|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.158.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2012/311/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 514/2012 tat-18 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali ( 1 ) |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2012/313/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2012/314/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ġunju 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni tal-Għajnuna Alimentari tal-1999
(2012/311/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 214(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni tal-Għajnuna Alimentari tal-1999 (FAC) ġiet konkluża mill-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE (1), u estiża permezz ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari. |
|
(2) |
L-FAC attwali tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012 u l-kwistjoni dwar hix possibbli l-estensjoni tagħha se tkun indirizzata fis-sessjoni tal-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2012. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu XXV(b) tal-FAC, l-estensjoni tagħha hija kondizzjonali fuq li l-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995 tibqa’ fis-seħħ. Fis-6 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ iddeċieda li jestendi l-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ 1995 sat-30 ta’ Ġunju 2013. |
|
(4) |
Waqt is-sessjoni nru 103 tal-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari fl-14 ta’ Diċembru 2010, il-membri tiegħu qablu li jibdew il-proċess formali ta’ negozjar mill-ġdid tal-FAC, b’sensiela ta’ sessjonijiet ta’ negozjati. |
|
(5) |
Minħabba li l-Konvenzjoni tal-Assistenza Alimentari, li ser tissuċċedi lill-FSC tidħol fis-seħħ biss nhar l-1 ta’ Jannar 2013, ser ikun hemm lakuna ta’ sitt xhur bejn l-iskadenza tal-FAC u d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni tal-Assistenza Alimentari l-ġdida. |
|
(6) |
Waqt il-105 sessjoni tal-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari tat-30 ta’ Novembru 2011, il-Partijiet tal-FAC qablu li għandu jiġi evitat dħul ġo xulxin mal-Konvenzjoni tal-Assistenza Alimentari ġdida u li l-qabża ta’ sitt xhur hija preferibbli minn estensjoni tal-FAC. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari, għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex topponi kunsens li jiffavorixxi estensjoni fil-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari għandha tkun li topponi kunsens fil-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari, skont ir-Regola 13 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari, li jiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni tal-Għajnuna Alimentari.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
REGOLAMENTI
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 514/2012
tat-18 ta’ Ġunju 2012
li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel li mhux ġej mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-inqas is-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu. |
|
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti relatati mal-ikel notifikati permezz tas-Sistema Rapida ta’ Allarm għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), is-sejbiet mill-missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti dwar kunsinni ta’ għalf u ikel li mhux ġejjin mill-annimali, mressqin kull tliet xhur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista għandha tiġi emendata. |
|
(4) |
B’mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata billi titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti, li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw titjib ġenerali tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom il-livell attwali ta’ kontroll uffiċjali, għaldaqstant, ma għadux ġustifikat. |
|
(5) |
Il-lista għandha tiġi emendata wkoll billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-prodotti, li għalihom l-istess sorsi ta’ informazzjoni juru livell ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. |
|
(6) |
Barra minn hekk, ċerti prodotti oħra, li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw livell ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza li jiġġustifika l-introduzzjoni ta’ livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom jiġu inklużi fil-lista. |
|
(7) |
L-annotazzjonijiet fil-lista ta’ ċerti importazzjonijiet mill-Indja u għal ċerti prodotti oħra importati mir-Repubblika Dominikana, għandhom għaldaqstant jiġu emendati kif xieraq. Barra minn hekk, fil-lista għandha tiddaħħal annotazzjoni rigward il-kunsinni tan-noċemuskata u l-mace mill-Indoneżja. |
|
(8) |
L-emenda fil-lista li tirrigwarda t-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika Dominikana tal-fażola twila jarda, il-bettieħ morr, il-bżar u l-brunġiel, għandha tapplika malajr kemm jista’ jkun, peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie solvut parzjalment. Għaldaqstant, l-emendi għal-lista li jirrigwardaw l-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Wara li jitqies l-għadd ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat kif inhu xieraq. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Madankollu, l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li tirrigwarda t-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità tal-fażola twila jarda, il-bettieħ morr, il-bżar u l-brunġiel mir-Repubblika Dominikana, għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit minn dan li ġej:
“ANNESS I
Għalf u ikel li mhux ġejjin mill-annimali suġġetti għal livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
|
Għalf u ikel (użu previst) |
Kodiċi NM (1) |
Pajjiż tal-oriġini |
Perikli |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
Ġellewż (bil-qoxra jew imfesdaq) |
0802 21 00 ; 0802 22 00 |
l-Azerbajġan (AZ) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
(Għalf u Ikel) |
|
|||||||
|
|
il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
|
Taljarini (noodles) imnixxfin |
ex 1902 |
iċ-Ċina (CN) |
Aluminju |
10 |
||||
|
(Ikel) |
|
|||||||
|
Pomelos |
ex 0805 40 00 |
iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (11) |
20 |
||||
|
(Ikel- frisk) |
|
|||||||
|
Te, sew jekk bit-togħma u sew jekk le |
0902 |
iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (10) |
10 |
||||
|
(Ikel) |
|
|||||||
|
|
ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3) |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
|
|
l-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – frott u ħaxix frisk) |
|
|||||||
|
Bżar (ħelu u ieħor) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
l-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12) |
10 |
||||
|
(Ikel - frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|||||||
|
|
il-Gana (GH) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Għalf u Ikel) |
|
|||||||
|
Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii) |
ex 1211 90 85 |
l-Indja (IN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5) |
50 |
||||
|
(Ikel- ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|||||||
|
|
l-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
|
l-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
|
Addittivi tal-ikel u taħlitiet lesti |
ex 2309 ; 2917 19 90 ; ex 2817 00 00 ; ex 2820 90 10 ; ex 2820 90 90 ; ex 2821 10 00 ; ex 2825 50 00 ; ex 2833 21 00 ; ex 2833 25 00 ; ex 2833 29 20 ; ex 2833 29 80 ; ex 2835 ; ex 2836 ; ex 2839 ; 2936 |
l-Indja (IN) |
Kadmju u ċomb |
10 |
||||
|
(Ikel) |
|
|||||||
|
Okra |
ex 0709 99 90 |
l-Indja (IN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (2) |
50 |
||||
|
(Ikel- frisk) |
|
|||||||
|
Noċemuskata (Myristica fragrans) |
|
l-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
Mace (Myristica fragrans) |
|
|||||||
|
(Ikel – ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
Żerriegħa tad-dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) u prodotti minnha |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
in-Niġerja (NG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|||||||
|
|
il-Perù (PE) |
Aflatossini u Okratossina A |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
it-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9) |
10 |
||||
|
(Ikel- frisk) |
|
|||||||
|
|
it-Tajlandja (TH) |
Salmonella (6) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – ħwawar friski) |
|
|||||||
|
|
it-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4) |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
(Ikel- ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|||||||
|
|
it-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4) |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|||||||
|
|
it-Turkija (TR) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
|
Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli) |
0806 20 |
l-Użbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|||||||
|
|
l-Afrika t’Isfel (ZA) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
(1) Fejn meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżistix sottodiviżjoni speċifika bħala parti minn dik il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM għandha l-indikazzjoni “ex” (pereżempju, ex 1006 30 : ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).
(2) B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Triażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos, il-Metomil, it-Tiodikarb, id-Diafentjuron, it-Tiametossam, il-Fipronil, l-Ossamil, l-Aċetamiprid, l-Indossakarb, il-Mandipropammid.
(3) B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendażim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (Ditjokarbamati), id-Diafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiabendażol, it-Tiakloprid.
(4) B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifosmetil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalassil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Triadimefon, it-Triażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, it-Triforin.
(5) B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, l-Ossidemetonmetil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tiametossam, il-Klotianidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Proparġit, il-Monokrotofos.
(6) Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu validu meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(7) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Diażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludiossonil, l-Eżaflumuron, il-Lambdaċialotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Fentoat, it-Tijofanatmetil.
(8) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Metomil, l-Ossamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Diafentjuron, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanatmetil.
(9) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofos, il-Malatjon, il-Profenofos, il-Protjofos, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.
(10) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Buprofeżin; l-Imidakloprid; il-Fenvalerat u l-Esfenvalerat (Ir-riżultat tal-iżomeri RS u SR); il-Profenofos; it-Trifluralin; it-Triażofos; it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), iċ-Ċipermetrin (iċ-ċipermetrin inklużi taħlitiet oħrajn ta’ iżomeri kostitwent (it-total tal-iżomeri)).
(11) B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), il-Paratijonmetil, il-Fentoat, il-Metidatijon.
(12) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran (it-total), il-Klorpirifos, iċ-Ċipermetrin (it-total), iċ-Ċiprokonażol, id-Dikofol (it-total), id-Difenokonażol, id-Dinotefuran, l-Etjon, il-Flusilażol, il-Folpet, il-Prokloraż, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiofanatmetil u t-Triforin.”
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 515/2012
tat-18 ta’ Ġunju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
45,6 |
|
TR |
33,3 |
|
|
ZZ |
39,5 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
19,0 |
|
TR |
119,6 |
|
|
ZZ |
69,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
98,9 |
|
ZZ |
98,9 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
71,2 |
|
BO |
105,1 |
|
|
TR |
100,8 |
|
|
UY |
109,5 |
|
|
ZA |
101,0 |
|
|
ZZ |
97,5 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
112,7 |
|
BR |
88,6 |
|
|
CH |
68,9 |
|
|
CL |
89,5 |
|
|
NZ |
134,1 |
|
|
US |
153,4 |
|
|
ZA |
109,2 |
|
|
ZZ |
108,1 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
705,0 |
|
TR |
229,1 |
|
|
ZZ |
467,1 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
361,9 |
|
ZZ |
361,9 |
|
|
0809 40 05 |
ZA |
249,8 |
|
ZZ |
249,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 516/2012
tat-18 ta’ Ġunju 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2012 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2012-30.9.2012 (f’%) |
|
P1 |
09.4067 |
2,249919 |
|
P2 |
09.4068 |
83,471245 |
|
P3 |
09.4069 |
0,421587 |
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 517/2012
tat-18 ta’ Ġunju 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju tal-2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Luljo sat-30 ta' Settembru 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Luljo sat-30 ta' Settembru 2012 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2012-30.9.2012 (%) |
|
E2 |
09.4401 |
32,202444 |
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 518/2012
tat-18 ta’ Ġunju 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju tal-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Ġunju tal-2012 għas-subperjodu mill-1 ta' Luljo sat-30 ta' Settembru 2012 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Luljo sat-30 ta' Settembru 2012 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2012-30.9.2012 (f’%) |
|
1 |
09.4410 |
0,321235 |
|
2 |
09.4411 |
0,452557 |
|
3 |
09.4412 |
0,357018 |
|
4 |
09.4420 |
0,487807 |
|
6 |
09.4422 |
0,477106 |
DEĊIŻJONIJIET
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/312/PESK
tat-18 ta’ Ġunju 2012
dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel
(EUAVSEC-South Sudan)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1996 (2011), adottata fit-8 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti laqa’ t-twaqqif tar-Repubblika tas-Sudan t’Isfel fid-9 ta’ Lulju 2011 mal-proklamazzjoni tiegħu bħala Stat indipendenti u saħaq fuq il-ħtieġa li jissawru sħubiji b’saħħithom u definiti tajjeb fost in-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji ta’ żvilupp, is-sħab bilaterali, u atturi oħra rilevanti, istituzzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, biex jiġu implimentati strateġiji nazzjonali mmirati għall-bini ta’ istituzzjonijiet effettivi, li huma bbażati fuq sjieda nazzjonali, il-kisba ta’ riżultati, u responsabbiltà reċiproka. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill qabel li jsegwi approċċ komprensiv għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel bl-għan, fost l-oħrajn, li s-Sudan t’Isfel jingħata l-għajnuna biex isir stat vijabbli, stabbli, u prosperu. L-Approċċ Komprensiv stabbilixxa bħala għażla fuq perijodu qasir l-istazzjonament possibbli ta’ missjoni ċivili tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ajruporti u, bħala għażla fuq terminu medju, il-kontribuzzjoni għal ġestjoni aktar ġenerali tal-fruntieri fis-Sudan t’Isfel. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Lulju 2011, f’isem il-Gvern tas-Sudan t’Isfel, il-Ministru tas-Sudan t’Isfel għat-Trasport u t-Toroq indirizza ittra lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) li tilqa’ l-proposta tal-Unjoni li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Juba (JIA) biex jitjieb għal standard ta’ livell għoli aċċettat, permezz tal-istazzjonament ta’ missjoni tal-PSDK. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill approva l-Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżi għal missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel (EUAVSEC-South Sudan). |
|
(5) |
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUAVSEC-South Sudan. |
|
(6) |
L-EUAVSEC-South Sudan ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Missjoni
L-Unjoni b’dan tistabbilixxi Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel (“EUAVSEC-South Sudan”) fis-Sudan t’Isfel.
Artikolu 2
Objettivi
1. L-objettiv strateġiku tal-EUAVSEC-South Sudan huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament sostenibbli u effettiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Juba (JIA), billi tikseb kapaċità aċċettabbli ta’ sigurtà taħt appartenenza lokali, f’konformità ma’ standards internazzjonali u l-aħjar prattika aċċettabbli.
2. B’mod partikolari, l-EUAVSEC-South Sudan għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-avjazzjoni, il-kontroll tal-fruntieri u l-infurzar tal-liġi fil-JIA, taħt skrutinju pubbliku u f’konformità ma’ standards ta’ drittijiet umani.
Artikolu 3
Kompiti
1. Sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, l-EUAVSEC-South Sudan għandha:
|
(a) |
tgħin u tagħti pariri lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel u servizzi oħra rilevanti tas-Sudan t’Isfel biex jistabbilixxu organizzazzjoni għas-sigurtà tal-avjazzjoni fil-Ministeru tat-Trasport u fil-JIA; |
|
(b) |
tgħin u tagħti pariri lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel u servizzi oħra rilevanti tas-Sudan t’Isfel biex jiżviluppaw, jadottaw u jimplimentaw:
|
|
(c) |
ittejjeb il-prestazzjoni tal-uffiċjali involuti fl-operazzjonijiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni, skont l-istandards u l-proċeduri rakkomandati tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), permezz ta’ taħriġ, konsulenza esperta, monitoraġġ, pariri, għajnuna u koordinazzjoni; |
|
(d) |
tappoġġa s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà fit-tul tal-kisbiet tas-Sudan t’Isfel billi taħdem ma’ partijiet interessati oħrajn tal-Unjoni u internazzjonali; |
|
(e) |
tappoġġa l-ħolqien ta’ kuxjenza għas-sigurtà fost l-entitajiet kummerċjali/privati li joperaw fil-JIA. |
2. L-EUAVSEC-South Sudan ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.
Artikolu 4
Linja ta’ kmand u struttura
1. L-EUAVSEC-South Sudan għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata, bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.
2. L-EUAVSEC-South Sudan għandha jkollha l-Kwartieri Ġenerali f’Juba.
3. Waqt il-fażi ta’ tħejjija tal-EUAVSEC-South Sudan, il-Kap tal-Missjoni għandu jkun megħjun minn grupp ta’ ppjanar li jikkonsisti mill-persunal meħtieġ sabiex jirrispondi għall-ħtiġijiet preparatorji tal-Missjoni.
4. Waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-EUAVSEC-South Sudan għandha tkun strutturata kif ġej:
|
(a) |
Kap tal-Missjoni; |
|
(b) |
Komponent għall-Ippjanar u l-Operazzjonijiet inkluż il-kapaċità għat-taħriġ; |
|
(c) |
Komponent għall-Appoġġ tal-Missjoni; |
|
(d) |
Elementi ta’ Rappurtar, Sigurtà u Konsulenza Politika/Informazzjoni Pubblika. |
Artikolu 5
Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili
1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUAVSEC-South Sudan.
2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUAVSEC-South Sudan fil-livell strateġiku.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura, fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.
4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.
5. Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
6. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.
7. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel (RSUE) u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fis-Sudan t’Isfel għandhom jikkonsultaw lil xuxlin kif meħtieġ.
Artikolu 6
Kap tal-Missjoni
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi responsabbilità u jeżerċita kmand u kontroll tal-EUAVSEC-South Sudan fil-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik mill-assi, mir-riżorsi u mill-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-EUAVSEC-South Sudan.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-EUAVSEC-South Sudan għat-twettiq effikaċi tal-EUAVSEC-South Sudan fil-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUAVSEC-South Sudan. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata.
6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUAVSEC-South Sudan fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-EUAVSEC-South Sudan.
7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fis-Sudan t’Isfel.
Artikolu 7
Persunal
1. L-EUAVSEC-South Sudan għandha tikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE għandha terfa’ l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe persunal issekondat minnha, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-istazzjonament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allokazzjonijiet minbarra allokazzjonijiet applikabbli ta’ kuljum.
2. L-Istat jew istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE li tkun issekondat membru tal-persunal għandha tkun responsabbli biex twieġeb għal kwalunkwe talba marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal u biex tieħu kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna ssekondata.
3. Il-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUAVSEC-South Sudan jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal issekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif adatt.
4. Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal.
Artikolu 8
Status tal-EUAVSEC-South Sudan u tal-persunal tagħha
L-istatus tal-EUAVSEC-South Sudan u l-persunal tagħha, inkluż fejn adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-EUAVSEC-South Sudan, għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 tat-TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUAVSEC South Suda. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-RGħ, u sabiex jiġu emendati l-Kunċett tal-operazzjonijiet (CONOPS) u l-Pjan ta’ Operazzjoni (OPLAN). Is-setgħat tad-deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUAVSEC-South Sudan għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3. Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 10
Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUAVSEC-South Sudan, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta’ sussistenza ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mis-Sudan t’Isfel, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-EUAVSEC-South Sudan, kif adatt.
2. L-Istati terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet lill-EUAVSEC-South Sudan għandhom l-istess drittijiet u obbligi fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-EUAVSEC-South Sudan daqs l-Istati Membri.
3. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.
4. L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi f’konformità mal-Artikolu 37 TUE u arranġament tekniku addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUAVSEC-South Sudan.
Artikolu 11
Sigurtà
1. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jmexxi l-ippjanar ta’ miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni tajba u effettiva tagħhom mill-EUAVSEC-South Sudan f’konformità mal-Artikolu 5.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUAVSEC-South Sudan u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EUAVSEC-South Sudan, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V TUE, u l-istrumenti ta’ sostenn tiegħu.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiġi megħjun minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.
4. Il-persunal tal-EUAVSEC-South Sudan għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post tal-operazzjoni organizzat mill-MSO.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (1).
Artikolu 12
Kapaċità tal-Għassa
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUAVSEC-South Sudan.
Artikolu 13
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-infiq marbut mal-EUAVSEC-South Sudan għandu jkun EUR 12 500 000.
2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi parteċipanti u tal-pajjiżi ospitanti u tal-viċinat għandhom jingħataw permess li jressqu offerti għal kuntratti. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u siti lill-EUAVSEC-South Sudan.
4. L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti operattivi tal-EUAVSEC-South Sudan, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b’mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun issorveljat minnha dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu/tagħha.
6. L-infiq marbut mal-EUAVSEC-South Sudan għandu jkun eliġibbli mid-data tal-adozzjoni tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 14
Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni
1. Ir-RGħ għandha tiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni inġenerali, inklużi l-programmi ta’ żvilupp tal-Unjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Juba sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni fis-Sudan t’Isfel.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Istati Membri preżenti fis-Sudan t’Isfel.
Artikolu 15
Rilaxx ta’ informazzjoni
1. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif adatt u f’konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE.
2. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-ICAO, f’konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-EUAVSEC-South Sudan, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-EUAVSEC-South Sudan, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-ICAO.
3. Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandha tkun awtorizzata wkoll tirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-EUAVSEC-South Sudan, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.
4. Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE marbuta mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-EUAVSEC-South Sudan u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2).
5. Ir-RGħ tista’ tiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1sa 4, kif ukoll il-kapaċità li tikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu/tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u dewmien
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika għal perijodu ta’ 19-il xahar.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. GJERSKOV
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
(2) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/21 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE – MONTENEGRO
tal-21 ta’ Ġunju 2011
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/2010 li tadotta r-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bil-ħsieb li jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-sħab soċjali tal-Montenegro u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini
(2012/313/UE)
IL-KUNSILL TA’ STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 124 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili u kif ukoll bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Unjoni Ewropea u dawk fil-Montenegro jistgħu jagħtu kontribut maġġuri għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet ta’ bejniethom u għall-integrazzjoni tal-Ewropa. |
|
(2) |
Huwa xieraq li tali kooperazzjoni tkun organizzata billi jitwaqqfu żewġ Kumitati Konsultattivi Konġunti. Wieħed bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, minn naħa waħda, u s-sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro, min-naħa l-oħra, u l-ieħor bejn il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-rappreżentanti eletti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Montenegro, min-naħa l-oħra. |
|
(3) |
Dan ifisser li jeħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, adottati bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 (2), jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin fid-Deċiżjoni Nru 1/2010:
“Artikolu 14
Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro
(1) B’dan huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro sabiex jgħin lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, fl-Unjoni Ewropea u fil-Montenegro. Dawn id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jinkludu l-aspetti relevanti kollha tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro, hekk kif dawn jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dawn id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom ikollhom l-għan partikolari li:
|
(a) |
Iħejju lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem tal-Montenegro, lill-impjegati u lill-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro għal attività fil-qafas tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea li ser isseħħ fil-ġejjieni; |
|
(b) |
Iħejju lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem tal-Montenegro, lill-impjegati u lill-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara l-adeżjoni tal-Montenegro; |
|
(c) |
Isir skambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, partikolarment dwar il-qagħda attwali tal-proċess ta’ adeżjoni u kif ukoll it-tħejjija ta’ min iħaddem, tal-impjegati u ta’ organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro għal dan il-proċess; |
|
(d) |
Jinkoraġġixxu skambji ta’ esperjenza u djalogu strutturat bejn (a) l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem tal-Montenegro, impjegati u organizzazzjonjiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro u (b) organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, impjegati u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri, fosthom permezz ta’ networking f’oqsma speċifiċi fejn il-kuntatti diretti u l-kooperazzjoni jistgħu jkunu l-aktar mezz effettiv biex tinstab soluzzjoni għal problemi partikolari; |
|
(e) |
Jiddiskutu kull kwistjoni relevanti oħra proposta minn kwalunkwe naħa, hekk kif jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u fil-qafas tal-istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni. |
(2) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jikkonsisti minn sitt rappreżentanti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u sitt rappreżentanti mis-sħab soċjali u minn organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro. Jistgħu jiġu mistiedna osservaturi sabiex jipparteċipaw.
(3) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jwettaq dmirijietu abbażi ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew, b’rabta mal-promozzjoni tad-djalogu bejn ċrieki ekonomiċi u soċjali, fuq inizjattiva tiegħu stess.
(4) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(5) Il-membri għandhom jintgħażlu b’mod li jiżgura li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro jkun xbieha kemm jista’ jkun eżatta tad-diversi sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, kemm fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fil-Montenegro. Il-ħatriet uffiċjali tal-membri Montenegrini għandhom isiru mill-gvern tal-Montenegro abbażi ta’ proposti mis-sħab soċjali u minn organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili. Dawn il-proposti għandhom jissejsu fuq proċeduri ta’ għażla inklużivi u trasparenti fost is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili.
(6) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jkun kopresedut minn membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u rappreżentant minn fost is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro.
(7) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
(8) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, minn naħa waħda, u l-Gvern Montenegrin, min-naħa l-oħra, għandhom iħallsu l-ispejjeż li jintefqu b’rabta mal-parteċipazzjoni tad-delegati tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro u tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu fir-rigward tal-persunal, u tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza.
(9) Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati dwar spejjeż ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.
Artikolu 15
Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini
(1) B’dan huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini sabiex jgħin lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bil-għan li jkun hemm promozzjoni tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u fil-Montenegro. Dawn id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom ikollhom l-għan partikolari li:
|
(a) |
Iħejju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għal attività fil-qafas ta’ ħidma tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea li ser isseħħ fil-ġejjieni; |
|
(b) |
Iħejju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għall-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni wara l-adeżjoni tal-Montenegro; |
|
(c) |
Isir skambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet attwali ta’ interess reċiproku, b’mod partikolari dwar il-qagħda attwali b’rabta mal-politika reġjonali Ewropea u l-proċess ta’ adeżjoni u kif ukoll it-tħejjija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għal dawn il-linji politiċi; |
|
(d) |
Jinkoraġġixxu djalogu multilaterali strutturat bejn (a) l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u (b) l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, fosthom permezz ta’ networking f’oqsma speċifiċi fejn il-kuntatti diretti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri jistgħu jkunu l-aktar mod effettiv għall-indirizzar ta’ suġġetti speċifiċi ta’ interess reċiproku; |
|
(e) |
Jipprovdu skambju ta’ informazzjoni regolari dwar il-kooperazzjoni interreġjonali bejn awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri; |
|
(f) |
Jinkoraġġixxu skambju ta’ esperjenzi u konoxxenza fil-qasam tal-politika reġjonali u interventi strutturali, bejn (a) l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u (b) awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri, b’mod partikolari għarfien u teknika li jikkonċernaw it-tħejjija ta’ pjanijiet jew strateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali u l-aktar użu effiċjenti tal-Fondi ta’ qabel l-adeżjoni u tal-Fondi Strutturali; |
|
(g) |
Jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà fl-aspetti kollha tal-ħajja fuq livell lokali u reġjonali; |
|
(h) |
Jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni relevanti oħra proposta minn kwalunkwe naħa, hekk kif jistgħu jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u fil-qafas tal-istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni. |
(2) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jikkonsisti minn tmien rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minn naħa waħda, u tmien rappreżentanti eletti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Montenegro, min-naħa l-oħra. Għandhom jinħatru l-istess għadd ta’ membri sostituti.
(3) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu abbażi ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew, b’rabta mal-promozzjoni tad-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fuq inizjattiva tiegħu stess.
(4) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(5) Il-membri għandhom jintgħażlu b’mod li jiżgura li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini jkun xbieha kemm jista’ jkun eżatta tad-diversi livelli ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fil-Montenegro. Il-ħatriet uffiċjali tal-membri Montenegrini għandhom isiru mill-gvern tal-Montenegro abbażi ta’ proposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Montenegro. Dawn il-proposti għandhom jissejsu fuq proċeduri ta’ għażla inklużivi u trasparenti fost ir-rappreżentanti b’mandati elettorali fuq livell lokali jew reġjonali.
(6) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
(7) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jkun kopresedut minn membru tal-Kumitat tar-Reġjuni u minn rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Montenegro.
(8) Il-Kumitat tar-Reġjuni, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, għandhom rispettivament iħallsu l-ispejjeż li jintefqu b’rabta mal-parteċipazzjoni tad-delegati u ta’ persunal ta’ appoġġ tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini, partikolarment fir-rigward tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza.
(9) Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati dwar spejjeż ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President
M. ROĆEN
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/24 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT INTERN BEJN IL-KOMUNITÀ U L-ISVIZZERA
tas-16 ta’ Mejju 2012
dwar l-għoti ta’ rifużjoni fuq it-tariffa bbażata fuq il-prestazzjoni fuq it-traffiku ta’ vetturi li jġorru merkanzija tqila għal vetturi tal-klassi ta’ emissjoni EURO VI
(2012/314/UE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferroviji u tat-triq, b’mod partikolari l-Artikolu 51(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim, l-Isvizzera ilha mill-1 ta’ Jannar 2001 timponi tariffa mhux diskriminatorja fuq il-vetturi għall-ispejjeż li joħolqu (tariffa bbażata fuq il-prestazzjoni fuq it-traffiku ta’ vetturi li jġorru merkanzija tqila). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 44, il-Partijiet Kontraenti jfittxu li jintroduċu miżuri ekoloġiċi sabiex inaqqsu b’mod notevoli l-gass tal-ispurgar u l-emissjonijiet ta’ partiċelli minn vetturi li jġorru merkanzija tqila. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 7(5), kull Parti Kontraenti tintrabat li ma tapplikax għall-vetturi approvati fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra kundizzjonijiet li huma aktar ristrettivi minn dawk fis-seħħ fit-territorju tagħha stess. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Qed tingħata, b’mod temporanju, rifużjoni ta’ 10 % tat-tariffa li tapplika għall-kategorija tal-vetturi tal-klassi ta’ emissjoni EURO VI.
Artikolu 2
Ir-rifużjoni msemmija fl-Artikolu 1 se tingħata biss lil vetturi li għandhom annotazzjoni fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jew ċertifikat ekwivalenti mill-awtoritajiet nazzjonali li jikkonferma li l-vettura tikkorrispondi mal-klassi ta’ emissjoni EURO VI. Iċ-ċertifikat għandu jinġarr fil-vettura.
Artikolu 3
L-awtoritajiet kompetenti Svizzeri jirriservaw id-dritt li jivverifikaw il-konformità mal-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet rilevanti fuq kwalunkwe vettura tal-kategorija EURO VI li tibbenefika minn rifużjoni fuq it-tariffa.
Artikolu 4
L-Isvizzera tirriserva d-dritt li tanalizza s-sitwazzjoni fir-rigward tar-rifużjoni msemmija fl-Artikolu 1 mill-2014 ’il quddiem u wara li tnaqqas jew twaqqaf ir-rifużjoni, kif xieraq.
Artikolu 5
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2012.
Magħmul f’Berna, is-16 ta’ Mejju 2012.
Il-President
Peter FÜGLISTALER
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Fotis KARAMITSOS
Rettifika
|
19.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/25 |
Rettifiki għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 tas-17 ta’ Diċembru 2010 )
F'paġna 41, Artikolu 46(4), it-tieni subparagrafu:
minflok:
“… billi juża r-riżultati tal-kejl stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti 6 tal-Anness VI sabiex jistabbilixxi l-livelli tal-emissjonijiet fl-aħħar skariku tad-dranaġġ …”;
aqra:
“… billi juża r-riżultati tal-kejl stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti 6 tal-Anness VI sabiex jistabbilixxi l-livelli tal-emissjonijiet fl-aħħar skariku tad-dranaġġ …”.
F'paġna 50, Artikolu 82(5)(b):
minflok:
|
“(b) |
is-7 ta’ Jannar 2013, għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(3).”; |
aqra:
|
“(b) |
is-6 ta’ Jannar 2013, għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(3).”. |
F'paġna 69, Anness VI, Parti 4, punt 1:
minflok:
“
aqra:
“