ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.144.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
5 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2012 tal-1 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 28/2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 469/2012 tal-1 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 69/2012 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Jannar 2012 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Polidestrożju (E 1200) fil-birra ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Lisożima (E 1105) fil-birra ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa ( 1 )

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-ispinetoram (XDE-175) f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 474/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/288/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Gamma-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3496)

41

 

 

2012/289/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2012 li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd

43

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/290/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali bejn l-Istati Uniti u l-UE tal-4 ta' Mejju 2012 rigward ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-programm tas-Sħubija Bejn id-Dwana u l-Kummerċ Kontra t-Terroriżmu fl-Istati Uniti u l-programm tal-Operaturi Ekonomiċi awtorizzati tal-Unjoni Ewropea

44

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta’ dawk il-Komunitajiet ( ĠU L 311, 26.11.2010 )

48

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 468/2012

tal-1 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 28/2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (2) jistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti komposti introdotti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, inklużi prodotti komposti li fihom prodotti tal-bajd ipproċessati.

(2)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 28/2012, kunsinni ta’ prodotti komposti introdotti fl-Unjoni jew mgħoddija b’mod tranżitorju minnha, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II tiegħu u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat.

(3)

Iċ-ċertifikati mudell imniżżla fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 attwalment ma għandhomx jinkludu kundizzjonijiet dettaljati fir-rigward tal-prodotti tal-bajd ipproċessati li jinsabu fil-prodotti komposti li qed jiġu introdotti fl-Unjoni jew jgħaddu b’mod tranżitorju minnha.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3) jipprevedi rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u mgħoddija b’mod tranżitorju minnha ta’ ċerti prodotti inklużi l-prodotti mill-bajd. Dan jipprevedi li l-prodotti importati fl-Unjoni jew mgħoddija b’mod tranżitorju minnha għandu jakkumpanjahom ċertifikat veterinarju skont l-oġġett ikkonċernat u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati hemmhekk.

(5)

Il-prodotti tal-bajd ipproċessati jġibu magħhom riskju potenzjali għas-saħħa tal-annimali, anki meta dawn jintużaw biex jimmanifatturaw ċerti prodotti komposti. Għaldaqstant jixraq li l-istess kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu fil-każ tal-prodotti tal-bajd skont ir-Regolament (KE) Nru 798/2008, meta dawk il-prodotti jiddaħħlu fl-Unjoni jew jingħaddu b’mod tranżitorju minnha, japplikaw ukoll għall-prodotti tal-bajd ipproċessati użati biex jimmanifatturaw prodotti komposti.

(6)

Iċ-ċertifikati mudell imniżżla fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 jinkludu l-kundizzjoni li l-pajjiż tal-oriġini ta’ laħam jew prodotti tal-ħalib użati għall-manifattura ta’ prodotti komposti importati fl-Unjoni jew mgħoddija b’mod tranżitorju minnha huwa awtorizzat minn leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni biex jesporta l-laħam jew il-prodotti tal-ħalib fl-Unjoni. Barra minn hekk, dawk iċ-ċertifikati mudell jinkludu l-kundizzjoni li l-pajjiż tal-oriġini tal-laħam jew il-prodotti tal-ħalib ikunu l-istess bħall-pajjiż tal-esportazzjoni tal-prodotti komposti.

(7)

Dawk iż-żewġ kundizzjonijiet jiżguraw li l-laħam u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn pajjiżi terzi u li jintużaw biex jimmanifatturaw prodotti komposti jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Madankollu, il-kundizzjoni li l-pajjiż tal-oriġini u l-pajjiż tal-esportazzjoni jkunu l-istess ma tippermettix l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ prodotti komposti esportati minn pajjiż terz iżda li jkun fihom laħam u prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Unjoni.

(8)

Il-prodotti tal-laħam u tal-ħalib li joriġinaw fl-Unjoni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk jixraq li jkunu emendati l-kundizzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikati mudell stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 biex jippermettu l-użu tal-prodotti tal-laħam u tal-ħalib li joriġinaw mill-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti komposti f’pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw prodotti komposti lejn l-Unjoni.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi (4) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness II tagħha. Dak l-Anness jistabbilixxi regoli dwar trattament mhux speċifiku (trattament A) li għalihom għandhom ikunu suġġetti prodotti impurtati meta dawn joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn l-istatus tas-saħħa tal-annimali ma jippreżentax riskju għall-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni. Billi dawk il-prodotti jistgħu jiġu importati direttament fl-Unjoni, jixraq li jkunu emendati l-kundizzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikati mudell stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 biex jippermettu l-użu ta’ tali prodotti tal-laħam fil-manifattura ta’ prodotti komposti f’pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw prodotti komposti lejn l-Unjoni, dment li l-pajjiż terz li jesporta l-prodotti komposti jiżgura li dawk il-prodotti tal-laħam iħarsu r-rekwiżiti tas-saħħa u l-oriġini previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li hu nnifsu jkun awtorizzat li jesporta l-istess prodotti tal-laħam lejn l-Unjoni taħt l-istess kundizzjonijiet.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (5) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux maħdum u prodotti tal-ħalib mill-pajjiżi terzi jew il-partijiet minnhom imniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib mill-pajjiżi terzi jew il-partijiet minnhom li mhumiex fir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna B tal-Anness I tiegħu, dment li t-tali prodotti tal-ħalib ikun ġew pasturizzati jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux maħdum li jkun għadda minn trattament ta’ pasturizzazzjoni li jinvolvi trattament wieħed bis-sħana kif jistabbilixxi dak ir-Regolament. Billi dawk il-prodotti jistgħu jiġu importati direttament fl-Unjoni, jixraq li jkunu emendati l-kundizzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikati mudell stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 biex jippermettu l-użu ta’ tali prodotti tal-ħalib fil-manifattura ta’ prodotti komposti f’pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw prodotti komposti lejn l-Unjoni, dment li l-pajjiż terz li jesporta l-prodotti komposti jiżgura li dawk il-prodotti tal-ħalib iħarsu r-rekwiżiti tas-saħħa u l-oriġini previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li hu nnifsu jkun awtorizzat li jesporta l-istess prodotti tal-ħalib lejn l-Unjoni taħt l-istess kundizzjonijiet.

(11)

Ir-Regolament (UE) Nru 28/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(12)

Biex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 28/2012 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi awtorizzat għal perjodu tranżitorju.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 joħdilhom posthom it-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2012, kunsinni ta’ prodotti komposti akkumpanjati minn ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2012 skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 qabel l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiddaħħlu fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1.

(3)   ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(5)   ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

“ANNESS II

Mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa għat-tranżitu minn ġol-Unjoni Ewropea ta’ prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

Image 11

Test ta 'immaġni

5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 469/2012

tal-1 ta' Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 69/2012 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Jannar 2012 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (2), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara verifika nstab żball fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2012 (3) fir-rigward tal-kwantità disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta’ Lulju 2012 fil-kwota ta’ ross miksur li jaqa’ fil-Kodiċi NM 1006 40 00 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 bin-numru tal-ordni 09.4149.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 69/2012 għandu jigi emendat.

(3)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 69/2012, il-punt (c) “Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011”, fil-linja li tikkonċerna l-kwota bin-numru tal-ordni 09.4149, il-kwantità "44 047 269" hija sostitwita bil-kwantità "44 921 269".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 325, 08.12.2011, p. 6.

(3)   ĠU L 24, 27.1.2012, p. 7.


5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 470/2012

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Polidestrożju (E 1200) fil-birra

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew permezz ta’ applikazzjoni.

(4)

Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Polisdestrożju (E 1200) bħala stabbilizzatur fil-birra, li saret disponibbli għall-Istati Membri.

(5)

Il-birra b’kontenut imnaqqas ta’ kaloriji u b’livell baxx ta’ alkoħol ma tantx hija aċċettati minħabba n-nuqqas ta’ volum u ta’ konsistenza u fil-ħalq Iż-żieda ta’ Polidestrożju (E 1200) tista’ tikkontribwixxi għall-volum u għall-konsistenza fil-ħalq u fl-istess ħin tista’ tipprovdi l-istabbiltà tar-ragħwa meħtieġa. Barra dan, il-Polidestrożju (E 1200) għandu valur kaloriku baxx u ż-żieda tiegħu tagħti kontribut limitat għall-kontenut totali tal-kaloriji tal-birra.

(6)

Il-Polidestrożju (E 1200) jappartjeni lill-grupp ta’ addittivi li għalihom ma ġiex speċifikat it-teħid aċċettabbli tagħhom ta’ kuljum (3). Dan jimplika li ma jirrappreżentax riskju għas-saħħa fil-livelli meħtieġa biex jikseb l-effett teknoloġiku mixtieq. Huwa għalhekk xieraq li l-użu ta’ Polidestrożju (E 1200) jkun permess fil-birra b’kontenut imnaqqas ta’ kaloriji u b’livell baxx ta’ alkoħol.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx responsabbli li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ Polidestrożju (E 1200) fil-birra b’kontenut imnaqqas ta’ kaloriji u b’livell baxx ta’ alkoħol tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li ma jkunx risponsabbli li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex neċessarju li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(8)

Skont id-dispożizzjonijiet transitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi (4) tal-ikel, l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Biex jiġi permess l-użu ta’ Polidestrożju (E 1200) fil-birra qabel din id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data aktar kmieni tal-applikazzjoni fir-rigward ta’ dan l-użu ta’ dak l-addittiv tal-ikel.

(9)

Għalhekk, l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Rapport mill-Kummissjoni dwar it-Teħid tal-Addittivi tal-Ikel Dijetetiku fl-Unjoni Ewropea COM(2001) 542 finali.

(4)   ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja fil-kategorija tal-ikel 14.2.1 “il-birra u x-xarbiet magħmula mix-xgħir” wara l-annotazzjoni għal E 1105:

 

“E 1200

Polidestrożju

quantum satis

 

Birra b’kontenut imnaqqas ta’ kaloriji u b’livell baxx ta’ alkoħol biss

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-25 ta' Ġunju 2012”


5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2012

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Lisożima (E 1105) fil-birra

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista’ ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Lisożima (E 1105) bħala konservattiv fil-birra ġiet sottomessa u tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

Il-biċċa l-kbira tal-bireriji jippasterizzaw jew jiffiltraw b’mod sterili l-birer tagħhom biex jevitaw li dawn jitħassru mill-batterji waqt il-ħażna tal-birra qabel ma din tiġi kkunsmata. Fil-każ ta’ xi birer speċjali, bħall-birer li jiffermentaw minn fuq nett permezz tar-rifermentazzjoni, pereżempju il-birra kkundizzjonata fil-bettiegħa jew dik ikkundizzjonata fil-flixkun, dawn it-trattamenti ma jistgħux isiru minħabba li l-mikroorganiżmi vijabbli preżenti huma parti mill-proċess tal-manifattura ta’ dawk il-birer. Il-Lisożima (E 1105) ġiet ippruvata bħala aġent antibatterju xieraq għall-għanijiet tal-manifattura tal-birra u hija effettiva fit-trażżin tal-batterja tal-aċidu lattiku miżjud mal-birer lesti.

(6)

Il-Lisożima (E 1105) tappartjeni għall-grupp ta’ addittivi li għalih ma ġie speċifikat l-ebda konsum ta’ kuljum aċċettabbli (3). Dan jimplika li ma tirrappreżentax xi periklu għas-saħħa fil-livelli neċessarji biex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq. Għaldaqstant, jixraq li jiġi permess l-użu tal-Lisożima (E 1105) għall-konservazzjoni tal-birer li ma jiġux soġġetti la għall-pasterizzazzjoni u lanqas għall-filtrazzjoni sterili.

(7)

Skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta’ purità f’addittivi tal-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (4), il-Lisożima (E 1105) tinkiseb mill-abjad tal-bajd tat-tiġieġ. Il-bajd u l-prodotti tagħhom huma elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (5). Il-preżenza ta’ din l-enzima fil-birer jeħtieġ li tiġi indikata fuq it-tikketta skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva msemmija.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni qed tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr fejn l-aġġornament inkwistjoni mhux responsabbli minn effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Lisożima (E 1105) bħala konservant fil-birra jikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li mhux responsabbli li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tiġi mfittxija l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel.

(9)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemendaw l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-istabbiliment ta’ lista tal-Unjoni għall-addittivi tal-ikel (6), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvata għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu, japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Biex jiġi permess l-użu tal-Lisożima (E 1105) fil-birer qabel dik id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data tal-applikazzjoni aktar bikrija fir-rigward ta’ dak l-addittiv tal-ikel.

(10)

Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Rapport mill-Kummissjoni dwar it-Teħid tal-Addittivi tal-Ikel Dijetetiku fl-Unjoni Ewropea, COM(2001) 542 finali.

(4)   ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(5)   ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(6)   ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-entrata li ġejja ddaħħlet fil-kategorija tal-ikel 14.2.1 “birra u xarbiet tax-xgħir” wara l-entrata għal E 962:

 

“E 1105

Lisożima

quantum satis

 

fil-birer li ma jkunux se jiġu suġġetti għall-pasturizzazzjoni jew il-filtrazzjoni sterili biss

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-25 ta' Ġunju 2012”


5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 472/2012

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Il-lista tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tkun aġġornata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li titressaq applikazzjoni.

(4)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) bħala emulsifikant għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa tressqet u hija disponibbli għall-Istati Membri.

(5)

Bħalissal-preparazzjonijiet tal-kulur tal-ikel disponibbli li jintużaw għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa ma jippermettux kwalità biżżejjed għall-istampar ta’ kliem, logos u stampi. Ir-riċerka u l-iżvilupp identifikaw li l-użu tal-esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) bħala emulsifikant fil-preparazzjonijiet tal-kulur tal-ikel ibbażati fuq l-ilma itejjeb it-taħlit u l-integrità tal-ingredjenti li jwasslu għal preparazzjoni iżjed omogenika li tagħti karatteristiċi tajbin ta’ twaħħil u kisi. Dan jiffaċilita l-istampar ta’ kliem bi kwalità għolja u ta’ stampi b’reżoluzzjoni għolja fuq prodotti tal-ħelu promozzjonali u/jew personalizzati b’kisja iebsa bil-ħsieb li jintużaw f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni.

(6)

Ir-Rapport mingħand il-Kummissjoni dwar il-Konsum fid-Dieta ta’ Addittivi fl-Ikel fi ħdan l-Unjoni Ewropea (3) kkonkluda li l-esteri tal-gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) ma għandhomx bżonn jiġu eżaminati iżjed, peress li l-konsum teoretiku msejjes fuq preżunzjonijiet konservattivi dwar il-konsum tal-ikel u l-użu tal-addittivi (Tier 1) ma qabiżx id-doża aċċettabbli kuljum. L-ammont ta’ doża aċċettabbli kuljum kien stabbilit nhar id-19 ta’ Ġunju 1992 mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel (4). Il-konsum addizzjonali msejjes fuq l-użu l-ġdid għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa ma jikkontribwixxix b’mod sinifikanti għall-konsum ġenerali. Għaldaqstant huwa xieraq li jitħalla l-użu tal-esteri tal-gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) bħala emulsifikant għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel msemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma għandhiex effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) bħala emulsifikant għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li ma għandhiex effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(8)

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tiġi stabbilixxa lista ta’ addittivi tal-ikel (5), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvata għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Sabiex jitħalla l-użu tal-esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa qabel dik id-data, huwa jeħtieġ li tiġi speċifika data iżjed bikrija ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ dan l-użu ta’ dak l-addittiv tal-ikel.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  COM(2001)542 finali.

(4)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_32.pdf

(5)   ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tiddaħħal din l-entrata li ġejja fil-kategorija tal-ikel 05.2 “ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” wara l-entrata għall-E 442:

 

“E 445

esteri tal-Gliċerol ta’ raża tal-injam

320

 

għall-istampar biss fuq prodotti tal-ħelu promozzjonali u/jew personalizzati b’kisja iebsa

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-25 ta' Ġunju 2012”


5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 473/2012

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-ispinetoram (XDE-175) f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-ispinetoram (XDE-175), il-LMR huma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), fil-11 ta’ Mejju 2012, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjoni temporanja tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva spinetoram (XDE-175), minħabba tifqigħa mhux mistennija ta’ Drosophila suzukii, periklu li ma setax jitbassar u li ma setax jiġi kkontrollat b’xi mod raġonevoli ieħor. Konsegwentement, Franza nnotifikat ukoll lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li hija awtorizzat it-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħha ta’ ċirasa, lampuni u mirtilli li għandhom residwi tal-pestiċidi ogħla mill-LMR. Bħalissa, il-LMR huma stabbiliti fil-limitu tad-determinazzjoni fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(3)

Franza ressqet valutazzjoni xierqa tar-riskji għall-konsumatur lill-Kummissjoni u pproponiet LMR temporanji fuq dik il-bażi.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, aktar 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat id-dejta pprovduta u ħarġet dikjarazzjoni (3) dwar is-sigurtà tal-LMR temporanji proposti.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li l-użu f’emerġenza tal-ispinetoram (XDE-175) fuq iċ-ċirasa, il-lampuni u l-mirtilli x'aktarx ma jirriżultax f’espożizzjoni għall-konsumatur li taqbeż il-valur ta’ referenza tossikoloġiku u għalhekk dan mhuwiex mistenni li jkun ta’ tħassib għas-saħħa pubblika.

(6)

Franza ma rrappurtatx id-dettalji tat-testijiet sorveljati fuq il-post, u lanqas ma wettqet valutazzjoni tal-kwalità ta’ tali testijiet. L-Awtorità kellha tibbaża d-dikjarazzjoni tagħha fuq is-suppożizzjoni li t-testijiet sorveljati fuq il-post huma validi u jikkonfermaw il-LMR temporanji proposti. Sabiex tiġi vverifikata l-korrettezza tas-suppożizzjoni, Franza għandha taġġorna r-rapport ta’ evalwazzjoni mill-aktar fis posssibbli.

(7)

Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-Awtorità u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett ikkonsidrat, l-emendi xierqa għal-LMR jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Minħabba li l-użi ta’ emerġenza tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkonċernaw l-ispinetoram huma diġa awtorizzati minn Franza u l-ħtieġa urġenti li tirriżulta biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur, huwa xieraq li jiġu previsti l-LMR billi tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(5) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Statement on the modification of the existing MRLs for spinetoram in cherries, raspberries and blueberries. EFSA Journal 2012; 10(5):2708. [24 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2708. Tinstab onlajn: http://www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-ispinetoram (XDE-175) hija sostitwita b’dan li ġej:

Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li l-MRLs japplikaw għalihom (1)

Spinetoram (XDE-175)

(1)

(2)

(3)

0100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠWIEŻ

 

0110000

(i)

Frott taċ-ċitru

0,2

0110010

Grejpfrut (Shaddocks, pomelos, sweeties, tangelo (minbarra l-minneola), ugli u ibridi oħra)

 

0110020

Larinġ (Bergamott, larinġ qares, kinotto u ibridi oħra)

 

0110030

Lumi (Tronġ, lumi)

 

0110040

Xkomp (lajm)

 

0110050

Mandolin (Klementini, mandolin, il-minneola u ibridi oħra)

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

(ii)

Ġwież tas-siġar (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (*1)

0120010

Lewż

 

0120020

Gewż tal-Brażil

 

0120030

Kexjus jew ġwież ta' l-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż ta' l-Indi (coconut)

 

0120060

Ġellewż (Filbert)

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan (pecans)

 

0120090

Ġwież ta' l-arznu (pine nuts)

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn

 

0130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

0,2

0130010

Tuffieħ (Tuffieħ selvaġġ (Malus sylvestris))

 

0130020

Lanġas (Lanġas Orjentali)

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Loquat

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

(iv)

Frott ta’ l-għadma

 

0140010

Berquq

0,2

0140020

Ċiras (Ċiras ħelu, ċiras qares)

0,2 (+)

0140030

Ħawħ (Nuċiprisk u ibridi simili)

0,2

0140040

Għanbaqar (Pruna għanbaqra, mirabelle, pruna salvaġġa)

0,05  (*1)

0140990

Oħrajn

0,05  (*1)

0150000

(v)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u għall-inbid

0,5

0151010

Għeneb ta’ l-ikel

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

Frawli

0,2

0153000

(c)

Frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

0,05  (*1)

0153020

Dewberries (Loganberries, Boysenberries, u cloudberries)

0,05  (*1)

0153030

Lampun (Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nectar raspberries (Rubus arcticus x idaeus))

0,8 (+)

0153990

Oħrajn

0,05  (*1)

0154000

(d)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

 

0154010

Blueberries (Mirtill)

0,2 (+)

0154020

Cranberries (għeneb tal-muntanja (bilberries/mirtill aħmar))

0,05  (*1)

0154030

Passolina (ħamra, sewda jew bajda)

0,05  (*1)

0154040

Ribes (Inklużi l-ibridi ma’ speċi oħra ta’ ribes)

0,05  (*1)

0154050

Warda Skocciża

0,05  (*1)

0154060

Ċawsli (arbutus berry)

0,05  (*1)

0154070

Azarole (naspla Mediterranja) (Kiwiberry (Actinidia arguta))

0,05  (*1)

0154080

Elderberries (frott is-sebuqa) (Black chokeberry (appleberry), mountain ash, azarole, buckthorn (sea sallowthorn), hawthorn, service berries, u frott tal-bosk ieħor)

0,05  (*1)

0154990

Oħrajn

0,05  (*1)

0160000

(vi)

Frott mixxellanju

0,05  (*1)

0161000

(a)

Qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamar

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Kumquat (Marumi kumquats, nagami kumquats, limequats (Citrus aurantifolia x Fortunella spp.))

 

0161050

Karambola (Bilimbi)

 

0161060

Frotta tal-kaki

 

0161070

Jambolan(java plum), (Tuffieħa ta’ Ġava (water apple), pomerac, rose apple, ċirasa Brażiljana ċirasa tas-Surinam (grumichama Eugenia uniflora),)

 

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħira

 

0162010

Kiwi

 

0162020

Liċċi (lychee) (Pulasan, rambutan (liċċi bis-suf), mangosteen)

 

0162030

Frotta tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Star apple

 

0162060

Frotta tal-kaki (Kaki tal-Virġinja) (Sapote sewda, bajda, ħadra, safra (canistel), u mammey)

 

0162990

Oħrajn

 

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbira

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana (Banana nanija, pjantaġġni, bananito)

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja (Custard apple, sugar apple (sweetsop) , llama u Annonnaceae oħra ta’ daqs medju)

 

0163070

Gwava (Pitaja ħamra jew ħelwa (Hylocereus undatus))

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż (Jackfruit)

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta ta’ l-annona (guanbana),

 

0163990

Oħrajn

 

0200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

0,05  (*1)

0211000

(a)

Patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

0212010

Kassava (Dasheen, eddoe (Japanese taro), tannia)

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jamm (Potato bean (yam bean), Mexican yam bean)

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

Ħxejjex oħra ta’ l-għeruq u tat-tuberi minbarra pitravi

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Karotti

 

0213030

Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għerq il-mustarda (L-għeruq tal-anġelika, tal-lovage, tal-ġenzjana)

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Għerq it-tursin

 

0213080

Ravanell (Ravanell iswed, ravanell Ġappuniż, ravanell żgħir u varjetajiet simili, tiger nut (Cyperus esculentus))

 

0213090

Sassefrika (Scorzonera, sassefrika Spanjola (Spanish oysterplant))

 

0213100

Rutabaga

 

0213110

Turnip (xorta ta’ Brassica)

 

0213990

Oħrajn

 

0220000

(ii)

Ħxejjex tal-basla

0,05  (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal (Basal silverskin)

 

0220030

Shallots

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa (Basla ta’ Wales u varjetajiet simili)

 

0220990

Others

 

0230000

(iii)

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Solanacea

0,5

0231010

Tadam (Tadam ċiras, tadam tas-siġra, il-Fisalis, il-goġiberri, il-wolfberry (Lycium barbarum u L. chinense))

 

0231020

Bżar (Bżar aħmar)

 

0231030

Brunġiel (Pepino)

 

0231040

Okra

 

0231990

Oħrajn

 

0232000

(b)

Cucurbits – qoxra li tittiekel

0,2

0232010

Ħjar

 

0232020

Hjar żgħar (gherkins)

 

0232030

Zukkini (Summer squash, qara’ (patisson))

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

Cucurbits-qoxra li ma tittikilx

0,05  (*1)

0233010

Bettieħ (Kiwano)

 

0233020

Qara’ (Qargħa ħamra)

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

Qamħ ħelu (Sweet corn)

0,05  (*1)

0239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

0,05  (*1)

0240000

(iv)

Ħxejjex tal-ġenus brassica

0,05  (*1)

0241000

(a)

Brassica bil-fjuri

 

0241010

Brokkoli (Calabrese, brokkoli Ċiniżi, broccoli raab)

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

Rjus tal-brassica

 

0242010

Brussels sprouts

 

0242020

Ġidra (Kaboċċa bir-ras ippuntata, kaboċċa ħamra, kaboċċa mfelfla (savoy), kaboċċa bajda)

 

0242990

Oħrajn

 

0243000

(c)

Brassica bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi (Mustarda Indjana (Ċiniża) pak choi, kaboċċa ċatta Ċiniża (tai goo choi), kaboċċa ta’ peking (pe-tsai))

 

0243020

Kale (Borecole (kale innukklat) collards, Kale Portugiż, Kaboċċa Portugiża, cow cabbage)

 

0243990

Oħrajn, inkluż in-naħat ta’ fuq tat-turnips

 

0244000

(d)

Kohlrabi

 

0250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħwawar friski

 

0251000

(a)

Ħass u pjanti oħra ta’ l-insalata inkluż il-Brassicacea

 

0251010

Valerjanella (Cornsalad Taljan)

0,05  (*1)

0251020

Ħass (Ħass ikkabboċjat, lollo rosso, ħass iceberg, ħass romaine (cos))

10

0251030

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa) (Ċikwejra selvaġġa, ċikwejra tal-werqa ħamra, radicchio, indivja tal-weraq innukklat, sugar loaf)

0,05  (*1)

0251040

Ħabirxa

0,05  (*1)

0251050

Krexxun,

0,05  (*1)

0251060

Rukola (Aruka selvaġġa)

0,05  (*1)

0251070

Mustarda ħamra

0,05  (*1)

0251080

Għeruq u rimi of Brassica spp. (Mizuna, weraq tal-piselli u tar-ravanell u pjanti oħra tal-familja brassica bil-weraq żgħir (pjanti li jinħasdu sal-istadju fejn ikollhom l-ewwel 8 werqat))

0,05  (*1)

0251990

Oħrajn

0,05  (*1)

0252000

(b)

Spinaċi u smili (weraq)

0,05  (*1)

0252010

Spinaċi (Spinaċi tan-New Zealand, spinaċi amaranthus)

 

0252020

Burdlieqa (Burdlieqa tax-xitwa (miner’s lettuce), burdlieqa tal-ġonna, burdlieqa komuni, ħaxixa Ingliża glasswort, Krexxuni (Salsola soda))

 

0252030

Weraq tal-pitravi chard (Weraq tal-pitravi)

 

0252990

Oħrajn

 

0253000

(c)

Weraq tad-dielja

0,05  (*1)

0254000

(d)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,05  (*1)

0255000

(e)

Witloof

0,05  (*1)

0256000

(f)

Ħwawar

0,05  (*1)

0256010

Maxxita/Sorfolja

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus (Weraq tal-bużbież , weraq tal-kosbor, weraq tax-xibt, weraq tal-ħlewwa, lovage, anġelika, sweet cicely u Apiacea oħrajn.)

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja (Sagħtrija (Satureia hortensis, Satureia montana))

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar (Merdqux, riegnu)

 

0256080

Ħabaq (Weraq tal-balzmu, pepermint, nagħniegħ)

 

0256090

Rand

 

0256100

Stragun (Issopu)

 

0256990

Oħrajn (Fjuri li jittieklu)

 

0260000

(vi)

Legumi (friski)

 

0260010

Fażola (bil-miżwed) (Fażola ħadra, fażola ħamra tixxeblek, slicing bean, yardlong beans)

0,1

0260020

Fażola (bla miżwed) (Ful, flageolets, jack bean, lima bean, cowpea)

0,05  (*1)

0260030

Piżelli (bil-miżwed) (Mangetout)

0,1

0260040

Piżelli (bla miżwed) (Piżelli tal-ġnien, piżelli ħodor, ċiċri)

0,05  (*1)

0260050

Lentils

0,05  (*1)

0260990

Oħrajn

0,05  (*1)

0270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

0,05  (*1)

0270010

Asparagu:

 

0270020

Kardun

 

0270030

Karfus

 

0270040

Bużbież

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rubarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palma

 

0270990

Oħrajn

 

0280000

(viii)

Fungi

0,05  (*1)

0280010

Ikkultivati (Faqqiegħ komuni, Oyster mushroom, Shi-take)

 

0280020

Selvaġġi (Chanterelle, Tartuf, More, Cep)

 

0280990

Oħrajn

 

0290000

(ix)

Algi

0,05  (*1)

0300000

3.

ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI MNIXXFA

0,05  (*1)

0300010

Fażola u ful (Ful, navy beans, flageolets, jack beans, lima beans, field beans, cowpeas)

 

0300020

Lentils

 

0300030

Piżelli (Ċiċri, piżelli, ġulbiena)

 

0300040

Lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,05  (*1)

0401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħet il-pepprin

 

0401040

Żerriegħet il-ġunġlien

 

0401050

Żerriegħet il-ġirasol

 

0401060

Żerriegħet il-lift (Żerriegħet il-lift tal-għasafar, turnip rape)

 

0401070

Żerriegħet is-sojja

 

0401080

Żerriegħet il-mustarda

 

0401090

Żerriegħet il-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' ħamra (Żrieragħ oħrajn tal-cucurbitacea)

 

0401110

Għosfor

 

0401120

Fidloqqom

 

0401130

Gold of pleasure

 

0401140

Qanneb

 

0401150

Castor bean

 

0401990

Oħrajn

 

0402000

(ii)

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Ġewż tal-palm (qlub biż-żejt tal-palm)

 

0402030

Frott il-palm

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn

 

0500000

5.

ĊEREALI

0,05  (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ Saraċin (Amaranthus, quinoa)

 

0500030

Mais

 

0500040

Millieġ (Millieġ foxtail, teff)

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ (Spelt, triticale)

 

0500990

Oħrajn

 

0600000

6.

TÈ, KAFE, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

0,1  (*1)

0610000

(i)

TÈ (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentat jew mhux tal-Camellia sinensis)

 

0620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafe

 

0630000

(iii)

Infużjonijiet erbali (imnixxfa)

 

0631000

(a)

Fjuri

 

0631010

Fjuri tal-kamomilla

 

0631020

Fjuri tal-ħibiskus

 

0631030

Petali tal-ward

 

0631040

Fjuri tal-verbena (Fjuri tas-sebuqa (Sambucus nigra).)

 

0631050

Xkomp (linden)

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

Weraq

 

0632010

Weraq tal-frawli

 

0632020

Weraq tar-rooibos (Weraq tal-ġingo)

 

0632030

Maté

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

Għeruq

 

0633010

Għerq il-valerjana

 

0633020

Għerq il-ġinseng

 

0633990

Oħrajn

 

0639000

(d)

Infużjonijiet erbali oħra

 

0640000

(iv)

Kakaw (żrieragħ iffermentati)

 

0650000

(v)

Ħarrub

 

0700000

7.

ĦOPS (imnixxfa), inklużi pelits tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat

0,1  (*1)

0800000

8.

ĦWAWAR

0,1  (*1)

0810000

(i)

Żrieragħ

 

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Ħlewwa sewda

 

0810030

Żerriegħa tal-karfus (Lovage seed)

 

0810040

Żerriegħa tal-kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Żerriegħa tax-xibt

 

0810070

Żerriegħa tal-bużbies

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċimuskata

 

0810990

Oħrajn

 

0820000

(ii)

Frott u berries

 

0820010

Bżar tal-Ġamajka (allspice)

 

0820020

Bżar tal-ħlewwa (Bżar tal-Ġappun)

 

0820030

Ħlewwa (Caraway)

 

0820040

Kardamom

 

0820050

Ġnibru

 

0820060

Bżar, iswe u abjad (bżar twil, bżar roża)

 

0820070

Imżiewed tal-vanilla

 

0820080

Tamarind (tamar ta' l-Indja)

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

(iii)

Qoxra

 

0830010

Kannella (Cassia)

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 

0840010

Għud is-sus/likwirizja

 

0840020

Ġinger

 

0840030

Żagħfran ta’ l-Indja/kurkuma

 

0840040

Ravanell (horse-radish)

 

0840990

Oħrajn

 

0850000

(v)

Rimi

 

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

 

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

(vii)

Aril (kisjet iż-żerriegħa)

 

0870010

Il-qoxra barranija tan-noċemoskata

 

0870990

Oħrajn

 

0900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,05  (*1)

0900010

Weraq tal-pitravi chard

 

0900020

Kannamieli taz-zokkor

 

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

0900990

Oħrajn

 

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TA’ L-ART

 

1010000

(i)

Laħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, interni, demm, xaħmijiet ta’ l-annimali frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ fis-salmura, imnixxef jew iffumigat jew ipproċessat fi dqiq jew pasti-prodotti pproċessati oħra bħaz-zalzett u preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn

 

1011000

(a)

Ħnieżer

 

1011010

Laħam

0,2

1011020

Xaħam mingħajr dgħif

0,01  (*1)

1011030

Fwied

0,01  (*1)

1011040

Kliewi

0,01  (*1)

1011050

Interni li jittieklu

0,01  (*1)

1011990

Oħrajn

0,01  (*1)

1012000

(b)

Bovini

 

1012010

Laħam

0,2

1012020

Xaħam

0,01  (*1)

1012030

Fwied

0,01  (*1)

1012040

Kliewi

0,01  (*1)

1012050

Interni li jittieklu

0,01  (*1)

1012990

Oħrajn

0,01  (*1)

1013000

(c)

Nagħaġ

 

1013010

Laħam

0,2

1013020

Xaħam

0,01  (*1)

1013030

Fwied

0,01  (*1)

1013040

Kliewi

0,01  (*1)

1013050

Interni li jittieklu

0,01  (*1)

1013990

Oħrajn

0,01  (*1)

1014000

(d)

Mogħoż

 

1014010

Laħam

0,2

1014020

Xaħam

0,01  (*1)

1014030

Fwied

0,01  (*1)

1014040

Kliewi

0,01  (*1)

1014050

Interni li jittieklu

0,01  (*1)

1014990

Oħrajn

0,01  (*1)

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 

1015010

Laħam

0,2

1015020

Xaħam

0,01  (*1)

1015030

Fwied

0,01  (*1)

1015040

Kliewi

0,01  (*1)

1015050

Interni li jittieklu

0,01  (*1)

1015990

Oħrajn

0,01  (*1)

1016000

(f)

Tjur tar-razzett -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

0,01  (*1)

1016010

Laħam

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Interni li jittieklu

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett/farm (Fenek, kangarù)

 

1017010

Laħam

0,2

1017020

Xaħam

0,01  (*1)

1017030

Fwied

0,01  (*1)

1017040

Kliewi

0,01  (*1)

1017050

Interni li jittieklu

0,01  (*1)

1017990

Oħrajn

0,01  (*1)

1020000

(ii)

Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati, u lanqas ma fihom zokkor jew ħlewwiet miżjuda, butir jew xaħmijiet oħra li ġejjin mill-ħalib, mill-ġobon jew mill-baqta

0,01  (*1)

1020010

Bhejjem ta' l-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

(iii)

Bajd ta’ l-għasafar, frisk, ippriservat, jew imsajjar Bajd bil-qoxra u isfar tal-bajd friski, imnixxfa, imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreżervati mod ieħor, fihom jew ma fihomx żokkor jew ħlewwiet miżjuda

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papra

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summiena

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

(iv)

Għasel (Pappa rjali, polline)

0,01  (*1)

1050000

(v)

Anfibi u rettili (Saqajn taż-żrinġijiet, kukkudrilli)

0,01  (*1)

1060000

(vi)

Bebbux

0,01  (*1)

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali ta’ l-art oħra

0,01  (*1)

Spinetoram (XDE-175)

(+)

MRL applikabbli sal-31 ta' Marzu 2014; wara dik id-data se jkun applikabbli 0,05 () sakemm ma jkunx hemm xi modifika permezz ta' Regolament. L-informazzjoni dettaljata dwar il-provi fuq il-post sorveljati għandha tittressaq lill-Awtorità u lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013. Ir-rivalutazzjoni tad-dejta taf twassal għal modifika tal-MRL.

0140020

Ċiras (Ċiras ħelu, ċiras qares)

0153030

Lampun (Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nectar raspberries (Rubus arcticus x idaeus))

0154010

Blueberries (Mirtill)


(1)  Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(*1)  Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika


5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 474/2012

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

87,5

MA

66,7

TR

71,1

ZZ

75,1

0707 00 05

MK

43,6

TR

113,3

ZZ

78,5

0709 93 10

TR

99,6

ZZ

99,6

0805 50 10

BO

105,2

TR

110,6

ZA

134,9

ZZ

116,9

0808 10 80

AR

105,1

BR

85,9

CA

161,4

CH

86,1

CL

99,2

CN

87,3

NZ

122,7

US

189,2

UY

67,3

ZA

93,7

ZZ

109,8

0809 10 00

TR

230,4

ZZ

230,4

0809 29 00

TR

476,3

US

577,9

ZZ

527,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/41


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Ġunju 2012

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Gamma-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3496)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2012/288/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Frar 2010, il-kumpanija Wacker Chemie GmbH għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq il-γ-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel. Il-Gamma-Ċiklodestrina hija karboidrat diġestibbli li jiġi miżjud mal-ikel.

(2)

Fid-9 ta’ Lulju 2010, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari tiegħu. F’dan ir-rapport huwa wasal għall-konklużjoni li l-kumpanija Wacker Chemie GmbH kienet ipprovdiet biżżejjed informazzjoni biex jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ γ-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari lill-Istati Membri kollha fid-19 ta’ Lulju 2010.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet raġunati skont dik id-dispożizzjoni. B’mod partikolari, tqajmu oġġezzjonijiet li jirrigwardaw l-assorbiment ta’ vitamini li huma solubbli fix-xaħam. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1), tinħtieġ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tqis l-oġġezzjonijiet imressqa. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant ikkalmaw dan it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(5)

Iż-żieda intenzjonali tal-γ-ċiklodestrina mal-ikel għal skopijiet teknoloġiċi taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (2) u għandha tiġi awtorizzata skont dak ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Gamma-Ċiklodestrina kif speċifikata fl-Anness tista’ titqiegħed fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni ta’ γ-Ċiklodestrina awtorizzata b’din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-addittiv ikun “Gamma-ċiklodestrina” jew “γ-ċiklodestrina”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Wacker Chemie AG, Hanns Seidel Platz 4, 81737 München, Germany.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


ANNESS

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ GAMMA-ĊIKLODESTRINA

Sinonimi

γ-ċiklodestrina, γ-destrina, ċikloottaamilożju, ċiklomaltoottaożju, γ-ċikloamilażi

Definizzjoni

Sakkarid ċikliku li ma jirriduċix li jikkonsisti fi tmien unitajiet D-glukopiranosil marbuta-α-1,4 prodotti bl-azzjoni taċ-ċiklodestrina glukosiltransferażi (CGTase, EC 2.4.1.19) fuq lamtu idrolizzat. L-irkupru u l-ippurifikar ta’ γ-ċiklodestrina jistgħu jitwettqu permezz tal-preċipitazzjoni ta’ kumpless γ-ċiklodestrina bi 8-ċikloessadeċen-1-wieħed, id-dissoluzzjoni tal-kumpless bl-ilma u n-dekan, estrazzjoni permezz ta’ fluss ta’ fwar tal-fażi akwea u l-irkupru ta’ gamma-CD mis-soluzzjoni permezz ta’ kristallizzazzjoni.

Isem kimiku

Ċikloottaamilożju

CAS Numru

17465-86-0

Formula Kimika

(C6H10O5)8

Formula strutturali

Image 12

Kejl

Mhux anqas minn 98 % (bażi xotta)

Deskrizzjoni

Prattikament bla riħa, solidu kristalizzat abjad jew kważi abjad

Karatteristiċi

Identifikazzjoni

Firxa tat-tidwib

Jiddikomponi f’temperatura ogħla minn 285 °C

Solubbiltà

Jinħall faċilment fl-ilma; jinħall vera ftit fl-etanol

Rotazzjoni speċifika

[α]D 25: Bejn + 174° u + 180° (1 % taħlita)

Purità

Ilma

Mhux iktar minn 11 %

Kumplessant residwu (8-ċikloessadeċen-1-wieħed (CHDC)

Mhux iktar minn 4 mg/kg

Solvent residwu (n-dekan)

Mhux iktar minn 6 mg/kg

Sustanzi li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,5 % (bħala glukożju)

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,1 %


5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd

(2012/289/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fil-15 ta’ Ġunju 2011 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment dwar l-allegat dumping dannuż li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd. (“il-kumpanija ikkonċernata”).

(2)

L-ilment kien ippreżentat mill-produtturi li ġejjin (il-kwerelanti): Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie S.r.l. u Comercial Quimica Sarasa s.l. li jirrappreżentaw parti sostanzjali, f'dan il-każ iżjed minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu tartariku.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li tqieset biżżejjed biex ikun ġustifikat il-bidu ta’ proċedeminet anti-dumping.

(4)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, f'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), bdiet proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd. (“il-kumpanija ikkonċernata”).

(5)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jistqarru fehmiethom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(6)

Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U TMIEM IL-PROĊEDIMENT

(7)

Il-kwerelanti rtiraw formalment l-ilment tagħhom permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni datata l-14 ta’ Frar 2012.

(8)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment tista' tintemm meta jiġi irtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm minħabba li l-investigazzjoni ma sabet l-ebda raġuni jew konsiderazzjoni li turi li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(10)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(11)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tintemm mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li bħalissa jaqa' taħt il-Kodiċi NM ex 2918 12 00 , li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd, hija hawnhekk mitmuma.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU C 223, 29.7.2011, p. 11.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KOOPERAZZJONI DOGANALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE

tal-4 ta' Mejju 2012

rigward ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-programm tas-Sħubija Bejn id-Dwana u l-Kummerċ Kontra t-Terroriżmu fl-Istati Uniti u l-programm tal-Operaturi Ekonomiċi awtorizzati tal-Unjoni Ewropea

(2012/290/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KOOPERAZZJONI DOGANALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UNJONI EWROPEA (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “KKKD”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Għajnuna Reċiproka f’Affarijiet Doganali tat-28 ta’ Mejju 1997 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “s-CMAA”), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2), il-punt (c) tiegħu;

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-intensifikazzjoni u twessigħ tas-CMAA biex jinkludi l-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-kontejners u kwistjonijiet relatati, konkluż fit-28 ta’ April 2004;

Wara li kkunsidra l-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar il-kooperazzjoni transatlantika u l-kummerċ sigur, partikolarment skont il-Qafas ta’ Standards 2011 għall-Iżgurar u l-Iffaċilitar tal-Kummerċ Globali tal-Organizzazzjoni Doganali Dinjija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Qafas SAFE”), kif jista’ jiġi emendat bi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti;

Waqt li jirrikonoxxi li l-Istati Uniti tal-Amerika (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Uniti”) u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-UE”) jikkunsidraw li s-sigurtà u sikurezza doganali u l-iffaċilitar tal-katina internazzjonali ta’ provvista kummerċjali jistgħu jkunu mtejba b’mod sinifikanti permezz tar-rikonoxximent reċiproku tal-Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali rispettivi tagħhom (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali”); is-Sħubija bejn id-Dwana u l-Kummerċ kontra t-Terroriżmu fl-Istati Uniti (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “C-TPAT”) u l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “AEO”);

Waqt li jafferma li l-programmi C-TPAT u AEO joperaw fil-kuntest tal-Qafas SAFE;

Waqt li jirrikonoxxi li r-rikonoxximent reċiproku jippermetti lill-Istati Uniti u lill-UE jiffaċilitaw il-kummerċ tal-operaturi li investew fis-sigurtà tal-katina tal-provvista u ġew mogħtija sħubija fil-programmi C-TPAT jew AEO;

Waqt li jirrikonoxxi li l-eżami tal-programmi C-TPAT u AEOEO żvela li l-istandards tagħhom biex wieħed jikkwalifika għas-sħubija huma kompatibbli;

Waqt li jafferma li din id-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix preċedent għal xi ftehimiet jew arranġamenti futuri bejn l-Istati Uniti u l-UE, partikolarment rigward l-ipproċessar jew l-użu u t-trasferiment ta’ dejta jew tagħrif personali, jew il-protezzjoni tad-dejta jew tal-privatezza,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Taqsima I

Ir-Rikonoxximent Reċiproku u r-Responsabbiltà għall-Implimentazzjoni

1.

Il-Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali tal-UE u l-Istati Uniti huma rikonoxxuti reċiprokament bħala kompatibbli u l-membri ta’ kull programm huma ttrattati b’mod konsistenti mat-taqsima III.

2.

L-awtoritajiet doganali definiti fl-Artikolu 1(c) tas-CMAA (minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Awtoritajiet Doganali”) huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

3.

Il-Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali kkonċernati huma:

(a)

l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat tal-Unjoni Ewropea (is-sigurtà u s-sikurezza jew is-simplifikazzjonijiet/is-sigurtà u s-sikurezza doganali)

(ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) u r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (2), kif emendati mir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mit-Titolu IIA tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 (4)); kif ukoll

(b)

is-Sħubija bejn id-Dwana u l-Kummerċ kontra t-Terroriżmu fl-Istati Uniti (It-Tieni u t-Tielet livelli (Sigurtà u Responsabbiltà għal Kull Att tal-Portijiet (“SAFE”) tal-2006).

4.

Din id-Deċiżjoni, kif tirrelata mal-kompatibbiltà, tirrifletti l-istruttura u l-applikazzjoni territorjali attwali tal-programm C-TPAT u tal-programm AEO. Din id-Deċiżjoni ma tqisx il-modifiki futuri ta’ kull programm u l-espansjoni tal-applikazzjoni territorjali rispettiva tagħhom. L-Awtoritajiet Doganali jifhmu li tali modifiki fil-programm jew l-espansjoni tal-applikazzjoni territorjali jistgħu jeħtieġu t-tlestija b’suċċess ta’ validazzjonijiet addizzjonali konġunti għas-sodisfazzjon taż-żewġ Awtoritajiet Doganali.

Taqsima II

Il-Kompatibbiltà

L-awtoritajiet tad-dwana jikkoperaw biex iżommu l-kompatibbiltà tal-istandards li huma applikati għal kull programm fir-rigward dawn il-materji:

(a)

il-proċess ta’ applikazzjoni għall-għoti ta’ sħubija lill-operaturi;

(b)

il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet; kif ukoll

(c)

l-għoti tas-sħubija u l-monitoraġġ tal-istatus tas-sħubija.

L-Awtoritajiet Doganali temmew programm ta’ ħidma li jistabbilixxi proċess ta’ validazzjonijiet konġunti.

Taqsima III

It-Trattament tal-Membri

1.

Kull Awtorità Doganali tittratta lill-operaturi li jkollhom l-istatus tas-sħubija taħt il-Programm tal-Awtorità Doganali l-ieħor b’mod paragunabbli mal-mod kif tittratta lill-Membri fil-Programm ta’ Sħubija Kummerċjali tagħha stess, safejn huwa prattiku u possibbli u konsistenti mal-liġi u l-politika applikabbli. Dan it-trattament jinkludi, b’mod partikolari, li jitqiesu b’mod favorevoli fil-valutazzjoni tar-riskju, għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet jew kontrolli, l-istatus tas-sħubiji rispettivi ta’ operatur awtorizzat mill-Awtorità Doganali l-oħra sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ bejn l-UE u l-Istati Uniti u jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ miżuri relatati mas-sigurtà effettiva.

2.

Kull Awtorità Doganali tista’ tissospendi trattament, b’konformità mal-paragrafu 1, lill-membri tal-Programm tal-Awtorità Doganali l-oħra skont din id-Deċiżjoni. Tali sospensjoni ta’ trattament minn Awtorità Doganali waħda għandha tkun ikkomunikata immedjatament lill-Awtorità Doganali l-oħra filwaqt li tingħata kull informazzjoni addizzjonali rigward il-bażi għal sospensjoni kif xieraq.

3.

Kull Awtorità Doganali tinforma minnufih lill-Awtorità Doganali l-oħra fil-każ li tidentifika xi irregolarità mwettqa minn membru awtorizzat mill-Awtorità Doganali l-oħra sabiex jippermettulhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar il-possibbiltà tar-revoka jew sospensjoni tas-sħubija tal-operatur ikkonċernat.

Taqsima IV

L-Iskambju tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

1.

L-Awtoritajiet Doganali jtejbu l-komunikazzjoni sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni b’mod effettiv. Huma jiskambjaw informazzjoni u jiffavorixxu komunikazzjoni dwar il-Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali tagħhom b’mod partikolari billi:

(a)

jipprovdu aġġornamenti f’waqthom dwar it-tħaddim u l-iżvilupp tal-programmi tagħhom;

(b)

jimpenjaw ruħhom favur skambji ta’ informazzjoni, li jkunu ta’ benefiċċju b’mod reċiproku, dwar is-sigurtà tal-katina loġistika; kif ukoll

(c)

jiffaċilitaw komunikazzjoni effettiva fost l-aġenziji bejn id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea u l-Protezzjoni Protezzjoni tad-Dwana u tal-Fruntieri biex jittejbu l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward tas-sigurtà tal-katina tal-provvista min-naħa tal-membri tal-Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali.

2.

L-iskambji ta’ informazzjoni għandhom isiru fil-format elettroniku u skont dak li hemm fis-CMAA, partikolarment fl-Artikolu 17 tiegħu.

3.

Id-dejta li għandha tiġi skambjata dwar il-Programmi ta’ Sħubija Kummerċjali, fejn dawn l-iskambji huma awtorizzati b’mod ieħor, jinkludu:

(a)

l-isem;

(b)

l-indirizz;

(c)

l-istatus tas-sħubija;

(d)

id-data tal-validazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni;

(e)

is-sospensjonijiet u r-revoki;

(f)

in-numru uniku tal-awtorizzazzjoni jew tal-identifikazzjoni (f’forma reċiprokament determinata mill-Awtoritajiet Doganali); kif ukoll

(g)

dettalji li jistgħu jkunu determinati reċiprokament bejn l-Awtoritajiet Doganali, soġġetti, fejn ikun applikabbli, għal kull salvagwardja neċessarja.

4.

L-iskambju tad-dejta huwa mistenni li jibda meta l-Awtoritajiet Doganali jimplimentaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tas-sħubija kif deskritt fil-paragrafu 1 tat-Taqsima III ta’ din id-Deċiżjoni.

Taqsima V

It-Trattament tad-Dejta

1.

B’mod konsistenti mas-CMAA, b’mod partikolari mal-Artikolu 17, id-dejta miksuba mill-Awtorità Doganali riċevitur skont din id-Deċiżjoni għandha tintuża u tiġi proċessata għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

L-Awtoritajiet Doganali jistinkaw biex jiżguraw li l-informazzjoni skambjata tkun preċiża u aġġornata regolarment, u li l-proċeduri xierqa tat-tħassir ikunu fis-seħħ. Fil-każ li Awtorità Doganali tistabbilixxi li tagħrif mogtħi skont din id-Deċiżjoni għandu jiġi emendat, l-Awtorità Doganali li tagħti dan it-tagħrif għandha minnufih tavża lill-Awtorità Doganali riċevitur b’dawn l-emendi. Ladarba notifikata b’dawn l-emendi, l-Awtorità Doganali riċevitur għandha minnufih tirreġistra din l-emenda. L-informazzjoni ma tistax tiġi pproċessata u tinżamm għal żmien itwal milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun trasferita.

3.

Fil-każ li tiġi skambjata informazzjoni b’dejta personali skont is-Sezzjoni IV paragrafu 3 minn (a) sa (g), l-Awtoritajiet Doganali jieħdu wkoll miżuri xierqa biex jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta, is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-integrità. L-Awtoritajiet Doganali jiżguraw partikolarment li:

jkun hemm salvagwardji tas-sigurtà (inklużi salvagwardji elettroniċi) li jikkontrollaw, fuq il-bażi tal-ħtieġa għall-għarfien, l-aċċess għal din l-informazzjoni miksuba mill-Awtorità Doganali l-oħra taħt din id-Deċiżjoni u li din tintuża biss għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

din l-informazzjoni miksuba mill-Awtorità Doganali l-oħra skont din id-Deċiżjoni tkun protetta mill-aċċess mhux awtorizzat, mid-disseminazzjoni, u mill-modifika, mit-tħassir jew mill-qerda, ħlief sal-limitu xieraq biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ hawn fuq.

l-informazzjoni miksuba minn Awtorità Doganali oħra taħt din id-Deċiżjoni ma tiġix trażmessa lil pajjiż ieħor jew lil korp internazzjonali mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Awtorità Doganali li tkun tat din l-informazzjoni u dan biss skont il-kundizzjonijiet speċifikati minnha.

kull informazzjoni bħal din tkun tista’ tintuża fi ħdan il-Partijiet Kontraenti għas-CMAA biex tipproteġi l-interessi tas-sigurtà pubblika u tipprovdi katina ta’ provvista tas-sigurtà relevanti għal din id-Deċiżjoni, u għas-sigurtà tal-importazzjoni/esportazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-infurzar doganali, sakemm din tkun soġġetta għal salvagwardji ekwivalenti jew kumparabbli ma’ dawk spjegati f’din it-taqsima.

din l-informazzjoni miksuba minn Awtorità Doganali l-oħra taħt din id-Deċiżjoni tkun maħżuna l-ħin kollu f’sistemi elettroniċi siguri u/jew sistemi ta’ ħażna tal-karta. Ir-reġistri jew id-dokumentazzjoni jinżammu fuq l-aċċess kollu, kif ukoll l-ipproċessar u l-użu ta’ din l-informazzjoni miksuba mill-Awtorità Doganali l-oħra.

4.

Fir-rigward ta’ kull dejta personali li tista’ tkun skambjata skont is-Sezzjoni IV paragarfu 3 minn (a) sa (g), membru tal-programm jista’ jitlob aċċess u/jew emenda ta’ din id-dejta li tirrelata miegħu jew magħha u li huma pproċessati minn Awtorità Doganali. Kull Awtorità Doganali għandha tgħarraf lill-membri tagħha tal-programm biex jitolbu aċċess u/jew emendi fl-ewwel istanza permezz tal-Programm ta’ Sħubija Kummerċjali tagħhom stess. Fejn xieraq, u skont il-leġiżlazzjoni domestika, l-Awtorità Doganali għandha tikkoreġi dejta mhux preċiża jew mhux kompluta. Kull Awtorità Doganali tinforma wkoll lill-membri tal-programm bl-għażliet biex wieħed ifittex rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju.

5.

Fuq talba tal-Awtorità Doganali li tipprovdi d-dejta, l-Awtorità Doganali riċevitur għandha taġġorna, tikkoreġi, timblokka, jew tħassar informazzjoni riċevuta taħt din id-Deċiżjoni li ma tkunx preċiża jew li ma tkunx kompluta jew jekk il-ġbir tagħha jew l-ipproċessar ulterjuri jkunu jiksru din id-Deċiżjoni jew is-CMAA. Kull Awtorità Doganali għandha tinnotifika lill-oħra fil-każ li ssir taf li informazzjoni materjali li tkun ittrażmettiet lill-Awtorità Doganali l-oħra jew riċevuta minn Awtorità Doganali l-oħra taħt din id-Deċiżjoni ma tkunx preċiża jew ma tkunx affidabbli jew tkun soġġetta għal dubju sinifikanti. Fejn Awtorità Doganali tiddetermina li informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-Awtorità Doganali l-oħra taħt din id-Deċiżjoni ma tkunx preċiża, din għandha tieħu l-miżuri kollha li tqis xierqa sabiex tissalvagwardja kontra d-dipendenza ħażina fuq din l-informazzjoni, inklużi t-tisħiħ, it-tħassir, jew il-korrezzjoni ta’ din l-informazzjoni.

6.

Il-konformità mad-dispożizzjonijiet f’din is-Sezzjoni minn kull Awtorità Doganali hija soġġetta għal sorveljanza u reviżjoni indipendenti mill-awtoritajiet relevanti rispettivi tagħhom (għall-Istati Uniti, l-Uffiċjal Kap tal-Privatezza tad-Dipartiment tas-Sigurtà Interna; għall-UE, is-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-Istati Membri tal-UE). Dawn l-awtoritajiet ikollhom is-setgħat effettivi li jissorveljaw, jinvestigaw, jintervjenu u jirrevedu, u jkollhom is-setgħa li jirreferu ksur tal-liġi għal prosekuzzjoni jew azzjoni dixxiplinari, fejn xieraq. Dawn jiżguraw li l-ilmenti rigward in-nuqqas ta’ konformità huma riċevuti, investigati, imwieġba, u indirizzati kif xieraq.

Taqsima VI

Ir-Reviżjoni

Il-KKKD jirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni regolarment. Din ir-reviżjoni tinkludi, b’mod partikolari:

(a)

validazzjonijiet konġunti sabiex jiġu identifikati l-punti b’saħħithom u dgħajfa fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni:

(b)

skambji ta’ opinjonijiet fuq dejta li għandha tiġi mqassma u t-trattament tal-operaturi, konsistenti ma’ din id-Deċiżjoni; kif ukoll

(c)

skambji ta’ opinjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà bħal protokolli li għandhom jiġu segwiti waqt u wara inċident ta’ sigurtà serju jew meta l-kundizzjonijiet jistħoqqilhom sospensjoni tar-rikonoxximent reċiproku.

Taqsima VII

Rikonoxximenti Ġenerali

1.

Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li timplimenta dispożizzjonijiet tas-CMAA u tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-intensifikazzjoni u t-twessigħ tas-CMAA biex jinkludi l-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-kontejners u kwistjonijiet relatati tat-28 ta’ April 2004.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata b’mod konsistenti mal-liġijiet applikabbli rispettivi, ir-regolamenti, u l-ftehimiet internazzjonali li huma parti fihom l-UE jew l-Istati Uniti.

3.

Din id-Deċiżjoni ma toħloqx jew ma tikkonferixxix xi drittijiet, privileġġi, jew benefiċċji fuq kwalunkwe parti terza, terza persuna, jew terza entità, privata jew pubblika.

4.

Kull Awtorità Doganali għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż tagħha stess li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Taqsima VIII

Il-Bidu, is-Sospensjoni u l-Waqfien

1.

Il-kooperazzjoni skont din id-Deċiżjoni tibda mal-firma mill-presidenti tal-KKKD.

2.

L-implimentazzjoni tar-Rikonoxximent Reċiproku bejn l-Istati Uniti u l-UE ssir b’mod konsistenti mal-paragrafu 1 tat-Taqsima III. Kull Awtorità Doganali tista’ tissospendi jew twaqqaf il-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni f’kull ħin iżda għandha tipprovdi mill-anqas tletin (30) ġurnata ta’ avviż bil-miktub dwar dan. Dan l-avviż huwa mogħti lil jew mill-Protezzjoni tad-Dwana u l-Fruntieri tal-Istati Uniti u d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, rispettivament.

Magħmul f'Washington, DC, l-4 ta’ Mejju 2012.

Għall-Unjoni Ewropea

Id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

Heinz ZOUREK

Għall-Istati Uniti tal-Amerika

Aġent Kummissarju, Il-Protezzjoni tad-Dwana u l-Fruntieri tal-Istati Uniti

David V. AGUILAR


(1)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.

(4)   ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.


Rettifika

5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/48


Rettifika tar-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta’ dawk il-Komunitajiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 311 tas-26 ta’ Novembru 2010 )

F’paġna 4, Artikolu 1, paragrafu 4:

minflok:

“… l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal…”,

aqra:

“… l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal…”.

F’paġna 6, Artikolu 2, paragrafu 3:

minflok:

“… l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal…”,

aqra:

“… l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal…”.