|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.152.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2012
tas-7 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), u l-Artikolu 13(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet li minnhom annimali ungulati ħajjin, inklużi dawk suxxettibbli għall-bluetongue, jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni u rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal din l-introduzzjoni. |
|
(2) |
B'mod partikolari, fir-rigward ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue, iċ-ċertifikati BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jinkludu fost l-oħrajn ir-rekwiżit li l-annimali għandhom jiġu minn territorju li, fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat li jakkumpanjhom kien ħieles mill-bluetongue għal perjodu ta' tnax-il xahar. |
|
(3) |
B'riżultat ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda, saru disponibbli “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue li ma jippreżentawx ir-riskju ta’ ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-vajrus tal-vaċċin għal baqar, nagħaġ u mogħoż. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b'vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta' mard kliniku f'annimali bħal dawn fl-Unjoni. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat kontroll aħjar fuq it-tixrid tal-vajrus tal-bluetongue u biex jitnaqqas il-piż ta' dik il-marda minn fuq is-settur agrikolu, ir-regoli dwar it-tilqim stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) reċentament emendati permezz tad-Direttiva 2012/5/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u reċenti fil-produzzjoni tal-vaċċin. |
|
(5) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/75/KE issa tistipula l-użu ta' vaċċini inattivati fil-partijiet kollha tal-UE. |
|
(6) |
B'riżultat tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li dejjem tevolvi fir-rigward tal-bluetongue, u għall-konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar regoli ta' implimentazzjoni għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (5) reċentament ġie emendat. L-istandards tal-UE jitolbu l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-vajrus għal perjodu minimu ta' sentejn sabiex territorju jkun jista' jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-bluetongue. Il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi fiċ-ċertifikati relevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 206/2010 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2000/75/KE u r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 japplikaw għal ċaqliq ġewwa l-Unjoni ta' ungulati ħajjin suxxettibbli għall-bluetongue Huwa xieraq li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jiġu emendati għall-konformità tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni, fir-rigward tal-bluetongue, mar-rekwiżiti tal-moviment ġewwa l-Unjoni ta' annimali suxxettibbli għal dik il-marda. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2012, kunsinni ta' ungulati ħajjin akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont il-mudelli BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 206/2010, il-Parti 2 tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-mudelli "BOV-X", "BOV-Y", "OVI-X" u "OVI-Y" jinbidlu ma' dawn li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-Mudell "RUM" jinbidel b’dan li ġej:
|
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 498/2012
tat-12 ta’ Ġunju 2012
dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2012/105/UE) tal-14 ta’ Diċembru 2011 (1) dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Meta titqies l-importanza ekonomika għall-Unjoni Ewropea tal-importazzjonijiet ta’ injam mhux maħdum u l-importanza li għandha l-Federazzjoni Russa għall-Unjoni bħala fornitur ta’ injam mhux maħdum, il-Kummissjoni nnegozjat mal-Federazzjoni Russa impenji mill-Federazzjoni Russa biex tnaqqas jew telimina d-dazji tal-esportazzjoni applikati bħalissa inkluż fuq l-injam mhux maħdum. |
|
(2) |
Dawn l-impenji, li se jsiru parti mill-Iskeda tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għall-Konċessjonijiet tal-Federazzjoni Russa mal-adeżjoni tagħha mad-WTO, jinkludu l-kwoti tar-rati tariffarji għall-esportazzjoni tat-tipi speċifikati ta’ injam koniferuż, li sehem minnu kien allokat għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(3) |
Fil-kuntest tan-negozjati li jirrigwardaw l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, mal-Federazzjoni Russa, ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri relatati mal-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ ċertu injam koniferuż mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). |
|
(4) |
Kif previst fil-Ftehim, l-Unjoni u l-Federazzjoni Russa nnegozjaw modalitajiet tekniċi dettaljati dwar il-ġestjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji, li jinsabu fi ftehim fil-forma ta’ Protokoll innegozjat bejn l-Unjoni u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). |
|
(5) |
Fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll, għandhom jiġu stabbiliti metodi għall-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji skont id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-importaturi u għandhom jiġu stipulati regoli u metodi għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-importaturi tradizzjonali għal kull perjodu tal-kwota u għal kull grupp ta’ prodotti. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-kontinwità tan-negozju biex jiġi determinat jekk importatur li jitlob status ta’ importatur tradizzjonali huwiex l-istess persuna fiżika jew ġuridika li importa l-prodotti koperti matul il-perjodi ta’ referenza speċifikati f’dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Għandhom jiġu stipulati regoli u proċeduri relatati ma’ awtorizzazzjonijiet ta’ kwoti mhux użati. |
|
(8) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli tranżitorji li japplikaw matul l-ewwel tliet perjodi ta’ applikazzjoni tal-kwoti ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-għażla tal-perjodi ta’ referenza għall-kalkolu tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti għall-importaturi tradizzjonali. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Injam stabbilit mid-Deċiżjoni 2012/105/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati dwar l-allokazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tal-kwoti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet oħra meħtieġa għall-ġestjoni mill-Unjoni tal-kwantitajiet tal-kwoti tar-rati tariffarji allokati lill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Protokoll.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(3) u (4) tal-Protokoll.
Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja: “grupp ta’ prodotti” tfisser kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ prodotti koperti skont il-klassifikazzjoni ta’ tali prodotti fin-nomenklatura tariffarja u statistika applikata fil-Federazzjoni Russa, jiġifieri l-prinjol (linji tariffarji 4403 20 110 u 4403 20 190) u l-arżnu (linji tariffarji 4403 20 310 u 4403 20 390). Il-kodiċijiet tariffarji rilevanti applikati fil-Federazzjoni Russa u n-Nomenklatura Magħquda korrispondenti (2) (“NM”) u l-kodiċijiet TARIC huma mehmuża bħala l-Anness I.
KAPITOLU 2
PRINĊIPJI TAL-ALLOKAZZJONI
Artikolu 3
Il-metodu għall-allokazzjoni tal-kwota tariffarja għandu jiddependi fuq id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-importatur, kif ġej:
|
(a) |
għal kull applikazzjoni mressqa sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena (aktar ’il quddiem imsejħa “l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota”), il-Kummissjoni għandha talloka kwoti tariffarji skont il-kategoriji “tradizzjonali” jew “ġodda” ta’ importaturi, skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Protokoll; kif ukoll |
|
(b) |
għal kull applikazzjoni mressqa mill-1 ta’ Awwissu (aktar ’il quddiem imsejħa “t-tieni parti tal-perjodu tal-kwota”), il-Kummissjoni għandha talloka l-kwantitajiet li jifdal tal-kwoti tariffarji skont l-ordni kronoloġika ta’ kif jaslu n-notifiki għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (aktar ’il quddiem imsejħa “l-Uffiċċju(i) tal-Liċenzji”) tal-applikazzjonijiet imressqa minn importaturi individwali, skont l-Artikolu 5(2)(a) tal-Protokoll. |
Artikolu 4
1. Matul l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota:
|
(a) |
70 % ta’ kull kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti għandhom jiġu allokati lill-importaturi tradizzjonali (aktar ’il quddiem imsejħa “il-kwota għall-importaturi tradizzjonali”); kif ukoll |
|
(b) |
30 % ta’ kull kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti għandhom jiġu allokati lill-importaturi ġodda (aktar ’il quddiem imsejħa “il-kwota għall-importaturi ġodda”). |
2. Il-kwota għall-importaturi ġodda għandha tiġi allokata skont l-ordni kronoloġika ta’ kif jaslu n-notifiki għand il-Kummissjoni mill-Uffiċċji tal-Liċenzji tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ kwota minn tali importaturi.
3. Kull importatur ġdid għandu jingħata minimu ta’ 1,5 % tal-kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti skont il-proċedura ta’ allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 5
Matul it-tieni parti tal-perjodu tal-kwota, kull importatur għandu jingħata massimu ta’ 5 % tal-kwota tariffarja li jifdal għal kull grupp ta’ prodotti.
Artikolu 6
1. Matul l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota, kull importatur tradizzjonali għandu jkun biss intitolat li jitlob awtorizzazzjonijiet għal kwoti għal sehem speċifiku tal-kwota għall-importaturi tradizzjonali għal kull grupp ta’ prodotti (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-limitu massimu”), ikkalkolat skont il-paragrafu 2. L-awtorizzazzjonijiet għall-kwoti kollha mogħtija lil importatur tradizzjonali matul l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota għandhom jingħaddu bi tqabbil ma’ tali limit massimi tal-importatur.
2. Il-limitu massimu għal kull grupp ta’ prodotti ta’ importatur tradizzjonali li japplika f’perjodu tal-kwota (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-kwota n+1”) għandu jiġi kkalkolat skont il-medja tal-importazzjonijiet attwali ta’ prodotti koperti tat-tali importatur matul iż-żewġ perjodi tal-kwota ta’ qabel is-sena tal-kalkolu tat-tali limitu massimu, fuq il-bażi tal-formula li ġejja:
Ci = T * (Īi/ΣĪi)
fejn:
|
|
“Ci ” jirrappreżenta l-limitu massimu għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat (prinjol jew arżnu) għall-importatur i matul il-perjodu tal-kwota n+1; |
|
|
“T” jirrappreżenta l-kwota għall-importaturi tradizzjonali disponibbli għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat matul is-sena tal-kalkolu tal-limitu massimu (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-kwota n”); |
|
|
“Īi ” jirrappreżenta l-medja tal-importazzjonijiet attwali mill-importatur tradizzjonali i tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat, fiż-żewġ perjodi tal-kwota ta’ qabel il-kalkolu (aktar ’il quddiem imsejħa “l-perjodu tal-kwota n–2” u “l-perjodu tal-kwota n–1”, rispettivament), kif ġej: [(importazzjonijiet attwali tal-importatur i fil-perjodu tal-kwota n–2) + (importazzjonijiet attwali tal-importatur i fil-perjodu tal-kwota n–1)]/2 |
|
|
“ΣĪi ” jirrappreżenta s-somma tal-importazzjonijiet medji Īi tal-importaturi tradizzjonali kollha għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat. |
Artikolu 7
1. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-limiti massimi li japplikaw għal kull importatur tradizzjonali għall-perjodu tal-kwota li jmiss skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 6(2).
2. Għall-iskop ta’ tali kalkolu, l-Uffiċċji tal-Liċenzji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tal-perjodu tal-kwota, taqsira tal-importazzjonijiet attwali tal-prodotti koperti fil-perjodu tal-kwota n-1 li ġew innotifikati lilhom skont l-Artikolu 11(1). Tali taqsira għandha titressaq f’format ta’ spreadsheet elettronika, b’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness IV.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Uffiċċji tal-Liċenzji bil-limiti massimi aġġornati li jirriżultaw mill-kalkoli li jkunu saru skont l-Artikolu 6(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April tal-perjodu tal-kwota n.
KAPITOLU 3
KONTINWITÀ TAL-OPERAT
Artikolu 8
1. Meta importatur li jkun qed jitlob status ta’ importatur tradizzjonali skont l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll (aktar ’il quddiem imsejjaħ “l-applikant”) ma jipprovdix evidenza sodisfaċenti li huwa l-istess persuna fiżika jew ġuridika li importa l-prodotti koperti matul il-perjodu ta’ referenza magħżul skont l-Artikolu 17(2) (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-predeċessur”), għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji l-evidenza meħtieġa biex jipprova li għandu kontinwità tal-operat mal-attivitajiet tal-predeċessur.
2. Il-kontinwità tal-operat kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li teżisti meta:
|
(a) |
l-applikant u l-predeċessur huma taħt il-kontroll tal-istess entità legali skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3); jew |
|
(b) |
l-attività ekonomika tal-predeċessur, fir-rigward tal-prodotti koperti, ġiet trasferita legalment lill-applikant, pereżempju bħala riżultat ta’ għaqda jew akkwist skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. |
3. L-importaturi li ma jipprovdux evidenza tal-kontinwità tal-operat għandhom jitqiesu bħala importaturi ġodda.
Artikolu 9
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta importatur jitlob għall-istatus ta’ importatur tradizzjonali skont l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll.
KAPITOLU 4
APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-KWOTI
Artikolu 10
1. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti għandhom jitressqu fl-għamla stabbilita fl-Anness II. Jekk l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni ma titqiesx xierqa, l-Uffiċċju tal-Liċenzji jista’ jitlob dettalji oħra mill-applikant.
2. L-għotja ta’ awtorizzazzjoni tal-kwoti għandha tkun soġġetta għar-rekwiżit li l-prodotti korrispondenti jiġu pproċessati, fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni, filwaqt li tiġi konferita l-oriġini mill-Unjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (4).
3. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti għandhom ikunu akkumpanjati minn affidavit mill-applikant li jkun fih impenn li:
|
(a) |
jassenja l-prodotti kkonċernati lill-ipproċessar preskritt fi żmien sena mid-data li fiha ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali kompetenti d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li jkun fiha d-deskrizzjoni preċiża tal-oġġetti u l-kodiċijiet TARIC; |
|
(b) |
iżomm rekords xierqa fl-Istati Membri fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni li jippermettu lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jwettaq kull verifika li jqis meħtieġa biex jiżgura li l-prodotti huma verament assenjati lill-ipproċessar preskritt, u li jippreservahom; għall-iskop ta’ dan is-subparagrafu, “rekords” tfisser id-dejta li jkun fiha l-informazzjoni u d-dettalji tekniċi kollha meħtieġa dwar kull tip ta’ mezz, li jippermetti lill-Uffiċċji tal-Liċenzji jissorveljaw u jikkontrollaw l-operazzjonijiet; |
|
(c) |
jippermetti lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jittraċċa l-prodotti kkonċernati għas-sodisfazzjon tiegħu fil-bini tal-impriża kkonċernata matul l-ipproċessar tagħhom kollu; |
|
(d) |
jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Liċenzji bil-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw l-awtorizzazzjoni. |
4. Meta l-prodotti kkonċernati jiġu trasferiti, l-applikant għandu jipprovdi evidenza suffiċjenti tal-assenjar tagħhom lill-ipproċessar preskritt skont il-paragrafu 3(a).
5. L-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5) għandu japplika.
6. In-nuqqas ta’ konformità mal-impenn imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, mill-importatur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li lilha l-importatur imbagħad jittrasferixxi tali prodotti, għandha titqies bħala ekwivalenti għal awtorizzazzjoni tal-kwoti mhux użata, skont l-Artikolu 13, għall-ammont rilevanti ta’ prodotti.
7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-Uffiċċji tal-Liċenzji f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u taġġornaha kif meħtieġ.
KAPITOLU 5
PROVA TAL-IMPORTAZZJONIJIET ATTWALI
Artikolu 11
1. Mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju wara t-tmiem ta’ kull tielet xahar, l-importaturi għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Istat Membru li minnu jkunu rċevew awtorizzazzjoni tal-kwoti bl-importazzjonijiet attwali tagħhom ta’ prodotti koperti lejn dak l-Istat Membru matul l-aħħar tliet xhur. Għal dan l-iskop, l-importatur għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji kopja tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati.
2. Meta l-kwantità rreġistrata fid-dikjarazzjoni doganali titkejjel mingħajr qoxra u l-kwantità msemmija fl-entrata 9 tal-formola tal-awtorizzazzjoni tal-kwoti tinkludi l-qoxra, l-importatur għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji, minbarra l-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1, u fl-istess żmien ta’ skadenza, l-kwantitajiet tal-importazzjoni korretti għal kull dikjarazzjoni doganali, li jinkludu l-qoxra. Il-kwantitajiet korretti għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni stabbiliti fl-Anness III.
KAPITOLU 6
AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-KWOTI MHUX UŻATI
Artikolu 12
1. Meta awtorizzazzjoni tal-kwoti ma tintużax wara sitt xhur mill-ħruġ tagħha, l-importatur għandu jew jagħtiha lura lill-Uffiċċju tal-Liċenzji, jew għandu jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Liċenzji bl-intenzjoni tiegħu li jużaha fil-perjodu tal-kwota li jkun fadal. Meta awtorizzazzjoni tal-kwoti tkun inħarġet qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwota skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll, il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur għandu jingħadd mill-1 ta’ Jannar tas-sena li tikkorrispondi għall-perjodu tal-kwota.
2. L-Uffiċċji tal-Liċenzji għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalukwe awtorizzazzjoni tal-kwoti li tkun ingħatat lura mill-importaturi skont il-paragrafu 1. Il-bilanċ tal-limiti massimi tal-importaturi tradizzjonali għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat għandu jiġi emendat għall-ammont korrispondenti.
Artikolu 13
1. Meta l-importazzjonijiet attwali minn importatur tradizzjonali ta’ prodotti koperti matul il-perjodu tal-kwota n-1 huma inqas minn 85 % tal-kwantitajiet koperti mill-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti kollha li ngħataw lil tali importatur matul l-istess perjodu tal-kwota, il-limiti massimi tal-importazzjoni tal-importatur għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti matul il-perjodu tal-kwota n+1 għandhom jitnaqqsu b’ammont li huwa proporzjonali għad-daqs tal-importazzjonijiet attwali li jonqsu.
2. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
ri = (0,85 * ΣΑi – Ii)/ΣΑi
fejn:
|
|
“ri ” jirrappreżenta t-tnaqqis li japplika għal-limiti massimi tal-importazzjonijiet tal-importatur i, għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti, matul il-perjodu tal-kwota n+1; |
|
|
“ΣΑi ” jirrappreżenta s-somma tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti mogħtija lill-importatur tradizzjonali i matul il-perjodu tal-kwota n–1; |
|
|
“Ii ” jirrappreżenta l-importazzjonijiet attwali ta’ prodotti koperti tal-importatur i matul il-perjodu tal-kwota n–1. |
Artikolu 14
1. Meta awtorizzazzjoni tal-kwoti li ma tkunx ingħatat lura wara sitt xhur mill-ħruġ tagħha skont l-Artikolu 12 tibqa’ ma tintużax fit-tmiem tal-perjodu tal-kwota n–1, il-limiti massimi tal-importazzjonijiet tal-importatur għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti matul il-perjodu tal-kwota n+1 għandhom jitnaqqsu bid-doppju tal-ammont b’mod proporzjonali għad-daqs tal-awtorizzazzjoni tal-kwoti mhux użata.
2. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
Ri = 2 * (ΣUi/ΣΑi)
fejn:
|
|
“Ri ” jirrappreżenta t-tnaqqis li japplika għal-limitu massimu tal-importatur i, għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti, matul il-perjodu tal-kwota n+1; |
|
|
“ΣUi ” jirrappreżenta s-somma tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti mhux użati mogħtija lill-importatur i matul il-perjodu tal-kwota n–1; |
|
|
“ΣΑi ” jirrappreżenta s-somma tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti mogħtija lill-importatur i, għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti, matul il-perjodu tal-kwota n–1. |
Artikolu 15
Jekk il-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tal-limiti massimi tal-importazzjonijiet previsti fl-Artikoli 13 u 14 jiġu ssodisfati t-tnejn b’mod simultanju, għandu japplika l-akbar tnaqqis biss (Ri jew ri).
KAPITOLU 7
MIŻURI TRANŻITORJI LI JAPPLIKAW GĦALL-EWWEL TLIET PERJODI TAL-KWOTA
Artikolu 16
1. Il-metodu ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-ewwel perjodu sħiħ tal-kwota ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Matul dan il-perjodu tal-kwota, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ma għandhomx japplikaw.
2. L-Artikoli minn 17 sa 19 għandhom japplikaw matul l-ewwel tliet perjodi tal-kwota ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 17
1. Il-perjodu ta’ referenza previst fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll għandu jkun is-sena 2004, is-sena 2007, jew is-sentejn flimkien, skont kif jagħżel l-importatur.
2. L-importaturi li jitolbu status ta’ importatur tradizzjonali għandhom jispeċifikaw liema minn dawn it-tliet opzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għażlu għall-kalkolu tal-limiti massimi tagħhom, skont l-Artikolu 6, mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-perjodu ta’ referenza magħżul minn kull importatur skont il-paragrafu 2 għandu japplika għall-ewwel tliet perjodi tal-kwota ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18
1. L-importaturi li jitolbu status ta’ importatur tradizzjonali għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju(i) tal-Liċenzji tal-Istat(i) Membru(i) li mingħandu(mingħandhom) għandhom il-ħsieb li jitolbu awtorizzazzjonijiet tal-kwoti, mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bl-importazzjonijiet attwali tagħhom ta’ prodotti koperti lejn dak/dawk l-Istat(i) Membru(i) matul il-perjodu ta’ referenza magħżul skont l-Artikolu 17(2). Sabiex jiġu sostanzjati tali dikjarazzjonijiet tal-importazzjonijiet attwali, l-importatur għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji kopja tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati.
2. L-Uffiċċji tal-Liċenzji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn 35 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, taqsira tal-importazzjonijiet attwali ta’ prodotti koperti li ġew innotifikati lilhom skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali taqsira għandha titressaq f’format ta’ spreadsheet elettronika, b’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V.
Artikolu 19
1. Meta tintgħażel sena waħda skont l-Artikolu 17(2), il-fattur varjabbli Īi imsemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jirrappreżenta l-importazzjonijiet attwali tal-importatur tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat matul it-tali sena.
2. Meta jintgħażlu l-2004 u l-2007 flimkien skont l-Artikolu 17(2), il-fattur varjabbli Īi imsemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jirrappreżenta medja tal-importazzjonijiet attwali tal-importatur tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat fis-snin 2004 u 2007, ikkalkolata kif ġej:
[(Importazzjonijiet attwali fl-2004) + (Importazzjonijiet attwali fl-2007)]/2.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Uffiċċji tal-Liċenzji bil-limiti massimi li jirriżultaw mill-kalkoli li jkunu saru skont l-Artikolu 6(2) mhux aktar tard minn 65 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
4. Jekk il-limiti massimi msemmijin fl-Artikolu 6 ma jkunux ġew ikkalkolati sakemm jiġu applikati l-Ftehim u l-Protokoll fuq bażi provviżorja, il-kwoti tariffarji għal kull grupp ta’ prodotti għandhom jiġu allokati lill-importaturi kollha skont il-proċedura ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(b) sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-Uffiċċji tal-Liċenzji li l-limiti massimi ġew stabbiliti u li l-proċedura ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(b) intemmet. Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, kull importatur għandu jingħata minimu ta’ 2,5 % tal-kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti.
KAPITOLU 8
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jieqaf japplika fid-data li fiha tieqaf l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Li attwalment jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).
ANNESS I
Kodiċijiet tariffarji rilevanti applikati fil-Federazzjoni Russa u kodiċijiet NM u TARIC (ara l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament)
|
|
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Kodiċi tariffarju Russu |
Deskrizzjoni sħiħa |
|
1. |
ex 4403 20 11 |
10 |
4403 20 110 1 |
Injam tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), ta’ dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il ċm iżda mhux aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 20 19 |
10 |
|||
|
2. |
ex 4403 20 11 |
10 |
4403 20 110 2 |
Injam tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), ta’ dijametru ta’ aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 20 19 |
10 |
|||
|
3. |
ex 4403 20 19 |
10 |
4403 20 190 1 |
Injam tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-lbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru fuq fuq, ta’ dijametru ta’ inqas minn 15-il ċm |
|
4. |
ex 4403 20 19 |
10 |
4403 20 190 9 |
Injam ieħor tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber abjad (Abies alba Mill.) |
|
5. |
ex 4403 20 31 |
10 |
4403 20 310 1 |
Injam tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.”, ta’ dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il ċm iżda mhux aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 20 39 |
10 |
|||
|
6. |
ex 4403 20 31 |
10 |
4403 20 310 2 |
Injam tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.”, ta’ dijametru ta’ aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 20 39 |
10 |
|||
|
7. |
ex 4403 20 39 |
10 |
4403 20 390 1 |
Injam tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.” (mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-lbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru fuq fuq,) ta’ dijametru ta’ inqas minn 15-il ċm |
|
8. |
ex 4403 20 39 |
10 |
4403 20 390 9 |
Injam ieħor tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.” |
ANNESS II
Mudell tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-kwoti (ara l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament)
Anness għall-mudell tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-kwoti: Affidavit skont l-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament
Affidavit
Affidavit ta’… (Isem id-dikjarant)
Jiena, hawn taħt iffirmat, b’dan qed nagħmel id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
Fir-rigward l-applikazzjoni tiegħi għal awtorizzazzjoni tal-kwoti tal-(JJ/XX/SS), nimpenja ruħi li:
|
(1) |
nassenja l-prodotti kkonċernati lill-ipproċessar preskritt fi żmien sena mid-data li fiha ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali kompetenti d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li jkun fiha d-deskrizzjoni preċiża tal-oġġetti u l-kodiċijiet TARIC; |
|
(2) |
inżomm rekords xierqa fl-Istati Membri fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni li jippermettu lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jwettaq kull verifika li jqis meħtieġa biex jiżgura li l-prodotti huma verament assenjati lill-ipproċessar preskritt, u li nippreservahom; |
|
(3) |
nippermetti lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jittraċċa l-prodotti kkonċernati għas-sodisfazzjon tagħhom fil-bini tal-impriża kkonċernata matul l-ipproċessar tagħhom kollu; |
|
(4) |
ninnotifika lill-Uffiċċju tal-Liċenzji bil-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw l-awtorizzazzjoni. |
Jiena, hawn taħt iffirmat, nivverifka solennement li, sa fejn naf, il-kontenut tal-affidavit tiegħi ta’ hawn fuq huwa vera u korrett u l-ebda parti minnu mhija falza.
|
Post/Data |
|
Firma |
ANNESS III
Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament
Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament huma b’dan stabbiliti kif ġej:
|
Kodiċi NM |
Koeffiċjent ta’ korrezzjoni |
|
4403 20 11 |
0,90 |
|
4403 20 19 |
0,88 |
|
4403 20 31 |
0,88 |
|
4403 20 39 |
0,87 |
ANNESS IV
Taqsira tal-importazzjonijiet attwali skont l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament
|
Isem il-kumpanija li timporta |
Nru tal-VAT tal-kumpanija li timporta |
Importazzjonijiet attwali tal-prinjol (Σ ta’ NM 4403 20 11 u 4403 20 19 ) f’m3 fil-perjodu tal-kwota n-1 (…-…) |
Importazzjonijiet attwali tal-arżnu (Σ ta’ NM 4403 20 31 u 4403 20 39 ) f’m3 fil-perjodu tal-kwota n-1 (… -…) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS V
Taqsira tal-importazzjonijiet attwali skont l-Artikolu 18(2) flimkien mal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament
|
Isem il-kumpanija li timporta |
Nru tal-VAT tal-kumpanija li timporta |
Importazzjonijiet attwali tal-prinjol (Σ ta’ NM 4403 20 11 u 4403 20 19 ) f’m3 fis-sena ta’ referenza … |
Importazzjonijiet attwali tal-arżnu (Σ ta’ NM 4403 20 31 u 4403 20 39 ) f’m3 fis-sena ta’ referenza … |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/38 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 499/2012
tat-12 ta’ Ġunju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
55,3 |
|
MK |
52,8 |
|
|
TR |
51,8 |
|
|
ZZ |
53,3 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
26,2 |
|
TR |
119,2 |
|
|
ZZ |
72,7 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
97,5 |
|
ZZ |
97,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
75,2 |
|
BO |
105,1 |
|
|
TR |
107,0 |
|
|
ZA |
95,9 |
|
|
ZZ |
95,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
113,1 |
|
BR |
82,2 |
|
|
CL |
97,3 |
|
|
CN |
136,2 |
|
|
NZ |
132,4 |
|
|
US |
153,6 |
|
|
UY |
61,9 |
|
|
ZA |
113,2 |
|
|
ZZ |
111,2 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
226,2 |
|
ZZ |
226,2 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
440,0 |
|
ZZ |
440,0 |
|
|
0809 40 05 |
ZA |
300,5 |
|
ZZ |
300,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mid-Danimarka dwar ċerti gassijiet serra industrijali
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3717)
(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
(2012/301/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ ittra bid-data tat-13 ta’ Frar 2012 u skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ir-Renju tad-Danimarka nnotifika lill-Kummissjoni li d-Danimarka biħsiebha żżomm id-dispożizzjonijet nazzjonali tagħha dwar ċerti gassijiet serra industrijali li huma aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1) saħansitra wara l-31 ta’ Diċembru 2012, id-data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/62/KE (2), adottata skont l-Artikolu 95(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat tal-KE) (li issa huwa l-Artikolu 114(6) TFUE). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (gassijiet F) għandu l-għan li jipprevjeni u jrażżan l-emissjonijiet ta’ ċerti gassijiet F (HFCs, PFCs u SF6) koperti bil-Protokoll ta’ Kjoto. Fih ukoll għadd limitat ta’ projbizzjonijiet ta’ użu u tqegħid fis-suq fejn l-alternattivi tqiesu disponibbli u kosteffiċjenti fil-livell tal-Komunità u fejn it-titjib fit-trażżin u l-irkupru kien meqjus bħala mhux possibbli. |
|
(3) |
Ir-Regolament għandu bażi legali doppja, l-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 192(1) tat-TFUE) fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha minbarra l-Artikoli 7, 8 u 9, li huma bbażati fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 114 tat-TFUE) minħabba l-implikazzjonijiet tagħhom f’termini tal-moviment ħieles tal-prodotti fi ħdan is-suq uniku tal-Unjoni. |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Danimarka dwar ċerti gassijiet serra fluworurati ilhom mill-2002 u d-Danimarka nnotifikat dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2006. Il-projbizzjoni ġenerali fuq l-importazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ prodotti ġodda li fihom il-gassijiet F hija akkumpanjata minn derogi speċifikati fl-Anness I tal-Ordni. Dawn id-derogi għandhom x’jaqsmu ma’ għadd ta’ applikazzjonijiet speċifiċi ħafna u, u għal għadd ta’ applikazzjonijiet aktar komuni, huma bbażati fuq il-kwantità ta’ gassijiet serra użati fis-sistemi rispettivi, u b’hekk jeżentaw, pereżempju, l-unitajiet ta’ refriġerazzjoni, il-pompi tas-sħana jew l-unitajiet tal-arja kundizzjonata b’ċarġ ta’ refriġerant li tvarja bejn 0,15 kg u 10 kg kif ukoll sistemi ta’ refriġerazzjoni bl-irkupru tas-sħana b’ċarġ ta’ 50 kg jew inqas. Prodotti għall-bastimenti u għall-użu militari kif ukoll l-użu tal-SF6 f’unitajiet ta’ vultaġġ għoli huma eżentati. Fit-8 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet b’referenza għall-Artikolu 95(6) tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 114(6) tat-TFUE) li tawtorizza lid-Danimarka żżomm id-dispożizzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/62/KE ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw iż-żamma ta’ dispożizzjonijiet aktar stretti, kif stipulati f’dik id-Deċiżjoni, baqgħu jgħoddu. Ir-regoli nazzjonali jibqgħu parti minn strateġija usa’ li ġiet stabbilita mid-Danimarka sabiex tilħaq il-mira tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-Protokoll ta’ Kjoto u l-ftehim sussegwenti dwar il-qsim tal-piżijiet adottat fil-livell tal-Unjoni. Skont dan l-arranġament, id-Danimarka ntrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha b’21 % tul il-perjodu 2008-2012 meta mqabbel mas-sena ta’ bażi, 1990. Ġie rrapportat li l-miżuri nnotifikati kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-HFC fid-Danimarka. Fid-deċiżjonijiet adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (3), id-Danimarka ntrabtet li ulterjorment tnaqqas l-emissjonijiet b’20 % sal-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
|
(6) |
Id-derogi previsti bl-Ordni, kif ukoll il-possibbiltà li f’każijiet speċifiċi ħafna jingħataw eżenzjonijiet individwali mill-projbizzjoni ġenerali, jiżguraw il-proporzjonalità tal-miżura. Barra minn hekk, tikkonċerna biss it-tagħmir il-ġdid u tippermetti l-użu ta’ gassijiet F għas-servisjar u l-manutenzjoni ta’ tagħmir eżistenti sabiex jiġi evitat l-abbandun mhux meħtieġ tat-tagħmir. |
|
(7) |
Filwaqt li tinnota li l-Ordni għandha implikazzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-prodotti fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet huma ġenerali u japplikaw bl-istess mod għall-prodotti nazzjonali u importati. Ma hemm l-ebda evidenza li d-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati ntużaw jew se jintużaw bħala mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja bejn l-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni. Fid-dawl tar-riskji għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tal-gassijiet F, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jikkostitwux ostaklu sproporzjonat għall-funzjonament tas-suq intern b’rabta mal-għanijiet imfittxija, b’mod partikolari meta jitqiesu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni reċenti tal-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 (4) li jindikaw li huma meħtieġa aktar miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet F biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra maqbula fl-Unjoni kollha. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-talba tar-Repubblika tad-Danimarka, imressqa fit-13 ta’ Frar 2012, biex iżżomm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha aktar stretta mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom, jew li t-tħaddim tagħhom jiddependi fuq il-gassijiet F, hija ammissibbli. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma d-Deċiżjoni 2007/62/KE tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali fl-Ordni Nru 552 tat-2 ta’ Lulju 2002:
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li jistgħu jiġu approvati. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivvaluta mill-ġdid il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni biex tara jkunux għadhom qed jiġu ssodisfati. Dan jista’, b’mod partikolari, isir rilevanti fil-każ ta’ bidliet sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jew lid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Meta jitqiesu din il-possibbiltà u l-impenji fuq terminu twil tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, limitu tad-dewmien tal-approvazzjoni għal data speċifika ma jitqiesx neċessarju. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ċerti gassijiet serra fluworurati, li r-Renju tad-Danimarka nnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra bid-data tat-13 ta’ Frar 2012, u li huma aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li t-tħaddim tagħhom jiddependi fuq il-gassijiet F, huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 130.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
(4) Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006), COM(2011) 581 finali.
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3723)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/302/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) imressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tagħha għall-annimali u l-prodotti mill-annimali indikati f’dik il-lista. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”). |
|
(4) |
Il-Beliże ressaq pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Beliże għall-akkwakultura għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(5) |
Iċ-Ċili fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-ovini/kaprini iżda b’referenza għan-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. Din in-nota f’qiegħ il-paġna tirrestrinġi dawn l-importazzjonijiet miċ-Ċili għall-ovini biss. Iċ-Ċili ressaq pjan għal kaprini lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Ir-referenza għan-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna għandha għalhekk titneħħa fil-lista għaċ-Ċili. |
|
(6) |
Curaçao fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-ħalib. Iżda, Curaçao ma pprovdiex pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. L-annotazzjoni għal Curaçao għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(7) |
Ħong Kong fil-preżent huwa inkluż fil-lista għat-tjur u l-akkwakultura. Iżda, Ħong Kong ma pprovdiex pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Ħong Kong għandu għalhekk jitneħħa mil-lista. |
|
(8) |
Il-Gambja ressqet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Gambja għall-akkwakultura għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE (3) testendi d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għall-Islanda. L-annotazzjonijiet għall-Iżlanda għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista. |
|
(10) |
Il-Ġamajka fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-akkwakultura u l-għasel. Iżda, il-Ġamajka ma pprovdietx pjan għall-akkwakultura kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva96/23/KE. L-annotazzjoni għall-Ġamajka għall-akwakultura għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(11) |
Il-Kenja ressqet pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Kenja għall-ħalib tal-iġmla għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(12) |
Il-Libanu ressaq pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għal-Libanu għall-għasel għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(13) |
In-Namibja fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, ovini/kaprini, il-kaċċa selvaġġa u l-kaċċa mrobbija. Iżda, in-Namibja ma pprovdietx pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE għall-kaċċa mrobbija. L-annotazzjoni għan-Namibja għall-kaċċa mrobbija għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(14) |
Il-Kaledonja Ġdida fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, l-akkwakultura, il-kaċċa selvaġġa, il-kaċċa mrobbija u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li mhux aktar interessat li jesporta laħam frisk tal-bovini lejn l-Unjoni. Iżda, il-Kaledonja Ġdida pprovdiet l-garanziji mitluba li żżomm l-annotazzjoni għall-bovini fil-lista iżda bin-nota f’qiegħ il-paġna li tindika pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni. Ir-referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna xierqa għandha għalhekk tiżdied għall-annotazzjoni għall-Kaledonja Ġdida għall-bovini. |
|
(15) |
Sint Maarten fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-ħalib. Madankollu, Sint Maarten ma pprovdietx pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Sint Maarten għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(16) |
San Marino fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, l-porċini u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li mhux aktar interessat li jesporta laħam tal-majjal lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal San Marino għall-porċini għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(17) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex ikopri konsenji rilevanti minn Curaçao, Ħong Kong, il-Ġamajka, in-Namibja u Sint Maarten, li ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(19) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Awwissu 2012, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw kunsinni ta’ ħalib minn Curaçao, tat-tjur u l-akkwakultura minn Ħong Kong, tal-akkwakultura mill-Ġamajka, ta’ kaċċa mrobbija min-Namibja u ta’ ħalib minn Sint Maarten kemm-il darba l-importatur ta’ dawn il-prodotti juri li dawn ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
ANNESS
“ANNESS
|
Kodiċi ISO2 |
Pajjiż |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Tjur |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Kaċċa selvaġġa |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
|
AD |
Andorra |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
X |
X (1) |
|
|
|
|
|
|
Al |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
BA |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BD |
Il-Bangladexx |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BN |
Il-Brunej |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
BY |
Il-Bjelorussja |
|
|
|
X (2) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
BZ |
Il-Beliże |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH |
L-Isvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
|
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CR |
Il-Kosta Rika |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
GH |
Il-Gana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
GM |
Il-Gambja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
HN |
Il-Ħonduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
HR |
Il-Kroazja |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
IL |
L-Iżrael |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
|
X (1) |
|
|
|
|
|
|
KG |
Il-Kirgiżistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
ME |
Il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
MG |
Il-Madagaskar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
MK |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
MU |
Il-Mawrizju |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
|
X |
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
MY |
Il-Malasja |
|
|
|
|
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Możambik |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
NC |
Il-Kaledonja Ġdida |
X (3) |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
X |
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
NZ |
In-New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
Is-Serbja (5) |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X (6) |
X |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapor |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
|
X (3) |
X |
X (3) |
|
|
|
|
|
|
SM |
San Marino |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SR |
Is-Surinam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SZ |
Is-Sważiland |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
|
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
UA |
L-Ukraina |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
|
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
US |
L-Istati Uniti |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
|
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
YT |
Il-Majott |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
(1) Ħalib tal-iġmla biss.
(2) Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
(3) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi stabbilita wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.
(4) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkun approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.
(5) Mhux inkluż il-Kosovo (din l-indikazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar d-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo).
(6) Għaċ-ċriev mir-reġjuni tal-Murmansk u Yamalo-Nenets biss.”
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkosi bovina enzootika
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3729)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/303/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mil-lewkosi bovina enzootika fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(2) |
L-Annessi III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2) telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika. |
|
(3) |
Il-Litwanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha. |
|
(4) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mil-Litwanja, dak l-Istat Membru għandu jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkosi bovina enzootika. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ KAPITOLU 1
Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
|
BE |
Il-Belġju |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
DK |
Id-Danimarka |
|
DE |
Il-Ġermanja |
|
IE |
L-Irlanda |
|
ES |
Spanja |
|
FR |
Franza |
|
CY |
Ċipru |
|
LT |
Il-Litwanja |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
|
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
AT |
L-Awstrija |
|
SI |
Is-Slovenja |
|
SK |
Is-Slovakkja |
|
FI |
Il-Finlandja |
|
SE |
L-Isvezja |
|
UK |
Ir-Renju Unit” |
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3761)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/304/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar l-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) f’Nancy, Franza (preċedentement magħrufa bħala l-Agence française de sécurité sanitaire des aliments, l-AFSSA), bħala l-istituzzjoni speċifika responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi li jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija. |
|
(2) |
Dik id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija. |
|
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Kroazja ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju għall-idrofobija u l-viroloġija ġenerali tal-Istitut Veterinarju f’dak il-pajjiż terz biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Dik l-applikazzjoni hija appoġġata minn rapport favorevoli mill-ANSES dwar l-evalwazzjoni ta’ dak il-laboratorju, datat l-20 ta’ Settembru 2011. |
|
(4) |
L-awtorità kompetenti tal-Messiku ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju fis-Centro Nacional de Servicios de Diagnóstico en Salud Animal f’dak il-pajjiż terz biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Dik l-applikazzjoni hija appoġġata minn rapport favorevoli mill-ANSES dwar l-evalwazzjoni ta’ dak il-laboratorju, datat l-20 ta’ Settembru 2011. |
|
(5) |
Għaldaqstant, dawk il-laboratorji għandhom ikunu awtorizzati biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa. |
|
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati biex jagħmlu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni