ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.148.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
8 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NK 10064000 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 19011000

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 482/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Tettnanger Hopfen (IĠP)]

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 483/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2012

22

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għas-seba' stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax ( ĠU L 157, 26.6.2003 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Volum 1)

26

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 00

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (“broken rice”) ta’ kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Fost il-konċessjonijiet mogħtija hemm kwota annwali ta’ 1 000 tunnellati metriċi bla dazju ta’ ross miksur ta’ kodiċi NM 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 00.

(3)

Għandu jingħad li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (4) japplika għal importazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) b’mod partikolari regoli dettaljati relatati mal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti, kif ukoll il-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perijodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-aħhar jum tal-perijodu ta’ kwota tariffarja u japplika mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali jew derogi stabbiliti mir-regolamenti settorjali.

(5)

Sabiex titjieb l-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja miftuħa taħt dan ir-Regolament, huwa neċessarju li l-operaturi jibqgħu jingħataw il-permess li jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja għal kull perijodu ta’ kwota u għalhekk li ssir deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Minbarra hekk, sabiex jitjieb il-kontroll ta’ din il-kwota, kif ukoll biex tiġi armonizzata u ssimplifikata l-amministrazzjoni tagħha, għandu jiġi stabbilit li l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni jsiru kull ġimgħa.

(6)

Biex ikun assigurat li l-kwota tkun sew, regoli speċifiċi dwar sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u ħruġ ta’ liċenzji huma meħtieġa. Dawk ir-regoli jew iżidu ma’ jew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6).

(7)

Dispożizzjonijiet speċifiċi huma meħtieġa biex ikun assigurat li ross miksur importat ma jitbiegħedx mill-użu preskritt. Eżenzjoni mid-dazju għandha għalhekk tkun taħt kondizzjoni ta’ sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni mill-importatur rigward l-użu tar-ross u depożitu ta’ garanzija ugwali għad-dazju li mhux mitlub ħlas tiegħu. Tmexxija tal-kwota teħtieġilha li jkun hemm żmien raġonevoli għal ipproċessar. Il-kunsinna tal-prodotti teħtieġ kopja tal-kontroll T5 li trid issir fl-Istat Membru fejn tkun dieħla l-kunsinna għal ċirkolazzjoni ħielsa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7), bħala l-mezz xieraq biex tingħata prova ta’ pproċessar. Meta jsir ipproċessar fl-Istat Membru fejn tkun dieħla l-kunsinna għal ċirkolazzjoni libera, prova ta’ pproċessar tista’ tingħata permezz ta’ dokument nazzjonali ekwivalenti.

(8)

Għalkemm l-għan tal-garanzija huwa li jkun assigurat pagament għal dejn ġdid li qed jidher fl-importazzjoni, għandu jkun hemm flessibilità fir-rigward tar-rilaxx tal-garanzija.

(9)

Garanzija għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ EUR 25 għal kull tunnellata għandha tkun biżżejjed għat-tmexxija xierqa tal- kwota.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota ta’ tariffa annwali ta’ bla dazju ta’ 1 000 tunnellati metriċi ta’ ross miksur ta’ kodiċi NM 1006 40 00 għal użu fil-produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 00 qed tinfetaħ skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Il-kwota għandha n-numru ta’ ordni 09.4079.

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008 għandhom japplikaw għall-kwota msemmija fl-ewwel paragrafu, ħlief jekk ikun hemm xi dispożizzjonijiet kontrarji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu għal kwantità ta’ mhux anqas minn 5 tunnellati u mhux aktar minn 500 tunnellata.

Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi (mingħajr deċimali).

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull nhar ta’ Ġimgħa, mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta’ Brussell.

2.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jippreżenta aktar minn applikazzjoni waħda għal kull perijodu ta’ kwota. Madankollu, l-applikant jista’ jippreżenta biss applikazzjoni waħda għal liċenzja kull ġimgħa.

3.   Kaxxa 7 tal-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja ta’ importazzjoni għandha turi l-pajjiż li jesporta u l-kelma “iva” għandha tkun immarkata b’salib.

4.   Applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandu jkun fihom:

(a)

fil-kaxxa 20 waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness I;

(b)

fil-kaxxa 24, waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness II.

5.   B’deroga mill- Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-garanzija għal- liċenzji tal-importazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandha tkun ta’ EUR 25 kull tunnellata metrika.

Artikolu 3

1.   Meta l-kwantitajiet li għalihom isiru applikazzjonijiet matul ġimgħa jaqbżu l-kwantità tal-kwota disponibbli, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, sa mhux aktar tard mir-raba’ jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal dik il-ġimgħa, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tiffissal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantiajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet matul dik il-ġimgħa, u tissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda tal-importazzjoni sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

L-applikazzjonijiet imressqa fir-rigward tal-ġimgħa kurrenti għandhom jitqiesu inammissibbli.

L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-operaturi, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, jirtiraw l-applikazzjonijiet li għalihom il-kwantità li l-liċenzja jkollha tinħareġ għaliha tkun anqas minn 20 tunnellata.

2.   Il-liċenzja ta’ importazzjoni għandha tinħareġ fit-tmien jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn ta’ wara l-aħħar jum għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, qabel is-18.00 ħin ta’ Brussell, it-tagħrif rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b’turija tal-kwantitajiet totali li jkunu jirrigwardaw dawn l-applikazzjonijiet;

(b)

sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, it-tagħrif rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b’turija tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu ġew irtirati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet totali li fil-fatt ikunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera b’applikazzjoni tal- kwota kkonċernata matul it-tieni xahar preċedenti. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dawn ix-xhur, għandha tintbagħat notifika f’dan is-sens, bil-kelma “xejn”. Madankollu, din in-notifika ma tibqax rikjesta fit-tielet xahar wara d-data ta’ limitu tal-validità tal-liċenzji.

Artikolu 5

1.   Eżenzjoni minn dazju tad-dwana għandha tkun soġġetta għal:

(a)

sottomissjoni mad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dikjarazzjoni bil-miktub mill-importatur li l-prodotti kollha mdaħħla jkunu proċessati kif indikat fl-kaxxa 20 tal-liċenzja fi żmien sitt xhur tad-data minn meta kien aċċettat id-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(b)

depożitu mill-importatur, mad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera, ta’ garanzija għal ammont ugwali għad-dazju tad-dwana għal ross miksur iffissat fl-Artikolu 140 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (8).

2.   Mad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-importatur għandu bħala l-lok għall-ipproċessar jew l-isem ta’ intrapriża tal-ipproċessar u Stat Membru jew mhux aktar minn ħames impjanti differenti ta’ pproċessar. Kunsinna tar-ross tkun teħtieġ kopja ta’ kontroll T5 li ssir fl-Istat Membru minn fejn tkun telqet li, skont Regolament (KEE) Nru 2454/93, tkun ukoll tikkostitwixxi prova ta’ pproċessar.

Iżda, fejn isir ipproċessar fl-Istat Membru li fih isir id-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera, prova ta’ pproċessar tista’ tkun dokument nazzjonali ekwivalenti.

3.   Il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jkun fiha:

(a)

fil-kaxxa 104, waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness III;

(b)

fil-kaxxa 107, waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness IV.

4.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure l-garanzija msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tiġi rilaxxata meta l-importatur jagħti prova lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih isir id-dħul għaċ-ċirkolazzjoni libera li r-ross kollu li ddaħħal kien proċessat għall-prodott muri fil-liċenzja tal-importazzjoni. L-ipproċessar jitqies li jkun sar meta l-prodott ikun manifatturat jew f’wieħed jew f’aktar mill-impjanti tal-ipproċessar tal-intrapriża msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu fl-Istat Membru hemmhekk imsemmi, jew fl-impjant tal-ipproċessar jew wieħed mill-impjanti tal-ipproċessar imsemmija f’dak il-paragrafu, fil-limitu ta’ żmien indikat fil-paragrafu 1(a).

Fejn ross imdaħħal għaċ-ċirkolazzjoni libera ma jkunx ġie pproċessat fiż-żmien speċifikat, il-garanzija rilaxxata għandha titnaqqas bi 2 % għal kull jum li bih ikun inqabeż il-limitu taż-żmien.

5.   Prova tal-ipproċessar għandha tingħata lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur wara l-limitu ta’ żmien għall-ipproċessar.

Jekk ma tingħatax prova fil-limitu ta’ żmien imniżżel f’dan il-paragrafu, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1(b), fejn applikabbli mingħajr il-perċentwali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, għandha titnaqqas bi 2 % għal kull jum li bih jinqabeż il-limitu taż-żmien.

L-ammont tal-garanzija li ma jkunx rilaxxat jintilef bħala dazji tad-dwana.

Artikolu 6

B’deroga mill- Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-kwantità mdaħħla għaċ-ċirkolazzjoni libera ma tistax taqbeż dik imdaħħla fil-kaxxi 17 u 18 tal-liċenzja ta’ importazzjoni. Iċ-ċifra “0” għandha għaldaqstant tiddaħħal fil-kaxxa 19 tal-liċenzja.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 2058/96 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7.

(3)  Ara l-Anness V.

(4)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13 (ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 387).

(6)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(8)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS I

Annotazzjonijiet fl-Artikolu 2(4)(a)

:

bil-Bulgaru

:

Натрошен ориз с код по КН 1006 40 00, предназначен за производство на хранителни заготовки с код по КН 1901 10 00

:

bl-Ispanjol

:

Partidos de arroz, del código NC 1006 40 00, destinados a la producción de preparaciones alimenticias del código NC 1901 10 00

:

biċ-Ċek

:

Zlomková rýže kódu KN 1006 40 00 pro výrobu potravinových přípravků kódu KN 1901 10 00

:

bid-Daniż

:

Brudris, henhørende under KN-kode 1006 40 00, bestemt til fremstilling af tilberedte næringsmidler, henhørende under KN-kode 1901 10 00

:

bil-Ġermaniż

:

Bruchreis des KN-Codes 1006 40 00, bestimmt zur Herstellung von Lebensmittelzubereitungen des KN-Codes 1901 10 00

:

bl-Estonjan

:

CN-koodi 1006 40 00 alla kuuluv purustatud riis CN-koodi 1901 10 00 alla kuuluvate toiduainete tootmiseks

:

bil-Grieg

:

Θραύσματα ρυζιού υπαγόμενα στον κωδικό ΣΟ 1006 40 00, που προορίζονται για την παραγωγή παρασκευασμάτων διατροφής του κωδικού ΣΟ 1901 10 00

:

bl-Ingliż

:

Broken rice of CN code 1006 40 00 for production of food preparations of CN code 1901 10 00

:

bil-Franċiż

:

Brisures de riz, relevant du code NC 1006 40 00, destinées à la production de préparations alimentaires du code NC 1901 10 00

:

bit-Taljan

:

Rotture di riso, di cui al codice NC 1006 40 00, destinate alla produzione di preparazioni alimentari del codice NC 1901 10 00

:

bil-Latvjan

:

Šķeltie rīsi, uz kuriem attiecas KN kods 1006 40 00, kas paredzēti to pārtikas produktu ražošanai, uz kuriem attiecas KN kods 1901 10 00

:

bil-Litwan

:

KN kodu 1006 40 00 klasifikuojami skaldyti ryžiai, skirti KN kodu 1901 10 00 klasifikuojamų maisto produktų gamybai

:

bl-Ungeriż

:

A 1901 10 00 KN-kód alá tartozó élelmiszer-készítmények előállítására szánt, a 1006 40 00 KN-kód alá tartozó törmelékrizs

:

bil-Malti

:

Ross miksur tal-kodiċi NK 1006 40 00 għall-produzzjoni ta’ preparazzjonijiet alimentari tal-kodiċi NK 1901 10 00

:

bl-Olandiż

:

Breukrijst van GN-code 1006 40 00, voor de productie van voor voeding bestemde bereidingen van GN-code 1901 10 00

:

bil-Pollakk

:

Ryż łamany objęty kodem CN 1006 40 00 do produkcji przetworów spożywczych objętych kodem CN 1901 10 00

:

bil-Portugiż

:

Trincas de arroz do código NC 1006 40 00, destinadas à produção de preparações alimentares do código NC 1901 10 00

:

bir-Rumen

:

brizuri de orez având codul NC 1006 40 00 destinate producției de preparate alimentare având codul NC 1901 10 00

:

bis-Slovakk

:

Zlomková ryža spadajúca pod číselný znak KN 1006 40 00 na výrobu potravinových prípravkov spadajúcich pod číselný znak KN 1901 10 00

:

bis-Sloven

:

Lomljen riž z oznako KN 1006 40 00 za proizvodnjo živilskih izdelkov z oznako KN 1901 10 00

:

bil-Finlandiż

:

CN-koodiin 1006 40 00 kuuluvat rikkoutuneet riisinjyvät CN-koodiin 1901 10 00 kuuluvien elintarvikevalmisteiden valmistamiseksi

:

bl-Isvediż

:

Brutet ris som omfattas av KN-nummer 1006 40 00, avsett för produktion av livsmedelsberedningar som omfattas av KN-nummer 1901 10 00.


ANNESS II

Annotazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(4)(b)

:

bil-Bulgaru

:

Освободено от мито (Регламент за изпълнение (ЕC) № 480/2012)

:

bl-Ispanjol

:

Exención del derecho de aduana [Reglamento de Ejecución (UE) no 480/2012]

:

biċ-Ċek

:

Osvobozeno od cla (prováděcí nařízení (EU) č. 480/2012)

:

bid-Daniż

:

Toldfri (gennemførelsesforordning (EU) nr. 480/2012)

:

bil-Ġermaniż

:

Zollfrei (Durchführungsverordnung (EU) Nr. 480/2012)

:

bl-Estonjan

:

Tollimaksuvaba (rakendusmäärus (EL) nr 480/2012)

:

bil-Grieg

:

Απαλλαγή του δασμού [εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 480/2012]

:

bl-Ingliż

:

Free of customs duty (Implementing Regulation (EU) No 480/2012)

:

bil-Franċiż

:

Exemption du droit de douane [règlement d’exécution (UE) no 480/2012]

:

bit-Taljan

:

Esenzione dal dazio doganale [regolamento di esecuzione (UE) n. 480/2012]

:

bil-Latvjan

:

Atbrīvots no muitas nodokļa (Īstenošanas regula (ES) Nr. 480/2012)

:

bil-Litwan

:

Muitas netaikomas (įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. 480/2012)

:

bl-Ungeriż

:

Vámmentes (480/2012/EU végrehajtási rendelet)

:

bil-Malti

:

Eżenti mid-dazju doganali (Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012)

:

bl-Olandiż

:

Vrijgesteld van douanerecht (Uitvoeringsverordening (EU) nr. 480/2012)

:

bil-Pollakk

:

Wolne od opłat celnych (rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 480/2012)

:

bil-Portugiż

:

Isenção de direito aduaneiro (Regulamento de Execução (UE) n.o 480/2012)

:

bir-Rumen

:

Scutit de drepturi vamale [Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 480/2012]

:

bis-Slovakk

:

Oslobodené od cla (vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 480/2012)

:

bis-Sloven

:

Carine prosto (Izvedbena uredba (EU) št. 480/2012)

:

bil-Finlandiż

:

Tullivapaa (täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 480/2012)

:

bl-Isvediż

:

Tullfri (genomförandeförordning (EU) nr 480/2012).


ANNESS III

Annotazzjonijiet fl-Artikolu 5(3)(a)

:

bil-Bulgaru

:

Предназначени за производство на хранителни заготовки с код по КН 1901 10 00

:

bl-Ispanjol

:

Destinadas a la producción de preparaciones alimenticias del código NC 1901 10 00

:

biċ-Ċek

:

Pro výrobu potravinových přípravků kódu KN 1901 10 00

:

bid-Daniż

:

Bestemt til fremstilling af tilberedte næringsmidler, henhørende under KN-kode 1901 10 00

:

bil-Ġermaniż

:

Bestimmt zur Herstellung von Lebensmittelzubereitungen des KN-Codes 1901 10 00

:

bl-Estonjan

:

CN-koodi 1901 10 00 alla kuuluvate toiduainete tootmiseks

:

bil-Grieg

:

Προορίζονται για την παραγωγή παρασκευασμάτων διατροφής του κωδικού ΣΟ 1901 10 00

:

bl-Ingliż

:

For production of food preparations of CN code 1901 10 00

:

bil-Franċiż

:

Destinées à la production de préparations alimentaires du code NC 1901 10 00

:

bit-Taljan

:

Destinate alla produzione di preparazioni alimentari del codice NC 1901 10 00

:

bil-Latvjan

:

Paredzēti to pārtikas produktu ražošanai, uz kuriem attiecas KN kods 1901 10 00

:

bil-Litwan

:

Skirti KN kodu 1901 10 00 klasifikuojamų maisto produktų gamybai

:

bl-Ungeriż

:

A 1901 10 00 KN-kód alá tartozó élelmiszer-készítmények előállítására szánt

:

bil-Malti

:

Għall-produzzjoni ta’ preparazzjonijiet alimentari tal-kodiċi KN 1901 10 00

:

bl-Olandiż

:

Bestemd voor de productie van voor voeding bestemde bereidingen van GN-code 1901 10 00

:

bil-Pollakk

:

Do produkcji przetworów spożywczych objętych kodem CN 1901 10 00

:

bil-Portugiż

:

Destinadas à produção de preparações alimentares do código NC 1901 10 00

:

bir-Rumen

:

Destinate producției de preparate alimentare având codul NC 1901 10 00

:

bis-Slovakk

:

Na výrobu potravinových prípravkov spadajúcich pod číselný znak KN 1901 10 00

:

bis-Sloven

:

Za proizvodnjo živilskih izdelkov z oznako KN 1901 10 00

:

bil-Finlandiż

:

Tarkoitettu CN-koodiin 1901 10 00 kuuluvien elintarvikevalmisteiden valmistukseen

:

bl-Isvediż

:

Avsett för produktion av livsmedelsberedningar som omfattas av KN-nummer 1901 10 00.


ANNESS IV

Annotazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(3)(b)

:

bil-Bulgaru

:

Член 4 от Регламент за изпълнение (ЕC) № 480/2012

:

bl-Ispanjol

:

Reglamento de Ejecución (UE) no 480/2012 — artículo 4

:

biċ-Ċek

:

Článek 4 prováděcího nařízení (EU) č. 480/2012

:

bid-Daniż

:

Gennemførelsesforordning (EU) nr. 480/2012 — artikel 4

:

bil-Ġermaniż

:

Durchführungsverordnung (EU) Nr. 480/2012 — Artikel 4

:

bl-Estonjan

:

Rakendusmääruse (EL) nr 480/2012 artikkel 4

:

bil-Grieg

:

Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 480/2012 — άρθρο 4

:

bl-Ingliż

:

Article 4 of Implementing Regulation (EU) No 480/2012

:

bil-Franċiż

:

Règlement d’exécution (UE) no 480/2012 — article 4

:

bit-Taljan

:

Regolamento di esecuzione (UE) n. 480/2012 — articolo 4

:

bil-Latvjan

:

Īstenošanas regulas (ES) Nr. 480/2012 4. pants

:

bil-Litwan

:

Įgyvendinimo reglamento (ES) Nr. 480/2012 4 straipsnis

:

bl-Ungeriż

:

A 480/2012/EU végrehajtási rendelet – 4. cikk

:

bil-Malti

:

Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012

:

bl-Olandiż

:

Uitvoeringsverordening (EU) nr. 480/2012, artikel 4

:

bil-Pollakk

:

Art. 4 rozporządzenia wykonawczego (UE) nr 480/2012

:

bil-Portugiż

:

Regulamento de Execução (UE) n.o 480/2012 — artigo 4.o

:

bir-Rumen

:

Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 480/2012, articolul 4

:

bis-Slovakk

:

Článok 4 vykonávacieho nariadenia (EÚ) č. 480/2012

:

bis-Sloven

:

Člen 4 Izvedbene uredbe (EU) št. 480/2012

:

bil-Finlandiż

:

Täytäntöönpanoasetuksen (EU) N:o 480/2012 4 artikla

:

bl-Isvediż

:

Genomförandeförordning (EU) nr 480/2012 – artikel 4.


ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96

(ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2005

(ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18)

Artikolu 5 u Anness IV biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006

(ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1)

Artikolu 7 u Anness VI biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/2006

(ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1456/2007

(ĠU L 325, 11.12.2007, p. 76)

Artikolu 1 biss


ANNESS VI

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2058/96

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 5

Artikoli 1 sa 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Annessi I sa IV

Annessi I sa IV

Anness V

Anness VI


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 481/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (2) fetaħ, fuq bażi multiannwali, kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja sabiex tiġi importata 20 000 tunnellata ċanga ta’ kwalità għolja. Dak ir-Regolament ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 464/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) l li jżid il-kwota tariffarja għall-importazzjoni għal 21 500 tunnellata mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu, u għal 48 200 tunnellata mill-1 ta’ Awwissu 2012. Il-Kwoti tariffarji għall–prodotti agrikoli għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 617/2009 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 464/2012 jipprovdi li l-kwota tariffarja għandha tiġi mmaniġġjata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għal ċanga ta’ kwalità għolja (5) jistipula regoli għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja kkonċernata billi japplika l-metodu ta’ eżami simultanju tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni, skont fl-Artikolu 144(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-esperjenza reċenti akkwistata fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal ċanga ta’ kwalità għolja uriet li hemm bżonn ta’ titjib fil-ġestjoni ta’ din il-kwotà tariffarja. L-esperjenza fl-użu tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel imsemmija fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kienet waħda pożittiva f’setturi oħra tal-agrikoltura. Għalhekk, fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva u biex tiġi evitata kwalunkwe imġiba spekulattiva, il-kwota tariffarja fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja li toriġina minn pajjiżi terzi għandha tiġi mmaniġjata skont l-Artikoli 308a-308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6), li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji mfassla biex ikunu użati skont l-ordni kronoloġika tad-dati li fihom jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali. Fejn l-importazzjonijiet huma mmaniġjati skont dawn ir-regoli, il-liċenzji ta’ importazzjoni ma jibqgħux neċessarji.

(3)

Biex jiġi żgurat fluss regolari ta’ importazzjonijiet, huwa xieraq li kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni jinqasam f’għadd ta’ subperjodi ta’ tliet xhur. Għandhom jiġu ffissati numri tal-ordni xierqa skont l-Artikolu 308a(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2009 jistipula li s-sena tal-kwota tibda mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Sabiex ikun żgurat trasferiment mgħaġġel mill-metodu attwali ta’ eżami simultanju għas-sistema ta’ ġestjoni ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, il-metodu l-ġdid ta’ ġestjoni għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012.

(5)

Il-kwantità disponibbli għall-ewwel subperjodu ta’ tliet xhur (l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2012) għandha tiġi kkalkulata fuq bażi prorata waqt li jitqies l-volum ta’ kwota tariffarja annwali sal-31 ta’ Lulju 2012 u l-volum ġdid miżjud tal-kwota tariffarja annwali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2012.

(6)

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti importati skont il-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 617/2009 għandu jkun soġġett għat-tressiq ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jkun qed jesporta. Il-ħruġ ta’ tali ċertifikati ta’ awtentiċità għandu jiggarantixxi li l-prodotti importati jikkwalifikaw bħala ċanga ta’ kwalità għolja kif iddefinit f’dan ir-Regolament.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 620/2009 għandu jiġi revokat u sostitwit b’ Regolament ġdid ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Minħabba li s-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012, il-liċenzji li applikaw għalihom f’Ġunju 2012 skont ir-Regolament (KE) Nru 620/2009 ma għandhomx jinħarġu.

(9)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma wassalx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja annwali tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, ipprovduta fir-Regolament (KE) Nru 617/2009, minn hawn ’il quddiem “il-kwota tariffarja”. Il-perjodu tal-kwota tariffarja, il-volum u l-obbligu għandhom ikunu stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja, friska, imkessħa jew iffriżata, li tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “laħam iffriżat” tfisser laħam li jkollu temperatura interna ta’ -12 °C jew inqas meta jidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ġestjoni tal-kwota tariffarja

1.   Il-kwota tariffarja għandha tkun amministrata fuq il-bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Ma hemmx bżonn ta’ liċenzji ta’ importazzjoni.

2.   Il-kwota tariffarja għandha tkun amministrata bħala kwota tariffarja parent taħt in-numru tal-ordni 09.2201 b’erba’ kwoti subtariffarji kull tliet xhur taħt in-numru tal-ordni 09.2202.

Il-benefiċċju mill-kwota tariffarja jista’ jingħata biss billi wieħed japplika għan-numru tal-ordni 09.2202 li jirreferi għall-kwoti subtariffarji.

3.   Il-prevelamenti mwettqa fuq il-kwoti subtariffarji sat-30 ta’ Settembru, il-31 ta’ Diċembru u l-31 ta’ Marzu għandhom jitwaqqfu rispettivament fil-ħames jum ta’ ħidma tal-Kummissjoni f’Novembru, Frar u Mejju. Il-bilanċ mhux użat tagħhom għandu jiżdied mal-kwantitajiet għall-kwoti subtariffarji kull tliet xhur u jibdew fl-1 ta’ Ottubru, l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ April rispettivament. L-ebda bilanċ mhux użat fl-aħħar tas-sena tal-kwota mhu se jkun trasferit għal sena oħra tal-kwota.

Artikolu 3

Ċertifikati ta’ awtentiċità

1.   Sabiex wieħed jibbenefika mill-kwota tariffarja, għandu jiġi preżentat ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ fil-pajjiż terz ikkonċernat, flimkien ma’ dikjarazzjoni doganali għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati, lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit skont il-mudell stipulat fl-Anness III.

3.   Fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, għandu jissemma li l-laħam li joriġina mill-pajjiż esportatur jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

4.   Ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jkun validu biss jekk ikun imtela kif xieraq u jkun ġie awtorizzat mill-awtorità emittenti.

5.   Ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jitqies li ġie awtorizzat kif xieraq jekk jispeċifika d-data u l-post tal-ħruġ, u jekk ikollu t-timbru tal-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmawh.

6.   It-timbru jista’ jinbidel b’siġill mitbugħ kemm fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta’ awtentiċità kif ukoll fuq kwalunkwe kopja tiegħu.

7.   Il-validità ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità tiskadi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ wara d-data tal-ħruġ.

Artikolu 4

Awtoritajiet emittenti f’pajjiżi terzi

1.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha:

(a)

titqies bħala awtorità emittenti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li jkun qed jesporta;

(b)

tintrabat li tivverifika l-entrati fiċ-ċertifikati ta’ awtentiċità.

2.   It-tagħrif li ġej għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni:

(a)

l-isem u l-indirizz, u jekk inhu possibbli l-indirizz tal-posta elettronika u tal-Internet, tal-awtorità jew awtoritajiet awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità msemmija fl-Artikolu 3;

(b)

kampjuni tat-timbri użati mill-awtorità jew l-awtoritajiet emittenti;

(c)

il-proċeduri u l-kriterji segwiti mill-awtorità jew l-awtoritajiet emittenti biex jiġi vverifikat jekk intlaħqux ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 5

Notifiki minn pajjiżi terzi

Meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II jintlaħqu, il-Kummissjoni għandha tippubblika isem l-awtorità jew l-awtoritajiet emittenti kkonċernati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew inkella b’mezz ieħor xieraq.

Artikolu 6

Verifiki fuq il-post f’pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-pajjiż terz jawtorizza rappreżentanti tal-Kummissjoni biex, fejn meħtieġ, iwettqu verifiki fuq il-post f’dak il-pajjiż terz. Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 7

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 620/2009 huwa rrevokat.

Artikolu 8

Miżuri ta’ tranżizzjoni

Applikazzjonijiet għal liċenzji sottomessi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 matul l-ewwel sebat ijiem ta’ Ġunju 2012 għandhom jiġu rrifjutati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-garanziji mressqa fir-rigward ta’ dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu rrilaxxati.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Madanakollu, l-Artikolu 8 għandu jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja, friska, imkessħa jew iffriżata

Nru tal-Ordni.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwoti tariffarji

Volum tal-kwota tariffarja

(f’tunnellati piż nett)

Dazju fuq il-kwota tariffarja

Perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2012 u t-30 ta’ Ġunju 2013

09.2201 (1)

ex 0201

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II

Mill-1 ta’ Lulju sa t-30 ta’ Ġunju

45 975

Żero

ex 0202

ex 0206 10 95

ex 0206 29 91

 

 

 

li minnu:

09.2202

 

mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

9 825

09.2202

 

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

12 050

09.2202

 

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

12 050

09.2202

 

mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

12 050

Perjodi mill-1 ta’ Lulju 2013

09.2201 (1)

ex 0201

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

48 200

Żero

ex 0202

ex 0206 10 95

ex 0206 29 91

 

 

 

li minnu:

09.2202

 

mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

12 050

09.2202

 

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

12 050

09.2202

 

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

12 050

09.2202

 

mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

12 050


(1)  F’konformià mal-Artikolu 2(2) il-benefiċċju mill-kwota tariffarja jista’ jingħata biss billi wieħed japplika għan-numru tal-ordni 09.2202 li jirreferi għall-kwoti subtariffarji.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1

1.

Il-qatgħat taċ-ċanga ġejjin minn karkassi ta’ erieħ u għoġġiela (1) b’età ta’ inqas minn 30 xahar li, tal-anqas matul l-aħħar 100 jum qabel il-qatla, ikunu ngħalfu b’dieta li tinkludi mhux inqas minn 62 % ta’ konċentrati u/jew koprodotti tal-għalf tal-qamħ, abbażi ta’ materja niexfa, li jilħqu jew jisbqu kontenut tal-enerġija metabolizzabbli ta’ ’l fuq minn 12,26 megajoules kull kilogramm ta’ materja niexfa.

2.

L-erieħ u l-għoġġiela li jingħalfu d-dieta deskritta fil-punt 1 għandhom jingħalfu, bħala medja, mhux inqas minn 1,4 % tal-piż ħaj tal-ġisem kuljum abbażi ta’ materja niexfa.

3.

Il-karkassi li minnhom ġejjin l-qatgħat taċ-ċanga jiġu evalwati minn evalwatur impjegat mill-gvern nazzjonali, li jibbaża l-evalwazzjoni, u l-klassifikazzjoni tal-karkassi li tirriżulta minnha fuq metodu approvat mill-gvern nazzjonali. Il-metodu ta’ evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-gvern nazzjonali għandhom jevalwaw il-kwalità mistennija tal-karkassa bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi rigward il-maturità tal-karkassa u rigward kemm il-qatgħat taċ-ċanga jkunu xierqa għall-palat. Tali metodu ta’ evalwazzjoni tal-karkassa għandu jinkludi, iżda ma għandux ikun limitat għal, evalwazzjoni tal-karatteristiċi ta’ maturità tal-lewn u tal-konsistenza tal-muskolu longissimus dorsi, tal-għadam u tal-qarquċa, kif ukoll evalwazzjoni ta’ kemm il-laħam mistenni li jkun xieraq għall-palat, b’kombinazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet definiti tax-xaħam ta’ bejn il-muskoli u tas-sodizza tal-muskolu longissimus dorsi.

4.

Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

5.

L-indikazzjoni “High Quality Beef” tista’ tiżdied mal-informazzjoni fuq it-tikketta.


(1)  Għall-finijiet ta’ dawn ir-rekwiżiti, l-erieħ u l-għoġġiela jikkorrispondu rispettivament għall-kategoriji E u C kif huma definiti fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 482/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Tettnanger Hopfen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Tettnanger Hopfen”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2010 (2).

(2)

L-applikazzjoni għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni. Għal raġunijiet ekonomiċi, għandhom ikunu awtorizzati sistemi ġodda ta’ rfid. Iż-żmien taż-żbir għandu jkun aġġustat b’mod li jippermetti l-adattament aħjar għal kundizzjonijiet meteoroloġiċi dejjem anqas favorevoli. L-użu ta’ erbiċidi flimkien mas-sistemi l-ġodda ta’ rfid għandu jkun awtorizzat sabiex tiżdied il-kwantità ta’ ilma disponibbli għall-pjanti tal-ħops. It-temperatura massima għat-tnixxif għandha tiżdied għal 65 °C u dan minħabba tagħrif xjentifiku ġdid.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Tettnanger Hopfen” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin ta’ din l-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 119, 13.5.2010, p. 5.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Tettnanger Hopfen”, ġiet approvata l-emenda li ġejja:

Metodu ta’ produzzjoni:

(1)

Is-sentenzi 4, 5 u 6 li ġejjin għandhom jitħassru:

F’Tettnang, il-kultivaturi tal-ħops jibdew ix-xeblik biss fir-rebbiegħa, mhux bħal bdiewa f’reġjuni oħra fejn dan jagħmluh fix-xitwa. Dan minħabba s-sistema ta’ rfid speċifika għar-reġjun. Filwaqt li f’żoni oħra ta’ kultivazzjoni tiddomina s-sistema ta’ ringiela waħda, f’Tettnang jiġu ggruppjati sitt ringieli ta’ ħops (“Fach”) għal kull mogħdija għall-makkinarju.

Spjegazzjoni: is-sistemi ġodda (differenti) ta’ rfid qed jiġu introdotti għal raġunijiet ekonomiċi, minħabba li dawn, b’mod partikolari, jiffaċilitaw l-użu tal-makkinarju.

(2)

Fis-seba’ sentenza, il-kliem “qabel nofs April” huma sostitwiti bil-kliem “mill-bidu ta’ Marzu sa’ nofs April”.

Spjegazzjoni: L-estensjoni tal-perjodu ta’ żbir tippermetti l-adattament aħjar għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi dejjem anqas favorevoli minħabba t-tibdil fil-klima u tippermetti wkoll li r-riżorsi umani jintużaw bl-aħjar mod.

(3)

Is-sittax u s-sbatax-il sentenza li ġejjin għandhom jitħassru:

Karatteristika partikolari hija li waqt il-fażi taż-żahar, jinżera wiċċ tar-raba’ għall-għalf (għall-kuntrarju ta’ kif isir f’reġjuni oħrajn il-kultivaturi tal-ħops ta’ Tettnang ftiehmu bejniethom volontarjament li ma jużawx erbiċidi), li jfisser li minn hemm ’il quddiem ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-art terġa tinħadem. Dan jevita li l-ħamrija ssir kompatta wisq jew tinfaqa’ bl-ilma, u fl-istess ħin jiffavorixxi l-formazzjoni tal-ħumus.

Spjegazzjoni: jista’ jkun li sistemi ġodda ta’ rfid ikunu jeħtieġu l-użu ta’ erbiċidi. Dan jiġri biss fil-każijiet, relattivament rari, fejn jikber ħafna ħaxix ħażin u huwa meħtieġ sabiex jiżdied l-ilma disponibbli għall-pjanti tal-ħops. Għalhekk dan ma għandux iwassal għal effetti negattivi fuq il-ħops infushom.

(4)

Fis-sentenza 20, “62 °C” għandha tinbidel b’ “65 °C”.

Spjegazzjoni: jista’ jagħti l-każ li tagħrif xjentifiku ġdid iwassal għall-ħtieġa li t-temperatura massima għat-tnixxif tal-ħops tlaħħaq il-65 °C. Iż-żieda fit-temperatura massima ta’ tnixxif taqbel mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt għall-forniment tal-ħops; it-tabella dwar il-kwalità tal-ħops Ġermaniż tippreċiża li l-ħops mhux ipproċessat għandu jkun imnixxef f’temperatura ta’ bejn 60 u 65 °C. Minbarra dan, it-tnixxif f’temperatura ogħla jtejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Din l-operazzjoni ma tħallix effetti negattivi fuq l-aroma fina tal-ħops.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“TETTNANGER HOPFEN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0105-0528-3.11.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Tettnanger Hopfen”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8:

Prodotti oħra f’Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1

Il-Botanika: il-ħops (humulus lupulus) huwa kklassifikat fl-ordni tal-ħurrieq (urticales) u fil-familja tal-qanneb (cannabaceae). Il-ħops għandu l-organi maskili u l-organi femminili fuq pjanti separati, u għalhekk kull xitla tal-ħops ikollha esklużivament żahar femminili jew maskili. Jiġu kkultivati biss il-pjanti femminili, li miż-żahar tagħhom jiżviluppaw il-koni. Il-protezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandha tkopri biss il-koni tal-ħops femminili (ħops naturali) u l-prodotti li jidderivaw mill-ipproċessar tagħhom, f’dan il-każ speċjalment il-pellets u l-estratt tal-ħops. Il-koni tal-ħops jikkonsistu minn brakti, braktjoli u magħżeb; li lkoll jipprovdu l-ingredjenti tat-“Tettnanger Hopfen” u li huma ta’ valur għall-produzzjoni tal-birra. Ix-xitla tal-ħops hija waħda tal-jiem qosra, jiġifieri x-xitla tikber u tinfirex fiż-żmien li matulu l-jiem jitwalu, filwaqt li ż-żahar jifforma minn madwar il-21 ta’ Ġunju, meta l-jiem jerġgħu jibdew jiqsaru. It-“Tettnanger Hopfen”, minħabba fatturi favorevoli tal-qagħda tiegħu, (il-kwalità tal-art, il-kwantità tax-xita u t-temperatura medja), jista’ jilħaq sa 8,30 m (ix-xeblik fiż-żoni ta’ kultivazzjoni l-oħra normalment jilħaq għoli ta’ bejn 7-7,50 m). Jikber malajr (sa 30 cm kuljum), u jobrom lejn il-lemin. Il-varjetajiet aromatiċi kollha fiż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang iġibu l-isem ta’ “Tettnanger Hopfen”. Minbarra l-varjetajiet prinċipali magħrufa bl-isem ta’ Tettnanger (mill-1973, id-denominazzjoni unika “Tettnanger Frühhopfen”; ara P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 342) u “Hallertauer Mittelfrüher”, jitkabbru wkoll il-varjetajiet “Hallertauer Tradition” u “Perle”. Il-varjetà Tettnanger titkabbar biss fiż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang.

L-użu: it-“Tettnanger Hopfen” jaqdi kważi esklużivament (madwar 99 %) il-produzzjoni tal-birra (parti ċkejkna taqdi ħtiġijiet tal-farmaċewtika). Fil-parti l-kbira tiegħu t-“Tettnanger Hopfen” jasal għand l-utent fil-forma pproċessata ta’ pellets tal-ħops; u, fi proporzjon anqas fil-forma ta’ estratt tal-ħops, għaliex xi elementi aromatiċi tat-Tettnanger Hopfen jistgħu jintilfu fl-estrazzjoni.

Il-komponenti: Is-sustanzi li jipprovdi lill-ħops bil-valur tiegħu huma dawk qarsa (reżini), aromatiċi (żjut essenzjali) u t-tannini (polifenoli). Tettnang fil-fatt huwa definit bħala żona ta’ tkabbir ta’ ħops tat-tip aromatiku.

It-“Tettnanger Hopfen” jaf il-fama dinjija tiegħu, b’mod speċjali, għas-sustanzi aromatiċi fini ħafna, ikkostitwiti minn aktar minn 300 komponent ta’ żjut essenzjali (li ġejjin mill-fjura tal-ħops). Id-deskrizzjonijiet tal-aroma tat-“Tettnanger Hopfen” tipikament jinkludu referenzi varji għall-fjuri, iċ-ċitru, il-frott, iċ-ċawsli, il-ħlewwa u t-togħma mħawra. Għall-ħops taż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang, l-“aroma komprensiva” tkun deskritta bħala “armonjuża, moderata u li ddum”.

Minbarra din il-klassifikazzjoni, fil-kummerċ tal-ħops uffiċjalment isiru distinzjonijiet skont il-komponenti “l-iprem aroma, aromatiku, ħops morr, ħops ta’ kwalitá alfa għolja”. Mit-“Tettnanger Hopfen”, 96 % (il-varjetajiet Tettnanger u Hallertauer) jaqgħu fil-klassi “l-iprem aroma”, filwaqt li l-4 % l-oħra (il-varjetajiet “Perle” u “Hallertauer Tradition”) huma kklassifikati bħala “aromatiċi”. Minħabba li ħafna minn fost it-300 komponent aromatiku għadhom jaħarbu kull klassifikazzjoni sensorjali, hija l-impressjoni aromatika soġġettiva li tgħodd għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-birreriji u għax-xerrejja (meta jixtri, ix-xerrej ixomm il-ħops). L-esperti fil-qasam jgħidu li t-“Tettnanger Hopfen” huwa l-aħjar fost il-ħops kollha.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-proċess kollu tal-produzzjoni tal-ħops sakemm il-koni tal-ħops jiġu ppakkajti, issiġġillati u ċċertifikati fiċ-ċentru lokali ta’ ssiġġilar, iseħħ fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, għat-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika kkonċernata tikkorrispondi għaż-żona ta’ Tettnang. Din tinkludi:

1.

fid-distrett (Landkreis) tal-Bodensee, il-lokalitajiet Eriskirch, Friedrichshafen, Hagnau am Bodensee, Immenstaad am Bodensee, Kressbronn am Bodensee, Langenargen, Markdorf, Meckenbeuren, Neukirch, Oberteuringen u Tettnang;

2.

fid-distrett ta’ Ravensburg, il-lokalitajiet Achberg, Amtzell, Berg, Bodnegg, Grünkraut, Ravensburg, Wangen im Allgäu (iż-żona tal-lokalitajiet ta’ dari Neuravensburg u Schomburg);

3.

fid-distrett (Landkreis) Lindau (Bodensee), il-lokalitajiet Bodolz, Lindau (Bodensee), Nonnenhorn u Wasserburg (Bodensee).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-kultivazzjoni tal-ħops fiż-żona ta’ Tettnang tissemma uffiċjalment għall-ewwel darba fl-1150 (ara P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 12). Fir-reġistri tat-tismija antika ta’ Oberamt Tettnang jissemmew 14-il birrerija fl-1838 (ara Memminger, “Beschreibung des Oberamts Tettnang”, 1838, p. 62), li tlieta minnhom kienu biex jaqdu l-belt. Tliet snin wara, fl-1841, l-għadd ta’ dawn tal-aħħar kien diġà tela’ għal sitta (P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 13). Il-proprjetarji kienu jkabbru l-ħops tagħhom huma stess. Il-kultivazzjoni ppjanata tal-ħops ġiet introdotta fl-1844 mit-tabib distrettwali Johann Nepomuk von Lentz u tmien ċittadini tal-belt, f’żona fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi ma kinux favorevoli għall-kultivazzjoni tad-dwieli tal-inbid (ara P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 15). Mill-1860 bdiet isseħħ estensjoni tal-erjas kkultivati b’mod li dawn ingħaqdu mar-reġjun ta’ Althausen, fit-Tramuntana, fejn kienet ilha diġà ssir kultivazzjoni (il-ħops kien ilu jitkabbar minn madwar is-sena 1821; ara P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 14). (Fl-1864 ġew ikkultivati 91 ettaru, 160 ettaru fl-1866, 400 ettaru fl-1875 u 630 ettaru fl-1914; P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 22 et seq). Kien tul is-snin disgħin li seħħet l-akbar estensjoni taż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang, fejn l-erja kibret għal 1 650 ettaru (UE — Rapport dwar is-Suq tal-Ħops, 1997 [rapport tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħops, 1997], HVG-Bericht 1997). Fiż-żona ta’ Tettnang dejjem intgħażlu u tkabbru biss ħops aromatiċi.

Il-ħops ta’ Tettnang jitkabbru biss fil-ħamrija ramlija tas-saffi t’isfel tal-moraine tal-aħħar żmien tal-glaċjazzjoni Wurm fil-baċir ta’ Schussen, tul ix-xmara Argen u l-ġnub tagħha fi Żmien is-Silġ. Din il-formazzjoni ġeoloġika bi flussi tal-ilma fil-fond lill-ħops tippermettilhom ixenxlu għeruq fondi (sa 2 metri). Fl-istess waqt dan jiggarantixxi provvista ma taqta’ xejn ta’ ilma, anki fi żminijiet ta’ nixfa estrema. Il-klima moderata ta’ din iż-żona f’għoli bejn 400 u 600 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, influwenzata mill-Bodensee, hija fattur addizzjonali u essenzjali biex il-ħops ikollu aroma partikolari.

It-“Tettnanger Hopfen” hawnhekk isib kundizzjonijiet klimatiċi uniċi (temperatura medja matul is-sena, temp xemxi u kwantità ta’ xita). Fil-fatt, il-valuri medji matul dawn l-aħħar tletin sena (il-qagħda fl-2009) b’temperatura ta’ 9,4 °C, 1 800 siegħa xemx u 1 136 mm xita, huma wisq aktar mill-medja għaż-żoni l-oħra tal-kultivazzjoni tal-ħops.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-varjetajiet aromatiċi kollha taż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang iġibu l-isem ta’ “Tettnanger Hopfen”. Minbarra l-varjetajiet prinċipali magħrufa bl-isem ta’ “Tettnanger” u “Hallertauer Mittelfrüher”, jitkabbru wkoll il-varjetajiet “Hallertauer Tradition” u “Perle”. Il-varjetà “Tettnanger” titkabbar biss fiż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang.

It-“Tettnanger Hopfen” fih sustanzi aromatiċi fini ħafna, magħmula minn aktar minn 300 komponent ta’ żjut essenzjali (li ġejjin mill-fjura tal-ħops). Id-deskrizzjonijiet tal-aroma tat-“Tettnanger Hopfen” tipikament jinkludu referenzi varji għall-fjuri, iċ-ċitru, il-frott, iċ-ċawsli, il-ħlewwa u t-togħma mħawra. Għall-ħops taż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang, l-aroma tkun ġeneralment deskritta bħala “armonjuża, moderata u li ddum”.

Skont il-kategoriji kummerċjali tal-ħops, mit-“Tettnanger Hopfen”, 96 % (il-varjetajiet Tettnanger u Hallertauer) jaqgħu fil-klassi “l-iprem aroma”, filwaqt li l-4 % l-oħra (il-varjetajiet “Perle” u “Hallertauer Tradition”) huma kklassifikati bħala “aromatiċi”.

Il-ħops “Tettnanger Hopfen” huwa kkaratterizzat ukoll minn livell għoli ta’ omoġeneità.

Dan huwa pprovat mill-analiżi annwali dwar il-karatteristiċi kwalitattivi esterni tal-lottijiet ta’ ħops li jitwettqu fil-laboratorji speċjalizzati ta’ Tettnang.

Dawn il-konklużjonijiet ġew ukoll ikkonfermati mill-Università ta’ Hohenheim fir-rigward tal-varjetà Tettnang u mill-Birrerija Anheuser/Busch fir-rigward tal-varjetà “Hallertauer Mittelfrüher”.

Il-fama tat-“Tettnanger Hopfen” xterdet lil hinn sewwa mill-konfini tar-reġjun. L-aroma mill-ifjen tat-Tettnanger Hopfen, minn din il-belt ċkejkna ta’ Tettnang, għandha ammiraturi kemm fl-Istati Uniti tal-Amerika kif ukoll fil-Ġappun. Eżempju tal-livell ta’ apprezzament huwa meta produttur tal-birra fl-Istati Uniti jispeċifika fuq it-tikketta “brewed with Tettnang Hops”, xi ħaġa li spiss issir. It-“Tettnanger Hopfen”, minħabba l-kwalità għolja tiegħu, dejjem iġib l-ogħla prezzijiet tal-bejgħ (Rapporti annwali tal-Kummissjoni Ewropea għad-deċennju tal-1990, mill-1990 sal-2000 tal-Bayerische Landesanstalt; P. Heidtmann, Grünes Gold, 1994, p. 368-369). Il-ħajja kollha kemm hi tal-abitanti tal-belt ta’ Tettnang hija ddeterminata mill-ħops. Dan jixhduh l-istrutturi u l-avvennimenti reġjonali bit-tema tat-Tettnanger Hopfen. Pereżempju, il-Mużew tat-Tettnanger Hopfen ilu mill-ftuħ tiegħu fl-1995 jesponi l-faxxinu kollu tal-kultivazzjoni tal-ħops. Tul mogħdija pedagoġika ta’ 4 kilometri ta’ erja fejn jitkabber il-ħops, il-viżitatur interessat jista’ jikseb it-tagħrif kollu li jkun irid dwar it-“Tettnanger Hopfen”. Hemm ukoll dawra għaċ-ċiklisti twila 42 kilometru, l-hekk imsejħa “Tettnanger Hopfenschlaufe”, li tgħaddi lil dak li jkun miż-żona ta’ kultivazzjoni ta’ Tettnang. Ir-residenti jiċċelebraw it-tradizzjoni twila tad-“deheb aħdar” tagħhom kull sena fil-festa tal-ħops f’Tettnang-Kau, li ssir f’Awwissu ftit qabel il-ħsad. Fl-aħħar nett, kull sentejn jintgħażlu Reġina u żewġ Prinċipessi tal-Ħops, bħala ambaxxaturi li jirrappreżentaw lit-“Tettnanger Hopfen” fil-livelli reġjonali u internazzjonali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

L-effetti konġunti tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u dawk klimatiċi jikkawżaw livelli ottimi għat-tkabbir u l-formazzjoni tal-koni tat-“Tettnanger Hopfen”, u b’hekk l-omoġeneità tiegħu, fil-parti l-kbira tagħha, hija ikkundizzjonata mill-ġeografija. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija fiż-żona ġeografika definita u l-klima moderata, influwenzata mill-Bodensee, għandhom rwol ewlieni fid-determinazzjoni tal-aroma partikolarment fina tat-“Tettnanger Hopfen”. Huwa speċjalment minħabba din l-aroma li l-ħops “Tettnanger Hopfen” għandu fama internazzjonali. It-tradizzjoni twila ta’ kultivazzjoni tal-ħops fir-reġjun ta’ Tettnang tfisser ukoll li l-popolazzjoni lokali tidentifika ruħha b’mod qawwi mat-“Tettnanger Hopfen”, u tagħmlu parti integrali mill-ħajja kulturali tagħha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

It-taqsima 7a-bb tal-Volum 33 tal-“Markenblatt” tal-20.8.2010, p. 14729

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/19450


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 483/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

52,8

MA

66,7

MK

52,8

TR

64,5

ZZ

59,2

0707 00 05

MK

24,1

TR

112,0

ZZ

68,1

0709 93 10

TR

98,7

ZZ

98,7

0805 50 10

BO

105,2

TR

110,6

ZA

150,0

ZZ

121,9

0808 10 80

AR

99,9

BR

79,5

CL

101,6

CN

136,2

NZ

136,2

US

139,9

ZA

108,6

ZZ

114,6

0809 10 00

TR

240,2

ZZ

240,2

0809 29 00

TR

454,3

ZZ

454,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 484/2012

tas-7 ta' Ġunju 2012

li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 li jibda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi għal żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu tal-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu tal-għajnuna.

(3)

Abbażi tal-offerti mressqa b’risposta għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti, huwa f’loku li jiġi ffissat l-ammont massimu tal-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-5 ta' Ġunju 2012.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-5 ta' Ġunju 2012 fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2012, l-ammont massimu ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 132, 23.5.2012, p. 13.

(3)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


ANNESS

Il-prodott

Ammont massimu ta’ għajnuna

(EUR/tunnellata/jum)

Żejt taż-żebbuġa extra verġni

0,65

Żejt taż-żebbuġa verġni

0,65


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 485/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għas-seba' stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti riċevuti għas-seba' stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-seba' stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fis-6 ta’ Ġunju 2012, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 12 10

X

1701 12 90

X

1701 13 10

X

1701 13 90

1701 14 10

312,60

1701 14 90

1701 91 00

X

1701 99 10

345,00

1701 99 90

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


Rettifika

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/26


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 157 tas-26 ta’ Ġunju 2003 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Volum 1)

F’paġna 369, fit-titolu u t-test tad-Direttiva hawn imsemmija:

minflok:

“… riżervi fuq id-dħul …”,

aqra:

“… dħul minn tfaddil …”.