ta’ rappurtar ta’ infestazzjoni ta’ firien u kontroll iffinanzjat mit-taxxi minn professjonisti mħarrġa, flimkien mal-aċċess tal-pubbliku ġenerali għal metodi alternattivi għall-kontroll ta’ infestazzjonijiet minuri tal-ġrieden.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Danimarka tista’ tirrestrinġi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23.


ANNESS

Il-prodotti li għalihom id-Danimarka tista’ tirrestrinġi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/8/KE biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja

Isem il-prodott fir-Renju Unit

In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tar-Renju Unit fl-R4PB

Isem il-prodott fid-Danimarka

In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni Daniża fl-R4PB

Generation Block

2009/4329/3928/UK/AA/4786

Generation Block

2011/4329/3928/DK/MA/18746

Generation Block

2009/4329/3928/UK/AA/4786

Rodilon Block

2009/4329/3928/DK/MA/5109

Generation Block

2009/4329/3928/UK/AA/4786

Generation Museblok

2009/4329/3928/DK/MA/5089

Generation Pat’

2009/4329/3926/UK/AA/4788

Rodilon Paste

2009/4329/3926/DK/MA/5111

Generation Pat’

2009/4329/3926/UK/AA/4788

Kvit Muse Pasta

2010/4329/3926/DK/MA/16305

Generation Grain’Tech

2009/4329/3929/UK/AA/4785

Generation Korn’Tech

2011/4329/3929/DK/MA/18745

Generation Grain’Tech

2009/4329/3929/UK/AA/4785

Generation Musekorn

2009/4329/3929/DK/MA/5125

Rodilon Trio

2009/4329/3930/UK/AA/4792

Rodilon Trio

2010/4329/3930/DK/MA/5108

Rodilon Trio

2009/4329/3930/UK/AA/4792

Kvit Røde Musekorn

2010/4329/3930/DK/MA/16306


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2012

li tapprova restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon innotifikati mill-Ġermanja skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4026)

(Il-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2012/317/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE fih il-lista tas-sustanzi attivi approvati fil-livell tal-Unjoni għall-inklużjoni fi prodotti bijoċidali. Is-sustanza attiva difetijalon ġiet approvata għall-inklużjoni fi prodotti li huma prodotti tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difethialone bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2).

(2)

Id-difetijalon huwa rodentiċida antikoagulanti magħruf li joħloq riskji ta’ inċidenti aċċidentali li jinvolvu t-tfal, kif ukoll riskji għall-annimali u għall-ambjent. Ġie identifikat bħala potenzjalment persistenti, b’tendenza ta’ bijoakkumulazzjoni u tossiku (“PBT”), jew persistenti ħafna u b’tendenza kbira ta’ bijoakkumulazzjoni (“vPvB”).

(3)

Għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u iġjene, madankollu nstab li l-inklużjoni tad-difetijalon u rodentiċidi antikoagulanti oħra fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE kienet iġġustifikata, u b’hekk l-Istati Membri setgħu jawtorizzaw prodotti bbażati fuq id-difetijalon. Madankollu, id-Direttiva 2007/69/KE tobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw, meta jagħtu awtorizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom id-difetijalon, li l-esponiment primarju kif ukoll sekondarju tal-bnedmin, tal-annimali li mhumiex fil-mira u l-ambjent jiġi minimizzat, billi jitqiesu u jiġu applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(4)

L-evalwazzjoni xjentifika li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/69/KE kkonkludiet li t-tnaqqis l-aktar sinifikanti fl-esponiment għad-difetijalon u fir-riskji maħluqa minnu jinkisbu bir-restrizzjoni tal-użu tiegħu għal kampanji ta’ trattament ta’ dewmien limitat, billi jiġi limitat l-aċċess ta’ annimali li mhumiex fil-mira għal-lixka u bit-tneħħija ta’ lixka mhux użata u rodituri mejta jew moribondi matul kampanja ta’ lixkar sabiex tiġi minimizzata l-opportunità ta’ esponiment primarju jew sekondarju ta’ esponiment ta’ annimali li mhumiex fil-mira. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li utenti professjonali biss huma mistennija li jsegwu t-tali struzzjonijiet. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fid-Direttiva 2007/69/KE għalhekk jinkludu restrizzjoni għal użu professjonali biss.

(5)

Il-kumpanija LiphaTech S.A.S. (“l-applikant”) issottomettiet, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, applikazzjoni lir-Renju Unit għall-awtorizzazzjoni ta’ sitt rodentiċidi li fihom id-difetijalon (“il-prodotti”). L-ismijiet tal-prodotti u n-numri ta’ referenza fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (“R4BP”) huma indikati fl-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

(6)

Ir-Renju Unit ta l-awtorizzazzjonijiet fl-20 ta’ April 2011 (Generation Pat’), fis-26 ta’ April 2011 (Generation Block, Generation B’Block u Generation S’Block) u fis-27 ta’ April 2011 (Generation Grain’Tech u Rodilon Trio) (“l-ewwel awtorizzazzjonijiet”). Il-prodotti ġew awtorizzati b’restrizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE ġew issodisfati fir-Renju Unit. Dawk ir-restrizzjonijiet ma kinux jinkludu restrizzjoni għal utenti professjonali mħarrġa jew liċenzjati.

(7)

Fis-6 ta’ Novembru 2009, l-applikant issottometta applikazzjoni kompluta lill-Ġermanja għal rikonoxximent komuni tal-ewwel awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti.

(8)

Fit-22 ta’ Novembru 2011, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant dwar il-proposta tagħha li tirrestrinġi l-ewwel awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE. Il-Ġermanja pproponiet li tiġi imposta restrizzjoni fuq il-prodotti biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa jew liċenzjati.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jissottomettu kummenti bil-miktub rigward in-notifika fi żmien 90 jum skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 98/8/KE. L-applikant biss issottometta kummenti fi żmien l-iskadenza. In-notifika ġiet diskussa wkoll bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, ir-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali u l-applikant fil-laqgħa tal-Grupp li Jiffaċilita l-Awtorizzazzjoni tal-Prodotti u r-Rikonoxximent Komuni li saret bejn is-6 u s-7 ta’ Diċembru 2011, li fiha pparteċipa l-applikant, u fil-laqgħa tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali li saret bejn id-29 ta’ Frar u t-2 ta’ Marzu 2012.

(10)

L-applikant ressaq l-argument li r-restrizzjoni għal użu minn professjonisti mħarrġa jew liċenzjati mhijiex ġustifikata u ma għandhiex tiġi aċċettata, peress li l-prodotti tiegħu huma wkoll xierqa għall-kontroll ta’ rodituri minn professjonisti li mhumiex imħarrġa u minn dawk li mhumiex professjonisti. Barra minn hekk, l-applikant ressaq l-argumenti li l-prodotti huma tip ta’ prodotti lesti biex jintużaw; li l-kontenut ta’ ingredjent attiv fil-prodotti huwa baxx; li jeżisti antidotu; li l-prodotti jistgħu faċilment jinżammu ’l bogħod minn fejn jistgħu jintlaħqu mit-tfal u minn annimali li mhumiex fil-mira; li utenti mhux professjonali x’aktarx li se jneħħu r-rodituri mejta; u li utenti mhux professjonali jistgħu jitħarrġu.

(11)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont id-Direttiva 2007/69/KE, awtorizzazzjonijiet għal prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa u disponibbli, inkluża r-restrizzjoni għal użu professjonali biss. L-evalwazzjoni xjentifika li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/69/KE kkonkludiet li l-utenti professjonali biss setgħu jkunu mistennija li jsegwu l-istruzzjonijiet li jwasslu għat-tnaqqis l-aktar sinifikanti fl-esponiment u fir-riskju. Restrizzjoni għal utenti professjonali għandha għalhekk fil-prinċipju titqies li hija miżura xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji. L-argumenti mressqa mill-applikant ma jdgħajfux dik il-konklużjoni.

(12)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li tmur kontra dan, il-Kummissjoni għalhekk tqis li restrizzjoni għal utenti professjonali hija miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa u disponibbli għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti li fihom id-difetijalon fil-Ġermanja. Il-fatt li r-Renju Unit ma qiesx tali restrizzjoni bħala xierqa u disponibbli għal awtorizzazzjoni fit-territorju tiegħu huwa immaterjali għal dik il-konklużjoni. Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li tawtorizza użu mhux professjonali kienet ibbażata b’mod partikolari fuq ir-riskju ta’ dewmien fit-trattament ta’ infestazzjonijiet fid-djar minħabba l-ispejjeż involuti biex jitqabbdu professjonisti mħarrġa, u r-riskji assoċjati għall-iġjene pubblika. Madankollu, il-Ġermanja spjegat li r-riskju huwa inqas prevalenti fil-Ġermanja bis-saħħa tal-infrastruttura, li fil-Ġermanja tiffunzjona tajjeb, ta’ operaturi mħarrġa fil-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara u ta’ professjonisti liċenzjati, bħal bdiewa, ġardinara u forestiera, flimkien mad-disponibbiltà ta’ metodi alternattivi għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara fil-bini, speċjalment għall-kontroll tal-ġrieden.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja tista’ tirrestrinġi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa jew liċenzjati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23.


ANNESS

Il-prodotti li għalihom il-Ġermanja tista’ tirrestrinġi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/8/KE biex jintużaw minn professjonisti liċenzjati jew imħarrġa

Isem il-prodott fir-Renju Unit

In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tar-Renju Unit fl-R4BP

Isem il-prodott fil-Ġermanja

In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni Ġermaniża fl-R4PB

Rodilon Trio

2009/4329/3930/UK/AA/4792

Brumolin Forte

2009/4329/3930/DE/MA/5214

Generation B’Block

2009/4329/3927/UK/AA/4789

Generation B’Block

2009/4329/3927/DE/MA/5169

Generation Block

2009/4329/3928/UK/AA/4786

Generation Block

2009/4329/3928/DE/MA/5170

Generation Pat’

2009/4329/3926/UK/AA/4788

Generation Pat’

2009/4329/3926/DE/MA/5171

Generation Grain’Tech

2009/4329/3929/UK/AA/4785

Generation Grain’Tech

2009/4329/3929/DE/MA/5172

Generation S’Block

2009/4329/3927/UK/AA/4790

Generation S’Block

2009/4329/3927/DE/MA/5173


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2012

li tapprova restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon innotifikati mill-Isvezja skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4027)

(It-test bl-Isvediż biss huwa awtentiku)

(2012/318/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE fih il-lista tas-sustanzi attivi approvati fil-livell tal-Unjoni għall-inklużjoni fi prodott bijoċidali. Is-sustanza attiva difetijalon ġiet approvata għall-inklużjoni fi prodotti li huma prodotti tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difethialone bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2).

(2)

Id-difetijalon huwa rodentiċida antikoagulanti magħruf li joħloq riskji ta’ inċidenti aċċidentali li jinvolvu t-tfal, kif ukoll riskji għall-annimali u għall-ambjent. Ġie identifikat bħala potenzjalment persistenti, b’tendenza ta’ bijoakkumulazzjoni u tossiku (“PBT”), jew persistenti ħafna u b’tendenza kbira ta’ bijoakkumulazzjoni (“vPvB”).

(3)

Għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u iġjene, madankollu nstab li l-inklużjoni tad-difetijalon u rodentiċidi antikoagulanti oħra fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE kienet iġġustifikata, u b’hekk l-Istati Membri setgħu jawtorizzaw prodotti bbażati fuq id-difetijalon. Madankollu, id-Direttiva 2007/69/KE tobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw, meta jagħtu awtorizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom id-difetijalon, li l-esponiment primarju kif ukoll sekondarju tal-bnedmin, tal-annimali li mhumiex fil-mira u l-ambjent jiġi minimizzat, billi jitqiesu u jiġu applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(4)

L-evalwazzjoni xjentifika li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/69/KE kkonkludiet li t-tnaqqis l-aktar sinifikanti fl-esponiment għad-difetijalon u fir-riskji maħluqa minnu jinkisbu bir-restrizzjoni tal-użu tiegħu għal kampanji ta’ trattament ta’ dewmien limitat, billi jiġi limitat l-aċċess ta’ annimali li mhumiex fil-mira għal-lixka u bit-tneħħija ta’ lixka mhux użata u rodituri mejta jew moribondi matul kampanja ta’ lixkar sabiex tiġi minimizzata l-opportunità ta’ esponiment primarju jew sekondarju ta’ esponiment ta’ annimali li mhumiex fil-mira. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li utenti professjonali biss huma mistennija li jsegwu t-tali struzzjonijiet. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fid-Direttiva 2007/69/KE għalhekk jinkludu restrizzjoni għal użu professjonali biss.

(5)

Il-kumpanija LiphaTech S.A.S. (“l-applikant”) issottomettiet, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, applikazzjoni lir-Renju Unit għall-awtorizzazzjoni ta’ tmien rodentiċidi li fihom id-difetijalon (“il-prodotti”). L-ismijiet tal-prodotti u n-numri ta’ referenza fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (“R4BP”) huma indikati fl-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

(6)

Ir-Renju Unit ta l-awtorizzazzjonijiet fl-20 ta’ April 2011 (Generation Pat’), fis-26 ta’ April 2011 (Generation Block) u fis-27 ta’ April 2011 (Generation Grain’Tech u Rodilon Trio) (“l-ewwel awtorizzazzjonijiet”). Il-prodotti ġew awtorizzati b’restrizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE ġew issodisfati fir-Renju Unit. Dawk ir-restrizzjonijiet ma inkludewx restrizzjoni għal utenti professjonali mħarrġa li għandhom liċenzja.

(7)

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, l-applikant issottometta applikazzjoni kompluta lill-Isvezja għal rikonoxximent komuni tal-ewwel awtorizzazzjonijiet tal-prodotti. Għall-prodotti bl-ismijiet tal-prodotti Svediżi Rodilon Block, Rodilon Trio u Rodilon Paste, l-applikazzjonijiet ġew ristretti għal awtorizzazzjoni għall-użu professjonali biss.

(8)

Fil-11 ta’ Ottubru 2011, l-Isvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant dwar il-proposta tagħha li tirrestrinġi l-ewwel awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE. L-Isvezja pproponiet li tiġi imposta restrizzjoni fuq il-prodotti biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jissottomettu kummenti bil-miktub rigward in-notifika fi żmien 90 jum skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 98/8/KE. L-applikant biss issottometta kummenti fi żmien l-iskadenza. In-notifika ġiet diskussa wkoll bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, ir-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali, u l-applikant fil-laqgħa tal-Grupp li Jiffaċilita l-Awtorizzazzjoni tal-Prodotti u r-Rikonoxximent Komuni li saret bejn is-6 u s-7 ta’ Diċembru 2011 u fil-laqgħa tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali li saret bejn id-29 ta’ Frar u t-2 ta’ Marzu 2012.

(10)

L-applikant ressaq l-argument li r-restrizzjoni għal użu minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja mhijiex ġustifikata u ma għandhiex tiġi aċċettata, peress li l-prodotti tiegħu huma wkoll xierqa għall-kontroll ta’ rodituri minn professjonisti li mhumiex imħarrġa u minn dawk li mhumiex professjonisti. Barra minn hekk, l-applikant ressaq l-argumenti li l-prodotti huma tip ta’ prodotti lesti biex jintużaw; li l-kontenut ta’ ingredjent attiv fil-prodotti huwa baxx; li jeżisti antidotu; li l-prodotti jistgħu faċilment jinżammu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jintlaħqu mit-tfal u minn annimali li mhumiex fil-mira; li utenti mhux professjonali x’aktarx li se jneħħu r-rodituri mejta; li l-utenti mhux professjonali jistgħu jitħarrġu u li r-restrizzjoni proposta biex jintuża minn professjonisti mħarrġa x’aktarx li se żżid l-ispiża tal-assigurazzjonijiet tad-djar fl-Isvezja fuq terminu twil.

(11)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont id-Direttiva 2007/69/KE, awtorizzazzjonijiet għal prodotti bijoċidali li fihom id-difetijalon għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa u disponibbli, inkluża r-restrizzjoni għal użu professjonali biss. L-evalwazzjoni xjentifika li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/69/KE kkonkludiet li l-utenti professjonali biss setgħu jkunu mistennija li jsegwu l-istruzzjonijiet li jwasslu għat-tnaqqis l-aktar sinifikanti fl-esponiment u fir-riskju. Restrizzjoni għal utenti professjonali għandha għalhekk fil-prinċipju titqies bħala miżura xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji. L-argumenti mressqa mill-applikant ma jdgħajfux dik il-konklużjoni.

(12)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li tmur kontra dan, il-Kummissjoni għalhekk tqis li restrizzjoni għal utenti professjonali hija miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji xierqa u disponibbli għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti li fihom id-difetijalon fl-Isvezja. Il-fatt li r-Renju Unit ma qiesx tali restrizzjoni bħala xierqa u disponibbli għall-awtorizzazzjoni fit-territorju tiegħu huwa immaterjali għal dik il-konklużjoni. Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li tawtorizza użu mhux professjonali kienet ibbażata b’mod partikolari fuq ir-riskju ta’ dewmien fit-trattament ta’ infestazzjonijiet fid-djar minħabba l-ispejjeż involuti biex jitqabbdu professjonisti mħarrġa, u r-riskji assoċjati għall-iġjene pubblika. Madankollu, l-Isvezja spjegat li dak ir-riskju huwa anqas prevalenti fl-Isvezja bis-saħħa tas-sistema tal-assigurazzjoni Svediża, fejn l-assigurazzjonijiet tad-djar tipikament ikopru l-ispiża tal-kontroll professjonali tal-organiżmi ta’ ħsara f’każ ta’ infestazzjoni.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Isvezja tista’ tirrestrinġi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23.


ANNESS

Il-prodotti li għalihom l-Isvezja tista’ tirrestrinġi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/8/KE biex jintużaw minn professjonisti mħarrġa li għandhom liċenzja

Isem il-prodott fir-Renju Unit

In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tar-Renju Unit fl-R4BP

Isem il-prodott fl-Isvezja

In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni Svediża fl-R4BP

Rodilon Trio

2009/4329/3930/UK/AA/4792

Radar mus och råtta korn

2009/4329/3930/SE/MA/5034

Generation Pat’

2009/4329/3926/UK/AA/4788

Rodilon Paste

2009/4329/3926/SE/MA/5036

Generation Pat’

2009/4329/3926/UK/AA/4788

Radar mus och råtta pasta

2009/4329/3926/SE/MA/5037

Generation Grain’Tech

2009/4329/3929/UK/AA/4785

Generation Grain’Tech

2009/4329/3929/SE/MA/5038

Generation Pat’

2009/4329/3926/UK/AA/4788

Generation Pat’

2009/4329/3926/SE/MA/5039

Rodilon Trio

2009/4329/3930/UK/AA/4792

Rodilon Trio

2009/4329/3930/SE/MA/5040

Generation Block

2009/4329/3928/UK/AA/4786

Rodilon Block

2009/4329/3928/SE/MA/5041

Generation Block

2009/4329/3928/UK/AA/4786

Generation Block

2009/4329/3928/SE/MA/5042