ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.140.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
30 ta' Mejju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-format tar-rapportar perjodiku tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet li għandu jiġi sottomess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ( 1 )

2

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ( 1 )

14

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ( 1 )

17

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ( 1 )

32

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

53

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 451/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf li jappartjenu mal-grupp funzjonali tal-addittivi tal-magħlef iffermentat ( 1 )

55

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

64

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 453/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

66

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/281/PESK tad-29 ta' Mejju 2012 fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà b’appoġġ għall-proposta tal-Unjoni għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku.

68

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ( ĠU L 36, 9.2.2012 )

74

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela, li ġie ffirmat f’Ġinevra fil-31 ta’ Mejju 2010  (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012.


(1)   ĠU L 141, 9.6.2010, p. 3.


REGOLAMENTI

30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/2


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 446/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-format tar-rapportar perjodiku tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet li għandu jiġi sottomess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-punt(e) tal-Artikolu 21(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt(e) tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jeħtieġ lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) tissottometti abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sat-2 ta’ Jannar 2012 biex ikunu approvati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut u l-format tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jirrapportaw lill-AETS perjodikament. L-għan ta’ dan ir-rapportar perjodiku huwa li jippermetti lill-AETS twettaq id-dover tagħha fir-rigward tas-superviżjoni kontinwa tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, kif stabbilit mill-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Id-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet għandha tippermetti l-AETS twettaq superviżjoni mill-qrib tal-kondotta u l-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sabiex tkun tista’ tirreaġixxi minnufih fil-każ attwali jew potenzali ta’ ksur tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għal din ir-raġuni, id-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet għandha normalment tiġi rrapportata lill-AETS kull xahar. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandhom inqas minn 50 impjegat u li mhumiex parti minn grupp għandhom ikunu jistgħu jissottomettu d-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet kull xahrejn, minflok kull xahar. L-AETS xorta waħda għandha tkun tista’ titlob lil dawk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jwettqu rapportar kull xahar, fid-dawl tal-għadd u t-tip tal-klassifikazzjonijiet tagħhom, inkluż il-kumplessità tal-analiżi tal-kreditu, ir-rilevanza tal-istrumenti jew l-emittenti klassifikati u l-eliġibbiltà tal-klassifikazzjonijiet biex jintużaw għal finijiet bħal dawk tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Id-dejta li għanda tiġi rrapportata għandha tinġabar f’format standard sabiex jippermetti lill-AETS tirċievi u tipproċessa r-rekords awtomatikament fis-sistemi interni tagħha. Minħabba l-progress tekniku maż-żmien, għadd ta’ struzzjonijiet tekniċi tar-rapportar dwar it-trasmissjoni jew il-format tal-fajls li għandhom jiġu sottomessi mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jkollhom jiġu aġġornati u kkomunikati mill-AETS permezz ta’ komunikazzjonijiet jew linji gwida speċifiċi.

(4)

Bil-ħsieb li tiżgura l-kompletezza u rapportar korrett tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet, u li jitqiesu żviluppi ulterjuri fis-swieq finanzjarji, huwa importanti li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu jistgħu jiżviluppaw sistemi u proċeduri adegwati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-AETS. Għal dan il-għan, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Sadanittant, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu dejta perjodika dwar il-klassifikazzjonijiet skont il-linji gwida eżistenti maħruġa mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli

(5)

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma parti minn grupp, għandhom ikunu jistgħu jirraportaw jew id-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tagħhom separatament lill-AETS, jew jagħtu mandat lil xi aġenzija oħra fi ħdan il-grupp biex tissottometti d-dejta għan-nom tal-membri kollha tal-grupp li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-AETS, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom dan ir-Regolament huwa bbażat, analizzat l-kosts u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-kontenut u l-format tar-rapportar perjodiku tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet li għandu jintalab mingħand l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-finijiet ta’ superviżjoni kontinwa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“l-AETS”), skont il-punt(e) tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 2

Prinċipji tar-rapportar

1.   L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandhom ikun responsabbli għall-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rapportata lill-AETS.

2.   Fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-membri tal-grupp jistgħu jagħtu mandat lil membru wieħed biex jissottometti r-rapporti meħtieġa skont dan ir-Regolament f’ismu u f’isem il-membri l-oħra tal-grupp. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għan-nom tagħha jiġi sottomess rapport għandha tiġi identifikat fid-dejta sottomessa lill-AETS;

3.   Rapporti sottomessi skont dan ir-Regolament għandhom jiġu sottomessi fuq bażi mensili u għandhom jipprovdu dejta dwar il-klassifikazzjoni b’rabta max-xahar kalendarju preċedenti.

4.   Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandhom inqas minn 50 impjegat u li mhumiex parti minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu jissottomettu, kull xahrejn, rapporti li jipprovdu dejta dwar il-klassifikazzjoni b’rabta max-xahrejn kalendarji preċedenti, sakemm l-AETS ma tinformax lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li teħtieġ rapportar kull xahar fid-dawl tan-natura, il-kumplessità u l-firxa tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha.

5.   Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi lill-AETS fi żmien ħmistax-il jum mit-tmiem il-perjodu li huwa s-soġġett tar-rapport.

6.   L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jinnotifikaw lill-AETS minnufih dwar kwalunkwe ċirkostanza eċċezzjonali li tista’ tipprevjeni jew iddewwem temporanjament il-kapaċità tagħhom li jirrapportaw skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dejta li għandha tiġi rrapportata

1.   Fi tmiem l-ewwel perjodu ta’ rapportar, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinkludi fir-rapportar tagħha lill-AETS id-dejta kwalitattiva speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness. Fejn dik id-dejta tinbidel matul perjodu ta’ rapportar sussegwenti, id-dejta l-ġdida għandha tiġi sottomessa lill-AETS.

2.   L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jipprovdu d-dejta stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness għal kull azzjoni mwettqa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif speċifikat f’dik it-Tabella u għal kull klassifikazzjoni ta’ kreditu konċernata minn dik l-azzjoni. L-azzjonijiet li għandom jiġu rapportati għandhom jirreferu għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa jew approvati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

3.   Fejn l-ebda azzjoni kif speċifikat fit-Tabella 2 ma tkun seħħet matul perjodu ta’ rapportar, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tkun obbligata tissottometti notifikazzjoni f’dak ir-rigward.

4.   Id-dejta speċifikata fit-Tabella 1 u t-Tabella 2 tal-Anness għandha tiġi sottomessa lill-AETS f’fajls separati. Id-dejta kwalitattiva stabbilita fit-Tabella 1 għandha tiġi sottomessa qabel is-sottomissjoni tad-dejta stipulata fit-Tabella 2.

Artikolu 4

Tipi ta’ klassifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjonijiet li jiġu rrapportati skont it-tipi li ġejjin:

(a)

klassifikazzjonijiet korporattivi;

(b)

klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati;

(c)

klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi;

(d)

klassifikazzjonijiet ta’ bonds koperti;

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati għandhom jirrelataw ma’ strument finanzjarju jew assi oħra li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(36) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Meta tirrapporta klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni f’waħda minn dawn il-klassijiet ta’ assi li ġejjin:

(a)

Titoli sostnuti b’assi. Dan il-klassi ta’ assi tinkludi self għal vetturi/dgħajjes/ajruplani, self għal studenti, self għal konsum, self għall-kura tas-saħħa, self għal djar mobbli, self għal films, self għal utilitajiet, kiri ta’ tagħmir, reċevibbli fuq karti tal-kreditu, rahan ta’ taxxa, self improduttiv, noti marbuta ma’ kreditu, self għal vetturi ta’ rikreazzjoni, u reċivibbli tan-negozju.

(b)

Titoli abbażi ipotekarja residenzjali. Din il-klassi ta’ assi tinkludi titolu abbażi ipotekarja residenzjali prima u mhux prima u self fuq l-ekwità tad-dar.

(c)

Titoli abbażi ipotekarja kummerċjali. Dan il-klassi ta’ assi tinkludi self għal proprjetà kummerċjali jew uffiċċji, selfa għal sptar, residenzi tal-kura, faċilitajiet tal-ħżin, selfa għal lukanda, faċilitajiet ta’ infermerija, self industrijali, u proprjetajiet multifamiljari.

(d)

Obbligi ta’ dejn kollateralizzat. Din il-klassi ta’ assi tinkludi obbligi fuq self kollateralizzat, obbligi ta’ bonds kollateralizzati, obbligi sintetiċi kollateralizzati, obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ segment wieħed, obbligi kollateralizzati ta’ fond, obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ titoli sostnuti b’assi, u obbligi kollateralizzat ta’ dejn ta’ obbligi kollateralizzati ta’ dejn.

(e)

Karti kummerċjali abbażi ta’ assi.

(f)

Strumenti finanzjarji strutturati oħra li mhumiex inklużi fil-klassijiet tal-assi preċedenti, inklużi bonds strutturati koperti, vetturi ta’ investiment strutturat, titoli marbuta ma’ assigurazzjoni u kumpaniji ta’ prodotti derivattivi.

3.   Klassifikazzjonijiet ta’ bonds koperti għandhom jirrelataw ma’ bonds koperti li mhumiex inklużi fil-lista tal-klassijiet fir-rigward tal-klassifikazzonijiet finanzjarji strutturati stipulati fil-paragrafu 2.

Artikolu 5

Proċeduri tar-rapportar

1.   L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu fajls tad-dejta fl-iskemi XML ipprovduti mill-AETS u billi jużaw is-sistema tar-rapportar stabbilita mill-AETS. Għandhom isemmu l-fajls skont il-konvenzjoni tal-ismijiet indikata mill-AETS.

2.   L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jaħżnu fajls mibgħuta lill-AETS u li jaslu għandha f’forma elettronika għal mill-inqas ħames snin. Dawn il-fajls għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-AETS meta jintalbu.

3.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tidentifika żbalji fattwali f’dejta li tkun ġiet irrapportata, għandha tikkanċella u tissostitwixxu d-dejta rilevanti.

4.   Biex tikkanċella dejta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat lill-AETS fajl li jinkludi l-elementi speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness. Ladarba r-rekords oriġinali jkunu ġew ikkanċellati, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat il-verżjoni l-ġdida tar-rekords billi tuża fajl li jinkludi l-elementi speċifikati f’Tabella 1 jew Tabella 2, kif xieraq.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


ANNESS

Tabella 1:   Dejta kwalitattiva għall-ewwel rapportar u l-aġġornamenti sussegwenti

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

Elementi tekniċi li jridu jiġu inklużi darba biss fil-fajl tad-dejta kwalitattiva

1

Version

Il-verżjoni tad-Defenizzjoni tal-iSkema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju.

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni.

2

Creation date and time

Id-data u l-ħin meta nħoloq il-fajl.

Għandu jiġi rrapportat bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC).

Mandatorju.

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS)

3

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex tidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju.

ISO 9362

Elementi tan-negozju li jridu jiġu inklużi fejn applikabbli u kemm-il darba jkun meħtieġ fil-fajl tad-dejta kwalitattiva

4

CRA name

Isem l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jikkorrispondi għall-isem tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif innotifikat lill-AETS. Fil-każ li membru wieħed jirrapporta għall-grupp kollu għandu jkun isem il-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

5

Rating scale identifier

Jidentifika unikament skala ta’ klassifikazzjoni speċifika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

6

Rating scale validity date

Id-data li minnha l-iskala ta’ klassifikazzjoni tibda tkun valida.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

7

Time horizon

Jidentifika l-oriżżont taż-żmien imsemmi mill-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

“L” fil-każ li l-iskala ta’ klassifikazzjoni tkun applikabbli għal klassifikazzjonijiet għal perjodu twil ta’ żmien;

“S” fil-każ li l-iskala ta’ klassifikazzjoni tkun applikabbli għal klassifikazzjonijiet għal perjodu qasir ta’ żmien.

8

Scope of the rating scale

Deskrizzjoni tat-tip ta’ klassifikazzjonijiet inklużi fl-iskala, inkluż l-ambitu ġeografiku fejn rilevanti.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

Massimu ta’ 200 karattru

9

Rating category label

Jidentifika kategorija ta’ klassifikazzjoni speċifika fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

10

Rating category description

Definizzjoni tal-kategorija tal-klassifikazzjoni fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

11

Rating category value

Ordni tal-kategorija ta’ klassifikazzjoni tal-iskala ta’ klassifikazzjoni, fejn il-livelli jitqiesu bħala subkategoriji.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

L-ordinali huwa valur ta’ intiġer b’valur minimu ta’ 1 u valur massimu ta’ 20. Id-dikjarazzjoni tal-valur tal-kategoriji tal-klassifikazzjoni trid tkun konsekuttiva. Għandu jkun hemm bħala minimu kategorija waħda għal kull klassifikazzjoni.

12

Notch label

Jidentifika livell speċifiku fl-iskala ta’ klassifikazzjoni. Livelli jipprovdu dettall addizzjonali għall-kategorija ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk livell jiġi inkluż fl-iskala ta’ klassifikazzjoni li għaliha jkun rapportat “identifikatur tal-iskala tal-klassifikazzjoni’.

13

Notch description

Definizzjoni tal-livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk livell jiġi inkluż fl-iskala ta’ klassifikazzjoni li għaliha jkun rapportat “identifikatur tal-iskala tal-klassifikazzjoni”.

14

Notch value

Ordni tal-livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni. Il-valur tal-livell huwa l-valur assenjat għal kull klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk livell jiġi inkluż fl-iskala ta’ klassifikazzjoni li għaliha jkun rapportat “identifikatur tal-iskala tal-klassifikazzjoni”.

Il-valura tal-livell huwa intiġer b’valur minimu ta’ 1 u valur massimu ta’ 99. Il-valuri pprovduti jridu jkunu konsekuttivi.

15

List of Lead Analysts Internal Identifiers

Lista tal-identifikaturi tal-analisti ewlenin maħtura mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Il-listi għandhom ikunu aġġornati billi jinkludu l-analisti ewlenin ġodda. Jistgħu jitħassru rekords mil-lista fil-każ ta’ żbalji biss.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ aġġornamenti, fir-rigward tal-analisti ewlenin li joperaw fl-Unjoni Ewropea.

Kull rekord fil-lista għandu jinkludi identifikatur intern u l-isem sħiħ tal-analist ewlieni.

L-identifikatur intern għandu jinkludi massimu ta’ 40 karattru alfanumeriku.


Tabella 2:   Dejta li għandha tiġi rapportata lill-AETS

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

Elementi tekniċi li jridu jiġu inklużi darba biss fil-fajl tad-dejta

1

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex tidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju.

ISO 9362

2

Version

Il-verżjoni tad-Defenizzjoni tal-Iskema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju.

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni.

3

Creation date and time

Id-data u l-ħin meta nħoloq il-fajl.

Għandu jiġi rrapportat bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC).

Mandatorju.

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS)

4

Reporting start date and time

Id-data u l-ħin tal-bidu tal-perjodu tar-rapportar.

Għandu jiġi rrapportat bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC).

Mandatorju.

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS)

5

Reporting end date and time

Id-data u l-ħin tal-għeluq tal-perjodu tar-rapportar.

Għandu jiġi rrapportat bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC).

Mandatorju.

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS)

Elementi tan-negozju li jridu jiġu inklużi fejn applikabbli u kemm-il darba jkun meħtieġ fil-fajl tad-dejta

6

Action type

Jidentifika t-tip ta’ azzjoni mwettqa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-rigward ta’ klassifikazzjoni speċifikata.

Mandatorju.

“NW”, fejn il-klassifikazzjoni tinħareġ għall-ewwel darba; jew

“UP”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi mtejba; or

“DG”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi mnaqqsa; jew

“WD”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi rtirata; or

“AF”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi kkonfermata; jew

“CA” fejn jew status ta’ “osservazzjoni” jew ta’ reviżjoni huwa assenjat għal klassifikazzjoni jew jinbidel jew jitneħħa, jew prospett/xejra hija assenjata għal klassifikazzjoni jew mibdula, jew imneħħija; jew

“SU” fejn l-istatus tal-klassifikazzjoni jinbidel minn mitlub għal mhux mitlub u viċe versa; jew

“DF”, meta titħabbar inadempjenza ta’ emittent jew strument ikklassifikat.

7

Outlook/Trend

Tidentifika l-prospettiva/xejra assenjata lil klassifikazzjoni mill-CRA skont il-politika rilevanti tagħha.

Mandatorju.

“POS” għal prospettiva/xejra pożittiva; jew

“NEG” għal prospettiva/xejra negattiva; or

“EVO” għal prospettiva/xejra li qed tevolvi jew tiżviluppa; jew

“STA” għal prospettiva/xejra stabbli; jew

“NOT” għal assenza jew tneħħija ta’ prospettiva/xejra.

8

Watch/Review

Tidentifika l-istatus assenjat ta’ osservazzjoni jew reviżjoni lil klassifikazzjoni mill-CRA skont il-politika rilevanti tagħha.

Mandatorju.

“POW” għal osservazzjoni/reviżjoni pożittiva; jew

“NEW” għal osservazzjoni/reviżjoni negattiva; jew

“EVW” għal osservazzjoni/reviżjoni li qed tevolvi jew tiżviluppa; jew

“UNW” għal osservazzjoni/reviżjoni b’direzzjoni inċerta; jew

“NWT” għall-assenza jew it-tneħħija ta’ osservazzjoni/reviżjoni.

9

Watch/review determinant.

Jidentifika r-raġuni tal-istatus osservazzjoni/reviżjoni ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk il-klassifikazzjoni tinħareġ jew tiġi approvata fl-Unjoni Ewropea.

Applikabbli biss fil-każ li l-istatus osservazzjoni/reviżjoni jkun differenti minn “NWT”.

“1” fejn l-istatus osservazzjoni/reviżjoni jkun dovut minħabba tibdil fil-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni; jew

“2” fejn l-istatus osservazzjoni/reviżjoni jkun dovut minħabba raġunijiet ekonomiċi, finanzjarji jew ta’ kreditu; jew

“3” fejn l-istatus osservazzjoni jew reviżjoni jkun dovut għal raġunijiet oħra (eż. tluq ta’ analisti, okkorrenza ta’ kunflitti ta’ interessi).

10

Responsible CRA unique identifier

Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun wettqet l-azzjoni.

Mandatorju.

ISO 9362

11

Rating identifier

Identifikatur uniku tal-klassifikazzjoni. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

12

Rating value

Tidentifika l-valur tal-klassifikazzjoni wara l-azzjoni.

Mandatorju.

13

Previous rating value

Jidentifika l-valur tal-klassifikazzjoni qabel l-azzjoni.

Mandatorju jekk it-tip ta’ azzjoni rrapportata tkun differenti minn “NW”.

14

Rating scale identifier

Jidentifika unikament l-iskala tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

15

Internal Lead Analyst Identifier

Identifikatur assenjat mill-CRA lill-analist ewlieni responsabbli għall-klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk il-klassifikazzjoni tinħareġ fl-Unjoni Ewropea.

Massimu ta’ 40 karattru alfanumeriku

16

Country of the Lead Analyst

Jidentifika l-pajjiż tal-uffiċċju tal-analist ewlieni kompetenti għall-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

ISO 3166

17

Solicited/ Unsolicited

Tidentifika jekk il-klassifikazzjoni hiex mitluba jew le.

Mandatorju.

“S” fejn il-klassifikazzjoni hija mitluba; jew

“U” fejn il-klassifikazzjoni mihijiex mitluba.

18

Rating Type

Jidentifika t-tip ta’ klassifikazzjoni kif imsemmi mill-iskala tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

“C” fejn il-klassifikazzjoni hija klassifikazzjoni korporattiva; jew

“S” fejn il-klassifikazzjoni hija sovrana jew tal-finanzi pubbliċi; jew

“T” fejn il-klassifikazzjoni hija klassifikazzjoni ta’ finanzjament strutturat; jew

“B” fejn il-klassifikazzjoni tirreferi għal bond kopert li mhuwiex strument finanzjarju strutturat.

19

Country

Kodiċi tal-pajjiż tal-emittent jew l-istrument ikklassifikat.

Fil-każ ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu dwar organizzazzjonijiet sovranazzjonali l-pajjiż għandu jiġi indikat bħala “ZZ”.

Fil-każ ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu dwar strumenti finanzjarji strutturati l-pajjiż għandu jkun dak tad-domiċilju tal-maġġoranza tal-assi sottosanti.

Fejn mhuwiex possibbli li jiġi identifikat id-domiċilju tal-maġġoranza tal-assi sottostanti, ir-reġistrazzjoni rapportata għandha tkun “ZZ”.

Mandatorju.

ISO 3166-1.

20

Industry

Is-segment industrijali tal-emittent.

Mandatorju.

Applikabbli biss fil-każ li l-klassifikazzjoni rapportata tkun “C”.

“FI” fil-każ li tkun istituzzjoni finanzjarja li tinkludi istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment;

“IN” fil-każ li tkun impriża tal-assigurazzjoni;

“CO” fil-każ tkun emittent korporattiv li mhuwiex ikkunsidrat istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assigurazzjoni.

21

Sector

Jispeċifika s-subkategoriji għal klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

Mandatorju.

Applikabbli biss fil-każ li t-tip tal-klassifikazzjoni rapportata jkun “S”.

“SV” għal klassifikazzjoni sovrana; jew

“SM” għal klassifikazzjoni subsovrana jew ta’ jew muniċipalità; jew

“SO” għal klassifikazzjoni ta’ organizzazzjoni sovranazzjonali; jew

“PE” għal klassifikazzjoni ta’ entità pubblika;

22

Asset class

Jiddefinixxi l-klassijiet ewlenin tal-assi għall-klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati.

Mandatorju.

Applikabbli biss fil-każ li t-tip tal-klassifikazzjoni rapportata jkun “T”.

“ABS” għal titolu abbażi ta’ assi; jew

“RMBS” għal titolu abbażi ipotekarja residenzjali; jew

“CMBS” għal titolu abbażi ipotekarja kummerċjali; jew

“CDO” għal obbligu kollateralizzat ta’ dejn; jew

“ABCP” għal karti kummerċjali abbażi ta’ assi; jew

“OTH” fil-każijiet l-oħra kollha.

23

Time horizon

Jidentifika l-orizzont ta’ żmien tal-klassifikazzjoni kif imsemmi fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

“L” għal klassifikazzjoni għal perjodu ta’ żmien twil; jew

“S” għal klassifikazzjoni għal perjodu ta’ żmien qasir.

24

Seniority

Tidentifika s-superjorità tal-klassi tad-dejn tal-emittent jew tal-istrument klassifikat.

Mandatorju.

Applikabbli biss fil-każ li t-tip ta’ klassifikazzjoni rapportata tkun “C” jew “S”.

“SE” fejn il-klassifikazzjoni tal-emittent jew tal-istrument klassifikat tkun superjuri; jew

“SB” fejn il-klassifikazzjoni tal-emittent jew tal-istrument klassifikat tkun subordinata.

25

Currency

Tidentifika jekk il-klassifikazzjoni hijiex espressa fir-rigward ta’ munita lokali jew barranija.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet tal-emittent.

“LC” għal klassifikazzjoni fir-rigward ta’ munita lokali; jew

“FC” għal klassifikazzjoni fir-rigward ta’ munita barranija;

26

Action validity date and time

Id-data u l-ħin tal-validità tal-azzjoni. Din għandha tikkoinċidi mal-Ħin Universali Kkoordinat (UTC) tal-pubblikazzjoni tal-azzjoni jew tad-distribuzzjoni b’abbonament.

Mandatorju

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS).

27

Action communication date and time

Id-data u l-ħin tal-komunikazzjoni tal-azzjoni lill-entità kklassifikata.

Din għandha tiġi espressa bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC).

Mandatorju biss jekk il-klassifikazzjoni tinħareġ fl-Unjoni Ewropea.

Applikabbli biss jekk l-azzjoni tkun ikkomunikata lill-entità kklassifikata.

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS).

28

Action decision date

Tidentifika d-data meta l-azzjoni tkun deċiża.

Din għandha tkun id-data tal-approvazzjoni preliminari (mill-kumitat tal-klassifikazzjoni) tal-azzjoni fejn din imbagħad tiġi kkomunikata lill-entità kklassifikata qabel l-approvazzjoni finali

Mandatorju biss jekk il-klassifikazzjoni tinħareġ fl-Unjoni Ewropea

Format tad-Data skont l-ISO 8601: (SSSS-XX-JJ).

29

ISIN value

L-ISIN tal-istrument ikklassifikat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorji jekk l-istrument ikklassifikat jiġi assenjat Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN).

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti.

Kodiċi ISO 6166.

30

Internal Instrument Identifier

Kodiċi uniku assenjat mill-CRA biex tidentifika l-istrument ikklassifikat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti.

Massimu ta’ 40 karattru alfanumeriku

31

Issuer BIC code

Kodiċi BIC tal-emittent.

Mandatorju jekk il-Kodiċi Uniku tal-Identifikazzjoni tan-negozju (BIC) tal-emittent ikun disponibbli għall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Kodiċi ISO 9362.

32

Internal Issuer Identifier

Kodiċi uniku assenjat mill-CRA biex tidentifika l-emittent.

Mandatorju

Massimu ta’ 40 karattru alfanumeriku

33

Issuer’s Name

Għandu jkun fih referenza xierqa li tinftiehem għall-isem ġuridiku tal-emittent (jew tal-kumpanija prinċipali tal-emittent).

Mandatorju

Massimu ta’ 40 karattru

34

Originator BIC Code

Kodiċi BIC tal-oriġinatur.

Mandatorju jekk il-Kodiċi Uniku tal-Identifikazzjoni tan-negozju (BIC) tal-oriġinatur ikun disponibbli għall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Applikabbli biss fil-każ li t-tip tal-klassifikazzjoni rapportata jkun “T”.

Kodiċi ISO 9362.

35

Originator Internal Identifier

Kodiċi uniku assenjat mill-CRA lill-oriġinatur.

Din għandha taqra “multiple” fil-każ ta’ oriġinaturi multipli.

Mandatorju

Applikabbli biss fil-każ li t-tip tal-klassifikazzjoni rapportata jkun “T”.

Massimu ta’ 40 karattru alfanumeriku

36

Originator’s Name

Għandu jkun fih referenza xierqa li tinftiehem għall-isem legali tal-oriġinatur (jew tal-kumpanija prinċipali tal-emittent).

Din għandha taqra “multiple” fil-każ ta’ oriġinaturi multipli.

Mandatorju

Applikabbli biss fil-każ li t-tip tal-klassifikazzjoni rapportata jkun “T”.

Massimu ta’ 40 karattru

37

Withdrawal reason

Raġuni fil-każ li l-azzjoni rrapportata tkun “irtirar”.

Mandatorju fil-każ li l-azzjoni rrapportata tkun “WD”.

“1” għal informazzjoni dwar l-emittent/il-ħruġ skorrett jew insuffiċjenti; jew

“2” għal insolvenza jew ristrutturazzjoni tad-dejn tal-entità kklassifikata; jew

“3” għar-riorganizzazzjoni tal-entità kklassifikata inkluża l-fużjoni jew l-akkwiżizzjoni tal-entità kklassifikata; jew

“4” għal tmiem tal-maturità tal-obbligu tad-dejn; jew

“5” għal invalidità tal-klassifikazzjoni awtomatika minħabba l-mudell tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (bħall-iskadenza tal-klassifikazzjonijiet validi għal perjodu predeterminat); jew

“6” tmiem il-klassifikazzjoni minħabba raġunijiet oħra.


Tabella 3:   Lista ta’ elementi għall-kanċellazzjoni tad-dejta

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

Elementi tekniċi li dejjem iridu jiġu inklużi darba biss fil-fajl tal-kanċellazzjoni

1

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex tidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju

ISO 9362

2

Version

Il-verżjoni tad-Defenizzjoni tal-Iskema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni.

3

Cancellation date and time

Id-data u l-ħin tal-kanċellazzjoni.

Għandu jiġi rrapportat bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC).

Mandatorju

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS)

Elementi tan-negozju li jridu jiġu inklużi kull meta meħtieġ fil-fajl tal-kanċellazzjoni

4

Rating scale identifier

Jidentifika unikament skala ta’ klassifikazzjoni speċifika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju

Applikabbli biss jekk ir-rekord li se tiġi kkanċellat jirrelata mal-iskala tal-klassifikazzjoni rrapportata bħala parti mid-dejta kwalitattiva stabbilita fit-Tabella 1.

5

Action type

Jidentifika t-tip ta’ azzjoni mwettqa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-rigward ta’ klassifikazzjoni speċifikata.

Mandatorju

Applikabbli biss jekk ir-rekord li se jiġi kkanċellat jirrelata ma’ azzjoni rrapportata bħala parti mid-dejta stabbilita fit-Tabella 2.

“NW”, fejn il-klassifikazzjoni tinħareġ għall-ewwel darba; jew

“UP”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi mtejba; jew

“DG”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi mnaqqsa; jew

“WD”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi rtirata; jew

“AF”, fejn il-klassifikazzjoni tiġi kkonfermata; jew

“CA” fejn jew status ta’ “osservazzjoni” jew ta’ reviżjoni jiġi assenjat għal klassifikazzjoni jew jinbidel jew jitneħħa, jew prospett/xejra tiġi assenjata għal klassifikazzjoni jew mibdula, jew imneħħija; jew

“SU” fejn l-istatus tal-klassifikazzjoni jinbidel minn mitlub għal mhux mitlub u viċe versa; jew

“DF”, meta titħabbar inadempjenza ta’ emittent jew strument ikklassifikat.

6

Action validity date and time

Id-data u l-ħin tal-validità tal-azzjoni.

Mandatorju

Applikabbli biss jekk ir-rekord li se jiġi kkanċellat jirrelata ma’ azzjoni rrapportata bħala parti mid-dejta stabbilita fit-Tabella 2.

Il-Format Estiż tad-Data u l-Ħin skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ (SS:MM:SS).

7

Rating identifier

Identifikatur uniku tal-klassifikazzjoni assenjat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Mandatorju

Applikabbli biss jekk ir-rekord li se jiġi kkanċellat jirrelata ma’ azzjoni rrapportata bħala parti mid-dejta stabbilita fit-Tabella 2.

8

Reason for cancellation

Ir-raġuni għaliex ir-reġistrazzjoni ġiet ikkanċellata.

Mandatorju


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/14


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 447/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-punt (d) tal-Artikolu 21(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jeħtieġ li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tuża metodoloġiji tal-klassifikazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, kontinwi u soġġetti għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, inkluż l-ittestjar retrospettiv.

(2)

Dan ir-Regolament huwa meħtieġ biex tkun żgurata t-trasparenza fil-valutazzjoni mwettqa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2) u regoli uniformi rigward ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

(3)

L-AETS għandha tivvaluta l-konformità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 meta teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament. Wara r-reġistrazzjoni l-AETS għandha tivvaluta bħala parti mis-superviżjoni kontinwa tagħha l-konformità kontinwa tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(3) kull meta tqis li dik l-valutazzjoni hija meħtieġa.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu, ma jippermettix lill-AETS, lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe awtorità pubblika ta’ xi Stat Membru jintervjenu fil-kontenut jew fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistipula r-regoli li bihom dawk il-metodoloġiji għandhom jiġu vvalutati iżda ma għandhomx jipprovdu li dawk l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar l-eżattezza tal-klassifikazzjoni tal-kreditu prodotta minn dawk il-metodoloġiji.

(5)

l-Artikolu 6(2), meta jinqara flimkien mal-Punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jeħtieġ li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ reviżjoni responsabbli biex tirrivedi perijodikament il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet prinċipali tal-klassifikazzjoni tagħha, bħas-suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, u kwalunkwe bidla jew modifika sinifikanti fihom kif ukoll l-adegwatezza ta’ dawk il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet prinċipali tal-klassifikazzjoni fejn dawn jintużaw jew huma intenzjonati biex jintużaw għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-AETS lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(7)

L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażżat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Barra minn hekk, f’Mejju 2011 l-AETS nediet sejħa għal evidenza sabiex tiġbor informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 2

Dimostrazzjoni ta’ konformità

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha f’kull ħin tkun kapaċi turi lill-AETS il-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 rigward l-użu tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Artikolu 3

Valutazzjoni tal-konformità mill-AETS

1.   Minbarra li teżamina l-konformità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament, l-AETS għandha teżamina l-konformità ta’ kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fuq bażi kontinwa, kif tqis xierqa.

2.   Meta teżamina l-konformità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 l-AETS għandha tuża l-informazzjoni kollha rilevanti biex tivvaluta l-proċess tal-iżvilupp, l-approvazzjoni, l-użu u r-reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

3.   Fid-determinazzjoni tal-livell xieraq tal-valutazzjoni, l-AETS għandha tikkunsidra jekk il-metodoloġijia tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhiex storja demostrabbli ta’ konsistenza u akkuratezza fil-previżjoni tal-affidabbiltà kreditizja u tista’ tikkunsidra l-metodi ta’ validazzjoni bħal studji adatti ta’ inadempjenzi jew tranżizzjonijiet imfassla biex jittestjaw li metodoloġija speċifika.

Artikolu 4

Valutazzjoni li metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija rigoruża

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża u tapplika metodoloġiji tal-klassifikazzjoni li:

(a)

jinkludu kontrolli u proċessi ċari u robusti tal-iżviluppi tagħhom u approvazzjonijiet relatati li jippermettu rikors xieraq;

(b)

tinkorpora l-fatturi motivaturi kollha meqjusa relevanti fid-determinazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ entità kklassifikata jew strument finanzjarju li għandu jkun sostnut minn statistika, esperjenza storika jew evidenza;

(c)

tikkunsidra r-relazzjoni simulata bejn entitajiet ikklassifikati jew strumenti finanzjarji bl-istess fattur ta’ riskju u l-fatturi ta’ riskju li metodoloġiji tal-klassifikazzjoni kreditu huma sensittivi għalihom;

(d)

tinkorpora mudelli analitiċi affidabbli, relevanti u relatati mal-kwalità, suppożizzjonijiet prinċipali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u kriterji fejn dawn huma stabbiliti.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha telenka u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata tal-punti li ġejjin fir-rigward tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu użati fir-rigward ta’:

(a)

kull fattur kwalitattiv, inkluż l-ambitu tal-ġudizzju kwalitattiv għal dak il-fattur;

(b)

kull fattur kwantitattiv, inkluż il-varjabbli prinċipali, is-sorsi tad-dejta, is-suppożizzjonijiet prinċipali, il-mudellar u t-tekniki kwantitattivi.

3.   L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni tal-importanza ta’ kull fattur kwalitattiv jew kwantitattiv użat fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu inklużi, fejn relevanti, deskrizzjoni ta’ u ġustifikazzjoni għall-ippiżar relatat assenjat lil dawk il-fatturi u l-impatt tagħhom fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu;

(b)

valutazzjoni tar-relazzjoni bejn is-suppożizzjonijiet prinċipali użati f’dik il-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-fatturi kritiċi tar-riskju derivati mid-dejta makroekonomika u finanzjarja; kif ukoll

(c)

valutazzjoni tar-relazzjoni bejn is-suppożizzjonijiet prinċipali użati fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-volatilità tal-klassifikazzjoni tal-kreditu prodotti minn dik il-metodoloġija tul iż-żmien.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-mudelli analitiċi assoċjati tagħhom, is-suppożizzjonijiet prinċipali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-kriterji li jinkorporaw fil-pront is-sejbiet jew ir-riżultati minn reviżjoni interna jew minn reviżjoni ta’ monitoraġġ imwettqa minn wieħed jew aktar mis-segwenti:

(a)

il-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

il-funzjoni tar-reviżjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

kwalunkwe persuna jew kumitat rilevanti ieħor involut fil-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Artikolu 5

Valutazzjoni li metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija sistematika

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-mudelli analitiċi assoċjati magħha, is-suppożizzjonijiet prinċipali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-kriterji li huma applikati sistematikament fil-formulazzjoni tal-klassifikazzjonijiet kollha tal-kreditu fi klassi partikolari ta’ assi jew segment tas-suq sakemm ma jkunx hemm raġuni oġġettiva biex titbiegħed minnhom.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun kapaċi tinkorpora fil-pront is-sejbiet minn kwalunkwe reviżjoni tal-adegwatezza tagħha.

Artikolu 6

Valutazzjoni li metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija kontinwa

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma mfassla u implimentati b’mod li jippermettu li:

(a)

jibqgħu jintużaw sakemm ma jkunx hemm raġuni oġġettiva biex il-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tinbidel jew titwaqqaf;

(b)

ikunu kapaċi jinkorporaw fil-pront kwalunkwe sejba mill-monitoraġġ jew ir-reviżjoni kontinwa, partikolarment fejn bidliet strutturali makroekonomiċi jew fil-kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju jkunu kapaċi jaffettwaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn dik il-metodoloġija;

(c)

jipparagunaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu bejn il-klassijiet differenti ta’ assi.

Artikolu 7

Valutazzjoni li metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija suġġetta għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, inkluż l-ittestjar retrospettiv

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma sostnuti minn evidenza kwantitattiva tal-kapaċità diskriminatorja tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jiddeskrivu dan li ġej:

(a)

ir-robustezza storika u l-kapaċità predittiva tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa bl-użu tal-metodoloġija rilevanti fuq orizzonti ta’ żmien xierqa u bejn klassijiet differenti ta’ assi;

(b)

il-grad sa fejn is-suppożizzjonijiet użati fil-mudell tal-klassifikazzjoni jiddevjaw mir-rati reali ta’ inadempjenzi u telf.

3.   Il-validazzjoni ta’ metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun ddisinjata biex:

(a)

teżamina s-sensittività ta’ metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal bidliet fi kwalunkwe mis-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha, inklużi fatturi kwalitattivi jew kwantitattivi;

(b)

twettaq valutazzjoni adegwata u xierqa tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu storiċi prodotti permezz ta’ dik il-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

tuża inputs affidabbli, inklużi d-daqs xieraq tal-kampjuni tad-dejta;

(d)

tqis kif xieraq iż-żoni ġeografiċi prinċipali tal-entitajiet jew l-istrumenti finanzjarji kklassifikati għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu bħal finanzjamenti struturati, sovrani, korporattivi, istituzzjonijiet finanzjarji, assigurazzjonijiet, finanzi pubbliċi.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha jkollha proċessi stabbiliti li jiżguraw li anomaliji sistematiċi fil-klassifikazzjoni tal-kreditu enfasizzati mill-ittestjar retrospettiv jiġu identifikati u indirizzati kif xieraq.

5.   Fil-proċess ta’ reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinkludi:

(a)

reviżjonijiet regolari tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-prestazzjoni fuq entitajiet u strumenti finanzjarji kklassifikati;

(b)

ittestjar mill-kampjun u barra mill-kampjun;

(c)

informazzjoni storika dwar il-validazzjoni jew l-ittestjar retrospettiv.

Artikolu 8

Eżenzjoni

F’każijiet fejn hemm evidenza kwantitattiva limitata biex isostni l-kapaċità predittiva ta’ metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun eżentata milli tikkonforma mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament jekk:

(a)

tiżgura li l-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma bassara sensibbli tal-affidabbiltà kreditizja;

(b)

tapplika proċeduri interni b’mod konsistenti u tul iż-żmien u fis-segmenti kollha differenti tas-suq;

(c)

ikollha proċessi fis-seħħ biex tiżgura dawk l-anomaliji sistematiċi fil-klassifikazzjoni tal-kreditu enfasizzati mill-ittestjar retrospettiv jiġu identifikati u indirizzati kif xieraq.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/17


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 448/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(4)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jeħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jpoġġu ċerta informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika disponibbli fir-repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem “AETS”). Din l-informazzjoni hija meħtieġa li tkun ipprovduta f’forma standard kif previst mill-AETS u li hija disponibbli għall-pubbliku mill-AETS li għandha tippubblika informazzjoni fil-qosor dwar l-iżviluppi ewlenin osservati. Dawn ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiġu supplimentati fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rapportar.

(2)

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għal grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jinsabu fl-Unjoni jistgħu jirrapportaw lir-repożitorju ċentrali separatament. Madankollu, minħabba l-organizzazzjoni funzjonali integrata ħafna tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-livell tal-Unjoni u sabiex ikun iffaċilitat il-fehim tal-istatistika, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu mħeġġa jirrapportaw lir-repożitorju ċentrali fuq bażi globali għall-grupp kollu.

(3)

Is-sistema tar-repożitorju ċentrali tiġbor dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u taħżinha ċentralment. Sabiex tgħin lill-parteċipanti fis-suq jevalwaw aħjar l-affidabbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u b’hekk tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment, ir-repożitorju ċentrali għandu wkoll jaċċetta fuq bażi volontarja klassifikazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa minn aġenziji tal-klassifkazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz li jappartjenu għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu iżda mhux approvati fl-Unjoni.

(4)

Biex ikompli jiffaċilita l-fehim tal-istatistika prodotta, ir-rapportar tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandu jinkludi kwalunkwe dejta marbuta ma’ tal-anqas l-aħħar għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta din id-dejta jekk tista’ turi li din ma tkunx proporzjonata fid-dawl tal-iskala u l-kumplessità tagħha.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni mill-AETS skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom dan ir-Regolament huwa bbażat u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Madankollu, l-AETS ma wettqitx analiżi tal-kosti u l-benefiċċji minħabba li qieset li dan kien sproporzjonat mal-impatt tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji peress li l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) ilu jistabbilixxi r-repożitorju ċentrali sa mill-2010 u l-abbozz tal-istandards tekniċi jirrifletti l-operat tas-sistema eżistenti aktar milli japplika rekwiżiti materjali ġodda u għalhekk mhuwiex mistenni li jimponi spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-AETS jew l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rapportar, li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma mitluba jagħmlu disponibbli f’repożitorju ċentrali skont

(a)

l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

il-punt 1 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

KAPITOLU II

STRUTTURA TAR-RAPPORTAR

Artikolu 2

Prinċipji tar-rapportar

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti t-tipi ta’ rapporti li ġejjin lir-repożitorji ċentrali stabbiliti mill-AETS:

(a)

rapporti dwar id-dejta kwalitattiva kif stipulati fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 9; u

(b)

rapporti dwar id-dejta tal-klassifikazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 10.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun responsabbli għall-preċiżjoni, il-kompletezza u d-disponibbiltà tad-dejta rapportata tagħha. Għandha tiżgura li r-rapporti jkunu pprovduti fil-ħin bl-użu tal-mezzi tar-rapportar fl-Artikolu 11 u skont il-proċedura tar-rapportar fl-Artikolu 13.

3.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tappartjeni għal grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-membri tal-grupp jistgħu jagħtu mandat lil wieħed mill-membri tagħhom biex jirrapporta l-informazzjoni meħtieġa għan-nom tal-grupp. Meta l-membru tal-grupp bil-mandat jirrapporta informazzjoni f’isem il-grupp għandu jidentifika kemm lilu nnifsu kif ukoll lill-membri tal-grupp li f’isimhom ikun qiegħed jirrapporta l-informazzjoni.

Artikolu 3

Klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar klassifikazzjoni tal-kreditu għal kull perjodu ta’ rapportar sakemm din il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi rtirata.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta kemm il-klassifikazzjonijiet mitluba kif ukoll dawk mhux mitluba. Għandha tindika jekk klassifikazzjoni hijiex mitluba jew le.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tirrapporta f’isem grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tinkludi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiżi terzi li jappartjenu għall-istess grupp affiljat li mhumiex użati fl-Unjoni permezz ta’ approvazzjoni. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tirrapportax tali dejta għandha tagħti spjegazzjoni fir-rapport tad-dejta kwalitattiva tagħha.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jkopru mill-inqas l-aħħar għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ma ħarġitx klassifikazzjonijiet tal-kreditu qabel is-7 ta’ Diċembru 1999, għandha tirrapporta dejta għall-perjodi ta’ rapportar wara l-ewwel data li fiha tkun ħarġet klassifikazzjoni tal-kreditu. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhijiex meħtieġa tirrapporta fir-rigward ta’ perjodi tal-klassifikazzjoni li seħħew qabel ir-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jekk tista’ turi li dan ir-rapportar ta’ dejta ma jkunx proporzjonat fid-dawl tal-iskala u l-kumplessità tagħha.

5.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dawn it-tipi ta’ klassifikazzjonijiet:

(a)

klassifikazzjonijiet korporattivi;

(b)

klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati;

(c)

klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

Artikolu 4

Klassifikazzjonijiet korporattivi

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar klassifikazzjonijiet korporattivi fuq il-bażi tal-emittent.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tittratta klassifikazzjonijiet ta’ sussidjarja ta’ intrapriża bħala klassifikazzjoni individwali jew le. Dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega l-politika magħżula.

3.   Meta tirrapporta klassifikazzjonijiet korporattivi l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjonijiet fi ħdan wieħed mis-segmenti industrijali speċifikati fl-element 18 tat-Tabella 1 tal-Anness II.

4.   Meta disponibbli għandha tiġi rapportata kemm dejta tal-klassifikazzjonijiet korporattivi għal perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll għal perjodu ta’ żmien twil. Għal klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ zmien twil għandu jiġi rrapportat l-emittent. Fejn klassifikazzjoni tal-emittent mhijiex disponibbli, għandha tiġi rrapportata l-klassifikazzjoni tad-dejn fit-tul mhux garantit. Fejn klassifikazzjonijiet ta’ muniti barranin u lokali huma disponibbli, għandha tiġi rrapportata biss il-klassifikazzjoni tal-munita barranija.

Artikolu 5

Klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati

1.   Soġġett għall-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien twil abbażi tal-ħruġ għal strumenti finanzjarji strutturati.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien twil abbażi tal-emittent għal veikoli finanzjarji strutturati u strutturi simili.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta l-klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien qasir abbażi tal-ħruġ għal karti kummerċjali abbażi ta’ assi.

4.   Meta tirrapporta klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni f’waħda minn dawn il-klassijiet ta’ assi li ġejjin:

(a)

Titoli abbażi ta’ assi. Din il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet tas-subassi ta’ self għal vetturi/dgħajjes/ajruplani, self għall-istudenti, self għall-konsum, self għall-kura tas-saħħa, self għal djar mobbli, self għal films, self għal utilitajiet, kiri ta’ tagħmir, reċevibbli fuq karti tal-kreditu, rahan ta’ taxxa, self improduttiv, noti marbuta ma’ kreditu, self għal veikoli ta’ rikreazzjoni, u reċevibbli kummerċjali;

(b)

Titoli abbażi ipotekarja residenzjali. Din il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet tas-subassi ta’ titoli abbażi ipotekarja residenzjali prima u titoli abbażi ipokaterja residenzjali mhux prima u self fuq l-ekwità tad-dar;

(c)

Titoli abbażi ipotekarja kummerċjali. Dan il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet subassi ta’ self għal proprjetà kummerċjali jew uffiċċji, self għal kura ġo sptar, residenzi tal-kura, faċilitajiet tal-ħżin, self għal lukandi, faċilitajiet ta’ infermerija, self industrijali, u proprjetajiet multifamiljari;

(d)

Obbligi kollateralizzati ta’ dejn. Din il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet ta’ subassi ta’ obbligi kollateralizzati ta’ dejn, obbligi kollateralizzati ta’ bonds, obbligi kollateralizzati sintetiċi, obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ segment wieħed, obbligi kollateralizzati ta’ fondi, obbligi kollateralizzati ta’ bonds, obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ titoli abbażi ta’ assi u obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ obbligi kollateralizzati ta’ dejn;

(e)

Karti kummerċjali abbażi ta’ assi;

(f)

Strumenti finanzjarji strutturati oħra li mhumiex inklużi fil-klassijiet tal-assi preċedenti, inklużi bonds strutturati koperti, veikoli ta’ investiment strutturat, titoli marbuta ma’ assigurazzjoni u kumpaniji ta’ prodotti derivattivi.

5.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispeċifika f’liema klassi ta’ assi u klassi ta’ subassi (fejn applikabbli) kull strument klassifikat jappartjeni.

6.   Għall-iskop tal-element 17 tat-Tabella 1 tal-Anness II, il-kodiċi tal-pajjiż użat għal strument għandu jkun dak tal-pajjiż tad-domiċilju tal-maġġoranza tal-assi sottosanti. Fejn mhuwiex possibbli li jiġi identifikat id-domiċilju tal-maġġoranza tal-assi sottostanti, l-istrument klassifikat għandu jaqa’ taħt il-klassi “Internazzjonali”.

Artikolu 6

Klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar il-klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi abbażi tal-emittent. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjonijiet f’wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a)

klassifikazzjonijiet sovrani tal-munita lokali;

(b)

klassifikazzjonijiet sovrani tal-munita barranija;

(c)

klassifikazzjonijiet subsovrani u ta’ muniċipalitajiet bħal stati u gvernijiet lokali;

(d)

klassifikazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet sovranazzjonali bħal dawk ta’ istituzzjonijiet stabbiliti, posseduti u kontrollati minn aktar minn azzjonist gvern sovran wieħed inklużi organizzazzjonijiet koperti mill-kodiċi U (Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali) skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem “NACE”); (3)

(e)

klassifikazzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi inklużi dawk koperti minn kodiċijiet NACE O (Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja), P (Edukazzjoni) u Q (Attivitajiet marbuta mas-saħħa umana u l-ħidma soċjal).

2.   F’kull settur għandhom jiġi rrapportati l-klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien qasir u twil tal-emittent. Fejn klassifikazzjoni tal-emittent mhijiex disponibbli, għandha tiġi rrapportata l-klassifikazzjoni tad-dejn fit-tul.

3.   Għall-fini tal-element 17 tat-Tabella 1 tal-Anness II, fejn l-ebda pajjiż speċifiku ma jista’ jiġi identifikat bħala l-pajjiż tal-ħruġ fil-każ ta’ organizzazzjonijiet sovranazzjonali kif speċifikat fil-punt (d) tal-paragrafu (1), l-emittent klassifikat għandu jiġu kklassifikat bħala “Internazzjonali”.

KAPITOLU III

FORMAT TAR-RAPPORTAR

Artikolu 7

Dejta kwalitattiva

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi rapporti dwar id-dejta kwalitattiva fil-format speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness I. B’mod partikolari, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi dejta kwalitattiva fuq l-iskala tal-klassifikazzjoni tagħha li tispjega l-karatteristiċi individwali u t-tifsira ta’ kull klassifikazzjoni. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tirrapporta sa sitt skali tal-klassifikazzjoni. Mhux aktar minn skala waħda tal-klassifikazzjoni tista’ tiġi rrapportata fir-rigward ta’ kwalunkwe kombinazzjoni partikolari ta’ orizzonti ta’ żmien u tip ta’ klassifikazzjoni.

2.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjonijiet għal orizzont ta’ żmien u t-tip ta’ klassifikazzjoni partikolari u tuża iktar minn skala tal-klassifikazzjoni waħda, fir-rapporti dwar id-dejta kwalitattiva għandha tirrapporta biss l-iskala tal-klassifikazzjoni użata għall-maġġoranza numerika ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet. Klassifikazzjonijiet li jużaw skala tal-klassifikazzjoni li ma tkunx ġiet rrapportata skont dan il-paragrafu ma għandhomx jiġu rrapportati fir-rapporti dwar id-dejta tal-klassifikazzjoni.

3.   Skala tal-klassifikazzjoni fiha għadd indeterminat ta’ kategoriji wiesgħa ta’ klassifikazzjoni li jistgħu jinkludu bħala subkategoriji għadd indeterminat ta’ livelli. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta ż-żewġ kategoriji ta’ klassifikazzjoni u livelli fejn applikabbli.

Artikolu 8

Dejta dwar il-klassifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi rapporti dwar id-dejta tal-klassifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 fil-format speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness II.

2.   Għall-fini tal-element 12 tat-Tabella 1 tal-Anness II, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta inadempjenza fir-rigward ta’ klassifikazzjoni fejn iseħħ wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:

(a)

il-klassifikazzjoni tindika li seħħet inadempjenza skont id-definizzjoni ta’ inadempjenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

il-klassifikazzjoni ġiet irtirata minħabba l-insolvenza tal-entità kklassifikata jew minħabba ristrutturar tad-dejn;

(c)

kull meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikkunsidra entità kklassifikata jew strument ikklassifikat bħala inadempjenti, materjalment indebolit jew ekwivalenti.

3.   Ir-rapporti kollha tal-klassifikazzjoni li jiġu rtirati matul perjodu speċifiku ta’ rapportar għandhom jingħataw raġuni għall-irtirar fl-element 11 tat-Tabella 1 tal-Anness II. Il-klassifikazzjonijiet li ġew irtirati qabel is-7 ta’ Settembru 2010 jistgħu jiddaħħlu fil-kategorija “tmiem tal-klassifikazzjoni minħabba raġunijiet oħra”.

Artikolu 9

Tibdil u kanċellazzjonijiet tad-dejta kwalitattiva

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta tibdil u kanċellazzjoni tad-dejta kwalitattiva rapportata fejn dan ikun meħtieġ biex:

(a)

jiġu riflessi l-bidliet f’dejta kwalitattiva;

(b)

jiġu kkoreġuti żbalji fattwali fir-rapportar tal-iskala tal-klassifikazzjoni.

2.   Għal bidliet fid-dejta kwalitattiva, minbarra dejta dwar l-iskala ta’ klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat rapport ġdid li jkun fih dejta aġġornata. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat rapport ġdid dwar id-dejta kwalitattiva biss jekk ikun hemm bidla fi kwalunkwe dejta, u għandha tiġi rapportata biss id-dejta li tkun inbidlet. Fil-każ ta’ bidla fil-metodoloġija, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta d-dejta kwalitattiva aġġornata u tista’ tirreferi għal informazzjoni addizzjonali dwar bidliet fil-metodoloġija storika pprovduti fil-websajt tagħha.

3.   Fejn bidla ta’ skala tal-klassifikazzjoni tkun limitata għat-titli tal-kategoriji jew il-livelli, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat ir-rapport dwar id-dejta kwalitattiva li jkun fih rekord aġġornat tal-skala tal-klassifikazzjoni preċedenti (identifikata permezz tal-identifikatur uniku tal-klassifikazzjoni tagħha) bit-titli u d-deskrizzjonijiet immodifikati kif xieraq. L-elementi l-oħra li jirrelataw mal-iskala tal-klassifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fir-rapport mingħajr bidliet. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 1 tal-Anness I.

4.   Fejn isseħħ bidla materjali fi skala tal-klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddikjara skala ġdida tal-klassifikazzjoni u twettaq il-passi li ġejjin:

(a)

għandu jintbgħat fajl kwalitattiv b’rekord aġġornat tal-iskala tal-klassifikazzjoni preċedenti li jimmodifika d-data ta’ tmiem il-validità għad-data ta’ tmiem il-perjodu tar-rapportar preċedenti. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 1 tal-Anness I;

(b)

l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni b’identifikatur uniku ġdid u data tal-bidu tal-validità tal-ewwel perjodu ta’ rapportar li għalih hija valida;

(c)

ladarba aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun irċeviet fajl ta’ feedback mir-repożitorju ċentrali li jikkonferma li l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni ġiet aċċettata, għandha tibgħat il-fajls tad-dejta tal-klassifikazzjoni korrispondenti għall-ewwel perjodu ta’ rapportar li għalih tapplika l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni billi tuża l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni.

5.   Fejn skala tal-klassifikazzjoni tiġi kkanċellata, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha twettaq il-passi li ġejjin:

(a)

il-kanċellazzjoni għandha sseħħ qabel l-aġenzija tal-klassiifkazzjoni tal-kreditu tirrapporta kwalunkwe dejta tal-klassifikazzjoni lir-repożitorju ċentrali b’rabta ma’ dik skala tal-klassifikazzjoni. Fil-każ li d-dejta tal-klassifikazzjoni kienet diġà ġiet irrapportata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkanċella d-dejta tal-klassifikazzjoni kollha li tuża l-iskala preċedenti tal-klassifikazzjoni;

(b)

l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat fajl tad-dejta kwalitattiva li fih il-kanċellazzjoni tal-skala tal-klassifikazzjoni. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 10

Kanċellazzjoni tad-dejta tal-klassifikazzjoni u r-rapportar storiku tad-dejta tal-klassifikazzjoni

1.   Fejn jiġu identifikati żbalji fattwali fid-dejta tal-klassifikazzjoni li ġiet irrapportata, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta l-kanċellazzjoni ta’ dak id-dejta tal-klassifikazzjoni u għandha tibdel id-dejta tal-klassifikazzjoni kkanċellata.

2.   Meta tikkanċella dejta tal-klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ rekord tal-klassifikazzjoni tal-perjodu ta’ rapportar attwali, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness II. Ladarba r-rekord oriġinal ikun ġie kkanċellat, għandha tibgħat verżjoni ġdida tar-rekord;

(b)

fil-każ ta’ rekord tal-klassifikazzjoni ta’ perjodi preċedenti ta’ rapportar, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tikkanċella d-dejta tal-klassifikazzjoni oriġinali għal perjodi kollha rapportati billi tuża l-element speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness II inkluża r-raġuni għall-kanċellazzjoni u mbagħad tibdel il-verżjoni oriġinali tar-rekord għall-perijodi kollha bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 3(4).

3.   Meta tirrapporta dejta dwar il-klassifikazzjoni retroattivament, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżid mal-elementi tal-klassifikazzjoni l-perjodu tar-rapportar storiku tal-klassifikazzjoni u r-raġuni għar-rapportar tad-dejta tal-klassifikazzjoni storika, kif speċifikat fl-elementi 24 u 25 tat-Tabella 1 tal-Anness II.

KAPITOLU IV

METODU TA’ RAPPORTAR

Artikolu 11

Mezzi tar-rapportar u t-trasferiment tad-dejta

1.   Sabiex tirrapporta dejta lir-repożitorju ċentrali, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-faċilitajiet tar-rapportar tas-sistema tar-repożitorju ċentrali.

2.   Il-fajls kollha mibgħuta lil u li jaslu mingħand ir-repożitorju ċentrali għandhom ikunu fil-format XML konformi mal-iskemi XSD maħruġa mill-AETS.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ssemmi l-fajls skont il-konvenzjoni tal-ismijiet maħruġa mill-AETS.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha taħżen il-fajls mibgħuta lil u li jaslu mingħand ir-repożitorju ċentrali f’forma elettronika għal mill-inqas ħames snin. Dawn il-fajls għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-AETS meta jintalbu.

Artikolu 12

Prinċipji tal-iskambju tal-fajls u l-perjodi tar-rapportar

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat il-fajls kollha li jkopru pejodu ta’ rapportar speċifiku fil-perjodu tal-prepubblikazzjoni sussegwenti lir-repożitorju ċentrali. Dan ir-rekwiżit ikopri kemm il-fajls tad-dejta kwalitattiva kif ukoll il-fajls tad-dejta tal-klassifikazzjoni.

2.   Il-perjodu tar-rapportar għandu jkopri perjodu ta’sitt xhur li jdum mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju jew mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru. Il-perjodu tal-prepubblikazzjoni huwa perjodu ta’ tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar rispettiv, li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu u mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru. Il-bidu u t-tmiem ta’ perjodu tal-prepubblikazzjoni u perjodu ta’ rapportar għandu jkun determinat mill-Ħin tal-Ewropa Ċentrali.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-ewwel tibgħat dejta kwalitattiva. Għandha tibgħat fajls tad-dejta dwar il-klassifikazzjoni biss meta tkun irċeviet fajl ta’ feedback mir-repożitorju ċentrali li jivverifika d-dejta kwalitattiva.

4.   Matul kull perjodu ta’ prepubblikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti fajls tad-data dwar il-klassifikazzjoni lir-repożitorju ċentrali li jinkludu l-informazzjoni kollha kif speċifikat fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness II. Kanċellazzjonijiet ta’ dejta dwar il-klassifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 10.

5.   L-ewwel darba li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tirrapporta lir-repożitroju ċentrali, għandha tibgħat fajl tad-dejta kwalitattiva li jinkludi d-dejta kwalitattiva kollha kif speċifikat fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness I. Sussegwentement, dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta biss skali ġodda tal-klassifikazzjoni, aġġornamenti u kanċellazzjonijiet tad-dejta kwalitattiva skont l-Artikolu 9.

6.   Barra minn hekk fl-ewwel rapport tagħha lir-repożitorju ċentrali, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta wkoll id-dejta storika skont l-Artikolu 3(4). Dak ir-rapportar għandu jitwettaq f’ordni kronoloġika tal-perjodi tar-rapportar u jibda mill-aktar wieħed antik.

Artikolu 13

Proċedura ta’ rapportar

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-informazzjoni mibgħuta lir-repożitorju ċentrali tikkorrispondi mar-rekords interni tagħha. F’kull perjodu tal-prepubblikazzjoni, il-fajls rilevanti kollha għandhom jintbagħtu f’ordni kronoloġika u l-iżbalji għandhom ikunu kkoreġuti fil-perjodu tal-prepubblikazzjoni.

2.   Ir-repożitorju ċentrali għandu jibgħat fajl ta’ feedback lill-aġenzija tal-klassifkazzjoni tal-kreditu għal kull fajl tad-dejta rrapportat li jikkonferma li l-fajl wasal u ttella’ korrettament jew li jinforma lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dwar l-iżbalji skoperti. Meta r-repożitorju ċentrali jsib żball, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat il-korrezzjonijiet fiż-żmien dovut kif ġej:

(a)

għal żbalji tal-fajl, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkoreġi l-iżball kif indikat fil-fajl tal-feedback u terġa’ tibgħat il-fajl kollu mill-ġdid;

(b)

għal żbalji fil-kontenut, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkoreġi l-iżbalji kif indikat fil-fajl tal-feedback u terġa’ tibgħat ir-rekords ikkoreġuti biss;

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS I

Lista ta’ elementi għal fajl tad-dejta kwalitattiva

Tabella 1:   Lista ta’ elementi kummerċjali għall-ewwel dikjarazzjoni u l-aġġornament ta’ fajl tad-dejta kwalitattiva

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

CRA Name

L-isem użat biex jidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-interfaċċja tal-web tas-CEREP. Għandu jikkorrispondi mal-isem użat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-proċess tar-reġistrazzjoni u fil-proċeduri superviżorji l-oħra kollha mal-AETS. Fil-każ li membru ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jirrapporta għall-grupp kollu għandu jkun l-isem li jirreferi għal grupp ta’ aġenziji tal-klassifkazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

2

CRA Description

Deskrizzjoni qasira tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

3

CRA Methodology

Deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-possibbiltà li tiddeskrivi l-karatteristiċi uniċi tal-metodoloġija tagħha tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

4

Solicited and unsolicited ratings policies

Deskrizzjoni tal-politika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dwar il-klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba. Jekk jeżistu aktar minn politika waħda, għandhom jiġu speċifikati t-tipi rilevanti ta’ klassifikazzjonijiet applikabbli għal kull politika.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

5

Subsidiary ratings policy

Deskrizzjoni tal-politika dwar ir-rapportar tal-klassifikazzjonijiet tas-sussidjarji.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet. Applikabbli biss għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu klassifikazzjonijiet korporattivi.

6

Geographical reporting scope

Deskrizzjoni jekk hemmx kopertura globali. Jekk il-kopertura mhix globali, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega għaliex le.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

Għażla ta’ tag XML globali/mhux globali biex tidentifika jekk il-kopertura hijiex globali jew le. Fil-każ li tintgħażel kopertura mhux globali huwa madatorju subelement biex tiġi spjegata r-raġuni.

7

Definition of default

Tiddeskrivi d-definizzjoni ta’ inadempjenza mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

8

Rating scale identifier

Jidentifika unikament skala ta’ klassifikazzjoni speċifika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorja jekk skala ta’ klassifikazzjoni trid tiġi rrapportata jew aġġornata.

9

Rating scale validity start date

Id-data li minnha l-iskala tal-klassifikazzjoni tibda tkun valida (BOP). Għandha tikkorrispondi għal data valida tal-bidu tal-perjodu ta’ rapportar eżistenti fis-sistema. Id-data ma għandhiex tissovrappożizzjona ruħha ma’ skali tal-klassifikazzjoni diġà rapportati għall-istess skop.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

(SSSS-XX-JJ).

10

Rating scale validity end date

L-aħħar data li skala tal-klassifikazzjoni hija valida (EOP). Għandha tikkorrispondi għal data valida tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar eżistenti fis-sistema. Jekk l-ebda data speċifika ta’ tmiem il-validità mhi magħrufa, jew hija fil-futur, din għandha tiġi ddikjarata bħala 9999-01-01. Id-data ma għandhiex tissovrappożizzjona ruħha ma’ skali tal-klassifikazzjoni diġà rapportati għall-istess skop.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

(SSSS-XX-JJ).

11

Time horizon

Jidentifika l-applikabbiltà tal-iskala tal-klassifikazzjoni abbażi tal-orizzont ta’ żmien. Il-kombinazzjoni ta’ tip ta’ klassifikazzjoni u l-orizzont taż-żmien għandha tkun valida.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

“L” fil-każ li l-iskala ta’ klassifikazzjoni tkun applikabbli għal klassifikazzjonijiet fit-tul,

“S” fil-każ li l-iskala ta’ klassifikazzjoni tkun applikabbli għal klassifikazzjonijiet fil-qosor.

12

Rating type

Jidentifika l-applikabbiltà tal-iskala tal-klassifikazzjoni abbażi tat-tip ta’ klassifikazzjoni. Il-kombinazzjoni ta’ tip ta’ klassifikazzjoni u l-orizzont taż-żmien għandha tkun valida.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

“C” fil-każ li l-iskala tal-klassifikazzjoni hija applikabbli għal klassifikazzjoni korporattiva,

“S” fil-każ li l-iskala tal-klassifikazzjoni hija applikabbli għal klassifikazzjoniijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi,

“T” fil-każ li l-iskala tal-klassifikazzjoni hija applikabbli għal klassifikazzjonita’ finanzjamenti struturati.

13

Rating category label

Jidentifika kategorija ta’ klassifikazzjoni speċifika fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

14

Rating category description

Definizzjoni tal-kategorija tal-klassifikazzjoni fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

15

Rating category value

Ordni tal-kategorija tal-klassifikazzjoni fl-iskala tal-klassifikazzjoni, meta l-livelli jitqiesu bħala subkategoriji.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

L-ordinali huwa valur ta’ intiġer b’ valur minimu ta’ 1 u valur massimu ta’ 20. Id-dikjarazzjoni tal-valuri tal-kategoriji tal-klassifikazzjoni trid tkun konsekuttiva. Għandu jkun hemm bħala minimu kategorija waħda għal kull klassifikazzjoni.

16

Notch label

Jidentifika livell speċifiku fl-iskala ta’ klassifikazzjoni. Il-livelli jipprovdu dettall addizzjonali għall-kategorija ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk jiġi ddikjarat livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

17

Notch description

Definizzjoni tal-livell fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk jiġi ddikjarat livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

18

Notch value

Ordni tal-livell fl-iskala ta’ klassifikazzjoni. Il-valur tal-livell huwa l-valur li huwa assenjat għal kull klassifikazzjoni, biex tiġi identifikata l-klassifikazzjoni fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull perjodu.

Mandatorju jekk jiġi ddikjarat livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

Il-valur tal-livell huwa intiġer b’valur minimu ta’ 1 u valur massimu ta’ 99. Valuri mogħtija jridu jkunu konsekuttivi. Hemm għadd indefinit ta’ livelli li jappartjenu għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni speċifika.


Tabella 2:   Element għall-kanċellazzjoni ta’ skali tal-klassifikazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni

L-identifikatur tal-iskala tal-klassifikazzjoni li se jiġu kkanċellati.

Mandatorju


Tabella 3:   Lista ta’ elementi tekniċi għal fajl tad-dejta kwalitattiva

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Language

Tiddefinixxi l-lingwa tal-fajl.

Mandatorju.

ISO 639-1.

2

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex tidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju.

ISO 9362.

3

Version

Il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju.

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni.

4

Creation date

Id-data li fiha nħoloq il-fajl.

Mandatorju.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

(SSSS-XX-JJ).

5

Creation time

Il-ħin li fih inħoloq il-fajl. Għandu jkun irrapportat f’ħin lokali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tiġġenera l-fajl u espressa bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC) +/– sigħat.

Mandatorju.

Il-format tal-ħin skont l-ISO 8601

(SS-MM-SS).

6

Creation time offset

Tindika li ntużat tpaċija fil-ħin lokali għall-ħolqien tal-fajl SS qabel jew wara l-UTC. Subelementi separati b’valuri (+/–) SS, li għandhom jiġu aġġustat għall-ħin tas-sajf.

Mandatorju.


ANNESS II

Lista ta’ elementi għal fajl tad-dejta dwar il-klassifkazzjoni

Tabella 1:   Lista ta’ elementi kummerċjali għal fajl tad-dejta dwar il-klassifkazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Rating identifier

Identifikatur uniku tal-klassifikazzjonijiet, li għandu jinżamm kif inhu matul iż-żmien.

Mandatorju.

2

Rating name

Isem jew deskrizzjoni tal-klassifikazzjoni. Għandu jidentifika l-klassifikazzjoni, l-istrument jew l-emittent ikklassifikat.

Fakultattiv.

3

Internal instrument identifier

Kodiċi uniku biex jidentifika l-istrument finanzjarju kklassifikat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati (mhux veikoli finanzjarji ta’ investiment strutturat (SIV)).

4

Standard instrument identifier

Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli Internazzjonali (ISIN) tal-istrument klassifkat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Fakultattiv.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati (mhux SIV).

Kodiċi ISO 6166.

5

Internal issuer identifier

Identifikatur uniku tal-emittent (jew tal-kumpanija prinċipali tal-emittent). Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet korporattivi, sovrani u tal-finanzi pubbliċi u SIV.

6

Standard issuer identifier

Kodiċi Uniku tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-emittent. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Fakultattiv.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet korporattivi, sovrani tal-finanzi pubbliċi u SIV.

Kodiċi ISO 9362.

7

Rating BOP

Valur tal-livell fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar Għandu jkun identiku għall-EOP tal-klassifikazzjoni tal-perjodu preċedenti, ħlief fil-każ ta’ bidliet fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet li kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar.

8

Rating EOP

Valur tal-livell fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet li kien jeżistu fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

9

New rating

Tindika li l-klassifikazzjoni ġiet iġġenerata għall-ewwel darba matul il-perjodu tar-rapportar.

Mandatorju.

10

Withdrawal

Tindika li l-klassifikazzjoni ġiet irtirata matul il-perjodu tar-rapportar. Ladarba rtirata, din il-klassifikazzjoni speċifika ma għandhiex tiġi rrapportata aktar fil-perjodi ta’ rapportar sussegwenti.

Mandatorju jekk il-klassifikazzjoni ġiet irtirata matul il-perjodu tar-rapportar.

11

Withdrawal reason

Raġuni għal fejn intuża l-element “irtirar”.

Mandatorju jekk l-element “irtirar” huwa rrapportat.

“1” fil-każ ta’ informazzjoni dwar l-emittent/ħruġ hija inkorretta jew insuffiċjenti,

“2” fil-każ ta’ insolvenza tal-entità kklassifikata jew ristrutturazzjoni tad-dejn,

“3” fil-każ ta’ riorganizzazzjoni tal-entità kklassifikata inkluża l-fużjoni jew l-akkwisizzjoni tal-entità kklassifikata,

“4” fil-każ ta’ tmiem tal-maturità tal-obbligu tad-dejn,

“5” f’każ ta’ invalidità awtomatika tal-klassifikazzjoni minħabba l-mudell tan-negozju tal-aġenzija ta’ kreditu kklassifikata,

“6” fil-każ ta’ tmiem il-klassifikazzjoni minħabba raġunijiet oħra.

12

Default

Jidentifika jekk emittent jew strument kklassifikat ikun ser inadempjenti matul il-perjodu tar-rapportar, kif speċifikat fl-Artikolu 9(2)

Mandatorju.

13

Solicited/Unsolicited

Klassifikazzjoni tal-kreditu tkun meqjusa mhux mitluba, jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx inbdiet fuq talba tal-emittent jew tal-entità kklassifikata. Klassifikazzjoni tal-kreditu tkun meqjusa bħala mitluba, jekk inbdiet mill-emittent, l-entità kklassifikata jew l-aġent tagħha.

Mandatorju.

“S” fil-każ li l-klassifikazzjoni hija mitluba,

“U” fil-każ li l-klassifikazzjoni hija mhijiex mitluba,

“N” fil-każ li din l-informazzjoni mhijiex disponibbli għal perjodi ta’ rapportar qabel is-7 ta’ Settembru 2010.

14

Location of the issuance of the rating

Jiddefinixxi minn min hija maħruġa l-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

“I” fejn il-klassifikazzjoni hija maħruġa fl-UE minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009,

“E” fejn klassifikazzjoni ġiet approvata skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009,

“T” fejn il-klassifikazzjoni hija maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ċċertifikata skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 kif emendat,

“N” fejn din l-informazzjoni mhijiex disponibbli għal perjodi ta’ rapportar qabel is-7 ta’ Settembru 2010,

“O” fi kwalunkwe każ ieħor.

15

Time horizon

Tidentifika jekk il-klassifikazzjoni hijiex klassifikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien qasir jew twil. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

“S” jekk hija klassifikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien qasir,

“L” għal klassifikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien twil.

16

Rating type

Tidentifika jekk il-klassifikazzjoni hijiex korporattiva, jew sovrana u tal-finanzi pubbliċi jew ta’ finanzjamenti strutturati. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

“C” għal klassifikazzjoni korporattiva,

“S” għal klassifikazzjoni sovrana u tal-finanzi pubbliċi,

“T” għal klassifikazzjoni ta’ finanzjament strutturat.

17

Country

Kodiċi tal-pajjiż tal-emittent/strument ikklassifikat.

Mandatorju.

ISO 3166-1. Il-kodiċi “ZZ” għandu jintuża biex jidentifika l-kategorija “internazzjonali”.

18

Industry

Is-segment industrijali tal-emittent.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijiet korporattivi.

“FI” fil-każ ta’ istituzzjoni finanzjarja inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment,

“IN” fil-każ li tkun impriża tal-assigurazzjoni,

“CO” fil-każ li tkun emittent korporattiv li mhuwiex ikkunsidrat istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assigurazzjoni.

19

Sector

Jispeċifika subkategoriji għal klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

“FC” għal klassifikazzjoni ta’ munita barranija sovrana,

“SL” għal klassifikazzjoni ta’ munita lokali sovrana,

“SM” għal klassifikazzjoni subsovrana jew ta’ muniċipalità,

“SO” għal klassifikazzjoni ta’ organizzazzjoni sovranazzjonali,

“PE” għal klassifikazzjoni ta’ entità pubblika.

20

Asset class

Jiddefinixxi l-klassijiet ewlenin tal-assi għall-klassifikazzjonijiet tal-finanzjamenti strutturati.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijet ta’ finanzjamenti strutturati.

“ABS” għal titolu abbażi ta’ assi,

“RMBS” għal titolu abbażi ipotekarja residenzjali,

“CMBS” għal titolu abbażi ipotekarja kummerċjali,

“CDO” għal obbligu kollateralizzat ta’ dejn,

“ABCP” għal karti kummerċjali abbażi ta’ assi,

“OTH” fil-każijiet l-oħra kollha.

21

Sub-asset

Jiddefinix il-klassijiet tas-subassi għal klassifikazzjonijiet ABS, RMBS u CDO.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassijiet definiti ta’ assi għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati.

Għal ABS:

“CCS” għal karta tal-kreditu riċevibbli abbażi ta’ titolu,

“ALB” għal self għal karozzi abbażi ta’ titolu,

“OTH” għal tip ieħor ta’ ABS.

Għal RMBS:

“HEL” għal self fuq l-ekwità ta’ dar,

“PRR” għal RMBS prima,

“NPR” għal RMBS mhux prima.

Għal CDO:

“CFH” għal fluss ta’ flus jew ibridi CDO/CLO,

“SDO” għal CDO/CLO sintetiku,

“MVO” għal valur tas-suq CDO.

22

Vintage year

Jispeċifika s-sena tal-ħruġ tal-istrument ikklassifikat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijet ta’ finanzjamenti strutturati.

23

Responsible CRA unique identifier

Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-entità responsabbli għall-klassifikazzjoni, jiġifieri fil-każ għal:

klassifikazzjoni maħruġa fl-UE, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li ħarġet il-klassifikazzjoni;

klassifikazzjoni approvata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li approvat il-klassifikazzjoni;

klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun ġiet iċċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-entità ċertifikata;

klassifikazzjoni maħruġa f’pajjiż terz iżda mhux approvata minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ħarġet il-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

ISO 9362.

24

Historical reporting period of the rating

Jidentifika l-perjodu tar-rapportar tal-klassifikazzjoni, jekk fil-passat. Għandu jintuża jekk il-klassifikazzjoni hija rrapportata għal perjodu ta’ pubblikazzjoni għall-korrezzjoni ta’ żbalji fattwali.

Fakultattiv.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

25

Reason for historical rating reporting

Ir-raġuni għaliex il-klassifikazzjoni hija rrapportata għal perjodu rrapportat preċedentement.

Mandatorju jekk il-element “Perjodu ta’ rapportar storiku tal-klassifikazzjoni” huwa rapportat.


Tabella 2:   Lista ta’ elementi għall-kanċellazzjoni tad-dejta dwar il-klassifikazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Rating identifier

Dikjarazzjoni ta’ identifikatur tal-klassifikazzjoni eżistenti li għandu jiġi kkanċellat.

Mandatorju.

2

Reason for Historic Cancellation

Ir-raġuni għaliex il-klassifikazzjoni qed tiġi kanċellata għal perjodi rapportati preċedentement kollha.

Fakultattiv.

Mandatorju fil-każ ta’ kanċellazzjoni sħiħa (kanċellazzjoni tal-klassifikazzjoni għall-perjodi kollha).


Tabella 3:   Lista ta’ elementi tekniċi għal fajl tad-dejta dwar il-klassifkazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Language

Tiddefinixxi l-lingwa tal-fajl.

Mandatorju

ISO 639-1

2

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex jidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju

ISO 9362

3

Version

Il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni

4

Creation date

Id-data li fiha nħoloq il-fajl.

Mandatorju

Il-format tad-data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

5

Creation time

Il-ħin li fih inħoloq il-fajl. Għandu jkun irrapportat f’ħin lokali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tiġġenera l-fajl u espressa bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC) +/– sigħat.

Mandatorju

Il-format tal-Ħin skont l-ISO 8601 (SS-MM-SS)

6

Creation time offset

Tindika li ntużat tpaċija tal-ħin lokali għall-ħolqien tal-fajl SS qabel jew wara l-UTC. Subelementi separati b’valuri (+/–) SS, li għandhom jiġu aġġustati għall-ħin tas-sajf.

Mandatorju

7

Reporting period

Jidentifika l-perjodu tar-rapportar tal-fajl. Jikkorrispondi għad-data tal-bidu tal-perjodu.

Mandatorju

Il-format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) tal-BOP

8

Number of records

L-ammont totali tar-rekords tal-klassifikazzjonijiet fil-fajl, inklużi dikjarazzjonijiet u kanċellamenti ta’ klassifikazzjonijiet.

Mandatorju


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/32


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 449/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(4) tiegħu;

Billi:

(1)

F’konformità mal-objettivi ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni għall-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fl-Unjoni, għall-istabbiltà finanzjarja, għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur, dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-informazzjoni li għandha titressaq lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) matul il-proċessi ta’ reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni, hija provduta wara li jkunu segwiti regoli uniformi, sabiex l-AETS tkun tista’ tagħmel deċiżjoni infurmata dwar ir-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

(2)

Il-benefiċċji fuq terminu ta’ żmien twil tal-informazzjoni addizzjonali huma mistennija li jkunu iktar minn kwalukwe kost addizzjonali potenzjali f’terminu ta’ żmien qasir, f’termini tal-protezzjoni tal-investitur u tal-istabbiltà finanzjarja.

(3)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-informazzjoni li l-AETS għandha tirċievi bħala parti minn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Ċertu informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament tista’ ma tkunx applikabbli għal aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun għadha kemm ġiet stabbilita minħabba li setgħet applikat għal eżenzjoni, nuqqas ta’ esperjenza preċedenti fil-qasam tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew minħabba raġunijiet oħra. Dan ir-Regolament ma għandux joħloq ostakolu biex aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għadhom kemm ġew stabbiliti jidħlu fis-suq. Minkejja dan, applikant għandu jipprovdi spjega ċara għaliex ma jkunx ressaq l-informazzjoni speċifika inkluża f’dik l-applikazzjoni.

(4)

Kwalunkwe informazzjoni sottomessa lill-AETS għandha tkun ipprovduta b’mod sostenibbli li jippermetti li tinħażen għal użu fil-futur. Sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-informazzjoni sottomessa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, id-dokumenti kollha għandhom ikunu identifikati b’numru ta’ referenza.

(5)

Sabiex l-AETS tivvaluta jekk kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jirriżulta mill-attivitajiet u l-interessi kummerċjali tas-sidien ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistax jaffettwa l-indipendenza ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun rikjesta tagħti informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sidien tagħha u s-sjieda tal-impriża prinċipali.

(6)

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi informazzjon dwar il-kompożizzjoni, l-iffunzjonar u l-indipendenza tal-korpi tal-maniġment tagħha sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta jekk l-istruttura ta’ governanza korporattiva tiżgurax l-indipendenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tevitax kunflitti ta’ interess.

(7)

Sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta r-reputazzjoni tajba kif ukoll l-esperjenza u l-ħiliet tal-maniġment superjuri, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-curriculum vitae, rekord kriminali riċenti u awtodikjarazzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment superjuri tagħha.

(8)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni kif kunflitti ta’ interess huma eliminati jew immaniġġjati u ddivulgati, aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’inventarju aġġornat tal-kunflitti eżistenti u potenzjali ta’ interess li jkopru mill-inqas il-kunflitti li jirriżultaw mit-twettiq ta’ servizzi anċillari, l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u l-interazzjoni ma’ partijiet terzi relatati. Meta jkunu qed jiġu identifikati l-kunflitti ta’ interess għall-inventarju, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkunsidra kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn entitajiet li jappertjenu għall-grupp globali ta’ impriżi li hija tagħmel parti minnu. Għaldaqstant, għandhom ikunu kkunsidrati l-arranġamenti intragrupp li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta’ kompiti u l-forniment ta’ servizzi anċillari minn entitajiet differenti fil-grupp ta’ impriżi.

(9)

Għalkemm il-fergħat tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni mhumiex persuni ġuridiċi, dawk l-aġenziji għandhom jipprovdu informazzjoni separata dwar il-fergħat tagħhom li tippermetti lill-AETS tidentifika b’mod ċar il-pożizzjoni tal-fergħat fl-istruttura organizzazzjonali, tivvaluta kemm il-maniġment superjuri tal-fergħat huwa kompetenti u adegwat u tevalwa jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll, il-konformità u funzjonijiet oħra li jinsabu fis-seħħ, humiex meqjusa bħala robusti biżżejjed biex jidentifikaw, jevalwaw u jimmaniġġjaw ir-riskji tal-fergħat b’mod xieraq.

(10)

L-informazzjoni mitluba rigward il-kunflitti ta’ interess possibbli mas-servizzi anċillari għandha tirreferi għan-negozji kollha tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li mhumiex parti mill-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni.

(11)

Sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta jekk qafas regolatorju ta’ pajjiż terz għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistax ikun meqjus “bħala strinġenti daqs” ir-reġim li jinsab fis-seħħ fl-Unjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha l-intenzjoni li tapprova klassifikazzjonijiet maħruġa f’dak il-pajjiż terz għandha tipprovi lill-AETS b’informazzjoni ddettaljata dwar il-qafas regolatorju tal-pajjiż terz u kif jikkompara għar-reġim fis-seħħ fl-Unjoni. Meta din l-informazzjoni diġà hija disponibbli għall-AETS minn applikazzjonijiet oħra għall-approvazzjoni, u l-AETS tieħu l-pożizzjoni li l-qafas regolatorju tal-pajjiż terz jista’ jitqies strinġenti daqs ir-reġim li jinsab fis-seħħ fl-Unjoni, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li applikaw għandhom ikunu eżenti mit-tressiq ta’ din l-informazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu applikanti għandhom juru li t-twettiq ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz li jirriżultaw fil-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha tkun approvata, jissodisfa r-rekwiżiti skont ir-reġim tal-pajjiż terz u li hemm proċeduri li jimmonitorjaw it-twettiq tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ pajjiż terz.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-informazzjoni li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tagħha u għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabilità finanzjarja jew l-integrità tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. L-importanza sistemika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attvitajiet tal-klassifikazzjoni tagħha għall-istabbiltà ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, għandha tkun imkejla f’dan ir-Regolament f’termini tad-daqs tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tagħha u l-interkonnettività tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni.

(13)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mill-AETS lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(14)

L-AETS għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit taħt l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-AETS mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-applikazzjoni tagħha għal:

(a)

reġistrazzjoni, kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; jew

(b)

ċertifikazzjoni jew għal valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-integrità tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

KAPITOLU 2

REĠISTRAZZJONI

TAQSIMA 1

Ġenerali

Artikolu 2

Format tal-applikazzjoni

1.   Applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tkun ipprovduta fi strument li jaħżen informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza futura u li jippermetti r-riproduzzjoni bla bidliet tal-informazzjoni maħżuna.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħti numru ta’ referenza uniku għal kull dokument li tippreżenta. Hija għandha tiżgura li l-informazzjoni li tippreżenta tidentifika b’mod ċar għal liema rekwiżit speċifiku ta’ dan ir-Regolament tirreferi u f’liema dokument hija pprovduta dik l-informazzjoni. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippreżenta t-tabella stabbilita fl-Anness I bħala parti mill-applikazzjoni tagħha biex tidentifika b’mod ċar id-dokument li fih hija pprovduta l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament.

3.   Jekk rekwiżit ta’ dan ir-Regolament ma japplikax għal applikazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-aġenzija għandha tiddikjara dan fit-tabella stabbilita fl-Anness I u tipprovdi spjegazzjoni.

4.   Meta grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu japplika għal reġistrazzjoni, l-applikazzjoni għandha tidentifika b’mod ċar kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għaliha tapplika l-informazzjoni. Meta l-istess informazzjoni tapplika għal iktar minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda fil-grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, bl-għan li timtela t-tabella tal-Anness I, għandu jingħata l-istess numru ta’ referenza għall-informazzjoni komuni.

Artikolu 3

Attestazzjoni tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-applikazzjoni

Kwalunkwe informazzjoni sottomessa lill-AETS matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew minn rappreżentant awtorizzat mill-maniġment superjuri, bħala attestazzjoni li safejn jafu bl-aħjar mod huma, l-informazzjoni ppreżentata hija preċiża jew kompluta, fid-data tat-tressiq tagħha.

Artikolu 4

Numru ta’ impjegati

Kwalunkwe informazzjoni rigward l-għadd ta’ impjegati għandha tkun ipprovduta fuq bażi ekwivalenti għal full-time ikkalkulata bħala t-total ta’ sigħat maħduma diviżi bl-għadd ta’ sigħat massimi suġġett għal kumpens f’sena ta’ ħidma kif definit mil-liġi nazzjonali rilevanti.

Artikolu 5

Klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Kwalunkwe informazzjoni fir-rigward tal-klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tuża l-klassijiet ta’ klassifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

klassifikazzjonijiet sovrani u ta’ finanzi pubbliċi;

(b)

klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati;

(c)

klassifikazzjonijiet korporattivi:

(i)

istituzzjoni finanzjarja inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment;

(ii)

impriża tal-assigurazzjoni;

(iii)

emittent korporattiv li mhux meqjus istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assiġurazzjoni.

Artikolu 6

Politiki u proċeduri

1.   Politiki u proċeduri pprovduti f’applikazzjoni għandhom jinkludu jew ikunu akkumpanjati minn:

(a)

indikazzjoni ta’ min hu responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki u l-proċeduri;

(b)

deskrizzjoni dwar kif il-konformità mal-politiki u l-proċeduri se jkunu infurzati u mmonitorjati u min huwa responsabbli għal dan;

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu fil-każ ta’ ksur tal-politiki;

(d)

indikazzjoni tal-proċedura għar-rapportar lill-AETS ta’ ksur materjali tal-politika jew il-proċedura li tista’ tirriżulta fi ksur tal-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni inizjali.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ taqdi l-obbligu tagħha li tipprovdi informazzjoni rigward il-politiki tagħha skont dan ir-Regolament billi tippreżenta kopja tal-politiki u l-proċeduri rilevanti.

Artikolu 7

Identifikazzjoni, status legali u klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’:

(a)

l-informazzjoni elenkata fl-Anness II għal dan ir-Regolamenti;

(b)

silta mir-reġistru tal-qorti jew kummerċjali rilevanti, jew forma oħra ta’ evidenza tal-post tal-inkorporazzjoni u ambitu tal-attività kummerċjali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, mid-data tal-applikazzjoni.

TAQSIMA 2

Struttura tas-sjieda

Artikolu 8

Sidien u impriża prinċipali ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bi

(a)

lista għal kull persuna li direttament jew indirettament għandhom 5 % jew iktar tal-kapital tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ta’ drittijiet ta’ votazzjoni jew li s-sehem tagħhom jagħmilha possibbli li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 tal-Anness III fir-rigward ta’ kull persuna tali.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi wkoll l-informazzjoni li ġejja lill-AETS:

(a)

lista ta’ kwalunkwe impriża li fiha persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha 5 % jew iktar tal-kapital jew drittijiet tal-votazzjoni jew li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tagħha;

(b)

identifikazzjoni tal-attività kummerċjali tagħhom imsemmija fil-punt 3 tal-Anness III.

3.   meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha impriża prinċipali, hija għandha:

(a)

tidentifika l-pajjiż fejn l-impriża prinċipali hija stabbilita;

(b)

tindika jekk l-impriża prinċipali hijiex awtorizzata jew reġistrata u jekk hijiex suġġetta għal superviżjoni.

Artikolu 9

Tabella tas-sjieda

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’tabella li turi r-rabtiet ta’ sjieda bejn kwalunkwe impriża prinċipali, sussidjarji u kwalunkwe entità assoċjata oħra stabbilita fl-Unjoni u l-fergħat tagħhom. L-impriżi murija fit-tabella għandhom ikunu identifikati mill-isem sħiħ tagħhom, l-istatus legali u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali.

TAQSIMA 3

Struttura organizzazzjonali u governanza korporattiva

Artikolu 10

Skeda Organizzazzjonali

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bi skeda organizzazzjonali bid-dettalji tal-istruttura organizzazzjonali, inkluża identifikazzjoni ċara tar-rwoli sinifikanti u l-identità tal-persuna responsabbli għal kull irwol sinifikanti. Irwoli sinifikanti għandhom jinkludu mill-inqas lill-maniġment superjuri, il-persuni li jidderiġu l-attivitajiet tal-fergħat u l-analisti superjuri tal-klassifikazzjoni. Meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu twettaq servizzi anċillari, l-iskeda organizzazzjonali għandha tagħti dettalji wkoll tal-istruttura organizzazzjonali tagħha fir-rigward ta’ dawk is-servizzi.

Artikolu 11

Struttura organizzazzjonali

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki tagħha u l-proċeduri relatai mal-funzjoni tal-konformità tagħha kif stipulat fil-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, tal-funzjoni ta’ reviżjoni kif stabbilit fil-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha stabbiliti biex jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-punti 4 sa 10 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

L-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV il-punti 1, 3 u 4.

2.   Meta l-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu fil-livell ta’ grupp ta’ impriżi, aġenżija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi wkoll lill-AETS bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV, il-punt 2.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi wkoll lill-AETS bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness X.

Artikolu 12

Governanza korporattiva

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki ta’ governanza korporattiva interna tagħha u l-proċeduri u t-termini ta’ referenza li jirregolaw lill-maniġment superjuri tagħha, inkluż il-bord amministrattiv jew superviżorju, il-membri indipendenti tagħha u fejn stabbilit, il-kumitati.

2.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taderixxi ma’ kodiċi ta’ kondotta rikonoxxut ta’ governanza korporattiva, hija għandha tidentifika l-kodiċi u tipprovdi spjegazzjoni ta’ kwalunkwe sitwazzjoni meta tiddevja mill-kodiċi.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 tal-Anness V dwar il-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tad-dokumenti msemmija fil-punt 3 tal-Anness V.

TAQSIMA 4

Riżorsi finanzjarji għat-twettiq ta’ attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Artikolu 13

Rapporti finanzjarji

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tar-rapporti finanzjarji annwali, inklużi rapporti finanzjarji individwali u kkonsolidati fejn applikabbli għat-tliet snin finanzjarji qabel id-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni safejn disponibbli. Meta r-rapporti finanzjarji tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu suġġetti għal awditu statutorju skont it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (3), ir-rapporti finanzjarji għandhom jinkludu r-rapport tal-awditu dwar ir-rapport finanzjarju annwali u kkonsolidat.

2.   Meta r-rapporti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux disponibbli għall-perjodu ta’ żmien rikjest, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’rapport finanzjarju interim.

3.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi, hija għandha tipprovdi r-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali għat-tliet snin finanzjarji li jiġu qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tagħha.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’deskrizzjoni tal-miżuri li adottat biex tiżgura proċedura ta’ kontabbiltà soda.

TAQSIMA 5

Persunal u kumpens

Artikolu 14

Politiki u proċeduri dwar il-persunal

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri li ġejjin:

(a)

tirrapporta lill-uffiċjal tal-konformità dwar kwalunkwe sitwazzjoni meta waħda mill-persuni msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tqis li kwalunkwe persuna oħra tali hija impenjata b’mod li hu/hi tqis illegali, skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

ir-rotazzjoni tal-analisti tal-klassifikazzjoni ewlenin, tal-analisti tal-klassifikazzjoni u l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

il-prattiki tal-kumpens u tal-evalwazzjoni l-prestazzjoni għall-analisti tal-klassifikazzjoni, persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-maniġment superjuri u l-uffiċjal tal-konformità;

(d)

it-taħriġ u l-iżvilupp rilevanti għall-proċess tal-klassifikazzjoni inkluża kwalunkwe eżaminazzjoni jew tip ieħor ta’ valutazzjoni formali meħtieġa sabiex jitwettqu attivitajiet ta’ klassifikazzjoni.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’:

(a)

deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ biex timmitiga r-riskju ta’ dipendenza żejda fuq impjegati individwali;

(b)

għal kull klassi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, informazzjoni dwar id-daqs u l-esperjenza tat-timijiet kwantitattivi responsabbli għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-metodoloġiji u l-mudelli;

(c)

l-isem u l-funzjoni ta’ kwalunkwe impjegat tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu obbligi, jew individwali jew f’isem l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għal kwalunkwe entità oħra fil-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(d)

ir-remunerazzjoni annwali medja fissa u varjabbli tal-analisti tal-klassifikazzjonijiet, tal-analisti ewlenin u tal-uffiċjal ta’ konformità għal kull waħda mit-tliet snin finanzjarji preċedenti.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ biex tiżgura li tkun infurmata meta analist tal-klassifikazzjoni jittermina/tittermina l-impjieg tiegħu/tagħha u jingħaqad/tingħaqad ma’ entità tal-klassifikazzjoni kif stipulat fil-punt 6 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ biex tiżgura li l-persuni msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huma konxji tal-projbizzjoni stabbilita fil-punt 7 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet xierqa u adegwatezza

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’curriculum vitae, inkluża storja tal-impjieg b’dati rilevanti, identifikazzjoni tal-pożizzjonijiet li għandhom u deskrizzjoni tal-karigi okkupati għal kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

membri tal-maniġment superjuri;

(b)

persuni maħtura biex imexxu l-kummerċ tal-fergħat;

(c)

uffiċjali responsabbli għall-awditu intern, il-kontroll intern, il-funzjoni tal-konformità, il-valutazzjoni tar-riskju u l-funzjoni tar-reviżjoni.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull membru tal-maniġment superjuri tagħha:

(a)

rekord kriminali riċenti mill-pajjiż tal-oriġini tal-persuna rilevanti, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ma joħorġux dan il-fajl;

(b)

awtodikjarazzjoni tar-reputazzjoni tajba tagħhom inklużi mill-inqas id-dikjarazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI u ffirmata mill-individwu.

TAQSIMA 6

Ħruġ u reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Artikolu 16

Żvilupp, validazzjoni, reviżjoni u divulgazzjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS, għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, b’livell għoli ta’ deskrizzjoni tal-firxa ta’ mudelli u metodoloġiji ewlenin użati biex ikunu ddeterminati l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha ta’:

(a)

informazzjoni rigward l-iżvilupp, il-validazzjoni u r-reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħha, inkluża għall-inqas l-informazzjoni stipulata fil-Punt 1 tal-Anness VII;

(b)

informazzjoni rigward id-divulgazzjoni tal-metodoloġiji tal-kreditu u deskrizzjonijiet ta’ mudelli u suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni ewlenin użati fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif stipulat fil-punt 5 tal-parti I tat-Taqsima E tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 17

Ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-nomenklaturi tal-klassifikazzjoni użati għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

id-definizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ klassifikazzjoni u statuses użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

il-politiki u l-proċeduri tagħha rigward il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, inkluża għall-inqas l-informazzjoni stipulata fil-Punt 2 tal-Anness VII;

(d)

it-termini ta’ referenza ta’ kwalunkwe kumitat;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti fis-seħħ għad-divulgazzjoni ta’ deċiżjoni tal-klassifikazzjoni, inkluża għall-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-Punt 3 tal-Anness VII;

(f)

deskrizzjoni tal-proċeduri stabbiliti biex jiżguraw li metodoloġija hija applikata u implimentata b’mod konsistenti għall-klassijiet kollha tal-klassifikassjoni tal-kreditu, uffiċċji u reġjuni.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tidentifika kwalunkwe differenza bejn it-trattament ta’ klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba fil-politiki u l-proċeduri pprovduti taħt il-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.

3.   Meta l-proċess tal-klassifikazzjoni jkun awditjat b’mod regolari minn parti terza indipendenti, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-aħħar rapport tal-awditu.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

dettalji u kriterji għall-għażla tal-fornituri tad-dejta;

(b)

dettalji dwar l-affidabbiltà ta’ input ta’ dejta interna u esterna fil-mudelli tal-klassifikazzjoni;

(c)

dettalji tas-sorsi tad-dejta użati.

Artikolu 18

Monitoraġġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha ta’:

(a)

il-monitoraġġ ta’ klassifikazzjonijiet, l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe differenza bejn klassifikazzjonijiet mitluba u dawk mhux mitluba, u inkluża mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-Punt 4 tal-Anness VII;

(b)

id-divulgazzjoni tad-deċiżjoni għar-reviżjoni jew bidla tal-klassifikazzjoni;

(c)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi jew tas-sweiq finanzjarji fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif deskritt fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

TAQSIMA 7

Deskrizzjoni tal-ħruġ u proċeduri u metodoloġiji ta’ reviżjoni

Artikolu 19

Rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rigward il-punti li ġejjin:

(a)

il-politiki u l-proċeduri fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

(i)

il-paragrafi 1, 2 u 5 tal-Artikolu 10;

(ii)

il-parti I tat-Taqsima D tal-Anness 1;

(b)

meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikklassifika strumenti strutturati, il-politiki u l-proċeduri fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

(i)

l-Artikolu 10(3);

(ii)

il-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I;

(iii)

il-parti II tat-Taqsima D tal-Anness I;

(c)

kampjuni ta’ rapporti tipiċi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu jew dokumenti oħra li juru kif l-aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tissodisfa jew għandha l-intenzjoni li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni; kif ukoll

(d)

kampjuni ta’ ittri tipiċi ta’ klassifikazzjoni għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu prodotti mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

TAQSIMA 8

Kunflitti ta’ interess

Artikolu 20

Indipendenza u evitar ta’ kunflitti ta’ interess

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u r-regoli dwar l-analisti tal-klassifikazzjoni u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jkopru mill-inqas ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VIII.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-proċess użat biex tiżgura li l-persuni rilevanti huma konxji mill-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li l-funzjoni ta’ reviżjoni responsabbli għar-reviżjoni tal-metodoloġiji stipulata fil-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 hija indipendenti mil-linji kummerċjali li huma responsabbli għall-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-kontrolli fis-seħħ, inklużi l-kontrolli implimentati permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni, sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar in-negozjat ta’ tariffi u r-regoli dwar persuni involuti fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi kwalunkwe miżura oħra u l-kontroll fis-seħħ biex tiżgura l-indipendenza tal-analisti tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 21

Inventarju ta’ kunflitti ta’ interess

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’inventarju aġġornat tal-kunflitti eżistenti u potenzjali rilevanti għaliha. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun parti minn grupp ta’ impriżi, għandha tinkludi fl-inventarju kwalunkwe kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-grupp ta’ impriżi tagħha.

2.   L-inventarju ta’ kunflitti ta’ interess eżistenti u potenzjali għandu jidentifika l-kunflitti ta’ interess potenzjali li ġejjin:

(a)

kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali ma’ partijiet terzi relatati;

(b)

kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li jirriżulta mit-twettiq ta’ servizzi anċillari u l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni esternalizzati.

3.   L-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispjega kif il-kunflitti ta’ interess potenzjali għandhom ikunu eliminati jew immaniġġjati u divulgati.

Artikolu 22

Kunflitti ta’ interess fir-rigward ta’ servizzi anċillari

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’deskrizzjoni tar-riżorsi, kemm umani kif ukoll tekniċi, kondiviżi mas-servizzi tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew kondiviżi mal-grupp ta’ impriżi li tappartjeni għalih.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ li jevitaw, jiddivulgaw u jimmitigaw kwalunkwe kunflitt potenzjali jew eżistenti bejn l-interessi tan-negozju tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tar-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni interna mwettqa biex tidentifika kwalunkwe kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali bejn in-negozju tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari.

TAQSIMA 9

Programm ta’ operazzjonijiet

Artikolu 23

Informazzjoni rigward il-programm ta’ operazzjonijiet

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni annwali deskritta fl-Anness IX li tkopri perjodu ta’ 3 snin wara d-data ta’ reġistrazzjoni.

TAQSIMA 10

Użu ta’ approvazzjoni

Artikolu 24

Użu mistenni tal-approvazzjoni

Meta aġenżija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-intenzjoni li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa f’pajjiżi terzi kif stipulat fl-Atikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, hija għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni stipulata fl-Anness XI.

TAQSIMA 11

Esternalizzazzjoni

Artikolu 25

Rekwiżiti tal-esternalizzazzjoni

1.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu testernalizza kwalunkwe funzjoni operazzjonali importanti, hija għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-politiki tagħha fir-rigward tal-esternalizzazzjoni;

(b)

spjegazzjoni dwar kif għandha l-intenzjoni li tidentifika, timmaniġġja u timmonitorja r-riskji maħluqa mill-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operazzjonali importanti;

(c)

kopja tal-ftehim tal-esternalizzazzjoni bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità li lilha jkunu ġew esternalizzati l-attivitajiet;

(d)

kopja ta’ kwalunkwe rapport intern jew estern dwar l-attivitajiet esternalizzati maħruġ fl-aħħar 5 snin.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, funzjonijiet operazzjonali importanti għandhom jinkludu reviżjoni tar-klassifikazzjoni, analista ewlieni, l-iżvilupp u r-reviżjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni, approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, kontroll intern tal-kwalità, ħżin ta’ dejta, sistemi tal-IT, appoġġ tal-IT u kontabbiltà.

KAPITOLU 3

ĊERTIFIKAZZJONI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni għal ċertifikazzjoni

Artikolu 26

Informazzjoni għal applikazzjoni għal ċertifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni ġenerali mitluba fil-punti 1 sa 10 tal-Anness II;

(b)

l-informazzjoni rigward is-sidien tagħha msemmija fl-Artikolu 8;

(c)

l-iskeda organizzazzjonali msemmija fl-Artikolu 10;

(d)

dettalji dwar l-arranġamenti fis-seħħ li jevitaw, jiddivulgaw u jimmitigaw kwalunkwe kunflitt potenzjali jew eżistenti bejn in-negozju tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari;

(e)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 rigward ir-riżorsi finanzjarji tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rigward l-attivitajiet kummerċjali tagħha:

(a)

għat-tliet snin preċedenti, l-għadd ta’ impjegati ingaġġati u involuti fil-klassifikazzjoni u servizzi anċillari kemm permanenti kif ukoll temporanji;

(b)

jekk l-applikant għandu fergħa, l-għadd ta’ impjegati involuti fil-klassifikazzjoni u n-negozju anċillari f’kull fergħa;

(c)

l-għadd ta’ analisti tal-klassifikazzjoni ingaġġati mal-applikant inkluż, jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha fergħa l-għadd ta’ analisti tal-klassifikazzjoni ingaġġati f’kull fergħa;

(d)

jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tippjana li tistabbilixxi fergħa ġdida, deskrizzjoni tat-tip ta’ attivitajiet kummerċjali li l-fergħa l-ġdida mistennija tagħmel, l-isem sħiħ tagħha u l-indirizz u l-iskeda ta’ żmien għall-istabbiliment tagħha;

(e)

jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tippjana li twettaq kwalunkwe servizz anċillari, deskrizzjoni tas-servizzi l-ġodda u l-iskeda ta’ żmien għall-bidu tagħhom;

(f)

l-introjtu ġġenerat matul l-aħħar tliet snin mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-klassifikazzjonijiet u s-servizzi anċillari bħala proporzjon tal-introjtu totali, ippreżentat fuq bażi ta’ sena finanzjarja;

(g)

jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha fergħa waħda jew aktar, l-introjtu ġġenerat matul l-aħħar tliet snin minn kull fergħa bħala proporzjon tal-introjtu totali, ippreżentat fuq bażi ta’ sena finanzjarja.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS ukoll bl-informazzjoni li ġejja rigward il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li toħroġ jew li tipproponi li toħroġ:

(a)

il-klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu;

(b)

in-nomenklaturi tal-klassifikazzjoni użati għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

id-definizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ klassifikazzjoni u statuses użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(d)

dettalji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tipproduċix klassifikazzjonijiet mitluba jew mhux mitluba jew it-tnejn;

(e)

għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni, l-għadd ta’ snin ta’ esperjenza li għandha fil-produzzjoni ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet;

(f)

għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-proporzjoni attwali jew mistenni ta’ klassifikazzjonijiet pubbliċi jew klassifikazzjonijiet privati.

4.   L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tindika jekk bħalissa għandhiex jew hijiex mistennija li tapplika għal status ta’ Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) fi Stat Membru wieħed jew aktar u jekk inhu hekk għandha tidentifika l-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 27

Rekwiżiti ġenerali għall-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-applikazzjoni tagħha tikkonforma mal-Artikoli 2 sa 6 rigward il-format tal-applikazzjoni tagħha, l-attestazzjoni tal-preċiżjoni tagħha, il-klassi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-għadd ta’ impjegati u l-politiki u l-proċeduri pprovduti lill-AETS.

TAQSIMA 2

Importanza sistemika

Artikolu 28

Importanza sistemika

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni stipulata fl-Anness XII dwar l-importanza sistemika tal-klassifikazzjonijiet u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-integrità tas-swieq finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar.

KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.


ANNESS I

REFERENZI TAD-DOKUMENT

(Artikolu 2)

Artikolu jew Anness għal dan ir-Regolament

Numru ta’ referenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

It-titolu tad-dokument

Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn l-informazzjoni hija pprovduta jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(Artikolu 7)

1.

Isem sħiħ

2.

Pajjiż ta’ stabbiliment

3.

Indirizz tal-uffiċċju reġistrat

4.

Status legali

5.

Fir-rigward tal-persuna/i ta’ kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni:

(a)

isem;

(b)

titolu;

(c)

indirizz;

(d)

indirizz elettroniku;

(e)

numru tat-telefown.

6.

Fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Konformità

(a)

isem;

(b)

titolu;

(c)

indirizz;

(d)

indirizz elettroniku;

(e)

numru tat-telefown.

7.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li tagħmel l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inklużi servizzi anċillari, u jekk għandha fergħa waħda jew iktar jew sussidjarji, in-negozju li tkun għamlet kull fergħa jew sussidjarja.

8.

Identifikazzjoni tal-klassi ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu skont il-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 5 li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tapplika biex tkun reġistrata għalihom.

9.

Identifikazzjoni tas-swieq regolati fejn hija elenkata l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jekk applikabbli.

10.

Rapporti finanzjarji:

(a)

indikazzjoni dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hijiex entità awditjata;

(b)

jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija awditjata, isem tal-awditur estern u n-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali tal-awditur estern;

(c)

id-data tat-tmiem tas-sena finanzjarja.

11.

L-għadd ta’ impjegati (minbarra impjegati fil-fergħat) fid-data tal-applikazzjoni u fi tmiem kull waħda mit-tliet snin finanzjarji l-iktar riċenti, irrapportati fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

impjegati temporanji;

(b)

impjegati permanenti b’inqas minn ħames snin servizz;

(c)

impjegati permanenti b’ħames snin servizz jew aktar.

12.

Jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha fergħat, fir-rigward ta’ kull waħda mill-fergħat:

(a)

isem sħiħ;

(b)

stat legali;

(c)

indirizz; kif ukoll

(d)

l-għadd ta’ impjegati temporanji jew tal-impjegati permanenti.

13.

Lista ta’ pajjiżi li minnhom l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-intenzjoni li taprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPREŻENTATA GĦALL-ISTRUTTURA TAS-SJIEDA

(Artikolu 8)

1.

Identifikazzjoni tas-sidien tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 8(1) bil-livell ta’ dettall li ġej:

Sid

Perċentwal mill-kapital

Natura tal-holding: Dirett jew indirett

Perċentwal tad-drittijiet tal-vot

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tas-sidien tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 8(1):

Sid

Attivitajiet kummerċjali

3.

Identifikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tal-kumpaniji li għandhom interess fihom is-sidien imsemmija fl-Artikolu 8(1) skont l-Artikolu 8(2):

Sid

Kumpaniji li fihom is-sid għandu interess skont l-Artikolu 8(2)

Attivitajiet kummerċjali

 

 

 

4.

Identifikazzjoni tas-sidien tal-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 8(3):

Sid

Perċentwal mill-kapital

Natura tal-holding: Dirett jew indirett

Perċentwal tad-drittijiet tal-vot

Natura tal-holding: Dirett jew indirett

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS IV

STRUTTURA ORGANIZZATTIVA

(Artikolu 11)

1.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja rigward il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 11(1):

(a)

deskrizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjegati;

(b)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li jimmonitorjaw l-effettività tal-politika jew il-proċedura;

(c)

l-għadd ta’ impjegati, il-proporzjon ta’ impjegati temporanji għal dawk permanenti;

(d)

informazzjoni dwar il-linji ta’ rapportar u l-frekwenza tar-rapportar; kif ukoll

(e)

deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn il-funzjoni rilevanti u l-impjegati direttament involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u bejn dik il-funzjoni u kwalunkwe funzjoni oħra.

2.

Meta l-arranġamenti msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness jitwettqu fil-livell ta’ grupp ta’ impriżi, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tal-ftehimiet tal-livell ta’ servizz rilevanti li tkun daħlet fihom jew li tippropponi li tidħol fihom, ma’ membri oħra tal-grupp u bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-kompiti rilevanti mwettqa minn kull grupp ta’ impriżi inklużi impriżi li jinsabu f’pajjiżi terzi;

(b)

identifikazzjoni ċara tal-impriża involuta fit-twettiq tal-kompitu u speċifikazzjoni tal-lokalità tagħha;

(c)

informazzjoni dwar il-linji tar-rapportar u l-frekwenza tar-rapportar ta’ kull entità involuta u dwar il-mod kif tinġbara l-informazzjoni minn kull entità; kif ukoll

(d)

informazzjoni dwar kwalunkwe riżors iddedikat fl-Unjoni. Fil-każ tar-riżorsi umani, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispeċifika l-ħin iddedikat għal din il-funzjoni abbażi ta’ ekwivalenza ta’ xogħol full-time.

3.

Fir-rigward tal-funzjoni ta’ konformità, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-politiki u l-proċeduri dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni kif deskritt fil-punt 5 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

deskrizzjoni dwar kif tiżgura l-indipendenza tal-funzjoni tal-konformità;

(c)

l-iktar rapport riċenti tal-uffiċjal tal-konformità;

(d)

pjan ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin.

4.

Fir-rigward tal-funzjoni tal-awditu intern it-twettiq tal-kompiti deskritti fil-punt 10 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

spjegazzjoni ta’ kif il-metodoloġija tal-awditu intern hija żviluppata u applikata f’konformità mal-fatturi speċjali tal-attivitajiet tagħha u l-estent, il-kumplessità u r-riskji tagħhom;

(b)

pjan ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin.


ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPREŻENTATA FIR-RIGWARD TAL-GOVERNANZA KORPORATTIVA

(Artikolu 12)

1.

Identifikazzjoni tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju u kumitati oħra kif stabbilit fl-Artikolu 12(3):

Identifikazzjoni tal-membru

Entità (bord amministrattiv, bord superviżorju, kumitat tal-awditu, kumitat tar-rimunerazzjonijiet, eċċ) u pożizzjoni (President, Viċi President, membru)

Entità ta’ impriżi oħra fejn il-persuna hija membru u l-pożizzjoni

 

 

 

2.

Identifikazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju kif stabbilit fl-Artikolu 12(3) u ġustifikazzjoni tal-indipendenza tagħhom jekk huma membri indipendenti u tal-għarfien fid-dettall tagħhom u l-esperjenza f’livell superjuri tas-suq fi strumenti finanzjarji strutturati, fejn l-aġenzija tal-kreditu taplika biex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta’ strumenti finanzjarji strutturati, skont it-Taqsima A(2) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

Identifikazzjoni tal-membru

Entità (Bord amministrattiv jew superviżorju)

Membru indipendenti (IVA/LE) u jekk IVA, ipprovdi ġustifikazzjoni

Esperjenza fi strumenti finanzjarji strutturati (IVA/LE) jekk IVA, ipprovdi ġustifikazzjoni

 

 

 

 

 

 

3.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tad-dokumenti li ġejjin kif stabbilit fl-Artikolu 12(4):

(a)

l-aħħar tliet settijiet ta’ minuti tal-laqgħat tal-bord amministrattiv u superviżorju;

(b)

l-iktar minuti riċenti tal-laqgħat ta’ kwalukwe kumitat ieħor, bħall-kumitati tar-rimunerazzjoni jew tal-istrateġija; kif ukoll

(c)

l-iktar tliet opinjonijiet jew rapporti riċenti ppreżentati lill-bord amministrattiv jew superviżorju mill-membri indipendenti.


ANNESS VI

AWTODIKJARAZZJONI

(L-Artikolu 15(2))

Fl-awtodikjarazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont l-Artikolu 15(2)(b), kull membru tal-maniġment superjuri għandu jiddikjara jekk il-persuna rilevanti taqax taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

kinetx akkużata b’reat kriminali;

(b)

kinetx is-suġġett ta’ jew kinetx innotifikata bi kwalunkwe proċedura ta’ natura dixxiplinarja sottomessa minn entità regolatorja jew ta’ natura kriminali;

(c)

kinetx is-suġġett ta’ kwalunkwe sejba negattiva fi proċeduri ċivili b’konnessjoni mal-provvediment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina, frodi jew l-immaniġġjar ta’ entità legali;

(d)

safejn taf hi kinetx suġġetta għal investigazzjoni eżistenti jew preċedenti minn kwalunkwe awtorità regolatorja jew entità jew aġenzija tal-gvern;

(e)

kinetx involuta f’impriża li r-reġistrazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħha kienet irtirata mill-entità regolatorja;

(f)

kinetx miċħuda d-dritt li twettaq attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni mill-entità regolatorja;

(g)

kinetx involuta fl-immaniġġjar ta’ impriża li saret insolventi, ġiet illikwidata jew li tpoġġiet taħt amministrazzjoni filwaqt li din il-persuna kellha konnessjoni mal-impriża jew fi żmien sena minn meta l-persuna waqqfet il-konnessjoni mal-impriża;

(h)

kienet involuta f’impriża li kienet investigata jew sosiża minn entità regolatorja u li rriżultat f’azzjoni ta’ infurzar;

(i)

kienet investigata, sospiża jew sanzjonata minn entità regolatorja;

(j)

kienet skwalifikata milli taġixxi bħala direttur, skwalifikata milli taġixxi fi kwalunkwe kapaċità maniġerjali, kienet imkeċċija mill-impjieg jew kariga oħra f’impriża bħala konsegwenza ta’ allegazzjonijiet ta’ imġiba ħażina jew prattika ħażina.


ANNESS VII

ĦRUĠ U REVIŻJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TAL-KREDITU

(Artikoli 16, 17 u 18)

1.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 16(2)(a) dwar l-iżvilupp, il-validazzjoni u r-reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tas-CRA għandha tinkludi:

(a)

ir-responsabbiltajiet u l-proċess għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni inklużi dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni u l-proċeduri għall-għażla tal-membri;

(b)

ir-responsabbiltajiet u l-proċess għall-metodoloġija tal-klassifikazzjoni, inkluż:

(i)

il-verifika u l-validazzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni;

(ii)

il-validazzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni abbażi ta’ dejta storika, inkluż kif inhuma kkunsidrati r-riżultati tal-ittestjar retrospettiv. Barra minn hekk, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinkludi wkoll ir-riżultati ta’ din il-validazzjoni/ittestjar retrospettiv tal-aħħar tliet snin fejn id-dejta kwantitattiva hija disponibbli;

(iii)

ir-rapportar tal-eżitu tar-reviżjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni; kif ukoll

(iv)

l-implimentazzjoni ta’ bidla fil-metodoloġija, il-mudell jew is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni.

2.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) dwar il-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tinkludi:

(a)

is-sekwenza tal-passi segwiti għall-produzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet; il-proċess għal reviżjoni tad-dokumentazzjoni tal-emittent tat-t-titoli li se jiġu kklassifikati. Dan għandu jinkludi kwalunkwe bażi ta’ referenza użat biex tkun faċilitata r-reviżjoni;

(b)

valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni minimi biex tinbeda jew tkun miżmuma klassifikazzjoni, inklużi kemm informazzjoni pubblika kif ukoll mhux pubblika;

(c)

il-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu, inkluż l-involviment tal-emittent/arranġatur/investitur/min jagħti servizz f’dan il-proċess;

(d)

il-proċess għall-kollazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tal-informazzjoni użata għad-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni, fejn applikabbli, affidabbiltà fuq analiżi minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew partijiet terzi oħra;

(e)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-analisti tal-klassifikazzjoni kif ukoll il-proċess u l-proċeduri għall-għażla tagħhom għal titoli speċifiċi;

(f)

il-proċess tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet kif ukoll il-proċess u l-proċeduri għall-għażla tagħhom;

(g)

meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun stabbilixxiet kumitati tal-klassifikazzjoni, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-presidenti tal-kumitati tal-klassifikazzjoni, kif ukoll il-ħiliet meħtieġa u l-proċess u l-proċeduri għan-nomina tagħhom; u

(h)

il-kwalifiki minimi tal-persuni involuti fid-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni.

3.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17(1)(e) dwar id-divulgazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ klassifikazzjonijiet għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-proċess għan-notifika tal-entità tal-klassifikazzjoni tal-motivi ewlenin li fuqhom hija bbażata l-klassifikazzjoni għall-inqas 12-il siegħa qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

proċess ta’ appell tal-klassifikazzjoni, jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu implimentatu; kif ukoll

(c)

il-proċessi li jiddeterminaw liema elementi ewlenin sosttostanti għall-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu inklużi fl-istqarrija jew ir-rapporti għall-istampa.

4.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 18(a) dwar il-monitoraġġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tinkludi:

(a)

il-proċess ta’ monitoraġġ, inklużi r-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ kumitati ta’ klassifikazzjoni, fejn applikabbli u deskrizzjoni tal-proċessi tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni;

(b)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ analisti ta’ klassifikazzjoni;

(c)

il-proċess għall-ġbir, l-analiżi u l-valutazzjoni tal-informazzjoni wżata għall-monitoraġġ ta’ klassifikazzjoni, inkluż fejn applikabbli, affidabbiltà fuq analiżi minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew partijiet terzi oħra;

(d)

il-proċess, inkluża l-analiżi tal-fatturi kkunsidrati, u r-responsabbiltajiet għad-deċiżjoni meta klassifikazzjoni għandha tkun formalment riveduta, inklużi azzjonijiet ta’ klassifikazzjoni;

(e)

il-proċess u r-responsabbiltajiet sabiex jiġi deċiż meta klassifikazzjoni għandha tkun sospiża jew irtirata formalment;

(f)

il-proċessi u l-kontrolli fir-rigward ta’ reviżjonijiet tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu rikjesti mill-paragrafi (a) sa (c) tal-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; kif ukoll

(g)

il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-involviment tal-emittent jew tal-arranġatur fil-proċess.


ANNESS VIII

INDIPENDENZA U EVITAR TA’ KONFLITTI TA’ INTERESS

(Artikolu 20)

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 20(1) dwar l-identifikazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta’ konflitti ta’ interess u r-regoli dwar analisti tal-klassifikazzjoni u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikopru:

(a)

L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, id-divulgazzjoni u l-mitiġazzjoni ta’ konflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet ta’ krediti jew il-provvediment ta’ servizzi anċillari kif stipulat fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

is-segregazzjoni mill-proċess ta’ klassifikazzjoni ta’ diskussjonijiet relatati ma’ tariffi mħallsa mill-entitajiet ikklassifikati u partijiet terzi relatati kif stipulat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(c)

id-determinazzjoni tat-tariffi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal entitajiet ikklassifikati u għal partijiet terzi relatati; il-kontroll tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba minn jew maqsuma mal-entitajiet ikklassifikati kollha, partijiet terzi relatati u individwi rilevanti oħra, kif rikjest mill-punt 3 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(d)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 2 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 rigward il-kummerċ ta’ titoli kklassifikati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew li huma titoli li jippreżentaw obbligi ta’ entità kklassifikata minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li tinkludi informazzjoni dwar kif aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tidentifika, għal kull klassifikazzjoni tal-kreditu pendenti, l-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjoni fi kwalunkwe livell jew funzjoni;

(e)

ir-rekwiżit stabbilit fil-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ flus, rigali jew favuri; kif ukoll

(f)

ir-regoli dwar it-terminazzjoni tal-impjieg ta’ analist tal-klassifikazzjoni stabbiliti fil-punti 6 u 7 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.


ANNESS IX

PROGRAMM TA’ OPERAZZJONIJIET

(Artikolu 23)

Kunċett tan-negozju/Żvilupp tan-negozju

1.

L-informazzjoni li ġejja tirrigwarda l-attivitajiet tan-negozju tas-CRA;

(a)

deskrizzjoni tal-ambjent makroekonomiku li fih l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija mistennija li topera;

(b)

indikazzjoni ta’ pjanijiet futuri għall-istabbiliment ta’ sussidjarji jew fergħat u l-lokalità tagħhom; kif ukoll

(c)

deskrizzjoni ta’ attivitajiet ta’ negozju li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tippjana li twettaq fejn tispeċifika l-attivitajiet ta’ sussidjarji jew fergħat. L-informazzjoni għandha tinkludi klassijiet ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu, klijenti potenzjali u attivitajiet mhux ta’ klassifikazzjoni.

Klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

2.

L-informazzjoni li ġejja dwar il-klassi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu:

(a)

dettalji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tipproduċix klassifikazzjonijiet mitluba jew mhux mitluba jew it-tnejn;

(b)

għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni ppjanat li se tinħareġ mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, stima dwar il-proporzjon ta’ klassifikazzjonijiet pubbliċi u klassifikazzjonijiet privati;

(c)

l-għadd ta’ klassifikazzjonijiet pubbliċi/sovrani;

(d)

l-għadd u l-volum (f’biljuni ta’ euro) ta’ klassifikazzjonijiet ta’ finanzjament strutturat;

(e)

l-għadd u l-volum (f’biljuni ta’ euro) ta’ klassifikazzjonijiet korporattivi bid-dettall li ġej: istituzzjonijiet finanzjarji, assigurazzjoni u emittenti korporattivi; kif ukoll

(f)

l-għadd medju ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu prodotti jew immonitorjati minn kull impjegat ippreżentat skont il-klassi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Pjan finanzjarju

3.

Projezzjonijiet għal:

(a)

karta ta’ bilanċ; kif ukoll

(b)

rapport tal-introjtu.

4.

L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissepara l-introjti tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni mis-servizzi anċillari fil-projezzjonijiet għall-introjti. Jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha, jew qed tippjana li tistabbilixxi fergħat, l-introjtu minn kull fergħa għandu jkun indikat.

Governanza korporattiva

5.

Għadd ta’ membri tal-entitajiet li ġejjin:

(a)

bord amministrattiv u superviżorju; kif ukoll

(b)

membri indipendenti tal-bord amministrattiv u superviżorju.

Esternalizzazzjoni

6.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ippjanati li jkunu esternalizzati u l-identifikazzjoni tal-entitajiet li l-attivitajiet huma ppjanati li jkunu esternalizzati għandhom u spjega tal-motivi għall-esternalizzazzjoni. Jekk kwalunkwe attività tkun esternalizzata minn fergħa, dan għandu jkun indikat.

Riżorsi Umani/Persunal

7.

Għadd ta’ impjegati permanenti u temporanji li jaħdmu għall-funzjonijiet li ġejjin u l-ġerarkija tagħhom:

(a)

maniġment superjuri minbarra membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju u persuni maħtura biex imexxu l-fergħat;

(b)

il-funzjoni ta’ awditjar;

(c)

mekkaniżmu ta’ kontroll intern;

(d)

funzjoni tal-konformità; kif ukoll

(e)

funzjoni ta’ reviżjoni.

8.

L-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għadd ta’ impjegati għal kull funzjoni/dipartiment;

(b)

l-għadd ta’ impjegati temporanji u l-għadd ta’ impjegati permanenti li għandhom kuntratt mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u involuti fin-negozju tal-klassifikazzjoni;

(c)

l-għadd ta’ impjegati temporanji u l-għadd ta’ impjegati permanenti li għandhom kuntratt mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u involuti fis-servizzi anċillari;

(d)

l-għadd ta’ impjegati li japprovaw il-klassifikazzjonijiet, bħal presidenti ta’ kumitati, analisti tal-klassifikazzjoni u analisti tal-klassifikazzjoni ewlenin, flimkien ma’ informazzjoni dwar:

(i)

il-ġerarkija jew il-grad;

(ii)

it-tip ta’ analist tal-klassifikazzjoni fejn rilevanti, jekk l-impjegat huwa analista primarju jew ta’ sorveljanza u analista kwalitattiv jew kwantitattiv; kif ukoll

(iii)

l-għadd ta’ snin ta’ esperjenza fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jew industrija tal-klassifikazzjoni fejn disponibbli.


ANNESS X

ŻAMMA TA’ REKORDS, IPPJANAR TAL-KONTINWITÀ TAN-NEGOZJU U SISTEMI TA’ INFORMAZZJONI

(Artikolu 11)

Żamma tar-rekords

1.

Informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri dwar l-obbligi taż-żamma ta’ rekords stipulati fl-Artikolu 8(4) u l-punt 7 tat-Taqsima A u l-punti 7, 8 u 9 tat-Taqsima B tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

(a)

indikazzjoni li fuqha jinżammu r-rekords u għal kemm żmien; kif ukoll

(b)

identifikazzjoni tar-riċevituri ta’ informazzjoni kunfidenzjali għal kull klassifikazzjoni maħruġa.

Kontinwità u regolarità tal-attivitajiet

2.

Informazzjoni dwar il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif stabbilit fil-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, inkluż:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri li jiżguraw kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluża informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom għal fornituri ta’ servizzi li lilhom ġew esternalizzati attivitajiet;

(b)

it-tipi ta’ testijiet ta’ ppjanar tal-kontinwità tan-negozju mistennija li jsiru; kif ukoll

(c)

il-frekwenza tat-testijiet.

Sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni

3.

Informazzjoni rigward sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni kif stipulat fil-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, inkluż:

(a)

l-identità tal-maniġer superjuri responsabbli għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni;

(b)

deskrizzjoni tas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni inkluża kwalunkwe sistema ta’ back-up; kif ukoll

(c)

deskrizzjoni tal-kontroll effettiv u tal-arranġamenti ta’ salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni stabbiliti kif ukoll il-mekkaniżmi li jimmonitorjaw l-effettività tagħhom, inklużi dettalji tal-proċeduri stabbiliti biex tkun żgurata separazzjoni effettiva bejn is-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni wżati sabiex jiġu rrappurtati t-tariffi minn dawk aċċessibbli għall-analisti ta’ klassifikazzjoni u li huma wżati biex jiddaħħlu klassifikazzjonijiet u informazzjoni dwar l-entitajiet ikklassifikati jew it-tranżazzjonijiet ikklassifikati.


ANNESS XI

UŻU TA’ APPROVAZZJONI

(Artikolu 24)

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz

1.

L-informazzjoni li ġejja għal kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rilevanti minn pajjiż terz:

(a)

l-isem sħiħ tagħha;

(b)

l-istatus legali tagħha, inkluża silta mir-reġistru kummerċjali jew tal-qorti rilevanti jew forma oħra ta’ evidenza tal-post tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività tan-negozju jew dettalji oħra tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija;

(c)

il-pajjiż ta’ stabbiliment tagħha;

(d)

l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħha;

(e)

l-evidenza li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz hija awtorizzata jew reġistrata u hija suġġetta għal superviżjoni fil-ġurisdizzjoni rilevanti;

(f)

il-klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija mistennija li taprova; kif ukoll

(g)

l-għadd ta’ analisti li timpjega.

2.

Skeda organizzazzjonali tas-sjieda ta’ kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, is-sussidjarji tagħha, il-fergħat, l-impriża ewlenija u s-sussidjarji kkontrollati mill-impriża ewlenija involuta fil-proċess tal-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet li għalihom hija prevista l-approvazzjoni.

Valutazzjoni tar-reġim regolatorju ta’ pajjiż terz

3.

Fir-rigward ta’ informazzjoni ddettaljata tal-ġurisdizzjoni ta’ kull pajjiż terz rilevanti, analiżi strutturata u motivi għal kull rekwiżit stipulat fl-Artikoli 6 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, inkluża kwalunkwe referenza għat-taqsimiet rilevanti tal-liġi/regolament ta’ pajjiż terz.

L-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandux japplika meta l-AETS tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tar-reġim tal-pajjiż terz huma strinġenti daqs ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Proċeduri li jimmonitorjaw il-kodotta

4.

Deskrizzjoni tal-miżuri stipulati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-approvazzjoni għall-monitoraġġ li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz qed tissodisfa dawn ir-rekwiżiti u għall-monitoraġġ ta’ kwalunkwe tħassib potenzjali identifikat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-approvazzjoni fir-rigward tal-issodisfar ta’ dawn ir-rekwiżiti.

Motivi oġġettivi

5.

Indikazzjoni ta’ motivi oġġettivi għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu li għandhom jinħarġu f’pajjiż terz.

Leġiżlazzjoni fil-pajjiż terz

6.

Evidenza li awtoritajiet pubbliċi mhumiex intitolati jinterferixxu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji wżati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-krediti inkorporati f’kull ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz rilevanti.

ANNESS XII

INDIKATURI TA’ IMPORTANZA SISTEMIKA

(Artikolu 28)

1.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bil-volum ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pendenti li tkun ħarġet bid-dettalji stipulati fit-tabella li ġejja. L-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni korporattiva u l-klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi għandha tkun ipprovduta abbażi ta’ għadd ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-informazzjoni dwar klassifikazzjonijiet ta’ finanzjament strutturat għandha tkun ipprovduta abbażi tal-ammont (f’miljuni ta’ euro) ta’ ħruġ tal-istrumenti ta’ finanzjament strutturati.

 

Totali

Klassifikazzjonijiet korporattivi (għadd ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu)

Istituzzjoni finanzjarja inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment

 

Impriża tal-assigurazzjoni

 

Emittent korporattiv li mhux meqjus istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assigurazzjoni

 

Klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi (għadd ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu)

 

Klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati (ammont ta’ ħruġ f’miljuni ta’ euro)

 

2.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-introjti annwali ġġenerati fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 3 snin bil-livell ta’ dettall li ġej:

 

Stat Membru tal-UE 1

Stat Membru tal-UE 2

Stat Membru tal-UE 3

(…)

Pajjiżi oħra li m’humiex fl-UE

Totali

Attivitajiet ta’ klassifikazzjoni

Minn entitajiet ikklassifikati jew partijiet terzi relatati

 

 

 

 

 

 

Minn abbonati

 

 

 

 

 

 

Sorsi oħrajn

 

 

 

 

 

 

Attivitajiet mhux ta’ klassifikazzjoni

 

 

 

 

 

 

Stati Membri għandhom ikunu identifikati individwalment.


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Annesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha ssir skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2009, l-2010 u l-2011, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda b’seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.06.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)   ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TA’ IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat skont il-firxa tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-Serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli tal-iskattar

(f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

486 747

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

34 241

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

13 402

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

18 306

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

11 620

78.0100

0709 93 10

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

54 760

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

292 760

78.0120

0805 20 10

Klementina

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

85 392

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

99 128

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

311 193

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

101 513

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

76 299

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

701 247

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

64 981

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

225 388

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

33 797

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

4 908

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

59 061

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

14 577

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

7 924 ”


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/55


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 451/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf li jappartjenu mal-grupp funzjonali tal-addittivi tal-magħlef iffermentat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10, minn (1) sa (4), tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-magħlef iffermentat minn dakinhar li daħal fis-seħħ ir-Regolament.

(2)

L-addittivi tal-għalf imniżżla fl-Anness kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Komunità tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Rigward l-użu ta’ dawn l-addittivi tal-għalf bħala addittivi tal-magħlef iffermentat, ma tressqet ebda applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 10(7) b’rabta mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 10(7). Rigward l-addittiv eżametilentetrammina għal ċerti speċijiet ta’ annimali, ma tressqet ebda applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni qabel din l-iskadenza.

(4)

Għall-fini ta’ trasparenza, l-addittivi li fil-każ tagħhom ma tressqet ebda applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew elenkati f’parti separata tar-Reġistru tal-Komunità tal-Addittivi tal-Għalf.

(5)

Dawn l-addittvi tal-għalf għaldaqstant għandhom jiġu rtirati mis-suq fejn jidħol l-użu tagħhom bħala addittivi tal-magħlef iffermentat, għajr għall-ispeċijiet li fil-każ tagħhom ikunu tressqu applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. Din il-miżura ma tinterferixxix mal-użu ta’ xi wħud mill-addittivi li jissemmew hawn fuq fejn jidħlu kategoriji jew gruppi funzjonali oħrajn li fil-każ tagħhom dawn l-addittivi jistgħu jkunu awtorizzatai.

(6)

Minħabba li r-raġuni għall-irtirar tal-addittivi tal-magħlef iffermentat mhix marbuta ma’ raġunijiet ta’ sigurtà, huwa f’loku li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni li fih jintużaw, sa ma jinħlew, l-istokkijiet eżistenti ta’ dawn l-addittivi kif ukoll taħlitiet lesti u magħlef iffermentat li jkunu prodotti b’dawn l-addittivi.

(7)

L-irtirar tal-addittivi tal-għalf elenkati fl-Anness għandhom jitqiesu mingħajr ħsara għall-possibbiltà li fil-ġejjieni tinħareġ awtorizzazzjoni li tikkonċernahom jew li tiġi adottata xi miżura dwar l-istatus tagħhom abbażi tar-raġunijiet u skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar

L-addittivi tal-għalf speċifikati fil-Parti A tal-Anness, li jagħmlu mal-grupp funzjonali “addittivi tal-magħlef iffermentat” fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”, għandhom jiġu rtirati mis-suq.

L-addittivi tal-għalf speċifikati fil-Parti B tal-Anness, li jagħmlu mal-grupp funzjonali “addittivi tal-magħlef iffermentat” fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”, għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet ta’ annimali msemmija f’dik il-Parti tal-Anness.

Artikolu 2

Miżuri ta’ tranżizzjoni

1.   L-istokkijiet eżistenti tal-addittivi tal-għalf speċifikati fil-Parti A tal-Anness jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bħala addittivi tal-għalf li jagħmlu mal-grupp funzjonali “addittivi tal-magħlef iffermentat” fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” sad-19 ta’ Ġunju 2013.

2.   It-taħlitiet lesti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta’ Ġunju 2013.

3.   Il-magħlef iffermentat maħdum bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet lesti msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża sad-19 ta’ Ġunju 2014.

4.   Fejn jidħol l-additiv tal-għalf stipulat fil-Parti B tal-Anness, il-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw fil-każ tal-ispeċijiet ta’ annimali msemmija f’dik il-Parti tal-Anness.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.


ANNESS

Addittivi tal-għalf li jaqgħu fil-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-magħlef iffermentat irtirati mis-suq, kif stipulat fl-Artikolu 1

PARTI A

Addittivi tal-għalf li jaqgħu fil-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-magħlef iffermentat irtirati għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali

Numru tal-identifikazzjoni

Addittiv

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-magħlef iffermentat

 

Alfa-amilażi EC 3.2.1.1 mill-Bacillus subtilis var amyloliquefaciens

L-ispeċijiet kollha

 

Amilażi EC 3.2.1.1 mill-Aspergillus oryzae

L-ispeċijiet kollha

 

Amilażi EC 3.2.1.1 mix-xgħir

L-ispeċijiet kollha

 

Beta-1,4 Glukanażi ċellulażi EC 3.2.1.4 mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Beta-1,4 Ksinalażi EC 3.2.1.37 mit-Trichoderma reesei

L-ispeċijiet kollha

 

Beta-glukanażi EC 3.2.1.6 mit-Trichoderma viride

L-ispeċijiet kollha

 

Ċellulażi EC 3.2.1.4 mill-Penicillium funiculosum

L-ispeċijiet kollha

 

Ċellulażi EC 3.2.1.4 mit-Trichoderma reesei

L-ispeċijiet kollha

 

Ċellulażi EC 3.2.1.4 mit-Trichoderma viride

L-ispeċijiet kollha

 

Kumpless taċ-ċellulażi-emiċellulażi EC 3.2.1.4 mit-Trichoderma reesei

L-ispeċijiet kollha

 

Kumpless taċ-ċellulażi-ksinalażi EC 3.2.1.4 mit-Trichoderma reesei

L-ispeċijiet kollha

 

Endo-1,3-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 mill-Bacillus amyloliquefaciens

L-ispeċijiet kollha

 

Endo-1,4-beta-D-mannanażi EC 3.2.1.78 mill-Bacillus lentus

L-ispeċijiet kollha

 

Endo-1,4-beta-glukanażi EC 3.2.1.4 mit-Trichoderma longibrachiatum

L-ispeċijiet kollha

 

Endo-1,4-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 mill-Bacillus amyloliquefaciens

L-ispeċijiet kollha

 

Endo-1,4-beta-ksinalażi EC 3.2.1.8. mill-Aspergillus oryzae

L-ispeċijiet kollha

 

Glukoamilażi EC 3.2.1.3. mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Glukożju ossidażi EC 1.1.3.4. mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Emiċellulażi EC 3.2.1.8. mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Mannanażi EC 3.2.1.77 mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Pektinażi EC 3.2.1.15. mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Ksinalażi EC 3.2.1.8. mill-Aspergillus niger

L-ispeċijiet kollha

 

Ksinalażi EC 3.2.1.8 mill-Penicillium funiculosum

L-ispeċijiet kollha

 

Ksinalażi EC 3.2.1.8 mit-Trichoderma reesei

L-ispeċijiet kollha

 

Aspergillus oryzae AK 7001 DSM 1862

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus coagulans CECT 7001

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus lentus 302

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus licheniformis DSM 5749

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus licheniformis MBS-BL-01

L-ispeċijiet kollha

 

Ġbir tal-kolturi tal-Bacillus licheniformis minn Micron Bio-Systems

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus pumilus BP288 ATCC 53682

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus pumilus CNCM I-3240/NRRL B4064

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus pumilus MBS-BP-01

L-ispeċijiet kollha

 

Ġbir tal-kolturi tal-Bacillus pumilus minn Micron Bio-Systems

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis AK 6012 DSM 8563

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis BS1

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis CNCM I-3239/ATCC 6633

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis DSM 5750

L-ispeċijiet kollha

 

Ġbir tal-kolturi tal-Bacillus subtilis minn Micron Bio-Systems

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis NCIMB 40286

L-ispeċijiet kollha

 

Bifidobacterium animalis ssp. Lactis CHCC5445/DSM15954

L-ispeċijiet kollha

 

Bifidobacterium longum CNCM I-3241/ATCC 15707

L-ispeċijiet kollha

 

Candida glabrata 35120

L-ispeċijiet kollha

 

Clostridium sporogenes phage NCIMB 30008

L-ispeċijiet kollha

 

Clostridium tyrobutyricum phage NCIMB 30008

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium AP34

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium CECT 7002

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium CNCM DASF I-1248

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium CNCM I-819

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium DSM 15958

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium DSM 16567

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium DSM 16573

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium DSM 5464

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium M74 CCM 6226

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium NCAIM

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium NCIMB 30006

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium NCIMB 30098

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus faecium NCIMB 30122

L-ispeċijiet kollha

 

Enterococcus mundtii 82760

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus acidophilus 36587

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus acidophilus CHCC3777/DSM13241

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus acidophilus CNCM DALA I-1246

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus acidophilus NCIMB 30067

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus acidophilus NCAIM

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus amylolyticus CBS 116420

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus amylovorans DSM 16251

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus brevis DSM 16570

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus brevis KKP. 839

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus brevis NCIMB 8038

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus buchneri 71044

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus buchneri 71065

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus buchneri BIO 73

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus buchneri NCIMB 30137

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus buchneri NCIMB 30138

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus buchneri NCIMB 8007

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus bulgaricus MA 547/3M

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei CCM 3775

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei CHCC2115

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei CNCM DA LC I-1247

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei MA 67/4U

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei NCIMB 11970

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei NCIMB 30007

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus casei rhamnosus LC 705 DSM 7061

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus farciminis MA27/6B

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus fermentum DSM 16250

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus helveticus CNCM DALH I-1251

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus mucosae DSM 16246

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus paracasei DSM 16572

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus paracasei ssp. Paracasei DSM 11394

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus paracasei ssp. Paracasei DSM 11395

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus paracasei ssp. Paracasei CNCM I-3292/P4126

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum 24001

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum 252

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum 50050

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum 88

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum AMY LMG-P22548

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum C KKP/783/p

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum CCM 3769

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum CNCM DALP. I-1250

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum CNCM I-820

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum CNCM MA 27/5M

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 12187

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13367

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13543

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13544

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13545

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13546

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13547

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 13548

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 16247

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 16571

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 16682

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 4784

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 4904

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 8427

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 8428

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 8862

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 8866

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSMZ 15683

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSMZ 16627

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum EU/EEC 1/24476

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum KKP/788/p

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum L43 NCIMB 30146

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum L44 NCIMB 30147

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum L58

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum MA 541/2E

L-ispeċijiet kollha

 

Ġbir tal-kolturi tal-Lactobacillus plantarum minn Micron Bio-Systems

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum NCIMB 12422

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum NCIMB 30004

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum NCIMB 30114

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum NCIMB 30115

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum NCIMB 30170

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum PL3/CSL

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum PL6/CSL

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum PLA/CSL

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus reuteri CNCM MA28/6E-g

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus reuteri CNCM MA28/6U-g

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus reuteri DSM 16248

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus reuteri DSM 16249

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus rhamnosus MA27/6R

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus sakei DSM 16564

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus sakei ssp. Sakei AK 5115 DSM 20017

L-ispeċijiet kollha

 

Lactococcus lactis CNCM I-3291/ATCC 7962

L-ispeċijiet kollha

 

Lactococcus Lactis NCIMB 30149

L-ispeċijiet kollha

 

Lactococcus lactis ssp. Lactis biovar diacetylactis CHCC2237

L-ispeċijiet kollha

 

Lactococcus lactis ssp. Lactis CHCC2871

L-ispeċijiet kollha

 

Leuconostoc mesenteroides DSM 8865

L-ispeċijiet kollha

 

Leuconostoc oeno LO1

L-ispeċijiet kollha

 

Leuconostoc pseudomesenteroides CHCC2114

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus acidilactici AK 5201 DSM 20284

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus acidilactici CNCM MA 151/5R

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus acidilactici DSM 10313

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus acidilactici DSM 13946

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus acidilactici ET 6

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus acidilactici NCIMB 30005

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus 69221

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus AP35

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus CCM 3770

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus CNCM MA 25/4J

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus DSM 16566

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus DSM 16569

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus HTS LMG P-22549

L-ispeċijiet kollha

 

Ġbir tal-kolturi tal-Pediococcus pentosaceus minn Micron Bio-Systems

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaeceus EU/EEC 2124476

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium freudenreichii shermanii JS DSM 7067

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium freudenreichii ssp. Shermanii AK 5502 DSM 4902

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium globosum CNCM DAPB I-1249

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium shermanii ATCC 9614

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium shermanii MBS-PS-01

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium sp. DSM 9576

L-ispeċijiet kollha

 

Propionibacterium sp. DSM 9577

L-ispeċijiet kollha

 

Rhodopseudomonas palustris ATTC 17001

L-ispeċijiet kollha

 

Saccharomyces cerevisiae 37584

L-ispeċijiet kollha

 

Saccharomyces cerevisiae 80566

L-ispeċijiet kollha

 

Serratia rubidaea NCIMB 40285

L-ispeċijiet kollha

 

Streptococcus cremoris CNCM DASC I-1244

L-ispeċijiet kollha

 

Streptococcus faecium 36 KKP. 880

L-ispeċijiet kollha

 

Streptococcus thermophilus CHCC3021

L-ispeċijiet kollha

 

Streptococcus thermophilus CNCM DAST I-1245

L-ispeċijiet kollha

 

Aċetat tal-ammonju

L-ispeċijiet kollha

 

Aċetat tal-ammonju tetraidrat

L-ispeċijiet kollha

 

Benżoat tal-ammonju

L-ispeċijiet kollha

 

Bisulfit tal-ammonju

L-ispeċijiet kollha

 

Dipropjonat tal-ammonju

L-ispeċijiet kollha

 

Attapulġit (tafal) Nru tal-CAS: 12174-11-7

L-ispeċijiet kollha

E 210

Aċidu benżojku

L-ispeċijiet kollha

 

Etilbenżoat

L-ispeċijiet kollha

E 507

Aċidu idrokloriku

L-ispeċijiet kollha

 

Perossidu tal-idroġenu

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidu isobutiriku

L-ispeċijiet kollha

 

Metenammina

L-ispeċijiet kollha

E 285

Aċidu metilpropjoniku

L-ispeċijiet kollha

 

Bisulfit tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

 

Format tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

 

Sulfat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

 

Diossidu tas-siliċju

L-ispeċijiet kollha

E 222

Bisulfit tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 223

Metabisulfit tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

 

Sulfit tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

 

Tijosulfat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 513

Aċidu tal-kubrit

L-ispeċijiet kollha

 

Estratt tat-tannin mill-injam tal-qastna ta’ Spanja (Castanea sativa Mill, CAS No.1401-55-4)

L-ispeċijiet kollha


PARTI B

Addittiv tal-għalf li jaqa’ fil-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-magħlef iffermentat irtirati għal ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali

Numru tal-identifikazzjoni

Addittiv

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-magħlef iffermentat

 

Eżametilentetrammina

L-ispeċijiet kollha bl-eċċezzjoni tal-Bovini; l-Ovini; il-Ħnieżer; it-Tajr; il-Fniek; iż-Żwiemel; u l-Mogħoż


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/64


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 452/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

66,7

TR

78,9

ZZ

72,8

0707 00 05

MK

54,8

TR

134,1

ZZ

94,5

0709 93 10

TR

105,4

ZZ

105,4

0805 10 20

EG

47,7

IL

75,8

MA

50,2

TR

52,1

ZA

69,4

ZZ

59,0

0805 50 10

TR

60,0

ZA

85,1

ZZ

72,6

0808 10 80

AR

91,7

BR

82,5

CA

161,4

CL

92,5

CN

120,1

MK

41,0

NZ

145,9

US

185,8

UY

68,1

ZA

98,9

ZZ

108,8

0809 29 00

US

750,1

ZZ

750,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/66


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 453/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)   ĠU L 135, 25.5.2012, p. 59.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-30 ta’ Mejju 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

35,95

0,37

1701 12 90  (1)

35,95

3,82

1701 13 10  (1)

35,95

0,50

1701 13 90  (1)

35,95

4,12

1701 14 10  (1)

35,95

0,50

1701 14 90  (1)

35,95

4,12

1701 91 00  (2)

44,84

4,02

1701 99 10  (2)

44,84

0,88

1701 99 90  (2)

44,84

0,88

1702 90 95  (3)

0,45

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/281/PESK

tad-29 ta' Mejju 2012

fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà b’appoġġ għall-proposta tal-Unjoni għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

L-attivitajiet fl-ispazju qed jespandu u l-importanza tagħhom hija kruċjali. L-ispazju huwa riżors għall-pajjiżi kollha fid-dinja. Dawk li għad m’għandhomx attivitajiet fl-ispazju ser ikollhom fil-futur. Għalhekk l-Unjoni tikkunsidra li t-tisħiħ tas-sigurtà tal-attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku huwa objettiv importanti li ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp u s-sigurtà tal-Istati. Dan l-objettiv huwa parti mill-politika tal-Unjoni dwar l-ispazju.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà li tidentifika sfidi u theddid globali, u li ssejjaħ għal ordni internazzjonali bbażata fuq id-dritt u fuq multilateraliżmu effettiv u istituzzjonijiet internazzjonali li jiffunzjonaw tajjeb.

(3)

L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali u titkellem favur it-tisħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġi mgħammra biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha u taġixxi b’mod effettiv. L-Unjoni taħdem għal grad għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha ta’ relazzjonijiet internazzjonali, sabiex, fost l-oħrajn, iżżomm il-paċi, tipprevjeni l-kunflutti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)

L-Unjoni tinsab impenjata għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ trasparenza u ta’ bini ta’ fiduċja, bħala mezz għall-kisba ta’ sigurtà tal-ispazju msaħħa. L-Unjoni tinsab ukoll partikolarment sensittiva għall-kwistjoni tar-riskji maħluqa minn residwi spazjali, mingħajr distinzjoni tal-oriġini tagħhom, li huma ta’ ħsara għal attivitajiet attwali u futuri.

(5)

Fit-18 ta’ Settembru 2007, fit-tweġiba tagħha għar-riżoluzzjoni 61/75 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-6 ta’ Diċembru 2006, l-Unjoni ssottolinjat li “regoli tat-traffiku” volontarji dwar attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku li japprovaw l-aħjar prattiki bejn atturi spazjali jaqdu dak l-objettiv.

(6)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-8-9 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea appoġġa l-ewwel abbozz għal Kodiċi ta’ Kondotta għall-attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku, li l-Istati ser jipparteċipaw fih fuq bażi volontarja, u li fih miżuri ta’ trasparenza u ta’ fiduċja, bħala bażi għal konsultazzjonijiet mal-pajjiżi terzi ewlenin li għandhom attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku jew għandhom interessi fl-attivitajiet tal-ispazju extra-atmosferiku, bil-għan li jinkiseb test li jkun aċċettabbli għall-ikbar għadd ta’ pajjiżi.

(7)

Fid-dawl ta’ konsultazzjonijiet ma’ nazzjonijiet prinċipali li jwettqu attivitajiet fl-ispazju, l-Unjoni pproduċiet verżjoni riveduta tal-abbozz ta’ Kodiċi ta’ Kondotta, li abbażi tiegħu l-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2010 ta mandat lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għat-twettiq ta’ konsultazzjonijiet ulterjuri u usa’,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex tappoġġa l-proposta tagħha għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku, l-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

konsultazzjonijiet mal-Istati, attivi jew li għadhom mhux attivi dwar kwistjonijiet spazjali biex jiddiskutu l-proposta u biex jiġbru l-fehmiet tagħhom;

ġbir ta’ appoġġ espert għall-proċess tal-iżvilupp ta’ Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku.

Artikolu 2

1.   F’dan il-kuntest, il-proġetti li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni għandhom ikopru l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

attivitajiet ta’ komunikazzjoni: promozzjoni tal-proposta għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku;

(b)

organizzazzjoni ta’ massimu ta’ tliet laqgħat multilaterali tal-esperti biex jiddiskutu l-proposta għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali;

(c)

koordinazzjoni ta’ konsorzju ta’ esperti mhux governattivi.

2.   Dawk il-proġetti u attivitajiet speċifiċi huma deskritti f'iżjed dettall fl-Anness

Artikolu 3

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“Ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun imwettqa mill-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (“UNIDIR”). L-UNIDIR għandu jwettaq dawn il-kompiti taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli ser jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNIDIR.

Artikolu 4

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun ta’ EUR 1 490 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f’konformità mal-proċeduri tal-Unjoni u mar-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni adatta tal-kontribut tal-Unjoni stabbilit fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju mal-UNIDIR. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNIDIR għandu jiżgura li l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija adatta skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kwalunkwe diffikultajiet fil-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 5

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari li għandhom jitħejjew mill-UNIDIR. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 2.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 18-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 4(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


ANNESS GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL B’APPOĠĠ GĦALL-PROPOSTA TAL-UNJONI GĦAL KODIĊI TA’ KONDOTTA INTERNAZZJONALI GĦALL-ATTIVITAJIET FL-ISPAZJU EXTRA-ATMOSFERIKU

1.   Qafas Ġenerali u Objettivi

L-attivitajiet fl-ispazju qed jespandu u l-importanza tagħhom hija kruċjali. L-ispazju huwa riżors għall-pajjiżi kollha fid-dinja. Dawk li għad m’għandhomx attivitajiet fl-ispazju ser ikollhom fil-futur. Għalhekk l-Unjoni tikkunsidra li huwa meħtieġ li tiġi żgurata sigurtà akbar fl-ispazju extra-atmosferiku u temmen li proċess pragmatiku u li jiżdied jista’ jgħin biex jintlaħaq dan il-għan. L-Unjoni tinsab impenjata għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ trasparenza u ta’ bini ta’ fiduċja, bħala mezz għall-kisba ta’ sigurtà u sikurezza msaħħa fl-ispazju extra-atmosferiku. L-Unjoni tinsab ukoll partikolarment sensittiva għall-kwistjoni tar-riskji maħluqa minn residwi spazjali li huma ta’ ħsara għal attivitajiet attwali u futuri.

Fit-18 ta’ Settembru 2007, fit-tweġiba tagħha għar-riżoluzzjoni 61/75 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-6 ta’ Diċembru 2006, l-Unjoni ssottolinjat li “regoli tat-traffiku” volontarji dwar attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku li japprovaw l-aħjar prattiki bejn atturi spazjali jaqdu dan l-objettiv.

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-8-9 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea appoġġa l-ewwel abbozz għal Kodiċi ta’ Kondotta għall-attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku, li l-Istati ser jipparteċipaw fih fuq bażi volontarja, u li fih miżuri ta’ trasparenza u ta’ fiduċja, bħala bażi għal konsultazzjonijiet mal-pajjiżi terzi ewlenin li għandhom attivitajiet fl-ispazju extra-atmosferiku jew għandhom interessi fl-attivitajiet tal-ispazju extra-atmosferiku, bl-għan li jinkiseb test li jkun aċċettabbli għall-ikbar għadd ta’ pajjiżi. Fid-dawl ta’ konsultazzjonijiet ma’ nazzjonijiet prinċipali li jwettqu attivitajiet fl-ispazju, l-Unjoni pproduċiet verżjoni riveduta tal-abbozz ta’ Kodiċi ta’ Kondotta, li abbażi tiegħu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fis-27 ta’ Settembru 2010, ta mandat lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“Ir-Rappreżentant Għoli”) għat-twettiq ta’ konsultazzjonijiet ulterjuri u usa’.

Biex tappoġġa l-proposta tal-Unjoni għal Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku u biex twettaq il-mandat mogħti lir-Rappreżentant Għoli, l-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

Konsultazzjonijiet ma’ kemm jista’ jkun pajjiżi possibbli, attivi jew li għadhom mhux attivi dwar kwistjonijiet spazjali biex jiddiskutu din il-proposta u jiġbru l-fehmiet tagħhom, speċjalment permezz tal-organizzazzjoni ta’ laqgħa waħda jew diversi (sa tliet) laqgħat multilaterali tal-esperti biex jiddiskutu din l-inizjattiva.

Appoġġ espert għall-proċess tal-iżvilupp ta’ Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku.

L-azzjoni tal-Unjoni ser tkun iggwidata mill-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-importanza rikonoxxuta tal-bini ta’ sostenibbiltà fit-tul, prevedibbiltà u sigurtà msaħħa fl-ispazju extra-atmosferiku.

(b)

il-ħtieġa tal-bini ta’ fehim komuni u l-identifikar ta’ oqsma ta’ azzjoni komuni.

(c)

l-importanza ta’ adeżjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali ma’ kwalunkwe Kodiċi futur ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku.

2.   Proġetti

2.1.   Proġett 1: Komunikazzjoni: Promozzjoni tal-proposta għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extra-atmosferiku.

2.1.1.   Għan tal-Proġett

Permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars f’livelli reġjonali/subreġjonali, jiġi stabbilit djalogu ma’ partijiet interessati internazzjonali potenzjali tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-espressjoni tal-għarfien eżistenti u tal-fehim tal-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali propost.

2.1.2.   Riżultati tal-Proġett

(a)

Tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni, għarfien u fehim tal-Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali propost u l-proċess ta’ żvilupp kontinwu tiegħu.

(b)

Tisħiħ tal-klima għal progress politiku.

(c)

Fehim imtejjeb minn partijiet interessati ta’ oqsma ta’ ftehim komuni dwar ħtiġijiet għal sigurtà mtejba fl-ispazju u ftehim dwar it-triq ’il quddiem.

(d)

Koordinazzjoni mtejba bejn il-partijiet interessati.

(e)

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal aktar attivitajiet nazzjonali u reġjonali għat-titjib tal-iżvilupp ta’ Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju.

2.1.3.   Deskrizzjoni tal-Proġett

(a)

Sa 6 seminars reġjonali jew subreġjonali li jkollhom sa 30 parteċipant huma previsti, fejn adatt f’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, kemm governattivi kif ukoll mhux governattivi.

(b)

Ġbir u preżentazzjoni ta’ riżultati lill-Unjoni u partijiet interessati oħrajn kif adatt inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi.

2.2.   Proġett 2: Appoġġ b’tagħrif eżistenti lir-Rappreżentant Għoli fil-laqgħat/konsultazzjonijiet mal-Istati.

2.2.1.   Għan tal-Proġett

(a)

Li jipprovdi lill-Unjoni b’informazzjoni u analiżi usa’ tal-fehmiet u d-direzzjoni ta’ partijiet interessati internazzjonali potenzjali tal-Kodiċi ta’ Kondotta

(b)

B’appoġġ/tħejjija/segwitu għal konsultazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli, organizzazzjoni ta’ kampanja koordinata ta’ konsultazzjonijiet individwali ma’ partijiet interessati ewlenin.

(c)

Permezz ta’ parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli, il-valutazzjoni tal-kummenti miġbura.

2.2.2.   Riżultati tal-Proġett

(a)

Valutazzjonijiet bil-miktub dwar kif ikun hemm l-aħjar parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati internazzjonali potenzjali tal-Kodiċi ta’ Kondotta

(b)

Valutazzjonijiet bil-miktub ta’ kummenti miġbura u proposti għal reviżjonijiet tat-test

(c)

Kontribuzzjonijiet bil-miktub b’appoġġ għall-Laqgħa/t Multilaterali tal-Esperti

2.2.3.   Deskrizzjoni tal-Proġett

(a)

Tħejjija ta’ numru ta’ dokumenti ta’ appoġġ/studji ta’ sfond f’appoġġ/tħejjija/segwitu ta’ konsultazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli u l-Laqgħa(t) Multilaterali tal-Esperti.

(b)

Kampanja koordinata ta’ konsultazzjonijiet individwali ma’ partijiet interessati ewlenin:

Sa 20 laqgħa individwali u sessjonijiet ta’ tagħrif.

Koordinazzjoni tas-sehem fil-proċess inklużi mezzi elettroniċi.

Is-selezzjoni ta’ Stati u organizzazzjonijiet għal tali koordinazzjoni ser isiru hekk abbażi tal-livell ta’ impenn fi kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-ispazju, l-impenn preċedenti tagħhom fil-proposta ta’ Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali u r-rwol tagħhom fl-iffaċilitar tal-progress diplomatiku b’mod ġenerali fuq bażi reġjonali jew internazzjonali.

(c)

Ġbir u preżentazzjoni ta’ riżultati lir-Rappreżentant Għoli u partijiet interessati oħrajn kif adatt, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi.

2.3.   Proġett 3: Organizzazzjoni ta’ sa tliet laqgħat multilaterali tal-esperti biex jiddiskutu l-proposta għal Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali.

2.3.1.   Għan tal-Proġett

Biex jinġiebu flimkien esperti biex jiddiskutu l-proposta għal Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali.

2.3.2.   Riżultati tal-Proġett

(a)

Ħolqien ta’ forum ta’ diskussjoni għall-proposta għal Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali;

(b)

Progress diplomatiku dwar il-progress ta’ diskussjonijiet dwar Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali.

2.3.3.   Deskrizzjoni tal-Proġett

Organizzazzjoni ta’ sa tliet laqgħat multilaterali tal-esperti li jkollhom sa 160 parteċipant matul l-ewwel 16-il xahar tal-progett.

Huwa ssuġġerit li l-ewwel minn dawn il-laqgħat tista’ ssir fl-Ewropa u ż-żewġ laqgħat l-oħra jsiru barra mill-Ewropa. Id-deċiżjoni ser tittieħed mir-Rappreżentant Għoli, abbażi ta’ proposti ppreżentati mill-UNIDIR.

L-istruttura, l-aġenda u l-parteċipazzjoni ser jiġu deċiżi mir-Rappreżentant Għoli abbażi ta’ proposti ppreżentati mill-UNIDIR.

2.4.   Proġett 4: Koordinazzjoni ta’ Konsorzju ta’ Esperti mhux governattivi

2.4.1.   Għan tal-Proġett

(a)

Biex jiġi żviluppat Konsorzju żgħir li jkollu sa 10 parteċipanti ta’ esperti rikonoxxuti biex jagħtu kontribut għall-proċess ta’ żvilupp ta’ Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali.

(b)

Biex jinbnew riżorsi online għall-koordinazzjoni ta’ dak il-Konsorzju.

(c)

Biex jingħataw ir-riżorsi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jappoġġaw il-fehim tal-Kodiċi ta’ Kondotta, il-promozzjoni tal-attivitajiet u l-eżiti tal-proġetti wieħed u tnejn.

2.4.2.   Riżultati tal-Proġett

(a)

Kontribut imsaħħaħ ta’ esperti ewlenin internazzjonali, reġjonali u nazzjonali dwar Kodiċi ta’ Kondotta internazzjonali.

(b)

Żvilupp ta’ forum virtwali għall-koordinazzjoni ta’ kontribut espert u diskussjonijiet.

(c)

Żvilupp ta’ forum virtwali biex jappoġġa l-laqgħat multilaterali previsti fil-proġett tnejn.

(d)

Żvilupp tal-materjal ta’ komunikazzjoni virtwali u mhux virtwali meħtieġ.

2.4.3.   Deskrizzjoni tal-Proġett

(a)

Identifikazzjoni ta’, koordinazzjoni ta’ u solleċitazzjoni għall-kontribut minn esperti ta’ sigurtà spazjali adatti:

Abbażi ta’ proposta ppreżentata mill-UNIDIR lir-Rappreżentant Għoli, is-sħubija fil-Konsorzju ser tiġi deċiża mir-Rappreżentant Għoli

(b)

Żvilupp ta’ forum virtwali ġdid għall-koordinazzjoni tal-kontribut tal-Konsorzju:

Il-forum ser ikun imfassal ukoll biex jipprovdi bażi għar-riżorsi li ser jappoġġaw il-proġett tnejn.

(c)

Sa 8 laqgħat biex jiġu diskussi żviluppi relatati mal-Kodiċi ta’ Kondotta u kontribut mill-Konsorzju, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi u vidjokonferenzi jew telekonferenzi.

(d)

Ġbir u preżentazzjoni ta’ riżultati lir-Rappreżentant Għoli u partijiet interessati oħrajn kif adatt inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(e)

Żvilupp ta’ għodod ta’ komunikazzjoni.

3.   Aspetti ta’ proċedura u koordinazzjoni

L-implimentazzjoni tal-proġetti ser tinbeda minn Kumitat ta’ Tmexxija bl-objettiv li jiġu stabbiliti proċeduri u arranġamenti dettaljati għall-kooperazzjoni. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jirrevedi l-implimentazzjoni tal-proġetti regolarment, mill-inqas darba kull sitt xhur, inkluż bl-użu ta’ mezzi elettroniċi u vidjokonferenzi jew telekonferenzi.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser ikun magħmul mir-rappreżentanti tar-Rappreżentant Għoli u l-UNIDIR.

Il-parteċipazzjoni ta’ atturi Statali u mhux Statali f’laqgħat multilaterali tal-esperti ser jiġi kkoordinat permezz tal-UNIDIR.

Abbażi tal-proposti ppreżentati mill-UNIDIR lill-Kumitat ta’ Tmexxija, il-lok u l-kompożizzjoni strutturali ta’ workshops u laqgħat ta’ dan il-proġett ser jiġu deċiżi mir-Rappreżentant Għoli.

4.   Rapportar u Valutazzjoni

L-UNIDIR għandha tippreżenta lir-Rappreżentant Għoli rapport narrattiv u finanzjarju fi tmiem l-ewwel sena tal-proġett, u tagħmel ħilitha li dan jaħbat maċ-ċikli ta’ rappurtar tan-Nazzjonijiet Uniti.

L-UNIDIR għandha tippreżenta lir-Rappreżentant Għoli rapport finali fi tmiem il-proġett.

Rapporti dwar il-progress u s-sitwazzjoni tal-UNIDIR, pubblikazzjonijiet, stqarrijiet għall-istampa u aġġornamenti ser ikunu komunikati lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni Ewropea kif u meta joħorġu.

5.   Tul ta’ żmien

Il-perijodu previst tal-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett huwa ta’ 18-il xahar.

Il-komponenti kollha tal-laqgħat għandhom jiġu konklużi tliet xhur qabel tmiem il-proġett biex jippermettu żmien biżżejjed biex l-analiżi titwettaq matul il-perijodu tal-implimentazzjoni.

6.   Benefiċjarji

L-Istati Membri kollha tan-NU speċjalment Stati li jwettqu attivitajiet fl-ispazju.

Partijiet interessati mhux governattivi inklużi s-soċjetà ċivili u l-industrija.

7.   Rappreżentanti ta’ partijiet terzi

Bil-għan li tiġi promossa r-responsabbiltà reġjonali tal-Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali għall-attivitajiet fl-ispazju, il-parteċipazzjoni ta’ esperti barra mill-Unjoni, inklużi dawk minn organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, tista’ tiġi ffinanzjata minn din id-Deċiżjoni.

Il-parteċipazzjoni tal-UNIDIR fil-workshops u l-laqgħat kollha relatati ma’ din id-deċiżjoni ser ikunu ffinanzjati.

8.   Entità ta’ Implimentazzjoni

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tkun fdata lill-UNIDIR.

L-UNIDIR, fejn adegwat, ser jaħdem ma’ istituzzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet reġjonali, il-gruppi ta’ riflessjoni, l-NGOs u l-industrija.

Persunal addizzjonali ser ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.


Rettifika

30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/74


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 36 tad-9 ta’ Frar 2012 )

F’paġna 15, Artikolu 1(4), fl-aħħar tas-sentenza tal-bidu:

minflok:

“…, ħlief għal dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:”,

aqra:

“…, ħlief għal dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt (1):


(1)  Il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 japplikaw għall-kumpaniji elenkati hawn.”.