|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.143.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
2.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/1 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fil-ħidma tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen
L-Arranġament (1) imsemmi hawn fuq ġie ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Settembru 2011. Billi l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tlestew fis-26 ta’ Marzu 2012, dan l-Arranġament daħal fis-seħħ safejn hija kkonċernata l-Konfederazzjoni Svizzera, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Arranġament, fl-1 ta’ Mejju 2012.
REGOLAMENTI
|
2.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 466/2012
tal-1 ta’ Ġunju 2012
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza klorsulon
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009. |
|
(2) |
Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2). |
|
(3) |
Bħalissa s-sustanza klorsulon hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata. għall-ispeċi bovini, applikabbli għall-muskoli, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. |
|
(4) |
L-Irlanda ressqet talba lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal opinjoni għall-estrapolazzjoni tal-entrata eżistenti għall-klorsulon applikabbli għall-ħalib tal-bovini. |
|
(5) |
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (“CVMP”) irrakkomanda li jiġi stabbilit MRL provviżorju għall-klorsulon għall-ħalib tal-bovini u biex titneħħa d-dispożizzjoni li tipprojbixxi l-użu ta’ dik is-sustanza f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. |
|
(6) |
Għaldaqstant, l-entrata għall-klorsulon fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata biex tinkludi l-MRL provviżorju rrakkomandat għall-ħalib tal-bovini u biex titneħħa l-projbizzjoni eżistenti. |
|
(7) |
L-MRL provviżorju stabbilit f’dik it-Tabella għall-klorsulon għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2014. Is-CVMP rrakkomanda perjodu ta’ sentejn sabiex ikunu jistgħu jitlestew l-istudji xjentifiċi meħtieġa biex iwieġbu għal-lista tal-mistoqsijiet indirizzati lill-Irlanda mis-CVMP. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati sabiex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid stabbilit. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-entrata għall-klorsulon fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
Sustanza attiva farmakoloġikament |
Markatur tar-residwi |
Speċi tal-Annimali |
MRL |
Tessuti fil-Mira |
Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni terapewtika |
|
“Klorsulon |
Klorsulon |
Bovini |
35 μg/kg |
Il-muskoli |
|
Aġenti antiparassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti” |
|
100 μg/kg |
Il-fwied |
|||||
|
200 μg/kg |
Il-kliewi |
|||||
|
16 μg/kg |
Il-ħalib |
L-MRL provviżorju għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2014 |
|
2.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 467/2012
tal-1 ta’ Ġunju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
87,5 |
|
MA |
66,7 |
|
|
TR |
81,9 |
|
|
ZZ |
78,7 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
43,6 |
|
TR |
120,2 |
|
|
ZZ |
81,9 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
99,0 |
|
ZZ |
99,0 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
113,6 |
|
ZA |
143,0 |
|
|
ZZ |
128,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
108,9 |
|
BR |
83,7 |
|
|
CA |
161,4 |
|
|
CL |
104,5 |
|
|
CN |
87,3 |
|
|
NZ |
139,8 |
|
|
US |
189,2 |
|
|
UY |
67,3 |
|
|
ZA |
110,3 |
|
|
ZZ |
116,9 |
|
|
0809 29 00 |
US |
577,9 |
|
ZZ |
577,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
2.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Jannar 2012
dwar l-Għajnuna mill-Istat C 21/10 (ex E 1/10) – il-Finlandja li ssegwi ċ-ċaħda tal-miżuri xierqa għall-Iskema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ Linji Gwida riveduti biex tiġi eżaminata l-għajnuna mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 10065)
(It-testi bil-Finlandiż u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/287/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem TFUE) u, b’mod partikolari, il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 108 tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom (1) skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fl-2004, il-Kummissjoni adottat Linji Gwida riveduti biex tiġi eżaminata l-għajnuna mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura (minn hawn ‘il quddiem il-Linji Gwida) (2). Bl-ittra tal-21 ta’ Ottubru 2004, skont il-punt 5.2 ta’ dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri, fost l-oħrajn lill-Finlandja, biex jimmodifikaw l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti tagħhom sabiex jagħmluhom kompatibbli ma’ dawn il-Linji Gwida l-ġodda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005 u biex jikkonfermaw bil-miktub li huma jaċċettaw il-proposti għal miżuri xierqa sa mhux aktar tard mil-15 ta’ Novembru 2004 (3). |
|
(2) |
Bl-ittri tal-15 ta’ Novembru 2004, tal-20 ta’ Jannar 2005 u tal-14 ta’ Ġunju 2005, il-Finlandja indikat li ma qablitx li temenda l-iskema ta’ għajnuna “Skema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd” sabiex tagħmilha kompatibbli ma’ dawn il-Linji Gwida. Dik l-iskema ġiet notifikata lill-Kummissjoni fis-27 ta’ April 1995 abbażi tal-Artikolu 144 (a) tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea, u wara tqieset bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 88 (1) tat-Trattat KE (issa l-Artikolu 108 TFUE). |
|
(3) |
Fil-11 ta’ Ottubru 2005 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Finlandja. Il-Finlandja bagħtet informazzjoni addizzjonali bl-ittra tal-24 ta’ Novembru 2005. |
|
(4) |
Il-Linji Gwida reġgħu ġew riveduti fl-2008 (4) u l-Kummissjoni talbet ukoll lill-Istati Membri, bl-ittri tal-15 ta’ April 2008, biex jimmodifikaw l-iskemi eżistenti tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2008 (5). |
|
(5) |
Il-Finlandja wieġbet bl-ittra tat-30 ta’ Mejju 2008 li xorta waħda kienet lesta temenda l-Iskema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd tagħha kif kien propost fl-2005 iżda mhux sal-punt meħtieġ mill-miżuri xierqa. Fis-6 ta’ Marzu 2009 saret laqgħa mill-ġdid bejn il-Kummissjoni u l-Finlandja. |
|
(6) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2009 il-Kummissjoni bagħtet l-aħħar talba għall-informazzjoni, li kienet tindika li fil-każ li l-Finlandja ma taċċettax il-miżuri xierqa proposti, il-Kummissjoni tkun obbligata ssegwi l-proċedura tal-Artikolu 19 (2) u tal-Artikolu 4 (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (6) u tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108 (2) tat-TFUE. Il-Finlandja wieġbet bl-ittra tat-18 ta’ Novembru 2009. |
|
(7) |
Minħabba li l-Finlandja ma aċċettatx fl-intier tagħha l-proposta għall-modifika fir-rigward ta’ din l-iskema, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda dik il-proċedura. Dik id-deċiżjoni ġiet notifikata bl-ittra tal-15 ta’ Settembru 2010 li kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali (7). |
|
(8) |
Il-Finlandja wieġbet bl-ittra tal-15 ta’ Novembru 2010. Barra minn hekk, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn tliet partijiet interessati: żewġ ittri mibgħuta minn żewġ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sajjieda professjonali Finlandiżi, Suomen Ammatikalastajalitto SAKL ry (l-ittra tat-8 ta’ Novembru 2011) u Kalatalouden Keskusliitto (l-ittra tas-16 ta’ Novembru 2010) u ittra mibgħuta mis-sitt assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd fil-Finlandja (l-ittra tas-16 ta’ Novembru 2010). Fis-6 ta’ Diċembru 2010 intbagħtu kopji ta’ dawn l-ittri lill-awtoritajiet Finlandiżi. Aktar tard, fit-13 ta’ Jannar 2011 ir-rappreżentanti ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet iltaqgħu mas-servizzi tal-Kummissjoni u pprovdew dokumenti komplimentari. |
|
(9) |
Minħabba li l-Kummissjoni kellha bżonn xi kjarifika dwar l-informazzjoni li kien hemm fl-ittra mibgħuta fil-15 ta’ Novembru 2010, fl-4 ta’ April 2011 saret laqgħa mal-awtoritajiet Finlandiżi fil-bini tal-Kummissjoni. Fit-13 ta’ April u fit-13 ta’ Mejju 2011 l-awtoritajiet Finlandiżi bagħtu wkoll informazzjoni addizzjonali permezz ta’ messaġġi. |
|
(10) |
Fl-aħħar, minħabba li mill-informazzjoni li l-Finlandja bagħtet irriżulta li kienet lesta temenda l-iskema b’tali mod li tagħmilha kompatibbli mas-suq intern, bl-ittra tas-6 ta’ Lulju 2011 il-Kummissjoni talbet lill-Finlandja tikkonferma l-impenn uffiċjali tagħha li temenda l-leġiżlazzjoni li tikkostitwixxi l-bażi legali ta’ dik l-iskema. Il-Finlandja wieġbet b’mod pożittiv bl-ittra tad-19 ta’ Settembru 2011. |
2. DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(11) |
Din l-iskema ta’ għajnuna hija bbażata fuq il-Liġi Nru 331 tat-23 ta’ Lulju 1958, emendata l-aħħar bil-liġi Nru 1236 tad-29 ta’ Jannar 1999 (8). Il-Finlandja kkomunikat din l-iskema lill-Kummissjoni eżatt wara li ngħaqdet mal-Komunità Ewropea, abbażi tal-Artikolu 144 (a) tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea. Minn dakinhar, din l-iskema ta’ għajnuna tqieset bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 88 tat-Trattat KE (issa l-Artikolu 108 (1) TFUE). |
|
(12) |
Il-benefiċjarji ta’ din l-iskema ta’ assigurazzjoni huma l-intrapriżi tas-sajd li jwettqu l-attività tas-sajd b’mod permanenti fil-Finlandja. Din l-assigurazzjoni hija mogħtija minn sitt assoċjazzjonjiet tal-assigurazzjoni tas-sajd li jkopru l-Finlandja kollha. Kull assoċjazzjoni tkopri żona ġeografika stabbilita. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 7 ta’ dik il-liġi, l-assoċjazzjoni tas-sajd tingħata ħlas annwali bħala għajnuna mill-Istat li jammonta għal parti mill-pretensjonijiet li l-assoċjazzjoni tkun ħallset taħt kuntratti tal-assigurazzjoni koperti b’din il-liġi. Skont l-Artikolu 2, il-pretensjonijiet jistgħu jkopru l-ħsarat li ġejjin:
|
|
(14) |
Il-liġi tiddeskrivi wkoll il-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-pretensjonijiet jiġu kkunsidrati. Il-kundizzjonijiet li ġejjin huma partikolarment rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni: l-oġġetti assigurati għandhom jkunu magħmulin sew biżżejjed u fi stat kompletament tajjeb għall-użu; it-tagħmir għandu jkun ġie assigurat fl-applikazzjoni għall-valur sħiħ tiegħu; il-ħsara għandha tintwera b’mod affidabbli. |
|
(15) |
Bl-ittra tagħha tal-15 ta’ Novembru 2004, il-Finlandja spjegat kif din l-iskema ta’ għajnuna taħdem b’rabta mal-ħsarat imġarrba mill-intrapriżi tas-sajd. L-ewwel nett, hemm konċessjoni marbuta mal-ammont tal-pretensjoni eliġibbli, li tikkorrispondi għal 25 % fil-każ ta’ ħsarat li ma jeċċedux il-EUR 504,56 jew massimu ta’ 5 % fil-każ ta’ ħsarat li jeċċedu dik iċ-ċifra; it-tnaqqis ta’ din il-konċessjoni jagħti l-ammont tal-kumpens imħallas lill-intrapriża mill-assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni tas-sajd ikkonċernata. Ir-rimborż li l-Istat iħallas lill-assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni tas-sajd imbagħad jiġi ugwali għal 40 % tal-kumpens imħallas meta l-ammont ta’ ħsarat jitla’ għal EUR 504,56 u ugwali għal 90 % meta dan l-ammont ikun iktar minn EUR 504,56. |
|
(16) |
Fl-ittra sussegwenti tagħha tal-24 ta’ Novembru 2005, il-Finlandja pproponiet li din l-iskema tiġi emendata sabiex l-għajnuna mill-Istat tingħata biss biex tikkumpensal-ħsarat ikkaġunati mill-kundizzjonijiet partikolari relatati mal-Finlandja, inkluż il-kundizzjoni li l-ħsara sseħħ fit-Tramuntana tad-59 parallel. |
|
(17) |
Fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Novembru 2004, il-Finlandja ddeskriviet x’inhuma l-kundizzjonijiet speċifiċi li hija tikkunsidra li huma relatati mal-Finlandja għall-attività tas-sajd. Dawn il-kundizzjonijiet huma kkawżati mill-kundizzjonijiet klimatiċi, fost oħrajn, il-formazzjoni tas-silġ li tista’ tikkawża ħsara fil-bastimenti kif ukoll fl-irkaptu u temperaturi tal-iffriżar li jistgħu jaffettwaw il-magna tal-bastiment. Dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi jsiru aktar gravi b’fatturi bħat-topografija tal-baħar tal-Finlandja b’ilmijiet baxxi u b’baħar li l-qiegħ tiegħu mhuwiex uniformi f’arċipelagu dens; f’dawn il-kundizzjonijiet, ir-riskju li vapur jegħreq minħabba maltempati u kurrenti f’kundizzjonijiet ta’ silġ huwa pjuttost għoli. Barra minn hekk, hemm popolazzjoni kbira tal-foki li tikkawża telf sinifikanti lill-industrija tas-sajd billi tagħmel ħsara lill-irkaptu; xi drabi l-marguni wkoll jistgħu jikkaġunaw ħsarat lill-irkaptu (l-għeżula). |
|
(18) |
Mis-sena 2004 sas-sena 2009, l-għadd annwali ta’ avvenimenti li rriżultaw f’kumpens, il-kumpens annwali globali imħallas mill-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd u l-parti rimborżata mill-Istat, huwa kif ġej:
|
|
(19) |
Il-ħlasijiet magħmula mill-assoċjazzjonijiet huma relatati madwar 50 % mal-irkaptu, 45 % mal-bastimenti u 5 % mat-tagħmir l-ieħor. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(20) |
Kif indikat hawn fuq (9), din l-iskema ta’ għajnuna ġiet notifikata lill-Kummissjoni fl-1995 abbażi tal-Artikolu 144(a) tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea, u wara tqieset bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE. Il-Linji Gwida li kienu japplikaw sar-reviżjoni tal-2004 kellhom dispożizzjoni speċifika dwar għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni u kien abbażi ta’ din id-dispożizzjoni li din l-iskema ta’ għajnuna kienet ikkunsidrata kompatibbli mas-suq intern. Dik id-dispożizzjoni tneħħiet bir-reviżjoni tal-2004. |
|
(21) |
Fil-bidu ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ħsarat koperti bl-Iskema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd ma jistgħux jitqiesu li huma kkaġunati minn okkorrenza eċċezzjonali jew minn diżastru naturali iżda pjuttost ikkaġunati minn sitwazzjoni permanenti u strutturali, jiġifieri mill-kuntest permanenti u strutturali li fih titwettaq l-attività tas-sajd fl-ilmijiet tal-Finlandja. |
|
(22) |
Għal din ir-raġuni, f’konformità mal-Linji Gwida (10), il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-għajnuna kienet għajnuna operazzjonali li teoretikament hija inkompatibbli minħabba li għandha l-effett li żżid il-likwidità tan-negozju tal-intrapriżi li jibbenefikaw minnha u kienet mogħtija mingħajr ma imponiet l-ebda obbligu min-naħa tal-benefiċjarji. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument tal-awtoritjiet Finlandiżi li ġġustifikaw din l-iskema ta’ għajnuna billi kkwalifikawha bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Il-Finlandja ma tat l-ebda argument speċifiku li jiġġustifika li d-dispożizzjoni tal-assigurazzjoni għall-impriżi tas-sajd setgħet tiġi kkwalifikata bħala servizz ta’ dak it-tip u l-Kummissjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dik l-iskema, ma kkunsidratx li setgħet tiġi kkwalifikata bħala tali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-assoċjazzjoniet tal-assigurazzjoni tas-sajd jipprovdu servizzi tal-assigurazzjoni lil grupp speċifiku biss ta’ intrapriżi li jkollhom attività ekonomika li tikkonsisti fil-produzzjoni ta’ prodotti mibjugħa fis-suq, dawk li huma attivi fis-settur tas-sajd. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha dubji serji li l-għoti ta’ assigurazzjoni kummerċjali lil grupp partikolari ta’ impriżi ekonomiċi jista’ jikkwalifika bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
4. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET FINLANDIŻI U MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI
4.1. Kummenti mill-awtoritajiet Finlandiżi
|
(24) |
L-awtoritajiet Finlandiżi fakkru l-karatteristiċi ewlenin tal-funzjonament ta’ din is-sistema tal-assigurazzjoni. Ressqu wkoll deskrizzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet speċifiċi li l-industrija tas-sajd qed taffaċċja fil-Finlandja: kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi b’xitwa kkaratterizzata minn silġ u dlam, it-topografija tal-ilmijiet kostali b’ilmijiet baxxi u b’qiegħ tal-baħar mhux uniformi, u l-eżistenza ta’ popolazzjoni kbira tal-foki. |
|
(25) |
Ressqu wkoll informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ offerta għall-kopertura tal-assigurazzjoni mis-settur privat tal-assigurazzjoni lill-industrija tas-sajd bl-istess livell ta’ kopertura għal dawn it-tipi ta’ ħsarat. Mar-risposta tagħhom l-awtoritajiet Finlandiżi hemżu ittra mill-Konfederazzjoni Finlandiża tas-Settur Finanzjarju Finanssialan Keskusliitto bħala appoġġ għall-pożizzjoni tagħhom. |
|
(26) |
Barra minn hekk, indikaw li l-valur tal-importazzjonijiet jikkorrispondi għal 6,8 drabi tal-valur tal-esportazzjonijiet. Fl-2009, il-Finlandja importat 95 046 tunnellata ta’ ħut għal valur ta’ EUR 244,5 miljun filwaqt li esportat 59 905 tunnellati għal valur ta’ EUR 36 miljun. Mill-ħut ikkunsmat, 30 % biss qed joriġina mill-Finlandja. Bejn l-2000 u l-2009 il-konsum annwali tal-ħut Finlandiż naqas minn 6,1 kg għal 4,5 kg filwaqt li l-konsum tal-ħut importat żdied minn 6,6 kg għal 11,2 kg. Skont l-awtoritajiet Finlandiżi, dan juri li din l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat ma jista’ jkollha l-ebda effett negattiv fuq il-kompetizzjoni. |
|
(27) |
L-awtoritajiet Finlandiżi qed ifakkru li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha għall-bidu tal-proċedura, osservat li t-tneħħija tad-dispożizzjoni dwar għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni fil-Linji Gwida tal-2004 kienet tfisser li din it-tip ta’ għajnuna mill-Istat ma kinitx permessa iżjed. L-awtoritajiet Finlandiżi ma jaqblux ma’ dik il-pożizzjoni. L-ewwel u qabel kollox, din l-iskema ta’ assigurazzjoni tibqa’ kompletament ġustifikata mill-kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi speċifiċi li jokkorru fl-ilmijiet tal-Finlandja. Barra minn hekk, fis-sena 2000 din l-iskema kienet meqjusa kompatibbli, minkejja li tali għajnuna ma kinitx fost dawk imniżżla bħala permessi li jkunu kkunsidrati kompatibbli mil-Linji Gwida tal-1997 (11) li kienu japplikaw dak iż-żmien, f’kuntest li jixbah lil dak li kien jeżisti mill-2004 bil-Linji Gwida tal-2004 u tal-2008. |
|
(28) |
Madankollu, f’dawn il-kummenti, il-Finlandja tindika li hija lesta timmodifika l-iskema tagħha kif ġej:
|
|
(29) |
Il-Finlandja tikkunsidra li din il-modifika tista’ ssir sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dan id-dewmien huwa meħtieġ għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni attwali fis-seħħ tiġi emendata u li l-bażi legali ta’ din l-iskema tiġi stabbilita (il-liġi Nru 331 tat-23 ta’ Lulju 1958) u, it-tieni nett, il-ħtieġa li jintemmu l-kuntratti attwali fl-iskema eżistenti. L-Iskema l-ġdida tal-Assigurazzjoni tas-Sajd imbagħad tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(30) |
Kif indikat hawn fuq (12), l-awtoritajiet Finlandiżi bl-ittra tad-19 ta’ Settembru 2011 ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jemendaw il-leġiżlazzjoni li tikkostitwixxi l-bażi legali ta’ dik l-iskema. Huma indikaw li, jekk il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finali tagħha f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, ikunu jistgħu jippreżentaw proposta lill-Parlament tagħha kmieni biżżejjed fl-2012 sabiex il-liġi tkun tista’ tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013. Madankollu, huma enfasizzaw li jenħtieġ perjodu tranżizzjonali għall-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda minħabba li se jkun hemm bżonn ta’ tibdiliet fit-termini tal-kuntratti tal-assigurazzjoni fis-seħħ. Għal dak il-għan, huma jikkunsidraw li dawn it-tibdiliet f’dawn il-kuntratti jistgħu jsiru sal-1 ta’ Jannar 2014 u li l-kundizzjonijiet emendati jiġu applikati lill-għajnuna mogħtija lill-assiguraturi minn dik id-data ‘l quddiem. |
4.2. Kummenti mill-Partijiet Terzi
|
(31) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand żewġ assoċjazzjonijiet tas-sajjieda: Suoman Ammattikalastajaliitto u Katatalouden Keskuliitto. Fuq l-istess livell tal-awtoritajiet Finlandiżi, iż-żewġ assoċjazzjonijiet għamlu enfasi fuq il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sajd fil-Finlandja u n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ offerti tal-assigurazzjoni għall-ħsarat koperti. Waħda minnhom (Suoman Ammattikalastajaliitto) osservat li l-Kummissjoni ma tat l-ebda evidenza li din l-iskema ta’ għajnuna aktarx taffettwa l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, u nnutat b’mod partikolari li s-sajd professjonali attwalment huwa s-sors ta’ 7 % biss tal-ħut ikkunsmat fil-pajjiż u, għaldaqstant, l-industrija tas-sajd u s-suq tal-ħut tal-Finlandja jiddependu mill-ħut importat. Għal dik ir-raġuni, din l-assoċjazzjoni tqis li l-konklużjoni preliminari espressa fil-bidu tal-proċedura hija bla bażi. |
|
(32) |
L-Assoċjazzjonijiet tal-Assigurazzjoni tas-Sajd jappoġġjaw ukoll il-pożizzjoni espressa mill-awtoritajiet Finlandiżi. Huma juru li l-industrija tas-sajd fl-ilmijiet tal-Finlandja qiegħda taffaċja kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi speċifiċi ferm. Huma jindikaw li din is-sistema ta’ assigurazzjoni kienet stabbilita minħabba n-nuqqas ta’ offerta mis-settur privat tal-assigurazzjoni li ma kienx lest li jkopri tali riskji għall-attività tas-sajd li hija attività ta’ importanza marġinali. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjonijiet tal-Assigurazzjoni tas-Sajd huma obbligati jassiguraw lis-sajjieda kollha stabbiliti fir-reġjun tal-kompetenza tagħhom. |
5. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(33) |
L-Artikolu 107 (1) tat-TFUE jgħid li: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(34) |
Parti mill-kumpens imħallas lill-intrapriżi tas-sajd mill-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd ġej mill-flejjes mogħtija mill-Istat lil dawn l-assoċjazzjonijiet. Dawn il-flejjes jiġu mill-baġit tal-Istat. Minħabba li dan il-kumpens iġib vantaġġ finanzjarju lill-intrapriżi tas-settur tas-sajd, huwa vantaġġ settorjali mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat. |
|
(35) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt biss li l-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża, meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri oħrajn, tissaħħaħ billi tingħata vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tirċievi fit-twettiq ordinarju tal-attività tagħha, jindika li hemm riskju ta’ tfixkil fil-kompetizzjoni (13). Barra minn hekk, għajnuna lil impriża li topera f’suq miftuħ għal kummerċ fl-Unjoni hija soġġetta li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (14). |
|
(36) |
Minħabba li fl-Unjoni Ewropea hemm kummerċ sostanzjali fil-prodotti tas-sajd, din il-miżura ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ dawn l-intrapriżi fis-suq tal-Unjoni u għaldaqsant hija soġġetta li tfixkel jew thedded il-kompetizzjoni u li taffettwa l-kummerċ fl-Unjoni (15). Il-fatt li kien hemm iżjed importazzjonijiet milli esportazzjonijiet jew li l-maġġoranza tal-ħut ikkonsmat ġej minn pajjiżi oħrajn mhuwiex rilevanti. Għall-kuntrarju, dan juri li s-suq għall-prodotti tas-sajd fil-Finlandja fil-fatt huwa miftuħ ferm u għalhekk jissuġġerixxi li l-għajnuna lill-impriżi Finlandiżi tagħti appoġġ lill-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-impriżi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra u tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni. Anki l-fatt li l-kwantità tal-ħut importat li jiġi kkunsmat jista’ jkun li żdiedet meta mqabbla ma’ dik tal-ħut mhux importat li jiġi kkunsmat, ma jbiddel xejn minn dak il-lat; dan jista’ jissuġġerixxi biss li l-impriżi Finlandiżi ma għamlux l-adattamenti meħtieġa biex isegwu l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi relatati mas-suq tal-prodotti tas-sajd fil-Finlandja. Fi kwalunkwe avveniment, dawn l-impriżi jibbenefikaw minn għajnuna li tappoġġja l-pożizzjoni tagħhom fis-suq intern fir-rigward ta’ impriżi barranin. |
|
(37) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, jista’ jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107 (1) jintlaħqu u li l-kumpens imħallas lill-intrapriżi tas-sajd u li ġej mill-baġit tal-Istat huwa għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE. |
5.2. Kompatibbiltà mas-suq intern
5.2.1. In-natura ta’ din l-iskema ta’ għajnuna
|
(38) |
L-Iskema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd għandha l-għan li tkopri l-ispejjeż li huma parzjalment koperti minn primjums tal-assigurazzjoni. Mhijiex minnha nnifisha għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni; ma għandhiex l-għan li tkopri parti mill-primjums tal-assigurazzjoni, iżda li tkopri parti mill-pretensjonijiet għall-kumpens ippreżentati mill-intrapriżi lill-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd. |
|
(39) |
Madankollu, minħabba li dawn il-pretensjonijiet huma sottomessi lil dawn l-assoċjazzjonijiet li jridu jħallsu l-ammont eliġibbli tal-ħsarat imġarrba, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effett ta’ din l-għajnuna huwa li jitnaqqsu l-primjums li l-intrapriżi tas-sajd kellhom iħallsu li kieku l-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd ikkonċernati ma kinux qed jistennew li jirċievu flejjes mill-Istat. Għalhekk, dan għandu l-istess effett ta’ skema ta’ għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, din l-iskema tista’ tiġi meqjusa bħala skema ta’ għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni. |
5.2.2. Kompatibbiltà mas-suq intern
|
(40) |
Il-Kummissjoni ma tistax taqbel mal-fehma tal-awtoritajiet Finlandiżi meta dawn jgħidu li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-Linji Gwida tal-2004 u tal-2008 tista’ titqabbel ma’ dik tal-Linji Gwida tal-1997 billi jitqies li fl-ebda dokument minn dawn ma ġiet stabbilita dispożizzjoni dwar għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni. It-tneħħija tad-dispożizzjoni speċifika dwar tali għajnuna fl-2004, li qabel kienet miġbura fil-Linji Gwida tal-2001 (16), turi li l-Kummissjoni, bir-reviżjoni tal-2004, ikkunsidrat b’mod ċar li din l-għajnuna ma setgħetx tibbenefika iżjed minn deroga mill-prinċipju tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern u titqies kompatibbli magħha mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2004. Dik id-deċiżjoni ta’ politika ma nbidlitx bir-reviżjoni li saret wara, jiġifieri l-Linji Gwida tal-2008. |
|
(41) |
Barra minn hekk, il-qafas ġenerali li bih il-Kummissjoni qed tivvaluta l-għajnuna mill-Istat għall-primjums tal-assigurazzjoni nbidel. Fis-sena 2000 (17) il-Kummissjoni qieset li din l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat kienet kompatibbli għall-kumpens li rriżulta mill-“kundizzjonijiet eċċezzjonali speċifikament relatati mat-temp u maż-żoni kostali tal-Finlandja”. Biex tilħaq dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni fir-raġunament tagħha għamlet referenza għas-sitwazzjoni fis-settur agrikolu li għalih ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni fil-Linji Gwida li japplikaw għas-settur agrikolu, iżda fejn il-Kummissjoni kellha l-prassi li tiddeċiedi b’mod pożittiv fuq bażi ta’ każ b’każ għal miżura ta’ għajnuna b’rabta mal-assigurazzjoni kontra d-diżastri naturali u l-assigurazzjonijiet eċċezzjonali. Fis-sena 2000, kemm għas-settur tas-sajd kif ukoll għal dak agrikolu, il-Kummissjoni ċċarat il-politika tagħha billi stabbiliet kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-valutazzjoni (18) ta’ din it-tip ta’ għajnuna fil-Linji Gwida rispettivi. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, dawn il-kriterji għadhom jeżistu fil-Linji Gwida tal-agrikoltura (19) filwaqt li fil-Linji Gwida tas-sajd ma għadhomx. Għaldaqstant, filwaqt li l-Kummissjoni, fis-settur agrikolu, stabbiliet kriterji preċiżi biex l-għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, dawk il-kriterji ġew imħassra fil-Linji Gwida tas-sajd. Għas-settur tas-sajd, il-Kummissjoni mbagħad għandha l-obbligu li terġa’ lura għall-prinċipju ġenerali tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat u li tivvaluta l-kompatibbiltà jew l-inkompatibbiltà ta’ skema ta’ dak it-tip abbażi tad-dispożizzjonijiet li jistgħu japplikaw. |
|
(42) |
Id-dispożizzjoni tal-Linji Gwida attwali li jistgħu japplikaw hija l-Paragrafu 4.9 li jgħid li l-miżuri ta’ għajnuna li għalihom ma hemmx dispożizzjoni applikabbli fil-paragrafi l-oħra li fihom il-kategoriji differenti ta’ għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern teoretikament ma jistgħux jiġu kkunsidrati kompatibbli. |
|
(43) |
Madankollu, bħala eċċezzjoni skema ta’ għajnuna tista’ titqies kompatibbli jekk l-Istat Membru juri li hija konformi mad-diversi prinċipji stipulati f’dawk il-Linji Gwida u taqdi l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd. |
|
(44) |
Il-Finlandja fit-tweġiba tagħha għall-bidu tal-proċedura għamlet proposti konkreti biex l-iskema tiġi emendata b’mod restrittiv (20). Barra minn hekk iġġustifikat il-kontinwazzjoni tagħha bl-eżistenza ta’ falliment tas-suq fis-suq tal-assigurazzjoni għall-kopertura ta’ parti sinifikanti ta’ dawn il-ħsarat. |
|
(45) |
Fl-ittra tagħha mehmuża ma’ din it-tweġiba, il-Konfederazzjoni Finlandiża tas-Settur Finanzjarju Finanssialan Keskusliitto tagħraf li huma ma jkunux jistgħu jkopru l-ħsarat kollha minħabba li issa tinsab msieħba mal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni tas-Sajd. Din il-kopertura tkun waħda parzjali ferm jew, saħansitra f’ċerti każijiet, bħal pereżempju meta jkun hemm ħsarat fl-irkapti, din il-kopertura ma tkunx possibbli. Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma jistgħux iqisu dawn il-ħsarat b’mod li jistgħu jiġu assigurati jew, biex jikkunsidrawhom għal hekk, il-primjums tal-assigurazzjoni jkunu ogħla minn rata raġonevoli. |
|
(46) |
Dan juri li l-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd mhumiex f’pożizzjoni li jfixklu l-kompetizzjoni fir-rigward tal-kumpaniji privati tal-assigurazzjoni. Dan jikkaratterizza l-eżistenza ta’ falliment tas-suq fil-Finlandja għall-kopertura ta’ dawn il-ħsarat minn kumpaniji privati. |
|
(47) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tindirizza falliment tas-suq tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta din taqdi l-għanijiet ta’ interess komuni. Dan jaqdi r-rekwiżiti tal-punt 4.9 tal-Linji Gwida li jikkonċerna l-konformità mal-prinċipji stipulati fil-Linji Gwida u mal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd. |
|
(48) |
L-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd huma li jiġi żgurat l-isfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li joħloq kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli (21). Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-iskema, kif emendata skont il-modifiki deskritti mill-Finlandja, tagħti kontribut biex tali kundizzjonijiet jiġu pprovduti. Flimkien mal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni għall-isfruttar ta’ dawn ir-riżorsi, l-iskema tippermetti l-kontinwazzjoni tas-sajd f’kundizzjonijiet li huma dawk speċifiċi għall-ilmijiet kostali tal-Finlandja, inkluż il-ħsarat ikkaġunati lit-tagħmir (xbieki tas-sajd) mill-foki u, xi drabi, mill-marguni. Dan jgħin biex l-intrapriżi tas-sajd li qegħdin jaffaċċjaw ir-restrizzjonijiet speċifiċi tat-twettiq tas-sajd f’dawn l-ilmijiet jiġu pprovduti b’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali tajbin. Dan jgħin ukoll fiż-żamma tan-nisġa soċjoekonomika tal-komunitajiet kostali kkonċernati. |
|
(49) |
Barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li din l-iskema ta’ għajnuna, meta tiġi emendata, fl-ebda każ ma toffri kumpens sħiħ għall-ħsarat ikkonċernati. Ser tibqa’ teżisti s-sistema attwali, l-ewwel b’konċessjoni u t-tieni, b’rimborż parzjali biss tal-kumpens imħallas (22) Għaldaqstant, tibqa’ l-eżistenza ta’ kontraparti meħtieġa mill-benefiċjarji ta’ din l-iskema ta’ għajnuna, kif mitlub mill-Punt 3.3 tal-Linji Gwida. |
|
(50) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu li l-Finlandja tqis li hu meħtieġ biex l-iskema (23) tiġi emendata huwa aċċettabbli. Filwaqt li titqies il-proċedura leġiżlattiva meħtieġa, id-data ta’ skadenza tal-1 ta’ Jannar 2013 għad-dħul fis-seħħ tal-liġi li temenda l-bażi legali attwali ta’ din l-iskema hija waħda raġonevoli. Barra minn hekk, f’dak iż-żmien, il-kuntratti tal-assigurazzjoni fis-seħħ bejn l-intrapriżi tas-sajd u l-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sajd ikunu ġew imġedda matul is-sena 2012 skont il-kundizzjonijiet li jkunu japplikaw f’dik id-data, u li jiskadu matul is-sena 2013. Huwa raġonevoli li dawn il-kuntratti jitħallew sakemm jiskadu skont it-termini maqbula. Wara jiġu mġedda mill-ġdid fl-2013 skont il-kundizzjonijiet il-ġodda li jkunu japplikaw f’dan iż-żmien. Għaldaqstant, id-data ta’ skadenza aħħarija tal-31 ta’ Diċembru 2013 bi dħul fis-seħħ ta’ dawn il-kuntratti adattati l-ġurnata ta’ wara, jiġifieri fl-1 ta’ Jannar 2014, hija ġġustifikata. |
6. KONKLUŻJONI
|
(51) |
Fid-dawl ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-‘Iskema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd’ tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta tiġi emendata skont il-prinċipji li ġejjin:
|
|
(52) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-impenn tal-awtoritajiet Finlandiżi li jemendaw il-bażi legali ta’ dik l-iskema ta’ għajnuna sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013 sabiex it-termini tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jinbidlu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iskema ta’ għajnuna eżistenti “Skema tal-Assigurazzjoni tas-Sajd” li kienet soġġetta għal proposta għal miżuri xierqa wara r-reviżjoni tal-Linji Gwida għall-eżaminazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura hija kompatibbli mas-suq intern meta tiġi emendata skont l-impenn li ġej magħmul mill-Finlandja:
|
— |
l-esklużjoni tal-bastimenti li jwettqu s-sajd fil-baħar internazzjonali, li teoretikament tfisser l-esklużjoni tal-bastimenti li huma itwal minn 12-il metru; |
|
— |
l-eliġibbiltà għall-ħsarat mġarrba biss fl-ilmijiet territorjali tal-Finlandja jew fiż-żona ekonomika esklussiva tagħha; |
|
— |
il-kopertura tal-ħsarat li huma kkawżati mill-kundizzjonijeit speċifiċi tal-Finlandja biss u għaldaqstant ikkawżati mill-kundizzjonijiet klimatiċi jew ġeografiċi negattivi (silġ, borra, maltempati kbar, sikek f’ilmijiet baxxi) jew mill-foki u l-marguni, u li minħabba f’hekk isofru l-bastimenti u l-irkaptu tas-sajd kif ukoll it-trasport u l-vetturi tat-trasport u tagħmir speċifiku ieħor użat għas-sajd fix-xitwa. |
2. Id-dispożizzjonijiet legali li jemendaw din l-iskema għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013 u l-kuntratti rilevanti tal-assigurazzjoni konklużi abbażi tad-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 273, 9.10.2010, p. 6.
(2) ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) L-aċċettazzjoni tal-Linji Gwida tal-2004 kienet ippubblikata fil-ĠU C 278, 11.11.2005, p. 14 (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) L-aċċettazzjoni tal-Linji Gwida tal-2008 kienet ippubblikata fil-ĠU C 115, 20.5.2009, p. 15.
(7) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(8) Din l-aħħar emenda hija l-unika waħda li emendat il-liġi minn meta saret l-adeżjoni tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea. Din l-emenda saret minħabba li ġiet stabbilita l-Aġenzija Finlandiża għall-Monitoraġġ tas-Settur tal-Assigurazzjoni. Ma kienet twassal għall-ebda konsegwenza mill-perspettiva tar-reġim tal-għajnuna mill-Istat innifsu.
(9) Ara l-Punt 2.
(10) Ara l-paragrafu 3.7 fil-Linji Gwida tal-2004 u l-Paragrafu 3.4 fil-Linji Gwida tal-2008.
(11) ĠU C 100, 27.3.1997, p. 12 (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Ara l-Premessa 10.
(13) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 1980 fil-Kawża 730/79, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980] Ġabra 2671.
(14) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tat-13 ta’ Lulju 1988 fil-Kawża 102/87 ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [1988] Ġabra 4067.
(15) Mid-dejta maħruġa mill-Eurostat jidher li matul l-2007 u l-2009 il-Finlandja importat medja ta’ 30 000 tunellata ta’ prodotti tas-sajd kull sena minn Stati Membri oħrajn għal valur medju ta’ EUR 90 miljun fis-sena u esportat fi Stati Membri oħrajn medja ta’ 20 000 tunellata fis-sena tul l-istess perjodu għal valur medju ta’ EUR 15-il miljun fis-sena.
(16) ĠU C 19, 20.1.2001, p. 7 (mhux disponibbli bil-Malti).
(17) Deċiżjoni kkomunikata lill-Finlandja bl-ittra tal-11 ta’ Mejju 2000.
(18) Għas-settur agrikolu, ĠU C 28, tal-1.2.2000, p. 2 (ara l-paragrafu 11.5.1) (mhux disponibbli bil-Malti); għas-settur tas-sajd il-Linji Gwida tal-2001 (ara iktar ‘il fuq in-nota numru 14 f’qiegħ il-paġna).
(19) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti); ara l-Punt 140 li jirreferi għall-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.
(20) Ara aktar ’il fuq il-Punt 28.
(21) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [Politika Komuni tas-Sajd], ĠU L 358,tal-31.12.2002, p. 59.
(22) Ara aktar’il fuq il-Punt 15.
(23) Ara aktar’il fuq il-Punt 30.